ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
9 ta' Ġunju 2023


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2023/C 202/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (BĊE/2023/14)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 202/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

2

2023/C 202/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

14

2023/C 202/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Avviż lill-partijiet ikkonċernati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u r-regoli tal-UE fil-qasam tal-għajnuna mill-istat

25


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 202/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Ġunju 2023

30

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 202/06

Tħabbira skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu rigward il-likwidazzjoni u l-istralċ sussegwenti ta’ Baltic International Bank SE (istituzzjoni ta’ kreditu Latvjana f’likwidazzjoni)

31

2023/C 202/07

Informazzjoni li taw l-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

32

2023/C 202/08

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

33

2023/C 202/09

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar- Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

47

2023/C 202/10

Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

48


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 202/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11078 – CONTARGO / ZIEGLER / SCHMID / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

49

2023/C 202/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10920 — AMAZON / IROBOT) ( 1 )

51

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 202/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

53

2023/C 202/14

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

76


 

Rettifika

 

Rettifika għal Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 ( ĠU C 104, 4.3.2022 )

84


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Ġunju 2023

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(BĊE/2023/14)

(2023/C 202/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Banca d’Italia, Deloitte & Touche S.p.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(3)

Il-Banca d’Italia għażel lil Deloitte & Touche S.p.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche S.p.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 2 ta’ Ġunju 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/02)

Din il-gwida ġiet żviluppata f’konsultazzjoni mal-Istati Membri. Ma għandhiex intenzjoni li tipproduċi effetti legalment vinkolanti u, min-natura tagħha, ma tista tippreġudika ebda miżura meħuda minn Stat Membru fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u lanqas ġurisprudenza żviluppata fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandha s-setgħa li tinterpreta u li tapplika d-dritt tal-Unjoni b’mod awtorevoli.

Din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tissodisfa l-Punt 6 tal-Introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013 li jipprevedi li, għall-finijiet ta’ informazzjoni u ta’ armonizzazzjoni, il-lista ta’ metodi ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament trid tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-lista ta’ hawn taħt tirrappreżenta din il-lista għall-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1440 (1), u se tiġi aġġornata regolarment.

Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013 jeħtieġu ġenerazzjoni ta’ data bbażata fuq rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013, il-metodi ta’ ttestjar u gwida rilevanti huma elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013 (jiġifieri fir-rigward ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi kimiċi).

L-elenkar ta’ dokument għal taqsima jfisser li huwa rilevanti għas-subtaqsimiet kollha. F’każ li ma jkun hemm l-ebda dokument elenkat għal taqsima, l-ebda metodu ta’ ttestjar jew dokument ta’ gwida maqbul ma huwa attwalment disponibbli. F’dawn il-każijiet, l-applikanti potenzjali jenħtieġ li jiddiskutu l-proposti matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni mal-Istat Membru Relatur u mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), eż. abbażi ta’ abbozzi ta’ metodi ta’ ttestjar.

Metodi ta’ ttestjar

Fejn ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (2) jipprevedi kontroreferenza għal linja gwida tdwar l-ittestjar tal-OECD (billi jindika li metodu ta’ ttestjar huwa replikat, analogu għal jew ekwivalenti għal linja gwida dwar l-ittestjar tal-OECD), il-linja gwida dwar l-ittestjar tal-OECD biss hija elenkata biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

Il-metodi ta’ ttestjar li ġew ivvalidati (jiġifieri ring-tested mill-OECD jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali ekwivalenti) biss huma elenkati. Il-metodi ta’ ttestjar deskritti biss f’pubblikazzjonijiet xjentifiċi ma ġewx inklużi.

L-elenkar ta’ metodu ta’ ttestjar jenħtieġ li jinqara bħala li jirreferi għall-aktar verżjoni aġġornata ta’ dak il-metodu ta’ ttestjar disponibbli fi żmien il-bidu tal-istudju.

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanza attiva li hija mikroorganiżmu, jistgħu jkunu meħtieġa protokolli tat-test ad hoc biex jiġu indirizzati xi rekwiżiti tad-data. Matul il-fażi ta’ qabel is-sottomissjoni (3), l-applikanti, l-Istat Membru Relatur, u l-EFSA jistgħu jiddiskutu dan it-tip ta’ protokolli ta’ ttestjar ad hoc, b’mod partikolari jekk il-protokolli ta’ ttestjar elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013 jistgħux jintużaw bħala sostituti jew jekk jistgħux jiġu adattati biex ikunu aktar xierqa għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanza attiva li hija mikroorganiżmu.

Fid-dawl tal-minimizzazzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali vertebrati, it-testijiet li diġà saru abbażi ta’ metodi ta’ ttestjar aktar antiki jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Madankollu, matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni, l-applikanti, l-Istat Membru Relatur u l-EFSA jistgħu jikkunsidraw jekk huwiex meħtieġ ittestjar ġdid skont metodi ta’ ttestjar aktar ġodda, jekk dan ikun iġġustifikat xjentifikament.

Fil-każijiet kollha, f’konformità mad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi (4), mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (Premessi 11 u 40, l-Artikoli 8.1(d), 18(b), 33.3(c) u 62.1) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 (5), l-ittestjar li ma huwiex neċessajru fuq l-annimali għandu jiġi evitat. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jipprevedi li l-ittestjar fuq annimali vertebrati għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jsir biss meta ma jkun hemm l-ebda metodu ieħor disponibbli. Metodi alternattivi jinkludu l-ittestjar in-vitro, metodi in-silico jew approċċi oħra bħal read-across, kif deskritt pereżempju fir-Rapport dwar l-Istatus tal-EURL ECVAM dwar l-Iżvilupp, il-Validazzjoni u l-Aċċettazzjoni Regolatorja ta’ Metodi u Approċċi Alternattivi u r-Rapport dwar l-Istatus tal-EURL ECVAM dwar Metodi mhux bl-Annimali fix-Xjenza u fir-Regolamentazzjoni (6). Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ dokumenti ta’ gwida dwar l-ittestjar mhux bl-annimali u protokolli ta’ studju vvalidati u affidabbli in-vitro jenħtieġ li titqies bħala ġustifikazzjoni xjentifika valida meta jiġi kkunsidrat il-punt 1.5 tal-Introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013.

Jekk ikun hemm bosta metodi ta’ ttestjar disponibbli biex jiġi ssodisfat rekwiżit tad-data, l-ordni tal-metodi ta’ ttestjar elenkati tindika preferenza f’każ li jkun meħtieġ test ġdid. L-ordni tagħti prijorità lil metodi li fihom ma jkun meħtieġ l-ebda annimal għall-ittestjar jew li fihom ikunu meħtieġa inqas annimali għall-ittestjar u/jew dan il-metodu jkun assoċjat ma’ tbatija inqas severa għall-annimali użati fit-test. Madankollu, matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni, fuq parir mill-EFSA u mill-Istat Membru Relatur, l-ordni ta’ prijorità tista’ tinbidel meta dan ikun iġġustifikat xjentifikament (eż. minħabba limitazzjonijiet tad-dominju tal-applikabbiltà ta’ xi metodi) sabiex tiġi żgurata l-kwalità xjentifika tal-valutazzjoni.

Dokumenti ta’ gwida

Id-dokumenti ta’ gwida jikkwalifikaw biex jiġu elenkati meta:

ikunu ġew approvati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (SCoPAFF) qabel il-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni,

ikunu ġew żviluppati taħt l-awspiċji ta’ korp uffiċjali (eż. l-EFSA, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali) bil-għan li jiġi indirizzat ċertu qasam ta’ valutazzjoni tar-riskju jew kwistjonijiet proċedurali, u jkunu ġew ikkonsultati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jew

ikunu ġew approvati minn organizzazzjoni intergovernattiva (bħall-OECD, il-FAO, il-WHO, jew l-UPPE) fejn l-Istati Membri jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni.

It-tipi ta’ dokumenti ta’ gwida li ġejjin ġew ikkunsidrati għall-elenkar:

Dokumenti ta’ gwida teknika, inklużi dokumenti ta’ gwida li huma ta’ natura orizzontali li huma rilevanti għal diversi taqsimiet jew għat-taqsimiet kollha tar-rekwiżiti tad-data, inkluża l-implimentazzjoni tal-punt 1.5 tal-introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013;

Dokumenti ta’ gwida amministrattivi/proċedurali jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-data;

Mudelli jew għodod ta’ kalkolu, jekk ikunu rilevanti għar-rekwiżiti tad-data u jistgħu jkunu marbuta ma’ dokument ta’ gwida jew ikunu ta’ sostenn għalih;

L-Opinjonijiet xjentifiċi tal-Bordijiet tal-EFSA u d-dokumenti ta’ gwida mill-Kumitat ta’ Tmexxija interżonali rilevanti għall-Istati Membri kollha ġew elenkati wara kunsiderazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi tad-data.

Dokumenti bħal dokumenti ta’ gwida żonali, dikjarazzjonijiet tal-EFSA, pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari, rapporti tekniċi, rapporti xjentifiċi, strateġiji, ġeneralment ma humiex inklużi fil-lista ta’ hawn taħt, ħlief għal xi wħud li kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika.

L-elenkar ta’ dokument ta’ gwida jenħtieġ li jinqara bħala li jirreferi għall-aktar verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument ta’ gwida disponibbli fiż-żmien tal-bidu tal-istudju.

Fir-rigward tas-serje ta’ standards tal-UPPE dwar l-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-aktar standards rilevanti huma indikati fil-lista ta’ hawn taħt. Madankollu, il-lista trid titqies bħala waħda mhux eżawrjenti peress li l-bażi tad-data globali tal-UPPE tiġi aġġornata regolarment u jistgħu jkunu meħtieġa standards oħrajn fuq approċċ ta’ każ b’każ. Għalhekk, il-bażi tad-data globali tal-UPPE, l-Istandards Ġenerali tas-serje standard tal-UPPE PP1 u l-Istandards Speċifiċi tas-serje standard tal-UPPE PP1 huma inklużi fil-lista wkoll.

Referenza għall-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 284/2013

Metodi ta’ ttestjar (7)

Dokumenti ta’ gwida (8)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

EFSA Guidance on the use of the weight of evidence approach in scientific assessments (EFSA Journal 2017;15(8):4971)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

ECHA Guidance on the Application of the CLP Criteria

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

OECD Guidance Document for the Use of Adverse Outcome Pathways in Developing Integrated Approaches to Testing and Assessment (IATA) No. 260

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

OECD Guidance Document on Good In Vitro Method Practices (GIVIMP)

1.

L-identità tal-applikant, l-identità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-informazzjoni dwar il-manifattura

 

EU Guidance document for the assessment of the equivalence of technical grade active ingredients for identical microbial strains or isolates approved under Regulation (EC) No. 1107/2009 (SANCO/12823/2012)

1.4

Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dettaljata dwar il-kompożizzjoni tal-preparazzjoni

 

OECD Issue Paper on Microbial Contaminants Limits for Microbial Pest Control Products No. 65

1.4

Informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dettaljata dwar il-kompożizzjoni tal-preparazzjoni

 

EU Guidance document on significant and non-significant changes of the chemical composition of authorised plant protection products under Regulation (EC) No 1107/2009 of the EU Parliament and Council on placing of plant protection products on the market and repealing Council Directives 79/117/EEC and 91/414/EEC (SANCO/12638/2011)

2.6

L-istabbiltà tal-ħżin u l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa

 

OECD Issue Paper on Microbial Contaminants Limits for Microbial Pest Control Products No. 65.

2.6

L-istabbiltà tal-ħżin u l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa

 

OECD Guidance document on storage stability of microbial pest control products. Series on Pesticides No. 85 (ENV/JM/MONO(2016)54)

2.6.2

L-effetti tat-temperatura u tal-imballaġġ

CIPAC MT 39 Stability of liquid formulations at 0°C

 

2.6.2

L-effetti tat-temperatura u tal-imballaġġ

CIPAC MT 46 Accelerated storage procedure

 

2.7.1

Propensità għat-tixrib

CIPAC MT 53 Wettability

 

2.7.2

Persistenza tar-ragħwa

CIPAC MT 47 Persistent foaming

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 41 Dilution stability of herbicide aqueous solutions

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 160 Spontaneity of dispersion of suspension concentrates

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 174 Dispersibility of water dispersible granules

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 179 Dissolution degree and solution stability

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 180 Dispersion stability Suspo-emulsions

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 184 Suspensibility of formulations forming suspensions on dilution with water

 

2.7.3

Il-kapaċità ta’ sospensjoni, l-ispontanjetà tad-dispersjoni u l-istabbilità tad-dispersjoni

CIPAC MT 196 Solution Properties of Water Soluble Tablets

 

2.7.4

It-test bl-għarbiel fin-niexef u t-test bl-għarbiel fl-imxarrab

CIPAC MT 170 Dry sieve analysis of water dispersible granules

 

2.7.4

It-test bl-għarbiel fin-niexef u t-test bl-għarbiel fl-imxarrab

CIPAC MT 187 Particle size analysis by laser diffraction

 

2.7.4

It-test bl-għarbiel fin-niexef u t-test bl-għarbiel fl-imxarrab

CIPAC MT 185 Wet sieve test

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 170 Dry sieve analysis of water dispersible granules

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 171 Dustiness of granular products

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 178 Attrition resistance of granules

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 185 Wet sieve test

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 187 Particle size analysis by laser diffraction

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 193 Attrition of tablets

 

2.7.5

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli (trabijiet li jitferrxu fl-arja u jixxarrbu, granuli), il-kontenut tat-trab/trab fin (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

CIPAC MT 197 Disintegration of Tablets

 

2.7.6

L-emulsjonabbiltà, ir-riemulsjonabbiltà, l-istabbilità tal-emulsjoni

CIPAC MT 36 Emulsion characteristics of emulsifiable concentrates

 

2.7.7

Il-fluwidità, kapaċità tat-tferrigħ (kemm jista’ jitlaħlaħ) u kapaċità tat-tifrix

CIPAC MT 148 Pourability of suspension concentrates

 

2.7.7

Il-fluwidità, kapaċità tat-tferrigħ (kemm jista’ jitlaħlaħ) u kapaċità tat-tifrix

CIPAC MT 171 Dustiness of granular products

 

2.7.7

Il-fluwidità, kapaċità tat-tferrigħ (kemm jista’ jitlaħlaħ) u kapaċità tat-tifrix

CIPAC MT 172 Flowability of water dispersible granules after heat test under pressure

 

2.8

Il-kompatibbiltà fiżika u kimika ma’ prodotti oħrajn għall-protezzjoni tal-pjanti inkluż prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li magħhom għandu jiġi awtorizzat l-użu tiegħu

ASTM E1518 – 05 Standard Practice for Evaluation of Physical Compatibility of Pesticides in Aqueous Tank Mixtures by the Dynamic Shaker Method

 

2.9

L-aderenza u d-distribuzzjoni fuq iż-żrieragħ

CIPAC MT 194 Adhesion to Treated Seed

 

2.9

L-aderenza u d-distribuzzjoni fuq iż-żrieragħ

CIPAC MT 175 Seed treatment formulations, liquid, determination of seed-seed uniformity of distribution

 

2.9

L-aderenza u d-distribuzzjoni fuq iż-żrieragħ

European Seed Association, 2011. Assessment of free floating dust and abrasion particles of treated seeds as a parameter of the quality of treated seeds: Test Heubach. ESA STAT Dust Working Group

 

3.

Data dwar l-applikazzjoni

 

EPPO Global Database (9)

3.3.

Il-funzjoni, l-organiżmi fil-mira u l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti li għandhom jiġu protetti u miżuri possibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju

 

EPPO PP 1/248 Harmonized classification and coding of the uses of plant protection products (10)

3.4.

Ir-rata ta’ applikazzjoni

 

EPPO PP1/239 Dose expression of plant protection products

4.1.

Il-proċeduri għat-tindif u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir tal-applikazzjoni

 

EPPO PP1/292 Cleaning pesticide application equipment (PAE) – efficacy aspects

5.1.

Il-metodi għall-analiżi tal-preparazzjoni

 

EU Guidance document: Technical Active Substance and Plant protection products: Guidance for generating and reporting methods of analysis in support of pre- and post-registration data requirements for Annex (Section 4) of Regulation (EU) No 283/2013 and Annex (Section 5) of Regulation (EU) No 284/2013 (SANCO/3030/99)

5.1.

Il-metodi għall-analiżi tal-preparazzjoni

 

OECD Issue Paper on Microbial Contaminants Limits for Microbial Pest Control Products No. 65

5.2.

Il-metodi għad-determinazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-residwi

 

Residues Analytical Methods for Risk Assessment and Post-approval Control and Monitoring Purposes (SANTE/2020/12830)

6.

Data dwar l-effikaċja

Standards Speċifiċi tas-serje standard tal-UPPE PP1 (11)

 

6.

Data dwar l-effikaċja

 

EU guidance document on data requirements on efficacy for the dossier to be submitted for the approval of new active substances contained in plant protection products. DG(SANCO) 10054-2013

6.

Data dwar l-effikaċja

 

EU Guidance document on the efficacy composition of core dossier and national addenda submitted to support the authorization of plant protection products under regulation (EC) No 1107/2009 of the EU parliament and council on placing of plant protection products on the market. (SANCO/10055/2013)

6.

Data dwar l-effikaċja

 

Standards Ġenerali tas-serje standard tal-UPPE PP1 (12) (Evalwazzjoni tal-effikaċja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti), b’mod partikolari: EPPO PP1/276 Principles of efficacy evaluation for microbial plant protection products, EPPO PP1/296 principles of efficacy evaluation for low-risk plant protection products, and, EPPO PP1/319 General principles for efficacy evaluation of plant protection products with a mode of action as plant defence inducers.

6.6.1.

L-impatt fuq l-għelejjel sussegwenti

OECD Guidelines for Testing of Chemicals No. 208 “Terrestrial Plant Test: Seedling Emergence and Seedling Growth Test” (2006)

 

6.6.1.

L-impatt fuq l-għelejjel sussegwenti

 

EPPO PP1/207 Effects on succeeding crops

6.6.2.

L-impatt fuq pjanti oħrajn, inklużi għelejjel li jmissu magħhom

 

EPPO PP1/256 Effects on adjacent crops

6.6.2.

L-impatt fuq pjanti oħrajn, inklużi għelejjel li jmissu magħhom

 

OECD (2006) Guidelines for the Testing of Chemicals No. 227 “Terrestrial Plant Test: Vegetative Vigour Test”

6.6.2.

L-impatt fuq pjanti oħrajn, inklużi għelejjel li jmissu magħhom

 

OECD (2006) Guidelines for Testing of Chemicals No. 208 “Terrestrial Plant Test: Seedling Emergence and Seedling Growth Test”

7.2.

Valutazzjoni tat-tossiċità potenzjali tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

 

EFSA Guidance on the assessment of exposure of operators, workers, residents and bystanders in risk assessment for plant protection products (EFSA Journal 2022;20(1):7032)

7.3

Tossiċità akuta

 

OECD (2016) Guidance Document on Considerations for Waiving or Bridging of Mammalian Acute Toxicity Tests Series on Testing & Assessment No. 237

7.3.1

Tossiċità orali akuta

OECD Test Guideline 423: Acute Oral toxicity - Acute Toxic Class Method

 

7.3.1

Tossiċità orali akuta

OECD Test Guideline 420: Acute Oral Toxicity - Fixed Dose Procedure

 

7.3.2.

Tossiċità dermali akuta

OECD Test Guideline 402: Acute Dermal Toxicity - Fixed Dose Procedure

 

7.3.3.

Tossiċità akuta man-nifs

OECD Test Guideline 436: Acute Inhalation Toxicity – Acute Toxic Class Method

 

7.3.3.

Tossiċità akuta man-nifs

OECD Test Guideline 403: Acute Inhalation Toxicity

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 439: In vitro Skin Irritation: Reconstructed Human Epidermis Test Method

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 404: Acute Dermal Irritation/Corrosion

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 430: In Vitro Skin Corrosion: Transcutaneous Electrical Resistance Test Method (TER)

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 431: In vitro skin corrosion: metodu ta’ ttestjar tal-epidermis uman rikostitwit (RHE).

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 435: In vitro Membrane Barrier Test Method for Skin Corrosion

 

7.3.4.

Irritazzjoni tal-ġilda

 

OECD Guidance Document on an Integrated Approach on Testing and Assessment (IATA) for Skin Corrosion and Irritation, No. 203

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 437: Bovine Corneal Opacity and Permeability Test Method for Identifying i) Chemicals Inducing Serious Eye Damage and ii) Chemicals Not Requiring Classification for Eye Irritation or Serious Eye Damage

 

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 438: Isolated Chicken Eye Test Method for Identifying i) Chemicals Inducing Serious Eye Damage and ii) Chemicals Not Requiring Classification for Eye Irritation or Serious Eye Damage

 

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 460: Fluorescein Leakage Test Method for Identifying Ocular Corrosives and Severe Irritants

 

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 491: Short Time Exposure In Vitro Test Method for Identifying i) Chemicals Inducing Serious Eye Damage and ii) Chemicals Not Requiring Classification for Eye Irritation or Serious Eye Damage

 

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 492: Reconstructed human Cornea-like Epithelium (RhCE) test method for identifying chemicals not requiring classification and labelling for eye irritation or serious eye damage

 

7.3.5.

Irritazzjoni fl-għajnejn

OECD Test Guideline 405: Acute eye irritation/corrosion

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 442A: Skin Sensitisation – Local Lymph Node Assay: DA

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 442B: Skin Sensitisation - Local Lymph Node Assay: BrdU-ELISA or –FCM

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 442C: In Chemico Skin Sensitisation

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 442D: In Vitro Skin Sensitisation

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 442E: In Vitro Skin Sensitisation: In Vitro Skin Sensitisation Assays Addressing the Key Event on Activation of Dendritic Cells on the Adverse Outcome Pathway for Skin Sensitisation

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Guideline No. 497: Defined Approaches on Skin Sensitisation

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 406: Skin Sensitisation Guinea Pig Maximisation Test and Buehler Test

 

7.3.6.

Sensitizzazzjoni tal-ġilda

OECD Test Guideline 429: Skin Sensitisation – Local Lymph Node Assay

 

7.5.

Data dwar l-esponiment

OECD Test Guideline 428: Skin Absorption: In Vitro Method

 

7.5.

Data dwar l-esponiment

OECD Test Guideline 427: Skin Absorption: In Vivo Method

 

7.5.

Data dwar l-esponiment

 

EU Guidance on dermal absorption (SANTE/2018/10591)

7.5.

Data dwar l-esponiment

 

EU Guidance document on the risk assessment of metabolites produced by microorganisms used as plant protection active substances (SANCO/2020/12258)

7.5.

Data dwar l-esponiment

 

EFSA Guidance on the assessment of exposure of operators, workers, residents and bystanders in risk assessment for plant protection products (SANTE-10832-2015)

7.5.

Data dwar l-esponiment

 

EFSA Guidance on dermal absorption (EFSA Journal 2017;15(6):4873)

7.5.

Data dwar l-esponiment

 

FAO Operator exposure models and local risk assessment (13)

8.

Residwi fi prodotti, ikel u għalf ittrattati jew fuqhom

 

EU Guidance document on the risk assessment of metabolites produced by microorganisms used as plant protection active substances (SANCO/2020/12258)

8.

Residwi fi prodotti, ikel u għalf ittrattati jew fuqhom

 

EFSA Guidance on the establishment of the residue definition for dietary risk assessment (EFSA Journal 2016;14(12):4549)

8.

Residwi fi prodotti, ikel u għalf ittrattati jew fuqhom

 

EFSA Reporting data on pesticide residues in food and feed according to Regulation (EC) No 396/2005 (2018 data collection) (EFSA Journal 2019;17(4):5655)

10.

L-effetti fuq l-organiżmi mhux fil-mira

Il-metodi ta’ ttestjar indikati jew fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013, jew fil-Komunikazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 jistgħu jintużaw bħala bażi u adattati mill-ġdid. L-applikabbiltà tal-metodi magħżula, jew adattamenti tagħhom, trid tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-każ inkwistjoni u tista’ tiġi diskussa f’laqgħat ta’ qabel is-sottomissjoni.

 

10.

L-effetti fuq l-organiżmi mhux fil-mira

 

EU Guidance document on the risk assessment of metabolites produced by microorganisms used as plant protection active substances (SANCO/2020/12258)

10.

L-effetti fuq l-organiżmi mhux fil-mira

 

OECD Guidance to the environmental safety evaluation of microbial biocontrol agents, Series on Pesticides No. 67 (ENV/JM/MONO(2012)1)


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1440 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 284/2013 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha titressaq għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-rekwiżiti speċifiċi tad-data għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-mikroorganiżmi (ĠU L 227, 1.9.2022, p. 38).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(3)  L-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.

(5)  ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1.

(6)  Disponibbli fuq https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/

(7)  Bl-eċċezzjoni tal-metodi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 440/2008, il-maġġoranza tal-metodi ta’ ttestjar ċitati huma disponibbli biss bl-Ingliż (xi wħud ukoll bil-Franċiż). Informazzjoni dettaljata dwar il-metodi tat-test:

CIPAC http://www.cipac.org/

ASTM http://www.astm.org/Standard/index.shtml

ISO http://www.iso.org/iso/home/store/catalogue_ics.htm

OECD http://www.oecd.org/env/chemicalsafetyandbiosafety/testingofchemicals/

UPPE http://www.eppo.int/STANDARDS/standards.htm

(8)  Il-maġġoranza tad-dokumenti ta’ gwida ċċitati huma disponibbli biss bl-Ingliż. Informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti ta’ gwida:

Il-Kummissjoni Ewropea: https://food.ec.europa.eu/plants/pesticides/approval-active-substances/guidelines-active-substances-and-plant-protection-products_en

OECD http://www.oecd.org/env/chemicalsafetyandbiosafety/testingofchemicals/

UPPE: http://www.eppo.int/STANDARDS/standards.htm

ECHA: http://echa.europa.eu/support/guidance-on-reach-and-clp-implementation

EFSA: https://www.efsa.europa.eu/mt/publications

FOCUS: https://esdac.jrc.ec.europa.eu/projects/focus-dg-sante

(9)  https://gd.eppo.int/

(10)  Jekk jogħġbok ikkunsidra biss dawk l-użi li huma meqjusin rilevanti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (KE) Nru 1107/2009, u mhux dawk fl-UPPE PP 1/248 li jirreferu għal asserzjonijiet tal-bijostimulanti kif definiti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (UE) Nru 2019/1009 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi CEN/TS 17724, CEN/TS 17700-1, CEN/TS 17700-2, CEN/TS 17700-3, CEN/TS 17700-4, CEN/TS 17700-5, anki jekk jiġu identifikati bħala regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti f’UPPE PP1/248.

(11)  L-istandards tal-UPPE huma disponibbli fuq http://pp1.eppo.org/ - L-istandards tal-UPPE tas-serje PP1 jiddeskrivu kif għandha tiġi evelawata l-effikaċja tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. Is-serje fiha Standards Ġenerali u Standards Speċifiċi. Standards Speċifiċi jenħtieġ li jintużaw flimkien mal-Istandards Ġenerali rilevanti u viċi versa.

(12)  https://pp1.eppo.int/standards/general

(13)  http://www.fao.org/pesticide-registration-toolkit/registration-tools/assessment-methods/method-detail/en/c/1187029/


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/03)

Din il-gwida ġiet żviluppata b’konsultazzjoni mal-Istati Membri. L-intenzjoni tagħha mhijiex li tipproduċi effetti legalment vinkolanti u, min-natura tagħha, ma tista tippreġudika ebda miżura meħuda minn Stat Membru fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u lanqas ġurisprudenza żviluppata fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandu s-setgħa li jinterpreta b’awtorita u li japplika d-dritt tal-Unjoni.

Din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tissodisfa l-Punt 6 tal-Introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) 283/2013 li jipprevedi li, għal finijiet ta’ informazzjoni u ta’ armonizzazzjoni, il-lista ta’ metodi ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament trid tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-lista ta’ hawn taħt tirrappreżenta din il-lista għal Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) 283/2013, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1439 (1) , u se tiġi aġġornata regolarment.

Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013 jeħtieġu ġenerazzjoni ta’ data bbażata fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013, il-metodi ta’ ttestjar u l-gwida rilevanti huma elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013 (jiġifieri fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi attivi).

L-elenkar ta’ dokument għal taqsima jfisser li huwa rilevanti għas-subtaqsimiet kollha. F’każ li ma jkun hemm l-ebda dokument elenkat għal taqsima, bħalissa ma hemm l-ebda metodu ta’ ttestjar jew dokument ta’ gwida li jkun sar qbil fuqu disponibbli. F’dawn il-każijiet, l-applikanti potenzjali jenħtieġ li jiddiskutu proposti matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni mal-Istat Membru Relatur u mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), eż. abbażi ta’ abbozzi ta’ metodi ta’ ttestjar.

Metodi ta’ ttestjar

Huma elenkati biss il-metodi ta’ ttestjar li ġew ivvalidati (jiġifieri ring-tested mill-OECD jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali ekwivalenti). Il-metodi ta’ ttestjar deskritti biss f’pubblikazzjonijiet xjentifiċi ma ġewx inklużi.

