ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
2 ta' Ġunju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 194/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11058 — ALTOR / MARLIN / MELTWATER) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 194/02

Dikjarazzjoni dwar il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' materji rregolati mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

2

2023/C 194/03

Kodiċi ta' Kondotta li jistabbilixxi l-arranġamenti interni fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet, u t-twettiq tal-obbligi, tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 194/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-1 ta' Ġunju 2023

12

2023/C 194/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-paragrafu 188, l-Annessi I u IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat fir-rigward tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027

13

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2023/C 194/06

Rapport speċjali 13/2023 — Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati – Programm għad-dwana solidu b’potenzjal mhux sfruttat u b’implimentazzjoni mhux uniformi

29


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 194/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11131 – PIERER / LEONI) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

30

2023/C 194/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11061 — NORDIC METAL/ALUMECO GROUP) ( 1 )

32

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 194/09

Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta fis-settur tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

34

2023/C 194/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

40


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11058 — ALTOR / MARLIN / MELTWATER)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 194/01)

Fil-25 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11058. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Dikjarazzjoni dwar il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' materji rregolati mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

(2023/C 194/02)

1.   

L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) b’dan tiddikjara l-oqsma speċifiċi tal-kompetenzi tagħha fil-kwistjonijiet koperti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (“il-Konvenzjoni”) fil-mument tal-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni.

2.   

Skont l-Artikoli 3 u 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), f’xi kwistjonijiet l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva u fi kwistjonijiet oħra l-kompetenza hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Skont l-Artikolu 4(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Istati Membri jibqgħu unikament kompetenti għall-kwistjonijiet kollha li fir-rigward tagħhom ma ngħatat l-ebda kompetenza lill-Unjoni.

3.   

L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva li taċċetta l-obbligi li jinsabu fil-Konvenzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tagħha stess, fl-ambitu tal-Artikolu 336 TFUE.

4.   

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra koperti mill-Konvenzjoni, minbarra dawk imsemmija fil-punt 3, li għalihom ġew adottati regoli tal-Unjoni, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva li tikkonkludi din il-Konvenzjoni biss sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jistgħu jaffettwaw regoli komuni jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) TFUE.

Ir-regoli tal-UE ġew adottati fir-rigward ta':

azzjoni biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru,

azzjoni rigward il-koordinazzjoni ta' protezzjoni diplomatika jew konsulari ta' ċittadini ta' Stat Membru tal-UE mhux rappreżentat f'pajjiż terz,

azzjoni dwar kwistjonijiet ta' ażil, protezzjoni sussidjarja, protezzjoni temporanja, u immigrazzjoni,

kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali u kooperazzjoni tal-pulizija,

ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol u fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol,

Meta jeżistu regoli tal-Unjoni iżda ma jkun hemm l-ebda riskju li dawn ser jiġu effettwati, b'mod partikolari kif jista' jkun il-każ fejn id-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi standards minimi, l-Istati Membri għandhom il-kompetenza, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Unjoni li taġixxi f'dak il-qasam.

B'mod partikolari, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni jista' jiġi affettwat jew mibdul minn impenji internazzjonali fejn dawn tal-aħħar jaqgħu f'qasam diġà kopert fil-biċċa l-kbira minn tali regoli. Meta jiġi vvalutat jekk qasam huwiex diġà fil-biċċa l-kbira tiegħu kopert mir-regoli tal-Unjoni, irid jitqies, b'mod partikolari, mhux biss id-dritt tal-Unjoni kif inhu bħalissa fil-qasam ikkonċernat, iżda wkoll l-iżvilupp futur tiegħu, sakemm dan huwa prevedibbli fil-mument ta' dik l-analiżi. Il-firxa tal-kompetenza tal-Unjoni trid tiġi vvalutata abbażi ta' analiżi komprensiva u dettaljata tar-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u d-dispożizzjonijiet preċiżi ta' kull miżura tad-dritt tal-Unjoni.

Għal dak l-għan, lista ta' atti rilevanti adottati mill-Unjoni tidher fl-Anness għal din id-Dikjarazzjoni.

5.   

L-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni għall-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tagħha hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi nazzjonali tagħhom.

6.   

L-ambitu u l-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni huma, min-natura tagħhom, soġġetti għal żvilupp kontinwu. Fejn xieraq, l-Unjoni ser tikkompleta jew temenda din id-Dikjarazzjoni, b’mod partikolari, biex taġġorna l-lista ta’ atti rilevanti adottati mill-Unjoni stabbilita fl-Anness għal din id-Dikjarazzjoni.

7.   

F’konformità mal-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni, l-Unjoni b’dan tispeċifika li l-Konvenzjoni għandha tapplika, fir-rigward tal-kompetenza tal-Unjoni, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattati tal-UE skont l-Artikolu 52 TUE u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 355 TFUE.


ANNESS

I.   

L-atti legali sekondarji rilevanti msemmija fil-punt 4 ta’ din id-Dikjarazzjoni hija elenkata hawn taħt. Il-kompetenza tal-Unjoni li tirriżulta minn dawk l-atti hija esklużiva biss sa fejn il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tista’ taffettwa regoli komuni li jinsabu f’dawk l-atti jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.

Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u kooperazzjoni tal-pulizija

Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4);

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta' sanzjonijiet alternattivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102);

Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2);

Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1);

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32);

Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1);

Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15);

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23);

Id-Direttiva (UE) 2019/884 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 143);

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93);

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138);

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

Ażil u migrazzjoni

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98);

Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9);

Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19);

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12);

Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24);

Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96);

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44).

Protezzjoni tad-data

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data , u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1);

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89);

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Protezzjoni konsulari

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta’ April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1).

Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni

Ir-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1);

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23);

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37);

Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79);

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (2010/48/KE) (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

Statistika

Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).

Oħrajn

Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69);

Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27. 10. 2022, p. 1).

II.   

Minbarra l-atti msemmija hawn fuq, iridu jitqiesu wkoll l-atti li ġejjin, sa fejn dawn jirrappreżentaw żviluppi futuri possibbli tad-dritt tal-Unjoni:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, COM (2022) 105 final;

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal u għall-ġlieda kontra dan, COM (2022) 209 final.


