ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
12 ta' Ġunju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 204/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11097 — ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT) ( 1 )

1

2023/C 204/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11046 — IBV / ACEN / ACRI / SINGAPORE JV / TAIWAN JV / PHILIPPINES JV) ( 1 )

2


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2023/C 204/03

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2023 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ skoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni u proposta għal direttiva li temenda d-Direttivi 2009/65/EU, 2013/36/EU u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti fuq tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment (CON/2023/11)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 204/04

Rata tal-kambju tal-euro — Id-9 ta' Ġunju 2023

20

2023/C 204/05

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

21

2023/C 204/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

27

2023/C 204/07

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

28

2023/C 204/08

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

29

2023/C 204/09

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

30

2023/C 204/10

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

31

2023/C 204/11

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

32

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 204/12

Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

33

2023/C 204/13

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

34

2023/C 204/14

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ EUROVITA S.p.A., kumpanija tal-assigurazzjoni, u EUROVITA HOLDING S.p.A. (Il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) u tal-Artikolu 237(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005)

35


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 204/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11163 — TRAFIGURA / MOTA-ENGIL / LAH / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

37

2023/C 204/16

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11140 – APG / CORSICA SOLE / MIROVA / DRIVECO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

39

2023/C 204/17

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11136 – PETRONAS / NPI / CANWIND and NORTHWIND (JVs)) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

41

2023/C 204/18

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11103 – PUBLIC POWER CORPORATION / ENEL ROMANIA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

43


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11097 — ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/01)

Fl-10 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11097. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11046 — IBV / ACEN / ACRI / SINGAPORE JV / TAIWAN JV / PHILIPPINES JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/02)

Fis-6 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11046. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta' April 2023

dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ skoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni u proposta għal direttiva li temenda d-Direttivi 2009/65/EU, 2013/36/EU u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti fuq tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment

(CON/2023/11)

(2023/C 204/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-31 ta’ Jannar 2023 u s-6 ta’ Frar 2023, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 648/2012, (UE) 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta' miżuri biex jittaffew skoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (1) (minn hawn 'il quddiem ir-'regolament propost') u dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/UE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju tal-konċentrazzjoni li jiġi minn kontropartijiet ċentrali u r-riskju tal-kontroparti dwar tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment (2) (minn hawn 'il quddiem id-'direttiva proposta').

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost u d-direttiva proposta fihom dispożizzjonijiet li jaffettwaw: (1) il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) biex tiġi ddefinita u implimentata l-politika monetarja u tiġi promossa l-operazzjoni bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas bis-saħħa tal-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat; (2) il-kompitu tas-SEBĊ li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, bis-saħħa tal-Artikolu 127(5) tat-Trattat; u (3) il-kompiti mogħtija lill-BĊE dwar is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet Ġenerali

Il-BĊE jappoġġa l-pakkett propost mill-Kummissjoni Ewropea, li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sistema tal-ikklerjar ċentrali tal-Unjoni billi jintroduċi titjib immirat fil-qafas regolatorju. Il-BĊE jaqbel li kontropartijiet ċentrali (CCPs) reżiljenti u żviluppati tajjeb huma kritiċi għal Unjoni tas-Swieq Kapitali biex taħdem tajjeb.

Fl-ewwel lok, il-BĊE jilqa’ l-passi proposti biex tissaħħaħ is-sikurezza u r-reżiljenza tal-ikklerjar ċentrali tal-UE billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u, fid-dawl tar-riskji finanzjarji li qed jevolvu, jaġġorna r-rekwiżiti prudenzjali għas-CCPs u l-iskoperturi tal-banek għas-CCPs. Fit-tieni lok, il-BĊE jappoġġa l-miżuri proposti biex jissimplifikaw il-proċessi superviżorji tas-CCP bil-għan li s-CCPs tal-UE jkunu jistgħu jirrispondu aktar malajr għal żviluppi ġodda tas-suq. Fit-tielet lok, il-BĊE jaqbel mal-ħtieġa għal azzjoni addizzjonali biex jitnaqqsu l-iskoperturi eċċessivi ta’ klijenti tal-UE u membri tal-ikklerjar għal CCPs ta’ pajjiżi terzi bil-għan li jiġu limitati r-riskji potenzjali barra mill-kontroll sħiħ tal-awtoritajiet tal-Unjoni.

Arranġamenti robusti li jiżguraw is-sikurezza u l-effiċjenza tal-ikklerjar ċentrali tal-Unjoni huma kritiċi mill-perspettiva tal-Eurosistema bħala bank ċentrali tal-ħruġ. Tfixkil f'CCP b'negozju sinifikanti denominat f'euro jista' jkollu impatt negattiv fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro u l-operazzjonijiet bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas, li jimplika riskji għat-trażmissjoni effettiva tal-politika monetarja u, fl-aħħar mill-aħħar, biex jintlaħaq l-għan primarju tal-Eurosistema taż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet (3). Sistema ta’ kklerjar ċentrali tal-Unjoni b’saħħitha hija importanti wkoll għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) minħabba d-daqs tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt supervijoni mill-MSU għal CCPs tal-UE.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.    Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

Il-BĊE jappoġġa t-tisħiħ propost tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet fil-livell tal-Unjoni u r-rwol estiż għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fit-trawwim tal-konverġenza superviżorja, b'mod partikolari billi jivvota u jagħti opinjoni dwar kwistjonijiet superviżorji, kif ukoll il-koordinazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Il-BĊE jemmen li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, li jsaħħaħ is-superviżjoni tal-ikklerjar ċentrali fil-livell tal-Unjoni, meta jitqies it-tkabbir tal-kapaċità tal-ikklerjar fl-Unjoni u r-riskju relatat b'dimensjoni transkonfinali. L-importanza u l-kumplessità tas-CCPs tal-UE, li mistennija tiżdied bl-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv, kif ukoll l-interkonnessjoni tas-CCPs ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti bħala membri tal-ikklerjar tagħhom, jitolbu sorveljanza aktar b’saħħitha fil-livell tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi ġestit it-tixrid potenzjali tar-riskju sistemiku f'diversi Stati Membri.

1.1.   Kulleġġi

1.1.1.   Involviment kontinwu tal-kulleġġ: opinjonijiet u proċess ta’ reviżjoni annwali

Il-qafas tal-kulleġġi, stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn 'il quddiem 'EMIR'), wera li huwa mod effettiv biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi tal-ikklerjar ċentrali li jirriżultaw mill-implikazzjonijiet ta' riskju evidenti tas-CCPs bejn il-fruntieri u s-setturi. Il-kulleġġi jippermettu lill-awtoritajiet minn ġurisdizzjonijiet differenti u b'mandati diversi jiskambjaw informazzjoni, jipprovdu input, u jqajmu tħassib dwar l-approċċi tal-ġestjoni tar-riskju u l-firxa ta' servizzi tas-CCPs tal-UE. Bħalissa, il-kulleġġi joħorġu opinjonijiet dwar, fost oħrajn, l-awtorizzazzjoni tas-CCPs, l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi tas-CCPs u bidliet sinifikanti fil-mudell. Madankollu, ir-reazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs għall-iżviluppi u r-riskji tas-suq li qed jevolvu bħalissa mhumiex skrutinizzati fi proċessi formali tal-kulleġġ sakemm l-azzjonijiet ta’ tali CCPs ma jimplikawx bidla sinifikanti ta’ attivitajiet jew mudelli ta’ riskju.

Bil-ħsieb li jissaħħaħ l-involviment tal-kulleġġ fuq bażi kontinwa, il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni biex l-awtorità kompetenti ta’ kull CCP tissottometti lill-kulleġġ, mill-inqas fuq bażi annwali, rapport komprensiv li jirrevedi l-konformità tas-CCP mad-dispożizzjonijiet tal-EMIR u l-evalwazzjoni tar-riskji li s-CCP hija esposta għalihom (5). Il-BĊE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li titlob lill-kulleġġ joħroġ opinjonijiet addizzjonali dwar deċiżjonijiet superviżorji ewlenin, bħal fir-rigward tar-rapporti dwar ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni tas-CCP, ir-rekwiżiti tal-marġni u l-irtirar potenzjali tal-awtorizzazzjoni (6).

Taħt il-qafas propost, l-opinjonijiet tal-kulleġġ, minbarra li jaqblu jew ma jaqblux ma’ ċerti deċiżjonijiet superviżorji, jistgħu jinkludu wkoll kundizzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li l-kulleġġ iqis li huma meħtieġa biex itaffu kwalunkwe nuqqasijiet fil-ġestjoni tar-riskju tas-CCP (7). Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost peress li jippermetti lill-membri tal-kulleġġ jispeċifikaw il-kunsiderazzjonijiet li jinformaw il-voti tagħhom u li jimmarkaw it-tħassib li fadal. Biex jissaħħaħ aktar il-proċess tal-votazzjoni, il-membri tal-kulleġġ għandhom jiġu mħeġġa wkoll jipprovdu raġunament meta jitfgħu l-voti tagħhom fil-proċess tal-opinjoni tal-kulleġġ, sabiex l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun tista’ tibbenefika aktar mid-diversi perspettivi tal-membri tal-kulleġġ f’opinjoni tal-kulleġġ. Fl-aħħar nett, il-BĊE jappoġġa l-obbligu propost għall-awtorità kompetenti tas-CCP li tagħti r-raġunijiet, u tispjega bis-sħiħ, fid-deċiżjoni tagħha, kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-opinjoni tal-kulleġġ (8). Il-BĊE jemmen li dawn il-miżuri proposti se jtejbu l-involviment tal-kulleġġi fuq bażi kontinwa u se jgħinu biex jiġi żgurat li s-superviżjoni tas-CCP tappoġġja impenn effettiv ma’, u tibbenefika mill-perspettivi ta’, l-awtoritajiet rilevanti kollha.

Il-BĊE jappoġġa d-dispożizzjoni fir-regolament propost għall-membri tal-kulleġġ biex jipprovdu kontribut akbar dwar it-tmexxija tal-proċess ta’ reviżjoni annwali, u jissuġġerixxi li tali input m’għandux ikun ristrett għal sempliċiment twaqqif tal-frekwenza u l-profondità tar-reviżjoni annwali iżda għandu jindirizza wkoll il-fokus superviżorju sostantiv ta’ dik ir-reviżjoni.

1.1.2.   Kooperazzjoni f’timijiet superviżorji konġunti (JSTs)

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-intenzjoni sottostanti l-proposta li jiġu introdotti JSTs fis-superviżjoni tas-CCPs tal-UE awtorizzati. It-titjib tal-involviment tal-membri tal-kulleġġ fil-proċess ta’ superviżjoni kontinwa – notevolment fir-rigward tar-reviżjoni tal-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni, spezzjonijiet fuq il-post u fil-kuntest tal-proċess ta’ reviżjoni annwali – huwa pass lejn it-tisħiħ tas-superviżjoni fil-livell tal-Unjoni. Se tgħin lill-membri tal-kulleġġ jiksbu ftehim kondiviż aktar fil-fond tal-iżviluppi ewlenin li jaffettwaw ir-riskji u l-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs, u b’hekk issaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tad-djalogu bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs u l-membri tal-kulleġġ madwar l-Unjoni. Se tippermetti wkoll ġbir flimkien tar-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs u l-kulleġġi, li se jikkontribwixxu aktar għall-kosteffettività tas-superviżjoni tas-CCP tal-UE, għall-benefiċċju kemm tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll tal-membri tal-kulleġġ.

Madankollu, il-BĊE ma jqisx li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit korp superviżorju ġdid għal dan il-għan, peress li dan jista' jwassal għal kumplessità istituzzjonali akbar. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-BĊE jipproponi li jistrieħ fuq il-kooperazzjoni eżistenti fi ħdan il-qafas tal-kulleġġ. F’din il-linja, il-BĊE jissuġġerixxi li l-kompiti previsti tal-JSTs jiġu assenjati lill-kulleġġ bħala attivitajiet superviżorji konġunti, bil-parteċipazzjoni tal-membri tal-kulleġġ fuq bażi volontarja, f’konformità mal-prinċipju tal- “l-ebda ġegħil – l-ebda projbizzjoni”. F'każ li l-ebda membru tal-kulleġġ ma jkun voluntier biex jipparteċipa f'attività superviżorja konġunta flimkien mal-awtorità kompetenti, dan jinvolvi li l-awtorità kompetenti tassumi dan il-kompitu waħedha.

Bil-ħsieb li jiġu inkorporati l-attivitajiet superviżorji konġunti fil-proċessi eżistenti tal-kulleġġ, il-BĊE jissuġġerixxi li jiżdied element addizzjonali mar-rapport tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs dwar il-proċess ta’ reviżjoni annwali (9), jiġifieri pjan għal attivitajiet superviżorji konġunti matul il-perijodu ta’ reviżjoni annwali li jmiss.

Minbarra l-kompiti tal-JSTs taħt ir-regolament propost, il-BĊE jipproponi wkoll attivitajiet superviżorji konġunti fir-rigward tal-għoti ta’ kontribut għall-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni relatata mal-approvazzjoni ta’ bidliet fil-mudelli tal-marġni tas-CCP, kif ukoll mat-tmexxija tar-reviżjoni u valutazzjoni annwali mwettqa mill-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE (10). L-attivitajiet superviżorji konġunti għandhom jinkludu wkoll eżerċizzji potenzjali fuq id-desktop bħala għodda addizzjonali għal valutazzjonijiet kooperattivi tar-riskji tas-CCP u l-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju. Biex tippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-awtoritajiet kollha, inkluż il-kulleġġ, fi proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni, il-BĊE jipproponi li jestendi l-iskeda taż-żmien tal-valutazzjoni rispettiva (ara l-paragrafu 3.2 hawn taħt).

Bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-flessibbiltà għal attivitajiet superviżorji konġunti potenzjali fir-rigward ta' tħassib superviżorju ad hoc li jista' jinqala', għandu jkun possibbli li l-attivitajiet superviżorji konġunti jiġu estiżi għal oqsma mhux previsti fiż-żmien tar-reviżjoni annwali preċedenti. F’dan il-kuntest, il-BĊE jilqa’ l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs tal-UE jitolbu għajnuna f’ħidma superviżorja (11) li għaddejja, f’konformità mal-prinċipju ta’ “l-ebda ġegħil – l-ebda projbizzjoni”.

Jekk jiġu stabbiliti JSTs, kif stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni, il-BĊE jappoġġa l-parteċipazzjoni tas-superviżuri rilevanti tal-membri tal-ikklerjar f’JSTs, minħabba l-importanza tar-rabta bejn il-membri tal-ikklerjar u s-CCPs tal-UE, u tal-banek ċentrali tal-ħruġ u sorveljanti rilevanti, minħabba l-perspettiva sistemika usa' tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs.

1.2.   L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

1.2.1.   Ir-rwol tal-ESMA fit-trawwim tal-konverġenza superviżorja u l-mitigazzjoni tar-riskju transkonfinali

Unjoni tas-Swieq Kapitali li taħdem tajjeb teħtieġ prattiki allinjati mill-qrib fis-superviżjoni tas-CCP tal-UE. Bil-ħsieb li tkompli tippromwovi l-konverġenza superviżorja u l-applikazzjoni konsistenti tal-EMIR madwar is-CCPs tal-UE, il-BĊE jappoġġa l-proposti għat-tisħiħ tar-rwol tal-ESMA, bħala waħda mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. B'mod partikolari, l-ESMA għandha jkollha dritt tal-vot fil-kulleġġi u tipprovdi opinjonijiet dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet superviżorji li għandhom x'jaqsmu mar-reviżjoni u l-valutazzjoni annwali, ir-rekwiżiti tal-marġni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. Il-BĊE jappoġġa wkoll il-proċess propost għall-opinjonijiet tal-ESMA indirizzati lill-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE (12). Dan huwa kompletament konformi mal-parteċipazzjoni orizzontali tal-ESMA fil-kulleġġi kollha u l-kapaċità unika u r-rwol importanti tagħha li tirriżulta fil-promozzjoni ta' valutazzjoni konsistenti ta' kwistjonijiet komuni madwar il-kulleġġi.

1.2.2.   Koordinazzjoni transkonfinali f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi

Il-BĊE jaqbel li hemm bżonn li jissaħħaħ il-qafas tal-Unjoni għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ stress li jkollhom impatt, jew li x’aktarx ikollhom impatt, fuq is-CCPs tal-UE jew is-swieq ikklerjati ċentralment b’mod aktar ġenerali. Dan huwa essenzjali kemm bil-ħsieb li jiġu identifikati u indirizzati r-riskji ta' kontaġju fl-Unjoni kollha, li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta' stress f'CCPs tal-UE individwali, fi stadju bikri kif ukoll biex tinkiseb reazzjoni kkoordinata sew u mifruxa mal-Unjoni kollha għal tali emerġenzi madwar l-Unjoni kollha. Qafas aktar speċifiku għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza se jgħin biex jiċċara l-aspettattivi tal-awtoritajiet rilevanti u tas-CCPs rigward il-passi prattiċi li għandhom jiġu segwiti, iħaffef ir-rispons tal-Unjoni għal tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u jnaqqas ir-riskju potenzjali ta’ approċċi konfliġġenti ta’ dawk l-awtoritajiet.

Għalhekk, il-BĊE jilqa’ r-reviżjoni proposta tad-dispożizzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (13), inkluża l-ispeċifikazzjoni ta’ xenarji ta’ emerġenza rilevanti, ir-rwol ta’ koordinazzjoni formali tal-ESMA, il-possibbiltà għall-ESMA li tirkupra direttament l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-rwol ta’ koordinazzjoni u s-setgħa tagħha li toħroġ rakkomandazzjonijiet ta’ emerġenza lill-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet fejn aktar minn CCP waħda tal-UE tkun affettwata mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza jew fejn avvenimenti madwar l-Unjoni kollha jkunu qed jiddestabilizzaw is-swieq transfruntiera kklerjati ċentralment.

Reazzjoni kkoordinata tajjeb għal avvenimenti ta' stress serji li jħallu impatt fuq l-ikklerjar ċentrali fl-Unjoni teħtieġ l-interazzjoni effettiva tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP ma' awtoritajiet rilevanti oħra. Il-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti għandhom għalhekk dejjem jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP li jissejħu meta l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jista' jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas. Dan jiżgura wkoll konsistenza mal-approċċ tar-regolament propost, fejn il-banek ċentrali tal-ħruġ ikunu involuti fid-diskussjonijiet kollha dwar is-CCPs tal-UE (ara l-paragrafu 1.3.1 hawn taħt).

1.3.   Kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Sorveljanza tas-CCP

1.3.1.   Involviment tal-banek ċentrali tal-ħruġ

Bħalissa, l-involviment tal-banek ċentrali tal-ħruġ fid-diskussjonijiet fil-livell tal-Unjoni dwar is-CCPs tal-UE huwa asimmetriku ħafna għar-rwol rispettiv tagħhom għas-CCPs ta’ Livell 2 ta’ pajjiżi terzi, anki jekk is-CCPs tal-UE jammontaw għall-maġġoranza tal-ikklerjar fil-muniti tal-Unjoni u l-implikazzjonijiet tar-riskju li jirriżultaw. Fi ħdan l-Eurosistema, dan japplika anki fil-qasam tad-derivattivi over-the-counter (OTC), fejn id-dipendenza tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni fuq is-CCPs tar-Renju Unit hija l-aktar evidenti: Is-CCPs tal-UE jammontaw għal madwar 60 % tal-marġni inizjali ppubblikat mill-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni lil CCPs tal-UE u tar-Renju Unit (14). Madankollu, filwaqt li l-banek ċentrali ta’ ħruġ jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet b’rabta mas-CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-Livell 2, l-involviment rispettiv tagħhom għas-CCPs tal-UE bħalissa huwa limitat għad-diskussjonijiet dwar it-testijiet tal-istress tas-CCP fl-Unjoni kollha u żviluppi rilevanti tas-suq (15).

F'dan l-isfond, il-BĊE jilqa' bis-sħiħ il-proposta li l-banek ċentrali ta' ħruġ jiġu mistiedna bħala membri mingħajr vot għad-diskussjonijiet kollha tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-UE dwar is-CCPs tal-UE (16). Dan jippermetti lill-banek ċentrali ta’ ħruġ biex jipparteċipaw, pereżempju, ukoll f’diskussjonijiet ta’ analiżijiet ta’ reviżjoni bejn il-pari, kondiviżjoni regolari ta’ informazzjoni dwar attivitajiet u deċiżjonijiet superviżorji rilevanti u l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-kulleġġi.

1.3.2.   Involviment ta’ superviżuri prudenzjali

Il-profil tar-riskju ta' CCP jista' jkollu impatt fuq il-profil tar-riskju tal-impriżi li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar ta' dik is-CCP. Impriżi bħal dawn huma l-aktar istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (17). L-espożizzjoni li tirriżulta ilha tiżdied b'mod kostanti mill-kriżi finanzjarja globali tal-2008 u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma regolatorja tal-G20 li tinċentiva l-ikklerjar ċentrali. L-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar mhux biss jimplimentaw l-obbligu tal-ikklerjar għan-negozji tagħhom stess iżda jaġixxu wkoll bħala intermedjarji bejn is-CCPs u parteċipanti oħra fis-suq, billi jkunu meħtieġa, jew jagħżlu, li jikklerjaw dawk in-negozji b’mod ċentrali. Għalhekk, l-interkonnessjoni bejn l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar u s-CCPs hija vitali u hija mistennija li tibqa' hekk fil-futur. Meta wieħed iqis din l-interkonnessjoni, mhux biss huwa kruċjali għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ tali istituzzjonijiet li jkunu infurmati b’mod sħiħ u f’waqtu dwar ir-riskji ġestiti mis-CCPs iżda wkoll li jkunu f’pożizzjoni li joffru l-għarfien espert u l-perspettivi superviżorji tagħhom.

Il-kooperazzjoni mas-superviżuri prudenzjali tista' tissaħħaħ aħjar fil-livell tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP. Il-kompiti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, b'mod partikolari t-tħejjija ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar il-validazzjoni ta' bidliet sinifikanti fil-mudelli tar-riskju jew il-gradazzjonijiet, jew il-koordinazzjoni ta' eżerċizzji ta' ttestjar tal-istress, jipprovdu għarfien siewi dwar il-profili tar-riskju tas-CCPs u jippermettu fehim komprensiv tas-CCPs. B'estensjoni, minħabba l-interkonnessjonijiet imsemmija hawn fuq bejn l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar u s-CCPs, diskussjonijiet bħal dawn huma rilevanti wkoll għar-riskji li dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jġarrbu minħabba l-iskoperturi tagħhom għal CCPs. Għalhekk, is-superviżuri prudenzjali tal-istituzzjonijiet bl-akbar tliet kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCPs tal-UE għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP bħala membri mingħajr vot. B'dan il-mod, is-superviżuri jkunu infurmati fil-ħin dwar ir-riskji possibbli li jaffettwaw istituzzjonijiet individwali, u jkunu jistgħu jindirizzawhom, jekk u kif meħtieġ, fi ħdan is-superviżjoni kontinwa. Sħubija bħal din għandha ssir permanenti, aktar milli soġġetta għal stedina ad hoc.

1.4.   L-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ transsettorjali

1.4.1.   Kompożizzjoni

Karatteristika ewlenija tal-qafas superviżorju għas-CCPs tal-UE hija l-enfasi tiegħu fuq is-CCPs individwali, ibbażata fuq kombinazzjoni ta’ kontroll tal-pajjiż ta’ oriġini u kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet ospitanti fis-setturi rilevanti. Meta titqies in-natura integrata tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll l-interdipendenzi sinifikanti bejn is-CCPs tal-UE, is-superviżjoni tas-CCPs individwali għandha tiġi kkumplimentata b'arranġamenti korrispondenti fil-livell tal-Unjoni li jindirizzaw sitwazzjonijiet u vulnerabbiltajiet ta' kriżi potenzjali fl-Unjoni kollha. Pereżempju, l-implikazzjonijiet tar-riskju tal-interdipendenzi tal-ikklerjar ċentrali u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv jirrikjedu b’mod ċar valutazzjoni li hija kemm transsettorjali kif ukoll ta’ natura tal-Unjoni kollha.

F'dan l-isfond, il-BĊE jilqa' l-proposta biex jinġabru flimkien korpi tal-Unjoni involuti fis-superviżjoni tas-CCPs tal-UE, membri tal-ikklerjar u klijenti – inklużi rappreżentanti tal-ESMA, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) , il-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u l-BĊE, inkluż fil-kuntest tal-kompiti tiegħu taħt l-MSU – f’Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ (JMM) ġdid (18). Il-JMM għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-iżviluppi tas-suq rilevanti għall-ikklerjar fl-Unjoni kif ukoll tar-riskji orizzontali potenzjali, b’mod partikolari dawk relatati mal-interkonnettività tal-atturi finanzjarji f’diversi ġurisdizzjonijiet.

Barra minn hekk, meta jitqies li l-kompiti tal-JMM jinkludu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv, il-BĊE jipproponi li l-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ tal-muniti li fihom huma denominati l-kuntratti tad-derivattivi koperti mir-rekwiżit tal-kont attiv għandhom jipparteċipaw fil-JMM.

1.4.2.   Mandat u relazzjoni ma’ awtoritajiet oħra

F’termini ta’ sustanza, il-BĊE jaqbel mal-proposta li l-JMM jibqa’ jiffoka fuq il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji orizzontali u r-rapportar lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni, u b’hekk is-setgħat u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet eżistenti għas-superviżjoni tas-CCPs jitħallew kompletament intatti.

Fl-istess ħin, ikun ta’ għajnuna li tiġi ċċarata l-interazzjoni tal-JMM mal-qafas superviżorju eżistenti. L-ewwel nett, bil-ħsieb li jiġi żgurat kontribut effettiv tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-ħidma tal-JMM, il-BĊE jissuġġerixxi li r-rapport annwali tal-JMM dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għandu jitħejja f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti. It-tieni, sabiex jiġi appoġġat is-segwitu effettiv tar-rapporti tal-JMM, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-kulleġġi u l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom, fil-kuntest tal-ħidma tagħhom stess, ikunu meħtieġa jirrieżaminaw u jikkunsidraw ir-riżultati tal-attivitajiet tal-JMM, sa fejn is-sejbiet tal-JMM ikunu rilevanti għall-attivitajiet, il-profil tar-riskju jew il-ġestjoni tar-riskju ta’ CCP speċifika.