L-elenkar ta’ metodu ta’ ttestjar jenħtieġ li jinqara daqslikieku jirreferi għall-aktar verżjoni aġġornata ta’ dak il-metodu ta’ ttestjar disponibbli fi żmien il-bidu tal-istudju.

Għal sustanzi attivi li huma mikroorganiżmi, jistgħu jkunu meħtieġa protokolli tat-testijiet ad hoc biex jiġu indirizzati xi rekwiżiti tad-data. Matul il-fażi ta’ qabel is-sottomissjoni (2), l-applikanti, l-Istat Membru Relatur, u l-EFSA jistgħu jiddiskutu dan it-tip ta’ protokolli tat-testijiet ad hoc, b’mod partikolari jekk il-protokolli tat-testijiet elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013 jistgħux jintużaw bħala surrogati jew jekk jistgħux jiġu adattati biex ikunu aktar xierqa għal sustanzi attivi li huma mikroorganiżmi.

Sabiex jiġi minimizzat l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati, it-testijiet li diġà saru abbażi ta’ metodi ta’ ttestjar aktar antiki jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju, kif previst fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Madankollu, matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni, l-applikanti, l-Istat Membru Relatur u l-EFSA jistgħu jikkunsidraw jekk hemmx bżonn ta’ test ġdid skont metodi ta’ ttestjar aktar ġodda, jekk dan ikun iġġustifikat xjentifikament.

Fil-każijiet kollha, f’konformità mad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi (3), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (il-Premessi 11 u 40, l-Artikoli 8.1(d), 18(b), 33.3(c) u 62.1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 (4), irid jiġi evitat ittestjar mhux meħtieġ fuq l-annimali. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistipula li l-ittestjar fuq annimali vertebrati għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jsir biss meta ma jkun hemm l-ebda metodu ieħor disponibbli. Metodi alternattivi jinkludu l-ittestjar in-vitro, metodi in-silico jew approċċi oħra bħal read-across, kif deskritt pereżempju fir-Rapport dwar l-Istatus tal-EURL ECVAM dwar l-Iżvilupp, il-Validazzjoni u l-Aċċettazzjoni Regolatorja ta’ Metodi u Approċċi Alternattivi u r-Rapport dwar l-Istatus tal-EURL ECVAM dwar Metodi Mhux bl-użu ta’ annimali fix-Xjenza u fir-Regolamentazzjoni (5). Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ dokumenti ta’ gwida dwar l-ittestjar mhux fuq l-annimali u protokolli ta’ studju vvalidati u affidabbli in-vitro jenħtieġ li titqies bħala ġustifikazzjoni xjentifika valida meta jiġi kkunsidrat il-punt 1.5 tal-Introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013.

Jekk ikun hemm disponibbli bosta metodi ta’ ttestjar biex jiġi ssodisfat rekwiżit tad-data, l-ordni tal-metodi ta’ ttestjar elenkati tindika preferenza f’każ li jkun meħtieġ test ġdid. L-ordni tagħti prijorità lill-metodi fejn ma jkun meħtieġ l-ebda annimal użat għal għanijiet xjentifiċi jew fejn ikun hemm bżonn ta’ inqas annimali użati għal għanijiet xjentifiċi u/jew dan il-metodu jkun assoċjat ma’ tbatija inqas severa tal-annimali użati għal għanijiet xjentifiċi. Madankollu, matul il-laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni, fuq parir tal-EFSA u tal-Istat Membru Relatur, l-ordni ta’ prijorità tista’ tinbidel meta dan ikun iġġustifikat xjentifikament (eż. minħabba limitazzjonijiet tad-dominju tal-applikabbiltà ta’ xi metodi) sabiex tiġi żgurata l-kwalità xjentifika tal-valutazzjoni.

Dokumenti ta’ gwida

Id-dokumenti ta’ gwida jikkwalifikaw biex jiġu elenkati meta:

ikunu ġew approvati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (SCoPAFF) qabel il-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni,

ikunu ġew żviluppati taħt l-awspiċji ta’ korp uffiċjali (eż. l-EFSA, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali) bil-għan li jiġi indirizzat ċertu qasam ta’ valutazzjoni tar-riskju jew kwistjonijiet proċedurali, u jkunu ġew kkonsultati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jew

ikunu ġew approvati minn organizzazzjoni intergovernattiva (bħall-OECD, il-FAO, il-WHO, jew l-UPPE) fejn l-Istati Membri jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni.

It-tipi ta’ dokumenti ta’ gwida li ġejjin ġew ikkunsidrati għall-elenkar:

Dokumenti ta’ gwida teknika, inklużi dokumenti ta’ gwida li huma ta’ natura orizzontali li huma rilevanti għal diversi taqsimiet jew għat-taqsimiet kollha tar-rekwiżiti tad-data, inkluża l-implimentazzjoni tal-punt 1.5 tal-Introduzzjoni tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013;

Dokumenti ta’ gwida amministrattivi/proċedurali jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-data;

Mudelli jew għodod ta’ kalkolu, jekk dawn ikunu rilevanti għar-rekwiżiti tad-data u jistgħu jkunu marbuta ma’ jew ikunu ta’ appoġġ għal dokument ta’ gwida;

L-Opinjonijiet Xjentifiċi tal-Bordijiet tal-EFSA u d-dokumenti ta’ gwida mill-Kumitat ta’ Tmexxija interżonali rilevanti għall-Istati Membri kollha ġew elenkati wara kunsiderazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi tad-data.

Dokumenti bħad-dokumenti ta’ gwida żonali, id-dikjarazzjonijiet tal-EFSA, il-pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari, ir-rapporti tekniċi, ir-rapporti xjentifiċi u l-istrateġiji, ġeneralment ma humiex inklużi fil-lista ta’ hawn taħt, ħlief xi wħud li kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika.

L-elenkar ta’ dokument ta’ gwida jenħtieġ li jinqara daqslikieku jirreferi għall-aktar verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument ta’ gwida disponibbli fi żmien il-bidu tal-istudju.

Fir-rigward tas-serje ta’ standards tal-UPPE dwar l-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-aktar standards rilevanti huma indikati fil-lista ta’ hawn taħt. Madankollu, il-lista trid titqies bħala mhux eżawrjenti peress li l-bażi tad-data globali tal-UPPE tiġi aġġornata regolarment u jistgħu jkunu meħtieġa standards oħra fuq approċċ ta’ każ b’każ. Konsegwentement, il-bażi tad-data globali tal-UPPE hija inkluża wkoll fit-tabella ta’ hawn taħt.

Referenza għall-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2013

Metodi ta’ ttestjar (6)

Dokumenti ta’ gwida (7)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

EFSA Guidance on submission of scientific peer-reviewed open literature for the approval of pesticide active substances under Regulation (EC) No 1107/2009 (EFSA Journal 2011;9(2):2092)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

EFSA Guidance on the use of the weight of evidence approach in scientific assessments (EFSA Journal 2017;15(8):4971)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

EU Guidance document on the assessment of new isolates of baculovirus species already included in Annex I of Council Directive 91/414/EEC (SANCO/0253/2008)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

EFSA Statement on the requirements for whole genome sequence analysis of microorganisms intentionally used in the food chain (EFSA Journal 2021;19(7):6506)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

OECD Guidance Document on Good In Vitro Method Practices (GIVIMP)

Metodi ġenerali ta’ ttestjar u dokumenti ta’ gwida

 

OECD Guidance Document for the Regulatory Framework for the Microorganism Group: Bacteriophages

Series on Pesticides No. 108

1.

L-identità tal-applikant, l-identità tas-sustanza attiva u l-informazzjoni dwar il-manifattura

 

EU Guidance Document for the assessment of the equivalence of technical grade active ingredients for identical microbial strains or isolates approved under Regulation (EC) No 1107/2009 (SANCO/12823/2012)

1.4.2.2.

L-identità u l-kontenut tal-mikroorganiżmi kontaminanti rilevanti

 

OECD Issue Paper on Microbial Contaminants Limits for Microbial Pest Control Products No. 65

2.7.

L-istabbiltà ġenetika u l-fatturi li jaffettwawha

 

EFSA Statement on the requirements for whole genome sequence analysis of microorganisms intentionally used in the food chain (EFSA Journal 2021;19(7):6506)

2.8

Informazzjoni dwar metaboliti ta’ tħassib

 

EU Guidance document on the risk assessment of metabolites produced by microorganisms used as plant protection active substances (SANCO/2020/12258)

2.8

Informazzjoni dwar metaboliti ta’ tħassib

 

EFSA Statement on the requirements for whole genome sequence analysis of microorganisms intentionally used in the food chain (EFSA Journal 2021;19(7):6506)

2.9.

Il-preżenza ta’ ġeni ta’ reżistenza antimikrobika trasferibbli

 

EU Guidance document on the approval and low-risk criteria linked to “antimicrobial resistance” applicable to microorganisms used for plant protection in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 (SANTE/2020/12260)

3.1

Il-funzjoni u l-organiżmu fil-mira

 

EPPO PP1/248 Harmonized classification and coding of the uses of plant protection products (8)

3.3.

Għelejjel jew prodotti protetti jew ittrattati

 

EPPO Global database (9)

3.3.

Għelejjel jew prodotti protetti jew ittrattati

 

EPPO PP1/248 Harmonized classification and coding of the uses of plant protection product (10)

3.4.

Informazzjoni dwar l-iżvilupp possibbli tar-reżistenza fl-organiżmu/i fil-mira

 

EPPO PP1/213: Resistance risk analysis

3.5

Data mil-letteratura

 

EFSA Guidance on submission of scientific peer-reviewed open literature for the approval of pesticide active substances under Regulation (EC) No 1107/2009 (EFSA Journal 2011;9(2):2092 - including appendix (11))

4.1.

Metodi għall-analiżi tal-MPCA kif immanifatturat

 

EU Guidance document: Technical Active Substance and Plant protection products: Guidance for generating and reporting methods of analysis in support of pre- and post-registration data requirements for Annex (Section 4) of Regulation (EU) No 283/2013 and Annex (Section 5) of Regulation (EU) No 284/2013 (SANCO/3030/99)

4.1.

Metodi għall-analiżi tal-MPCA kif immanifatturat

 

OECD Issue Paper on Microbial Contaminants Limits for Microbial Pest Control Products No. 65

4.2.

Metodi biex tiġi ddeterminata d-densità tal-mikroorganiżmu u biex jiġu kkwantifikati r-residwi

 

Residues Analytical Methods for Risk Assessment and Post-approval Control and Monitoring Purposes (SANTE/2020/12830) (12)

5.1.3.

Informazzjoni dwar is-sensitizzazzjoni u l-allerġeniċità

US EPA OPPTS 885.3400 hypersensitivity Incidents

 

5.3.1.1.

Infettività u patoġeniċità orali

US EPA OPPTS 885.3050 Acute Oral Toxicity/ Pathogenicity

 

5.3.1.2.

Infettività u patoġeniċità intratrakeali/ intranażali

US EPA OPPTS 885.3150 Acute pulmonary toxicity/ pathogenicity

 

5.3.1.3.

Esponiment waħdieni ġol-vini, intraperitoneali jew taħt il-ġilda

US EPA OPPTS 885.3200 Microbial pesticide test guidelines. Acute injection toxicity/pathogenicity

 

5.3.2.

Studju tal-kulturi taċ-ċelloli

US EPA OPPTS 885.3500 Cell culture

 

5.4.

Studji speċifiċi dwar l-infettività u l-patoġeniċità fuq il-mikroorganiżmu

US EPA OPPTS 885.3600 Subchronic Toxicity/Pathogenicity

 

5.4.

Studji speċifiċi dwar l-infettività u l-patoġeniċità fuq il-mikroorganiżmu

US EPA OPPTS 885.3650 Reproductive/fertility effects

 

5.5

Informazzjoni u studji dwar it-tossiċità fuq il-metaboliti

 

European Commission draft guidance document Guidance for the setting of an acute reference dose (ARfD) (7199/VI/99)

5.5

Informazzjoni u studji dwar it-tossiċità fuq il-metaboliti

 

ECHA Guidance on the application of the CLP criteria. Guidance to Regulation (EC) No 1272/2008 on classification, labelling and packaging (CLP) of substances and mixtures

5.5

Informazzjoni u studji dwar it-tossiċità fuq il-metaboliti

 

EFSA Guidance on the use of the Threshold of Toxicological Concern approach in food safety assessment (EFSA Journal 2019;17(6):5708)

5.5

Informazzjoni u studji dwar it-tossiċità fuq il-metaboliti

 

OECD Series on Testing and Assessment No. 124, Guidance for the Derivation of an Acute Reference Dose. (ENV/JM/MONO(2010)15)

6.1.

Stima tal-esponiment tal-konsumatur għar-residwi

 

EFSA Guidance on the use of the Threshold of Toxicological Concern approach in food safety assessment (EFSA Journal 2019;17(6):5708)

7.1.1.

Densità ambjentali prevista tal-mikroorganiżmu

 

EFSA Guidance document on clustering and ranking of emissions of active substances of plant protection products and transformation products of these active substances from protected crops (greenhouses and crops grown under cover) to relevant environmental compartments, Section 2 (EFSA Journal 2014;12(3):3615)

7.1.1.1.

Ħamrija

 

EU Working document to the Environmental Safety Evaluation of Microbial Biocontrol Agents, section 3.1.2 (SANCO/12117/2012)

7.1.1.1.

Ħamrija

 

EFSA Guidance document for predicting environmental concentrations of active substances of plant protection products and transformation products of these active substances in soil, section 2.7 “Applicability of the tiered assessment scheme for microbial actives substances” (EFSA Journal 2017;15(10):4982)

7.1.1.2.

Ilma

 

EU Working document to the Environmental Safety Evaluation of Microbial Biocontrol Agents, section 3.2.1 (SANCO/12117/2012)

7.2.1.

Il-konċentrazzjoni ambjentali prevista

 

Generic Guidance for Estimating Persistence and Degradation Kinetics from Environmental Fate Studies in Pesticides in EU Registration (based on –among others- Guidance Document on Estimating Persistence and Degradation Kinetics from Environmental Fate Studies on Pesticides in EU Registration - Final Report of the Work Group on Degradation Kinetics of FOCUS (Sanco/10058/2005); Guidance Document for evaluating laboratory and field dissipation studies to obtain DegT50 values of active substances of plant protection products and transformation products of these active substances in soil (SANCO/12117/2014))

7.2.1.

Il-konċentrazzjoni ambjentali prevista

 

Generic guidance for Tier 1 FOCUS Ground water assessments (based on –among others-the European Commission (2014) Assessing Potential for Movement of Active Substances and their Metabolites to Ground Water in the EU - Final Report of the Ground Water Work Group of FOCUS (Sanco/13144/2010); FOCUS (2000) “FOCUS groundwater scenarios in the EU review of active substances” Report of the FOCUS Groundwater Scenarios Workgroup (Sanco/321/2000); Scientific Opinion of the Panel on Plant Protection Products and their Residues on a request from EFSA related to the default Q10 value used to describe the temperature effect on transformation rates of pesticides in soil.(doi: 10.2903/j.efsa.2008.622); Generic Guidance for Estimating Persistence and Degradation Kinetics from Environmental Fate Studies in Pesticides in EU Registration (including Guidance Document on Estimating Persistence and Degradation Kinetics from Environmental Fate Studies on Pesticides in EU Registration - Final Report of the Work Group on Degradation Kinetics of FOCUS (Sanco/10058/2005); Guidance Document for evaluating laboratory and field dissipation studies to obtain DegT50 values of active substances of plant protection products and transformation products of these active substances in soil (SANCO/12117/2014)); section 3.3.1 of European Food Safety Authority. Guidance Document for predicting environmental concentrations of active substances of plant protection products and transformation products of these active substances in soil (doi:10.2903/j.efsa.2017.4982); section 3.3 of Scientific report of EFSA on the “repair action” of the FOCUS surface water scenarios (doi:10.2903/j.efsa.2020.6119))

8.

Studji ekotossikoloġiċi

Il-metodi rilevanti indikati taħt din it-Taqsima jista’ jkollhom bżonn jiġu adattati fuq bażi ta’ każ b’każ. Għaldaqstant l-applikabbiltà tal-metodi magħżula, jew adattamenti tagħhom, iridu jkunu ġġustifikati fid-dawl tal-karatteristiċi bijoloġiċi u ekoloġiċi tas-sustanza attiva li trid tiġi vvalutata u tista’ tiġi diskussa f’laqgħat ta’ qabel is-sottomissjoni.

 

8.

Studji ekotossikoloġiċi

 

EU Working document to the Environmental Safety Evaluation of Microbial Biocontrol Agents (SANCO/12117/2012)

8.

Studji ekotossikoloġiċi

 

US EPA 885.4000 (1996) Background for non-target organism testing of microbial pest control agents

8.

Studji ekotossikoloġiċi

 

Environment and Climate Change Canada (2016), guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS1/RM/44)

8.1.

L-effetti fuq il-vertebrati terrestri

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS1/RM/44), 14.1 Birds

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS1/RM/44), 14.1 Birds

8.1.

L-effetti fuq il-vertebrati terrestri

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 14.2 Small Mammals

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 14.2 Small Mammals

8.2.

Effetti fuq l-organiżmi akkwatiċi

 

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 11.1 Freshwater Fish

8.2.1.

Effetti fuq il-ħut

OECD Test No. 203 (2019) Fish, Acute Toxicity Test

 

8.2.1.

Effetti fuq il-ħut

OECD Test No. 210 (2013) Fish, Early-life Stage Toxicity Test

 

8.2.1.

Effetti fuq il-ħut

US EPA OCSPP 885.4200 freshwater fish Tier I

 

8.2.1.

Effetti fuq il-ħut

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 11.1 Freshwater Fish

 

8.2.2.

Effetti fuq l-invertebrati akkwatiċi

OECD Test No. 233 (2010) Sediment-Water Chironomid Life-Cycle Toxicity Test Using Spiked Water or Spiked Sediment

 

8.2.2.

Effetti fuq l-invertebrati akkwatiċi

US EPA OCSPP 885.4240 Freshwater invertebrate Tier I

 

8.2.2.

Effetti fuq l-invertebrati akkwatiċi

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 10.1 Freshwater Invertebrates

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 10.1 Freshwater Invertebrates

8.2.3.

Effetti fuq l-algi

OECD Test No. 201 (2011) Freshwater Alga and Cyanobacteria, Growth Inhibition Test

 

8.2.3.

Effetti fuq l-algi

US EPA OCSPP 885.4300 Non target plant studies Tier I

 

8.2.3.

Effetti fuq l-algi

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 9.1 Freshwater plants

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 9.1 Freshwater plants

8.2.4.

Effetti fuq il-makrofiti akkwatiċi

OECD Test No. 221 (2006): Lemna sp. Growth Inhibition Test

 

8.2.4.

Effetti fuq il-makrofiti akkwatiċi

OECD Test No. 239 (2014): Water-Sediment Myriophyllum Spicatum Toxicity Test

 

8.2.4.

Effetti fuq il-makrofiti akkwatiċi

OECD Test No. 238 (2014): Sediment-Free Myriophyllum Spicatum Toxicity Test

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD Test Guideline 213 Honeybees, Acute Oral Toxicity Test

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD Test Guideline 214 Honeybees, Acute Contact Toxicity Test.

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD Test Guideline 245 Honey Bee, Chronic Oral Toxicity Test

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD guidance document 239 Honey Bee Larval Toxicity Test, Repeated Exposure

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD guidance document 75: Honey Bee Brood Test Under Semi-Field Conditions

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

EPPO Bulletin (2019) 49 Oomen Bee Brood Feeding Test

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

EPPO Bulletin (2010) 40 Side-Effects On Honeybees

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

OECD Test No. 247 (2017) Bumblebee, Acute Oral Toxicity Test

 

8.3.

Effetti fuq in-naħal

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.2.1 Honey bees

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.2.1 Honey bees

8.3.

Effetti fuq in-naħal

US EPA OCSPP 885.4380 Honey bee Tier I

 

8.4.

L-effetti fuq artropodi mhux fil-mira għajr in-naħal

US EPA OCSPP 885.4340 Non-target Insect Tier I

 

8.4.

L-effetti fuq artropodi mhux fil-mira għajr in-naħal

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.3.1 Tests for Plant-Dwelling Invertebrates

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.3.1 Tests for Plant-Dwelling Invertebrates

8.5.

L-effetti fuq il-meżoorganiżmi u l-makroorganiżmi mhux fil-mira fil-ħamrija

OECD Test No. 222 (2016): Earthworm Reproduction Test (Eisenia fetida/Eisenia andrei)

 

8.5.

L-effetti fuq il-meżoorganiżmi u l-makroorganiżmi mhux fil-mira fil-ħamrija

OECD Test No. 232 (2016): Collembolan Reproduction Test in Soil

 

8.5.

L-effetti fuq il-meżoorganiżmi u l-makroorganiżmi mhux fil-mira fil-ħamrija

OECD Test No. 226 (2016): Predatory mite (Hypoaspis (Geolaelaps) aculeifer) reproduction test in soil

 

8.5.

L-effetti fuq il-meżoorganiżmi u l-makroorganiżmi mhux fil-mira fil-ħamrija

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.2.2 Springtails

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.2.2 Springtails

8.5.

L-effetti fuq il-meżoorganiżmi u l-makroorganiżmi mhux fil-mira fil-ħamrija

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.3.2 Earthworms

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 13.3.2 Earthworms

8.6.

L-effetti fuq pjanti terrestri mhux fil-mira

OECD Test No. 227 (2006): Terrestrial Plant Test: Vegetative Vigour Test

 

8.6.

L-effetti fuq pjanti terrestri mhux fil-mira

OECD Test No. 208 (2006): Terrestrial Plant Test: Seedling Emergence and Seedling Growth Test

 

8.6.

L-effetti fuq pjanti terrestri mhux fil-mira

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 12.2 Terrestrial plants

Environment and Climate Change Canada (2016) Guidance document for testing the pathogenicity and toxicity of new microbial substances to aquatic and terrestrial organisms (EPS 1/RM/44), 12.2 Terrestrial plants


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1439 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 283/2013 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha titressaq għas-sustanzi attivi u r-rekwiżiti tad-data speċifiċi għall-mikroorganiżmi (ĠU L 227, 1.9.2022, p. 8).

(2)  L-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.).

(3)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.

(4)  ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1.

(5)  Disponibbli fuq https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/

(6)  Il-biċċa l-kbira tal-metodi ta’ ttestjar iċċitati huma disponibbli biss bl-Ingliż. Informazzjoni dettaljata dwar il-metodi ta’ ttestjar:

ISO http://www.iso.org/iso/home/store/catalogue_ics.htm

OECD http://www.oecd.org/env/chemicalsafetyandbiosafety/testingofchemicals/

UPPE http://www.eppo.int/STANDARDS/standards.htm

US EPA OCSPP https://www.epa.gov/

(7)  Il-biċċa l-kbira tad-dokumenti ta’ gwida ċċitati huma disponibbli biss bl-Ingliż. Informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti ta’ gwida:

Il-Kummissjoni Ewropea: https://food.ec.europa.eu/plants/pesticides/approval-active-substances/guidelines-active-substances-and-plant-protection-products_en

OECD http://www.oecd.org/env/chemicalsafetyandbiosafety/testingofchemicals/

UPPE: http://www.eppo.int/STANDARDS/standards.htm

ECHA: http://echa.europa.eu/support/guidance-on-reach-and-clp-implementation

EFSA: http://www.efsa.europa.eu/mt/publications.htm

(8)  Jekk jogħġbok ikkunsidra biss dawk l-użi li huma meqjusin rilevanti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (KE) Nru 1107/2009, u mhux dawk fl-EPPO PP 1/248 li jirreferu għal asserzjonijiet bijostimulanti kif definiti t-tnejn skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (UE) Nru 2019/1009 u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi CEN/TS 17724, CEN/TS 17700-1, CEN/TS 17700-2, CEN/TS 17700-3, CEN/TS 17700-4, CEN/TS 17700-5, anki jekk dawn il-bijostimulanti jiġu identifikati bħala regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fl-EPPO PP 1/248.

(9)  https://gd.eppo.int/

(10)  Jekk jogħġbok ikkunsidra biss dawk l-użi li huma meqjusin rilevanti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (KE) Nru 1107/2009, u mhux dawk fl-EPPO PP 1/248 li jirreferu għal asserzjonijiet bijostimulanti kif definiti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reg (UE) Nru 2019/1009 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi CEN/TS 17724, CEN/TS 17700-1, CEN/TS 17700-2, CEN/TS 17700-3, CEN/TS 17700-4, CEN/TS 17700-5, anki jekk dawn jiġu identifikati bħala regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti fl-EPPO PP1/248.

(11)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/action/downloadSupplement?doi=10.2903/j.efsa.2011.2092&file=efs22092-sup-0001-Appendix.pdf

(12)  jekk rilevanti għal residwi ta’ metaboliti ta’ tħassib.


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/25


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Avviż lill-partijiet ikkonċernati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u r-regoli tal-UE fil-qasam tal-għajnuna mill-istat

(2023/C 202/04)

Mill-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u sar “pajjiż terz” (1). Il-Ftehim dwar il-Ħruġ (2) ippreveda perjodu ta’ tranżizzjoni li ntemm fil- 31 ta’ Diċembru 2020. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ ippreveda wkoll, f’xi każijiet, dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Il-partijiet interessati kollha huma mfakkra dwar is-sitwazzjoni legali applikabbli minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (il-Parti A hawn taħt). Dan l-avviż jispjega wkoll ir-regoli applikabbli fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara li ntemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni (il-Parti B aktar ’l isfel).

A.   Is-sitwazzjoni legali minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni

1.   Proċeduri tal-għajnuna mill-Istat

Minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-UE waqaf japplika għal kull għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit minn din id-data, sakemm din ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni Ewropea li huwa soġġett għall-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) (3) / il-Qafas ta’ Windsor (4) . Barra mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Qafas ta’ Windsor (ara hawn taħt), il-Kummissjoni Ewropea għalhekk ma għadx għandha s-setgħa li tinvestiga, u tieħu deċiżjonijiet dwar miżuri potenzjali ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit wara dik id-data. Konsegwentement, il-partijiet ikkonċernati ma għadhomx jistgħu jippreżentaw ilmenti formali lill-Kummissjoni Ewropea dwar miżuri bħal dawn.

Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Skont l-Artikolu 92(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kummissjoni Ewropea tibqa’ kompetenti biex tkompli kull proċedura li tinsab għaddejja (5) dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit.

Skont l-Artikolu 93(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kummissjoni Ewropea tibqa’ wkoll kompetenti biex tibda proċedimenti amministrattivi ġodda li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jekk proċedimenti bħal dawn jinbdew fi żmien erba’ snin minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni.

Skont l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma vinkolanti u infurzabbli fuq ir-Renju Unit f’dawn il-każijiet.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea żżomm id-dritt li tressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjonijiet bħal dawn għal perjodu ta’ erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni jew id-data tad-deċiżjoni kkonċernata, skont liema minnhom tiġi l-aħħar (6). Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dawn il-kwistjonijiet jibqgħu vinkolanti u infurzabbli fuq ir-Renju Unit.

B’riżultat ta’ dan, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jkomplu jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea - permezz ta’ lmenti formali jew mod ieħor - dwar kull għajnuna mill-Istat potenzjalment illegali mogħtija mir-Renju Unit qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Dan jinkludi każijiet fejn tali għajnuna titħallas biss jew titħallas b’xi mod ieħor fi stadju aktar tard, dment li d-dritt legali li wieħed jirċievi l-għajnuna jkun ingħata lill-benefiċjarju qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

2.   Dispożizzjonijiet sostantivi dwar l-għajnuna mill-Istat

Eċċezzjonalment, ċerti kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat jirreferu għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u / jew ċerta dimensjoni tal-UE jew taż-ŻEE (7). Minn meta ntemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma għadux jgħodd għal dawn il-kriterji, u l-Istati Membri jridu jqisu dan għal kull għajnuna ġdida mogħtija skont id-dispożizzjonijiet rilevanti.

B.   regoli applikabbli fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

1.   Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 10 tal-Qafas ta’ Windsor

Minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, japplika l-Protokoll, li issa huwa magħruf bħala l-Qafas ta’ Windsor (8). Il-Qafas ta’ Windsor huwa soġġett, minn żmien għal żmien, għall-kunsens tal-Assemblea Leġiżlattiva tal-Irlanda ta’ Fuq, fejn il-perjodu inizjali ta’ applikazzjoni jestendi sa erba’ snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (9).

L-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor jipprevedi li “id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 5 ta' dan il-Protokoll għandhom japplikaw għar-Renju Unit, inkluż fir-rigward ta' miżuri li jappoġġaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli fl-Irlanda ta' Fuq, fir-rigward ta' miżuri li jaffettwaw dak il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni li huwa soġġett għal dan il-Protokoll”.