2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/7


Kodiċi ta' Kondotta li jistabbilixxi l-arranġamenti interni fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet, u t-twettiq tal-obbligi, tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

(2023/C 194/03)

Filwaqt li jfakkru li fit-13 ta' Ġunju 2017 l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”), f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2017/865 (1) u (UE) 2017/866 (2), iffirmat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (“il-Konvenzjoni”) għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, jiġifieri kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, kwistjonijiet relatati mal-ażil u n-non-refoulement u kwistjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni;

Peress li, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi fl-oqsma koperti mill-Konvenzjoni, hemm ħtieġa għal kodiċi ta' kondotta li jistabbilixxi arranġamenti interni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri li huma parti għall-Konvenzjoni (“Stati Membri”) fir-rigward tal-Konvenzjoni,

Filwaqt li jfakkru li dawn l-arranġamenti ta’ dan il-Kodiċi ta' Kondotta jridu jiġu applikati b’mod li jkunu f'konformità sħiħa mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali reċiproka previst fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu rappreżentanza esterna koerenti, komprensiva u unifikata fir-rigward tal-Konvenzjoni,

Filwaqt li jfakkru li dawn l-arranġamenti ma jaffettwawx id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jew l-allokazzjoni tas-setgħat bejn l-istituzzjonijiet f'konformità mat-Trattati tal-Unjoni u huma mingħajr preġudizzju għall-proċedura biex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Filwaqt li jfakkru li l-portata u l-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) TFUE huma min-natura tagħhom soġġetti għal żvilupp kontinwu,

Konxji li r-rekwiżit ta' unità tar-rappreżentanza esterna tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'konformità mat-Trattati tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea japplika wkoll fl-istadju tal-implimentazzjoni ta' obbligi internazzjonali,

IL-KODIĊI TA' KONDOTTA LI ĠEJ huwa mfassal bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni:

1.   Natura u kamp ta’ applikazzjoni

1.1.

Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta jistabbilixxi arranġamenti interni għal kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri dwar diversi aspetti tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Għalhekk huwa maħsub bħala għodda interna prattika biex l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu rappreżentanza esterna koerenti, komprensiva u unifikata fir-rigward tal-Konvenzjoni.

1.2.

Mingħajr preġudizzju għad-dmir ġenerali ta’ kooperazzjoni leali reċiproka stabbilita fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13(2) TUE, dan il-Kodiċi ta’ Kondotta japplika għall-parteċipazzjoni fil-Kumitat tal-Partijiet taħt il-Konvenzjoni u fil-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ imwettaq mill-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO).

1.3.

Il-Kodiċi ta’ Kondotta jistabbilixxi wkoll il-prinċipji li jikkonċernaw il-funzjonament tal-entità ta’ koordinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni kif ukoll it-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar u l-kooperazzjoni fir-rigward tagħhom imposti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri skont il-Konvenzjoni fir-rigward tal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

2.   Fora għall-koordinazzjoni

2.1.

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) TFUE, il-kwistjonijiet kollha relatati mat-tħejjija tal-laqgħat u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ser jiġu trattati mill-korpi preparatorji kompetenti tal-Kunsill, filwaqt li jsir kull sforz biex jintlaħaq qbil fi spirtu ta’ kooperazzjoni leali reċiproka. Il-korp preparatorju kompetenti tal-Kunsill huwa l-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni (FREMP). Il-President tal-FREMP ser jinforma u jagħmel kuntatt mal-Presidenti ta’ gruppi ta’ ħidma oħrajn kif meħtieġ.

2.2.

Meta ma jkun jista’ jintlaħaq ebda qbil fil-FREMP, fost l-oħrajn għal raġunijiet relatati man-nuqqas ta’ qbil dwar id-distribuzzjoni tal-kompetenzi, il-kwistjoni ser titressaq mingħajr dewmien żejjed quddiem il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) u, fejn meħtieġ, quddiem il-Kunsill fi żmien xieraq qabel il-laqgħa rilevanti jew l-iskadenza stabbilita fil-Konvenzjoni.

2.3.

Fejn meħtieġ, il-laqgħat ta’ koordinazzjoni in situ ser isiru fi Strasburgu. L-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li pożizzjonijiet tal-Unjoni jew pożizzjonijiet komuni jiġu kkomplementati u li dawn il-pożizzjonijiet jiġu adattati għal-laqgħa rilevanti, mingħajr ma jsir tibdil sostanzjali għal pożizzjonijiet eżistenti.

3.   Pożizzjonijiet tal-Unjoni, pożizzjonijiet komuni u pożizzjonijiet ikkoordinati

3.1.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri ser jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali reċiproka u ta’ sussidjarjetà, stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13(2) TUE u fl-Artikolu 5(3) TUE rispettivament, u l-ħtieġa li jiġu rispettati l-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 5(1) TUE.

(a)   Pożizzjonijiet tal-Unjoni

3.2.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, inkluż b’mod partikolari, kif imsemmi fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2023/1075 (3) u (UE) 2023/1076 (4), ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mal-ażil u n-non-refoulement, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-amministrazzjoni pubblika, l-Unjoni ser ikollha l-għan li telabora l-pożizzjonijiet tal-Unjoni.

(b)   Pożizzjonijiet komuni

3.3.

Meta l-Unjoni u l-Istati Membri jintalbu jieħdu pożizzjoni skont il-punt 1.2 ta’ dan il-Kodiċi ta’Kondotta dwar kwistjoni fejn ċertu elementi jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u ċertu elementi jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni u l-Istati Membri ser ikollhom l-għan li jelaboraw pożizzjonijiet komuni.

(c)   Pożizzjonijiet ikkoordinati

3.4.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, l-Istati Membri ser ikollhom l-għan li jelaboraw pożizzjonijiet ikkoordinati, kull meta dan jitqies adegwat.

4.   Interventi u votazzjoni

(a)

Interventi f’każijiet ta’ pożizzjonijiet maqbula tal-Unjoni, komuni jew ikkoordinati

4.1.

Pożizzjonijiet tal-Unjoni jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. L-Istati Membri jibqgħu liberi jintervjenu b'interventi li jkunu allinjati mal-pożizzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex isaħħuha u jappoġġawha.

4.2.

Pożizzjonijiet komuni msemmija fil-punt 3.3 jiġu ppreżentati f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri mill-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, jew Stat Membru maħtur mill-Presidenza, li jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib. Il-Kummissjoni, minn naħa waħda, u l-Presidenza jew l-Istat Membru maħtur mill-Presidenza, min-naħa l-oħra, jistgħu jaqblu li wieħed minnhom ser jippreżenta l-pożizzjoni komuni f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jintervjenu biex isaħħu u jappoġġaw il-pożizzjoni komuni.

4.3.

Pożizzjonijiet ikkoordinati ser jiġu espressi f'isem l-Istati Membri mill-Presidenza jew, fejn meħtieġ, minn Stat Membru, kif maħtur mill-Presidenza, jew mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istati Membri preżenti kollha.