Barra minn hekk, l-ambitu tal-kompitu propost tal-JMM għall-monitoraġġ tar-riskji ta’ konċentrazzjoni għandu jitwessa’. Il-BĊE jifhem li dan il-kompitu bħalissa jiffoka fuq l-identifikazzjoni tar-riskji ta’ konċentrazzjoni li jirriżultaw mid-dipendenza fuq l-istess fornituri tas-servizzi. Ir-regolament propost ma jkoprix b’mod espliċitu jew adegwat aspetti kritiċi addizzjonali tal-konċentrazzjoni. L-ewwel nett, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni jista’ jinħoloq meta klijent wieħed ikun espost b’mod sinifikanti għal CCP permezz tal-użu ta’ diversi membri tal-ikklerjar ta’ dik is-CCP, mingħajr preġudizzju għat-tipi ta’ prodotti kklerjati f’dik l-istess CCP. Dan huwa riskju li jista’ jkun kunċettwalment rilevanti għal diversi CCPs, minkejja l-fatt li tali konċentrazzjoni għandha tiġi analizzata fil-livell ta’ kull CCP. It-tieni nett, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni jista’ jinħoloq meta parteċipant fis-suq jakkumula pożizzjonijiet sinifikanti fis-suq għal prodott negozjabbli kemm fi swieq regolati kif ukoll fi swieq OTC. Dan it-tħassib jista’ jiġi aggravat meta l-istess prodott jew prodott simili, jew saħansitra prodott ikkorrelatat ħafna, jiġi kklerjat f’aktar minn CCP waħda. Tali forom ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni bħalissa huma inqas viżibbli, kemm għall-awtoritajiet kif ukoll għall-parteċipanti fis-suq, minkejja l-konsegwenzi sinifikanti potenzjali tagħhom. Kif enfasizzat matul kriżijiet reċenti, dawk ir-riskji setgħu rriżultaw f’theddida sinifikanti għas-sikurezza u s-solidità tas-CCPs tal-UE, il-parteċipanti fis-suq kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja b’mod aktar wiesa’. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-JMM jissaħħu fi ħdan ir-regolament propost billi tiġi introdotta, fil-kuntest tal-ikklerjar, kopertura aktar estensiva tar-riskju ta’ konċentrazzjoni.

Barra minn hekk, fid-dawl tan-novità tal-JMM, il-BĊE jissuġġerixxi li tiġi pprovduta flessibbiltà akbar lill-JMM fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħidma potenzjali tiegħu. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni li tippermetti, fejn jitqies utli, il-possibbiltà li żewġ membri tal-JMM jew aktar jaqblu li jużaw il-qafas tal-JMM bħala l-bażi għat-twettiq ta’ analiżijiet transsettorjali dwar suġġetti addizzjonali għall-Unjoni kollha u transsettorjali ta’ interess komuni relatati mal-ikklerjar ċentrali.

1.5.   Superviżjoni ta’ CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi

Il-BĊE ġeneralment jappoġġa l-emendi li jintroduċu aktar proporzjonalità fil-proċess ta’ rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi kif ukoll l-emendi li jiżguraw li l-ESMA tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa minn CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-Grad 2 għall-finijiet tal-attivitajiet superviżorji tagħha.

Il-BĊE jissuġġerixxi li jiġi ċċarat aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsultazzjoni tal-bank ċentrali ta’ ħruġ fir-rigward tal-attivitajiet u l-proċeduri superviżorji fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-Grad 2. Bħalissa, dan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsultazzjoni huwa delimitat għall-konformità tas-CCP mal-ħames oqsma ta’ rilevanza mill-perspettiva tal-bank ċentrali tal-ħruġ: marġnijiet, kontrolli tar-riskju tal-likwidità, kollateral, arranġamenti ta’ saldu u ta’ interoperabbiltà (19). Fil-prattika, il-konformità tas-CCPs ma’ dawn l-oqsma tista’ tkun is-suġġett ta’ deċiżjonijiet formali meħuda mill-ESMA skont ċerti dispożizzjonijiet (20) kif ukoll valutazzjonijiet u proċeduri superviżorji speċifiċi tal-ESMA u l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs. Barra minn hekk, il-qasam tar-rekwiżiti tal-marġni huwa rregolat minn ċerti dispożizzjonijiet tal-EMIR (21). Huwa importanti li banek ċentrali tal-ħruġ ikunu kkonsultati dwar ir-reviżjoni ta' mudelli, l-ittestjar tal-istress u l-ittestjar b'lura għall-validazzjoni tal-mudelli u l-parametri adottati mis-CCP għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini, tal-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza, tar-rekwiżiti tal-kollateral u miżuri oħra ta' kontroll tar-riskju skont l-EMIR (22). Għalhekk, il-BĊE jirrakkomanda li jinżamm il-fokus tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsultazzjonijiet tal-banek ċentrali ta’ ħruġ fuq dawk il-ħames oqsma, iżda li jiġi ċċarat aktar it-tip ta’ atti tal-ESMA fejn il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jiġu kkonsultati (eż. billi jiġu inklużi valutazzjonijiet superviżorji). Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsultazzjoni għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet tal-EMIR rilevanti kollha li jagħtu s-setgħa lill-ESMA biex tadotta deċiżjoni jew twettaq valutazzjoni superviżorja f’dawn l-oqsma.

2..    Aġġornament tar-rekwiżiti prudenzjali

2.1.   Emendi għar-rekwiżiti tas-CCP

2.1.1.   Rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni u segregazzjoni

Il-BĊE jilqa’ l-proposta li temenda r-rekwiżiti ta’ ammissjoni stabbiliti mis-CCPs għall-membri tal-ikklerjar. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontropartijiet mhux finanzjarji fil-kuntest tal-ikklerjar ċentrali huma rilevanti ħafna, speċjalment minħabba l-esperjenzi reċenti b’sejħiet ta’ marġni kbar li jirriżultaw mill-volatilità eċċezzjonalment għolja tas-suq. Għalhekk, is-CCPs għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-profil tal-likwidità distint tal-kontropartijiet mhux finanzjarji qabel ma jiġu ammessi bħala parteċipanti diretti. Is-CCPs għandhom jeżaminaw b’mod speċjali jekk kontropartijiet mhux finanzjarji humiex kapaċi jissodisfaw żidiet potenzjali fir-rekwiżiti tal-marġini jew il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza fuq bażi f’waqtha, anki taħt kundizzjonijiet tas-suq taħt stress. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-interazzjoni tal-ammissjoni tal-kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar skont l-EMIR (23) mar-rekwiżit li CCP tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) tkun timmerita b’mod partikolari aktar speċifikazzjonijiet. Għalhekk, il-BĊE jissuġġerixxi li l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji rilevanti (25) għandu jispeċifika l-elementi tal-kriterji ta’ ammissjoni għal kontropartijiet mhux finanzjarji. Barra minn hekk, il-BĊE jipproponi li l-membri tas-SEBĊ jiżdiedu mal-lista ta’ awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati mill-ESMA matul l-iżvilupp ta’ dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jissuġġerixxi li tiġi ċċarata li l-projbizzjoni għas-CCPs li jipparteċipaw f’CCP (26) oħra hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-arranġamenti tal-interoperabbiltà li jiżguraw qafas ta’ riskju xieraq għas-servizzi tal-ikklerjar bejn is-CCPs (27).

2.1.2.   Rekwiżiti ta’ marġni u trasparenza

Il-BĊE jappoġġja t-teħid tal-opportunità ta’ dan ir-rieżami leġiżlattiv biex jinsiltu tagħlimiet minn perijodi reċenti ta’ volatilità tas-suq eċċezzjonalment għolja, li juri li jista’ jkun hemm lok biex jissaħħu l-prattiki ta’ marġinazzjoni. Rapport reċenti mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), il-Kumitat tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali dwar il-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Suq (CPMI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (28) identifikaw oqsma li jistħoqqilhom analiżi ulterjuri, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispons u t-trasparenza tal-mudelli tal-marġni tas-CCP kif ukoll il-prattiki tal-marġni ta’ varjazzjoni. Huwa mistenni li din l-analiżi ulterjuri se tirriżulta f’rakkomandazzjonijiet minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-kuntest tal-prattiki, l-approċċi u l-mudelli ta’ marġinazzjoni tas-CCPs.

F’dan l-isfond, il-BĊE jappoġġja l-emendi proposti li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-marġni. Li wieħed jgħaddi minn sejħiet għall-marġni (29) tal-istess ġurnata jista’ jidderieġi lura l-likwidità lill-membri tal-ikklerjar. Madankollu, xi drabi din il-prattika tista’ ma tkunx prattika mhux biss għas-CCPs iżda wkoll għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom. Illum xi CCPs jistgħu jħalltu varjazzjoni fl-istess ġurnata u sejħiet għall-marġni inizjali. Dan spiss ifisser li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom jistgħu jagħżlu li jissodisfaw sejħiet għall-marġni tal-istess ġurnata b’kollateral mhux fi flus jew f’munita differenti mill-munita li fiha jkun denominat il-prodott. Meta s-CCPs jintroduċu passing-through ta’ marġni ta’ varjazzjoni, tali flessibbiltajiet fuq in-naħa tal-kollateral jistgħu jintilfu peress li sejħiet fl-istess ġurnata jkollhom jiġu separati bejn il-marġnijiet ta’ varjazzjoni u dawk inizjali. Barra minn hekk, il-flus kontanti biss (jiġifieri l-munita tal-prodott) x’aktarx li jiġu aċċettati bħala kopertura eliġibbli għall-marġnijiet ta’ varjazzjoni. Konsegwentement, kif jipprevedi r-regolament propost (30), il-passing-through tal-marġnijiet ta’ varjazzjoni għandu jibqa’ għażla, li għandha tiġi kkunsidrata u żviluppata minn CCP fuq bażi tal-aħjar sforz, wara li jiġu vvalutati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha f’konsultazzjoni mal-membri tal-ikklerjar tagħha u l-klijenti tagħhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rakkomandazzjonijiet potenzjali li jirriżultaw mill-ħidma internazzjonali li għaddejja, li eventwalment jistgħu jiġu riflessi fl-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tal-marġni (31).

Fir-rigward tat-trasparenza u d-divulgazzjoni tal-prattiki ta’ marġinazzjoni, il-BĊE jappoġġa bil-qawwa l-espansjoni tar-responsabbiltajiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet f’isem il-klijenti rispettivi tagħhom (jiġifieri, il-fornituri tas-servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti). Barra minn hekk, ikun utli li l-ESMA (32) tingħata mandat, f’konsultazzjoni mal-EBA u l-membri tas-SEBĊ, biex tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ trasparenza applikabbli għas-CCPs u l-fornituri tas-servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti. Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jtejbu b’mod konsiderevoli l-istandardizzazzjoni u l-kwalità tad-divulgazzjonijiet rilevanti. Fil-kuntest tat-trasparenza u d-divulgazzjoni, dawn jiżguraw ukoll interazzjoni effettiva bejn ir-responsabbiltajiet tas-CCPs u l-fornituri tas-servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti. Fl-aħħar nett, tali abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jistgħu jqisu, fi stadju aktar avvanzat u sa fejn rilevanti, l-eżitu tal-ħidma internazzjonali li għaddejja taħt l-awspiċi tal-BCBS-CPMI-IOSCO (33) fir-rigward tat-trasparenza tal-marġni.

2.1.3.   Rekwiżiti tal-kollateral

B’mod ġenerali, fih mertu l-fatt li s-CCPs jitħallew jaċċettaw garanziji pubbliċi u garanziji bankarji pubbliċi bħala kollateral. Il-BĊE jirrikonoxxi l-isforzi regolatorji tal-Unjoni biex ittaffi l-istress eċċezzjonali fuq il-likwidità li jirriżulta minn perijodi reċenti ta’ volatilità tas-suq mingħajr preċedent. Madankollu, biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, u minħabba li l-proposta tibqa’ siekta dwar l-ispeċifiċitajiet tal-garanziji tal-banek kummerċjali, il-BĊE jenfasizza li ma jappoġġjax li l-garanziji tal-banek kummerċjali mhux kollateralizzati jitħallew ikunu kollateral eliġibbli fuq bażi permanenti (34). L-aċċettazzjoni ta’ garanziji tal-banek kummerċjali mhux kollateralizzati għandha tibqa’ miżura regolatorja temporanja applikabbli biss għal kontropartijiet mhux finanzjarji. Il-possibbiltà li jiġu aċċettati garanziji tal-banek kummerċjali mhux kollateralizzati fuq bażi permanenti tirrappreżenta bidla strutturali fit-tolleranza tar-riskju regolatorju, li tmur lil hinn mill-għan li jiġi indirizzat l-istress eċċezzjonali ta’ likwidità ta’ mhux banek. Barra minn hekk, il-BĊE jwissi kontra li s-CCPs jitħallew jaċċettaw garanziji tal-banek kummerċjali mill-membri tal-ikklerjar kollha, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji, għall-kuntrarju mill-kontropartijiet mhux finanzjarji biss kif inhu l-każ bħalissa.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jipproponi li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom il-garanziji tal-banek kummerċjali jistgħu jiġu aċċettati bħala kollateral biex jinkludu garanziji pubbliċi u garanziji bankarji pubbliċi. Dan jippermetti lill-ESMA tispeċifika aktar ir-rekwiżiti kollaterali rilevanti fir-rigward tal-garanziji pubbliċi u l-garanziji ta’ banek pubbliċi.