Dan ifisser li r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat ikomplu japplikaw għall-Istati Membri tal-UE, kif ukoll għar-Renju Unit fir-rigward tal-għajnuna li għandha effett fuq il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni Ewropea li huwa soġġett għall-Qafas ta’ Windsor. Minn dispożizzjonijiet oħra tal-Qafas ta’ Windsor, u b’mod partikolari mill-Artikoli 5 u 9 tiegħu, isegwi li l-kummerċ ta’ oġġetti u tal-elettriku bl-ingrossa huwa soġġett għall-Qafas ta’ Windsor (10).

Rigward il-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kummerċ fihom, l-Artikolu 10(2) tal-Qafas ta’ Windsor jipprevedi eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sa livell annwali globali massimu determinat ta’ appoġġ, dment li l-perċentwal minimu determinat ta’ dan l-appoġġ eżentat ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura. Il-livell massimu u l-perċentwal minimu msemmija ġew iddeterminati mill-Kumitat Konġunt (l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit) bid-Deċiżjoni Nru 05/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 (11). Il-miżuri kollha meħuda biex jappoġġaw il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd fl-Irlanda ta’ Fuq li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni u li għandhom effett fuq il-kummerċ rilevanti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor.

Il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ġenerali (il-“Qrati tal-Unjoni”), jibqgħu kompetenti fir-rigward ta’ tali għajnuna li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor (12).

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-UE ħarġet dikjarazzjoni unilaterali fil-Kumitat Konġunt inkarigat mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Id-dikjarazzjoni tgħid dan li ġej: “Meta tapplika l-Artikolu 107 TFUE għal sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll, il-Kummissjoni Ewropea se tqis b’mod xieraq il-post integrali tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit. L-Unjoni Ewropea tissottolinja li, fi kwalunkwe każ, effett fuq il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni li huwa soġġett għal dan il-Protokoll ma jistax ikun sempliċiment ipotetiku, preżunt, jew mingħajr rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq. Għandu jiġi stabbilit għaliex il-miżura jkun jista’ jkollha tali effett fuq il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni, abbażi tal-effetti reali prevedibbli tal-miżura.

Din id-dikjarazzjoni tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Protokoll, issa magħruf bħala l-Qafas ta’ Windsor. Madankollu, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “effett fuq il-kummerċ” li jagħtu l-Qrati tal-Unjoni.

Il-kundizzjonijiet biex teżisti rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq, abbażi tal-effetti prevedibbli reali tal-miżura, ġew spjegati aktar f’Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-24 ta’ Marzu 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor kif ġej:

Din id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor tibni fuq id-Dikjarazzjoni Unilaterali tal-Unjoni, li tafferma l-post tal-Irlanda ta’ Fuq fis-suq intern tar-Renju Unit, u fl-istess ħin tiżgura li s-suq intern tal-Unjoni jkun protett. Hija tikkjarifika l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor li jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi partikolari li fihom x’aktarx tkun involuta meta jingħataw sussidji fir-Renju Unit, u tista’ tintuża għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

Sabiex miżura titqies li għandha rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq u b’hekk ikollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni li huwa soġġett għall-Qafas ta’ Windsor, din il-miżura jeħtieġ li jkollha effetti reali prevedibbli fuq dak il-kummerċ. Jenħtieġ li l-effetti reali prevedibbli rilevanti jkunu materjali, u mhux biss ipotetiċi jew preżunti.

Għall-miżuri mogħtija lil kwalunkwe benefiċjarju li jinsab fil-Gran Brittanja, il-fatturi rilevanti għall-materjalità jistgħu jinkludu d-daqs tal-impriża, id-daqs tas-sussidju, u l-preżenza fis-suq tal-impriża fis-suq rilevanti fl-Irlanda ta’ Fuq. Filwaqt li s-sempliċi tqegħid ta’ merkanzija fis-suq tal-Irlanda ta’ Fuq mhuwiex biżżejjed, waħdu, biex jirrappreżenta rabta diretta u ġenwina li tinvolvi l-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor, il-miżuri li jingħataw lill-benefiċjarji li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq huma aktar probabbli li jkollhom effetti materjali.

Għall-miżuri mogħtija lil kwalunkwe benefiċjarju li jinsab fil-Gran Brittanja li għandhom effett materjali, irid jintwera wkoll li l-benefiċċju ekonomiku tas-sussidju jingħadda kompletament jew parzjalment lil impriża fl-Irlanda ta’ Fuq, jew permezz tal-merkanzija rilevanti mqiegħda fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq, pereżempju permezz ta’ bejgħ taħt il-prezz tas-suq, biex ikun hemm rabta diretta u ġenwina li tinvolvi l-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor.”

Kif affermat mid-Dikjarazzjoni Konġunta, l-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor japplika għal miżuri li jaffettwaw il-kummerċ rilevanti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni, irrispettivament minn jekk benefiċjarju jkunx jinsab fl-Irlanda ta’ Fuq u/jew huwiex involut fil-kummerċ rilevanti.

Hija l-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi jekk miżura għandhiex rabta ġenwina u diretta biżżejjed mal-Irlanda ta’ Fuq, abbażi tal-effetti prevedibbli reali tagħha, sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

Huwa aktar probabbli li l-miżuri mogħtija lill-benefiċjarji li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq jippreżentaw rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq u għalhekk jattivaw l-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor.

Għall-miżuri mogħtija lill-benefiċjarji li jinsabu f’partijiet oħra tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea trid turi rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq abbażi tal-effetti prevedibbli reali tal-miżura:

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li biex turi tali effetti reali prevedibbli fuq il-kummerċ rilevanti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni, kwalunkwe effett ta’ miżura jrid ikun materjali biżżejjed. Biex tivvaluta jekk dan huwiex il-każ, il-Kummissjoni Ewropea se tirreferi għal sett ta’ indikaturi, ibbażati b’mod partikolari fuq id-daqs tal-impriża, id-daqs tas-sussidju, u l-preżenza fis-suq tal-impriża fl-Irlanda ta’ Fuq.

Hemm bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tkompli turi li benefiċċju ekonomiku tal-miżura jiġi mgħoddi kompletament jew parzjalment lil impriża fl-Irlanda ta’ Fuq, jew permezz tal-merkanzija rilevanti mqiegħda fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq, pereżempju permezz ta’ bejgħ taħt il-prezz tas-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea se tqis ukoll kull kundizzjoni jew karatteristika tal-miżura mfassla biex jiġi evitat tali trasferiment ta’ benefiċċju ekonomiku.

F’każ ta’ miżuri favur il-fornituri tas-servizzi, il-Kummissjoni Ewropea jeħtieġ li tistabbilixxi li jingħata vantaġġ lill-impriżi involuti fil-kummerċ rilevanti tal-merkanzija bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni. Tali vantaġġ indirett huwa normalment preżenti jekk il-miżura tkun imfassla b'tali mod li tgħaddi l-effetti sekondarji tagħha lil impriżi jew gruppi ta' impriżi identifikabbli (13).

Biex jiġi ċċarat dan ta’ hawn fuq permezz ta’ eżempji:

Skema ta’ sussidju mmirata biex tipprovdi appoġġ lill-manifatturi ta’ oġġetti li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq normalment taqa’ fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor, sal-punt li din tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

Sussidju ta’ ammont limitat ipprovdut lil intrapriża żgħira li tinsab barra l-Irlanda ta’ Fuq u mingħajr preżenza sinifikanti fis-suq tal-Irlanda ta’ Fuq normalment ma jipproduċix effetti li huma materjali biżżejjed biex jindikaw il-preżenza ta’ rabta ġenwina u diretta mal-Irlanda ta’ Fuq ibbażata fuq effetti prevedibbli reali.

Għal sussidji sostanzjali lil manifatturi kbar li jinsabu f’partijiet oħra tar-Renju Unit minbarra l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta jekk hemmx effett materjali fuq il-kummerċ mal-Irlanda ta’ Fuq, abbażi ta’ serje ta’ parametri, bħall-preżenza tal-benefiċjarju fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq. Jekk barra minn hekk ikun hemm riskju reali li benefiċċju ekonomiku jista’ jiġi ttrasferit sabiex jaffettwa s-suq fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea x’aktarx li tikkunsidra li jkun japplika l-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor. Il-Kummissjoni Ewropea normalment ma tasalx għal din il-konklużjoni jekk il-miżura tkun imfassla b’mod li tevita li jkun hemm riskju reali li l-benefiċċju ekonomiku jkun jista’ jiġi ttrasferit sabiex jaffettwa s-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.

Skema ta’ sussidju biex tkopri ċerti kostijiet tat-taħriġ tal-fornituri tas-servizzi normalment ma tkunx taqa’ fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Qafas ta’ Windsor, peress li ma tkunx imfassla biex tgħaddi l-effetti sekondarji lil impriżi jew gruppi ta’ impriżi identifikabbli involuti fil-kummerċ rilevanti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni. Madankollu, skema ta’ sussidji mmirata biex tipprovdi inċentivi finanzjarji lill-fornituri tas-servizzi (eż. fis-settur finanzjarju) imfassla biex tnaqqas il-kost tas-servizzi għall-impriżi li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq involuti fil-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni tista’ tkun tinvolvi li vantaġġ indirett jiġi mgħoddi lil dawn tal-aħħar.

2.   L-Artikolu 5(6) tal-Qafas ta’ Windsor

Id-dazji doganali imposti mir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 5(3) tal-Qafas ta’ Windsor ma jintbagħtux lill-Unjoni. L-Artikolu 5(6) tal-Qafas ta’ Windsor jiddikjara li r-Renju Unit jista’ taħt ċerti ċirkostanzi jirrinunzja d-dejn tariffarju jew jirrimborża lin-negozjanti (14) Dawn il-miżuri, sakemm ikunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jaffettwaw il-kummerċ rilevanti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni, huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Qafas ta’ Windsor dwar l-għajnuna mill-Istat. Jekk tissejjaħ biex tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ tali miżuri ta’ għajnuna, il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis iċ-ċirkostanzi fl-Irlanda ta’ Fuq kif xieraq (15).

L-ispjegazzjonijiet ipprovduti hawnhekk mhumiex maħsuba li jkunu eżawrjenti. L-għan tagħhom huwa li jagħtu gwida dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ effett fuq il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni lill-qrati u lill-awtoritajiet awtorizzanti tal-Istati Membri tal-UE u tar-Renju Unit. Dan l-avviż jissostitwixxi l-avviż preċedenti għall-partijiet ikkonċernati ppubblikat fl-10 ta’ Frar 2021.

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat (https://competition-policy.ec.europa.eu/state-aid_en) jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawn il-paġni jiġu aġġornati b’aktar informazzjoni, fejn meħtieġ.


(1)  Pajjiż terz huwa pajjiż ma huwiex membru tal-UE.

(2)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7) (“Il-Ftehim dwar il-Ħruġ”).

(3)  Għal aktar dettalji dwar id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Qafas ta’ Windsor, ara l-Parti B ta’ dan l-avviż.

(4)  Skont id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-24 ta’ Marzu 2023, li jirrifletti l-arranġamenti stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt, jenħtieġ li l-Protokoll, kif emendat b’dik id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, issa jkun magħruf bħala l-“Qafas ta’ Windsor”. Għalhekk, kull fejn rilevanti fin-negozjati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2023, b’mod konsistenti mar-rekwiżiti taċ-ċertezza legali, jibda jissejjaħ il-“Qafas ta’ Windsor”. Il-Protokoll, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2023, jista’ jissejjaħ ukoll il-“Qafas ta’ Windsor” fil-liġi domestika tal-Unjoni u tar-Renju Unit.

(5)  It-terminu “proċedura li tinsab għaddejja” jirreferi għal proċeduri li ġew allokati numru tal-każ intern qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni (ara l-Artikolu 92(3)(a) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ).

(6)  Ara rispettivament l-Artikoli 87(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(7)  Pereżempju, ċerti strumenti jipprevedu żieda fl-intensitajiet tal-għajnuna f’każ ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE u / jew mal-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE.

(8)  L-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(9)  L-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor.

(10)  Għal spjegazzjoni dettaljata dwar liema kummerċ huwa kopert mill-Qafas ta’ Windsor, ara l-Artikoli minn 5 sa 9 tiegħu. Għall-fini ta’ dan l-Avviż, referenza għal oġġetti tinkludi s-suq tal-elettriku, kif xieraq.

(11)  Deċiżjoni Nru 5/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-17 ta’ Diċembru 2020 li tiddetermina l-livell inizjali ta’ appoġġ annwali globali massimu eżentat u l-perċentwal minimu inizjali msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 443, 30.12.2020, p. 13).

(12)  Ara l-Artikolu 12(4) tal-Qafas ta’ Windsor.

(13)  Għall-kunċett ta’ vantaġġ indirett, issir referenza għall-punti 115 u 116 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(14)  Ir-Renju Unit jirrimborża d-dazji fuq oġġetti mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq; ir-rinunzja (mir-Renju Unit) ta’ djun doganali għal oġġetti mdaħħla fl-Irlanda ta’ Fuq; l-istabbiliment (mir-Renju Unit) ta’ kundizzjonijiet li taħthom id-dazji doganali jiġu rimborżati fuq oġġetti “murija li ma daħlux fl-Unjoni”; u biex “isir kumpens lill-impriżi biex ipattu” għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (mir-Renju Unit).

(15)  L-Artikolu 5(6) tal-Qafas ta’ Windsor.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/30


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Ġunju 2023

(2023/C 202/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0737

JPY

Yen Ġappuniż

149,98

DKK

Krona Daniża

7,4498

GBP

Lira Sterlina

0,86113

SEK

Krona Żvediża

11,6480

CHF

Frank Żvizzeru

0,9751

ISK

Krona Iżlandiża

149,50

NOK

Krona Norveġiża

11,7580

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,625

HUF

Forint Ungeriż

368,65

PLN

Zloty Pollakk

4,4788

RON

Leu Rumen

4,9530

TRY

Lira Turka

25,0875

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6061

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4342

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4126

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7696

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4460

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 399,86

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,3284

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6541

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 979,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,9589

PHP

Peso Filippin

60,228

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,408

BRL

Real Brażiljan

5,2866

MXN

Peso Messikan

18,6188

INR

Rupi Indjan

88,6170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/31


Tħabbira skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu rigward il-likwidazzjoni u l-istralċ sussegwenti ta’ Baltic International Bank SE (istituzzjoni ta’ kreditu Latvjana f’likwidazzjoni)

(2023/C 202/06)

Stedina għall-preżentazzjoni ta’ talba. Skadenzi li jridu jiġu osservati.

Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi ddatata l-24 ta’ Marzu 2023 fil-kawża ċivili Nru C75010823, Baltic International Bank SE bin-Nru tar-reġistrazzjoni 40003127883 ġie rikonoxxut bħala l-istituzzjoni li kellha tiġi likwidata, u l-proċess tal-likwidazzjoni tagħha nbeda. Olavs Cers, avukat ġuramentat, ġie approvat bħala l-likwidatur ta’ Baltic International Bank SE.

Il-pretensjonijiet tal-kredituri u l-pretensjonijiet ta’ persuni oħra, kif ukoll pretensjonijiet oħra kontra l-Baltic International Bank SE li qed jiġi likwidat, għandhom jiġu sottomessi lil-likwidatur sat-30 ta’ Ġunju 2023. Il-pretensjonijiet tal-kredituri sottomessi wara l-iskadenza speċifikata għandhom jiġu kkunsidrati u ssodisfati skont il-proċedura stabbilita mill-Paragrafu 3, it-Taqsima 139.3 tal-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu.

Il-post tax-xogħol tal-likwidatur ta’ Baltic International Bank SE waqt il-proċess ta’ likwidazzjoni huwa Riga, 6 Grēcinieku Street, LV-1050, it-telefown ta’ kuntatt +371 67000444 jew +371 67365865 (fil-jiem tax-xogħol mid-9:00 a.m. sal-5:00 p.m.). L-indirizz tal-posta elettronika għall-komunikazzjoni bib.likvidators@cersjurkans.lv.

Ir-rikors tal-kreditur għandu jitfassal bil-lingwa Latvjana. Traduzzjoni notarizzata fil-Latvjan trid tiġi mehmuża jekk titfassal f’lingwa oħra. Ir-rikors tal-kreditur irid ikun akkumpanjat mid-dokumenti oriġinali, jew, mal-preżentazzjoni tal-oriġinali, kopji notarizzati ta’ dokumenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ The Hague li tabolixxi r-rekwiżit ta’ legalizzazzjoni għad-Dokumenti Pubbliċi Barranin, 1961.

Il-kredituri jridu jikkalkulaw l-ammont totali tal-pretensjonijiet tagħhom f’munita barranija fil-pretensjoni, u jispeċifikawh f’euro skont ir-rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2022.

Il-pretensjonijiet tal-kredituri ta’ Baltic International Bank SE li qed jiġi likwidat u d-dokumenti ta’ sostenn jistgħu jiġu sottomessi billi jiġu indirizzati lil-likwidatur ta’ Baltic International Bank SE li qed jiġi likwidat, Olavs Cers:

personalment f’Riga, 9-4 Strēlnieku Street, fil-jiem tax-xogħol mid-9:00 a.m. sal-5:00 p.m.;

bil-posta, bħala posta rreġistrata fl-indirizz 9-4 Strēlnieku Street, Riga, LV-1010, Latvia;

billi tibgħat il-pretensjoni tal-kreditur, imfassla skont il-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi tal-Latvja, fil-forma ta’ dokument elettroniku ffirmat b’firma elettronika sigura u li jkun fih kronogramma, fl-indirizz elettroniku tal-likwidatur: bib.likvidators@cersjurkans.lv.

Jekk il-kreditur jehmeż id-dokumenti derivattivi mal-pretensjoni tal-kreditur, il-likwidatur għandu jkollu d-dritt li jitlob il-preżentazzjoni tad-dokumenti oriġinali, u l-kreditur għandu jkun obbligat li jippreżentahom. Il-likwidatur għandu d-dritt li jitlob dokumenti oħra jew id-derivattivi tagħhom jekk dan ikun meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni dwar il-pretensjoni tal-kreditur.

Informazzjoni ddettaljata dwar ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ pretensjoni ta’ kreditur tista’ tinstab fuq is-sit web ta’ Baltic International Bank SE li qed jiġi likwidat: https://www.bib.eu/en/news/03/29/notification-commencement-liquidation-baltic-international-bank-se-filing-creditors-claims-claims


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/32


Informazzjoni li taw l-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2023/C 202/07)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

18 ta’ Mejju 2023

Tul ta’ żmien

Mit-18 ta’ Mejju 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

JAX/08C. (inkluża l-kundizzjoni speċjali JAX/* 09.)

Speċi

Sawrell (Trachurus spp.)

Żona

8c

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

01/TQ194


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/33


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2023/C 202/08)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

IL-ĠERMANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 286, 27.7. 2022, p.33.

Portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana

(1)

Borkum

(2)

Brake

(3)

Brunsbüttel

(4)

Büsum

(5)

Bützflether Sand

(6)

Bremen

(7)

Bremerhaven

(8)

Cuxhaven

(9)

Eckwarderhörne

(10)

Elsfleth

(11)

Emden

(12)

Fedderwardersiel

(13)

Glückstadt

(14)

Hamburg

(15)

Hamburg-Neuenfelde

(16)

Helgoland

(17)

Horumersiel

(18)

Husum

(19)

Leer

(20)

Lemwerder

(21)

List/Sylt

(22)

Norddeich

(23)

Nordenham

(24)

Norderney

(25)

Papenburg

(26)

Stadersand

(27)

Wangerooge

(28)

Wedel

(29)

Wewelsfleth

(30)

Wilhelmshaven

Portijiet Baltiċi

(1)

Eckernförde (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(2)

Flensburg-port

(3)

Greifswald-Ladebow port

(4)

Jägersberg (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(5)

Kiel

(6)

Kiel (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(7)

Kiel-Holtenau

(8)

Lubmin

(9)

Lübeck

(10)

Lübeck-Travemünde

(11)

Mukran

(12)

Neustadt

(13)

Puttgarden

(14)

Rendsburg

(15)

Rostock-port (fużjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u Rostock)

(16)

Sassnitz

(17)

Stralsund

(18)

Surendorf (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(19)

Vierow

(20)

Wismar

(21)

Wolgast

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mtajar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN-WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen-Heidenheim-Elchingen

(2)

Baden Airport Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen-Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen-Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb. Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch-Unterzeil

(10)

Mannheim-City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg-Mühlhausen

(3)

Bayreuth – Bindlacher Berg

(4)

Coburg-Brandebsteinsebene

(5)

Giebelstadt

(6)

Hof-Plauen

(7)

Ingolstadt

(8)

Landshut-Ellermühle

(9)

Lechfeld

(10)

Memmingerberg

(11)

München “Franz Joseph Strauß”

(12)

Neuburg

(13)

Nürnberg

(14)

Oberpfaffenhofen

(15)

Roth

(16)

Straubing-Wallmühle

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin Brandenburg “Willy Brandt”

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSEN

(1)

Allendorf/Eder

(2)

Egelsbach

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel-Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG-VORPOMMERN

(1)

Neubrandenburg-Trollenhagen

(2)

Rostock-Laage

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Borkum

(2)

Braunschweig-Waggum

(3)

Bückeburg-Achum

(4)

Celle

(5)

Damme/Dümmer-See

(6)

Diepholz

(7)

Emden

(8)

Fassberg

(9)

Ganderkesee

(10)

Hannover

(11)

Leer-Nüttermoor

(12)

Nordholz

(13)

Osnabrück-Atterheide

(14)

Wangerooge

(15)

Wilhelmshaven-Mariensiel

(16)

Wittmundhafen

(17)

Wunstorf

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ NORDRHEIN-WESTFALEN

(1)

Aachen-Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld-Windelsbleiche

(4)

Bonn-Hardthöhe

(5)

Dortmund-Wickede

(6)

Düsseldorf

(7)

Essen-Mülheim

(8)

Bonn Hangelar

(9)

Köln/Bonn

(10)

Marl/Loemühle

(11)

Mönchengladbach

(12)

Münster-Osnabrück

(13)

Nörvenich

(14)

Paderborn-Lippstadt

(15)

Porta Westfalica

(16)

Rheine-Bentlage

(17)

Siegerland

(18)

Stadtlohn-Wenningfeld

(19)

Weeze-Lahrbruch

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ RHEINLAND-PFALZ

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz-Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Pirmasens-Pottschütthöhe

(7)

Ramstein (US-Air Base)

(8)

Speyer

(9)

Spangdahlem (US-Air Base)

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken-Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig-Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG-HOLSTEIN

(1)

Helgoland-Düne

(2)

Hohn

(3)

Kiel-Holtenau

(4)

Lübeck-Blankensee

(5)

Schleswig/Jagel

(6)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THÜRINGEN

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt-Weimar

SPANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 420, 22.11.2014, p.9.

Fruntieri ta’ l-Ajru

(1)

Albacete

(2)

Alicante

(3)

Almería

(4)

Asturias

(5)

Badajoz

(6)

Barcelona

(7)

Bilbao

(8)

Burgos

(9)

Castellón

(10)

Ciudad Real

(11)

Fuerteventura

(12)

Gerona

(13)

Gran Canaria

(14)

Granada

(15)

Huesca-Pirineos

(16)

Ibiza

(17)

Jerez de la Frontera

(18)

La Coruña

(19)

La Palma

(20)

Lanzarote

(21)

León

(22)

Lleida-Alguaire

(23)

Logroño-Agoncillo

(24)

Madrid-Barajas

(25)

Málaga

(26)

Matacán (Salamanca)

(27)

Menorca

(28)

Murcia

(29)

Palma de Mallorca

(30)

Pamplona

(31)

Reus

(32)

San Sebastián

(33)

Santander

(34)

Santiago

(35)

Sevilla

(36)

Tenerife North

(37)

Tenerife South

(38)

Teruel

(39)

Valencia

(40)

Valladolid

(41)

Vigo

(42)

Vitoria

(43)

Zaragoza

Fruntieri tal-Baħar

(1)

Algeciras (Cádiz)

(2)

Alicante

(3)

Almería

(4)

Arrecife (Lanzarote)

(5)

Avilés (Asturias)

(6)

Barċellona

(7)

Bilbao

(8)

Cádiz

(9)

Cartagena (Murcia)

(10)

Castellón

(11)

Ceuta

(12)

Ferrol (La Coruña)

(13)

Gijón

(14)

Huelva

(15)

Ibiza

(16)

La Coruña

(17)

La Línea de la Concepción

(18)

La Luz (Las Palmas)

(19)

Mahón

(20)

Málaga

(21)

Melilla

(22)

Motril (Granada)

(23)

Palma de Mallorca

(24)

Puerto del Rosario (Fuerteventura)

(25)

Puerto de Santa Cruz de La Palma (La Palma)

(26)

Sagunto (Provincia de Valencia)

(27)

San Sebastian

(28)

Santa Cruz de Tenerife

(29)

Santander

(30)

Sevilla

(31)

Tarifa

(32)

Tarragona

(33)

Valencia

(34)

Vigo

Fruntieri ta’ l-art

(1)

Ceuta

(2)

Melilla

(3)

La Seo de Urgel

(4)

La Línea de la Concepción (*)

(*)

Il-punt ta’ kontroll tad-dwana u l-pulizija f’“La Línea de la Concepción” ma jikkorrispondix mad-disinn tal-fruntiera kif rikonoxxut minn Spanja fit-Trattat ta’ Utrecht.

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 229, 14.6. 2022, p.8.

Fruntieri tal-ajru

(1)

Ajaccio-Napoléon-Bonaparte

(2)

Albert-Bray

(3)

Angers-Marcé

(4)

Angoulême-Brie-Champniers

(5)

Annecy-Methet

(6)

Auxerre-Branches

(7)

Avignon-Caumont

(8)

Bâle-Mulhouse

(9)

Bastia-Poretta

(10)

Beauvais-Tillé

(11)

Bergerac-Dordonge-Périgord

(12)

Béziers-Vias

(13)

Biarritz-Pays Basque

(14)

Bordeaux-Mérignac

(15)

Brest-Bretagne

(16)

Brive-Souillac

(17)

Caen-Carpiquet

(18)

Calais-Dunkerque

(19)

Calvi-Sainte-Catherine

(20)

Cannes-Mandelieu

(21)

Carcassonne-Salvaza

(22)

Châlons-Vatry

(23)

Chambéry-Aix-les-Bains

(24)

Châteauroux-Déols

(25)

Cherbourg-Mauperthus

(26)

Clermont-Ferrand-Auvergne

(27)

Colmar-Houssen

(28)

Deauville-Normandie

(29)

Dijon-Longvic

(30)

Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo

(31)

Dôle-Tavaux

(32)

Epinal-Mirecourt

(33)

Figari-Sud Corse

(34)

Grenoble-Alpes-Isère

(35)

Hyères-le Palivestre

(36)

Istres-Le-Tubé

(37)

La Môle-Saint-Tropez (ftuħ annwali mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru)

(38)

La Rochelle-Ile de Ré

(39)

La Roche-sur-Yon

(40)

Laval-Entrammes

(41)

Le Castellet (ftuħ annwali mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju. Ftuħ eċċezzjonali mit-22 sal-31 ta’ Ottubru 2022.)

(42)

Le Havre-Octeville

(43)

Le Mans-Arnage

(44)

Le Touquet-Côte ďOpale

(45)

Lille-Lesquin

(46)

Limoges-Bellegarde

(47)

Lorient-Lann-Bihoué

(48)

Lyon-Bron

(49)

Lyon-Saint-Exupéry

(50)

Marseille-Provence

(51)

Metz-Nancy-Lorraine

(52)

Monaco-Héliport

(53)

Montpellier-Méditérranée

(54)

Nantes-Atlantique

(55)

Nice-Côte d’Azur

(56)

Nîmes-Garons

(57)

Orléans-Bricy

(58)

Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel

(59)

Paris-Charles de Gaulle

(60)

Paris-Issy-les-Moulineaux

(61)

Paris-le Bourget

(62)

Paris-Orly

(63)

Pau-Pyrénées

(64)

Perpignan-Rivesaltes

(65)

Poitiers-Biard

(66)

Quimper-Pluguffan (miftuħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru)

(67)

Rennes Saint-Jacques

(68)

Rodez-Aveyron

(69)

Rouen-Vallée de Seine

(70)

Saint-Brieuc-Armor

(71)

Saint-Etienne Loire

(72)

Saint-Nazaire-Montoir

(73)

Salon de Provence (10 ta’ Mejju 2023–27 ta’ Mejju 2023)

(74)

Strasbourg-Entzheim

(75)

Tarbes-Lourdes-Pyrénées

(76)

Toulouse-Blagnac

(77)

Toulouse-Francazal

(78)

Tours-Val de Loire

(79)

Troyes-Barberey

(80)

Valence — Chabeuil (mill-1 ta’ Ġunju 2021)

(81)

Vélizy-Villacoublay

Fruntieri marittimi

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bordeaux

(5)

Boulogne

(6)

Brest

(7)

Caen-Ouistreham

(8)

Calais

(9)

Cannes-Vieux Port

(10)

Carteret

(11)

Cherbourg

(12)

Dieppe

(13)

Douvres

(14)

Dunkerque

(15)

Granville

(16)

Honfleur

(17)

La Rochelle-La Pallice

(18)

Le Havre

(19)

Les Sables-d’Olonne-Port

(20)

Lorient

(21)

Marseille

(22)

Monaco-Port de la Condamine

(23)

Nantes-Saint-Nazaire

(24)

Nice

(25)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(26)

Port-la-Nouvelle

(27)

Port-Vendres

(28)

Roscoff

(29)

Rouen

(30)

Saint-Brieuc

(31)

Saint-Malo

(32)

Sète

(33)

Toulon

Fruntieri tal-art

(1)

L-istazzjon ferrovjarju Bourg Saint Maurice (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(2)

L-istazzjon ferrovjarju Moûtiers (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(3)

L-istazzjon ferrovjarju Ashford International

(4)

Cheriton/Coquelles

(5)

L-istazzjon ferrovjarju Chessy-Marne-la-Vallée

(6)

L-istazzjon ferrovjarju Fréthun

(7)

L-istazzjon ferrovjarju Lille-Europe

(8)

L-istazzjon ferrovjarju Paris-Nord

(9)

L-istazzjon ferrovjarju St-Pancras

(10)

L-istazzjoni ferrovjarju Ebbsfleet

(11)

Pas de la Case-Porta

(12)

L-istazzjon ferrovjarju Roissy TGV - l-ajruport

IL-KROAZJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 242, 23.8.2013, p.2.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA - IL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b' servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP) (3):

1.