(b)

Votazzjoni f’każijiet ta’ pożizzjonijiet maqbula tal-Unjoni, komuni jew ikkoordinati

4.4.

Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, ser teżerċita d-drittijiet ta' votazzjoni tal-Unjoni abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni.

4.5.

Meta l-Unjoni u l-Istati Membri jintalbu jivvotaw dwar kwistjoni msemmija fil-punt 3.3, u meta d-dritt tal-vot dwar din il-kwistjoni jrid jiġi eżerċitat jew mill-Unjoni jew inkella mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Presidenza, jew Stat Membru maħtur mill-Presidenza, ser jaqblu minn qabel dwar min ser jeżerċita d-dritt tal-vot abbażi ta' pożizzjoni komuni. Dan il-qbil ser ikun ibbażat fuq l-għan prinċipali tal-kwistjoni.

4.6.

L-Istati Membri ser jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom abbażi ta' pożizzjonijiet ikkoordinati kull meta applikabbli.

(c)

Interventi u votazzjoni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ pożizzjonijiet tal-Unjoni, komuni jew ikkoordinati

4.7.

Meta ma jkun jista' jintlaħaq ebda qbil dwar pożizzjoni tal-Unjoni, komuni jew ikkoordinata, l-Istati Membri jistgħu jintervjenu u jivvutaw dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom bil-kondizzjoni li l-pożizzjoni tkun konsistenti mal-linji ta' politika tal-Unjoni u tkun f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tintervjeni u tivvota dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni kemm meħtieġ biex tiddefendi l-linji ta' politika tal-Unjoni stabbiliti minn qabel mill-Kunsill u l-acquis tal-Unjoni.

5.   Proċedura dwar il-kandidati tal-Unjoni għall-elezzjoni bħala membri tal-GREVIO

5.1.

Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi proċedura tal-għażla trasparenti għall-kandidati tal-Unjoni għall-elezzjoni bħala membri tal-GREVIO f’konformità mal-proċedura stabbilita mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa skont l-Artikolu 66(5) tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni ser tinforma lill-FREMP dwar id-dettalji tal-proċedura tal-għażla qabel ma jingħata bidu għal dik il-procedura.

5.2.

Il-Kummissjoni ser tagħżel il-kandidtati għall-elezzjoni bħala membri tal-GREVIO abbażi tal-proċedura tal-għażla msemmija fil-punt 5.1.

Qabel ma tissottometti l-lista ta' kandidati tal-Unjoni lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, l-għażla tal-Kummissjoni għall-kandidati tal-Unjoni ser tiġi approvata mill-Coreper.

5.3.

Ser tiġi stabbilita wkoll proċedura simplifikata għat-tiġdid tal-mandat ta’ espert elett innominat mill-Unjoni.

6.   Nomina tar-rappreżentanti għall-Kumitat tal-Partijiet

Il-Kummissjoni ser taħtar ir-rappreżentant tagħha għall-Kumitat tal-Partijiet u tinforma lill-FREMP b'dan.

7.   L-entità ta’ koordinazzjoni

7.1.

Il-Kummissjoni ser tiffunzjona bħala l-entità ta’ koordinazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għal materji tal-Konvenzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri, u mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tas-setgħat bejn l-istituzzjonijiet f’konformità mat-Trattati tal-Unjoni u l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’materji relatati mal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

7.2.

L-Istati Membri ser jinnominaw entità ta’ koordinazzjoni waħda jew iktar f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’punt ta’ kuntatt uniku li jirrappreżenta lill-entità jew entitajiet ta’ koordinazzjoni tagħhom.

7.3.

Il-Kummissjoni u l-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri ser jinfurmaw lil xulxin dwar notifiki jew talbiet għal informazzjoni mill-Kunsill tal-Ewropa jew kwalunkwe Stat Parti għall-Konvenzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tipprovdi punt uniku ta’ servizz għal notifiki jew informazzjoni mill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri u ser tiżgura d-distribuzzjoni tal-informazzjoni lill-entitajiet ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri kollha permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom.

7.4.

Fejn meħtieġ, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ entità ta’ koordinazzjoni jew punt ta’ kuntatt ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni ser torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni. Dawn il-laqgħat ta’ koordinazzjoni ser ilaqqgħu lill-entitajiet ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri, il-punti ta’ kuntatt tagħhom jew it-tnejn li huma, kif ikun adegwat.

8.   Mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-GREVIO

(a)

Rapportar

8.1.

Rapporti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentati lill-GREVIO ser ikopru l-kompetenzi rispettivi tagħhom. Sa fejn il-kompetenzi esklużivi tal-Unjoni u l-kompetenzi tal-Istati Membri huma interkonnessi, l-Unjoni u l-Istati Membri ser jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar kif stabbiliti mill- b'mod koerenti u komplementari. Ir-rapporti tal-Unjoni, kull meta possibbli, ser jirreferu għar-rapporti tal-Istati Membri biex jiġi evitat rapportar doppju.

Ir-rapporti tal-Unjoni ser jistabbilixxu l-firxa tal-kompetenzi esklużivi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni koperti mill-eżerċizzju ta' rapportar. Din l-informazzjoni ser tiġi pprovduta f'termini ċari u espliċiti biżżejjed sabiex il-GREVIO u l-Kumitat tal-Partijiet – meta jevalwaw il-miżuri li jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni – ikunu jistgħu jqisu b'mod sħiħ il-fatt li l-Unjoni mhux qed taderixxi għall-Konvenzjoni ħlief fir-rigward tal-kompetenzi esklużivi tagħha u li d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Konvenzjoni ser jiġu implimentati mill-Istati Membri taħt il-kompetenza tagħhom stess.

L-istess trasparenza fir-rigward tal-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri ser tiġi żgurata b'mod ġenerali mill-Kummissjoni fl-interazzjonijiet tagħha mal-entitajiet stabbiliti mill-Konvenzjoni, fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

8.2.

L-Istati Membri ser jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni li hija meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rapportar dwar l-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-Konvenzjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni eżistenti miġbura bħala parti mill-obbligi ta' rapportar tagħhom skont il-Konvenzjoni.

8.3.

F'konformità mad-dmir ta' kooperazzjoni leali reċiproka, il-Kummissjoni, fi żmien xieraq qabel il-preżentazzjoni tar-rapport tal-Unjoni, ser tippreżenta r-rapport lill-FREMP għall-informazzjoni. L-Istati Membri ser jippreżentaw lill-FREMP, għall-informazzjoni, kopja tar-rapporti rispettivi tagħhom, jekk possibbli qabel il-preżentazzjoni lill-GREVIO.

