ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
19 ta' Ġunju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 215/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11072 — BLACKROCK / MUBADALA / GOLDMAN SACHS / EQUITIX / CALISEN / MAPLECO) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 215/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-16 ta' Ġunju 2023

2

2023/C 215/03

Kummissjoni Amministrattiva għas-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 215/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11119 — GCA / STELLANTIS / ALD / LEASEPLAN) ( 1 )

5

2023/C 215/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11125 – NETCEED (FORMERLY ETC GROUP) / AMADYS) ( 1 )

7

2023/C 215/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11106 – STELLANTIS / MICHELIN / FORVIA / SYMBIO) ( 1 )

8

2023/C 215/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11183 – SSG / ORDINA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 215/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

11

2023/C 215/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

25

2023/C 215/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

32


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11072 — BLACKROCK / MUBADALA / GOLDMAN SACHS / EQUITIX / CALISEN / MAPLECO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 215/01)

Fit-2 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11072. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta' Ġunju 2023

(2023/C 215/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0966

JPY

Yen Ġappuniż

154,65

DKK

Krona Daniża

7,4505

GBP

Lira Sterlina

0,85428

SEK

Krona Żvediża

11,5925

CHF

Frank Żvizzeru

0,9770

ISK

Krona Iżlandiża

149,50

NOK

Krona Norveġiża

11,5170

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,817

HUF

Forint Ungeriż

373,00

PLN

Zloty Pollakk

4,4728

RON

Leu Rumen

4,9610

TRY

Lira Turka

25,9491

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5941

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4500

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5799

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7591

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4647

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 397,67

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

19,9021

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8100

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 387,75

MYR

Ringgit Malażjan

5,0603

PHP

Peso Filippin

61,246

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,953

BRL

Real Brażiljan

5,2790

MXN

Peso Messikan

18,7771

INR

Rupi Indjan

89,7953


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/3


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2023/C 215/03)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: April 2023

Perjodu ta' applikazzjoni: Lulju, Awissu u Settembru 2023

apr-23

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

23,4369

7,45179

 

375,336

4,63201

1 BGN =

0,511300

1

11,9833

3,81010

 

191,909

2,36835

1 CZK =

0,0426678

0,0834496

1

0,317952

 

16,0148

0,197638

1 DKK =

0,134196

0,262460

3,14513

1

 

50,3686

0,621597

1 HRK =

 

 

 

 

 

 

 

1 HUF =

0,00266428

0,00521080

0,0624424

0,019854

 

1

0,0123410

1 PLN =

0,215889

0,422236

5,05977

1,60876

 

81,0309

1

1 RON =

0,202573

0,396192

4,74768

1,50953

 

76,0329

0,938320

1 SEK =

0,088207

0,172515

2,06729

0,657299

 

33,1072

0,408575

1 GBP =

1,13488

2,21960

26,5981

8,45690

 

425,962

5,25678

1 NOK =

0,086816

0,169794

2,03469

0,646932

 

32,5850

0,402131

1 ISK =

0,00668350

0,0130716

0,156640

0,0498041

 

2,50856

0,030958

1 CHF =

1,015681

1,98647

23,8044

7,56865

 

381,222

4,70465

Sors:

BĊE

apr-23

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,93649

11,33699

0,881150

11,51867

149,622

0,98456

1 BGN =

2,52403

5,79660

0,450532

5,88949

76,5018

0,503406

1 CZK =

0,210629

0,483724

0,037597

0,491476

6,38405

0,0420090

1 DKK =

0,662457

1,52138

0,118247

1,54576

20,0787

0,132124

1 HRK =

 

 

 

 

 

 

1 HUF =

0,0131522

0,0302049

0,00234763

0,0306889

0,398635

0,00262315

1 PLN =

1,065735

2,44753

0,190231

2,48675

32,3018

0,212556

1 RON =

1

2,29657

0,178497

2,33337

30,3094

0,199445

1 SEK =

0,435432

1

0,0777234

1,01602

13,1977

0,086845

1 GBP =

5,60233

12,8661

1

13,0723

169,803

1,11736

1 NOK =

0,428565

0,984228

0,0764976

1

12,9895

0,085475

1 ISK =

0,032993

0,075771

0,00588917

0,0769850

1

0,00658031

1 CHF =

5,01390

11,51477

0,894967

11,69929

151,968

1

Sors:

BĊE

Nota:

il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta’ dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal- Islanda.

referenza: apr-23

1 EUR fil-munita nazzjonali

Unità waħda tal-munità nazzjonali f’EUR

BGN

1,95580

0,51130

CZK

23,43689

0,04267

DKK

7,45179

0,13420

HRK

 

 

HUF

375,33611

0,00266

PLN

4,63201

0,21589

RON

4,93649

0,20257

SEK

11,33699

0,08821

GBP

0,88115

1,13488

NOK

11,51867

0,08682

ISK

149,62222

0,00668

CHF

0,98456

1,01568

Sors:

BĊE

Nota:

Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta’ kambju ta’ ammonti ta’ flus f’munita meta mqabbla ma’ Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta’ xahar, matul il-perjodu speċifikat f’paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta’ referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11119 — GCA / STELLANTIS / ALD / LEASEPLAN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 215/04)

1.   

Fid-9 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crédit Agricole Consumer Finance (“CACF”, Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole S.A. (“GCA”, Franza),

Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands),

Merrion Fleet Management Limited (“ALD Ireland”), ikkontrollata minn ALD S.A. (“ALD”, Franza),

ALD Automotive AS (“ALD Norway”), ikkontrollata minn ALD,

SGALD Automotive - Sociedade Geral de Comercio e Aluguer de Bens, S.A. (“ALD Portugal”), ikkontrollata minn ALD,

LeasePlan Çeská republika s.r.o. (“LP Czechia”), ikkontrollata minn LP Group BV (“LeasePlan”, in-Netherlands),

LeasePlan Finland Oy (“LP Finland”), ikkontrollata minn LeasePlan,

LeasePlan Luxembourg S.A. (“LP Luxembourg”), ikkontrollata minn LeasePlan.

CACF se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ALD Ireland, ALD Norway, LP Czechia u LP Finland kollha kemm huma.

CACF u Stellantis se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ALD Portugal u LP Luxembourg kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

CACF hija attiva fis-settur tal-finanzi tal-konsumatur. Hija kkontrollata minn GCA, li hija attiva fis-settur bankarju u dak tas-servizzi relatati mal-assikurazzjoni, inkluż il-ġbir tal-assi, is-servizzi bankarji għall-konsumatur, is-servizzi finanzjarji speċjalizzati u l-klijenti l-kbar,

Stellantis hija attiva fid-disinn, l-inġinerija, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi awtomotivi, komponenti, u sistemi ta’ produzzjoni,

Kull waħda minn ALD Ireland, ALD Norway, ALD Portugal, LP Czechia, LP Finland u LP Luxembourg hija attiva fil-kiri operattiv u fis-servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11119 — GCA / STELLANTIS / ALD / LEASEPLAN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11125 – NETCEED (FORMERLY ETC GROUP) / AMADYS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 215/05)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Parisian Bidco SAS (“Netceed”, Franza), li qabel kienet magħrufa bħala ETC Group, ikkontrollata minn Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (“Cinven”, Guernsey),

Amadys Group BV (“Amadys”, il-Belġju).

Netceed se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Amadys.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Netceed: fornitur ta’ prodotti tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari cables, aċċessorji u tagħmir ieħor bħal tagħmir passiv u prodotti ottiċi, u servizzi lil operaturi tat-telekomunikazzjonijiet u installaturi tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet,

Amadys: fornitur ta’ tagħmir passiv, bħal cables, konnetturi u għodod oħra, lill-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet u lill-installaturi tan-network, kif ukoll fornituri fis-settur tal-enerġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11125 – NETCEED (FORMERLY ETC GROUP) / AMADYS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11106 – STELLANTIS / MICHELIN / FORVIA / SYMBIO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 215/06)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PSA Automobiles SA (Franza), li finalment hija kkontrollata minn Stellantis N.V., il-kumpanija azzjonista ta’ Stellantis Group (“Stellantis”, in-Netherlands),

Spika SAS (Franza), li finalment hija kkontrollata minn Compagnie Générale des Etablissements Michelin, il-kumpanija azzjonista ta’ Michelin Group (“Michelin”, Franza),

Faurecia Exhaust International (Franza), li finalment hija kkontrollata minn Faurecia SE, il-kumpanija prinċipali ta’ Forvia Group (“Forvia”, Franza), u

Symbio SAS (“Symbio”, Franza).

Stellantis, Michelin u Forvia se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Symbio kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Stellantis hija manifattur multinazzjonali ta’ tagħmir oriġinali tal-karozzi u negozjant ta’ vetturi bil-mutur,

Michelin hija manifattur globali Franċiż attiv prinċipalment fil-produzzjoni ta’ tyres għal vetturi bil-mutur u inġenji tal-ajru,

Forvia hija manifattur globali Franċiż tal-partijiet tal-karozzi,

Symbio hija manifattur Franċiż ta’ sistemi ta’ ċelloli tal-fuel u ta’ unitajiet tal-enerġija biċ-ċelloli tal-fuel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11106 – STELLANTIS / MICHELIN / FORVIA / SYMBIO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11183 – SSG / ORDINA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 215/07)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sopra Steria Group SA (“SSG”, Franza),

Ordina N.V. (“Ordina”, in-Netherlands).