Stara Gradiška,

2.

Nova Sela.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

1.

Županja,

2.

Gunja,

3.

Slavonski Šamac,

4.

Slavonski Brod,

5.

Jasenovac,

6.

Maljevac,

7.

Ličko Petrovo Selo,

8.

Strmica,

9.

Kamensko,

10.

Vinjani Gornji,

11.

Vinjani Donji,

12.

Gornji Brgat,

13.

Klek,

14.

Zaton Doli.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

1.

Drenovci,

2.

Volinja,

3.

Ličko Dugo Polje,

4.

Slavonski Šamac,

5.

Metković.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tat-toroq:

1.

Hrvatska Kostajnica,

2.

Užljebić,

3.

Aržano,

4.

Orah,

5.

Čepikuće,

6.

Prud,

7.

Metković,

8.

Mali Prolog,

9.

Dvor.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-traffiku lokali tal-fruntiera (4):

1.

Pašin Potok,

2.

Bogovolja,

3.

Kordunski Ljeskovac,

4.

Lička Kaldrma,

5.

Bili Brig,

6.

Aržano Pazar,

7.

Dvorine,

8.

Cera,

9.

Jovića Most,

10.

Sebišina,

11.

Slivno,

12.

Podprolog,

13.

Unka,

14.

Vukov Klanac,

15.

Imotica,

16.

Slano,

17.

Hrvatska Dubica,

18.

Gabela Polje.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA – IL-MONTENEGRO

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b' servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP) (5):

1.

Karasovići.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

1.

Vitaljina.

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA - IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA

Punti ta' qsim ta' fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b' servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tat-toroq (BIP) (6):

1.

Bajakovo.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tat-toroq:

1.

Batina.

2.

Erdut,

3.

Ilok,

4.

Principovac,

5.

Tovarnik,

6.

Principanovac II

7.

Ilok II

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ferroviji:

1.

Tovarnik,

2.

Erdut.

Punti ta' qsim tal-fruntiera max-xmara

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku ta' xmara:

1.

Osijek,

2.

Slavonski Brod,

3.

Sisak,

4.

Vukovar.

Punti ta' qsim tal-fruntieramarittima

Punti permanenti ta' qsim tal-fruntiera għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b' servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku marittimu (BIP) (7):

1.

Rijeka,

2.

Ploče.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku marittimu:

1.

Zadar,

2.

Šibenik,

3.

Split,

4.

Dubrovnik,

5.

Raša-Bršica.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku marittimu:

1.

Umag,

2.

Pula,

3.

Mali Lošinj,

4.

Vis,

5.

Cavtat,

6.

Ubli.

Punti ta' qsim tal-fruntiera staġjonali għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku marittimu:

Punti ta' qsim tal-fruntiera tal-ajruporti

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat- trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti b'servizzi ta' spezzjoni fit-traffiku tal-ajru (BIP) (8):

1.

Zagreb.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u oġġetti fit-traffiku tal-ajru:

1.

Pula,

2.

Rijeka,

3.

Zadar,

4.

Split,

5.

Dubrovnik,

6.

Osijek.

Punti ta' qsim tal-fruntiera permanenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri fit-traffiku tal-ajru:

1.

Mali Lošinj,

2.

Brač.

Kummenti:

Punt ta’ qsim tal-fruntiera permanenti: punt ta’ qsim tal-fruntiera li jinfetaħ 24 siegħa kull ġurnata

Punt ta’ qsim tal-fruntiera staġjonali: punt ta' qsim tal-fruntiera li jinfetaħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru (Fil-każ li l-btajjel tal-Għid jibdew qabel l-1 ta' April, il-punt ta' qsim tal-fruntiera msemmi għandu jinfetaħ sebat ijiem qabel il-btajjel tal-Għid.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 25.

 

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p.22.

 

ĠU C 164, 18.7.2008, p. 45.

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p.30.

 

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

 

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

 

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

 

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

 

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

 

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

 

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

 

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

 

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

 

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

 

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

 

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 17.

 

ĠU C 231, 14.7.2020, p. 2.

 

ĠU C 58, 18.2.2021, p. 35.

 

ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

 

ĠU C 184, 12.5.2021, p. 8.

 

ĠU C 219, 9.6.2021, p. 9.

 

ĠU C 279, 13.7.2021, p. 4.

 

ĠU C 290, 20.7.2021, p. 10.

 

ĠU C 380, 20.9.2021, p. 3.

 

ĠU C 483, 1.12.2021, p. 19.

 

ĠU C 201, 18.5.2022, p. 82.

 

ĠU C 229, 14.6.2022, p. 8.

 

ĠU C 241, 24.6.2022, p. 6.

 

ĠU C 286, 27.7.2022, p. 33.

 

ĠU C 335, 2.9.2022, p. 15.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.

(3)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera

(4)  Miftuħa kuljum mis-06:00 sal-22:00

(5)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera

(6)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera

(7)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera

(8)  Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/47


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar- Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/09)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

La Rochelle (Ile de Ré) - Lyon (Saint Exupéry)

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Novembru 2005

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-1 ta’ Novembru 2023

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ordni tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bejn La Rochelle u Lyon

NOR: TREA2302709A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal aktar informazzjoni:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDS1

50 rue Henry Farman

75720 Pariġi cedex 15

FRANZA

Tel. +33 158094321


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/48


Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/10)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

La Rochelle (Ile de Ré) - Lyon (Saint Exupéry)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Id-9 ta’ Diċembru 2023 - l-31 ta’ Ottubru 2027

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Id-9 ta’ Awwissu 2023 f’18:00, ħin ta’ Pariġi

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat Mixte des Aéroports de La Rochelle – Ile de Ré et Rochefort – Charente Maritime

Rue du Jura

17 000 LA ROCHELLE

FRANCE

Tel. +33546428671

Email: comptabilite@larochelle.aeroport.fr

Profil tax-xerrej: http://www.e-marchespublics.com


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/49


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11078 – CONTARGO / ZIEGLER / SCHMID / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/11)

1.   

Fil-31 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Contargo GmbH &Co. KG (“Contargo”), ikkontrollata minn Rhenus SE & Co. KG, li tappartjeni għal Rethmann-Group (il-GERMANY kollha),

Ziegler Holding GmbH (“Ziegler”, il-ĠERMANJA),

SFI GmbH, ikkontrollata minn Schmid Group (“Schmid”, il-ĠERMANJA).

Rhenus SE & Co. KG, Ziegler Holdiong GmbH u SFI GmBH se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Contargo hija attiva fil-forniment ta’ servizzi relatati mat-trasport tal-merkanzija, il-loġistika tal-kuntratti, il-loġistika tat-trasport u l-loġistika tal-portijiet;

Ziegler hija attiva fil-provvista ta’ servizzi relatati mat-trasport tal-merkanzija, il-loġistika tat-trasport;

Schmid hija attiva fil-provvista ta’ servizzi relatati mat-trasport tal-merkanzija, il-loġistika tat-trasport.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV huma dawn li ġejjin: immaniġġar tal-containers.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11078 - CONTARGO / ZIEGLER / SCHMID / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/51


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10920 — AMAZON / IROBOT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 202/12)

1.   

Fil-31 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Amazon.com, Inc. (“Amazon”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

iRobot Corporation (“iRobot”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Amazon takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ iRobot kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Amazon tħaddem firxa ta’ negozji inkluż il-bejgħ bl-imnut, id-divertiment, l-elettronika tal-konsumatur u s-servizzi tat-teknoloġija. Tipprovdi wkoll servizzi ta’ intermedjazzjoni online lil bejjiegħa terzi permezz tas-swieq online tagħha ta’ Amazon li jippermettu lil bejjiegħa terzi jirreklamaw u jbigħu prodotti lill-klijenti.

iRobot hija manifattur globali ta’ prodotti għall-kura tal-art, primarjament attiva fid-disinn u l-provvista ta’ robots forma ta’ vacuum cleaners.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10920 — AMAZON / IROBOT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/53


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 202/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA, LI MA HIJIEX MINURI, FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Parmigiano Reggiano”

Nru tal-UE: PDO-IT-0016-AM06 — 2.12.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio del Formaggio Parmigiano-Reggiano [Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano”]

Uffiċċju prinċipali: Via J.F. Kennedy, 18

42124 Reggio Emilia (RE)

L-ITALJA

Tel. + 39 0522307741

Fax + 39 0522307748

Email: staff@parmigianoreggiano.it

Il-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano” huwa magħmul minn produtturi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”. Huwa intitolat jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: imballaġġ, Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

5.   Emenda/i

L-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon inqasam f’artikoli biex isir aktar strutturat u biex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni tiegħu, kif ukoll biex jiġi allinjat mar-Regoli dwar il-Marki tal-Identità u r-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar, li diġà kienu strutturati f’artikoli.

L-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”

L-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon

-   Artikolu 1

Fl-ewwel paragrafu, il-kelma Taljana għal “xkumat” inbidlet minn scremato għal decremato.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

It-terminu li kien użat qabel, parzialmente scremato, ifisser “semixkumat”, li jista’ jissuġġerixxi li huwa meħtieġ ċertu perċentwal ta’ kontenut ta’ xaħam, filwaqt li l-proċess tal-ixkumar tal-krema mill-ħalib biex isir il-ġobon “Parmigiano Reggiano” huwa bbażat fuq l-esperjenza u t-teknika artiġjanali, aktar milli fuq valur speċifiku.

Ir-referenza għall-“baqar” fl-ewwel paragrafu nbidlet għal “baqar tal-ħalib”.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.2 u 3.3 tad-Dokument Uniku.

Hawnhekk, l-għan kien li t-terminoloġija tiġi allinjata mal-Artikolu 1 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar, li jirreferi għall-merħla tal-ħalib bħala li tinkludi l-baqar kollha li jinħalbu, il-baqar xotti u l-erieħ mis-6 xahar tal-ġestazzjoni ’l quddiem.

Is-sentenza li ġejja mill-ewwel paragrafu: Il-ħalib ma jrid isirlu l-ebda trattament bis-sħana u ma jistgħux jintużaw addittivi.

ġiet emendata biex taqra:

Il-ħalib ma jrid isirlu l-ebda trattament bis-sħana jew trattament fiżiku jew mekkaniku bħaċ-ċentrifugazzjoni, il-battofugazzjoni jew il-mikrofiltrazzjoni, u ma jistgħux jintużaw addittivi.

Din l-emenda ġiet inkluża parzjalment fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Din il-bidla għandha l-għan li tagħmilha ċara li l-ħalib ma jistax ikun soġġett għal xi trattament bis-sħana, trattament fiżiku jew trattament mekkaniku billi ssemmi b’mod espliċitu t-trattamenti fiżiċi u mekkaniċi wkoll, u tagħti xi eżempji ta’ proċessi pprojbiti, biex tenfasizza li l-ħalib ma jridx ikun ipproċessat u ttrattat meta jintuża.

-   Artikolu 4

Fl-ewwel paragrafu:

Is-sentenza li ġejja: Il-“Parmigiano Reggiano” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

ġiet emendata biex taqra:

Il-“Parmigiano Reggiano” ma jistax ikun soġġett għal kwalunkwe trattament li jxekkel il-karatteristiċi kimiċi/fiżiċi jew organolettiċi tiegħu u għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Ir-referenzi verbali jew grafiċi għad-DOP “Parmigiano Reggiano” jew għall-isem protett “Parmesan” (il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża C-132/05, is-26 ta’ Frar 2008) jistgħu jinstabu fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar ta’ ħafna ikel ippakkjat minn qabel kompost, ippreparat u pproċessat li attwalment jinsab fis-suq, b’mod partikolari fi ħdan l-UE. L-użu ta’ dawn ir-referenzi żdied b’mod sinifikanti, kemm minħabba r-reputazzjoni tal-isem “Parmigiano Reggiano” (jew “Parmesan”) kif ukoll minħabba li l-ġobon “Parmigiano Reggiano” huwa ingredjent tant versatili li jista’ jintuża f’ħafna preparazzjonijiet tal-ikel. Dawn il-prodotti spiss jippreżentaw bosta problemi, b’mod partikolari minħabba li l-ingredjent imsejjaħ “Parmigiano Reggiano” jew “Parmesan” ma huwiex fil-fatt il-“Parmigiano Reggiano”, iżda pjuttost prodott nofsu lest magħmul mill-“Parmigiano Reggiano”, iżda li ma jkunx għad għandu l-karatteristiċi meħtieġa mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li l-ġobon ikun ġie soġġett għal trattamenti speċifiċi bħad-deidratazzjoni jew il-lijofilizzazzjoni, jew ikun tħallat ma’ ingredjenti oħra.

Jeħtieġ li jiġi evitat li r-reputazzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” tiġi sfruttata permezz tal-użu tad-denominazzjoni għall-iskop uniku li jiżdied il-valur ma’ oġġett tal-ikel finali li jkun fih prodott nofsu lest magħmul mill-“Parmigiano Reggiano”. Madankollu, taħt ir-regoli attwalment fis-seħħ, instabu diffikultajiet fis-suq tal-UE fit-tentattiv biex jitwaqqaf dan l-użu tad-DOP “Parmigiano Reggiano” jew tal-isem protett “Parmesan” għal prodotti li, minkejja li jkunu magħmula mill-“Parmigiano Reggiano”, ma għadhomx konformi mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għaldaqstant, it-test issa jiddikjara speċifikament li l-“Parmigiano Reggiano” ma jistax ikun soġġett għal kwalunkwe trattament li jxekkel il-karatteristiċi kimiċi/fiżiċi jew organolettiċi tiegħu, bil-għan li jagħmilha ċara li kwalunkwe prodott miksub bl-użu ta’ dawn it-trattamenti ma jistax jibqa’ jissejjaħ bid-DOP “Parmigiano Reggiano”.

Din l-emenda saret minħabba diffikultajiet speċifiċi identifikati biex jissolvew il-problemi deskritti hawn fuq, minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ċara fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP “Parmigiano Reggiano”. L-emenda hija meħtieġa minħabba l-għadd kbir ta’ użi illegali tad-DOP “Parmigiano Reggiano” li qed iseħħu fis-suq tal-UE bħala riżultat tar-reputazzjoni tal-prodott. Għalhekk, l-għan ta’ din l-emenda huwa li tgħin biex jiġi żgurat li l-awtentiċità u r-reputazzjoni tad-DOP “Parmigiano Reggiano” jkunu protetti fis-suq tal-UE.

Fl-ewwel paragrafu, saru emendi għall-karatteristiċi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”:

Is-sentenza li ġejja: ir-roti għandhom dijametru ta’ 35-45 cm tul l-uċuħ ċatti u għoli ta’ 20-26 cm;

ġiet emendata biex taqra:

ir-roti għandhom dijametru ta’ 35-43 cm tul l-uċuħ ċatti u għoli ta’ 20-26 cm;

Is-sentenza li ġejja: dehra esterna: qoxra lewn it-tiben naturali;

ġiet emendata biex taqra:

il-kulur tal-qoxra: lewn it-tiben naturali, li jista’ jinbidel maż-żmien;

Dawn l-emendi ġew inklużi fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Għal ħafna snin, ir-roti tal-ġobon prodotti kienu jiżnu medja ta’ madwar 40 kg, li jikkorrispondu għal dijametru ta’ 40 cm tul l-uċuħ ċatti, u l-valuri rarament kienu jaslu saħansitra qrib il-limitu massimu. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, kien hemm tendenza gradwali lejn il-produzzjoni ta’ ġobnijiet dejjem akbar, f’xi każijiet qrib id-dijametru massimu permess ta’ 45 cm. Filwaqt li huma fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, b’dawn il-qisien massimi l-ġobnijiet jistgħu jiżnu madwar 50 kg, u dan joħloq problemi serji biex jiġu mċaqalqa, imnaddfa u maqsuma, peress li l-makkinarju użat għal dawn il-proċessi normalment ikun iddisinjat għall-qisien medji. Għalhekk, id-dijametru massimu tal-uċuħ ċatti tnaqqas minn 45 għal 43 cm sabiex jiġu evitati l-problemi f’operazzjonijiet bħal dawn bħala riżultat li l-ġobnijiet jiġu prodotti b’dijametru qrib il-massimu permess attwalment mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda se tnaqqas il-piż ta’ rota tal-“Parmigiano Reggiano” b’madwar 4 kg, mingħajr ma tikkomprometti l-karatteristiċi tal-kwalità tagħha, u tnaqqas il-piż totali għal madwar 46 kg.

Filwaqt li l-qoxra normalment tkun lewn it-tiben naturali, il-varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet ambjentali matul il-maturazzjoni (l-umdità, it-temperatura) u t-tekniki użati biex jitnaddfu l-ġobnijiet u l-frekwenza tat-tindif jistgħu jikkawżaw li l-kulur tal-qoxra jvarja matul il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar. Dan ifisser li l-kulur jista’ ma jkunx uniformi u jista’ jkollu xi varjazzjoni minħabba kawżi naturali, u l-emenda saret biex dan ikun ċar.

Żdied dan li ġej bħala paragrafu ieħor: Għall-karatteristiċi tas-sawra tal-ġobon, għandha ssir referenza għall-kategoriji tal-prodotti definiti fir-Regoli dwar il-Marki tal-Identità.

Sabiex jiġi żgurat qari aktar sistematiku tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test issa jispeċifika li, minbarra l-karatteristiċi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” deskritti u elenkati fl-Artikolu 5 tal-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon, iridu jitqiesu wkoll il-karatteristiċi tas-sawra (flimkien ma’ kwalunkwe difett permess) iddefiniti u kkategorizzati fit-taqsima tar-Regoli dwar il-Marki tal-Identità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u b’mod aktar speċifiku fl-anness Kategoriji tal-Prodott.

-   Artikolu 5

L-ewwel paragrafu: Il-“Parmigiano Reggiano” maħkuk u l-porzjonijiet (bil-qoxra jew mingħajrha) iridu jiġu ppakkjati fiż-żona ta’ oriġini sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontroll.

ġie emendat biex jaqra:

It-taħkik, il-qtugħ f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti tal-“Parmigiano Reggiano” u l-porzjonijiet (bil-qoxra jew mingħajrha) iridu jsiru fiż-żona ta’ oriġini sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-kontroll.

Dan il-paragrafu ġie emendat biex jaqbel mat-termini diġà użati fit-tieni paragrafu tal-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

It-tielet paragrafu: Kif diġà huwa stabbilit mid-Digriet tal-Prim Ministru tal-4 ta’ Novembru 1991, id-denominazzjoni ta’ oriġini “Parmigiano Reggiano” tista’ tintuża wkoll għall-ġobon maħkuk miksub esklussivament minn ġobna sħiħa eliġibbli għal dik id-denominazzjoni ta’ oriġini, sakemm it-taħkik isir fiż-żona tal-produzzjoni tal-ġobon u l-ġobon maħkuk imbagħad jiġi ppakkjat immedjatament, mingħajr l-ebda trattament u mingħajr iż-żieda tal-ebda sustanza li tista’ tbiddel il-ħajja fuq l-ixkaffa jew il-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tiegħu.

ġie emendat biex jaqra:

Kif diġà huwa stabbilit mid-Digriet tal-Prim Ministru tal-4 ta’ Novembru 1991, id-denominazzjoni ta’ oriġini “Parmigiano Reggiano” tista’ tintuża wkoll għall-ġobon maħkuk miksub esklussivament minn ġobna sħiħa eliġibbli għal dik id-denominazzjoni ta’ oriġini, sakemm it-taħkik isir fiż-żona tal-produzzjoni tal-ġobon u l-ġobon maħkuk imbagħad jiġi ppakkjat immedjatament, mingħajr l-ebda trattament u mingħajr iż-żieda tal-ebda sustanza.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Fit-test li jirreferi għall-ippakkjar tal-“Parmigiano Reggiano” maħkuk, il-frażi “mingħajr iż-żieda tal-ebda sustanza li tista’ tbiddel il-ħajja fuq l-ixkaffa jew il-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tiegħu” nbidlet għal “mingħajr iż-żieda tal-ebda sustanza”. L-għan ta’ din ir-riformulazzjoni huwa li tagħmilha ċara mingħajr ambigwità li l-projbizzjoni fuq iż-żieda ta’ sustanzi tapplika għas-sustanzi kollha.

Żdied paragafu ġdid, ifformulat kif ġej: Madankollu, l-użu ta’ “trimmings” huwa permess ukoll skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Il-possibbiltà li jintużaw it-“trimmings”, kif ukoll ġobnijiet sħaħ, għall-Parmigiano Reggiano maħkuk issa hija ddikjarata b’mod espliċitu.

Matul is-snin, is-suq evolva f’konformità mar-rekwiżiti differenti tal-konsumatur, li jfisser li issa hemm ħafna aktar formati u tipi ta’ “Parmigiano Reggiano” maqtugħ f’porzjonijiet disponibbli fis-suq. B’mod partikolari, filwaqt li l-1 kg kien kważi l-uniku daqs ta’ porzjon disponibbli, id-drawwiet tal-konsumaturi li qed jinbidlu jfissru li issa hemm domanda għal formati dejjem iżgħar (piż fiss ta’ 150/200 g, porzjonijiet żgħar mingħajr qoxra għat-tnaqqir, eċċ.). Il-kisba ta’ dawn il-formati mill-ġobnijiet “Parmigiano Reggiano” tirriżulta f’ħafna aktar fdalijiet mill-qtugħ (pereżempju, l-uċuħ ċatti tar-roti tal-ġobon, il-porzjon tal-qalba miċ-ċentru tar-rota, jew porzjonijiet li huma ogħla jew inqas mill-piż fiss) li ma kinux jinħolqu fit-tħejjija ta’ formati kbar.

Dawn il-qatgħat, magħrufa bħala “trimmings”, ma jiġux ippakkjati bħala porzjonijiet iżda minflok jintużaw mill-ġdid minn operaturi fi ħdan is-sistema ta’ kontroll biex jitħejjew formati oħra, b’mod partikolari l-“Parmigiano Reggiano” maħkuk skont l-Artikolu 8. L-għan ta’ din l-emenda għalhekk kien li jagħmilha ċara li l-ġobon maħkuk jista’ jinkiseb minn “trimmings” kif ukoll minn ġobnijiet sħaħ.

Fil-ħames paragrafu, saru emendi għall-karatteristiċi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” maħkuk:

Is-sentenza li ġejja: kontenut ta’ qoxra ta’ mhux aktar minn 18 %;

ġiet emendata biex taqra:

kontenut ta’ qoxra ta’ mhux aktar minn 18 % skont il-piż;

Is-sentenza li ġejja: dehra omoġenja, mhux ta’ trab, bil-proporzjon tal-partikoli jkun ta’ dijametru ta’ inqas minn 0,5 mm u li ma jaqbiżx il-25 %.

ġiet emendata biex taqra:

dehra omoġenja, mhux ta’ trab, bil-proporzjon tal-partikoli jkun ta’ dijametru ta’ inqas minn 0,5 mm u li ma jaqbiżx il-35 %.

L-ewwel waħda minn dawn l-emendi saret fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

L-intenzjoni wara ż-żieda tal-espressjoni “skont il-piż” hija li jiġi ddefinit kif għandu jiġi kkalkulat dan il-perċentwal.

Minflok parametru tal-kwalità tal-prodott, dan il-limitu fuq il-kwantità ta’ partikoli “fini” fil-ġobon maħkuk ġie introdott oriġinarjament, snin ilu, minħabba r-riskju li l-operaturi jippreparaw il-ġobon tad-DOP “Parmigiano Reggiano” maħkuk magħmul parzjalment jew kompletament minn ġobon imnixxef (min-natura tiegħu fin u forma ta’ trab). Għalhekk, ġie stabbilit limitu għall-partikoli ta’ dijametru ta’ inqas minn 0,5 mm.

Id-daqs tal-partikoli huwa influwenzat minn għadd ta’ fatturi (l-indewwa, il-maturazzjoni, it-tip ta’ ħakkieka, il-pressjoni tat-taħkik) u għalhekk ivarja ħafna.

Is-suq u t-teknoloġija tal-produzzjoni evolvew matul dawn l-aħħar snin. Hemm domanda dejjem tikber mill-operaturi għal ġobon maħkuk aktar fin u omoġenju, speċjalment meta dan ikun se jitħallat ma’ ingredjenti oħra. Barra minn hekk, il-ġobon aktar matur (ta’ 30 xahar u aktar) u l-formati żgħar (kubi ta’ daqs ta’ gidma u porzjonijiet żgħar) qegħdin isiru dejjem aktar popolari. It-tħejjija ta’ dawn il-formati żgħar tipproduċi ħafna biċċiet tal-ġobon li jifdal mill-qtugħ (inklużi biċċiet ta’ daqs żgħir), li huma aktar suxxettibbli li jinxfu, u meta l-ġobon li jkun qed jiġi maħkuk ikun matur ħafna, dan jagħmlu saħansitra aktar reżistenti, li jfisser li l-applikazzjoni tal-istess ammont ta’ pressjoni fuq il-ġobon tagħti daqs tal-partikoli maħkuk iżgħar. Din hija r-raġuni għaliex il-perċentwal tal-partikoli ta’ dijametru ta’ inqas minn 0,5 mm qed jinbidel minn minimu ta’ 25 % għal minimu ta’ 35 %, li huwa riflessjoni aktar preċiża tal-“Parmigiano Reggiano” maħkuk li qed jiġi prodott attwalment, mingħajr ma jiġu kompromessi l-karatteristiċi tal-kwalità tiegħu.

-   Artikolu 7

Żdied paragafu ġdid, ifformulat kif ġej: Il-biċċiet tal-“Parmigiano Reggiano” li jifdal mill-qtugħ, li għandhom jintużaw minn operaturi fi ħdan is-sistema ta’ kontroll biex jitħejjew formati oħra, jissejħu “trimmings”.

Din l-aħħar emenda ġiet inkluża fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Kif diġà ntqal għall-Artikolu 5, u għall-istess raġunijiet, il-kunċett ta’ “trimmings” ġie spjegat.

L-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”

L-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon

-   Artikolu 3

Ir-regola li ġejja tneħħiet mit-tielet paragrafu: Il-ħalib ma jistax ikun soġġett għal proċessi ta’ ċentrifugazzjoni. Dan għaliex ġiet imċaqalqa għall-Artikolu 1 u riformulata biex taqra: Il-ħalib ma jrid isirlu l-ebda trattament bis-sħana jew trattament fiżiku jew mekkaniku bħaċ-ċentrifugazzjoni [...]. Ir-raġunijiet għal din l-emenda huma dawk mogħtija għall-emenda għall-Artikolu 1 taħt l-intestatura Deskrizzjoni tal-prodott.

Il-ħames paragrafu: Il-ħalib ta’ filgħaxija jiġi parzjalment xkumat [jintuża t-terminu Taljan scremato] billi l-krema titħalla togħla b’mod naturali fil-wiċċ f’tankijiet tal-azzar bil-wiċċ miftuħ. Mal-kunsinna fil-maħleb tal-ġobon, il-ħalib ta’ filgħodu jitħallat mal-ħalib parzjalment xkumat [scremato] mil-lejl ta’ qabel. Jista’ wkoll jiġi parzjalment xkumat [scrematura] billi l-krema titħalla togħla b’mod naturali fil-wiċċ.

ġie emendat biex jaqra:

Il-ħalib ta’ filgħaxija huwa parzjalment xkumat [jintuża t-terminu Taljan decremato] billi l-krema titħalla togħla b’mod naturali fil-wiċċ f’tankijiet tal-azzar miftuħa u vventilati b’mod naturali. Mal-kunsinna fil-maħleb tal-ġobon, il-ħalib ta’ filgħodu jitħallat mal-ħalib parzjalment xkumat [decremato] mil-lejl ta’ qabel. Jista’ wkoll jiġi parzjalment xkumat [decrematura] billi l-krema titħalla togħla b’mod naturali fil-wiċċ.

Fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku, il-frażi “ta’ qabel” iddaħħlet wara “tal-lejl” fl-interess taċ-ċarezza.