8.4.

Il-Kummissjoni u kull Stati Membru ser jaqsmu wkoll it-tweġibiet oħra għal mistoqsijiet li jirċievu mill-GREVIO u kummenti dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet mill-GREVIO waqt il-proċess ta' rapportar. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tipprovdi punt uniku ta' servizz għall-Istati Membri u tiżgura d-distribuzzjoni tal-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

8.5.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni ser jaqsmu informazzjoni permezz tal-FREMP minn qabel dwar il-kontenut ta' preżentazzjonijiet bil-fomm fil-GREVIO u fil-Kumitat tal-Partijiet, jekk possibbli.

8.6.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ser jiddiskutu fil-FREMP is-segwitu ta' kwalunkwe rapport tal-GREVIO jew konklużjoni, jew, fejn adatt, rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Partijiet, b'rabta mar-rapport tal-Unjoni.

(b)

Laqgħat mal-GREVIO u żjarat fil-pajjiżi

8.7.

Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi espert biex isir parti mid-delegazzjoni tiegħu, u l-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu esperti għad-delegazzjoni tal-Unjoni.

(c)

Involviment parlamentari

8.8.

Il-Kummissjoni ser tippreżenta rapporti tal-GREVIO dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Unjoni lill-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 70(2) tal-Konvenzjoni.

9.   Ġenerazzjoni ta’ statistika meħtieġa skont il-Konvenzjoni

9.1.

L-istatistika għall-Unjoni kollha kemm hi hija element li għandu jiġi fornut mill-Unjoni skont l-obbligi tar-rapportar.

9.2.

Sa fejn possibbli, ir-rapportar tal-Unjoni ser juża data ġġenerata fil-livell tal-Unjoni u jibbaża ruħu, meta tintuża data miġbura mill-istituti tal-istatistika u l-korpi ta’ riċerka tal-Istati Membri, fuq id-data rrapportata mill-Istati Membri lill-GREVIO. Sabiex tinkiseb l-aktar stampa preċiża tal-prevalenza tal-vjolenza, huwa importanti li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u korpi oħrajn tal-Unjoni jikkooperaw mill-qrib safejn ikun meħtieġ sabiex l-Unjoni tkun tista’ twettaq l-obbligi ta’ rapportar tagħha.

10.   Reviżjoni

Il-Kunsill, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu r-rieżami ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta, b'mod partikolari biex titqies l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tiegħu.

11.   Pubblikazzjoni

Dan il-Kodiċi ta' Kondotta ser jiġi ppubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/865 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta' materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 131, 20.5.2017, p. 11).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/866 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward tal-ażil u n-non-refoulement (ĠU L 131, 20.5.2017, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1075 tal-1 ta' Ġunju 2023 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward talistituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni (ĠU L 143 I, 2.6.2023, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1076 tal-1 ta' Ġunju 2023 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta' materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement (ĠU L 143 I, 2.6.2023, p. 4).


Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-1 ta' Ġunju 2023

(2023/C 194/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0697

JPY

Yen Ġappuniż

149,25

DKK

Krona Daniża

7,4477

GBP

Lira Sterlina

0,85823

SEK

Krona Żvediża

11,6455

CHF

Frank Żvizzeru

0,9732

ISK

Krona Iżlandiża

149,70

NOK

Krona Norveġiża

11,9670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,687

HUF

Forint Ungeriż

370,42

PLN

Zloty Pollakk

4,5410

RON

Leu Rumen

4,9645

TRY

Lira Turka

22,2520

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6407

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4514

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,3786

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7775

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4466

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 413,23

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

21,1567

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6066

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 964,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,9351

PHP

Peso Filippin

60,057

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,204

BRL

Real Brażiljan

5,4032

MXN

Peso Messikan

18,8695

INR

Rupi Indjan

88,2070


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/13


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

li temenda l-paragrafu 188, l-Annessi I u IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat fir-rigward tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027

(2023/C 194/05)

I.   INTRODUZZJONI

(1)

It-Taqsima 7.6.2 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (1) (“il-Linji Gwida”) tipprevedi reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali (2), filwaqt li titqies l-istatistika aġġornata, li għandha titwettaq fl-2023.

(2)

Il-paragrafu 194 tal-Linji Gwida jirrikjedi li l-Kummissjoni tikkomunika, sa Ġunju 2023, id-dettalji dwar dik ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu. Dak ir-rekwiżit huwa implimentat permezz ta’ din il-Komunikazzjoni, li tistabbilixxi d-dettalji li ġejjin tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu:

Emenda għal-lista ta’ żoni “a”

(3)

Il-Kummissjoni stabbiliet lista tar-reġjuni NUTS 2 li bħalissa mhumiex eliġibbli bħala żoni “a”, iżda li għandhom prodott domestiku gross medju (“PDG”) per capita (fi standard tal-kapaċità tal-akkwist) għall-perjodu 2019-2021 li huwa inqas minn jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU-27 (3), u għalhekk jistgħu jkunu eliġibbli għal għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “żoni ‘a’ ġodda”) fil-perjodu ta’ wara din ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Il-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna korrispondenti għal dawk iż-żoni “a” ġodda abbażi tal-paragrafi 179 u 180 tal-Linji Gwida.

(4)

Jekk dawk iż-żoni “a” ġodda huma attwalment, kompletament jew parzjalment deżinjati jew bħala żoni “c” predefiniti jew bħala żoni “c” mhux predefiniti fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Istat Membru kkonċernat, il-perċentwal tal-popolazzjoni allokata għaż-żona “c” korrispondenti, kif indikat fl-Anness I tal-Linji Gwida, jiġi aġġustat skont dan.

Żieda fl-intensitajiet massimi tal-għajnuna ta’ żoni “a” eżistenti

(5)

Il-Kummissjoni identifikat reġjuni NUTS 2 li diġà huma żoni “a” elenkati fl-Anness I tal-Linji Gwida, iżda li għalihom il-PDG per capita naqas għal livell li jagħmel dawk iż-żoni “a” intitolati għal intensità massima ta’ għajnuna ogħla abbażi tat-Taqsima 7.4.1 tal-Linji Gwida fil-perjodu wara din ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Emenda għal-lista ta’ żoni “c” mhux predefiniti

(6)

L-Istati Membri jistgħu jipproponu emenda għal-lista taż-żoni “c” mhux predefiniti tagħhom għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027 billi jissostitwixxu żoni “c” eżistenti mhux predefiniti b’żoni ġodda proposti abbażi tat-Taqsima 7.3.2.3 tal-Linji Gwida. Dawk l-emendi ma jistgħux jaqbżu 50 % tal-kopertura taż-żona “c” aġġustata mhux predefinita ta’ kull Stat Membru stabbilita fil-paragrafu(14) ta’ din il-Komunikazzjoni, jew, meta ma tkunx aġġustata, 50 % tal-kopertura taż-żona “c” mhux predefinita eżistenti. Barra minn hekk, il-popolazzjoni taż-żoni “c” ġodda proposti ma tistax taqbeż il-popolazzjoni taż-żoni li dawk iż-żoni l-ġodda jissostitwixxu. L-Istati Membri jistgħu jipproponu l-intensitajiet massimi tal-għajnuna korrispondenti għal dawk iż-żoni “c” ġodda mhux predefiniti abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 7.4.2 tal-Linji Gwida.