SSG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Ordina kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Marzu 2023.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

SSG hija kumpanija pubblika ta’ konsulenza, servizzi diġitali u żvilupp tas-software li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-IT, inklużi servizzi ta’ konsulenza u diġitali kif ukoll software lill-klijenti globalment.

Ordina hija fornitur pubbliku ta’ servizzi diġitali u ta’ software li joffri servizzi ta’ konsulenza, disinn u żvilupp tal-IT lill-industrija, lis-servizzi finanzjarji u lill-klijenti tas-settur pubbliku fir-reġjun kollu tal-Benelux.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11183 – SSG / ORDINA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2023/C 215/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Tolna / Tolnai

PDO-HU-A1353-AM01

Data tal-applikazzjoni: 25.1.2018

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   L-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni speċifikata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tat-Tolna/Tolnai

L-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni biex tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Cikó, Fürged, Németkér, Pálfa u Pári. Dawn il-muniċipalitajiet għandhom kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi simili għaż-żona tal-produzzjoni demarkata. Minħabba l-karatteristiċi tal-ħamrija tagħhom u l-inbejjed prodotti f’dawn il-muniċipalitajiet, huma jissodisfaw il-parametri stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP Tolna.

Il-muniċipalitajiet elenkati hawn fuq jappartjenu għall-istess unità amministrattiva taż-żona demarkata.

Intestaturi affettwati: Żona ġeografika demarkata

2.2.   Żieda fl-għadd ta’ vinji rreġistrati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tat-Tolna

L-estensjoni tal-lista ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati biex tinkludi l-vinja ta’ Ködmön-hegy. Peress li l-vinja tinsab fiż-żona tal-produzzjoni demarkata, huwa ġġustifikat li dan l-isem jitħalla jintuża.

Intestaturi affettwati: Kundizzjonijiet ulterjuri

2.3.   Iż-żieda tal-kategorija tal-prodott tal-inbid semispumanti bil-gass

Il-produtturi tal-inbid bdew jagħmlu nbejjed semifrizzanti bil-gass biex jissodisfaw id-domandi tas-suq li qed jinbidlu. L-iżviluppi teknoloġiċi disponibbli għamluha possibbli li jinkiseb aktar titjib fil-kwalità, li wassal għal aktar żidiet fid-domanda u fil-produzzjoni. L-inbejjed eċċellenti tad-DOP Tolna jistgħu jintużaw ukoll biex isiru prodotti omoġenji u ta’ kwalità għolja li jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Intestaturi affettwati: Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed, Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid, Rendimenti massimi, Rabta maż-żona ġeografika, Rekwiżiti addizzjonali.

2.4.   Iż-żieda tal-kategorija tal-prodott tal-inbid spumanti

Taħlita tad-domanda tas-suq u l-intraprenditorija tal-produtturi tal-inbid wasslu għall-produzzjoni ta’ diversi nbejjed frizzanti. L-inbejjed bażi għall-inbid frizzanti ilhom żmien twil jiġu prodotti fir-reġjun tal-inbid. Il-kantini tal-inbid tal-familji eżistenti żiedu l-inbejjed frizzanti proprji tagħhom mal-firxa tal-prodotti tagħhom. Il-varjetajiet tad-dwieli elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbid tad-DOP Tolna jrendu nbejjed frizzanti ta’ kwalità partikolarment tajba, u jagħmluha possibbli li tinkiseb kwalità uniformi u ogħla.

Intestaturi affettwati: Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed, Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid, Rendimenti massimi, Rabta maż-żona ġeografika, Rekwiżiti addizzjonali.

2.5.   Varjetajiet ġodda permessi: Furmint

Ix-xejriet tal-konsum tal-inbid qed jinbidlu kontinwament, u l-produtturi qed iħabirku biex jadattaw għalihom. Il-proporzjon ta’ varjetajiet bojod u aromatiċi ilu jiżdied fiż-żona demarkata. Ilhom żmien twil jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità affidabbli minn uħud mill-varjetajiet imsemmija f’din l-applikazzjoni. Fattur ewlieni ieħor jista’ jkun li l-Furmint tista’ tkun varjetà ta’ għeneb tal-inbid bajda tal-Ungerija li fuqha tista’ tkun ibbażata kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-inbid uniformi.

Intestaturi affettwati: Varjetajiet ewlenin tad-dwieli

2.6.   Bidliet biex jiġu inklużi muniċipalitajiet li jinsabu barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata: iż-żieda ta’ Varsád

Hemm kantina tal-inbid fil-muniċipalità elenkata hawn fuq li s-sid tagħha jixtieq jipproċessa l-għeneb li joriġina miż-żona demarkata tad-DOP Tolna.

Intestaturi affettwati: Kundizzjonijiet ulterjuri

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Tolna / Tolnai

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

9.

Inbid semifrizzanti bil-gass

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Kategorija 1: Inbid – Abjad

Il-kulur tal-inbejjed bojod ivarja minn aħdar ċar għal isfar lewn it-tiben aktar qawwi. Ir-riħa għandha noti prinċipalment ta’ frott taċ-ċitru u frott b’polpa bajda. Huma evidenti aċidi qawwija u sodi fil-palat, fejn spiss jippredominaw alkoħol u korporatura medji, flimkien ma’ pikkantezza diskreta u noti ħfief ta’ fjuri.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 1: Inbid – Rożè

Il-kulur tal-inbejjed rożè juri varjetà kbira: minn roża ċar, vjola jew lewn is-salamun sa lewn il-frawli jew il-lampun. Il-fwieħa tagħhom hija ddominata minn frott artab aħmar ċar bħall-frawli u l-lampun. Dawn huma nbejjed ħfief b’sensazzjoni friska ta’ aċidu, fejn jiddominaw in-noti abitwali mill-fwieħa.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 1: Inbid – Aħmar

Il-kulur tal-inbejjed ħaomor ivarja minn lewn ir-rubin ċar, sa rubin aktar skur, sa aħmar lewn il-granata. F’termini tar-riħa, hemm noti ta’ frott artab aħmar bħaċ-ċirasa jew il-frawli, iżda wkoll it-tut tal-għollieq u l-għanbaqar, ikkomplementati minn noti pikkanti diskreti, kif ukoll ħwawar ħelwin derivati mill-btieti tal-injam, bħall-vanilla u l-kannella. F’termini tal-palat, l-inbid huwa minn ħafif sa medju u huwa kkaratterizzat minn tannini bellusin.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 4: Inbid spumanti – Abjad

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn isfar ċar sa isfar dehbi. F’termini tar-riħa, għandu noti aromatiċi primarji ta’ frott taċ-ċitru u frott bl-għadma, filwaqt li jistgħu jfeġġu wkoll noti ta’ gallettini, brioche u awtoliżi bit-tqaddim. Il-frizzanza delikata prodotta mill-aċidu karboniku derivat mit-tieni fermentazzjoni alkoħolika hija preżenti matul il-proċess tat-tidwiq.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 4: Inbid spumanti – Rożè

Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn lewn il-qoxra tal-basla ċara sa aħmar ċar. Għandu togħma u fwieħa ta’ frott artab aħmar u saħansitra pikkantezza diskreta, ikkomplementata minn fwejjaħ u aromi sekondarji li jiffurmaw matul it-tqaddim, akkumpanjati minn aċidità pjaċevoli u bbilanċjata.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 4: Inbid spumanti – Aħmar

Jista’ jvarja fil-kulur minn lewn ir-rubin sa aħmar skur. Il-fwieħa u l-aroma tiegħu huma prinċipalment ta’ frott artab aħmar bħaċ-ċirasa u l-għanbaqar, bi fwejjaħ u aromi sekondarji diskreti bħal ta’ gallettini.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 9: Inbid semifrizzanti bil-gass – Abjad

Il-kulur tiegħu jvarja minn abjad jagħti fl-aħdar sa isfar dehbi. F’termini tar-riħa, jiddominaw noti ħfief ta’ frott taċ-ċitru u frott bl-għadma bħal lajm u tuffieħ aħdar. Huwa kkaratterizzat minn korporatura ħafifa u aċidi friski u vivaċi.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 9: Inbid semifrizzanti bil-gass – Rożè

Il-kulur tiegħu jvarja minn lewn il-qoxra tal-basla ċara sa aħmar ċar. Għandu fwieħa ta’ frott artab aħmar bħal-lampun u l-frawli. It-togħma tiegħu hija kkaratterizzata minn aċidi friski u korporatura ħafifa.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kategorija 9: Inbid semifrizzanti bil-gass – Aħmar

Il-kulur tiegħu jvarja minn aħmar, sa lewn ir-rubin u vjola, sa aħmar skur. Għandu riħa prinċipalment ta’ frott artab aħmar frisk bħal ċiras u frawli. It-togħma tiegħu hija kkaratterizzata minn aċidi friski u korporatura ħafifa.

*

Il-parametri analitiċi nieqsa huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Regoli dwar l-użu ta’ ċerti termini

Prattika enoloġika speċifika

1.

L-arrikkiment tal-qawwa alkoħolika naturali tal-most u t-taħlil huma pprojbiti matul il-produzzjoni ta’ prodotti tal-inbid Tolna bit-terminu tradizzjonali “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv] jew “válogatott szüretelésű bor” [inbid bi ħsad selettiv] jew it-terminu ristrett “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jew b’indikazzjoni tal-vinja.