2.1.4.   Obbligu ta’ rapportar

Il-BĊE jappoġġja bil-qawwa l-proposta li titneħħa l-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ rapportar għal tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontroparti mhux finanzjarja (35). Fil-kuntest tal-introduzzjoni ta’ din l-eżenzjoni fl-2017, il-BĊE identifika diversi konsegwenzi negattivi kemm għall-kwalità kif ukoll għall-utilità tad-data rrapportata taħt l-EMIR kif ukoll l-abbiltà tal-awtoritajiet li jimmonitorjaw l-istabbiltà finanzjarja f’ċerti oqsma tas-swieq finanzjarji (36). Dawn il-konsegwenzi għadhom rilevanti. Pereżempju, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar ċerti tranżazzjonijiet intragrupp dgħajjef lill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu relatati mal-istabbiltà finanzjarja matul it-taqlib fis-swieq tal-enerġija tal-2022. L-attività tal-kumpaniji mhux finanzjarji tirrappreżenta sehem kbir ħafna tas-swieq tad-derivattivi tal-enerġija. B’riżultat ta’ dan, in-nuqqas ta’ data dwar tranżazzjonijiet intragrupp ma’ mill-inqas kontroparti mhux finanzjarja waħda kkostitwixxa lakuna materjali fil-kapaċità tal-BĊE li jimmonitorja dan is-segment tas-swieq tad-derivattivi. B’mod aktar ġenerali, fis-swieq tad-derivattivi tal-komoditajiet, it-tranżazzjonijiet intragrupp jiffurmaw parti materjali mill-iskoperturi bilaterali totali bejn il-parteċipanti fis-suq, u l-identifikazzjoni tagħhom tista’ tiżvela l-importanza ta’ xi konglomerati kbar minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja. Filwaqt li t-taqlib reċenti affettwa b’mod predominanti d-derivattivi tal-komoditajiet tal-enerġija, in-natura ta’ kriżijiet futuri ma tistax tiġi mbassra. B’mod ġenerali, in-nuqqas ta’ stampa sħiħa tas-suq jista’ jimpedixxi wkoll il-monitoraġġ effiċjenti tad-dinamika tas-suq li tinbidel malajr mill-awtoritajiet kompetenti. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jinnota li r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) ma fih l-ebda eżenzjoni simili għar-rapportar ta’ repos intragrupp, finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta’ self b’marġni. It-tneħħija tal-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontroparti mhux finanzjarja mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-EMIR hija miżura importanti għall-istabbiliment ta’ stampa sħiħa tas-suq u l-kisba ta’ konsistenza bejn ir-regolamenti rispettivi.

2.1.5 .   Stima tal-ħtiġijiet ta’ likwidità

Il-BĊE jqis li huwa importanti li s-CCPs jimmonitorjaw l-iskoperturi tagħhom għall-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni fuq bażi ta’ kuljum biex jiġġestixxu aħjar ir-riskju tal-likwidità, kif ukoll biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’rapportar xieraq għal kull munita rilevanti tal-Unjoni. Ir-regolament propost għandu jirrifletti dan sabiex jiġi żgurat li l-akbar obbligi ta’ ħlas jiġu vvalutati b’mod aggregat għall-muniti kollha u separatament għal kull waħda mill-aktar muniti rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati.

2.2.   Impatt fuq is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

2.2.1.   Eżenzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet intragrupp

Ir-Regolament propost jintroduċi bidliet għall-qafas applikabbli bħalissa li jeżenta l-kummerċ intragrupp mir-rekwiżiti għall-ikklerjar u l-marġinazzjoni (38) kif ukoll mir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu (39). Il-bidliet proposti jinkludu l-qafas għall-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi, li huwa prekundizzjoni għal dawn l-eżenzjonijiet. Fil-każ tal-EMIR, huwa propost li l-qafas attwali tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza jiġi ssostitwit b’qafas simplifikat. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet li jiżguraw li s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet, iżda wkoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja b’mod aktar wiesa’, ma jiġux kompromessi. F’dan il-kuntest, il-BĊE għandu bosta osservazzjonijiet.

L-ewwel nett, għall-fini tal-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet intragrupp mir-rekwiżiti tal-ikklerjar u l-marġinazzjoni, mhuwiex biżżejjed li tiġi limitata l-valutazzjoni minn qabel tal-qafas tal-pajjiż terz rilevanti għall-aspetti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu biss. Il-BĊE jemmen bis-sħiħ li diversi aspetti oħra, b’mod partikolari l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz mal-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-EMIR, għandhom jiġu vvalutati qabel ma l-eżenzjonijiet ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet. Il-valutazzjoni għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, rekwiżiti ewlenin dwar it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kummerċ OTC, kif diġà previst fil-qafas tal-EMIR attwali (40). Il-BĊE jappoġġa valutazzjoni tal-ekwivalenza aktar komprensiva minħabba li jipprovdi aċċertament li l-kontropartijiet li jinsabu f’pajjiżi terzi huma soġġetti għal oqfsa regolatorji u superviżorji sodi u l-kontropartijiet tal-Unjoni ma jġarrbux riskji mhux dovuti billi jidħlu fi tranżazzjonijiet ma’ tali kontropartijiet. Skont ir-regolament propost, il-Kummissjoni tista’ twettaq valutazzjoni aktar komprensiva tal-qafas ta’ pajjiż terz, li potenzjalment tinkludi l-aspetti msemmija hawn fuq. Madankollu, tali valutazzjoni ma għandhiex tkun diskrezzjonali. Minflok, din il-valutazzjoni għandha titwettaq u tiġi konkluża bil-quddiem, qabel ma l-kontropartijiet tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet imsemmija hawn fuq. Inkella, il-kontropartijiet tal-Unjoni jġorru riskji sinifikanti meta jidħlu fi, jew iżommu, volum kbir ta’ tranżazzjonijiet intragrupp ma’ kontropartijiet li jistgħu ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti regolatorji xierqa u/jew superviżjoni adegwata. Konsegwentement, il-BĊE jqis li, minflok il-qafas simplifikat propost, għandu jinżamm il-qafas ta’ ekwivalenza attwalment applikabbli.

It-tieni, il-proposta għandha impatt dirett fuq l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu huwa r-riskju tat-telf ikkawżat minn bidliet fil-firxa tal-kreditu tal-kontroparti ta’ tranżazzjoni tad-derivattivi minħabba bidliet fil-kwalità tal-kreditu tagħha. Dan l-aġġustament jirriżulta meta l-kontroparti tal-Unjoni tidħol fi tranżazzjoni ta’ derivattivi ma’ kontroparti oħra, inkluża kontroparti fl-istess grupp. Waħda mill-aktar raġunijiet komuni għaliex il-kontropartijiet tal-Unjoni jġarrbu tali skopertura għar-riskju intragrupp hija li jappoġġaw prattiki ta’ prenotazzjoni back-to-back. Fil-passat (41), il-BĊE enfasizza li r-riskji prudenzjali jistgħu jirriżultaw minn ċerti prattiki ta’ prenotazzjoni fi ħdan gruppi internazzjonali, b’mod partikolari prattiki ta’ prenotazzjoni back-to-back. Irrispettivament minn jekk it-tranżazzjoni intragrupp li twassal għal riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu tappoġġax prattika ta’ prenotazzjoni back-to-back jew le, ir-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu li jirriżulta jkollu impatt negattiv fuq il-profil tar-riskju tal-kontroparti tal-Unjoni. Għalhekk, il-kontropartijiet tal-Unjoni jrid ikollhom arranġamenti lokali adegwati u persunal biex jiġġestixxu kif xieraq tali riskju u jżommu kapital regolatorju biex jkopruh, sakemm ma tapplikax l-eżenzjoni rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (42). Jenħtieġ li din l-eżenzjoni tkun disponibbli biss għall-kontropartijiet tal-Unjoni sakemm il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-pajjiż terz, fejn tkun stabbilita l-kontroparti l-oħra, tkopri l-aspetti prudenzjali rilevanti kollha tar-regoli ta’ dak il-pajjiż terz u jkollha fil-mira speċifikament ir-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu b’mod komprensiv. Konsegwentement, il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni, fil-proposta għal regolament, ta’ mandat għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi (43), iżda jissuġġerixxi li dan isir immirat lejn ir-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji tal-pajjiż terz inkwistjoni. Il-BĊE jappoġġja l-fatt li l-mandat huwa stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Deċiżjoni speċifika dwar l-ekwivalenza għall-finijiet ta’ eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet intragrupp skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tkun aktar adattata peress li tippermetti li l-valutazzjoni tiffoka fuq ir-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu. Dan jirriżulta f’eżitu aktar prudenti, meta mqabbel mal-istatus quo, anki wara l-kjarifiki — altrimenti milqugħa — tal-EBA (44).

Fl-aħħar nett, irrispettivament mill-qafas applikabbli għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza, il-BĊE joġġezzjona għall-assenjazzjoni tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-pajjiżi terzi lis-superviżur prudenzjali, anki fuq bażi temporanja, kif jipprevedi r-regolament propost. Il-BĊE jemmen li, minn perspettiva istituzzjonali, il-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu r-responsabbiltà li tivvaluta l-ekwivalenza tal-oqfsa regolatorji ta’ pajjiżi terzi, li tirrikjedi li tinkiseb, u tinżamm aġġornata, ħarsa ġenerali komprensiva tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni f’pajjiżi terzi. Dan huwa konformi mal-qafas eżistenti tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji, li taħtu l-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza tipikament jitwettqu mill-Kummissjoni, xi drabi abbażi ta’ pariri tekniċi mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (45).

2.2.2.   Tneħħija tal-validazzjoni superviżorja tal-mudelli

Kif ġie osservat ukoll fi kriżijiet reċenti, jistgħu jinħolqu riskji sinifikanti minn tranżazzjonijiet OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment, li jaffettwaw kemm is-sikurezza kif ukoll is-solidità tal-kontropartijiet li jidħlu f’tali tranżazzjonijiet kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja b’mod aktar wiesa’. Dawn ir-riskji huma aggravati mill-fatt li l-volum ta’ tranżazzjonijiet OTC ikklerjati mhux ċentralment huwa kbir u huwa mistenni li jibqa’ hekk, minkejja l-implimentazzjoni gradwali tal-obbligu tal-ikklerjar wara r-riformi regolatorji tal-G20. Għalhekk huwa kruċjali li l-kontropartijiet finanzjarji japplikaw il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, imsemmija fl-EMIR (46), li huma teknikament sodi u adattati biex jilħqu l-għan li jitnaqqas ir-riskju sottostanti mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Dan jista’ jinvolvi l-użu ta’ mudelli għall-kalkolu tal-marġni inizjali. Għal dan l-għan, il-BĊE jappoġġa l-kjarifika tar-rekwiżiti superviżorji għall-kontropartijiet tal-Unjoni b’rabta mal-mudelli ta’ marġni inizjali (47). F’dan ir-rigward il-BĊE jaċċetta li jintroduċi proporzjonalità akbar u aktar flessibbiltà, bħal pereżempju li jippermetti l-użu ta’ mudelli fid-diskrezzjoni tal-kontropartijiet u li jissostitwixxi proċess ta’ validazzjoni formali b’setgħa ġenerali ta’ oġġezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti se jkollhom is-setgħa li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li dawn il-mudelli jkunu robusti biżżejjed. Il-BĊE jissuġġerixxi li dawn il-kontropartijiet, speċjalment l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jirrapportaw biżżejjed informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, inkluża informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-mudelli li jappoġġaw il-kalkolu tal-marġni inizjali. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ mudelli ta’ marġni inizjali mhijiex disponibbli fi ħdan il-qafas regolatorju eżistenti f’forma xierqa għal finijiet prudenzjali. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, huma jkunu f’pożizzjoni li jivvalutaw dawn il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, inklużi l-mudelli ta’ marġni inizjali, u jivvalutaw jekk hemmx bżonn li tittieħed azzjoni superviżorja xierqa biex tiġi żgurata s-solidità tal-applikazzjoni tagħhom. Il-BĊE jirrakkomanda li dan jiġi ddefinit b’abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji aktar milli b’linji gwida, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni aktar ddettaljati tal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipanti fis-suq jibbenefikaw ukoll milli jkollhom aċċess għal informazzjoni ewlenija dwar dawn il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju huma stess, inklużi l-mudelli ta’ marġni inizjali msemmija hawn fuq. Tali aċċess jiżgura t-trasparenza tal-ġestjoni tar-riskju tal-kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet OTC ikklerjati mhux ċentralment tagħhom u jiffaċilita wkoll l-evalwazzjoni mill-parteċipanti fis-suq tal-approċċ użat. Għalhekk, il-BĊE jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ rekwiżit għall-iżvelar ta’ informazzjoni ta’ livell għoli dwar l-użu ta’ mudelli ta’ marġni inizjali fi ħdan il-qafas tal-EMIR.

3.    Simplifikazzjoni u aċċellerazzjoni tal-proċessi ta’ approvazzjoni superviżorja

3.1.   Proċeduri għall-awtorizzazzjoni u l-estensjoni tas-servizzi

Il-BĊE jappoġġja l-proposta li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tas-CCP u l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tas-CCPs tal-UE li jirrispondu għal żviluppi ġodda tas-suq fil-ħin (48).

B’mod partikolari, il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-format u l-kontenut tad-dokumentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet tas-CCP (49) għandhom jiġu speċifikati permezz ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ. Kjarifika aktar dettaljata tar-rekwiżiti superviżorji rispettivi se trawwem it-trasparenza u l-prevedibbiltà għas-CCPs u se tgħin biex jitħaffef b’mod sinifikanti l-proċess ta’ approvazzjoni superviżorja.

Il-BĊE jilqa’ wkoll il-proposta li l-ESMA żżomm bażi ta’ data ċentrali (50), li għaliha jkollhom aċċess l-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs, l-ESMA u l-membri tal-kulleġġi, u li għaliha s-CCP tissottometti l-applikazzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni (51), l-estensjoni tas-servizzi u l-attivitajiet (52) u bidliet sinifikanti fil-mudelli u l-parametri tar-riskju (53). Dan se jiffaċilita l-involviment aktar rapidu tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha matul il-proċessi ta’ valutazzjoni rispettivi.

Il-BĊE jaqbel ukoll li għandha tiġi stabbilita skeda ta’ żmien soda għall-konklużjoni tal-valutazzjoni ta’ jekk applikazzjoni hijiex kompleta. Dan huwa importanti biex jiġu limitati l-inċertezzi u d-dewmien rispettivi u r-riskji korrispondenti għall-aġilità u l-kompetittività tas-CCPs tal-UE. Madankollu, il-BĊE huwa mħasseb li l-iskeda ta’ żmien proposta ta’ jumejn ta’ xogħol għall-awtorità kompetenti biex tikkonferma l-kompletezza tal-applikazzjoni ta’ CCP (54) hija qasira wisq. Sabiex jiġi żgurat li awtorità kompetenti tkun tista’ twettaq valutazzjoni solida fi kwalunkwe ċirkostanza, il-BĊE jissuġġerixxi li dan il-perijodu jiġi estiż għal għaxart ijiem ta’ xogħol. Altrimenti jista’ ma jkunx possibbli li jiġi eskluż ir-riskju ta’ rifjuti mhux meħtieġa ta’ applikazzjonijiet, jekk f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali awtorità nazzjonali kompetenti setgħet ma kinitx kapaċi tikkonferma fi żmien jumejn li d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa ġiet ipprovduta.

Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tal-awtorità nazzjonali kompetenti tas-CCP minħabba l-attivitajiet superviżorji kontinwi tagħha u bil-ħsieb li jiġi appoġġat djalogu effettiv bejn l-awtorità nazzjonali kompetenti, l-ESMA u l-kulleġġ matul il-proċess ta’ valutazzjoni, il-BĊE jissuġġerixxi li l-kulleġġ għandu jingħata żmien adegwat biex jiffinalizza l-valutazzjoni tiegħu billi jqis l-abbozz tal-valutazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti u l-abbozz ta’ opinjoni tal-ESMA. L-awtorità nazzjonali kompetenti u l-ESMA għandhom jaqsmu l-abbozzi tal-valutazzjonijiet tagħhom mal-kulleġġ fi żmien 30 jum ta’ xogħol. Minn hemm ’il quddiem, il-BĊE jissuġġerixxi li mbagħad il-partijiet ikkonċernati kollha — l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-ESMA u l-kulleġġ — jingħataw 20 jum ta’ xogħol addizzjonali biex jiffinalizzaw il-valutazzjonijiet tagħhom.

3.2.   Proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għal bidliet mhux materjali

Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni proposta ta’ proċedura ġdida ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni biex tintlaqa’ talba għal estensjoni ta’ attivitajiet jew servizzi għal bidliet mhux materjali fis-servizzi (55). Dan jiżgura li l-profondità tar-rieżami superviżorju tkun proporzjonata mar-riskji finanzjarji maħluqa minn attività jew servizz ġdid u li l-proċessi ta’ approvazzjoni rispettivi jappoġġaw xenarju tal-ikklerjar ċentrali dinamiku tal-Unjoni. Fl-istess ħin, għandhom jinżammu salvagwardji xierqa għall-iskrutinju superviżorju.

Il-kriterji komuni tar-regolament propost relatati mal-effett mhux materjali ta’ bidla fis-servizz jew l-attività tal-ikklerjar huma importanti għall-promozzjoni tat-trasparenza u l-konsistenza ġenerali tal-approċċi superviżorji. Madankollu, dawn il-kriterji jkunu ta’ livell għoli wisq biex ikopru l-fatturi rilevanti kollha. F’dan l-isfond, il-BĊE jqis li l-kundizzjonijiet addizzjonali proposti li jiddeterminaw meta l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tista’ tiġi applikata (56) għandhom ikunu akkumpanjati minn mandat għall-ESMA biex tiżviluppa, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, gwida aktar granulari bbażata fuq abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. Tali gwida teknika addizzjonali jkollha wkoll il-benefiċċju li tkun aktar faċilment adattabbli, meta jitqies li l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tkun proċedura kompletament ġdida li tista’ tirrikjedi adattamenti mal-esperjenza fl-applikazzjoni prattika tagħha.

Għaldaqstant, il-BĊE huwa tal-fehma li l-użu tal-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għal każijiet fejn munita ġdida tiżdied ma’ servizzi eżistenti m’għandux jiġi indirizzat fir-regolament propost innifsu iżda biss fl-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, peress li l-impatt tar-riskju jkun jiddependi fuq fatturi aktar granulari, bħad-daqs tal-valuri tal-ikklerjar ipproġettati u l-ħtieġa prospettiva għal ġestjoni tar-riskju tal-likwidità jew proċeduri ta’ saldu ġodda. Sabiex l-awtoritajiet kollha involuti fi proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni (ara l-paragrafu 1.1.2 hawn fuq) jingħataw biżżejjed żmien għal valutazzjoni sostantiva, il-BĊE jipproponi li l-perijodu ta’ żmien rispettiv jiġi estiż minn 10 għal 20 jum ta’ xogħol.

Fl-aħħar nett, CCP tal-UE ma għandhiex titħalla tibda attività jew servizz ġdid qabel ma tkun ġiet konkluża l-proċedura superviżorja ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni sabiex jiġi evitat it-teħid ta’ riskju mhux dovut mis-CCP fil-perijodu interim. Barra minn hekk, x’aktarx li ma jkunx attraenti għas-CCP tal-UE li tibda tinvolvi ruħha f’attivitajiet jew servizzi ġodda mingħajr assigurazzjonijiet li s-superviżuri jaqblu li tali servizzi jew attivitajiet ikomplu.

4.    It-tnaqqis ta’ skoperturi eċċessivi għal CCPs ta’ pajjiżi terzi

4.1.   Kont attiv

4.1.1.   Rekwiżit ta’ kont attiv

Ir-Regolament propost jintroduċi rekwiżit għall-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biex jikklerjaw f’CCP awtorizzata tal-UE proporzjon tal-iskoperturi tagħhom lejn servizzi li huma offruti minn CCPs ta’ pajjiżi terzi u determinati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali. Dan tipproponi wkoll li l-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, l-EIOPA u l-BERS, wara li tkun ikkonsultat lis-SEBĊ, tikkalibra permezz ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji l-livell tal-attività tal-ikklerjar li għandha tinżamm f’kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE. Tali kalibrazzjoni jenħtieġ li tiżgura li r-rilokazzjoni prevista tal-iskoperturi lejn CCPs tal-UE twassal biex tali servizzi ma jibqgħux jitqiesu ta’ importanza sistemika sostanzjali f’termini ta’ dak li jibqa’ mas-CCP rilevanti ta’ pajjiż terz.

Il-BĊE jappoġġja l-fehma li skoperturi eċċessivi għal, u dipendenza żejda kontinwa fuq, CCPs ta’ pajjiżi terzi joħolqu riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni li jeħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta’ tnaqqis ta’ tali skoperturi fis-servizzi tal-ikklerjar determinati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali. Il-BĊE għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon kbir tali miżura, li għandha tiżgura bilanċ bejn il-limitazzjoni tar-riskji sistemiċi u ta’ stabbiltà finanzjarja għall-Unjoni u l-appoġġ għall-ħolqien gradwali ta’ suq tal-ikklerjar ibbażat fl-Unjoni li jkun reżiljenti u likwidu. Il-BĊE għandu għadd ta’ kummenti dwar ir-rekwiżit propost ta’ kont attiv.

L-ewwel nett, ir-regolament propost jipprevedi li l-ESMA għandha tikkunsidra perijodi ta’ introduzzjoni gradwali li jħallu żmien xieraq għall-implimentazzjoni progressiva tar-rekwiżit tal-kont attiv. Il-BĊE jappoġġja din il-proposta, peress li huwa meħtieġ li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv potenzjali ta’ implimentazzjoni f’daqqa ta’ dan ir-rekwiżit fuq il-parteċipanti fis-suq u s-CCPs tal-UE. Sabiex jiġi żgurat ikklerjar ċentrali sikur u robust, huwa kruċjali wkoll li dan ir-rekwiżit jiġi kkalibrat gradwalment. Dan jippermetti lill-kontropartijiet jissodisfaw progressivament ir-rekwiżiti tal-ikklerjar tagħhom, f’termini tal-proporzjonijiet tal-iskoperturi kklerjati fil-kontijiet tas-CCPs tal-UE. B’dan il-mod, l-ESMA, bl-użu tal-possibbiltà li tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kalibrazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-JMM (57), tista’ tiżgura li l-kalibrazzjoni tal-proporzjon tal-attività tal-ikklerjar li għandha tinżamm f’kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE tkun tista’ tiġi adattata għall-iżviluppi tas-suq, jew għal kwalunkwe ċirkostanza rilevanti oħra. Tali kalibrazzjoni gradwali għandha tippermetti aġġustamenti effiċjenti bbażati fuq is-suq u mitigazzjoni tar-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja. B’riżultat ta’ dan, jiżviluppa suq tal-ikklerjar tal-Unjoni aktar attraenti u robust. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li tali implimentazzjoni gradwali għandha tkun riflessa fil-mandat għall-ESMA biex tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kalibrazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv.

It-tieni, wara t-tlestija tal-perijodu ta’ introduzzjoni gradwali, ir-rekwiżit tal-kont attiv jenħtieġ li jiġi kkalibrat għal livell fil-mira aħħari meta s-servizzi tal-ikklerjar rilevanti pprovduti minn CCPs ta’ pajjiżi terzi ma jibqgħux ta’ importanza sistemika sostanzjali. L-ESMA għandha l-mandat, skont l-EMIR (58), li tiddetermina s-CCPs jew is-servizzi tal-ikklerjar li huma ta’ tali importanza sistemika sostanzjali abbażi ta’ valutazzjoni motivata bis-sħiħ. Peress li l-ESMA twettaq tali valutazzjoni bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ indikaturi kwantitattivi u analiżi kwalitattiva, jenħtieġ li, għall-kalibrazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv, tikkunsidra wkoll kombinazzjoni ta’ metrika kwantitattiva u kwalitattiva.

It-tielet, meta tikkalibra l-livelli tal-attività tal-ikklerjar, l-ESMA jenħtieġ li tqis l-impatt possibbli ta’ rilokazzjoni gradwali, filwaqt li tqis il-benefiċċji u r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u d-dinamika ta’ rilokazzjoni potenzjali tal-attivitajiet tal-ikklerjar lejn pajjiżi terzi. Dan jista’ jinkiseb billi l-ESMA tintalab twettaq analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji meta tiddetermina l-iskeda ta’ żmien u l-livelli ta’ attività meħtieġa tal-perijodu ta’ introduzzjoni gradwali, kif ukoll kull darba li ssir meħtieġa rikalibrazzjoni.

Ir-raba’, meta tiżviluppa l-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli ta’ attività tal-ikklerjar, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li din telabora mhux biss fuq il-proporzjon aggregat tal-attività fil-livell tal-Unjoni, li jkun meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tnaqqis fl-ikklerjar (59) ikun tali li s-servizzi f’CCPs ta’ pajjiżi terzi ma jibqgħux ta’ importanza sistemika. L-ESMA għandha tiżgura wkoll li telabora fuq il-proporzjonijiet individwali tal-attività li l-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ikollhom iżommu fil-kontijiet attivi tagħhom fis-CCPs tal-UE. Il-BĊE jifhem li hija l-intenzjoni leġiżlattiva li l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fir-regolament propost (60) ser jinkludi tali proporzjonijiet individwali ta’ attività. Dan għaliex ir-rekwiżit tal-kont attiv innifsu huwa direttament applikabbli u indirizzat lill-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Huwa bbażat biss fuq tali proporzjonijiet determinati individwalment li kull kontroparti finanzjarja u mhux finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar tkun tista’ tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kont attiv u tiżviluppa l-pjanijiet relatati previsti fl-emendi proposti għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61), li jinsabu fid-direttiva proposta.

Il-ħames, ir-regolament propost jiċċara li l-kontropartijiet soġġetti għar-rekwiżit ta’ kont attiv iridu jikkonfermaw, permezz tar-rapportar lill-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE, il-konformità tagħhom ma’ dan ir-rekwiżit fuq bażi annwali. Il-frekwenza ta’ tali rapportar jista’ jkollha konsegwenzi diretti fuq il-monitoraġġ effettiv tal-konformità mar-rekwiżit tal-kont attiv u tar-riskju ta’ konċentrazzjoni lejn CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi li joffru servizzi identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li jżid il-frekwenza ta’ dan ir-rapportar għal bażi trimestrali, f’konformità mal-frekwenza għall-monitoraġġ tar-rapportar superviżorju regolari.

Is-sitta, ir-regolament propost jiċċara li tali rapportar irid jiġi ppreżentat minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji lill-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE. F’konformità mad-direttiva proposta, il-BĊE jifhem li awtoritajiet oħra, li mhumiex l-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE, jistgħu jintalbu jirrevedu l-allinjament tal-kontropartijiet taħt is-superviżjoni tagħhom mal-objettivi ta’ politika rilevanti tal-Unjoni jew xejriet ta’ tranżizzjoni usa’ relatati mal-użu tal-kont attiv skont ir-regolament propost. F’dan il-kuntest, huwa kruċjali li tali awtoritajiet jiġu inklużi bħala riċevituri ta’ tali rapportar. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-attività tal-ikklerjar fis-CCPs tal-UE biss ma tkunx biżżejjed biex tiġi mmonitorjata l-konformità mar-rekwiżit tal-kont attiv peress li dan jirrikjedi fehma dwar l-attività globali tal-kontropartijiet fil-kategoriji rilevanti ta’ kuntratti tad-derivattivi. Għalhekk, ir-rapportar jenħtieġ li jinkludi, separatament, informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ikklerjati f’CCPs awtorizzati u CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi. Dan se jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jkopru każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit tal-kont attiv, fejn il-kontropartijiet soġġetti għar-rekwiżit attiv jibqgħu jużaw biss CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ikklerjar ta’ ċerti kategoriji ta’ kuntratti tad-derivattivi.

Is-seba’, huwa meħtieġ li jiġi armonizzat il-format tar-rapportar għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata minn kull kontroparti dwar l-eżitu tal-kalkolu magħmul skont ir-rekwiżit tal-kont attiv (62). Dan jiżgura livell minimu ta’ komparabbiltà tad-data rrapportata mill-kontropartijiet soġġetti għar-rekwiżit tal-kont attiv u, għalhekk, monitoraġġ sod tal-konformità mar-rekwiżit tal-kont attiv. Għaldaqstant, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kalibrazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata.