Żieda fl-intensitajiet massimi tal-għajnuna ta’ żoni “c” eżistenti

(7)

L-Istati Membri jistgħu jipproponu żieda fl-intensità massima tal-għajnuna taż-żoni “c” mhux predefiniti eżistenti tagħhom jekk il-PDG per capita jew l-istatistiki dwar il-qgħad aġġornati juru, abbażi tal-paragrafu 182 tal-Linji Gwida, l-intitolament għal intensità massima ogħla tal-għajnuna.

Identifikazzjoni tar-reġjuni li qed jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni intitolati għal intensitajiet akbar ta’ għajnuna

(8)

L-Istati Membri jistgħu jipproponu żieda fl-intensità massima tal-għajnuna għar-reġjuni NUTS 3 li qed jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni, kif stabbilit fil-paragrafu 188 tal-Linji Gwida, anke fejn tali telf jiġi stabbilit abbażi ta’ data aġġornata dwar id-densità tal-popolazzjoni li tinkludi l-perjodu 2010-2019. Għal dak il-għan, b’din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni temenda l-paragrafu 188 tal-Linji Gwida u l-Anness IV tagħha, sa fejn tippermetti, fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027, żieda fl-intensitajiet massimi tal-għajnuna, kif stabbilit f’dak il-paragrafu, għar-reġjuni NUTS 3 li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % fil-perjodu 2009-2018 jew fil-perjodu 2010-2019.

Notifika tal-emendi proposti għall-mapep

(9)

Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi emendi għall-paragrafu 188 tal-Linji Gwida, l-Anness I u l-Anness IV tal-Linji Gwida u tippubblika l-verżjonijiet emendati tagħhom, kif stabbilit hawn taħt.

(10)

L-Istati Membri li beħsiebhom jemendaw il-mapep tal-għajnuna reġjonali tagħhom wara din ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk l-emendi skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE qabel il-15 ta’ Settembru 2023. Tali emendi jistgħu jikkonċernaw il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027 u mhumiex obbligatorji.

II.   VALUTAZZJONI

Reviżjoni dwar iż-żoni “a”

(11)

Fil-21 ta’ Frar 2023, l-Eurostat ippubblika d-data tal-PDG per capita fil-livell tar-reġjun NUTS 2, sal-2021 inkluża. Fil-paragrafi li ġejjin, il-PDG per capita jikkorrispondi għall-medja matul l-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli d-data tal-Eurostat, jiġifieri, il-medja matul il-perjodu 2019-2021, espressa bħala perċentwal tal-medja tal-EU-27. Fejn applikabbli, id-data tal-PDG per capita titqabbel mad-data applikata fit-test attwali tal-Anness I tal-Linji Gwida (medja matul il-perjodu 2016-2018). Filwaqt li tqis l-istatistika aġġornata, il-Kummissjoni tistabbilixxi, fil-paragrafi(12) u(13) ż-żoni “a” l-ġodda, kif ukoll iż-żoni “a” eliġibbli eżistenti li jistgħu jibbenefikaw minn intensitajiet massimi ogħla tal-għajnuna, u temenda l-Anness I tal-Linji Gwida skont dan. Abbażi ta’ dawk il-modifiki, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw emendi għaż-żoni “a” tagħhom għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(12)

Ir-reġjuni NUTS 2 li ġejjin jistgħu jiġu ddeżinjati bħala żoni “a” b’intensità massima ta’ għajnuna ta’ 30 % (4):

Stat Membru u reġjun

PDG / capita 2019-2021

Il-Belġju:

BE32 Prov. Hainaut

74,33

Spanja:

ES62 Región de Murcia

70,67

(13)

Ir-reġjuni NUTS 2 li ġejjin jistgħu jiġu proposti għal intensità massima ta’ għajnuna ogħla, kif indikat (5):

Stat Membru u reġjun

PDG / capita 2016-2018

PDG / capita 2019-2021

L-intensità massima tal-għajnuna

Franza:

FRY2 Martinique

minn 77,00

sa 73,00

50 %

Il-Greċja:

EL42 Νότιο Αιγαίο / Notio Aigaio

minn 73,67

sa 64,00

40 %

EL43 Κρήτη / Kriti

minn 58,33

sa 52,67

50 %

EL53 Δυτική Μακεδονία / Dytiki Makedonia

minn 59,67

sa 53,33

50 %

Il-Portugall:

PT30 Região Autónoma da Madeira

minn 76,00

sa 71,67

50 %

Is-Slovakkja:

SK02 Západné Slovensko

minn 66,67

sa 64,67

40 %

Spanja:

ES43 Extremadura

minn 66,67

sa 63,67

40 %

ES61 Andalusija

minn 68,33

sa 63,67

40 %

ES64 Ciudad de Melilla

minn 67,00

sa 64,00

40 %

ES70 Il-Kanarji

minn 75,00

sa 65,00

60 %

Reviżjoni dwar iż-żoni “c”

(14)

Wara l-istabbiliment ta’ BE32 Prov. Hainaut bħala żona ġdida “a”, il-kopertura taż-żona “c” mhux predefinita tal-Belġju hija aġġustata minn 23,33 % għal 16,82 % għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Għall-Istati Membri l-oħra kollha, il-kopertura “c” mhux predefinita kif stabbilita fl-Anness I tal-Linji Gwida ma tinbidilx.

(15)

Barra minn hekk, kif stabbilit fil-paragrafi (6) u (7), l-Istati Membri jistgħu jissostitwixxu żoni “c” mhux predefiniti eżistenti b’żoni ġodda proposti abbażi tat-Taqsima 7.3.2.3. tal-Linji Gwida sa 50 % tal-kopertura taż-żona “c” mhux predefinita aġġustata ta’ kull Stat Membru, jew, fejn mhux aġġustati, 50 % tal-kopertura taż-żona “c” mhux predefinita eżistenti, u jistgħu jipproponu wkoll żieda fl-intensità massima tal-għajnuna taż-żoni “c” eżistenti mhux predefiniti tagħhom jekk il-PDG per capita aġġornat jew l-istatistika dwar il-qgħad juru intitolament għal tali intensità massima ta’ għajnuna.