2.

L-inbejjed tal-vinji magħżula jridu jitqaddmu fil-btieti tal-ballut għal mill-inqas 6 xhur.

Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb

Prattika ta’ kultivazzjoni

Il-metodu tal-kultivazzjoni tad-dwieli u l-wisa’ ta’ bejniethom:

Fil-każ ta’ vinji li tħawlu qabel il-31 ta’ Lulju 2009, il-prodotti tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Tolna jistgħu jiġu prodotti sas-sena tal-għasra 2035/2036 minn għeneb minn kwalunkwe vinja fejn il-metodu ta’ tħarriġ u d-densità tat-tħawwil kienu diġà permessi.

Regoli dwar pjantaġġuni ġodda:

Fil-każ ta’ vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2009:

L-għadd ta’ dwieli mħawla jrid ikun mill-inqas 3 300 dielja għal kull ettaru.

Il-wisa’ bejn il-flanni trid tkun mill-inqas 2 metri u mhux aktar minn 3,5 metri.

Il-wisa’ bejn id-dwieli trid tkun mill-inqas 0,6 metri u mhux aktar minn 1,2 metri.

Metodu ta’ ħsad:

Kemm il-ħsad manwali kif ukoll dak mekkaniku huma permessi għall-prodotti tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Tolna. Hija permessa eċċezzjoni għall-inbejjed Tolna indikati bit-termini vinja magħżula, ħsad magħżul, ħsad tardiv jew magħmul minn għeneb imqadded, li jistgħu jinħasdu biss manwalment.

Iffissar tad-data tal-ħsad:

Il-bord tal-kunsill tal-komunità tal-inbid għandu l-kompetenza li jistabbilixxi d-data tal-ħsad. Ir-regoli ta’ proċedura tar-reġjun tal-inbid fihom ir-regoli dwar kif għandha tiġi stabbilita u ppubblikata d-data tal-ħsad.

Rekwiżiti dwar il-kwalità tal-għeneb

Prattika ta’ kultivazzjoni

Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb (g/l)

 

Inbid

 

Abjad: 151,5

 

Rożè: 151,5

 

Aħmar: 151,5

 

Inbid frizzanti

 

Abjad: 151,5

 

Rożè: 151,5

 

Aħmar: 151,5

 

Inbid semifrizzanti bil-gass

 

Abjad: 151,5

 

Rożè: 151,5

 

Aħmar: 151,5

Qawwa alkoħolika naturali potenzjali minima tal-għeneb (% vol.)

 

Inbid

 

Abjad: 9,0

 

Rożè: 9,0

 

Aħmar: 9,0

 

Inbid frizzanti

 

Abjad: 9,0

 

Rożè: 9,0

 

Aħmar: 9,0

 

Inbid semifrizzanti bil-gass

 

Abjad: 9,0

 

Rożè: 9,0

 

Aħmar: 9,0

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

 

Inbid: Abjad, rożè, aħmar

 

100 hl/ha

 

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

 

Inbid: Abjad, rożè, aħmar: Inbejjed prodotti b’indikazzjoni tal-isem tal-vinja u nbejjed bit-terminu inbid bi ħsad tardiv

 

80 hl/ha

 

11 000 kg għeneb għal kull ettaru

 

Inbid frizzanti: Abjad, rożè, aħmar

 

100 hl/ha

 

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

 

Inbid semifrizzanti bil-gass: Abjad, rożè, aħmar

 

100 hl/ha

 

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Definizzjoni taż-żona demarkata:

Iż-żoni fil-muniċipalitajiet li ġejjin li huma kklassifikati bħala Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji: Aba, Aparhant, Bátaapáti, Bikács, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Bölcske, Cikó, Dunaföldvár, Dunaszentgyörgy, Dúzs, Fácánkert, Felsőnyék, Fürged, Grábóc, Gyönk, Györe, Györköny, Hidas, Hőgyész, Igar, Iregszemcse, Izmény, Kisdorog, Kismányok, Kisszékely, Kisvejke, Kölesd, Lengyel, Lajoskomárom, Madocsa, Magyarkeszi, Mezőkomárom, Mórágy, Mőcsény, Mucsfa, Mucsi, Nagydorog, Nagyszékely, Nagymányok, Nagyszokoly, Németkér, Ozora, Paks, Pálfa, Pári, Pincehely, Regöly, Sárszentlőrinc, Seregélyes, Simontornya, Szabadhidvég, Tamási, Tengelic, Tevel, Tolna, Tolnanémedi, Váralja u Závod.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

alibernet

 

blauburger

 

bíbor kadarka

 

cabernet franc - cabernet

 

cabernet sauvignon

 

chardonnay - kereklevelű

 

cserszegi fűszeres

 

dornfelder

 

ezerfürtű

 

ezerjó - kolmreifler

 

furmint - furmint bianco

 

hárslevelű - garszleveljü

 

irsai olivér - irsai

 

kadarka - fekete budai

 

királyleányka - erdei sárga

 

kékfrankos - blaufränkisch

 

kékoportó - blauer portugieser

 

leányka - leányszőlő

 

menoire

 

merlot

 

nektár

 

olasz rizling - olaszrizling

 

ottonel muskotály - muscat ottonel

 

pinot blanc - fehér burgundi

 

pinot noir - kék burgundi

 

rajnai rizling - riesling

 

rizlingszilváni - müller thurgau

 

sauvignon - sauvignon blanc

 

syrah - shiraz

 

szürkebarát - pinot gris

 

sárga muskotály - muscat lunel

 

tramini - traminer

 

zengő

 

zenit

 

zweigelt - blauer zweigeltrebe

 

zöld szagos - decsi szagos

 

zöld veltelíni - zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Deskrizzjoni tal-fatturi naturali – komuni għall-Inbid, Inbid frizzanti u Nbid semifrizzanti bil-gass

Ir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-Ungerija, primarjament fil-kontea ta’ Tolna, iżda jestendi wkoll sal-kontej ta’ Baranya u Fejér. Il-vinji ta’ Tolna kienu stabbiliti l-aktar fuq għoljiet u inklinazzjonijiet ġentili, ħfief u mkennija esposti lejn in-Nofsinhar.

L-aktar formazzjoni importanti u predominanti tar-reġjun tal-inbid, u għalhekk il-blat li jifforma l-ħamrija l-aktar prevalenti tiegħu, hija l-loess. Pereżempju, il-ħxuna tas-saff tal-loess f’Hőgyész tilħaq is-70 metru. Parti iżgħar mill-vinji (eż. fiż-żoni ta’ Pincehely, Hőgyész, Dúzs) tħawlet fuq ir-ramel.

It-tipi ta’ ħamrija li huma dominanti fiż-żoni tal-vitikultura tal-Għoljiet ta’ Tolna u Külső-Somogy huma l-art kannella (ħamrija tal-foresti kannella tat-tip Ramann) u ħamrija tal-foresti kannella b’illuvjazzjoni tat-tafal, għalkemm il-vinji jistgħu jinstabu wkoll fuq ħamrija chernozem miksija bil-ġir.

Iż-żona bl-għoljiet/muntanjuża tar-reġjun tal-inbid ta’ Tolna tinsab primarjament f’żona klimatika moderatament sħuna u b’xita moderata.

L-ammont ta’ radjazzjoni solari u sigħat tax-xemx fix-xahar u fis-sena fiż-żona tar-reġjun tal-inbid ta’ Tolna huwa partikolarment ta’ benefiċċju għall-kultivazzjoni tad-dwieli. L-ammont annwali ta’ ħin bid-dawl tal-jum huwa ta’ 4 400 siegħa u l-ħin bix-xemx reali matul is-sena jista’ jilħaq 2 060 siegħa. Fiż-żoni tal-vitikultura tal-Ungerija, il-medja fit-tul ta’ ħin bix-xemx annwali hija ta’1 800-2 070 siegħa. Dan juri li r-reġjun tal-inbid ta’ Tolna jesperjenza ħafna ħin bix-xemx. Fattur importanti ieħor huwa t-temperatura. Fir-reġjun tal-inbid, it-temperatura medja annwali fit-tul hija ta’ 11,8 °C, filwaqt li għall-perjodu ta’ veġetazzjoni din iċ-ċifra hija ta’ 15,8 °C. Is-somma tas-sħana kkalkulata fuq din il-bażi hija ta’ 3 400 °C, filwaqt li s-somma tas-sħana attiva hija ta’ 1 300 °C. Ix-xhur bl-aktar preċipitazzjoni huma Mejju u Ġunju. Ir-riħ prevalenti huwa mill-Majjistral.

Abbażi tat-topografija, il-ħamrija, il-klima u l-idrografija tiegħu, ir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna jista’ jitqies bħala żona ta’ tkabbir tad-dwieli eċċellenti.

8.1.   Inbid

Deskrizzjoni taż-żona demarkata: Fatturi umani

Fir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna, il-kultivazzjoni tad-dwieli ġiet stabbilita l-ewwel miċ-Ċelti, imbagħad mir-Rumani.

Kull waħda mill-ħafna abbaziji mwaqqfa taħt id-dinastija Árpád kellha d-dwieli, li kienu jieħdu ħsiebhom b’mod impenjattiv il-patrijiet Benedittini u Ċisterċensi.