Fl-aħħar nett, ir-regolament propost jintroduċi bidla fil-metodoloġija tal-kalkolu għall-obbligu tal-ikklerjar, li tirrikjedi, meta jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet lejn il-livelli limitu, li jiġu inklużi biss kuntratti tad-derivattivi li mhumiex ikklerjati f’CCP awtorizzata tal-UE jew ta’ pajjiż terz rikonoxxut. Minħabba r-rabta bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kont attiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, il-BĊE jistieden lil-leġislatur tal-Unjoni biex iqis l-implikazzjonijiet potenzjali li l-bidla fil-metodoloġija tal-kalkolu jista’ jkollha kemm fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv, bħall-espansjoni possibbli tiegħu, kif ukoll fuq il-kapaċità tal-kont attiv li jindirizza r-riskju assoċjat ma’ skoperturi eċċessivi tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u l-klijenti għal CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali.

4.1.2.   Emendi proposti għad-Direttiva 2013/36/UE

L-emendi proposti għad-Direttiva 2013/36/UE jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw kwalunkwe riskju ta’ konċentrazzjoni li jista’ jirriżulta mill-iskoperturi tagħhom lejn CCPs, b’mod partikolari CCPs ta’ pajjiżi terzi li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva 2013/36/UE huma mistennija jivvalutaw u jimmonitorjaw l-allinjament tal-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom mal-objettivi ta’ politika rilevanti tal-Unjoni, inkwadrati mir-rekwiżit ta’ kont attiv stabbilit fir-regolament propost. Qed jiġu proposti emendi għall-proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni. Barra minn hekk, id-direttiva proposta tintroduċi setgħa superviżorja ġdida fid-Direttiva 2013/36/UE li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jirrimedjaw b’mod speċifiku r-riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta mill-iskoperturi tal-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom lejn CCPs ta’ pajjiżi terzi li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni. Il-BĊE għandu numru ta' kummenti f'dan ir-rigward.

L-ewwel, l-emendi proposti għall-qafas superviżorju huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw u jimmonitorjaw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi lejn is-CCPs b’mod aktar immirat, b’mod partikolari dawk li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE (63) jirrikjedu biss li l-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw tali riskju ta’ konċentrazzjoni f’kuntest fejn is-CCPs ikollhom tendenza inerenti għal konċentrazzjoni fuq skala kbira sabiex jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala u effetti tan-netwerk. Il-BĊE għalhekk jilqa’ l-kjarifika li saret mir-rekwiżit tal-kont attiv dwar il-kunċett ta’ konċentrazzjoni. Tali kjarifika, kif riflessa fid-direttiva proposta, tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jiddisponu minn qafas superviżorju aktar immirat biex jieħdu azzjonijiet, meta mqabbla mal-possibbiltà eżistenti li l-awtoritajiet kompetenti jimponu rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għal riskji li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti b’mod adegwat mir-rekwiżiti kapitali eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE (64).

It-tieni, l-awtoritajiet kompetenti, meta jindirizzaw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-istituzzjonijiet, għandhom jiffokaw primarjament fuq is-sitwazzjoni individwali ta’ kull istituzzjoni. F’dan ir-rigward, is-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet għandhom jibqgħu l-objettiv primarju tal-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw superviżjoni prudenzjali skont id-Direttiva 2013/36/UE.

It-tielet, meta jitqies li l-emendi proposti għad-Direttiva 2013/36/UE huma marbuta mar-rekwiżit tal-kont attiv, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu mistennija li jeżerċitaw is-setgħat proposti qabel ma l-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, l-EIOPA u l-BERS u wara konsultazzjoni mas-SEBĊ, tkun żviluppat abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kont attiv. Dan għaliex l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu kriterji ċari biex jiddeterminaw taħt liema ċirkostanzi l-iskopertura ta’ membru tal-ikklerjar jew klijent taħt is-superviżjoni tiegħu tista’ tqajjem tħassib. Barra minn hekk, il-monitoraġġ effettiv tar-rekwiżit tal-kont attiv jiddependi fuq rappurtar adegwat. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li r-rapportar skont ir-regolament propost (65) għandu jiġi sottomess direttament kemm lill-awtorità kompetenti tas-CCP tal-UE kif ukoll lill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżit ta’ rapportar.

Ir-raba’, kif imsemmi hawn fuq, il-JMM għandu l-kompitu li jimmonitorja r-rekwiżit tal-kont attiv, kif ukoll il-monitoraġġ usa’ ta’ kwalunkwe riskju potenzjali, inklużi riskji ta’ konċentrazzjoni, li jirriżultaw mill-interkonnettività tal-atturi finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l-eżitu ta’ tali monitoraġġ fil-valutazzjoni tagħhom tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn istituzzjonijiet taħt l-iskoperturi tas-superviżjoni tagħhom lejn is-CCPs (66).

Barra minn hekk, id-direttiva proposta tirrikjedi li l-EBA, f’koordinazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa linji gwida li jiżguraw metodoloġija konsistenti għall-integrazzjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi lejn CCPs tal-UE fl-ittestjar superviżorju tal-istress (67). Id-Direttiva 2013/36/UE (68) għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu testijiet superviżorji tal-istress fuq istituzzjonijiet taħt superviżjoni, bl-użu ta’ metodoloġiji komuni definiti mil-linji gwida tal-EBA. Barra minn hekk, peress li l-Linji Gwida tal-EBA mhumiex speċifiċi għar-riskju, linji gwida indipendenti addizzjonali biex ikopru riskju partikolari jew elementi ta’ riskju m’għandhomx ikunu meħtieġa. Kwalunkwe riskju partikolari jista’ jiġi integrat sistematikament fil-linji gwida eżistenti.

4.2.   Informazzjoni dwar is-servizzi tal-ikklerjar

Ir-regolament propost jirrikjedi li l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar kemm fis-CCPs awtorizzati tal-UE kif ukoll f’dawk rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar il-possibbiltà li jikklerjaw kuntratt tad-derivattivi f’CCP tal-UE (69). Il-BĊE jappoġġa dan ir-rekwiżit, li għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika tal-Unjoni rilevanti b’żewġ modi. L-ewwel nett, il-BĊE jifhem li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit huwa usa’ mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ kont attiv, peress li jinkludi wkoll tranżazzjonijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u jirrikjedi li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti rilevanti jipproponu b’mod sistematiku alternattivi tal-ikklerjar tal-Unjoni anki għal servizzi li mhumiex identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali mill-ESMA. It-tieni, dan ir-rekwiżit għandu jipprovdi inċentiv lill-klijenti aħħarin biex jikklerjaw fis-CCPs awtorizzati fl-Unjoni.

Barra minn hekk, ir-regolament propost jintroduċi rekwiżit għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti rilevanti biex jirrapportaw l-ambitu tal-attivitajiet tal-ikklerjar tagħhom f’CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi (70). Il-BĊE jilqa’ dan ir-rekwiżit, li jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-JMM ikollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-ikklerjar f’CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-BĊE jappoġġja bil-qawwa li l-ESMA, li ngħatat il-mandat li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut ta’ dan ir-rapportar, għandha tqis l-informazzjoni diġà disponibbli taħt il-qafas ta’ rapportar eżistenti. Is-sensji fir-rappurtar joħolqu piżijiet żejda għall-istituzzjonijiet. Dawn il-kwistjonijiet jistgħu jaffettwaw mhux biss l-ispejjeż tar-rappurtar tal-istituzzjonijiet, iżda wkoll il-kwalità u l-integrità tad-data pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti.

Il-BĊE għandu diversi kummenti fir-rigward ta’ tali rapportar dwar attivitajiet ta’ kklerjar.

L-ewwel nett, biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti u tal-JMM biex jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva tal-iżviluppi tas-suq rilevanti għall-ikklerjar fl-Unjoni, għandhom jirċievu l-informazzjoni meħtieġa li tkopri kemm is-CCPs awtorizzati tal-UE kif ukoll dawk rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li jżid il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ rapportar biex ikopri l-iskoperturi għal CCPs awtorizzati tal-UE. Tali estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni se jkollha wkoll tiġi riflessa b’mod proporzjonat fil-mandat tal-ESMA biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kontenut u l-format ta’ tali rapportar.

It-tieni, ir-regolament propost jiċċara li r-rappurtar mill-membri tal-ikklerjar u l-klijenti dwar l-attivitajiet tal-ikklerjar għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali. Il-frekwenza ta’ tali rapportar jista’ jkollha konsegwenzi diretti fuq il-monitoraġġ effettiv ta’ dawk l-attivitajiet tal-ikklerjar, b’mod partikolari fil-kuntest tar-rekwiżit tal-kont attiv u l-monitoraġġ tar-riskju tal-konċentrazzjoni lejn is-CCPs. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li jżid il-frekwenza ta’ dan ir-rapportar għal bażi trimestrali, f’konformità mal-frekwenza ta’ rapportar superviżorju regolari.

It-tielet, ir-regolament propost jiċċara li r-rapportar irid jiġi ppreżentat mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. F’konformità mal-EMIR (71), id-Direttiva 2013/36/UE (72), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (73), tali awtoritajiet kompetenti jistgħu jvarjaw għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza, għandha tiżdied emenda mar-regolament propost biex jiġi rifless dan il-punt u jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu tali rapportar f’konformità mal-mandati superviżorji tagħhom skont il-qafas applikabbli bħalissa.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost u d-direttiva proposta jiġu emendati, qegħdin jiġu stipulati proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ April 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2022) 697 finali.

(2)  COM(2022) 698 finali.

(3)  Ara l-Osservazzjonijiet Ġenerali tal-Opinjoni CON/2017/39 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex.

(4)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(5)  Ara l-Artikolu 1, punt (16)(b) tar-regolament propost.

(6)  Ara l-Artikolu 1, punt (12), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu ġdid 17b(1), punt (b), fl-EMIR.

(7)  Ara l-Artikolu 1, punt (12), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu ġdid 17b(2), punt (c), fl-EMIR.

(8)  Ara l-Artikolu 1, punt (12), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu ġdid 17b(3) fl-EMIR.

(9)  Ara l-Artikolu 1 punt (16) tar-regolament propost.

(10)  Ara l-Artikolu 1, punt (16) tar-regolament propost, li jemenda l-Artikolu 21 tal-EMIR.

(11)  Ara l-Artikolu 1, punt (18), tar-regolament propost, li jdaħħal l-Artikolu ġdid 23b(2d) fl-EMIR.

(12)  Ara l-Artikolu 1, punti (12) u (17), tar-regolament propost.

(13)  Ara l-Artikolu 1, punt (19), tar-regolament propost.

(14)  Kalkoli tal-persunal tal-BĊE għall-perijodu minn Diċembru 2021 sa Awwissu 2022, ibbażati fuq id-data tad-DTTC Data Warehouse.

(15)  Ara l-paragrafu 6 u 7 tal-Opinjoni CON/2017/39.

(16)  Ara l-Artikolu 1, punt (20)(a) tar-regolament propost u l-Artikolu 24a(2), punt (d)(ii) tal-EMIR.

(17)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(18)  Ara l-Artikolu 1, punt (18), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 23c ġdid fl-EMIR.

(19)  Ara l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 tal-EMIR.

(20)  Ara l-Artikoli 25(2b) u 25b(1) tal-EMIR.

(21)  Ara l-Artikoli 41 sa 49 tal-EMIR.

(22)  Ara l-Artikolu 49 tal-EMIR; ara l-paragrafu 2.3 tal-Opinjoni CON/2017/39.

(23)  Ara l-Artikolu 17(4) tal-EMIR.

(24)  Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(25)  Ara l-Artikolu 1, punt (29)(c), tar-regolament propost, li jżid il-paragrafu 7 ġdid mal-Artikolu 37 tal-EMIR.

(26)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (29)(a), tar-regolament propost li jemenda l-Artikolu 37(1) tal-EMIR.

(27)  Ara Titolu V tal-EMIR.

(28)  Ara “Review of marginining practices” (“Reviżjoni tal-prattiki ta’ marġinazzjoni”), BCBS, CPMI u IOSCO, Settembru 2022. Disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org.

(29)  Il-pass-through ta’ sejħiet għall-marġni tal-istess ġurnata jista’ jikkonċerna biss marġnijiet ta’ varjazzjoni, li jfisser marġnijiet miġbura jew imħallsa biex jirriflettu l-iskoperturi attwali li jirriżultaw minn bidliet reali fil-prezzijiet tas-suq (ara l-Artikolu 1, il-punti (4) u (6), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41)).

(30)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (31), tar-regolament propost, li jemenda l-Artikolu 41(3) tal-EMIR.

(31)  Ara l-Artikolu 41 tal-EMIR.

(32)  Dan ikun jeħtieġ Artikolu ġdid fir-regolament propost, li jdaħħal paragrafu 9 ġdid fl-Artikolu 38 tal-EMIR.

(33)  Ara “Review of margining practices” (“Reviżjoni tal-prattiki ta’ marġinazzjoni”), BCBS, CPMI u IOSCO, Settembru 2022. Disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org.

(34)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (33)(a), tar-regolament propost, li jemenda l-Artikolu 46(1) tal-EMIR.

(35)  Ara l-Artikolu 1 punt (5)(a) tar-regolament propost.

(36)  Regolament (UE) 2017/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 385, 15.11.2017, p. 10).

(37)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(38)  Ara l-Artikoli 4 sa 11 tal-EMIR.

(39)  Ara l-Artikolu 382(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(40)  Ara l-Artikolu 11 tal-EMIR.

(41)  Ara l- “Aspettattivi superviżorji dwar il-mudelli ta’ prenotazzjoni”, BĊE, Awwissu 2018, disponibbli fuq is-sit web tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE fuq www.bankingsupervision.europa.eu.

(42)  Ara l-Artikolu 382(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(43)  Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.