Identifikazzjoni tar-reġjuni li qed jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni intitolati għal intensitajiet akbar ta’ għajnuna

(16)

Il-Kummissjoni temenda l-paragrafu 188 u l-Anness IV tal-Linji Gwida billi tippermetti lill-Istati Membri jiddependu fuq data dwar it-telf tal-popolazzjoni li tinkludi l-perjodu 2010-2019 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

III.   EMENDA GĦALL-PARAGRAFU 188 TAL-LINJI GWIDA

(17)

Il-paragrafu 188 tal-Linji Gwida għandu jaqra kif ġej:

“L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.2 jistgħu jiżdiedu b’ħames punti perċentwali għar-reġjuni ta’ NUTS 3 li jesperjenzaw telf ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018. Mill-1 ta’ Jannar 2024, is-sentenza preċedenti tapplika wkoll għar-reġjuni NUTS 3 li jesperjenzaw il-grad ta’ telf tal-popolazzjoni msemmi fiha matul il-perjodu 2010-2019. (88)

(88) Ara l-Anness IV.”

IV.   EMENDA FL-ANNESS I GĦAL-LINJI GWIDA

(18)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ din il-Komunikazzjoni; L-Anness I emendat tal-Linji Gwida se jifforma l-bażi għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

V.   EMENDA FL-ANNESS IV GĦAL-LINJI GWIDA

(19)

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test fl-Anness 2 ta’ din il-Komunikazzjoni. L-Anness IV emendat tal-Linji Gwida se jifforma l-bażi għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

(1)  ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1.

(2)  Mapep tal-għajnuna reġjonali 2022-2027, disponibbli fuq:

https://competition-policy.ec.europa.eu/state-aid/legislation/modernisation/regional-aid/maps-2022-2027_mt.

(3)  Jiġifieri, il-PDG medju per capita għall-Istati Membri kollha (minbarra l-Irlanda ta’ Fuq).

(4)  Stabbilita f’konformità mal-paragrafi 179 u 180 tal-Linji Gwida, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu applikati intensitajiet akbar ta’ għajnuna skont f’konformità mat-Taqsimiet 7.4.3, 7.4.4 u 7.4.5 tal-Linji Gwida.

(5)  Idem.


ANNESS 1

“ANNESS I

Kopertura tal-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru għall-2022-2027

Il-Belġju

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018 (1)

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023 (2)

Il-PDG per capita 2019-2021 (3)

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027 (4)

Żoni ‘a’

1.1.2022–31.12.2027

BE34 Prov. Il-Lussemburgu (BE)

73,00

2,50  %

2,50  %

Żoni ‘a’

1.1.2024–31.12.2027

BE32 Prov. Hainaut

74,33

11,77  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2022–31.12.2023

23,33  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1.1.2024–31.12.2027

16,82  %

Il-kopertura tal-popolazzjoni totali

1.1.2022–31.12.2023

25,83  %

Il-kopertura tal-popolazzjoni totali

1.1.2024–31.12.2027

31,09  %


Il-Bulgarija

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

BG31 Северозападен / Severozapaden

31,67

10,66  %

10,66  %

BG32 Северен централен / Severen tsentralen

34,33

11,24  %

11,24  %

BG33 Североизточен / Severoiztochen

40,33

13,26  %

13,26  %

BG34 Югоизточен / Yugoiztochen

43,00

14,74  %

14,74  %

BG42 Южен централен / Yuzhen tsentralen

35,00

20,13  %

20,13  %

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

BG41 Югозападен / Yugozapaden

81,33

29,97  %

29,97  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00  %

100,00  %


Iċ-Ċekja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

CZ04 Severozápad

63,67

10,50  %

10,50  %

CZ05 Severovýchod

75,00

14,22  %

14,22  %

CZ07 Střední Morava

73,33

11,43  %

11,43  %

CZ08 Moravskoslezsko

74,33

11,33  %

11,33  %

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

CZ02 Střední Čechy

82,67

12,81  %

12,81  %

CZ03 Jihozápad

78,00

11,52  %

11,52  %

CZ06 Jihovýchod

82,67

15,94  %

15,94  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

87,76  %

87,76  %


Id-Danimarka

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

7,50  %

7,50  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

7,50  %

7,50  %


Il-Ġermanja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

18,10  %

18,10  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

18,10  %

18,10  %


L-Estonja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

EE00 Eesti

79,33

100,00  %

100,00  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00  %

100,00  %


L-Irlanda

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

35,90  %

35,90  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

35,90  %

35,90  %


Il-Greċja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

EL41 Βόρειο Αιγαίο / Voreio Aigaio

49,00

2,01  %

2,01  %

EL42 Νότιο Αιγαίο / Notio Aigaio

73,67

3,19  %

64,00

3,19  %

EL43 Κρήτη / Kriti

58,33

5,91  %

52,67

5,91  %

EL51 Aνατολική Μακεδονία, Θράκη / Anatoliki Makedonia, Thraki

47,67

5,59  %

5,59  %

EL52 Κεντρική Μακεδονία / Kentriki Makedonia

53,67

17,47  %

17,47  %

EL53 Δυτική Μακεδονία / Dytiki Makedonia

59,67

2,50  %

53,33

2,50  %

EL54 Ήπειρος / Ipeiros

48,67

3,11  %

3,11  %

EL61 Θεσσαλία / Thessalia

52,67

6,71  %

6,71  %

EL62 Ιόνια Νησιά / Ionia Nisia

63,33

1,90  %

1,90  %

EL63 Δυτική Ελλάδα / Dytiki Elláda

[EL643 Ευρυτανία / Żona skarsament popolata ta’ Evrytania]

50,33

6,12  %

6,12  %

EL64 Στερεά Ελλάδα / Sterea Elláda

62,33

5,18  %

5,18  %

EL65 Πελοπόννησος / Peloponnisos

56,67

5,36  %

5,36  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

17,28  %

17,28  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

 

82,34  %

82,34  %


Spanja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

1.1.2022–31.12.2027

ES42 Castilla-La Mancha

[ES423 Żona Skarsament Popolata ta’ Cuenca]