Matul is-seklu 18, il-Ġermaniżi li marru joqogħdu fil-kontea komplew jiżviluppaw il-vinikultura lokali. Is-Serbi li marru joqogħdu fil-Völgység madwar dan iż-żmien huma maħsuba li introduċew il-kultivazzjoni ta’ Kadarka, li kienu jużawha biex jipproduċu nbid aħmar permezz ta’ proċedura ġdida: il-fermentazzjoni bil-qxur.

F’dak iż-żmien, l-inbejjed ħomor kienu jiddominaw il-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid. Ir-rekords bil-miktub jikkonfermaw li diġà kien hemm sitt varjetajiet tal-Kadarka prevalenti. It-tifqigħa tal-phylloxera kkawżat ħsara kbira fir-reġjun tal-inbid. Ir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna nħoloq bl-Att tal-Inbid tal-1998, iżda l-ewwel Att tal-Inbid, li jmur lura għall-1893, iddefinixxa r-reġjun tal-inbid ta’ Szekszárd bħala wieħed li jkopri t-territorju kollu tal-kontea ta’ Tolna, u għalhekk nistgħu bir-raġun insejħu lir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna wieħed storiku.

Din il-kultura tad-dwieli bbażata fuq tradizzjonijiet li ilhom sekli sħaħ hija l-bażi tal-għarfien espert tan-nies lokali.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Il-karatteristiċi analitiċi tal-inbejjed prodotti fir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna – il-qawwa alkoħolika relattivament għolja tagħhom, il-proporzjonijiet favorevoli ta’ aċidi diversi, il-formazzjoni ta’ sustanzi li jagħtu l-korporatura lill-inbid – huma dovuti għall-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjun tal-inbid.

L-inbejjed mir-reġjun tal-inbid għandhom il-marka tal-produtturi tal-inbid li trabbew fuq tradizzjonijiet tal-kultivazzjoni tad-dwieli li ilhom sekli sħaħ u li kisbu għarfien modern. Il-karatteristiċi organolettiċi tagħhom jidhru b’mod partikolari fir-rikkezza tal-aromi tal-inbejjed.

L-inbejjed ta’ Tolna huma kkaratterizzati minn togħma ta’ frott derivata mill-għeneb u armonija tal-aromi u t-togħmiet li jirriżultaw mit-tqaddim fin. Aċidi u estratt ibbilanċjati.

Dawn il-kwalitajiet kollha jagħmlu l-inbejjed ta’ Tolna mfittxija barra mill-Ungerija, kemm fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn minnhom.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Ir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna jikkonsisti fi ġnub tal-għoljiet akbar u widien b’inklinazzjonijiet ġentili. L-għoli tal-għoljiet jilħaq il-150-200 metru. L-għoljiet huma mgħottija b’loess li fih livelli għoljin ta’ ġir, li jipprovdi ħamrija eċċellenti għall-kultivazzjoni tad-dwieli meta jitħallat ma’ ħamrija tal-foresti kannella. L-ewwel kundizzjoni għall-produzzjoni ta’ għeneb eċċellenti għalhekk hija ssodisfata.

Is-somma minima tas-sħana meħtieġa għall-kultivazzjoni tad-dwieli hija ta’ 2 500 °C, filwaqt li s-somma minima tas-sħana attiva hija ta’ 1 000 °C, u t-temperatura medja annwali trid tkun bejn 9 °C u 21 °C. Dawn il-fatturi tat-temperatura għandhom effetti ta’ benefiċċju fit-tul fuq il-kwalità tal-għeneb imkabbar hawn.

It-tielet fattur huwa l-ammont ta’ preċipitazzjoni. Il-preċipitazzjoni medja annwali fit-tul fir-reġjun tal-inbid hija ta’ 590 mm, filwaqt li d-dwieli jirċievu 450 mm ta’ preċipitazzjoni matul l-istaġun tat-tkabbir. Ma għandhomx bżonn aktar preċipitazzjoni minn hekk.

L-aħjar evidenza tal-kundizzjonijiet eċċellenti li jipprevalu fir-reġjun tal-inbid, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-evidenza materjali, hija li l-produzzjoni tad-dwieli u tal-inbid fir-reġjun tal-inbid tista’ tiġi ntraċċata mill-inqas lura saċ-Ċelti.

L-inbejjed ikkummerċjalizzati minn kantini tal-inbid li joperaw fiż-żona tar-reġjun tal-inbid – li huma magħmula minn għeneb eċċellenti, f’konformità mat-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid u bl-użu ta’ għarfien ġdid – huma kummerċjabbli ħafna u huma mfittxija wkoll barra mill-pajjiż.

8.2.   Inbid frizzanti

Deskrizzjoni taż-żona demarkata: Fatturi umani

L-inbejjed bażi għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ilhom jiġu prodotti fir-reġjun tal-inbid ta’ Tolna għal kważi nofs seklu.

Il-produtturi tar-reġjun tal-inbid kisbu ħakma fuq it-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti, bdew jipproduċu l-inbejjed frizzanti ta’ Tolna, imbagħad introduċewhom fis-suq.

Is-suċċess tal-prodott huwa dovut għall-għarfien tekniku u r-reputazzjoni tal-kultivaturi tad-dwieli u l-produtturi tal-inbid li jaħdmu hawn. L-inbejjed frizzanti ta’ Tolna essenzjalment huma prodotti permezz ta’ metodu tradizzjonali u huma ffermentati fil-flixkun. B’riżultat ta’ dan, it-togħmiet u l-aromi sekondarji wkoll jiżviluppaw tajjeb, minbarra l-aromi tal-frott primarji.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Minħabba t-tqaddim itwal, il-kulur tal-inbejjed frizzanti bojod jista’ jvarja minn isfar ċar sa isfar dehbi, il-kulur tal-inbejjed frizzanti rożè minn lewn il-qoxra tal-basla sa roża lampun, u l-kulur tal-inbejjed frizzanti ħomor minn lewn ir-rubin sa aħmar skur. Togħmiet u aromi primarji qawwija, tal-frott jew pikkanti (rożè, ħomor) li huma karatteristiċi tal-għeneb jiddominaw fil-fwieħa u t-togħma tal-inbejjed frizzanti ta’ Tolna, li huma kkomplementati minn aromi sekondarji. L-inbejjed frizzanti ta’ Tolna għandhom aċidità friska.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Il-klima tar-reġjun tal-inbid ta’ Tolna hija ddeterminata kemm minn effetti kontinentali kif ukoll minn effetti Mediterranji. L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx ukoll huwa ogħla mill-medja nazzjonali. Il-preċipitazzjoni annwali u d-distribuzzjoni relattivament uniformi tagħha, kif ukoll il-ħamrija b’kapaċità ta’ żamma tal-ilma relattivament tajba, kollha jikkontribwixxu għal provvista tal-ilma adegwata matul l-istaġun tat-tkabbir, li huwa fattur partikolarment importanti fil-każ tal-inbejjed frizzanti, peress li l-irwejjaħ veġetali soffokanti u l-aċidi mhux ipproċessati immaturi li kieku jiġu enfasizzati mid-diossidu tal-karbonju li jirriżulta mill-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja ma jitħallewx jiffurmaw fl-inbid.

L-istaġun twil tat-tkabbir u l-ammont totali għoli tas-sħana jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet biex l-għeneb li minnu jiġi prodott l-inbid bażi tal-inbejjed frizzantijisir b’mod xieraq kif ukoll biex jinżammu l-aċidi friski.

Il-post tal-vinji, il-kundizzjonijiet klimatiċi tat-tip Mediterranju, il-ħamrija kalkarja u tal-loess, il-ħamrija tal-lom rikka fin-nutrijenti, u l-varjetajiet li huma l-aktar adattati għaż-żona tal-produzzjoni jingħaqdu biex jagħtu lill-inbejjed frizzanti ta’ Tolna l-karattru uniku tagħhom, u jgħinuhom iżommu l-aroma rikka tagħhom, ir-riħa u l-aromi kumplessi ta’ frott jew pikkanti, il-karattru frisk u l-aċidità eleganti tagħhom minkejja li jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika sekondarja. B’riżultat ta’ tqaddim itwal skont il-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti, l-inbejjed frizzanti huma kkaratterizzati minn aromi sekondarji eleganti u fini.

8.3.   Inbid semifrizzanti bil-gass

Deskrizzjoni taż-żona demarkata: Fatturi umani

Fil-każ tal-inbejjed ta’ Tolna, l-inbejjed semifrizzanti bil-gass jitqiesu bħala kategorija tal-prodott ġdida li l-produtturi bdew jipproduċuha minn għeneb tradizzjonalment imkabbar f’dan ir-reġjun tal-inbid biex jipproduċu l-inbid bażi għall-inbejjed frizzanti, u li huma kkummerċjalizzaw b’suċċess fis-suq domestiku.