(44)  Ara l- “Mistoqsija u Tweġiba Nru 2022_6495”, EBA, Settembru 2022, disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq www.eba.europa.eu.

(45)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-UE fil-politika tas-servizzi finanzjarji: valutazzjoni, SWD (2017) 102 final.

(46)  Ara l-Artikolu 11(3) tal-EMIR.

(47)  Ara l-paragrafu 4.1 tal-Opinjoni CON/2017/42.

(48)  Ara l-Artikoli 1, (9), (10) u 11 tar-regolament propost.

(49)  Ara l-Artikolu 1, punti (9) u (10) tar-regolament propost.

(50)  Ara l-Artikolu 1, punt (11) tar-regolament propost.

(51)  Ara l-Artikolu 1, punt (9) tar-regolament propost.

(52)  Ara l-Artikolu 1, punt (10) tar-regolament propost.

(53)  Ara l-Artikolu 1, punt (34) tar-regolament propost.

(54)  Ara l-Artikolu 1, punti (9) u (10) tar-regolament propost.

(55)  Ara l-Artikolu 1, punt (12), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 17a ġdid fl-EMIR.

(56)  Ara l-Artikolu 1, punt (12), tar-regolament propost, li jdaħħal l-Artikolu 17a(2) ġdid fl-EMIR.

(57)  Ara l-Artikolu 1, punt (18), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 23c(5) ġdid fl-EMIR.

(58)  Ara l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR.

(59)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7a(5) ġdid fl-EMIR.

(60)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7a(5) ġdid fl-EMIR.

(61)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(62)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7a(4) ġdid fl-EMIR.

(63)  Ara l-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/KE.

(64)  Ara l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/KE.

(65)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7a(4) ġdid fl-EMIR.

(66)  Ara Artikolu 2, il-punt (3), tad-direttiva proposta li jemenda l-Artikolu 81 ta’ Direttiva 2013/36/UE.

(67)  Ara l-Artikolu 2, il-punt (4) tad-direttiva proposta.

(68)  Ara l-Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(69)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7b(1) ġdid fl-EMIR.

(70)  Ara l-Artikolu 1, punt (4), tar-regolament propost, li jdaħħal Artikolu 7b(2) ġdid fl-EMIR.

(71)  Ara l-Artikolu 2, il-punt (13), tal-EMIR.

(72)  Ara l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(73)  Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p.63).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta' Ġunju 2023

(2023/C 204/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0780

JPY

Yen Ġappuniż

150,24

DKK

Krona Daniża

7,4505

GBP

Lira Sterlina

0,85795

SEK

Krona Żvediża

11,6730

CHF

Frank Żvizzeru

0,9716

ISK

Krona Iżlandiża

149,50

NOK

Krona Norveġiża

11,6120

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,666

HUF

Forint Ungeriż

368,73

PLN

Zloty Pollakk

4,4605

RON

Leu Rumen

4,9566

TRY

Lira Turka

25,1244

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6023

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4362

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4493

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7627

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4480

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 391,11

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,1806

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6839

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 996,72

MYR

Ringgit Malażjan

4,9739

PHP

Peso Filippin

60,426

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,277

BRL

Real Brażiljan

5,2965

MXN

Peso Messikan

18,7356

INR

Rupi Indjan

88,8900


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/21


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/05)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2023) 3532

Il-5 ta’ Ġunju 2023

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”)

Nru KE: Nru CAS:

4-nonilfenol, ramifikat u lineari, etossilat (4-NPnEO)

Nru KE: Nru CAS:

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Immunotech S.R.O., Radiova 1, 10227 Praga 10, ir-Repubblika Ċeka

Immunotech S.A.S, 130, Avenue de Lattre de Tassigny 13009 Marsilja, Franza

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Immunotech S.R.O., Radiova 1, 10227 Praga 10, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter France S.A.S, 130 Avenue de Lattre de Tassigny - BP 177, 13276 Marsilja Cedex 9, Franza

Beckman Coulter Ceská republika s.r.o., Radiová 1, 102 27 Praga, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter, S.L.U., Plaza Europa 41-43 L’Hospitalet de Llobregat 08902 Barċellona, Spanja

Beckman Coulter SPA Italy, Via Roma 108 20060 Cassina de’ Pecchi, l-Italja

BC Distribution B.V., Bijsterhuizen 3140 6604 LV Wuchen, in-Netherlands

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Immunotech S.R.O., Radiova 1, 10227 Praga 10, ir-Repubblika Ċeka

Immunotech S.A.S, 130, Avenue de Lattre de Tassigny 13009 Marsilja, Franza

Beckman Coulter France S.A.S, 130 Avenue de Lattre de Tassigny - BP 177, 13276 Marsilja Cedex 9, Franza

Beckman Coulter Ceská republika s.r.o., Radiová 1, 102 27 Praga, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter, S.L.U., Plaza Europa 41-43 L’Hospitalet de Llobregat 08902 Barċellona, Spanja

Beckman Coulter SPA Italy, Via Roma 108 20060 Cassina de’ Pecchi, l-Italja

BC Distribution B.V., Bijsterhuizen 3140 6604 LV Wuchen, in-Netherlands

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Immunotech S.R.O., Radiova 1, 10227 Praga 10, ir-Repubblika Ċeka

Immunotech S.A.S, 130, Avenue de Lattre de Tassigny 13009 Marsilja, Franza

Beckman Coulter France S.A.S, 130 Avenue de Lattre de Tassigny - BP 177, 13276 Marsilja Cedex 9, Franza

Beckman Coulter Ceská republika s.r.o., Radiová 1, 102 27 Praga, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter, S.L.U., Plaza Europa 41-43 L’Hospitalet de Llobregat 08902 Barċellona, Spanja

Beckman Coulter SPA Italy, Via Roma 108 20060 Cassina de’ Pecchi, l-Italja

BC Distribution B.V., Bijsterhuizen 3140 6604 LV Wuchen, in-Netherlands

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Beckman Coulter GmbH, Europark Fichtenhain B13 47807 Krefeld, il-Ġermanja

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Beckman Coulter GmbH, Europark Fichtenhain B13 47807 Krefeld, il-Ġermanja

Beckman Coulter France S.A.S, 130 Avenue de Lattre de Tassigny - BP 177, 13276 Marsilja Cedex 9, Franza

Beckman Coulter Ceská republika s.r.o., Radiová 1, 102 27 Praga, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter, S.L.U., Plaza Europa 41-43 L’Hospitalet de Llobregat 08902 Barċellona, Spanja

Beckman Coulter SPA Italy, Via Roma 108 20060 Cassina de’ Pecchi, l-Italja

BC Distribution B.V., Bijsterhuizen 3140 6604 LV Wuchen, in-Netherlands

Beckman Coulter Ireland Inc, Lismeehan, O’Callaghan’s Mills, Clare, l-Irlanda

Beckman Coulter GmbH, Europark Fichtenhain B13 47807 Krefeld, il-Ġermanja

Beckman Coulter France S.A.S, 130 Avenue de Lattre de Tassigny - BP 177, 13276 Marsilja Cedex 9, Franza

Beckman Coulter Ceská republika s.r.o., Radiová 1, 102 27 Praga, ir-Repubblika Ċeka

Beckman Coulter, S.L.U., Plaza Europa 41-43 L’Hospitalet de Llobregat 08902 Barċellona, Spanja

Beckman Coulter SPA Italy, Via Roma 108 20060 Cassina de’ Pecchi, l-Italja

BC Distribution B.V., Bijsterhuizen 3140 6604 LV Wuchen, in-Netherlands

REACH/23/15/0

REACH/23/15/1

REACH/23/15/2

REACH/23/15/5

REACH/23/15/6

REACH/23/15/7

REACH/23/15/8

REACH/23/15/9

REACH/23/15/10

REACH/23/15/11

REACH/23/15/12

REACH/23/15/20

REACH/23/15/21

REACH/23/15/22

REACH/23/15/23

REACH/23/15/24

REACH/23/15/25

REACH/23/15/26

REACH/23/15/27

REACH/23/15/35

REACH/23/15/36

REACH/23/15/37

REACH/23/15/38

REACH/23/15/39

REACH/23/15/40

REACH/23/15/41

REACH/23/15/42

REACH/23/15/3

REACH/23/15/4

REACH/23/15/13

REACH/23/15/14

REACH/23/15/15

REACH/23/15/16

REACH/23/15/17

REACH/23/15/18

REACH/23/15/19

REACH/23/15/28

REACH/23/15/29

REACH/23/15/30

REACH/23/15/31

REACH/23/15/32

REACH/23/15/33

REACH/23/15/34

Formulazzjoni tas-soluzzjonijiet 4-tert-OPnEO fis-siti Ewropej għall-użu bħala prodotti tal-laboratorju. Il-prodotti tal-laboratorju jintużaw bħala soluzzjonijiet intermedji għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-laboratorju lesti (oġġetti lesti) jew għall-użu waqt il-proċess

L-użu waqt il-proċess ta’ produzzjoni ta’ 4-tert-OPnEO bħala buffer tal-ħasil użat fil-ħolqien ta’ partikoli dijanjostiċi immunoassaġġi in vitro

L-użu downstream ta’ prodotti kliniċi tal-laboratorju li fihom 4-tert-OPnEO li jeħtieġu reġistrazzjoni, liċenzjar, approvazzjoni u monitoraġġ minn awtoritajiet tas-saħħa bbażati fil-pajjiż, maħsuba għall-użu fi strumenti u assaġġi tal-laboratorju ddedikati għall-kimika klinika, għall-immunoloġija, għall-ematoloġija u għaċ-ċitometrija tal-fluss

L-użu downstream ta’ prodotti tal-laboratorju li fihom 4-tert-OPnEO maħsuba għall-użu fi strumenti u assaġġi tal-laboratorju taċ-ċitometrija tal-fluss, tal-ġenomika u tal-karatterizzazzjoni tal-partikoli għall-kontroll tal-kwalità u għar-riċerka u l-iżvilupp

L-eliminazzjoni gradwali mis-suq ta’ prodotti tal-laboratorju li fihom 4-tert-OPnEO minħabba l-obsolexxenza jew il-formulazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss

Il-formulazzjoni tas-soluzzjonijiet 4-NPnEO fis-siti Ewropej għall-użu bħala prodotti tal-laboratorju. Il-prodotti tal-laboratorju jintużaw bħala soluzzjonijiet intermedji għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-laboratorju lesti (oġġetti lesti) jew għall-użu waqt il-proċess

L-użu downstream ta’ prodotti kliniċi tal-laboratorju li fihom 4-NPnEO li jeħtieġu reġistrazzjoni, liċenzjar, approvazzjoni u monitoraġġ minn awtoritajiet tas-saħħa bbażati fil-pajjiż, maħsuba għall-użu fi strumenti u assaġġi tal-laboratorju ddedikati għall-kimika klinika, għall-immunoloġija, għall-ematoloġija u għaċ-ċitometrija tal-fluss

L-użu downstream ta’ prodotti tal-laboratorju li fihom 4-NPnEO maħsuba għall-użu fi strumenti u assaġġi tal-laboratorju taċ-ċitometrija tal-fluss, tal-ġenomika u tal-karatterizzazzjoni tal-partikoli għall-kontroll tal-kwalità u għar-riċerka u l-iżvilupp

L-4 ta’ Jannar 2033

L-4 ta’ Jannar 2033

L-4 ta’ Jannar 2033

L-4 ta’ Jannar 2028

L-4 ta’ Jannar 2026

L-4 ta’ Jannar 2033

L-4 ta’ Jannar 2033

L-4 ta’ Jannar 2028

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/27


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/06)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-“sena tal-art nouveau”, li se ssir matul l-2023 fil-Belġju

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri dettall dekorattiv mill-faċċata tal-“Hotel Van Eetvelde”, dar ikonika tal-belt fi Brussell li tfasslet mill-arkitett tal-art nouveau Belġjan, Victor Horta, u li ġiet rikonoxxuta bħala Wirt Dinji tal-Unesco. Il-linji mgħawġa u asimmetriċi ta’ dan id-dettall dekorattiv jirriflettu l-istil karatteristiku tal-moviment tal-art nouveau ispirat min-natura. Dan id-dettall jimla n-nofs ta’ isfel tad-disinn, u jħalli spazju vojt fuq in-nofs ta’ fuq, li jimtela bid-deskrizzjoni “ART NOUVEAU”. Fuq il-lemin estrem hemm l-inizjali tad-disinjatur Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se toħroġ il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-balletta ta’ merkurju tinsab fuq ix-xellug nett flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur Belġjan taz-zekka, fjura tal-aster quddiem flask Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż BE u s-sena 2023.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:155 000

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/28


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/07)

Image 2

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħames mitt anniversarju mill-mewt ta’ Luca Signorelli

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri anġlu fiċ-ċentru, dettall mill-pittura “Il Paradiso” ta’ Luca Signorelli, ippreservata fil-Kappella ta’ San Brizio fil-Katidral ta’ Orvieto. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-ittra R, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma. F’nofs ċirku fin-naħa t’isfel tax-xellug hemm il-kelma “SIGNORELLI”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “SAN MARINO”, u fin-naħa ta’ fuq hemm is-snin “1523 2023”. Fin-nofs t’isfel hemm l-inizjali tal-artista, Marta Bonifacio, MB.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd stmat ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 56 000

Id-data stmata tal-ħruġ: Settembru 2023.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/29


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/08)

Image 3

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Ċipru

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Ċipru

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-sittin anniversarju mit-twaqqif tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri għodod fuq mikroċippa li jissimbolizzaw l-istabbiltà tal-ekonomija fl-era industrijali u diġitali moderna żgurata mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, li jiċċelebra 60 sena ta’ eżistenza. L-isem tal-pajjiż emittenti, “ΚYΠΡΟΣ KIBRIS” u d-dati “1963-2023” jinsabu fin-naħa t’isfel. Barra minn hekk, il-frażi “60 ΧΡOΝΙΑ ΑΠO ΤΗΝ IΔΡΥΣΗ ΤΗΣ ΚΕΝΤΡΙKHΣ ΤΡAΠΕΖΑΣ ΤΗΣ ΚYΠΡΟΥ” (jiġifieri 60 sena mill-fondazzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru) hija miktuba fuq in-naħa ta’ ġewwa tan-naħa nazzjonali tal-munita. Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 412 000

Id-data tal-ħruġ: Fit-tieni/fit-tielet kwart tal-2023.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/30


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/09)

Image 4

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-wasla tal-Franċiż f’Malta fl-1798

Deskrizzjoni tad-disinn: F’Ġunju 1798, Napoljun Bonaparte temm il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Matul is-soġġorn qasir tiegħu f’Malta, Napoljun stabbilixxa Gvern Repubblikan u nieda riforma bir-reqqa ta’ liġijiet u istituzzjonijiet ta’ Malta. Fost affarijiet oħra, ġew aboliti l-iskjavitù u l-privileġġi tan-nobbiltà. Ġie stabbilit stat lajku, u l-qorti tal-Inkwiżizzjoni ngħalqet. Dak iż-żmien, ir-riformi estensivi ma kinux aċċettati universalment mill-Maltin, u ma damux ħafna qabel ma rribellaw.