Tradizzjonalment, it-tankijiet kienu btieti miftuħin li fihom il-ħalib kien jitħalla joqgħod sabiex il-krema titla’ fil-wiċċ. Matul is-snin ġew żviluppati teknoloġiji ġodda, kemm biex inaqqsu l-ispazju kif ukoll biex jagħmlu l-impjanti aktar nodfa u effiċjenti, u dawk it-tankijiet ġew sostitwiti b’installazzjonijiet f’diversi livelli b’għotjien li jistgħu jinfetħu, u għalhekk id-deskrizzjoni tat-tankijiet tal-azzar bħala “bil-wiċċ miftuħ” inbidlet għal “miftuħa u vventilati b’mod naturali”.

It-termini Taljani għall-ħalib xkumat u l-proċess tax-xkumar, scremato u scrematura, inbidlu għal decremato u decrematura, f’konformità mal-emenda għall-Artikolu 1 taħt l-intestatura Deskrizzjoni tal-prodott.

Din l-aħħar emenda ġiet inkluża fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.

Is-sitt paragrafu: Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin, ikkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-lottijiet tal-btieti kollha fil-produzzjoni ta’ ġurnata partikolari, ma jistax jaqbeż 1,1 + 12 %.

ġie emendat biex jaqra:

Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin, ikkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-lottijiet tal-btieti kollha fil-produzzjoni ta’ ġurnata partikolari, ma jistax jaqbeż 1,10 + 10 %.

Din l-aħħar emenda ġiet inkluża fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.

Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina ġie rivedut, u t-tolleranza tnaqqset minn 12 % għal 10 %, u “1,1” inbidlet għal “1,10” għall-fini taċ-ċarezza.

Abbażi ta’ diversi statistiċi u studji xjentifiċi, il-valur medju ta’ referenza għall-proporzjon ta’ xaħam-kaseina fil-“Parmigiano Reggiano” nstab li kien madwar 1,1, u peress li t-tekniki artiġjanali tal-produzzjoni tal-ġobon użati biex isir dan il-ġobon u d-differenzi fil-kontenut tax-xaħam tal-ħalib użat, influwenzati kemm mill-istaġun kif ukoll mit-teknika tal-biedja, jistgħu jikkawżaw xi fluttwazzjoni f’dan il-proporzjon, ġiet stabbilita tolleranza, inizjalment stmata għal madwar 10 %.

Ġie miżjud 2 % addizzjonali (minn 10 għal 12 %) biex jitqiesu l-inċertezza tal-kejl u tat-teħid tal-kampjuni, kif ukoll il-fluttwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, u huwa għalhekk li ġie propost proporzjon ta’ 1,1 + 12 % meta ġiet approvata emenda minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (ĠU C 132, 13.4.2018, p. 7).

Wara dik l-approvazzjoni, meta kien qed ifassal il-pjan ta’ kontroll, il-korp ta’ kontroll awtorizzat (OCQPR Soc. Coop.) bagħat lill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija talba għal kjarifika dwar il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina meħtieġ għall-“Parmigiano Reggiano” fit-23 ta’ Mejju 2018, fejn staqsa jekk ir-rekwiżit li “l-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin [...] ma jistax jaqbeż 1,1 + 12 %”, kif huwa ddikjarat fit-test, kienx jinkludi l-inċertezza tal-kejl.

It-tweġiba mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija kienet li dan il-valur ta’ 1,1 + 12 % fih innifsu ma jkoprix l-inċertezza tal-kejl, u għalhekk it-tolleranza jeħtieġ li titnaqqas b’2 punti perċentwali sabiex ir-regola fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi allinjata mal-prinċipju sottostanti tad-deċiżjoni oriġinali.

Is-seba’ paragrafu: Sa 15 % tal-ħalib ta’ filgħodu jista’ jitwarrab għall-produzzjoni tal-ġobon tal-għada. Dan il-ħalib, li jrid jinżamm fil-maħleb f’kontenituri xierqa tal-azzar f’temperatura ta’ mhux inqas minn 10 °C, irid jitħalla joqgħod fit-tankijiet tal-ixkumar, flimkien mal-ħalib ta’ filgħaxija, sabiex il-krema tkun tista’ titla’ fil-wiċċ.

ġie emendat biex jaqra:

Sa 15 % tal-ħalib ta’ filgħodu jista’ jitwarrab għall-produzzjoni tal-ġobon tal-għada. Jista’ jitwarrab aktar minn 15 % sakemm din il-kwantità tippermetti li ma ssirx aktar minn rota waħda ta’ ġobon. Dan il-ħalib, li jrid jinżamm fil-maħleb f’kontenituri tal-azzar f’temperatura ta’ mhux inqas minn 10 °C, irid jitħalla joqgħod fit-tankijiet tal-ixkumar, flimkien mal-ħalib ta’ filgħaxija, sabiex il-krema tkun tista’ titla’ fil-wiċċ.

It-test issa jippermetti li jitwarrab aktar minn 15 % tal-ħalib ta’ filgħodu għall-produzzjoni tal-ġobon tal-għada, dment li jkun meħtieġ perċentwal akbar biex issir mhux aktar minn rota waħda ta’ ġobon. Din iż-żieda mat-test għandha tippermetti li l-imħaleb żgħar tal-ġobon ikollhom biżżejjed ħalib fil-btieti tat-tisħin f’ċerti żminijiet tas-sena biex issir ġobna sħiħa.

It-tmien paragrafu: Mal-ħalib jiżdied starter kontinwu tax-xorrox, kultura naturali ta’ fermenti lattiċi miksuba billi x-xorrox li jkun fadal mill-produzzjoni tal-ġobon tal-ġurnata ta’ qabel jitħalla jsir qares b’mod spontanju.

ġie emendat biex jaqra:

Mal-ħalib jiżdied starter kontinwu tax-xorrox, kultura naturali ta’ batterji tal-aċidu lattiku miksuba billi x-xorrox “ħelu” li jkun fadal minn operazzjonijiet preċedenti ta’ produzzjoni tal-ġobon jitħalla jiffermenta spontanjament f’kundizzjonijiet ta’ temperatura kkontrollata.

L-istess emenda ġiet inkluża fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.

Żdied dan li ġej mal-istess paragrafu: La l-kulturi tal-batterji tal-aċidu lattiku għall-aġġustament jew it-tisħiħ u lanqas is-supplimenti nutrizzjonali li jippromwovu l-iżvilupp tal-flora lattika ma jistgħu jiżdiedu mal-istarter kontinwu tax-xorrox. Hija permessa biss iż-żieda ta’ porzjon wieħed ta’ ħalib.

Fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-istarter kontinwu tax-xorrox, “fermenti lattiċi” nbidlet għat-terminu aktar korrett teknikament “batterji tal-aċidu lattiku”. Il-projbizzjoni ta’ ċerti prattiki – iż-żieda ta’ kulturi ta’ batterji tal-aċidu lattiku jew supplimenti nutrizzjonali li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ batterji naturali tal-aċidu lattiku – saret espliċita wkoll. Din il-bidla għandha l-għan li tagħmilha ċara li l-istarter kontinwu tax-xorrox huwa ingredjent naturali u tenfasizza r-rwol li għandu fil-produzzjoni tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”: ir-rabta qawwija bejn it-territorju u l-prodott. Din hija r-raġuni għaliex l-istarter kontinwu tax-xorrox jista’ jinkiseb biss mill-fermentazzjoni tax-xorrox ħelu li jifdal minn operazzjonijiet preċedenti ta’ produzzjoni tal-ġobon. Il-kelma “ġurnata” tneħħiet bil-għan li l-produtturi tal-ġobon jingħataw il-possibbiltà li jżidu wkoll, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u mikrobijoloġiċi tal-ħalib, kwantitajiet żgħar ta’ starter kontinwu tax-xorrox – l-istess starter li jkun se jiżdied mal-ħalib fil-btieti tat-tisħin l-għada – mal-ħalib ta’ filgħaxija li jibqa’ fit-tankijiet sabiex il-krema tkun tista’ titla’ fil-wiċċ. L-għan ta’ din il-prattika huwa li tikkontribwixxi flora lattika u tagħmel il-ħalib kemxejn qares matul il-lejl, li jagħmlu aktar adatt għall-produzzjoni tal-ġobon l-għada filgħodu.

Fl-aħħar nett, ġie ċċarat b’mod espliċitu li huwa possibbli li jiżdied porzjon wieħed tal-ħalib tal-maħleb, prattika lokali awtentika u li ma tvarjax li diġà kienet tradizzjoni stabbilita. Din il-prattika tagħmilha possibbli li l-batterji tal-aċidu lattiku fl-istarter tax-xorrox jiġu pprovduti b’nutrijenti li jippromwovu t-tkabbir.

Is-sentenza li ġejja żdiedet fi tmiem it-13-il paragrafu: Il-ġobnijiet jistgħu jiġu mmaturati fuq xkafef tal-injam.

Din l-emenda ġiet inkluża parzjalment fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.

Fl-interess tat-trasparenza, ġiet iċċarata l-possibbiltà li l-ġobnijiet jiġu mmaturati fuq xkafef tal-injam, peress li l-użu tal-injam fil-kantini tal-“Parmigiano Reggiano” huwa tradizzjoni stabbilita u b’bażi soda li ma tistax tinbidel. Minħabba li tqajmu kwistjonijiet potenzjali ta’ saħħa jew iġjene relatati mal-użu tal-injam f’xi swieq barranin (b’mod partikolari fl-Istati Uniti) f’dawn l-aħħar snin, huwa meqjus importanti li fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġi ċċarat li l-injam huwa materjal essenzjali u li – preċiżament bħala riżultat tal-fatt li jifforma parti minn tradizzjoni stabbilita – qatt ma kkawża problemi tas-saħħa.

L-intestatura “Tikkettar”

L-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon

-   Artikolu 8

Żdied il-paragrafu li ġej:

Ħlief meta jintużaw bħala “trimmings”, il-biċċiet li jifdal mill-qtugħ mill-uċuħ u l-ġnub tar-roti tal-ġobon (biċċiet b’aktar minn 18 % qoxra) ma jistgħux ikollhom l-isem “Parmigiano Reggiano”.

L-istess emenda ġiet inkluża fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-“Parmigiano Reggiano” huma definiti sew fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u jinkludu referenzi speċifiċi għall-pejst tal-ġobon:

l-aroma u t-togħma karatteristiċi tal-pejst: ifuħu, delikati u b’togħma rikka mingħajr ma tkun qawwija wisq;

is-sawra tal-pejst: fina u titfarrak.

Barra minn hekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ilha tillimita l-ammont tal-qoxra preżenti fil-ġobon maħkuk għal 18 % mill-1991 (id-Digriet tal-Prim Ministru tal-4 ta’ Novembru 1991). Iż-żieda ta’ dan ir-rekwiżit kienet tikkonċerna biss il-ġobon maħkuk, peress li l-komponent tal-qoxra dejjem ikun inqas minn 18 % fil-formati bil-qoxra (ġobnijiet sħaħ u maqtugħin f’porzjonijiet bil-qoxra). Kif ġie deskritt qabel fir-rigward tat-“trimmings”, biċċiet li jifdal mill-qtugħ mill-uċuħ u l-ġnub tar-roti tal-ġobon (biċċiet b’aktar minn 18 % qoxra) jibqgħu mill-preparazzjoni tal-formati għall-bejgħ. Jekk dawn il-biċċiet li jifdal mill-qtugħ ma għandhomx jintużaw fil-preparazzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” maħkuk, f’liema każ iż-żieda tal-pejst tal-ġobon tikkoreġi l-bilanċ bejn il-pejst u l-qoxra, dawn jistgħu jinbiegħu. Madankollu, dawn il-biċċiet li jifdal mill-qtugħ jinkludu ammont kbir ta’ qoxra, u għalhekk ma fihomx biżżejjed pejst tal-ġobon proprju biex jikkonformaw mad-definizzjoni tal-karatteristiċi tipiċi tal-“Parmigiano Reggiano”. Għaldaqstant, peress li ma jibqgħux konformi mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ma jistgħux jibqgħu jinbiegħu bħala “Parmigiano Reggiano”.

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, kif ukoll biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b’informazzjoni preċiża u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi, sakemm ma jintużawx bħala “trimmings”, il-biċċiet li jifdal mill-uċuħ u l-ġnub tar-roti tal-ġobon (biċċiet b’aktar minn 18 % qoxra) ma jistgħux jużaw l-isem tad-DOP “Parmigiano Reggiano”.

-   Artikolu 9

Dan li ġej mill-ewwel paragrafu: [...] il-logo muri hawn taħt, li juri porzjon u rota tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” u sikkina żgħira fuq il-kliem “PARMIGIANO REGGIANO”, irid jintwera fuq kull pakkett. Dan il-logo irid ikun stampat f’CMYK skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-ftehim tal-Konsorzju rilevanti.

Image 1

ġie emendat biex jaqra:

[...] il-logo muri hawn taħt, li fih stampa stilizzata ta’ porzjon u rota tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” fuq il-kliem “PARMIGIANO REGGIANO”, irid jintwera fuq kull pakkett. Dan il-logo irid ikun stampat bil-kulur skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Ftehim tal-Konsorzju rilevanti.

Image 2

Din l-emenda ġiet inkluża parzjalment fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Il-logo nbidel biex isir stilistikament aktar modern u kurrenti. Ġie inkluż ukoll fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

It-tieni paragrafu: Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jsiru jafu kemm huwa matur il-“Parmigiano Reggiano”, iż-żmien minimu tal-maturazzjoni jrid jiġi ddikjarat fuq it-tikkettar tal-porzjonijiet kollha ppakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15-il g imqiegħda fis-suq.

ġie emendat biex jaqra:

Sabiex ikun possibbli li wieħed isir jaf kemm huwa matur il-“Parmigiano Reggiano”, iż-żmien minimu tal-maturazzjoni jrid jiġi ddikjarat fuq it-tikkettar tal-porzjonijiet kollha ppakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15-il g imqiegħda fis-suq.

L-istess emenda ġiet inkluża fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Ir-referenza għall-“konsumaturi” tħassret, peress li l-obbligu li tiġi ddikjarata l-maturità minima tal-ġobon għandu japplika għall-ġobon kollu ppakkjat minn qabel f’porzjonijiet ta’ aktar minn 15-il g, inkluż meta dan jinbiegħ lill-operaturi kummerċjali (kumpaniji tal-ipproċessar, negozji tal-forniment tal-ikel tal-massa bħal ristoranti, eċċ.) u mhux biss lill-konsumaturi aħħarija. Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara dan. Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(i) u (j) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, “tikkettar” inbidlet għal “tikketta” minħabba li ż-żmien minimu ta’ maturazzjoni jrid jiġi ddikjarat fuq il-pakkett jew il-kontenitur, u ma jistax jiġi ddikjarat fid-dokumenti.

Żdied dan li ġej bħala t-tielet paragrafu:

Peress li l-aroma u t-togħma tal-pejst tal-“Parmigiano Reggiano” jevolvu matul il-proċess tal-maturazzjoni, sabiex jitwasslu l-karatteristiċi organolettiċi, jistgħu jintużaw l-aġġettivi deskrittivi li ġejjin fuq it-tikketta, kif ukoll il-ħin tal-maturazzjoni, għal ċerti klassijiet ta’ maturità:

delicato [delikat] (12-19-il xahar);

armonico [armonjuż] (bejn wieħed u ieħor 20-26 xahar);

aromatico [aromatiku] (bejn wieħed u ieħor 27-34 xahar);

intenso [intens] (bejn wieħed u ieħor 35-45 xahar).

L-istess emenda ġiet inkluża fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

L-introduzzjoni tar-rekwiżit li tiġi ddikjarata l-maturità minima tal-“Parmigiano Reggiano” mqiegħed fis-suq f’porzjonijiet ta’ aktar minn 15-il g wasslet għall-ħtieġa li tiġi espressa valutazzjoni organolettika bl-użu ta’ aġġettivi “deskrittivi” li jvarjaw skont il-maturità. Minħabba li l-“Parmigiano Reggiano” jiġi mmaturat għal żmien twil, minn 12-il xahar sa aktar minn 40 xahar, l-aromi u t-togħmiet tiegħu jevolvu, u huwa għalhekk li ġiet miżjuda l-possibbiltà li jintużaw aġġettivi “deskrittivi” fuq it-tikketti, biex jgħinu lill-konsumaturi fl-għażla tagħhom tal-prodott.

Ir-raba’ paragrafu: Id-dikjarazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni jew l-isem tal-maħleb fuq it-tikketta hija obbligatorja biss fil-każ ta’ ġobon maħkuk jew ta’ porzjonijiet li joriġinaw minn ġobnijiet immarkati bħala “Premium” skont l-Artikolu 15 tar-“Regoli dwar il-Marki tal-Identità”.

ġie emendat biex jaqra:

Id-dikjarazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni jew l-isem tal-maħleb fuq it-tikketta hija obbligatorja biss fil-każ ta’ ġobon maħkuk jew f’porzjonijiet li joriġinaw minn ġobnijiet immarkati bħala “Premium” skont l-Artikolu 15 tar-“Regoli dwar il-Marki tal-Identità”.

Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(i) u (j) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, “tikkettar” inbidlet għal “tikketta” minħabba li n-numru tar-reġistrazzjoni jew l-isem tal-maħleb irid jiġi ddikjarat fuq il-pakkett jew il-kontenitur, u ma jistax jiġi ddikjarat fid-dokumenti.

Regoli dwar il-Marki tal-Identità

-   Artikolu 1: “Il-marki”

It-tieni paragrafu: 2. Kull maħleb irid jimmarka l-ġobnijiet tiegħu bl-informazzjoni dwar l-oriġini billi:

(a)

iwaħħal diska tal-kaseina ma’ kull rota tal-ġobon bil-kodiċijiet li jidentifikawh;

(b)

jistampa l-kliem “Parmigiano-Reggiano” b’ittri bit-tikek (ara l-Immaġni 1), in-numru tar-reġistrazzjoni tal-maħleb u s-sena u x-xahar tal-produzzjoni madwar il-ġnub tar-rota bl-użu ta’ strixxi ta’ stensils.

ġie emendat biex jaqra:

2.

Kull maħleb irid jimmarka l-ġobnijiet tiegħu bl-informazzjoni dwar l-oriġini billi:

(a)

iwaħħal diska tal-kaseina ma’ kull rota tal-ġobon jew billi juża sistema ekwivalenti li tiżgura l-identifikazzjoni unika ta’ kull ġobon (minn hawn ’il quddiem “diska” jew “diski”);

(b)

jistampa l-kliem “Parmigiano-Reggiano” b’ittri bit-tikek (ara l-Immaġni 1 u l-Immaġni 1-bis), in-numru tar-reġistrazzjoni tal-maħleb, is-sena u x-xahar tal-produzzjoni u l-akronimu “DOP” madwar il-ġnub tar-rota bl-użu ta’ strixxi ta’ stensils.

Dawn l-emendi ġew inklużi fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Peress li l-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu joħolqu modi oħra ta’ identifikazzjoni unika tal-ġobnijiet “Parmigiano Reggiano” fil-futur, it-test issa jiddikjara l-possibbiltà li jintużaw sistemi oħra għajr id-diski tal-kaseina.

Żdiedet referenza għall-“Immaġni 1-bis”, li żdiedet mat-taqsima “Kampjuni ta’ Immaġnijiet”.

It-test issa jiddikjara li l-istrixxi ta’ stensils użati biex jiġu stampati l-marki tal-oriġini fil-ġobnijiet iridu jinkludu wkoll l-akronimu DOP, peress li dan l-akronimu diġà jinsab fuq l-istensils użati llum.

It-tielet paragrafu: 3. Il-marki tal-għażla jsiru mill-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano” f’konformità mal-Art. 4, 5, 6, 7 u 8 hawn taħt, ladarba l-kontrolli jkunu twettqu mill-korp ta’ kontroll awtorizzat.

ġie emendat biex jaqra:

3.

Il-marki tal-għażla jsiru mill-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano”, kif huwa stabbilit fl-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8 hawn taħt, ladarba l-kontrolli jkunu twettqu mill-korp ta’ kontroll awtorizzat.

Il-kelma “Artikoli” miktuba bis-sħiħ ħadet post l-abbrevjazzjoni “Art.”.

-   Artikolu 3: “Obbligi tal-imħaleb”

L-ewwel paragrafu: 1. Mill-inqas 4 xhur qabel il-bidu tal-attività, l-imħaleb li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu l-ġobon “Parmigiano Reggiano” iridu japplikaw mal-Konsorzju, fejn jiddikjaraw li ġew inklużi fis-sistema ta’ kontroll, sabiex jiġu allokati numru tar-reġistrazzjoni u jitolbu strixxi ta’ stensils u diski tal-kaseina għall-marki tal-oriġini.

ġie emendat biex jaqra:

1.

Qabel ma jibdew l-attività, l-imħaleb li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu l-ġobon “Parmigiano Reggiano” iridu japplikaw mal-Konsorzju, fejn jiddikjaraw li ġew inklużi fis-sistema ta’ kontroll, sabiex jiġu allokati numru tar- reġistrazzjoni u jitolbu strixxi ta’ stensils u diski għall-marki tal-oriġini.

Ir-referenza għal “4 xhur” tneħħiet peress li dan tqies li huwa perjodu ta’ żmien twil wisq. Il-kelma “kaseina” tħassret f’konformità mal-emenda għall-Artikolu 1.

It-tieni paragrafu: 2. L-imħaleb huma responsabbli għall-użu u l-preżervazzjoni xierqa ta’ strixxi ta’ stensils u diski tal-kaseina, li jiġu fornuti lilhom fuq il-bażi ta’ fiduċja.

ġie emendat biex jaqra:

2.

L-imħaleb huma responsabbli għall-preżervazzjoni u l-użu xieraq ta’ strixxi ta’ stensils u diski, li jiġu fornuti lilhom fuq il-bażi ta’ fiduċja.

Din l-emenda tikkonsisti mir-riformulazzjoni tas-sentenza dwar il-preżervazzjoni u l-użu xieraq ta’ strixxi ta’ stensils u diski f’ordni aktar loġika.

Il-ħames paragrafu: 5. [...] F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Konsorzju għandu jordna l-irtirar ta’ strixxi ta’ stensils u diski u/jew l-impożizzjoni ta’ penali, skont il-proċeduri stabbiliti fil-pjan ta’ kontroll.

ġie emendat biex jaqra:

6.

[...] F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Konsorzju għandu jordna l-irtirar ta’ strixxi ta’ stensils u diski u/jew l-impożizzjoni ta’ penali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali.

Huwa ċċarat li kwalunkwe rtirar ta’ strixxi ta’ stensils jew diski u/jew l-impożizzjoni ta’ penali mill-Konsorzju jrid isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali.

-   Artikolu 6: “Klassifikazzjoni tal-ġobon”

It-tieni paragrafu: 2. Sabiex il-proċess tal-ispezzjoni tal-kwalità jkun magħmul kemm jista’ jkun oġġettiv, il-panels tal-ispezzjoni jridu jaqtgħu mill-inqas rota waħda ta’ ġobon għal kull lott, u qatt inqas minn ġobna waħda minn kull elf jew parti minnha, sabiex jivvalutaw il-karatteristiċi tas-sawra u organolettiċi. [...]

ġie emendat biex jaqra:

2.

Biex jgħinu lill-ispetturi fil-valutazzjoni tagħhom tal-ġobnijiet, il-panels tal-ispezzjoni jridu jaqtgħu mill-inqas rota waħda ta’ ġobon għal kull lott, u fi kwalunkwe każ kemm hemm bżonn ġobnijiet sabiex jivvalutaw il-karatteristiċi tas-sawra u organolettiċi. [...]

L-attività tal-ispetturi fil-valutazzjoni tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” issa hija deskritta b’mod aktar korrett billi jiġi speċifikat li l-għan tal-qtugħ tal-ġobnijiet huwa li jgħinhom fil-proċess tal-valutazzjoni tal-kwalità. Barra minn hekk, minflok ma jirreferi għall-għadd minimu ta’ ġobnijiet li l-panels tal-ispezzjoni jridu jaqtgħu, it-test issa jeħtieġ li huma jaqtgħu kemm hemm bżonn ġobnijiet għall-aħjar valutazzjoni tal-karatteristiċi tas-sawra u organolettiċi tal-pejst tal-ġobon, u b’hekk itejbu l-valutazzjoni tagħhom.

-   Artikolu 7: “Ittimbrar bil-linka”

L-ewwel paragrafu: Matul l-ispezzjonijiet tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 6, il-ġobnijiet għandhom jiġu ttimbrati b’linka li ma titħassarx b’marka provviżorja li tassenja waħda mill-kategoriji li ġejjin kif definiti fl-Anness:

ġie emendat biex jaqra:

Matul l-ispezzjonijiet tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 6, il-ġobnijiet għandhom jiġu ttimbrati b’linka li ma titħassarx, jew bl-użu ta’ sistema ekwivalenti, b’marka provviżorja li tassenja waħda mill-kategoriji li ġejjin kif definiti fl-Anness:

Wara l-ispezzjoni tal-kwalità u l-klassifikazzjoni, hija prattika attwali li l-ispetturi jimmarkaw il-ġobnijiet b’timbru tal-linka fejn jimmarkahom b’mod provviżorju bil-kategorija tal-kwalità li jkunu ġew assenjati – l-ewwel, it-tieni jew it-tielet – sakemm il-ġobnijiet jgħaddu mill-proċess ta’ mmarkar sussegwenti, li jista’ jseħħ b’effett minn 7 ijiem wara l-ispezzjoni, kif ordnat mill-korp ta’ kontroll. Peress li t-teknoloġija qed tevolvi, din l-emenda għandha l-għan li tagħmilha possibbli li jintużaw mekkaniżmi differenti għal din l-identifikazzjoni temporanja tal-ġobnijiet.

-   Artikolu 9: “Ikkanċellar ta’ marki”

Il-paragrafu li ġej: Il-marki għandhom jitneħħew minn ġobnijiet tal-kategorija tlieta […] mill-persunal tal-Konsorzju […].

ġie emendat biex jaqra:

Il-marki tal-oriġini għandhom jitneħħew minn madwar il-ġnub tal-ġobnijiet tal-kategorija tlieta […] mill-persunal tal-Konsorzju […].

Il-marki tal-oriġini fuq il-ġobnijiet huma: il-kliem “Parmigiano Reggiano” b’ittri bit-tikek (kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tal-maħleb li pproduċieh, is-sena u x-xahar tal-produzzjoni u l-abbrevjazzjoni DOP)”, stampat madwar il-ġnub tar-rota tal-ġobon bl-użu ta’ strixxa ta’ stensil; u d-diska tal-kaseina għal skopijiet ta’ traċċabbiltà, li normalment tkun imwaħħla mal-wiċċ ċatt tar-rota. Meta ġobna ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex tintuża d-DOP, il-marki tal-oriġini madwar il-ġnub, inklużi l-kliem “Parmigiano-Reggiano” b’ittri bit-tikek, jitneħħew sabiex il-ġobon ma jibqax jiġi ppreżentat lill-konsumaturi bħala “Parmigiano Reggiano”, filwaqt li d-diska tal-kaseina, li normalment tkun fuq wieħed mill-uċuħ ċatti tar-rota tal-ġobon u jeħtieġ li tibqa’ f’postha biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, titħalla mwaħħla. L-għan tal-emenda huwa li jagħmilha aktar ċara li l-marki tal-ikkanċellar tal-oriġini jikkonċernaw biss dawk madwar il-ġenb tar-rota tal-ġobon.

-   Artikolu 11: “Appelli”

L-ewwel paragrafu: 1. L-imħaleb jistgħu jappellaw il-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità billi jikkuntattjaw bil-miktub permezz ta’ ittra reġistrata lill-Konsorzju mhux aktar tard minn 4 ijiem wara t-tmiem ta’ kull sessjoni individwali ta’ spezzjoni tal-kwalità.

ġie emendat biex jaqra:

1.

L-imħaleb jistgħu jappellaw il-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità billi jikkuntattjaw bil-miktub lill-Konsorzju sa jumejn (2) wara t-tmiem ta’ kull sessjoni individwali ta’ spezzjoni tal-kwalità.

Il-perjodu ta’ żmien li fih jista’ jiġi appellat il-verdett ta’ spezzjoni tal-kwalità tnaqqas minn 4 ijiem għal jumejn. Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess amministrattiv, it-test issa jiddikjara li l-appelli jridu jiġu ppreżentati bil-miktub, u mhux neċessarjament mibgħuta permezz ta’ ittra rreġistrata.

-   Artikolu 12: “Talba għall-korrezzjoni tal-marki tal-oriġini”

Dan l-artikolu, li attwalment jaqra: Jekk għandu jsir xogħol fuq il-parti tal-qoxra fejn tinsab id-diska biex jiġu kkoreġuti d-difetti li żviluppaw matul il-maturazzjoni, il-maħleb għandu jitlob lill-Konsorzju biex jissostitwixxi d-diska b’timbru li ma jitħassarx. L-imħaleb iridu jżommu d-diski mneħħija u jgħadduhom lill-Konsorzju.

ġie emendat biex jaqra:

1.