Is-suċċess ekonomiku u tas-suq tal-prodott huwa essenzjalment dovut għall-għarfien tekniku u r-reputazzjoni tal-kultivaturi tad-dwieli u l-produtturi tal-inbid li jaħdmu hawn. L-inbejjed semifrizzanti bil-gass ta’ Tolna huma tipikament magħmula minn varjetajiet imkabbra f’dan ir-reġjun tal-inbid, u l-kwalità tagħhom tinkiseb billi tiġi stabbilita data tal-ħsad, li tippermetti li jinżammu t-togħmiet u l-aromi naturali primarji tal-għeneb, li għandhom jiġu enfasizzati aktar biss biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju qabel l-ibbottiljar.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed semifrizzanti bil-gass bojod, rożè u ħomor ta’ Tolna huma kkaratterizzati minn aċidità armonjuża, freskezza u aromi tal-frott vivaċi u kumplessi.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Din hija waħda mir-reġjuni tal-inbid fin-Nofsinhar tal-Ungerija. Il-klima lokali hija ddeterminata minn influwenzi kemm kontinentali kif ukoll Mediterranji. Din hija l-parti tal-Ungerija fejn ir-rebbiegħa tibda l-aktar kmieni, u l-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ogħla mill-medja nazzjonali. Il-preċipitazzjoni annwali u d-distribuzzjoni relattivament uniformi tagħha, kif ukoll il-ħamrija b’kapaċità ta’ żamma tal-ilma relattivament tajba, kollha jikkontribwixxu għal provvista tal-ilma adegwata matul l-istaġun tat-tkabbir, li huwa fattur partikolarment importanti fil-każ tal-inbejjed semifrizzanti bil-gass, peress li l-irwejjaħ veġetali soffokanti u l-aċidi mhux ipproċessati immaturi li kieku jiġu enfasizzati mid-diossidu tal-karbonju preżenti fl-inbid ma jitħallewx jiffurmaw.

Il-post tal-vinji, il-kundizzjonijiet klimatiċi tat-tip Mediterranju, il-ħamrija kalkarja u tal-loess, il-ħamrija tal-lom rikka fin-nutrijenti u l-varjetajiet li huma l-aktar adattati għaż-żona tal-produzzjoni jingħaqdu biex jagħtu lill-prodott il-karattru uniku tiegħu, li jimmanifesta ruħu fi rwejjaħ u aromi kumplessi ta’ frott, karattru frisk u aċidità eleganti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati u r-regoli biex jiġu indikati

Qafas legali:

 

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn stabbilita mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

1.

Distrett: Völgységi

 

Muniċipalitajiet tad-distrett: Aparhant, Bátaapáti, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Cikó, Dúzs, Grábóc, Györe, Hidas, Hőgyész, Izmény, Kisdorog, Kismányok, Kisvejke, Lengyel, Mórágy, Mőcsény,

 

Mucsfa, Mucsi, Nagymányok, Tevel, Váralja u Závod

 

Fil-każ tal-inbejjed ta’ Tolna b’indikazzjoni tad-distrett, 100 % tal-għeneb irid jiġi minn vinji fiż-żoni tad-distrett indikati li huma kklassifikati fil-Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji.

Muniċipalitajiet

Muniċipalitajiet: Aba, Aparhant, Bátaapáti, Bikács, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Bölcske, Cikó, Dunaföldvár, Dunaszentgyörgy, Dúzs, Fácánkert, Felsőnyék, Fürged, Grábóc, Gyönk, Györe, Györköny, Hidas, Hőgyész, Igar, Iregszemcse, Izmény, Kisdorog, Kismányok, Kisszékely, Kisvejke, Kölesd, Lengyel, Lajoskomárom, Madocsa, Magyarkeszi, Mezőkomárom, Mórágy, Mőcsény, Mucsfa, Mucsi, Nagydorog, Nagyszékely, Nagymányok, Nagyszokoly, Németkér, Ozora, Paks, Pálfa, Pári, Pincehely, Regöly, Sárszentlőrinc, Seregélyes, Simontornya, Szabadhidvég, Tamási, Tengelic, Tevel, Tolnanémedi, Váralja u Závod.

Għall-inbejjed li jkollhom indikazzjoni tal-muniċipalità tagħhom, mill-inqas 85 % tal-prodott irid jiġi minn vinji f’żoni tal-muniċipalità indikati li huma kklassifikati fil-Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji, u mhux aktar minn 15 % tal-prodott jista’ jkun minn partijiet oħra taż-żoni demarkati tar-reġjun tal-inbid ta’ Tolna li huma kklassifikati fil-Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji.

2.

Vinji msemmija:

 

Bonyhád: Aranybánya, Szőlő-domb

 

Bonyhádvarasd: Kereszt-dűlő

 

Lajoskomárom: Fülöp-hegy

 

Simontornya: Derék-hegy, Mózsé-hegy

 

Paks: Hideg-völgy, Sánc-hegy

 

Gyönk: Ködmön-hegy

 

Għall-inbejjed b’indikazzjoni tal-isem tal-vinja, 95 % tal-għeneb użat biex isir l-inbid irid jiġi minn żoni tal-vinja indikata li huma kklassifikati fil-Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji.

Termini tradizzjonali awtorizzati għall-użu u termini li l-użu tagħhom huwa ristrett

Qafas legali:

 

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn stabbilita mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Inbid:

 

Abjad: “Késői szüretelésű” [inbid bi ħsad tardiv], “válogatott szüretelésű” [inbid bi ħsad selettiv], “muskotály” [muscat], “cuvée” jew “küvé” [cuvée], “szüretlen” [mhux iffiltrat], “töppedt szőlőből készült” [magħmul minn għeneb imqadded], “primőr” [primeur] jew “újbor” [inbid ġdid], “első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni], “barrique”, “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-kartell] jew “hordóban erjesztett” [iffermentat fil-bittija], “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-kartell] jew “hordóban érlelt” [imqaddem fil-bittija]

 

Rożè:“Válogatott szüretelés” [ħsad tardiv], “cuvée” jew “küvé” [cuvée], “szüretlen” [mhux iffiltrat], “primőr” [primeur] jew “újbor” [inbid ġdid], “első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni]

 

Aħmar: “Siller”, “késői szüretelésű” [inbid bi ħsad tardiv], “válogatott szüretelésű” [inbid bi ħsad selettiv], “muskotály” [muscat], “cuvée” jew “küvé” [cuvée], “szüretlen” [mhux iffiltrat], “töppedt szőlőből készült” [magħmul minn għeneb imqadded], “primőr” [primeur] jew “újbor” [inbid ġdid], “első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni], “barrique”, “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-kartell] jew “hordóban erjesztett” [iffermentat fil-bittija], “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-kartell] jew “hordóban érlelt” [imqaddem fil-bittija]

Inbid frizzanti:

 

Abjad, Rożè, Aħmar: “Muskotály” [Muscat], “cuvée” jew “küvé” [cuvée], “első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni]

 

Inbid semifrizzanti bil-gass

 

Abjad, Rożè, Aħmar: “Muskotály” [Muscat], “cuvée” jew “küvé” [cuvée], “első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni]

Regoli addizzjonali dwar it-tikkettar

Qafas legali:

 

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn stabbilita mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Bħala terminu li l-użu tiegħu huwa ristrett, “muskotály” [Muscat] jista’ jiġi indikat fuq it-tikketti tal-prodotti tal-inbid suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: Mill-inqas 85 % tal-inbid bażi jrid jiġi prodott mill-vendemmja ta’ waħda jew aktar mill-varjetajiet tad-dwieli li ġejjin: Cserszegi fűszeres, Irsai Olivér, Nektár, Ottonel muskotály, Sárga muskotály.

 

L-ismijiet tal-varjetajiet Alibernet u Bíborkadarka ma jistgħux jiġu indikati fuq it-tikketta.

 

Indikazzjoni tal-vendemmja hija obbligatorja fuq l-inbejjed ta’ Tolna minn unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona tal-produzzjoni demarkata. Jekk tiġi indikata l-vendemmja, 85 % tal-inbid irid joriġina minn dik il-vendemmja.

 

Fil-każ ta’ nbid ta’ Tolna primeur jew inbid ġdid, 100 % tal-inbid irid jiġi mill-vendemmja indikata.

 

Indikazzjoni ta’ kwalunkwe varjazzjoni tat-terminu “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” [denominazzjoni ta’ oriġini protetta] li tinkludi aġġettiv derivat użat fil-lingwa Ungeriża, kif ukoll indikazzjoni tat-terminu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtorizzati.

 

Kwalunkwe varjazzjoni fl-isem ta’ unità ġeografika iżgħar li tinkludi s-suffiss “-i” għad-derivazzjoni tal-aġġettiv bl-Ungeriż tista’ tintuża bħala indikazzjoni.

 

It-termini “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni], “termelői palackozás” [ibbottiljat mill-produttur] u “pinceszövetkezetben palackozva” [ibbottiljat f’kantina tal-inbid kooperattiva] jistgħu jiġu indikati fuq kull inbid ta’ Tolna.

 

It-terminu “rozé” jista’ jiġi ssostitwit b’“rosé”, u t-terminu “küvé” jista’ jiġi ssostitwit bit-terminu “cuvée”, jew b’“házasítás” [taħlita].

Regoli dwar il-preżentazzjoni

Qafas legali:

 

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn stabbilita mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Preżentazzjoni

 

L-inbejjed ta’ Tolna bi ħsad tardiv, l-inbejjed ta’ Tolna bi ħsad selettiv, l-inbejjed ta’ Tolna magħmula minn għeneb imqadded, u l-inbejjed ta’ vinja magħżula jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fi fliexken tal-ħġieġ.

 

Din ir-regola ma tapplikax għal inbejjed prodotti fiż-żona tal-produzzjoni mill-produttur fil-kantini tagħhom stess għall-konsum fuq il-post.