Id-disinn juri personifikazzjoni tar-Repubblika Franċiża kif murija fuq il-letterheads uffiċjali tal-perjodu. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “225th ANNIVERSARY” segwita mill-parti ta’ fuq għal-lemin, f’nofs ċirku, mill-iskrizzjoni “ARRIVAL OF THE FRENCH IN MALTA’. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ ‘2023’. L-iskrizzjonijiet ‘Liberté” (Libertà) u “Egalité” (Ugwaljanza) jinsabu fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-immaġni, rispettivament. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-iskrizzjoni “Egalité” hemm is-snin “1798-2023”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 85 500

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/31


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/10)

Image 5

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħames mitt anniversarju mill-mewt ta’ Perugino

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fiċ-ċentru l-Verġni Marija mat-Tfajjel Ġesù, dettall tal-pittura ‘il-Madonna mat-Tfajjel, San Sebastjan u San Ġwann Battista’ minn Perugino, ippreservata fil-Galleriji tal-Uffizi (Firenze). Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “PERUGINO”, bid-dati “1523” u “2023” u l-marka taz-zekka “R”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “SAN MARINO” u fil-qiegħ tal-lemin hemm l-inizjali tal-artista Maria Angela Cassol, MAC.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 56 000

Id-data tal-ħruġ: April 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/32


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 204/11)

Image 6

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħames mija u ħamsin anniversarju mit-twelid ta’ Nicolaus Copernicus

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri ritratt tal-profil ta’ Copernicus, flimkien ma’ rappreżentazzjoni elioċentrika stilizzata tal-univers kif propost minn Copernicus. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “NICOLAUS COPERNICUS 1473 – 1543” u fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “MALTA” segwit mis-sena tal-ħruġ “2023”. Fil-qiegħ hemm ukoll il-firma tal-artist Daniela Fusco “FUSCO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:95 500

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/33


Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/12)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Strasburgu – Berlin

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mis-16 ta’ Ottubru 2023 sat-8 ta’ April 2025

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Is-16 ta’ Awwissu 2023, qabel il-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumenti rilevanti b’rabta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Direction Générale de l’Aviation civile - Direction du Transport aérien

Sous-direction des services aériens (SDS1)

50 rue Henry Farman

75720 Paris CEDEX 15

FRANZA

Telefon +33 388594141

Faks +33 388594146

Email: https://www.ecologie.gouv.fr

Indirizz tal-profil tax-xerrej: https://www.marches-publics.gouv.fr


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/34


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/13)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Strasburgu — Berlin

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Settembru 2023

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Digriet tat-18 ta’ April 2023 li jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru skedati bejn Strasburgu u Berlin

NOR: TREA2306442A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal aktar informazzjoni:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDS1

50 rue Henry Farman

75720 Pariġi CEDEX 15

FRANZA

Tel. +33 158094321


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/35


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ “EUROVITA S.p.A., kumpanija tal-assigurazzjoni, u EUROVITA HOLDING S.p.A. ”

(Il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) u tal-Artikolu 237(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005)

(2023/C 204/14)

Impriża tal-assigurazzjoni

Il-kumpanija prinċipali skont l-Artikolu 210 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005

EUROVITA S.p.A.

Via Fra’ Pampuri 13

20141 Milano MI

ITALIA

In-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tal-VAT u r-Reġistru tal-Kumpaniji ta’ Milan, Nru 03735041000

L-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) 529900LM125KCD508F59

EUROVITA HOLDING S.p.A.

Via Fra’ Pampuri 13

20141 Milano MI

ITALIA

In-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tal-VAT u r-Reġistru tal-Kumpaniji ta’ Milan, Nru 05469690969

L-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) 52990094QK5Q0NND9A42

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Id-Digriet tal-Ministru tan-Negozju u tal-Made in Italy tad-29 ta’ Marzu 2023, li ġie adottat fuq proposta tal-Istitut Taljan għas-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni (IVASS) – Ix-xoljiment tal-korpi ta’ amministrazzjoni u ta’ superviżjoni ta’ EUROVITA S.p.A. u EUROVITA HOLDING S.p.A. u t-tqegħid tal-impriżi f’riċevitura għal perjodu massimu ta’ żmien ta’ sena mid-data tal-ħruġ tad-digriet, skont l-Artikoli 231 u 275 tad-digriet leġiżlattiv Nru 209/2005. L-IVASS ġie notifikat fit-30 ta’ Marzu 2023.

Il-miżura tal-IVASS bin-numru ta’ referenza 0075798/23 tat-30 ta’ Marzu 2023 – Il-ħatra tal-korpi għall-proċedura tar-riċevitura skont l-Artikolu 233 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005.

Awtoritajiet kompetenti

Il-Ministru tan-Negozju u tal-Made in Italy

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

IVASS – Istitut għas-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Awtorità superviżorja

IVASS – Istitut għas-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni

Via del Quirinale 21

00187 Roma

ITALIA

L-Amministratur speċjali, maħtur fiż-żewġ kumpaniji

Dott. Alessandro Santoliquido

Il-Kumitat ta’ sorveljanza, maħtur fiż-żewġ kumpaniji

Prof. Antonio Blandini

Dott. Sandro Panizza

Dottoressa Monica Biccari

Liġi applikabbli

Il-liġi Taljana

L-Artikoli 231, 233 u 275 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/37


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11163 — TRAFIGURA / MOTA-ENGIL / LAH / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/15)

1.   

Fil-5 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Trafigura Lobito Investments PTE Ltd (“Trafigura”, Singapore), sussidjarja ta’ Trafigura Group PTE Ltd, il-kumpanija azzjonista ewlenija ta’ Trafigura Group,

ME Lobito SGPS, LDA (“Mota-Engil’, il-Portugall), sussidjarja ta’ Mota-Engil SGPS S.A., il-kumpanija azzjonista ewlenija ta’ Mota-Engil Group,

Lobito Atlantic Holdings SGPS, LDA (‘LAH”, il-Portugall), entità ġdida kkontrollata bi sħab.

Trafigura u Mota-Engil se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LAH.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u tal-entità l-ġdida kkontrollata bi sħab huma dawn li ġejjin:

The Trafigura Group huwa negozjant indipendenti tal-komoditajiet, li jispeċjalizza fis-swieq taż-żejt, tal-minerali u tal-metalli. The Trafigura Group għandu żewġ linji ta’ negozju ewlenin, jiġifieri l-kummerċ fiżiku tal-komoditajiet u l-loġistika relatata inkluż it-tbaħħir u l-kiri, u diversi attivitajiet relatati mal-infrastruttura industrijali,

The Mota-Engil Group huwa korporazzjoni multinazzjonali b’operazzjonijiet iffukati fuq il-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-infrastruttura fl-inġinerija u l-kostruzzjoni, l-ambjent u s-servizzi, il-konċessjonijiet tat-trasport u s-setturi tal-enerġija. The Mota-Engil Group jopera fi 22 pajjiż fl-Ewropa, l-Amerka Latina u l-Afrika,

Permezz tas-sussidjarja operattiva tagħha Lobito Atlantic Railway, S.A., LAH se tibni, iżżomm u tħaddem il-linja ferrovjarja Lobito-Luau li tinsab fl-Angola għall-finijiet tat-trasport tal-merkanzija bejn il-belt tal-port Angolana ta’ Lobito u ż-żoni tal-madwar, bħar-reġjun ta’ Copperbelt taż-Żambja u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11163 — TRAFIGURA / MOTA-ENGIL / LAH / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/39


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11140 – APG / CORSICA SOLE / MIROVA / DRIVECO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/16)

1.   

Fit-2 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Stichting Depositary APG Infrastructure Pool 2020-2021 (għar-riskju u l-kont ta’ APG Infrastructure Pool 2020-2021) (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands),

Corsica Sole SAS (“Corsica Sole”, Franza),

Mirova S.A. (“Mirova”, Franza), li tappartjeni għall-grupp BPCE (“BPCE”, Franza),

Driveco SAS (Franza), ikkontrollata minn Corsica Sole u Mirova.

APG, Corsica Sole u Mirova se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Driveco.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

APG hija depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu hija ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet Olandiża li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku,

Corsica Sole hija attiva fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ farms solari fi Franza kontinentali, kif ukoll f’diversi dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (bħal Korsika, La Réunion, Guadeloupe, Guyana u Martinique). Hija tagħti pariri u timplimenta wkoll miżuri ta’ sostenibbiltà fil-bini tal-klijent, bħal pannelli solari fuq il-bjut jew parkeġġ ta’ pannelli solari,

Mirova, li taġixxi bħala l-kumpanija maniġerjali ta’ Mirova Eurofideme 4, hija l-pole speċjalizzat ta’ Natixis f’investiment responsabbli. L-attivitajiet ta’ finanzjament u investiment tagħha jiffukaw fuq soluzzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli fis-setturi tal-mobbiltà, l-enerġija, il-bini u l-bliet, il-konsum, ir-riżorsi, is-saħħa, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-finanzi. Finalment hija kkontrollata minn BPCE Group, li għandu network bankarju attiv fis-setturi li ġejjin: servizzi bankarji ta’ investiment, servizzi bankarji għall-konsumatur u dawk kummerċjali, assigurazzjoni u servizzi ta’ proprjetà immobbli,

DriveCo toffri soluzzjonijiet turnkey u personalizzati għall-iċċarġjar elettriku fi Franza u fil-Belġju. Hija attiva fl-iżvilupp, il-manifattura, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-iċċarġjar tagħha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11140 – APG / CORSICA SOLE / MIROVA / DRIVECO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/41


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11136 – PETRONAS / NPI / CANWIND and NORTHWIND (JVs))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/17)

1.   

Fit-2 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Northland Power International Holdings B.V. (“NPIH”), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Northland Power, Inc. (“NPI”),

Gentari International Renewables Pte. Ltd (“GIRPL”), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Gentari Sdn. Bhd. (“Gentari”) li min-naħa tagħha hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Petroliam Nasional Berhad (“PETRONAS”),

NP Taiwan Project CanWind Holdings B.V. (“CanWind”) u NP Taiwan Project Northwind Holdings B.V. (“Northwind”), żewġ kumpaniji li bħalissa huma proprjetà kollha kemm huma ta’ NPI (indirettament permezz ta’ NPIH) (il-joint ventures, “JVs”).

NPI u PETRONAS se jakkwistaw, fis-sens tal- Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CanWind u NorthWind kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

NPI hija produttur globali tal-enerġija ddedikat għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, is-sjieda u t-tħaddim ta’ assi ta’ infrastruttura tal-enerġija globali nadifa u ekoloġika fl-Asja, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina u fl-Amerka ta’ Fuq,

PETRONAS hija l-kumpanija nazzjonali taż-żejt u tal-gass tal-Malasja. Gentari joffri soluzzjonijiet b’livell aktar baxx ta’ karbonju permezz ta’ tliet pilastri ewlenin inizjali - l-Enerġija Rinnovabbli, l-Idroġenu u l-Mobilità Ekoloġika.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JVs se jkunu l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ppjanati fit-Tajwan u, minn hemm ’il quddiem, is-sjieda u t-tħaddim tal-parks eoliċi ppjanati lil hinn mill-kosta.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11136 – PETRONAS / NPI / CANWIND and NORTHWIND (JVs)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/43


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11103 – PUBLIC POWER CORPORATION / ENEL ROMANIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 204/18)

1.   

Fil-31 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Public Power Corporation S.A. (“PPC”, il-Greċja),

L-operazzjonijiet ta’ Enel S.p.A. (“Enel”, l-Italja) fir-Rumanija (“Enel Romania”).

PPC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Enel Romania, li tikkonsisti fl-entitajiet li ġejjin (li kollka huma inkorporati fir-Rumanija): Enel Romania S.A., E-Distributie Muntenia S.A., Enel Energie Muntenia S.A., E-Distributie Dobrogea S.A., E-Distributie Banat S.A., Enel Energie S.A., Enel Green Power Romania S.R.L., Enel X Romania S.R.L., Enel X Way Romania S.R.L, u s-sussidjarji tagħhom.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

PPC hija attiva fil-ġenerazzjoni, il-provvista u d-distribuzzjoni tal-elettriċità, prinċipalment fil-Greċja,

Enel Romania hija attiva fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità fir-Rumanija, kif ukoll fil-provvista ta’ gass naturali fir-Rumanija u l-provvista ta’ servizzi relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11103 – PUBLIC POWER CORPORATION / ENEL ROMANIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.