72,33

4,35  %

4,35  %

ES43 Extremadura

66,67

2,28  %

63,67

2,28  %

ES61 Andalusija

68,33

17,99  %

63,67

17,99  %

ES63 Ciudad de Ceuta

72,67

0,18  %

0,18  %

ES64 Ciudad de Melilla

67,00

0,18  %

64,00

0,18  %

ES70 Il-Kanarji

75,00

4,68  %

65,00

4,68  %

Żoni ‘a’

1.1.2024–31.12.2027

ES62 Ir-Reġjun ta' Murcia

 

 

70,67

3,17  %

Żoni ‘c’predefiniti (dawk li qabel kienu ż-żoni “a”) 1.1.2022–31.12.2023

ES62 Ir-Reġjun ta' Murcia

76,67

3,17  %

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

ES242 Teruel

0,29  %

0,29  %

ES417 Soria

0,19  %

0,19  %

Żoni “c” mhux predefiniti

32,99  %

32,99  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

66,29  %

66,29  %


Franza

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

FRY1 Guadeloupe

73,00

0,63  %

0,63  %

FRY2 Martinique

77,00

0,55  %

73,00

0,55  %

FRY3 Guyane

50,33

0,42  %

0,42  %

FRY4 La Réunion

70,00

1,28  %

1,28  %

FRY5 Mayotte

32,67

0,40  %

0,40  %

Saint-Martin (*1)

:

:

:

:

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

28,68  %

28,68  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

31,95  %

31,95  %


Il-Kroazja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

HR02 Panonska Hrvatska

41,58

27,02  %

27,02  %

HR03 Jadranska Hrvatska

[HR032 Żona skarsament popolata ta’ Ličko-senjska županija]

60,33

33,48  %

33,48  %

HR06 Sjeverna Hrvatska

48,43

20,04  %

20,04  %

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

HR05 Grad Zagreb

109,24

19,46  %

19,46  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00  %

100,00  %


L-Italja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

ITF2 Molise

69,33

0,51  %

0,51  %

ITF3 Campania

62,67

9,62  %

9,62  %

ITF4 Puglia

63,33

6,68  %

6,68  %

ITF5 Basilicata

74,67

0,94  %

0,94  %

ITF6 Kalabrija

57,33

3,23  %

3,23  %

ITG1 Sqallija

59,67

8,30  %

8,30  %

ITG2 Sardenja

70,33

2,72  %

2,72  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

9,99  %

9,99  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

41,99  %

41,99  %


Ċipru

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

49,46  %

49,46  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

49,46  %

49,46  %


Il-Latvja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

LV00 Il-Latvja

[LV008 Żona Skarsament Popolata ta’ Vidzeme]

67,00

100,00  %

100,00  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00  %

100,00  %


Il-Litwanja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

LT02 Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas

65,00

71,16  %

71,16  %

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

LT01 Reġjun ta’ Sostinės

113,67

28,84  %

28,84  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00  %

100,00  %


Il-Lussemburgu

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

7,50  %

7,50  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

7,50  %

7,50  %


L-Ungerija

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

HU12 Pest

55,00

13,00  %

13,00  %

HU21 Közép-Dunántúl

65,33

10,81  %

10,81  %

HU22 Nyugat-Dunántúl

72,67

10,10  %

10,10  %

HU23 Dél-Dunántúl

47,33

9,03  %

9,03  %

HU31 Észak-Magyarország

47,67

11,57  %

11,57  %

HU32 Észak-Alföld

44,33

14,89  %

14,89  %

HU33 Dél-Alföld

50,00

12,69  %

12,69  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

82,09  %

82,09  %


Malta

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

70,00  %

70,00  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,00  %

70,00  %


In-Netherlands

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

8,98  %

8,98  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

8,98  %

8,98  %


L-Awstrija

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

22,42  %

22,42  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

22,42  %

22,42  %


Il-Polonja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

PL21 Małopolskie

63,67

8,84  %

8,84  %

PL22 Śląskie

72,33

11,82  %

11,82  %

PL42 Zachodniopomorskie

58,33

4,43  %

4,43  %

PL43 Lubuskie

58,00

2,64  %

2,64  %

PL52 Opolskie

55,33

2,57  %

2,57  %

PL61 Kujawsko-Pomorskie

56,33

5,41  %

5,41  %

PL62 Warmińsko-Mazurskie

49,00

3,73  %

3,73  %

PL63 Pomorskie

67,67

6,06  %

6,06  %

PL71 Łódzkie

65,00

6,43  %

6,43  %

PL72 Świętokrzyskie

50,00

3,24  %

3,24  %

PL81 Lubelski

47,67

5,52  %

5,52  %

PL82 Podkarpackie

49,33

5,54  %

5,54  %

PL84 Podlaskie

49,67

3,08  %

3,08  %

PL92 Mazowiecki regionalny

59,33

6,12  %

6,12  %

Żoni ‘c’ predefiniti (eks żoni ‘a’)

PL41 Wielkopolskie

75,67

9,09  %

9,09  %

 

PL51 Dolnośląskie

77,00

7,55  %

7,55  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

0,82  %

0,82  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

92,90  %

92,90  %


Il-Portugall

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

PT11 Norte

65,67

34,76  %

34,76  %

PT16 Centro (PT)

67,33

21,63  %

21,63  %

PT18 Alentejo

72,67

6,89  %

6,89  %

PT20 Região Autónoma dos Açores

69,00

2,37  %

2,37  %

PT30 Região Autónoma da Madeira

76,00

2,47  %

71,67

2,47  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

2,11  %

2,11  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,23  %

70,23  %


Ir-Rumanija

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

RO11 Nord-Vest

58,33

13,13  %

13,13  %

RO12 Centru

60,00

11,93  %

11,93  %

RO21 Nord-Est

39,67

16,48  %

16,48  %

RO22 Sud-Est

52,67

12,37  %

12,37  %

RO31 Sud – Muntenia

49,33

15,14  %

15,14  %

RO41 Sud-Vest Oltenia

46,67

9,96  %

9,96  %

RO42 Vest

66,00

9,15  %

9,15  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

1,19  %

1,19  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

89,34  %

89,34  %


Is-Slovenja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

SI03 Vzhodna Slovenija

70,67

52,71  %

52,71  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

17,29  %

17,29  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,00  %

70,00  %


Is-Slovakkja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘a’