Notifika minn qabel tal-preżentazzjoni:

 

Il-faċilitajiet tal-ibbottiljar barra ż-żona demarkata għandhom jinnotifikaw lis-segretarju tal-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Tolna bi kwalunkwe bbottiljar sa mhux aktar tard minn 8 ijiem qabel tibda l-preżentazzjoni ta’ prodott tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Il-produzzjoni tal-inbid barra miż-żona demarkata

Qafas legali:

 

Mill-organizzazzjoni responsabbli li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn stabbilita mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Il-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Tolna barra miż-żona demarkata hija permessa biss fil-muniċipalitajiet li ġejjin li jmissu maż-żona demarkata, fil-kontej elenkati hawn taħt.

 

Il-Kontea ta’ Tolna: Alsónána, Alsónyék, Báta, Bátaszék, Decs, Harc, Kakasd, Kéty, Medina, Őcsény, Sióagárd, Szálka, Szekszárd, Várdomb, Varsád, Zomba

 

Il-Kontea ta’ Baranya: Bisse, Csarnóta, Diósviszló, Harkány, Hegyszentmárton, Kistótfalu, Márfa, Nagytótfalu, Siklós, Szava, Túrony, Vokány, Kisharsány, Nagyharsány, Palkonya, Villány, Villánykövesd Helesfa, Kispeterd, Mozsgó, Nagypeterd, Nyugotszenterzsébet, Szigetvár, Boda, Cserkút, Hosszúhetény, Ivánbattyán, Keszü, Kiskassa, Kővágószőlős, Kővágótöttös, Mecseknádasd, Pécs, Pécsvárad, Szemely, Kisjakabfalva, Babarc, Bár, Bóly, Dunaszekcső, Hásságy, Lánycsók, Máriakéménd, Mohács, Monyoród, Nagynyárád, Olasz, Szajk, Szederkény, Versend

 

Il-kontea ta’ Bács-Kiskun: Akasztó, Bócsa, Kecel, Kiskőrös, Soltvadkert u Borota

 

Fejér megye: Etyek, Dég

 

Il-kontea ta’ Pest: Szigetcsép

 

Il-kontea ta’ Somogy: Balatonboglár

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/download/0/92/f2000/TOLNA_termekleiras%204-v%C3%A1ltozat%20COM%20kn.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2023/C 215/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Ribera del Guadiana

PDO-ES-A1295-AM04

Data tal-applikazzjoni: 26.3.2021

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

CONSEJO REGULADOR DE LA DO RIBERA DEL GUADIANA BORD REGOLATORJU GĦAD-DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI RIBERA DEL GUADIANA

Korp li jirrappreżenta l-interessi ekonomiċi tal-operaturi koperti mid-DOP.

2.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

Rabta

Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

3.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

3.1.   Inklużjoni ta’ kategoriji ġodda tal-inbid

Is-suq internazzjonali għall-inbejjed bil-gass żdied bi 32 % f’termini kemm tal-volum kif ukoll tal-valur f’dawn l-aħħar snin, b’kuntrast mar-rata ta’ tkabbir aktar moderata rreġistrata fis-suq tal-inbejjed bla gass. Ir-rata tat-tkabbir fi Spanja hija stmata li hija ta’ madwar 10 %.

Din ix-xejra ilha kostanti fl-aktar swieq importanti, li jfisser li l-produzzjoni ta’ nbejjed bil-gass tipprovdi opportunità ta’ dħul fi swieq ġodda.

Din il-kategorija ta’ nbid ma hijiex waħda mhux magħrufa fiż-żona koperta mid-denominazzjoni ta’ oriġini Ribera del Guadiana għaliex ilha ssir hemm mis-snin 80, wara li ntalbet kemm mill-operaturi koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet professjonali l-aktar rappreżentattivi fis-settur.

Għalhekk, l-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata biex tinkludi l-kategoriji li ġejjin: inbid spumanti, inbid spumanti ta’ kwalità, inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità, inbid semispumanti u nbid semispumanti bil-gass.

Skont ir-regoli tal-UE, l-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda tikkostitwixxi emenda tal-Unjoni.

3.2.   Ġustifikazzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika għall-kategoriji l-ġodda

Din it-taqsima jeħtieġ li tiġi emendata biex tiġġustifika ż-żieda tal-kategoriji l-ġodda. Il-kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija, il-post taż-żona, l-għarfien espert bħala produtturi u l-varjetajiet koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini Ribera del Guadiana huma kollha adattati sew għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti u semispumanti.

3.3.   Referenza għall-kategoriji l-ġodda fir-rekwiżiti tal-imballaġġ u t-tikkettar

Il-kategoriji l-ġodda jissemmew f’din it-taqsima u l-informazzjoni ġiet aġġornata skont dan.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Ribera del Guadiana

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

6.

Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

9.

Inbid semifrizzanti bil-gass

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

4.1.   Inbid abjad

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati

Lewn: ilwien sofor jagħtu fid-deheb

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa

Finitura: iħalli togħma aromatika li ddum fil-ħalq

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l

*

Għall-inbejjed bojod li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima, espressa bħala aċidu aċetiku, hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10 %, sa limitu massimu ta’ 1,08 gramma għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

4.2.   Inbid rożè

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati

Lewn: ivarja minn roża għal oranġjo, inklużi lwien jagħtu fl-aħmar

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa

Finitura: iħalli togħma aromatika li ddum fil-ħalq.

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 240 mg/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

4.3.   Inbid aħmar

Dehra

Ċarezza: ċar jew fih xi tartrati jew sustanzi kuluranti

Lewn: vjola jagħti fl-aħmar lewn il-briks.

Intensità tal-kulur: baxxa, medja jew għolja.

Riħa

Riħa: preżenza ta’ rwejjaħ ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Palat

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni u/jew ta’ njam u ta’ xiwi

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa

Finitura: iħalli togħma aromatika li ddum fil-ħalq

*

Limitu massimu ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar: 190 mg/l

*

Għall-inbejjed ħomor li jsiru bl-użu ta’ kontenituri tal-injam, l-aċidità volatili massima, espressa bħala aċidu aċetiku, hija ta’ 1 gramma għal kull litru sa 10 % alkoħol skont il-volum, flimkien ma’ 0,06 grammi addizzjonali għal kull litru għal kull punt perċentwali ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 10 %, sa limitu massimu ta’ 1,2 gramma għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

4.4.   Inbid spumanti, inbid spumanti ta’ kwalità, u nbid spumanti aromatiku ta’ kwalità

Dehra

Ċarezza: ċar u jleqq mingħajr partikoli sospiżi

Intensità tal-lewn / sfumatura / kulur

Inbid abjad:

 

Lewn: ivarja minn isfar għal dehbi.

 

Inbid rożè: ivarja minn roża għal oranġjo, inklużi lwien jagħtu fl-aħmar.

 

Inbejjed ħomor: vjola jagħti fl-aħmar lewn il-briks.

 

Intensità tal-kulur: baxxa, medja jew għolja.

 

Karbonazzjoni: L-inbid jifforma ragħwa u jirrilaxxa fluss kontinwu ta’ diossidu tal-karbonju f’forma bħal żibeġ bi bżieżaq żgħar sa medji, li xi kultant jiffurmaw ċirku madwar id-dawra tal-wiċċ. Il-bżieżaq li jiffurmaw ikunu persistenti.

AROMA

Preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni.

TOGĦMA

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa u/jew karbonazzjoni Finitura: iħalli togħma aromatika li ddum fil-ħalq.

*

Diossidu tal-karbonju minimu (pressjoni eċċessiva f’bars): 3,0 għall-inbid spumanti, (3,5) għall-inbid spumanti ta’ kwalità u (3,0) għall-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità.

*

Qawwa alkoħolika proprja minima (% vol.) fl-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità: 6,0 % vol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

10

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

4  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

4.5.   Inbid semispumanti, inbid semispumanti bil-gass

Dehra

Ċarezza: ċar u jleqq mingħajr partikoli sospiżi

Intensità tal-lewn / sfumatura / kulur

Inbid abjad: ivarja minn isfar għal dehbi

Inbid rożè: ivarja minn roża għal oranġjo, inklużi lwien jagħtu fl-aħmar

Inbejjed ħomor: vjola jagħti fl-aħmar lewn il-briks.

Intensità tal-kulur: baxxa, medja jew għolja.

Karbonazzjoni: preżenti

AROMA

Preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni.

TOGĦMA

Aroma: preżenza ta’ aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew idderivati mill-fermentazzjoni

Bilanċ fit-togħma: proporzjon bilanċjat ta’ alkoħol/aċidità, possibbilment ftit ħlewwa u/jew karbonazzjoni

Finitura: iħalli togħma aromatika li ddum fil-ħalq.

*

Diossidu tal-karbonju (pressjoni eċċessiva f’bars): 1-2,5.

*

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l): 180-235 (i) 150-190 (ii) Il-valur massimu għal kull kategorija japplika għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor residwu li jaqbeż il-5 g/l u l-minimu japplika għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor residwu li jkun ta’ 5 g/l jew inqas. Fil-każ tal-inbejjed semispumanti, il-valuri b’(i) japplikaw għall-inbejjed bojod u rożè u l-valuri b’(ii) japplikaw għall-inbejjed ħomor.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

9

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

7

Aċidità totali minima

4  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Waqt l-estrazzjoni tal-most/inbid u s-separazzjoni tiegħu mill-karfa, għandha tiġi applikata pressjoni adegwata biex jiġi żgurat li r-rata ta’ estrazzjoni ma taqbiżx is-70 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud.