Jekk diska ma tibqax teħel kif suppost mal-ġobon wara l-maturazzjoni, jew ikun irid isir xogħol fuq il-parti tal-qoxra fejn tkun tinsab id-diska biex jiġu kkoreġuti d-difetti li jkunu żviluppaw matul il-maturazzjoni, il-maħleb għandu minnufih jitlob lill-Konsorzju biex jissostitwixxi d-diska b’timbru li ma jitħassarx. L-imħaleb iridu jżommu d-diski mneħħija u jgħadduhom lill-Konsorzju.

It-test issa jeħtieġ ukoll li l-imħaleb jitolbu lill-Konsorzju jissostitwixxi d-diski b’timbri li ma jitħassrux meta d-diska ma tibqax teħel sew mal-ġobon, u jispeċifika li din it-talba trid issir fil-pront.

-   Artikolu 13: “Talba għall-ikkanċellar tal-marki tal-oriġini”

Dan l-artikolu, li attwalment jaqra: Jekk jiżviluppaw difetti waqt il-maturazzjoni li jkunu tant serji li l-proċess ta’ maturazzjoni ma jkunx jista’ jitkompla, l-imħaleb huma intitolati li jitolbu, qabel l-ispezzjoni tal-kwalità, li l-Konsorzju jikkanċella l-marki tal-oriġini tal-ġobon affettwat jew li l-ġobon jiġi mgħoddi lilu f’konformità mal-Artikolu 9.

ġie emendat biex jaqra:

Jekk jiżviluppaw difetti waqt il-maturazzjoni li jkunu tant serji li l-proċess minimu ta’ maturazzjoni ma jkunx jista’ jitkompla, l-imħaleb huma intitolati li jitolbu, qabel l-ispezzjoni tal-kwalità, li l-Konsorzju jikkanċella l-marki tal-oriġini madwar il-ġnub tal-ġobon affettwat jew li l-ġobon jiġi mgħoddi lilu f’konformità mal-Artikolu 9.

Il-kelma “Minimu” żdiedet biex jiġi magħmul ċar li l-imħaleb jistgħu jitolbu l-ikkanċellar tal-marki matul il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar. Barra minn hekk, skont l-emenda tal-Artikolu 9 u d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-artikolu, huwa speċifikat li l-ikkanċellar tal-marki tal-oriġini jikkonċerna biss dawk li jinstabu madwar il-ġnub tar-rota tal-ġobon.

-   Artikolu 16: “Kostijiet”

It-tielet paragrafu: L-imħaleb għandhom ikunu meħtieġa jkopru l-kost tas-sostituzzjoni tal-istrixxi ta’ stensils li jkunu ttieklu bl-użu qabel il-waqt jew li b’xi mod ieħor ikunu ġarrbu ħsara.

ġie emendat biex jaqra:

L-imħaleb jistgħu jkunu meħtieġa jkopru l-kost tas-sostituzzjoni tal-istrixxi ta’ stensils li jkunu ttieklu bl-użu qabel il-waqt jew li b’xi mod ieħor ikunu ġarrbu ħsara.

“Għandhom” inbidlet għal “jistgħu” minħabba li t-talba għall-ħlas ta’ dawn il-kostijiet hija għażla, mhux obbligu.

Anness

“Kategoriji ta’ Prodotti”

Fil-punt 3, dwar il-“Parmigiano Reggiano”mezzano [medju], il-frażi li ġejja: korrezzjonijiet imwettqa sew li jkunu saru fil-ġnub jew l-uċuħ ċatti tar-rota li jkunu minimi biżżejjed biex jevitaw li jxekklu b’mod sinifikanti d-dehra esterna tal-ġobon, mingħajr l-ebda difett fir-riħa.

ġie emendat biex jaqra:

korrezzjonijiet magħmula fil-ġnub jew l-uċuħ ċatti tar-rota li jkunu minimi biżżejjed biex jevitaw li jxekklu b’mod sinifikanti d-dehra esterna tal-ġobon, mingħajr l-ebda difett fir-riħa.

Fl-applikazzjoni tad-drawwiet u l-prattiki rilevanti għad-definizzjoni tal-kategoriji kummerċjali tal-ġobon “Parmigiano Reggiano”, kif huwa msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regoli dwar il-Marki tal-Identità, u b’mod aktar speċifiku fil-punt (b) (Kategoriji tal-għażla tas-suq 0-1) tal-intestatura Klassifikazzjoni tal-ġobon fi ħdan ir-raba’ taqsima (Il-Ġobon Parmigiano-Reggiano) tal-Kompendju Provinċjali tad-Drawwiet tal-Kamra tal-Kummerċ, is-Sengħat Artiġjanali u l-Agrikoltura tar-Reggio Emilia tal-1990, il-ġobon tal-“kategorija 0” jista’ jkollu “ċerti korrezzjonijiet minuri eżegwiti sew jew kwistjonijiet minuri li jkunu qed jistennew li jiġu kkoreġuti li ma jirriżultawx fid-deformazzjoni tar-rota tal-ġobon”. Dan il-kunċett ta’ “korrezzjoni” jinkludi kemm id-difetti estetiċi li jkunu għadhom preżenti fuq il-qoxra ta’ ġobna, li jvarjaw f’termini tad-daqs, il-fond u possibbilment il-kontenut ta’ ndewwa (“kwistjoni li tkun qed tistenna li tiġi kkoreġuta”), kif ukoll ir-riżultat tal-korrezzjoni ta’ difett estetiku, normalment permezz ta’ kawterizzazzjoni, biex tiġi solvuta jew imnaqqsa l-problema jew titneħħa l-indewwa (“korrezzjoni mwettqa”).

Fl-anness Kategoriji tal-Prodott tar-Regoli dwar il-Marki tal-Identità, il-punt 2 (Parmigiano Reggiano tal-kategorija 0 u l-kategorija 1), il-punt (a) (il-kategorija 0) ma jiddistingwix bejn “korrezzjonijiet imwettqa” jew “kwistjonijiet li jkunu qed jistennew li jiġu kkoreġuti”, iżda jirreferi biss għall-fatt li kwalunkwe korrezzjoni trid tkun żgħira fid-daqs u ma tikkawżax li l-ġobon jiġi deformat.

Illum il-ġurnata hija prattika komuni li l-imħaleb jissottomettu “kwistjonijiet li jkunu qed jistennew li jiġu kkoreġuti” lill-panel ta’ spezzjoni tal-kwalità, f’liema każ il-ġobnijiet jiġu assenjati l-kategorija tal-prodott ix-xierqa skont l-estent tad-difett.

Peress li l-inklużjoni tal-kliem “imwettqa sew” kienet tfisser li din is-silta kienet tkopri biss il-“korrezzjonijiet imwettqa”, dan il-kliem tneħħa, biex b’hekk baqgħet il-possibbiltà li jiġu sottomessi għal spezzjoni ġobnijiet tal-kategorija 2 kemm b’“korrezzjonijiet imwettqa” kif ukoll bi “kwistjonijiet li jkunu qed jistennew li jiġu kkoreġuti”.

KAMPJUNI TA’ IMMAĠNIJIET

Ġiet inkluża immaġni tal-kliem “Parmigiano-Reggiano” b’ittri bit-tikek madwar il-ġenb ta’ rota tal-“Parmigiano Reggiano” għal skopijiet illustrattivi.

L-intestatura “Oħrajn”

Is-subintestatura “Ippakkjar”

L-Istandard tal-Produzzjoni tal-Ġobon

-   Artikolu 6

Dan il-paragrafu: Il-porzjonijiet tal-“Parmigiano Reggiano” jistgħu jiġu ppakkjati għall-bejgħ immedjat wiċċ imbwiċċ fl-istess negozju li jkun qata’ l-porzjon.

ġie emendat biex jaqra:

It-taħkik, il-qtugħ f’porzjonijiet, u l-ippakkjar minn qabel għall-bejgħ dirett jistgħu jitwettqu fil-ħanut tal-bejgħ bl-imnut biss għall-fini tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Il-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tipprevedi l-possibbiltà ta’ qtugħ f’porzjonijiet u ppakkjar tal-“Parmigiano Reggiano” għall-bejgħ immedjat wiċċ imbwiċċ fil-ħanut tal-bejgħ bl-imnut li fih isir il-qtugħ f’porzjonijiet. Din il-possibbiltà ġiet inkluża fuq il-bażi tal-prinċipji espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-punt 62 tas-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2003 fil-Kawża C-469/00). Dan jagħmilha possibbli wkoll li n-negozji jipprovdu servizz lill-konsumaturi aħħarija, peress li l-qtugħ ta’ porzjonijiet mir-roti jew partijiet mir-roti tal-ġobon huwa proċess li jieħu ħafna ħin u jkun diffiċli ħafna għall-punti tal-bejgħ – b’mod partikolari meta jkunu okkupati ħafna – jekk il-porzjonijiet ikunu jistgħu jitqattgħu biss fuq talba mill-konsumatur.

Billi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi wkoll il-proċess tat-taħkik, din l-emenda tinkludi l-possibbiltà espliċita li t-taħkik u l-ippakkjar isiru wkoll fil-ħanut tal-bejgħ bl-imnut għall-bejgħ dirett lill-konsumatur aħħari, għall-istess raġunijiet mogħtija hawn fuq. Din il-kjarifika hija meħtieġa wkoll minħabba l-oġġezzjonijiet frekwenti li tqajmu f’dawn l-aħħar snin mill-korpi responsabbli għall-kontrolli fir-rigward tal-possibbiltà ta’ taħkik u ppakkjar tal-“Parmigiano Reggian”” fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut għall-bejgħ dirett.

L-intestatura “Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar”

Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar

-   Artikolu 1: “Ambitu”

Żdiedu t-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi mal-Artikolu 1.

It-tieni paragrafu jaqra:

Il-ħalib irid jiġi prodott f’irziezet li jinsabu fiż-żona ta’ oriġini u li huma inklużi fis-sistema ta’ kontroll.

Din is-sentenza ddaħħlet fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku, u tħasser dan li ġej: is-sentenza mill-punt 3.3 li taqra Il-ħalib jiġi minn baqar imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita; is-sentenzi mill-punt 3.4 li taqra “L-irziezet li jrabbu l-baqar tal-ħalib li l-ħalib tagħhom se jiġi pproċessat f’“Parmigiano Reggiano” iridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita; u r-referenza għall-ħalib li qed jiġi “prodott” mill-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.

Ġie ċċarat li l-ħalib tal-baqra użat bħala materja prima jrid jiġi prodott fiż-żona ġeografika ddefinita f’azjendi agrikoli li huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

It-tielet paragrafu jaqra:

It-trobbija ta’ baqar tal-ħalib ta’ sostituzzjoni (“stokkjar mill-ġdid”) trid titwettaq fiż-żona ta’ oriġini u għandha tiġi inkluża fis-sistema ta’ kontroll bħala attività speċifika ta’ razzett li jipproduċi l-ħalib. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 9 japplikaw għall-bhejjem li joriġinaw minn setturi oħra tal-produzzjoni.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

It-test issa jinkludi referenza espliċita għat-trobbija tal-baqar tal-ħalib ta’ sostituzzjoni (“stokkjar mill-ġdid”), jiġifieri t-trobbija ta’ għoġġiela nisa u erieħ li se jingħaqdu mal-merħla tal-ħalib fil-futur, flimkien mar-referenza meħtieġa li din hija attività speċifika ta’ razzett tal-ħalib. Minħabba din ir-rabta strutturali u funzjonali mat-trobbija tal-annimali tal-ħalib, it-test issa jeħtieġ li l-istokkjar mill-ġdid isir fiż-żona ġeografika ddefinita u li jkun soġġett għal kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Fl-aħħar nett, qed issir referenza għall-Artikolu 9 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar, li jirregola d-dħul tal-bhejjem minn ktajjen tal-produzzjoni għajr il-katina “Parmigiano Reggiano” f’imħaleb jew f’unitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid.

Ir-raba’ paragrafu jaqra:

L-imħaleb li kellhom attivitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid barra miż-żona ta’ oriġini fil-5 ta’ Jannar 2021 jistgħu jkomplu jwettqu din l-attività barra miż-żona ta’ oriġini sakemm din tkun inkluża fis-sistema ta’ kontroll.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

L-emenda tqis ir-rappreżentazzjonijiet magħmula minn ċerti negozji involuti fit-trobbija tal-bhejjem u fil-produzzjoni tal-ħalib biex isir il-ġobon “Parmigiano Reggiano”, li – kif tippermetti l-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – ilhom żmien twil jiġġestixxu ċ-ċikli tal-produzzjoni tagħhom stess bl-użu ta’ unità ta’ stokkjar mill-ġdid li tinsab barra ż-żona ġeografika ddefinita. L-uniku għan ta’ din l-attività huwa li jitrabbew għoġġiela nisa u erieħ żgħar li, ladarba jimmaturaw, jissostitwixxu l-baqar tal-ħalib fl-imħaleb tal-istess negozji fiż-żona ġeografika ddefinita. Għalhekk, din l-emenda tagħmilha possibbli li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ mudell kummerċjali organizzat b’dan il-mod, għalkemm dan qiegħed jiġi kkontrobilanċjat billi l-attivitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid ta’ dawk l-intrapriżi li jinsabu barra miż-żona ġeografika ddefinita jsiru soġġetti għar-rekwiżiti bażiċi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 9 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar u l-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, diment li dawk l-attivitajiet kienu diġà fis-seħħ meta l-applikazzjoni għal emenda ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana.

-   Artikolu 4: “Foraġġ permess”

It-tieni punt tal-ewwel paragrafu: Il-baqar tal-ħalib jistgħu jiġu mitmugħa:

[...]

foraġġ tas-sikrana, foraġġ tas-segala, foraġġ tal-ħafur, foraġġ tax-xgħir, foraġġ tal-qamħ, foraġġ tal-qamħirrum [...];

ġie emendat biex jaqra:

Il-baqar tal-ħalib jistgħu jiġu mitmugħa:

[...]

foraġġ tas-sikrana, foraġġ tas-segala, foraġġ tal-ħafur, foraġġ tax-xgħir, foraġġ tal-qamħ, foraġ tal-qamħ tritikal, foraġġ tal-qamħirrum [...];

Il-foraġġ tal-qamħ tritikal, li għandu karatteristiċi simili għall-foraġġ ta’ għelejjel oħra diġà permessi (ix-xgħir, il-qamħ, is-segala, eċċ.), ġie inkluż fil-lista ta’ foraġġ permess. Peress li l-użu tal-foraġġ tal-qamħ tritikal, frisk jew imnixxef, jista’ jkun ta’ interess partikolari fil-partijiet l-aktar għoljin taż-żona ġeografika ddefinita, fejn dan huwa partikolarment prevalenti, it-test issa espressament jinkludi l-possibbiltà li dan jintuża sabiex tiġi massimizzata l-possibbiltà li jintuża l-foraġġ miż-żona lokali.

-   Artikolu 5: “Foraġġ u prodotti sekondarji pprojbiti”

L-ewwel żewġ paragrafi:

Sabiex jiġi evitat li l-ambjent tal-maqjel tal-ifrat fejn jitrabbew l-għoġġiela nisa, l-erieħ sas-6 xahar tal-ġestazzjoni u l-baqar tal-ħalib jitkabbru mingħajr kontaminazzjoni bis-silaġġ – inkluża l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ħamrija u l-foraġġ – l-użu u l-pussess ta’ silaġġ ta’ kwalunkwe tip huma pprojbiti.

Il-farms li fihom jitrabbew il-baqar tal-ħalib iridu jiżguraw li jintużaw żoni kompletament separati għal kwalunkwe attività ta’ biedja minn ktajjen oħra tal-produzzjoni (bhejjem taċ-ċanga, diġesturi, eċċ.). Iċ-ċereali insilati u l-prodotti sekondarji jistgħu jinżammu u jintużaw għal dawn l-attivitajiet ta’ biedja oħra.

ġew emendati biex jaqraw:

Sabiex jiġi evitat li l-ambjent tal-maqjel tal-ifrat jiġi kkontaminat bis-silaġġ – inkluża l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ħamrija u l-foraġġ – u biex ir-rumens tal-annimali jkunu jistgħu jadattaw fiżjoloġikament għal dieta mingħajr silaġġ, l-imħaleb u l-unitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid huma pprojbiti milli jużaw u jippossjedu silaġġ ta’ kwalunkwe tip.

Il-farms li fihom jitrabbew il-baqar tal-ħalib u l-unitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid iridu jiżguraw li jintużaw żoni kompletament separati għal kwalunkwe attività ta’ biedja minn ktajjen oħra tal-produzzjoni (bhejjem taċ-ċanga, diġesturi, eċċ.). Iċ-ċereali insilati u l-prodotti sekondarji jistgħu jinżammu u jintużaw għal dawn l-attivitajiet ta’ biedja oħra.

L-emenda għall-ewwel paragrafu saret fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

L-għan ta’ din l-emenda huwa l-ewwel nett li tadatta l-Artikolu biex jirrifletti l-emendi għall-Artikolu 1 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar, inkluża l-armonizzazzjoni tat-terminoloġija użata, billi tistabbilixxi li, kif diġà kien il-każ għall-imħaleb li jipproduċu l-ħalib, l-unitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid huma pprojbiti wkoll milli jużaw u jippossjedu kwalunkwe tip ta’ silaġġ. It-tieni, l-emenda tinkludi b’mod espliċitu t-tieni raġuni fundamentali għall-projbizzjoni tal-pussess u l-użu tas-silaġġ, minbarra l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ambjent tal-maqjel: il-ħtieġa li jkun permess l-adattament fiżjoloġiku tar-rumens tal-annimali għal dieta mingħajr silaġġ (minn età żgħira). Għal dan it-tieni aspett, jekk jogħġbok irreferi għar-raġunijiet mogħtija għall-emendi għall-Artikolu 9 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar.

Bl-istess mod, l-emenda għat-tieni paragrafu għandha l-għan ukoll li tallinja l-artikolu mal-emendi magħmula għall-Artikolu 1 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar.

Ir-referenza għall-melassa f’forma likwida (ħlief fejn l-użu huwa permess skont l-Artikolu 6), li qabel kienet is-sitt inċiż taħt il-punt (b) tar-raba’ paragrafu, tħassret.

Il-projbizzjoni assoluta fuq l-użu tal-melassa, li oriġinarjament ġiet introdotta minħabba l-karatteristiċi frekwenti dgħajfa u varjabbli ħafna ta’ dan il-prodott, tneħħiet (għalkemm l-użu tagħha għadu rregolat mill-Artikolu 6) minħabba li dan il-prodott issa huwa kompletament affidabbli bis-saħħa tat-teknoloġija moderna tal-produzzjoni, li l-użu tagħha huwa meħtieġ mil-liġi. L-użu tal-melassa huwa saħansitra rrakkomandat f’ċerti razzjonijiet, bħal razzjonijiet ibbażati fuq il-ħuxlief, li għandhom inqas zokkor mill-ħaxix frisk minħabba li l-fermentazzjoni ħafifa li tibdel il-ħaxix f’ħuxlief tikkawża t-telf ta’ xi kontenut ta’ zokkor.

Illum il-ġurnata, il-maqjel tal-ifrat jiġi ġestit b’mod differenti ħafna, li jfisser li r-riskju li l-ħwat u t-tagħmir tar-razzett jitħammġu – oriġinarjament waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex kienet irrakkomandata kawtela estrema fl-użu tal-melassa ġewwa l-maqjel – issa jista’ jiġi ġestit faċilment.

-   Artikolu 6: “Materja prima f’għalf li ma huwiex foraġġ”

Il-paragrafi li ġejjin: Dawn li ġejjin jistgħu jintużaw ukoll f’għalf kompost komplementari:

ħarrub sa kwantità massima ta’ 3 %;

melassa sa kwantità massima ta’ 3 %.

L-għoti ta’ għalf fil-forma ta’ blokok tal-melassa, inkluż f’forma mfarrka, huwa permess sa massimu ta’ 1 kg għal kull annimal kuljum. Madankollu, l-użu ta’ blokok tal-melassa ma huwiex kompatibbli mal-użu ta’ għalf li fih il-melassa.

Prodotti bbażati fuq iz-zokkor u/jew prodotti bbażati fuq il-glikol propileniku u l-gliċerol huma permessi wkoll, jew f’forma likwida jew imħallta mal-għalf, sa massimu ta’ 300 g għal kull annimal kuljum.

ġew emendati biex jaqraw:

Il-melassa tal-ħarrub, tal-pitravi u tal-kannamieli, l-estratt tax-xgħir, il-glikol propileniku u l-gliċerol jistgħu jintużaw ukoll f’għalf kompost komplementari sa kwantità totali massima ta’ 6 %.

L-użu ta’ prodotti bbażati fuq iz-zokkor, inklużi dawk f’forma likwida jew f’forma bbażata fuq il-melassa (melassa tal-kannamieli jew tal-pitravi), l-estratt tax-xgħir, il-glikol propileniku u l-gliċerol, fid-dieti tal-baqar tal-ħalib, kemm jekk mogħtija lil baqar individwali kif ukoll jekk miżjuda mar-razzjon imħallat totali, huwa limitat għal 800 g għal kull annimal kuljum. Dawn il-prodotti ma jistgħux jingħataw mal-ilma tax-xorb.

L-artikolu sempliċement jgħaqqad il-limiti fuq il-ħarrub u l-melassa (u prodotti simili oħra taz-zokkor), li qabel kienu maqsuma fi 3 % melassa + 3 % ħarrub, f’limitu globali wieħed ta’ 6 %.

L-użu tal-prodotti taz-zokkor, inklużi l-melassi li qabel kienu pprojbiti mill-Artikolu 5, ġie estiż minn blokok tal-melassa biss għal grupp usa’ ta’ prodotti simili u regolat bl-iffissar ta’ limitu massimu ta’ kuljum li huwa kkunsidrat xieraq biex jissupplimenta r-razzjonjiet b’fibra għolja li huma tipiċi tal-katina tal-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano”.

L-użu ta’ dawn il-prodotti huwa partikolarment adatt illum meta mqabbel ma’ meta ġiet abbozzata l-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, minħabba li r-razzjon imħallat totali issa qiegħed jintuża b’mod mifrux, u dawn jistgħu jwettqu funzjoni utli: huma jgħaqqdu r-razzjon u jagħmluh inqas qisu trab, li jirriżulta f’taħlita aktar omoġenja u f’ambjent tal-maqjel aktar iġjeniku.

Il-ħames paragrafu: Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, prodotti u għalf oħra permessi mil-leġiżlazzjoni attwali għall-użu fil-baqar tal-ħalib jistgħu jintużaw ukoll diment li dawn jiġu ttestjati mill-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano”, li għandu jinnotifika lill-korpi kompetenti ladarba jkun ivverifika l-kompatibbiltà ta’ dawn il-prodotti u għalf.

issa huwa r-raba’ paragrafu u ġie emendat biex jaqra:

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, prodotti u għalf oħra permessi mil-leġiżlazzjoni attwali għall-użu fil-baqar tal-ħalib jistgħu jintużaw ukoll diment li dawn jiġu vvalutati mill-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano Reggiano”, li għandu jinnotifika lill-korpi kompetenti ladarba jkun ivverifika l-kompatibbiltà ta’ dawn il-prodotti u għalf mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2.

Fir-rigward tal-projbizzjoni tal-użu ta’ ċerta materja prima f’għalf u prodotti mhux tal-foraġġ għat-tmigħ tal-baqar tal-ħalib, it-terminu “ittestjar” inbidel għal “valutazzjoni”. Issa huwa speċifikat li l-kompatibbiltà għandha tiġi vverifikata skont il-“Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għalf” stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar.

-   Artikolu 7: “L-użu ta’ għalf komplementari sempliċi u kompost, arrikkit u mhux arrikkit”

Ir-raba’ paragrafu tħassar. Dan kien jaqra: Il-kwantità totali ta’ xaħam mhux raffinat minn prodotti u prodotti sekondarji tas-sojja, il-kittien, il-ġirasol, ir-raħs tal-qamħirrum u r-raħs tal-qamħ ma tridx taqbeż it-300 g għal kull annimal kuljum.

Mingħajr ma jinbidel ir-raġunament sottostanti għal dan ir-rekwiżit speċifiku jew l-approċċ ġenerali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-użu tax-xaħmijiet – li jridu jiġu regolati b’mod strett – il-metodu ta’ hawn fuq biex tiġi kkwantifikata l-kontribuzzjoni tax-xaħam ta’ ċerti ingredjenti użati biex isir l-għalf mhux għall-foraġġ ġie sostitwit bil-metodu deskritt fl-aħħar paragrafu sabiex il-verifiki jsiru aktar fattibbli, peress li huwa estremament diffiċli li ssir distinzjoni bejn ix-xaħmijiet ipprovduti minn “prodotti u prodotti sekondarji tas-sojja, tal-kittien, tal-ġirasol, tar-raħs tal-qamħirrum u tar-raħs tal-qamħ” waħedhom, u ħafna aktar faċli li tiġi ċċekkjata l-kwantità tax-xaħam totali amministrata, kemm f’termini ta’ dokumenti (abbażi ta’ skedi ta’ informazzjoni dwar l-għalf jew l-ingredjenti mqiegħda fil-mikser TMR) kif ukoll minn perspettiva analitika.

Dan li ġej, li qabel kien it-tieni paragrafu tal-Artikolu 8, tmexxa hawnhekk biex sar ir-raba’ paragrafu: Il-baqar tal-ħalib ma jistgħux jiġu mitmugħin sapun jew xaħam li joriġina mill-annimali jew mill-ħxejjex (żejt, xaħam tad-dam, xaħam, butir), la direttament u lanqas bħala ingredjent fl-għalf.

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 8: Jistgħu jintużaw lipidi ta’ oriġini veġetali biex iġorru u jipproteġu l-mikronutrijenti, sa kwantità massima ta’ 100 g għal kull annimal kuljum.

issa huwa l-ħames paragrafu tal-Artikolu 7 u ġie emendat kif ġej:

Iż-żjut veġetali u xaħmijiet ta’ kwalunkwe tip jew forma jistgħu jintużaw biss bħala trasportaturi tat-taħlita lesta u għall-protezzjoni tal-aċidi amminiċi, il-vitamini, il-minerali u nutrijenti oħra sa kwantità massima ta’ 50 g għal kull annimal kuljum.

Il-bidliet fit-test li kienu fl-Artikolu 8 jikkonsistu mill-bidla ta’ “lipidi ta’ oriġini veġetali” u “mikronutrijenti” għal “żjut u xaħmijiet veġetali” u “aċidi amminiċi, vitamini, minerali u nutrijenti oħra” rispettivament, peress li huma termini aktar eżawrjenti.

Il-limitu taż-żjut veġetali u x-xaħmijiet miżjudin “kif inhuma” fi kwalunkwe tip jew forma jitnaqqas minn 100 g għal 50 g għal kull annimal kuljum minħabba li dawn is-sustanzi jrid ikollhom il-funzjoni unika li jipproteġu l-aċidi amminiċi, il-vitamini, il-minerali u nutrijenti oħra, minflok ma jintużaw bħala mod kif jiżdiedu bil-moħbi xaħmijiet li normalment huma pprojbiti, prattika li ssir inutli bit-tnaqqis tal-kwantità globali, filwaqt li jinżamm l-użu tagħhom bħala trasportatur għall-aċidi amminiċi bħall-metijonina jew vitamini bħall-kolina.

Żdied dan li ġej bħala s-sitt paragrafu: Sabiex tiġi evitata l-interferenza negattiva mal-fermentazzjoni ruminali u d-deterjorament tal-kwalità tal-ħalib, l-ammont ta’ kuljum ta’ lipidi (stmati bħala estratt tal-etere) mogħti lill-baqar tal-ħalib:

ma jridx ikun aktar minn 4,0 % tal-materja niexfa totali;

ma jridx jaqbeż is-700 g f’termini tal-kwantità amministrata permezz ta’ għalf mhux għall-foraġġ kif definit fl-Artikolu 2 ta’ dawn ir-Regoli.

Il-limitu massimu ta’ kuljum tal-lipidi li jistgħu jiġu amministrati lill-baqar tal-ħalib permezz tal-prodotti permessi ġie stabbilit għal 4 % tal-materja niexfa totali fir-razzjon. Dan il-limitu globali jintlaħaq permezz tal-limitu fuq ix-xaħam amministrat permezz ta’ għalf mhux għall-foraġġ. Minflok limitu ta’ 300 g fuq ix-xaħam li jista’ jiġi amministrat permezz ta’ żrieragħ taż-żejt (is-sojja, il-kittien, il-ġirasol, ir-raħs tal-qamħirrum u r-raħs tal-qamħ), li kien diffiċli ħafna li jiġi vverifikat, dan ġie sostitwit b’limitu ta’ 700 g ta’ xaħmijiet li jistgħu jiġu amministrati f’għalf mhux għall-foraġġ permezz tax-xaħmijiet preżenti b’mod naturali fil-materjali tal-għalf kollha (għalhekk inkluż ukoll il-qamħirrum, pereżempju).