L-inbejjed bojod u ħomor fermentado en barrica għandhom jiġu ffermentati f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

L-inbejjed tinto roble jridu jiġu mqaddma għal 90 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

L-inbejjed vino de guarda jridu jiġu mqaddma għal 365 ġurnata, b’tal-anqas 60 minnhom f’kontenituri tal-ballut b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 600 litru.

Dawn il-perjodi tat-tqaddim jibdew fl-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Varjetajiet bojod

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   

 

84 ettolitru għal kull ettaru

3.   Varjetajiet ħomor

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

4.   

 

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

TIERRA DE BARROS: Aceuchal, Ahillones, Alange, Almendralejo, Arroyo de San Serván, Azuaga, Berlanga, Calamonte, Corte de Peleas, Entrín Bajo, Feria, Fuente del Maestre, Granja de Torrehermosa, Higuera de Llerena, Hinojosa del Valle, Hornachos, La Morera, La Parra, Llera, Llerena, Maguilla, Mérida (ix-xatt fix-xellug tax-Xmara Guadiana), Nogales, Palomas, Puebla del Prior, Puebla de la Reina, Ribera del Fresno, Salvatierra de los Barros, Santa Marta de los Barros, Solana de los Barros, Torre de Miguel Sesmero, Torremegía, Valencia de las Torres, Valverde de Llerena, Villafranca de los Barros u Villalba de los Barros.

MATANEGRA: Bienvenida, Calzadilla, Fuente de Cantos, Medina de las Torres, Puebla de Sancho Pérez, Los Santos de Maimona, Usagre, Valencia del Ventoso u Zafra.

RIBERA ALTA: Aljucén, Benquerencia, Campanario, Carrascalejo, Castuera, La Coronada, Cristina, Don Álvaro, Don Benito, Esparragalejo, Esparragosa de la Serena, Higuera de la Serena, La Garrovilla, Guareña, La Haba, Magacela, Malpartida de la Serena, Manchita, Medellín, Mengabril, Mérida (ix-xatt fil-lemin tax-Xmara Guadiana), Mirandilla, Monterrubio de la Serena, La Nava de Santiago, Navalvillar de Pela, Oliva de Mérida, Quintana de la Serena, Rena, San Pedro de Mérida, Santa Amalia, Trujillanos, Valdetorres, Valverde de Mérida, Valle de la Serena, Villagonzalo, Villanueva de la Serena, Villar de Rena, Zalamea de la Serena u Zarza de Alange.

RIBERA BAJA: La Albuera, Almendral, Badajoz, Lobón, Montijo, Olivenza, La Roca de la Sierra, Talavera de la Real, Torremayor, Valverde de Leganés u Villar del Rey.

MONTÁNCHEZ: Albalá, Alcuéscar, Aldea de Trujillo, Aldeacentenera, Almoharín, Arroyomolinos de Montánchez, Casas de Don Antonio, Escurial, Garciaz, Heguijuela, Ibahernando, La Cumbre, Madroñera, Miajadas, Montánchez, Puerto de Santa Cruz, Robledillo de Trujillo, Salvatierra de Santiago, Santa Cruz de la Sierra, Santa Marta de Magasca, Torre de Santa María, Torrecilla de la Tiesa, Trujillo, Valdefuentes, Valdemorales, Villamesías u Zarza de Montánchez.

CAÑAMERO: Alía, Berzocana, Cañamero, Guadalupe u Valdecaballeros.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

CABERNET SAUVIGNON

CAYETANA BLANCA

GRACIANO

MACABEO - VIURA

MERLOT

PARDINA - JAÉN BLANCO

SYRAH

TEMPRANILLO - CENCIBEL

TEMPRANILLO - TINTO FINO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbejjed bla gass (Kategorija 1)

Bis-saħħa tal-klima Mediterranja li tippredomina fiż-żona ġeografika, b’temperaturi medji moderati matul is-sena u livelli ta’ umdità xotta, il-kundizzjonijiet huma adatti għall-produzzjoni tal-għeneb b’aċidità bilanċjata, qawwa alkoħolika li ma hijiex għolja wisq u maturità fenolika korretta.

Ix-xita skarsa fi żminijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni tad-dwieli hija sinifikanti, peress li tnaqqas ħafna r-riskju ta’ mard fungali, li għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw.

Il-ħamriji taflin ħamranin huma t-tip ta’ ħamrija predominanti. Normalment imsejħa “barros” (tajn), dawn jikkonsistu minn sedimenti tal-Miċenew b’kontenut sinifikanti tal-ġebla tal-ġir li jagħti kulur bajdani lill-ħamrija f’xi żoni (magħrufa bħala “caleños” b’referenza għall-ġir fil-ħamrija).

Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw f’inbejjed ħomor rikki fit-tannini u fis-sustanzi kuluranti, b’qawwa alkoħolika tajba u b’livell adegwat ta’ aċidità u profil aromatiku ta’ frott.

L-inbejjed bojod u rożè ma fihomx ħafna tannini u għandhom bilanċ tajjeb, u jintgħarfu mill-karattru distintiv ħafna tagħhom – ta’ frott u aromatiku – u l-aċidità medja għolja.

8.2.   Inbejjed spumanti u semispumanti (kategoriji 4, 5, 6, 8 u 9)

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima influwenzaw il-fatturi umani fejn jidħol it-trattament speċifiku tad-dwieli, li tradizzjonalment tkabbru f’sistemi forma ta’ sġajriet mingħajr irrigazzjoni, b’densità tat-tħawwil baxxa u b’għadd limitat ta’ trattamenti tal-protezzjoni tal-pjanti.

L-inbejjed spumanti u semispumanti huma magħmula minn inbejjed cuvée, prinċipalment mill-varjetajiet tad-dwieli Macabeo, Parellada, Garnacha Tinta u Tempranillo, li għandhom il-karatteristiċi deskritti fil-punt preċedenti. Normalment prodotti bl-użu tal-“metodu tradizzjonali”, huma nbejjed ħfief ħafna u bbilanċjati, b’aromi qawwija.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Kwalunkwe ppakkjar użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Ribera del Guadiana jrid jiġi ttikkettat bl-isem protett f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

IMBALLAĠĠ TAL-INBEJJED: L-inbejjed Crianza, Reserva u Gran Reserva jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’kontenituri tal-ħġieġ.

SISTEMI TA’ SSIĠILLAR: It-tappijiet tas-sufra jridu jintużaw bħala s-sistema ta’ ssiġillar għall-inbejjed imqaddma. Għall-inbejjed mhux soġġetti għal proċessi ta’ tqaddim, jistgħu jiġu awtorizzati sistemi ta’ ssiġillar għajr it-tappijiet tas-sufra sakemm il-Bord Regolatorju jemmen li dawn ma humiex ta’ detriment għall-kwalità jew għall-prestiġju tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni protetta.

TIKKETTAR TAL-INBEJJED L-indikazzjonijiet “Premium” u “Reserva” jistgħu jintużaw għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.juntaex.es/documents/77055/621148/Pliego+de+Condiciones+Ed+8+Ver+03+Envio+para+Publicacion.pdf/7d03b40c-6f89-b936-079b-794a1ebdaa6b?t=1666866589413


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/32


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2023/C 215/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TAL-UNJONI

“La Mancha”

PDO-ES-A0045-AM05

Data tal-applikazzjoni: 21.6.2022

1.   Emenda/i

1.1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Asociación Interprofesional de la D.O. Vitivinícola La Mancha

Jirrappreżenta lill-operaturi kollha li jipproduċu l-inbid protett.

1.2.   Deskrizzjoni u raġunijiet

L-IPPAKKJAR HUWA LIMITAT GĦAŻ-ŻONA DEMARKATA.

DESKRIZZJONI:

Żdied paragrafu ġdid dwar l-imballaġġ, biex jiġi stabbilit li dan irid isir fiż-żona tal-produzzjoni ddefinita fil-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din l-emenda hija kkunsidrata li taqa’ taħt il-kategorija ta’ emenda tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33, li tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

RAĠUNI:

F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, ir-raġuni għall-inklużjoni ta’ dan ir-rekwiżit hija li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni tal-inbejjed tad-DOP La Mancha, tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom u jiġu żgurati l-karatteristiċi u l-kwalitajiet partikolari tagħhom, li huma marbuta maż-żona tal-oriġini.

Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most f’inbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra, iżda pjuttost bl-ippakkjar. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi.

Dan l-obbligu jevita r-riskji possibbli tat-trasport tal-inbejjed barra miż-żona fejn jiġu prodotti, inklużi: ossidazzjoni u minħabba temperaturi għoljin jew baxxi u deterjorazzjoni tal-prodott, li jaffettwaw ħażin il-karatteristiċi fiżikokimiċi tiegħu (l-aċidità, il-polifenoli u s-sustanzi kuluranti) u l-karatteristiċi organolettiċi (il-lewn, l-aroma, it-togħma), u l-istabbiltà tiegħu. Dan inaqqas ukoll ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika (minn batterji, vajrusis, fungi, moffa jew ħmira).

Bl-istess mod, l-imballaġġ fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ddefinita fit-Taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jippermetti kontroll aħjar tal-operazzjonijiet tal-imballaġġ.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

La Mancha

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad u rożè, inbejjed mhux maturi u tradizzjonali, u bojod “maħżunin fil-ballut”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Qawwa alkoħolika baxxa. L-inbejjed bojod ivarjaw fl-isfumatura minn jagħtu fl-aħdar għal sofor, u kważi jaslu sa kulur dehbi. Dawn huma qawwijin u b’togħma ta’ frott b’aromi primarji, kemxejn aċidużi u bbilanċjati.