-   Artikolu 8: “Materjali tal-għalf ipprojbiti u prodotti pprojbiti”

Dan li ġej mill-ewwel punt tal-ewwel paragrafu: l-ikel kollu li joriġina mill-annimali: frakass tal-fdal tal-ħut, laħam, demm, plażma, rix, prodotti sekondarji mixxellanji għall-qatla u prodotti sekondarji mnixxfa mill-ipproċessar tal-ħalib u tal-bajd;

ġie emendat biex jaqra:

l-ikel kollu li joriġina mill-annimali: frakass tal-fdal tal-ħut, laħam, demm, plażma, rix, prodotti sekondarji mixxellanji għall-qatla kif ukoll prodotti sekondarji mnixxfa mill-ipproċessar tal-ħalib u tal-bajd;

It-test ġie riformulat bis-sostituzzjoni tal-konġunzjoni u b’kif ukoll.

Fit-tmien punt tal-ewwel paragrafu, alka mrobbija nbidlet għal alka biss, peress li l-oriġini tagħha ma tistax tiġi vverifikata u minħabba li l-prodotti attwalment fis-suq u għalhekk soġġetti għar-regoli fis-seħħ jiggarantixxu livelli suffiċjenti ta’ sikurezza ġenerali.

Dan li ġej mit-tieni punt tar-raba’ paragrafu: l-antiossidanti idrossianiżol butilat, idrossitoluwen butilat u etossikina.

issa huwa t-tieni punt tat-tieni paragrafu u ġie emendat biex jaqra:

l-antiossidanti idrossianiżol butilat, idrossitoluwen butilat u etossikina, sakemm ma jingħatawx ma’ vitamini għal skopijiet teknoloġiċi bħala aġenti stabilizzanti.

L-espressjoni “sakemm ma jingħatawx ma’ vitamini għal skopijiet teknoloġiċi bħala aġenti stabbilizzanti” ġiet miżjuda minħabba li l-antiossidanti elenkati fil-fatt dejjem intużaw fl-għalf b’dan il-mod, peress li jinsabu fit-taħlitiet lesti tal-vitamini li jużaw l-imtieħen tal-għalf biex jipproduċu l-għalf, sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kwalità tal-vitamini li jinħallu fix-xaħam, bħall-vitamina A (li hija ossidizzata faċilment u għalhekk ma tistax tintuża mingħajr aġenti stabilizzanti). Madankollu, emendi reċenti għal-leġiżlazzjoni jfissru li l-ingredjenti għandhom jiġu elenkati fuq il-prodott aħħari, li jfisser li jistgħu jidhru fuq fuljetti ta’ tagħrif, li jwasslu għal nuqqas ta’ konformità apparenti anki jekk is-sitwazzjoni fil-fatt ma tkunx inbidlet.

Għalhekk, it-test ġie adattat biex jirrifletti l-fatt li l-liġi tirrikjedi li dawn il-prodotti jiġu elenkati fil-fuljetti ta’ tagħrif meta jintużaw f’taħlitiet lesti. Madankollu, tibqa’ l-projbizzjoni fuq dawn il-prodotti bħala ingredjenti awtonomi fl-għalf, peress li l-intenzjoni wara dik ir-regola hija li dawn ma jitħallewx jintużaw bħala soluzzjoni għall-problemi li jirriżultaw mill-użu ta’ materjali tal-għalf ta’ kwalità baxxa.

-   Artikolu 9: “Bhejjem li joriġinaw minn setturi oħra tal-produzzjoni”

L-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 9:

Il-baqar tal-ħalib minn ktajjen tal-produzzjoni għajr il-katina “Parmigiano Reggiano” ma jistgħux jiġu introdotti fl-ambjenti li fihom jinżammu l-baqar tal-ħalib u l-baqar xotti sa mill-inqas 4 xhur wara l-wasla tagħhom fl-azjenda.

Matul dan il-perjodu, il-baqar tal-ħalib iridu jiġu mitmugħin f’konformità ma’ dawn ir-Regoli u kwalunkwe ħalib li jipproduċu ma jistax jiġi kkonsenjat lill-imħaleb tal-ġobon.

ġew emendati biex jaqraw:

L-introduzzjoni tal-bhejjem minn ktajjen tal-produzzjoni għajr il-katina tal-“Parmigiano Reggiano”, u għalhekk mhux inklużi fis-sistema tal-kontroll, f’imħaleb jew f’unitajiet ta’ stokkjar mill-ġdid trid isseħħ mhux aktar tard mill-jum li fih l-annimal jagħlaq 10 xhur.

Din l-emenda ġiet inkluża fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

L-elementi ewlenin li jagħmlu l-ġobon “Parmigiano Reggiano” uniku jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

It-territorju: dan għandu jinftiehem f’termini ta’ ħamrija, arja u ilma u huwa essenzjali għall-kapaċità tiegħu li jiġġenera l-għalf għall-bhejjem u jżomm attiva l-mikroflora “tajba” li hija kruċjali għall-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon. B’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ silaġġ ta’ kwalunkwe tip għall-baqar tal-ħalib u r-rwol tal-foraġġ minn mergħat bħal bwar permanenti u temporanji huma rikonoxxuti bħala elementi ewlenin għall-preżervazzjoni ta’ dan it-territorju. Il-bilanċ mikrobijoloġiku delikat meħtieġ għall-produzzjoni tal-ġobon jista’ jiġi ppreżervat biss permezz ta’ ġestjoni bir-reqqa tal-ħamrija, tal-maqjel tal-ifrat u tal-imħaleb tal-ġobon.

Il-bhejjem: il-ġestjoni tal-bhejjem, b’mod partikolari n-nutrizzjoni xierqa, tgħin lill-annimali jiżviluppaw il-kapaċità li jittrasformaw ir-razzjonjiet li jiġu mitmugħa f’ħalib, ir-rispons produttiv tagħhom, is-saħħa u l-lonġevità. Għalhekk jagħmel sens li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tinkoraġġixxi aktar enfasi fuq dawn il-kwistjonijiet, inkluż meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida.

Mikroorganiżmi “tajbin” għall-produzzjoni tal-ġobon: dawn minn dejjem kienu meqjusa li għandhom rwol essenzjali biex jagħmlu l-ġobon “Parmigiano Reggiano” uniku.

Ir-regoli kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali huma mfassla biex jippromwovu ħabitat mikrobijoloġiku favorevoli mill-għalqa sal-farm sal-maħleb. B’mod partikolari, il-projbizzjoni tas-silaġġ ta’ kull tip fit-trobbija tal-għoġġiela nisa, l-erieħ sas-6 xahar tal-ġestazzjoni u l-baqar tal-ħalib, flimkien ma’ dieta bbażata fuq il-ħuxlief, jiffurmaw il-pedamenti ta’ approċċ għall-għażla tal-flora speċifika għaż-żona tal-produzzjoni “Parmigiano Reggiano”, f’termini kemm tal-flora “tajba” kif ukoll ta’ dik “ħażina”.

Abbażi ta’ dawn il-prinċipji fundamentali qosra, huwa kkunsidrat importanti li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tevolvi u tistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni tal-għoġġiela u l-erieħ nisa li, ladarba jimmaturaw, jipproduċu ħalib biex isir ġobon. Għal żmien twil, ir-regoli dwar id-dieta mitmugħa lill-baqar tal-ħalib fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ilhom japplikaw ukoll għall-baqar xotti u l-erieħ mis-6 xahar tal-ġestazzjoni ’l quddiem. Dawn ir-regoli ma humiex immirati biss lejn il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe deterjorament fil-karatteristiċi tal-kwalità tal-ħalib, peress li dawn l-aħħar żewġ kategoriji ma jipproduċux ħalib, iżda wkoll (u fuq kollox) biex jiggwidaw lill-produtturi lejn mudell tal-biedja li jkun konsistenti mal-pedamenti bażiċi: il-projbizzjoni fuq l-użu tas-silaġġ, razzjonjiet ibbażati fuq il-ħuxlief, l-abbiltà ruminali tal-ipproċessar tal-fibra u l-enfasi fuq l-ifrat kollha fir-razzett. Kif diġà ssemma, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali testendi l-projbizzjoni fuq l-użu u l-pussess taa-silaġġ ta’ kull tip għat-trobbija ta’ għoġġiela u erieħ nisa sas-6 xahar tal-ġestazzjoni.

L-għan ewlieni wara t-talba ta’ emenda li permezz tagħha l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe bhima minn ktajjen oħra tal-produzzjoni f’razzett li jipproduċi l-ħalib, jew fl-unitajiet, elenkati fis-sistema ta’ kontroll, li fuqhom jitwettqu l-attivitajiet speċifiċi ta’ stokkjar mill-ġdid ta’ razzett li jipproduċi l-ħalib, għandha sseħħ sal-età ta’ 10 xhur biex ittejjeb u żżid il-kapaċità tal-baqra li tadatta għal ħajjitha kollha għad-dieta tipika tal-azjendi inklużi fis-sistema ta’ kontroll tad-DOP “Parmigiano Reggiano” u li diġà tiġi mitmugħa lill-baqar imrobbija direttament fiż-żona tal-produzzjoni, bl-użu tal-foraġġ u l-projbizzjoni tat-tagħlif bis-silaġġ.

Filwaqt li teoretikament dawn l-annimali għandhom idealment jiddaħħlu fl-azjendi agrikoli hekk kif jinfatmu sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal ħajjithom kollha għad-dieta tipika tal-farms inklużi fis-sistema ta’ kontroll għad-DOP “Parmigiano Reggiano”, l-età ta’ 10 xhur hija kkunsidrata kmieni biżżejjed biex jinkiseb titjib ċar fis-sitwazzjoni skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali. Din il-proposta tirrappreżenta kompromess ġust, li jevita li jimponi piż ekonomiku kbir fuq dawk li bħalissa qegħdin irabbu bhejjem żgħar barra mill-katina tal-produzzjoni tad-DOP “Parmigiano Reggiano”.

Barra minn hekk, fid-dawl tat-tendenza ġenerali li l-erieħ jittaqqlu f’età dejjem aktar bikrija, f’xi każijiet qrib it-12-il xahar, ir-rekwiżit li l-annimali jiġu introdotti sal-età ta’ 10 xhur jiżgura li l-fertilizzazzjoni sseħħ fil-farms fil-katina tal-produzzjoni tad-DOP bil-għan ta’ titjib ġenetiku.

Ir-rekwiżit li l-ifrat jingħataw dieta mingħajr silaġġ mill-10 xahar tal-ħajja tagħhom għandu l-għan li jiżgura li r-rumens tagħhom jiżviluppaw bil-ħuxlief, li jfisser li jistgħu jkunu mistennija li jiżviluppaw karatteristiċi anatomiċi u istoloġiċi li huma aktar adatti għall-istadju sussegwenti tal-produzzjoni tal-ħalib, li jfisser li l-baqar se jiffunzjonaw aħjar b’dak it-tip ta’ dieta. Huwa maħsub b’mod mifrux li t-tmigħ tal-għoġġiela nisa u l-erieħ ta’ dieta bbażata fuq l-użu predominanti tal-foraġġ niexef, minflok is-silaġġ, għandu influwenza pożittiva fuq l-iżvilupp morfoloġiku tagħhom, u jirriżulta f’fond addominali akbar u f’kapaċità ta’ inġestjoni akbar, u tnaqqis fir-riskju ta’ kopertura ta’ xaħam eċċessiva (xi ħaġa li l-użu ħażin tas-silaġġ tal-qamħirrum huwa partikolarment suxxettibbli li jikkawża).

Riċerka reċenti sabet li t-tmigħ tal-ħuxlief lill-erieħ iġib miegħu benefiċċji f’termini tal-konsum tal-materja niexfa u t-tkabbir, u li l-konsum tal-ħuxlief aktar milli tas-silaġġ għandu impatt pożittiv fuq il-kapaċità tal-utilizzazzjoni tal-foraġġ tal-annimal, aktarx bħala riżultat ta’ żvilupp morfofunzjonali aħjar tar-rumen tal-erieħ li jkunu qed jikbru. Għandu jingħad ukoll li l-użu ta’ razzjonjiet li huma aċidoġeniċi minħabba żbilanċ qawwi favur il-lamtu huwa pprojbit, peress li r-razzjonjiet ibbażati fuq is-silaġġ taċ-ċereali (u b’mod partikolari fuq is-silaġġ tal-qamħirrum) tipikament għandhom tendenza li jistgħu jikkawżaw ħsara fit-tessuti fil-mukuża ruminali (erożjoni) u fil-fwied (axxessi). Din il-ħsara, li hija irriversibbli, tagħmel lill-annimali aktar suxxettibbli għal mard ieħor u inqas effiċjenti fl-ipproċessar tar-razzjonjiet ibbażati fuq foraġġ imdaqqas b’ammont kbir ta’ fibra, bħar-razzjonjiet ibbażati fuq il-ħuxlief li huma tipiċi tal-irziezet inklużi fis-sistema ta’ kontroll tad-DOP “Parmigiano Reggiano”. Din il-ħsara hija rari ħafna f’annimali li d-dieta tagħhom hija bbażata fuq foraġġ mhux insilat, b’mod partikolari l-ħuxlief.

Meta mqabbel mal-użu tas-silaġġ, it-tmigħ tal-erieħ b’foraġġ frisk u ħuxlief inaqqas ukoll b’mod drastiku r-riskju li jibilgħu mikotossini, li l-effetti potenzjali tagħhom jinkludu indeboliment fis-sistema immunitarja tal-annimal, li tagħmlu aktar suxxettibbli għall-mard u b’hekk tnaqqas il-lonġevità tiegħu.

Din l-emenda tfittex ukoll li ttejjeb il-kontrolli fis-sistema tal-produzzjoni ċċertifikata tal-ġobon Parmigiano Reggiano, u tagħti lill-konsumatur aħħari assigurazzjoni akbar li l-prodott jikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment tipprojbixxi l-użu u l-pussess ta’ silaġġ ta’ kwalunkwe tip fit-trobbija ta’ għoġġiela nisa, erieħ sas-6 xahar tal-ġestazzjoni, u baqar tal-ħalib. Ir-rekwiżit tal-“kwarantina” stipulat fl-Artikolu 9 tar-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali huwa mmirat speċifikament biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ispori fl-ambjent li fih jinżammu l-baqar tal-ħalib li l-ħalib tagħhom jintuża biex isir il-“Parmigiano Reggiano”, u huwa għalhekk li matul dan il-perjodu ta’ “kwarantina” l-operaturi huma meħtieġa jisseparaw b’mod xieraq il-baqar minn ktajjen tal-produzzjoni għajr il-katina tal-“Parmigiano Reggiano”, iżommu l-ħalib tagħhom separat u jżommu r-rekords tal-irziezet rilevanti.

Maż-żmien, il-kontrolli mwettqa biex jiġi żgurat li r-regoli tal-“kwarantina” qed jiġu segwiti f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali wrew bosta nuqqasijiet fir-rispett tar-rekwiżit tal-“kwarantina” fit-termini stabbiliti fil-pjan ta’ kontroll għad-DOP “Parmigiano Reggiano”.

B’mod aktar speċifiku, il-korp ta’ kontroll awtorizzat tad-DOP “Parmigiano Reggiano” sab 12-il każ ta’ “nuqqas ta’ konformità maġġuri” fil-kontrolli tal-konformità mar-rekwiżit tal-“kwarantina” bejn l-2012 u l-2017. Dawn il-każijiet ta’ “nuqqas ta’ konformità maġġuri” wasslu għall-konsegwenzi stabbiliti fit-“tabella ta’ kontroll” marbuta mal-ġestjoni tal-materja prima u, b’mod partikolari, mal-esklużjoni tal-prodott mid-DOP, kif ukoll l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju mill-operaturi affettwati sabiex jiġu eliminati l-kawża jew il-kawżi. Fl-istess perjodu, il-korp ta’ kontroll awtorizzat sab 639 każ ta’ “nuqqas ta’ konformità minuri” li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju mill-operaturi affettwati sabiex jiġu eliminati l-kawża jew il-kawżi.

Barra minn hekk, il-każijiet ta’ “nuqqas ta’ konformità maġġuri” rreġistrati fl-2018 (5) u fl-2019 (4) juru żieda proporzjonali fuq il-perjodu preċedenti (2012-2017), li jimplika li dan qed isir aktar komuni.

Ir-rekwiżit li l-baqar jiddaħħlu fil-katina sal-età ta’ 10 xhur ikun, l-ewwel nett, ħafna aktar faċli għall-korp ta’ kontroll awtorizzat biex jivverifika dan, peress li l-età tal-annimal (mit-twelid) tista’ tinstab faċilment mill-bażijiet tad-data, filwaqt li l-kontrolli attwali tal-“kwarantina” jiffokaw fuq stadju fil-ħajja tal-baqra (is-6 xahar tal-ġestazzjoni, il-perjodu tal-ħlib jew il-perjodu xott) li jvarja skont meta tkun bdiet it-tqala.

Barra minn hekk, il-“kwarantina” kif inhi mifhuma attwalment ma tibqax meħtieġa peress li, kif diġà ssemma, mill-età ta’ 10 xhur il-baqra jkollha biżżejjed żmien biex tadatta għad-dieta tipika (minħabba li, bħala medja, ikun għad fadal madwar 12 sa 14-il xahar oħra qabel ma tibda tipproduċi l-ħalib) u ma jkun hemm l-ebda riskju li l-operatur jimmaniġġa ħażin is-segregazzjoni tal-annimali fi “kwarantina” u l-flussi tal-ħalib tagħhom li jistgħu jikkawżaw problemi bil-ġobon (xi ħaġa li tista’ sseħħ bħalissa jekk baqra tkun diġà qed tredda’ meta tiddaħħal fil-farm).

-   Artikolu 10: “Dħul ta’ rziezet ġodda fil-katina tal-produzzjoni”

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 9: L-azjendi agrikoli li ma jappartjenux għall-katina tal-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” ma humiex awtorizzati jipprovdu l-ħalib sa mill-inqas 4 xhur wara ż-żjara tal-ispezzjoni.

issa huwa l-Artikolu 10, intitolat “Dħul ta’ farms ġodda fil-katina tal-produzzjoni” u ġie emendat kif ġej:

L-azjendi agrikoli li ma jappartjenux għas-sistema tal-produzzjoni tal-“Parmigiano Reggiano” ma humiex awtorizzati jipprovdu l-ħalib sa mill-inqas 4 xhur wara l-ispezzjoni mill-korp ta’ kontroll awtorizzat.

It-test issa jispeċifika li l-parti responsabbli mill-kontroll tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti hija l-korp ta’ kontroll.

-   Artikolu 11

L-Artikolu 10 issa huwa l-Artikolu 11, li jżomm it-titolu “Għalf b’razzjon imħallat totali”.

-   Artikolu 12: “Prodotti u teknoloġija ġodda”

Artikolu 11: Kwalunkwe użu ta’ oġġetti tal-ikel mhux koperti minn dawn ir-Regoli, varjazzjonijiet fil-kwantitajiet preskritti jew l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ preparazzjoni u amministrazzjoni mhux stabbiliti hawnhekk huma soġġetti għal riżultat pożittiv fit-testijiet u l-istudji vvalutati mill-Konsorzju “Parmigiano-Reggiano”. Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, tista’ ssir applikazzjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li għandha tiġi emendata skont dan.

issa huwa l-Artikolu 12 u ġie emendat kif ġej:

Kwalunkwe użu ta’ oġġetti tal-ikel mhux koperti minn dawn ir-Regoli, varjazzjonijiet fil-kwantitajiet preskritti jew l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ preparazzjoni u amministrazzjoni mhux stabbiliti hawnhekk huma soġġetti għal riżultat pożittiv fit-testijiet u l-istudji vvalutati mill-Konsorzju tal-Ġobon “Parmigiano-Reggiano”. Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, kif ukoll jekk jiġi adottat abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, dan irid jiżdied mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott meta jerġa’ jiġi emendat.

Huwa speċifikat li kwalunkwe użu ta’ għalf u teknoloġija tal-annimali mhux koperti mir-Regoli dwar it-Tmigħ tal-Baqar, varjazzjonijiet fil-kwantitajiet preskritti jew l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ preparazzjoni u amministrazzjoni jrid l-ewwel ikollu riżultat pożittiv fit-testijiet u l-istudji vvalutati mill-Konsorzju. Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, kif ukoll jekk jiġi adottat abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, dawn iridu (mhux aktar “jistgħu”) jiżdiedu mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-ħin li jkun imiss li tiġi emendata.

Fl-aħħar nett, iddaħħlet il-kelma “Ġobon” biex jingħata l-isem proprju tal-Konsorzju.

DOKUMENT UNIKU

“Parmigiano Reggiano”

Nru tal-UE: PDO-IT-0016-AM06 — 2.12.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Parmigiano Reggiano”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Parmigiano Reggiano” huwa ġobon iebes, magħmul minn baqta msajra, u mmaturat bil-mod, li huwa magħmul minn ħalib tal-baqar mhux ipproċessat, li jiġi parzjalment xkumat billi l-krema titħalla titla’ fil-wiċċ. Il-ħalib ma jrid isirlu l-ebda trattament bis-sħana jew trattament fiżiku jew mekkaniku u jrid jiġi minn baqar tal-ħalib mitmugħa primarjament foraġġ miż-żona ta’ oriġini. Il-ġobon irid jiġi mmaturat għal mill-inqas 12-il xahar. Il-“Parmigiano Reggiano” jista’ jinbiegħ f’roti sħaħ, maqtugħ f’porzjonijiet jew maħkuk.

Il-“Parmigiano Reggiano” ma jistax ikun soġġett għal kwalunkwe trattament li jxekkel il-karatteristiċi kimiċi/fiżiċi jew organolettiċi tiegħu u għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

roti tal-ġobon bi ġnub kemxejn konvessi jew kważi dritti b’tarf kemxejn imqabbeż fuq l-uċuħ ċatti;

qisien: ir-roti għandhom dijametru ta’ 35-43 cm tul l-uċuħ ċatti u għoli ta’ 20-26 cm;

piż minimu: 30 kg għal kull rota;

il-kulur tal-qoxra: lewn it-tiben naturali, li jista’ jinbidel maż-żmien;

il-ħxuna tal-qoxra: madwar 6 mm;

il-kulur tal-pejst tal-ġobon: minn lewn it-tiben ċar sa lewn it-tiben;

l-aroma u t-togħma karatteristiċi tal-pejst: ifuħu, delikati u b’togħma rikka mingħajr ma tkun qawwija wisq;

is-sawra tal-pejst: fina u titfarrak;

il-kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa: 32 %;

l-ebda addittivi;

il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin taċ-ċiklopropan: inqas minn 22 mg għal kull 100 g ta’ xaħam (li diġà jqsiu l-inċertezza tal-kejl, iddeterminata mill-kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa [CG-MS]).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

It-trobbija ta’ baqar tal-ħalib ta’ sostituzzjoni (“stokkjar mill-ġdid”) trid titwettaq fiż-żona ġeografika ddefinita u għandha tiġi inkluża fis-sistema ta’ kontroll bħala attività speċifika ta’ maħleb. L-użu u l-pussess ta’ silaġġ ta’ kull tip huma pprojbiti.

L-introduzzjoni tal-bhejjem minn ktajjen tal-produzzjoni għajr il-katina tal-“Parmigiano Reggiano”, u għalhekk mhux inklużi fis-sistema tal-kontroll, f’imħaleb jew f’farms ta’ stokkjar mill-ġdid trid isseħħ mhux aktar tard mill-jum li fih l-annimal jagħlaq 10 xhur.

L-irziezet li jipproduċu l-ħalib li kellhom attivitajiet ta’ stokkjar barra ż-żona ġeografika ddefinita fil-5 ta’ Jannar 2021 jistgħu jkomplu jwettqu din l-attività barra miż-żona ta’ oriġini sakemm din tkun inkluża fis-sistema ta’ kontroll.

Id-dieta tal-baqar tal-ħalib hija bbażata fuq foraġġ miż-żona ġeografika ddefinita u hija speċifikata skont il-kwantità u l-kwalità.

Tal-anqas 75 % tal-foraġġ niexef irid ikun ġie prodott fiż-żona ġeografika.

L-għalf mhux għall-foraġġ ma jistax jikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon.

L-użu u l-pussess ta’ silaġġ ta’ kwalunkwe tip huma pprojbiti.

Ħalib tal-baqar, melħ, tames tal-għoġol.

Il-ħalib irid jiġi prodott f’irziezet li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita u li huma inklużi fis-sistema ta’ kontroll.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-ħalib irid jiġi magħmul f’ġobon fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-ħalib mit-taħlib ta’ filgħaxija u ta’ filgħodu jintbagħat lill-maħleb mhux ipproċessat u mhux ittrattat, skont l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott. Il-ħalib mit-taħlib ta’ filgħodu jitqiegħed fi btieti tar-ram u jitħallat mal-ħalib tal-lejl ta’ qabel, parzjalment xkumat billi l-krema titħalla titla’ fil-wiċċ. Il-proporzjon ta’ xaħam-kaseina tal-ħalib fil-btieti tat-tisħin, ikkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-lottijiet tal-btieti kollha fil-produzzjoni ta’ ġurnata partikolari, ma jistax jaqbeż 1,10 + 10 %. Mal-ħalib jiżdied starter kontinwu tax-xorrox, kultura naturali ta’ batterji tal-aċidu lattiku miksuba billi x-xorrox “ħelu” li jkun fadal minn operazzjonijiet preċedenti ta’ produzzjoni tal-ġobon jitħalla jiffermenta spontanjament f’kundizzjonijiet ta’ temperatura kkontrollata. L-użu ta’ kulturi starter kummerċjali ma huwiex permess. Wara l-koagulazzjoni, li għaliha jista’ jintuża biss it-tames tal-għoġol, il-baqta tinqasam u tinstamat. Wara s-sedimentazzjoni tal-massa tal-ġobon din tiġi ttrasferita f’forom. Il-ġobon imbagħad jiġi mmarkat. Wara ftit jiem, jibda l-proċess tal-preżervazzjoni fis-salmura u mbagħad tal-maturazzjoni li għandha ddum tal-anqas 12-il xahar. Il-ġobnijiet jistgħu jiġu mmaturati fuq xkafef tal-injam.

Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar irid iseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

Wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, issir spezzjoni tal-kwalità biex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Parmigiano Reggiano” jista’ jinbiegħ f’roti sħaħ, maqtugħ f’porzjonijiet jew maħkuk.

Fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-“Parmigiano Reggiano” li jitqiegħed fis-suq ippakkjat minn qabel, maħkuk jew f’porzjonijiet, it-taħkik, it-tqattigħ f’porzjonijiet u l-imballaġġ suċċessiv iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita. Dan huwa meħtieġ minħabba li l-marki li jidentifikaw ġobna sħiħa bħala “Parmigiano Reggiano” jintilfu jew ma jkunux viżibbli fuq il-ġobon maħkuk jew maqtugħ f’porzjonijiet, u għalhekk hemm bżonn li tkun garantita l-oriġini tal-prodott ippakkjat minn qabel. Dan huwa meħtieġ ukoll minħabba li l-ġobon jeħtieġ li jiġi ppakkjat malajr wara li jinqata’ f’biċċiet u bl-użu ta’ proċeduri li ma jħalluhx jinxef jew jiġi ossidizzat, jew milli jitlef il-karatteristiċi organolettiċi oriġinali tiegħu tal-“Parmigiano Reggiano”. Il-ftuħ u t-tqattigħ ta’ forma ta’ ġobon iċaħħdu l-ġobon mill-protezzjoni naturali mogħtija mill-qoxra, li – minħabba li hija stess tkun deidratata sew – tiżola tajjeb ħafna l-ġobon mill-ambjent tal-madwar.

It-taħkik jista’ jsir biss fuq ġobnijiet sħaħ bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Parmigiano Reggiano”. Irid jiġi ppakkjat immedjatament wara t-taħkik u ma jistax ikun soġġett għal xi pproċessar jew ikollu xi sustanza miżjuda miegħu. Madankollu, l-użu ta’ “trimmings” huwa permess ukoll skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Il-kontenut tal-qoxra fil-ġobon Parmigiano Reggiano maħkuk ma jridx ikun aktar minn 18 % skont il-piż.

Il-biċċiet tal-“Parmigiano Reggiano” li jifdal mill-qtugħ, li għandhom jintużaw minn operaturi fi ħdan is-sistema ta’ kontroll biex jitħejjew formati oħra, jissejħu “trimmings”.

It-taħkik, il-qtugħ f’porzjonijiet, u l-ippakkjar minn qabel għall-bejgħ dirett jistgħu jitwettqu fil-ħanut tal-bejgħ bl-imnut biss għall-fini tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-marki tal-identità li jinstabu fuq kull ġobna “Parmigiano Reggiano” huma l-kliem “Parmigiano Reggiano” b’ittri bit-tikek, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tal-maħleb li pproduċih, is-sena u x-xahar tal-produzzjoni u l-abbrevjazzjoni DOP, stampati madwar il-ġnub tar-rota tal-ġobon bl-użu ta’ strixxa ta’ stensil, timbru ovali bil-kliem “Parmigiano Reggiano Consorzio Tutela” (“Konsorzju għall-Protezzjoni tal-‘Parmigiano Reggiano’”), diska tal-kaseina jew sistema ekwivalenti li tiżgura l-identifikazzjoni unika ta’ kull ġobna u t-timbru tat-tieni kategorija għall-ġobnijiet ta’ dik il-kategorija.