Jekk ikunu qattgħu l-ħin fil-btieti, il-kulur tagħhom ikun isfar għal kulur id-deheb jew it-tiben, bi ħjiel ta’ togħma mixwija fuq sfond ta’ vanilla u ta’ noti twal ta’ ballut u ta’ frott.

L-inbejjed rożè jvarjaw fil-kulur minn roża għal oranġjo lewn is-salamun, b’aromi qawwija u primarji. Dawn huma kemxejn aċidużi, ibbilanċjati u għandhom togħma ta’ frott.

L-inbejjed iffermentati fil-bettija għandhom aromi u togħma ta’ wara li tfakkar fil-bettija.

*

Aċidità volatili massima tal-inbejjed mhux maturi: 8,33 milliekwivalenti għal kull litru

*

Sulfiti massimi: 190 mg/l fejn iz-zokkor ≥ 5 g/l (inbejjed “maħżunin fil-ballut” eżentati)

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

2.   Inbejjed ħomor mhux maturi u tradizzjonali u l-ħomor “maħżunin fil-ballut”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

B’kulur aħmar fil-vjola għal kulur il-granata, l-inbejjed huma qawwijin, b’togħma ta’ frott, b’aromi primarji. Mad-dewqan, dawn huma tanniċi, b’alkoħol/aċidità bbilanċjata, twal u b’togħma ta’ frott. L-inbejjed li qattgħu ħin fil-btieti jvarjaw minn kulur il-granata għal kulur rubin. Dawn huma qawwijin, b’togħma ta’ frott, b’aromi primarji u ta’ vanilla. Fil-ħalq dawn huma twal u bbilanċjati, bi ħjiel ta’ vanilla. Bi tqaddim ulterjuri, l-inbejjed jista’ jkollhom ħjiliet ta’ terrakotta jew ta’ oranġjo-terrakotta. Dawn huma twal u bil-għasel. Fil-ħalq, dawn huma lixxi, armonjużi, tondi u strutturati. Fl-inbejjed iffermentati fil-btieti, l-aromi u t-togħma ta’ wara jiġu pprovduti mill-bettija.

*

Aċidità volatili massima tal-inbejjed mhux maturi: 8,33 milliekwivalenti għal kull litru

*

Sulfiti massimi: 180 mg/l fejn iz-zokkor ≥ 5 g/l (inbejjed “maħżunin fil-ballut” eżentati)

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

130

3.   Inbid ħelu naturali tradizzjonali

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Konsistenti max-xotti fil-bojod u li jvarjaw minn lewn il-granata sa isfar jagħti fil-kannella fil-ħomor. Aromatiku b’mod intens, li jfakkar fil-frott u/jew fil-ġammijiet, ibbilanċjat u mimli.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

13

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

4.   Inbid abjad u aħmar li jkollu l-indikazzjonijiet “crianza”, “reserva” u “gran reserva”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod ivarjaw minn kulur it-tiben għal dehbi b’livelli differenti ta’ intensità skont l-età. Aromi tal-injam u ta’ xiwi. Bilanċjati. L-inbejjed ħomor ivarjaw minn aħmar lewn il-granata għal terrakotta skont l-età. Bl-età, l-aromi jiċċaqilqu minn togħma ta’ frott għal waħda ta’ njam u/jew ta’ xiwi. Fil-ħalq dawn huma bbilanċjati u mimlijin.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

**

Il-qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum hija stabbilita fl-ispeċifikazzjoni skont jekk huwiex inbid abjad jew aħmar.

***

Limiti aktar baxxi tal-aċidità volatili skont il-livell u d-durata tat-tqaddim.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Inbid spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod spumanti jvarjaw fil-lewn minn pallidu għal dehbi u jgħajjat, filwaqt li r-rożè huma roża ċar. Il-bżieżaq huma żgħar u persistenti. L-aromi huma nodfa u qawwijin. Fit-togħma, huma wesgħin u bbilanċjati.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,66

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed semispumanti jistgħu jkunu nbejjed bojod bi sfumaturi sofor differenti, rożè fi sfumaturi differenti ta’ roża u nbejjed ħomor b’kulur vjola-ħamrani. F’termini ta’ xamm, l-inbejjed bojod jippreżentaw aromi primarji, filwaqt li r-rożè u l-ħomor jippreżentaw aromi intensi li jfakkru fil-frott aħmar. Dawn huma nbejjed wesgħin u bbilanċjati, b’diossidu tal-karbonju prominenti.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

L-inbejjed bojod, rożè u ħomor koperti [minn din id-DOP] iridu jkunu magħmulin esklussivament mill-varjetajiet permessi. It-taħlit tal-varjetajiet tal-inbid abjad u tal-inbid aħmar ma huwiex permess.

Ir-rata massima ta’ konverżjoni hija ta’ 74 litru inbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud.

L-inbejjed bojod u rożè jsiru billi jitfarrku l-għenieqed u dawn jitbattlu mill-meraq bl-użu tas-sistema statika jew dinamika. L-għeneb jista’ jiġi mmaċerat minn qabel għall-estrazzjoni tal-aromi u tal-kulur, bil-most jiġi ffermentat f’temperatura massima ta’ 22 °C.

Għall-inbejjed ħomor, l-għeneb irid jiġi ffermentat bil-qoxra għal mill-inqas tlett ijiem f’temperatura massima ta’ 28 °C.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Vinji bi tħarriġ gobelet

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Vinji bi tħarriġ gobelet

74 ettolitru għal kull ettaru

3.

Vinji bi tħarriġ ma’ kannizzati

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

Vinji bi tħarriġ ma’ kannizzati

96,2 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

La Mancha hija reġjun naturali u storiku li jinsab fil-Komunità Awtonoma ta’ Castile-La Mancha, fiċ-ċentru ta’ Spanja. Din tkopri l-parti tat-Tramuntana tal-provinċja ta’ Albacete, il-parti tan-Nofsinhar u tal-Lbiċ ta’ Ciudad Real, il-parti tal-Lvant ta’ Toledo u l-parti tal-Lbiċ tal-provinċja ta’ Cuenca.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

AIRÉN

BOBAL

CABERNET SAUVIGNON

GARNACHA TINTA

MACABEO - VIURA

SYRAH

TEMPRANILLO - CENCIBEL

VERDEJO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Il-kompożizzjoni tal-ħamrija tal-pjanura ta’ La Mancha hija prodott tas-sedimentazzjoni Mijoċene tal-ġebla tal-ġir, tal-lom u tar-ramel, li tirriżulta f’ħamrija ta’ kulur kannella jew kannella ħamrani. L-abbundanza tal-ħamrija tal-ġir f’La Mancha tagħmel iż-żona ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor b’palat qawwi, adatti għat-tqaddim, filwaqt li l-ġebla tal-ġir ramlija tagħti qawwa pjaċevoli lill-inbid.

In-nuqqas ta’ xita (300 sa 350 mm fis-sena) u l-esponiment għoli għad-dawl tax-xemx (3 000 siegħa ta’ xemx) jipproduċu nbejjed b’kulur intens li fihom, l-intensità aromatika tingħata spinta ċara.

Ir-rendiment medju tal-vinji huwa baxx, li jgħin ukoll biex l-inbejjed jingħataw bilanċ eċċellenti.

8.2.   Inbid semispumanti

Il-klima kontinentali estrema, il-kompożizzjoni tal-ħamrija kannella ħamranija u t-temperaturi għoljin joħolqu l-aromi u l-ħjiliet tal-frott fl-inbejjed semispumanti. L-inbejjed deskritti fit-taqsima dwar l-inbid jintużaw għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed. Għalhekk il-kontenut ta’ dik it-taqsima japplika wkoll għal dawn l-inbejjed.

8.3.   Inbid spumanti ta’ kwalità

L-ambjent ġeografiku jippermetti l-kultivazzjoni tal-varjetajiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni, li jagħtu lill-inbejjed wisa’ u bilanċ. Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ xita u s-sigħat ta’ xemx jipproduċu qawwa alkoħolika naturali li tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed bil-livelli stabbiliti ta’ qawwa alkoħolika. Għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti, l-inbejjed imsemmija fit-taqsima dwar l-inbid jintużaw bħala nbid bażi. Għalhekk il-kontenut ta’ dik it-taqsima japplika wkoll għall-inbejjed spumanti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Sabiex tissemma varjetà speċifika u waħda tal-għeneb, mill-inqas 85 % tal-għeneb użat irid ikun ta’ dik il-varjetà, li trid tintwera fir-rekords tal-inbid.

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-DOP La Mancha jistgħu jużaw it-termini “Premium” u “Reserva” fuq it-tikketti tagħhom.

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

L-ippakkjar irid isir fiż-żona tal-produzzjoni demarkata. Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most f’inbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra, iżda pjuttost bl-ippakkjar. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. L-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni jippermetti kontroll dirett tal-operazzjoni tal-imballaġġ u jevita riskji possibbli ta’ trasport bħall-ossidazzjoni u l-istress mis-sħana, li jiddeterjoraw il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tal-inbejjed u jaffettwaw l-istabbiltà tagħhom.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/AM05_La_Mancha.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.