Il-ġobon “Parmigiano Reggiano” ppakkjat minn qabel, maħkuk u maqtugħ f’porzjonijiet imqiegħed fis-suq huwa identifikat b’logo li fih stampa stilizzata ta’ porzjon u rota tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” fuq il-kliem “PARMIGIANO REGGIANO”.

Image 3

Dan il-logo, li huwa parti obbligatorja tat-tikketta, irid ikun stampat bil-kulur skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Ftehim tal-Konsorzju rilevanti.

Sabiex ikun possibbli li wieħed isir jaf kemm huwa matur il-“Parmigiano Reggiano”, iż-żmien minimu tal-maturazzjoni jrid jiġi ddikjarat fuq it-tikkettar tal-porzjonijiet kollha ppakkjati minn qabel ta’ aktar minn 15-il g imqiegħda fis-suq.

Peress li l-aroma u t-togħma tal-pejst tal-“Parmigiano Reggiano” jevolvu matul il-proċess tal-maturazzjoni, sabiex jitwasslu l-karatteristiċi organolettiċi, jistgħu jintużaw l-aġġettivi deskrittivi li ġejjin fuq it-tikketta, kif ukoll il-ħin tal-maturazzjoni, għal ċerti klassijiet ta’ maturità:

delicato [delikat] (12-19-il xahar);

armonico [armonjuż] (bejn wieħed u ieħor 20-26 xahar);

aromatico [aromatiku] (bejn wieħed u ieħor 27-34 xahar);

intenso [intens] (bejn wieħed u ieħor 35-45 xahar).

Ħlief meta jintużaw bħala “trimmings”, il-biċċiet li jifdal mill-qtugħ mill-uċuħ u l-ġnub tar-roti tal-ġobon (biċċiet b’aktar minn 18 % qoxra) ma jistgħux ikollhom l-isem “Parmigiano Reggiano”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi l-parti tal-provinċja ta’ Bologna fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara Reno, il-parti tal-provinċja ta’ Mantua fuq il-lemin tax-xmara Po, u l-provinċji ta’ Modena, Parma u Reggio Emilia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fost l-aktar fatturi naturali importanti hemm il-karatteristiċi tal-ħamrija li tinsab fiż-żona ġeografika ddefinita – li testendi mill-katina tal-muntanji tal-Appennini sax-xmara Po – flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi li jinfluwenzaw direttament kemm il-kompożizzjoni tal-flora naturali kif ukoll il-fermentazzjoni fil-prodott. Fir-rigward tal-fatturi umani, kif ukoll l-importanza storika tal-ġobon għall-ekonomija lokali, għandu jiġi nnotat li l-operazzjonijiet kumplessi li jsiru fuq il-ġobon “Parmigiano Reggiano” ġew żviluppati tul sekli ta’ prattiki tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon fi ħdan iż-żona tal-produzzjoni, li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra b’rispett lejn id-drawwiet lokali awtentiċi u kostanti.

Il-karatteristiċi distintivi tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” huma sawra fina u tiftarrak, aroma tfuħ, togħma delikata – togħma rikka iżda mimgħajr ma tkun qawwija wisq – b’solubbilità u diġestibbiltà għoljin.

Dawn il-karatteristiċi jirriflettu l-kwalitajiet uniċi tal-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tal-ġobon – il-ħalib mhux ipproċessat jiġi pproċessat kuljum fi btieti tar-ram u jiġi koagulat bl-użu ta’ tames tal-għoġġiela b’kontenut għoli ta’ kimożona – u l-kriterji li jintużaw biex jintagħżel, kif ukoll il-prattika ta’ preżervazzjoni tal-ġobnijiet f’salmura saturata u l-perjodu estiż ta’ maturazzjoni.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi speċifiċi tal-ħalib li jiggarantixxu l-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità tal-ġobon “Parmigiano Reggiano” huma bażikament ir-riżultat tad-dieta tal-baqar tal-ħalib, ibbażata fuq foraġġ miż-żona tal-oriġini u bi projbizzjoni stretta fuq l-użu ta’ kull tip ta’ silaġġ. Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar, li – minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi preżenti – irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita, huwa stadju neċessarju sabiex iseħħu l-proċessi enżimatiċi speċifiċi li permezz tagħhom il-prodott li jinkiseb mill-ipproċessar tal-ħalib jikseb il-karatteristiċi uniċi tal-“Parmigiano Reggiano”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/76


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2023/C 202/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Terres du Midi”

PGI-FR-02484

Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni: 28-9-2018

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Terres du Midi

2.   Stat membru

Franza

3.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dielja

1.

Inbid

5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Terres du Midi” hija riżervata għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass.

L-inbejjed prodotti huma kkaratterizzati minn aromi tal-frott, li n-natura u l-intensità tagħhom ivarjaw skont il-varjetajiet ta’ dwieli u t-teknoloġiji użati.

Ġeneralment l-inbejjed ħomor ta’ kulur skur (li jvarja minn lewn il-lampun għal lewn il-granata), jitħalltu sabiex tinkiseb struttura bil-polpa, pjaċevoli u armonjuża, u dawn jagħtu ħjiel ta’ frott aħmar u mħawwar.

Il-kulur tal-inbejjed bojod ivarja minn isfar fl-aħdar għall-isfar dehbi. Billi dawn jorġinaw ukoll minn taħlitiet differenti, f’dawn l-inbejjed bojod tispikka l-freskezza tal-frott tal-polpa bajda kif ukoll fihom ħjiel tal-frott taċ-ċitru.

L-inbejjed rożè għandhom bilanċ eċċellenti minħabba t-taħlita tal-varjetajiet Grenache, Syrah u kultant Cinsault u Carignan sabiex il-kulur tagħhom jiskura minn roża lewn il-ħawħ għal roża lewn il-lampun. Dawn l-inbejjed rożè friski jiżviluppaw aromi tal-frott aħmar u tal-fjuri.

Fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-obbligi kollha li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

6.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Inbid aħmar, rożè u abjad bl-IĠP “Terres du Midi”

120 ettolitru għal kull ettaru

7.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-ipproċessar tal-inbejjed għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Terres du Midi” isiru fiż-żona ġeografika fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

il-muniċipalitajiet kollha fid-départements ta’ Aude, Hérault, Gard u Pyrénées-Orientales;

fid-département ta’ Lozère: Gorges du Tarn Causses, Ispagnac, La Malène u Massegros Causses Gorges għat-territorju uniku tal-muniċipalità delegata Les Vignes.

8.   Varjetajiet ta’ dwieli prinċipali

Alicante Henri Bouschet N

Alphonse Lavallée N

Altesse B

Alvarinho - Albariño

Aramon N

Aramon blanc B

Aramon gris G

Aranel B

Arinarnoa N

Arvine B - Petite Arvine

Aubun N - Murescola

Auxerrois B

Baco blanc B

Bourboulenc B - Doucillon blanc

Cabernet franc N

Cabernet-Sauvignon N

Caladoc N

Cardinal Rg

Carignan N

Carignan blanc B

Carmenère N

Chambourcin N

Chardonnay B

Chasan B

Chasselas B

Chasselas rose Rs

Chenanson N

Chenin B

Cinsaut N - Cinsault

Clairette B

Clairette rose Rs

Colombard B

Cot N - Malbec

Couderc noir N

Counoise N

Danlas B

Egiodola N

Fer N - Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc

Gamay N

Gamay de Chaudenay N

Gewurztraminer Rs

Grenache N

Grenache blanc B

Grenache gris G

Gros Manseng B

Jurançon blanc B

Landal N

Listan B - Palomino

Lival N

Lledoner pelut N

Macabeu B - Macabeo

Marsanne B

Marselan N

Mauzac B

Merlot N

Meunier N

Mondeuse N

Morrastel N - Minustellu, Graciano

Mourvèdre N - Monastrell

Muscadelle B

Muscat d'Alexandrie B - Muscat, Moscato

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato

Nielluccio N - Nielluciu

Négrette N

Parrellada B

Petit Manseng B

Petit Verdot N

Pinot gris G

Pinot noir N

Portan N

Ravat blanc B

Riesling B

Rivairenc N - Aspiran noir

Rivairenc blanc B - Aspiran blanc

Roussanne B

Sauvignon B - Sauvignon blanc

Sauvignon gris G - Fié gris

Savagnin rose Rs

Sciaccarello N

Semillon B

Servant B

Seyval B

Sylvaner B

Syrah N - Shiraz

Tannat N

Tempranillo N

Terret blanc B

Terret gris G

Terret noir N

Ugni blanc B

Verdelho B

Vermentino B - Rolle

Villard blanc B

Villard noir N

Viognier B

9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

9.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-IĠP “Terres du Midi” tinsab fin-Nofsinhar ta’ Franza, mal-kosta Mediterranja u tkopri d-départements ta’ Gard, Hérault, Aude u Pyrénées-Orientales u f’xi muniċipalitajiet ta’ Lozère. Il-Bas-Languedoc u b’mod aktar speċifiku d-départements ta’ Gard, Hérault u Aude jikkostitwixxu territorju fl-ark tal-Mediterrann mogħti kważi esklussivament għall-vitikultura, u ilu mill-bidu tas-seklu 19 magħruf bħala l-“vinja tal-Midi”.

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet pedoloġiċi differenti, li l-aktar rappreżentattivi minnhom huma x-shales aċidużi tal-quċċati tal-għoljiet, il-ħamrija kalkarja tal-plateaux u tal-pjanuri użati għall-vitikultura u l-artijiet alluvjali ġeblin. Dawn kollha jagħtu ħamrija niexfa u ftit fertili li hija adattata għad-dwieli u li tippermetti għeruq fondi. Mill-muntanji tas-Cévennes, il-Montagne Noire u l-għolijiet tal-Pirinej sal-kosta tal-laguna, l-IĠP “Terres du Midi”, li minnha jgħaddu x-xmajjar Aude, Orb, Hérault, Vidourle u Gardon, tifforma anfiteatru kbir li jagħti għal fuq il-Baħar Mediterran.

Dan it-territorju jgawdi minn klima Mediterranja adattata għall-kultivazzjoni tad-dwieli minħabba s-sjuf sħan u xotti u x-xtiewi moderati, flimkien ma’ żewġ perjodi ta’ xita fil-ħarifa u fir-rebbiegħa.

Hemm diversi rjieħ fiż-żona. “Riħ mill-baħar” jonfoħ regolarment u xi drabi bis-saħħa fil-Golfe du lion, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ maturazzjoni tal-għeneb. B’hekk, ir-raxx tal-baħar li jiġi jimmodera t-temperatura eċċessiva. Riħ xott u qawwi mit-Tramuntana jew mill-Punent (Tramontane, Cers u Mistral) jikkontribwixxi għall-istat san u tajjeb tal-vinja. Dawn l-aspetti klimatiċi jiffavorixxu t-tħawwil ta’ varjetajiet ta’ dwieli b’aspetti ekoloġiċi differenti. Tliet tipi minn dawn jinsabu f’dan it-territorju: il-muntanji u l-plateaux għoljin, iż-żoni ta’ taħt il-muntanji u l-plateaux intermedji u, fl-aħħar nett, il-pjanura kostali. Hawnhekk monokultura tal-vitikultura testendi mid-Delta tar-Rhône sal-fruntiera Spanjola.

9.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-IĠP “Terres du Midi” hija prodott marbut mal-istorja tal-vitikultura tan-Nofsinhar. Dan it-territorju ilu jipproduċi l-inbejjed mill-ewwel vinji fl-Ewropa tal-Punent madwar Agde, għall-ħabta tas-sena 600 QK.

Kriżi vitikulturali laħqet il-qofol tagħha fis-sena 1907 u din kienet tinvolvi aspetti marbutin mal-produzzjoni tal-inbid, mal-ħajja soċjali u mal-ekonomija tal-azjendi tal-vitikultura. Id-diversi taxxi, il-produzzjoni żejda u l-frodi pprovokaw l-iskuntentizza. Il-prezzijiet naqsu u l-kwalità tal-inbejjed iddgħajfet. Ikkonfrontati bl-intransiġenza tal-awtoritajiet, il-vitikulturisti ta’ Languedoc waqqfu bosta kumitati għall-protezzjoni tal-vitikultura b’delegazzjonijiet fil-maġġoranza tal-muniċipalitajiet tan-Nofsinhar ta’ Franza. Dawn inġabru malajr fil-“Confédération Générale des Vignerons du Midi” (il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Vititkulturisti tan-Nofsinhar ta’ Franza). Għalhekk, l-idea ta’ “Midi Viticole” beda jissawwar meta l-Istat irrikonoxxa din il-Konfederazzjoni. Dan ippermetta biex jitkompla d-djalogu, biex jinstabu soluzzjonijiet u biex din il-kriżi tiġi indirizzata (tnaqqis fit-taxxi, prevenzjoni tal-frodi, regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-moviment tal-inbejjed, amnestija). L-att fundatur ta’ dan il-moviment jirreferi b’mod ċar għal-limiti tal-“Midi Viticole”, li jiġbor l-erba’ départements tal-vitikultura Pyrénées-Orientales, Aude, Hérault u Gard. Dawn l-artijiet jintużaw kważi esklussivament għall-kultivazzjoni tad-dwieli.

Definizzjoni preċiża statutorja ta’ “vin de canton” ġiet stabbiliti fl-1964, b’referenza għal żona amministrattiva ta’ produzzjoni b’sett speċifiku ta’ karatteristiċi pedoklimatiċi. B’digriet tal-1968 dawn il-“vins de canton” ġew ittrasformati f’“vins de pays”, li għall-ewwel kienu identifikati bl-isem tad-département tal-produzzjoni u kellhom jissodisfaw kriterji ta’ produzzjoni speċifiċi li jirrikjedu livell ogħla ta’ kwalità. Dan l-istadju ppermetta lill-“vins du Midi” jibbenefikaw minn rikonoxximent speċifiku li wassal għall-ħolqien tal-IĠP “Terres du Midi”.

L-inbejjed bl-IĠP “Terres du Midi” jiġu prodotti sa madwar 100 000 ettolitru u fi tliet kuluri. L-inbejjed ħomor jirrappreżentaw il-maġġoranza (55 % tal-produzzjoni). L-inbejjed rożè (35 %) jiġu t-tieni u l-inbejjed bojod jikkostitwixxu l-bqija.

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Terres du Midi” tirrappreżenta prinċipalment it-taħlita tal-varjetajiet ta’ dwieli li jistgħu jkunu varjetajiet tradizzjonali tar-reġjun jew varjetajiet miġjuba minn reġjuni oħra tal-vitikultura.

It-tħawwil ta’ dawn il-varjetajiet huwa possibbli bis-saħħa tal-esperjenza tal-vitikulturisti li jikkultivaw id-dwieli tagħhom skont il-kundizzjonijiet pedoloġiċi differenti li jiffurmaw iż-żona ġeografika sabiex jiksbu għenba ta’ kwalità. Il-klima Mediterranja sħuna u xotta hija esenzjali biex l-għeneb jilħaq maturità sħiħa fiż-żoni kollha u għall-varjetajiet kollha u biex l-aromi primarji jiġu ppreservati u saħansitra msaħħa. L-inbejjed prodotti huma għalhekk ikkaratterizzati mill-kwalità aromatika tagħhom, tal-frott u tal-fjuri, li l-intensità u n-natura tagħhom ivarjaw skont il-varjetajiet ta’ dwieli mħallta.

Fil-każ tal-inbejjed ħomor, it-taħlitiet jirriżultaw f’inbejjed b’togħma tal-frott, pjaċevoli, b’tannini misjura u armonjużi, li huma karatteristiċi tal-inbejjed tal-IĠP. Fil-każ tal-inbejjed bojod u rożè, it-taħlitiet jippermettu li jinżamm bilanċ eċċellenti, li jiġu ppreservati l-freskezza tal-inbejjed u l-kwalità aromatika tagħhom, li xxeqleb lejn togħma tal-frott għall-inbejjed bojod iżda wkoll tal-fjuri għar-rożè.

9.3.   Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott

Ir-rabta mal-oriġini tal-prodott hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-prodott, li jirriżultaw mill-ispeċifiċitajiet pedoloġiċi u klimatiċi taż-żona ġeografika flimkien mal-għażla tal-varjetajiet ta’ dwieli li għandhom influwenza kbira fuq dawn il-karatteristiċi.

L-ispeċifiċitajiet pedoloġiċi u klimatiċi taż-żona ġeografika flimkien mal-għażla tal-varjetajiet ta’ dwieli għandhom influwenza kbira fuq il-karatteristiċi tal-prodott. Bis-saħħa tal-influwenza essenzjali tal-klima Mediterranja sħuna, xotta u ventilata sew fuq il-varjetajiet tal-IĠP, l-għeneb jilħaq maturità sħiħa fiż-żoni kollha u huwa magħruf għall-aromi tiegħu.

L-isem “Terres du Midi” jirrifletti l-karatteristiċi tat-territorju tiegħu, il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi Mediterranji, li jiffavorixxu l-maturazzjoni ta’ varjetajiet differenti u l-espressjoni tal-aromi primarji tagħhom. L-isem huwa kondiviż mill-vitikulturisti involuti li joffru nbejjed aromatiċi bi profil pjaċevoli u sodisfaċenti minn dawn l-artijiet bi predominanza vitikulturistika.

Mill-muntanji ta’ Cévennes, mill-Montagne Noire u mill-għoljiet baxxi tal-Pirinej sal-kosta tal-laguna, iż-żona tal-IĠP “Terres du Midi”, li minnha jgħaddu x-xmajjar Aude, Orb, Hérault, Vidourle u Gardon, jifforma anfiteatru kbir li jagħti għal fuq il-Baħar Mediterran.

Iż-żona ġeografika għandha kundizzjonijiet pedoloġiċi differenti, li l-karatteristika komuni tagħhom hija ħamrija niexfa u ftit fertili, li tippermetti għeruq fondi adattati għat-tħawwil ta’ diversi varjetajiet ta’ dwieli. B’hekk, it-tkabbir vigoruż tad-dielja jinżamm kostanti u dan jippermetti rendiment regolari ta’ għeneb bil-polpa. It-topografija ta’ dan it-territorju b’ventilazzjoni tajba li timmodera s-sħana eċċessiva, mill-muntanji sal-kosta xemxija, tiżgura kundizzjonijiet tajbin għall-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-varjetajiet differenti ta’ dwieli li jippermettu li jiġu ppreservati l-freskezza u l-potenzjal aromatiku tal-għeneb li jikkaratterizzaw l-espressjoni tal-inbejjed tal-IĠP. Għalhekk, fil-każ tal-inbejjed bojod, l-influwenza pożittiva tal-irjieħ fuq id-dwieli mkabbra fil-biċċa l-kbira tal-pjanura, tipproteġi l-għeneb min-nixfa, u din tagħti lill-inbejjed il-freskezza u t-togħma tal-frott tagħhom. L-inbejjed ħomor, ikkaratterizzati mill-aromi tal-frott aħmar u mħawwar, u li għandhom bilanċ tajjeb bejn it-tannini u l-alkoħol, huma dovuti għall-influwenza fuq il-varjetajiet ta’ dwieli tal-klima xotta, xemxija u ventilata sew. L-istruttura bbilanċjata bejn l-aromi u l-freskezza tal-inbejjed rożè, friski, b’togħma tal-frott jew tal-fjuri skont it-taħlitiet, hija dovuta għall-influwenza kkombinata tax-xemx u tar-riħ mill-baħar.

Bil-kapaċità tal-vitikulturisti, fit-taħlit tal-karatteristiċi primarji tal-varjetajiet ta’ dwieli (kulur, aromi, tannini, vivaċità) kif jiġu espressi f’dan it-territorju, jinżammu dawn il-karatteristiċi distintivi dejjem aromatiċi, pjaċevoli u friski, fil-profil organolettiku tal-inbejjed ta’ kull kulur. L-inbejjed ħomor mill-varjetajiet ta’ dwieli kkuluriti u qawwija għandhom kulur skur li jvarja minn lewn il-lampun għal lewn il-granata. Ir-riħa tagħhom għandha aromi tal-frott aħmar u mħawwar. It-togħmiet tagħhom għandhom ħjiel tanniċi kemm pjaċevoli kif ukoll armonjużi. L-inbejjed bojod għandhom lwien li jvarjaw minn isfar fl-aħdar għall-isfar dehbi. Billi joriġinaw minn varjetajiet ta’ dwieli aromatiċi u aċidużi, f’dawn l-inbejjed tispikka l-freskezza tal-frott tal-polpa bajda kif ukoll fihom ħjiel tal-frott taċ-ċitru. L-inbejjed rożè huma prodotti minn varjetajiet ta’ dwieli b’intensità tajba fil-kulur u minn varjetajiet ta’ dwieli b’karatteristiċi tal-frott li jirrizultaw f’inbejjed friski bi ħjiel tal-frott aħmar u tal-fjuri.

Dawn il-fatturi, flimkien mal-għarfien espert fit-taħlitiet u l-organizzazzjoni tal-“Midi Viticole” madwar ix-xibka stretta tal-istrutturi kollettivi tal-vitikultura huma karatteristiċi tal-IĠP “Terres du Midi”.

Dan jikkostitwixxi qafas sod għall-iżvilupp tal-ekonomija reġjonali tal-vitikultura. Id-dielja u l-inbid huma għalhekk il-qofol tal-attività ta’ tliet kwarti tal-irħula rurali fid-départements tan-Nofsinhar ta’ Franza.

10.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Tikkettar

Qafas legali:

 

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Huwa strettament ipprojbit li tissemma varjetà waħda jew aktar ta’ dwieli.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju fuq it-tikketta meta t-terminu “Indication Géographique Protégée” jiġi sostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de Pays”.

Żona fil-prossimità immedjata

Qafas legali:

 

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

 

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-prossimità immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-ipproċessar tal-inbejjed eliġibbli għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Terres du Midi” tikkonsisti fil-cantons ġirien tad-départements ta’ Aude, Hérault, Gard u Pyrénées-Orientales:

Arles, Avignon (nru 1, nru 2, nru 3), Haute-Ariège (muniċipalitajiet ta’ Ax-les-Thermes, Artigues, Ascou, Carcanières, Ignaux, Mérens-les-Vals, Mijanès, Montaillou, Orgeix, Orlu, Ornolac-Ussat-les-Bains, Perles-et-Castelet, Le Pla, Prades, Le Puch, Quérigut, Rouze, Savignac-les-Ormeaux, Sorgeat, Tignac u Vaychis), Collet de Dèze (muniċipalitajiet ta’ Le Collet-de-Dèze, Barre-des-Cévennes, Bassurels, Cassagnas, Cans u Cévennes għall-uniku territorju ta’ Saint-Julien-d’Arpaon, Fraissinet-de-Fourques, Gabriac, Moissac-Vallée-Française, Molezon, Le Pompidou, Saint-André-de-Lancize, Saint-Etienne-Vallée-Française, Saint-Germain-de-Calberte, Saint-Hilaire-de-Lavit, Saint-Julien-des-Points, Saint-Martin-de-Boubaux, Saint-Martin-de-Lansuscle, Saint-Michel-de-Dèze, Saint-Privat-de-Vallongue, Sainte-Croix-Vallée-Française et Ventalon en Cévennes), Bollène, Bourg-Saint-Andéol (muniċipalitajiet ta’ Bourg-Saint-Andéol, Bidon, Gras, Larnas, Saint-Just-d’Ardèche, Saint-Marcel-d’Ardèche, Saint-Martin-d’Ardèche u Saint-Montan), Causses-Rougiers (muniċipalitajiet ta’ La Cavalerie, Arnac-sur-Dourdou, Brusque, Camarès, Le Clapier, Cornus, La Couvertoirade, Fayet, Fondamente, Gissac, L’Hospitalet-du-Larzac, Lapanouse-de-Cernon, Marnhagues-et-Latour, Mélargues, Montagnol, Peux-et-Couffouleux, Saint-Beaulize, Saint-Jean-et-Saint-Paul, Sainte-Eulalie-de-Cernon, Sauclières, Sylvanès, Tauriac-de-Camarès u Viala-du-Pas-de-Jaux), Tarn u Causses (muniċipalitajiet ta’ Campagnac, La Capelle-Bonance, La Cresse, Mostuéjouls, Peyreleau, Rivière-sur-Tarn, La Roque-Sainte-Marguerite, Saint-André-de-Vézines, Saint-Laurent-d’Olt, Saint-Martin-de-Lenne, Saint-Saturnin-de-Lenne u Veyreau),Châteaurenard (muniċipalitajiet ta’ Châteaurenard, Barbentane, Boulbon, Eyragues, Graveson, Saint-Pierre-de-Mézorgues, Noves, Rognonas u Tarascon), Haute-Ardèche (muniċipalitajiet ta’ Coucouron, Issanlas, Issarlès, Le Lac-d’Issarlès, Lachapelle-Graillouse, Lanarce, Lavillatte u Lespéron), La Montagne Noire, Le Pastel (muniċipalitajiet ta’ Garrevaques, Palleville, Soual u Viviers-lès-Montagnes), Hautes Terres d’Oc (muniċipalitajiet ta’ Lacaune, Anglès, Barre, Berlats, Escroux, Espérausses, Gijounet, Lamontélarié, Lasfaillades, Moulin-Mage, Murat-sur-Vèbre, Nages, Senaux u Viane), Pays d’Olmes (muniċipalitajiet ta’ Lavelanet, L’Aiguillon, Bélesta, Bénaix, Carla-de-Roquefort, Dreuilhe, Fougax-et-Barrineuf, Ilhat, Lesparrou, Leychert, Lieurac, Montferrier, Montségur, Nalzen, Péreille, Raissac, Roquefixade, Roquefort-les-Cascades, Saint-Jean-d’Aigues-Vives, Sautel u Villeneuve-d’Olmes), Saint-Etienne-du-Valdonnez (muniċipalitajiet ta’ Altier, Pied-de-Borne, Pont-de-Montvert-Sud Mont Lozère, Pourcharesses, Prévenchère, Saint-André-Capcèze, Vialas u Villefort), Le Pontet (muniċipalitajiet ta’ Le Pontet u Vedéne), Cévennes Ardéchoises (muniċipalitajiet ta’ Les Vans, Les Assions, Banne, Beaumont, Berrias-et-Casteljau, Chambonas, Dompnac, Gravières, Laboule, Loubaresse, Malarce-sur-la-Thines, Malbosc, Montselgues, Saint-André-de-Cruzières, Saint-Mélany, Saint-Paul-le-Jeune, Saint-Pierre-Saint-Jean, Saint-Sauveur-de-Cruzières, Sainte-Marguerite-Lafigère, Les Salelles u Valgorge), Mazamet-1, Mazamet-2 Vallée du Thoré, Castres (muniċipalità ta’ Saint-Salvy-de-la-Balme), Florac (muniċipalitajiet ta’ Gatuzières, Hures-la-Parade, Meyrueis, Le Rozier u Saint-Pierre-des-Tripiers), Mirepoix, Escalquens (muniċipalitajiet ta’ Auragne, Caignac, Calmont, Gibel, Mauvaisin, Monestrol, Montgeard, Nailloux, Saint-Léon u Seyre), Millau-2 (muniċipalitajiet ta’ Nant u Saint-Jean-du-Bruel), Orange, Revel (muniċipalitajiet ta’ Revel, Avignon-et-Lauragais, Beauteville, Bélesta-en-Lauragais, Cessales, Falga, Folcarde, Gardouch, Juzes, Lagarde, Lux, Mauremont, Maurens, Montclair-Lauragais, Montégut-Lauragais, Montesquieu-Lauragais, Montgaillard-Lauragais, Mourvilles-Hautes, Nogaret, Renneville, Rieumajou, Roumens, Saint-Félix-Lauragais, Saint-Germier, Saint-Julia, Saint-Rome, Saint-Vincent, Trébons-sur-la-Grasse, Vallègue, Vaudreuille, Vaux, Vieillevigne, Villefranche-de-Lauragais u Villenouvelle), Les Portes d’Ariège (muniċipalitajiet ta’ Saverdun, La Bastide-de-Lordat, Brie, Canté, Esplas, Gaudiès, Justiniac, Labatut, Lissac, Mazères, Montaut, Saint-Quirc, Trémoulet u Le Vernet), Sorgues, Salon de Provence-1 (muniċipalitajiet ta’ Mas-Blanc-des-Alpilles u Saint-Etienne-du-Grès), Vallon-Pont-d’Arc (muniċipalitajiet ta’ Vallon-Pont-d’Arc, Balazuc, Bessas, Labastide-de-Virac, Lagorce, Organc-d’Aven, Pradons, Ruoms, Saint-Remèze, Salavas, Sampzon u Vagnas), Vaison-la-Romaine (muniċipalitajiet ta’ Camaret-sur-Aigues, Travaillan u Violès)

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-e251ee13-3a0d-45e8-a272-733874b7a36a


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


Rettifika

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/84


Rettifika għal Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 104, 4.3.2022 )

(2023/C 202/15)

Fil-paġna 39, fit-tielet paragrafu:

minflok:

“ Languedoc/Coteaux du Languedoc ”,

aqra:

“Languedoc”.

Fil-paġna 40, taħt il-punt 1, Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni:

minflok:

“Languedoc

Coteaux du Languedoc”,

aqra:

“Languedoc”.