SK02 Západné Slovensko

66,67

33,55  %

64,67

33,55  %

SK03 Stredné Slovensko

58,00

24,60  %

24,60  %

SK04 Východné Slovensko

52,00

29,82  %

29,82  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

87,97  %

87,97  %


Il-Finlandja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

FI1D1 Etelä-Savo

2,67  %

2,67  %

FI1D2 Pohjois-Savo

4,46  %

4,46  %

FI1D3 Pohjois-Karjala

2,95  %

2,95  %

FI1D5 Keski-Pohjanmaa

1,24  %

1,24  %

FI1D7 Lappi

3,24  %

3,24  %

FI1D8 Kainuu

1,34  %

1,34  %

FI1D9 Pohjois-Pohjanmaa

7,43  %

7,43  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

3,52  %

3,52  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

26,86  %

26,86  %


L-Iżvezja

Reġjuni ta’ NUTS

Il-PDG per capita 2016-2018

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2021–31.12.2023

Il-PDG per capita 2019-2021

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali 1.1.2024–31.12.2027

Żoni ‘c’ predefiniti (żoni skarsament popolati)

SE312 Dalarnas län

2,81  %

2,81  %

SE321 Västernorrlands län

2,42  %

2,42  %

SE322 Jämtlands län

1,27  %

1,27  %

SE331 Västerbottens län

2,63  %

2,63  %

SE332 Norrbottens län

2,48  %

2,48  %

Żoni ‘c’ mhux predefiniti

9,98  %

9,98  %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

21,60  %

21,60  %


(1)  Imkejjel skont il-PPS, medja ta’ tliet snin għall-2016-2018 (EU27 = 100) (kif aġġornat fit-23.3.2020).

(2)  Abbażi tad-data tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2018.

(3)  Imkejjel skont il-PPS, medja ta’ tliet snin għall-2019-2021 (EU27 = 100) (kif aġġornat fit-23.2.2023).

(4)  Abbażi tad-data tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2018.

(*1)  Saint-Martin huwa reġjun ultraperiferiku iżda mhuwiex inkluż fin-nomenklatura tan-NUTS 2021. Biex tikkalkula l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli, Franza tista’ tuża data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħha jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.


ANNESS 2

“ANNESS IV

Metodu għad-definizzjoni ta’ żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 7.4.5

L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw iż-żoni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif ġej:

L-Istati Membri jridu jidentifikaw żoni megħjuna fil-livell NUTS 3 skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat;

Trid tintuża data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-perjodu 2009-2018, ibbażata fuq l-aktar klassifikazzjoni tan-NUTS riċenti disponibbli;

L-Istati Membri jridu juru telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018.

Meta l-klassifikazzjoni tan-NUTS tkun inbidlet matul l-10 snin preċedenti, l-Istati Membri mbagħad iridu jużaw id-data dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-itwal perjodu ta’ żmien disponibbli.

L-Istati Membri jridu jinkludu l-oqsma b’hekk identifikati meta joħorġu notifika skont il-paragrafu 189.

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-Istati Membri jistgħu juru telf fil-popolazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 188 ukoll b’referenza għall-perjodu 2010-2019.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/29


Rapport speċjali 13/2023

“Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati – Programm għad-dwana solidu b’potenzjal mhux sfruttat u b’implimentazzjoni mhux uniformi”

(2023/C 194/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 13/2023 tagħha: “Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati – Programm għad-dwana solidu b’potenzjal mhux sfruttat u b’implimentazzjoni mhux uniformi”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/publications/sr-2023-13


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/30


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11131 – PIERER / LEONI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 194/07)

1.   

Fis-17 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Dipl. Ing. Stefan Pierer (“Mr Pierer”, l-Awstrija), persuna fiżika,

LEONI AG, kumpannija kkwotata fil-Borża (“LEONI”, il-Ġermanja). L-ebda wieħed mill-azzjonisti tagħha ma jeżerċita influwenza deċiżiva fuq LEONI.

Pierer se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ LEONI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Pierer jikkontrolla lil Pierer Industrie AG (“PIAG”). PIAG huwa grupp ta’ investiment industrijali Awstrijak attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ muturi, roti elettriċi u komponenti għal vetturi motorizzati b’żewġ roti; l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sistemi mekkaniċi ta’ teknoloġija avvanzata għal komponenti dinamiċi għat-tlielaq, karozzi lussużi u ajrunawtika; u l-produzzjoni ta’ brejkijiet, pompi u komponenti tal-magna effiċjenti tas-CO2. PIAG huwa attiv madwar id-dinja,

LEONI hija fornitur globali ta’ prodotti, soluzzjonijiet u servizzi għall-ġestjoni tal-enerġija u tad-data fl-industrija tal-karozzi. B’mod speċifiku, LEONI tipprovdi cables standardizzati u cables tad-data għal sistemi ta’ wires.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11131 – PIERER / LEONI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/32


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11061 — NORDIC METAL/ALUMECO GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 194/08)

1.   

Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Nordic Metal Holdings Inc. (“Nordic Metal”) (l-Istati Uniti tal-Amerka) (2),

Alumeco Holding A/S (3) (“Alumeco”) (id-Danimarka)

Nordic Metal se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alumeco Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Nordic Metal hija attiva fid-distribuzzjoni tal-metalli fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-aluminju u l-azzar inossidabbli,

Alumeco huwa distributur internazzjonali tal-metalli, li jiffoka primarjament fuq l-aluminju iżda jiddistribwixxi wkoll ligi tar-ram u azzar inossidabbli. Permezz tal-unità kummerċjali tagħha Aluwind, hija attiva wkoll fid-disinn, fl-inġinerija, u fil-produzzjoni ta’ substrutturi tal-aluminju speċjalizzati għall-industrija tal-enerġija eolika. Alumeco topera primarjament fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11061 NORDIC METAL/ALUMECO GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  Nordic Metal hija kumpanija ġdida li hija direttament jew indirettament proprjetà ta’ tliet persuni fiżiċi (“l-Investituri”) li huma s-sidien ta’ diversi kumpaniji indipendenti attivi fid-distribuzzjoni tal-aluminju, tal-azzar inossidabbli, tal-ligi tar-ram u ta’ metalli oħra fl-Ewropa. Dawn huma Amari Metals Europe Ltd (“AME”), Amari Benelux Inc. (“ABI”), Amari Ireland Limited (“AIL”) bħala kumpanija unika, Amari France Holdings Inc. (“AMF”), Amari Switzerland Holdings Inc. (“AMS”), Sverdrup Holdings Inc. (“Sverdrup”), Britannia Metals Holdings, Inc. (“Britannia”), Aero Metals Alliance Inc. (“AMA”), Henley Management Company (“Henley”) u Deloro Group Holding Inc. (“Deloro”).

(3)  Alumeco Group huwa magħmul minn (i) Alumeco u (ii) Aluwind.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/34


Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta fis-settur tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

(2023/C 194/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 6b(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta b’oriġini fi Stat Membru

“Miel de Granada”

Nru tal-UE: PDO-ES-0243-AM01 – 3.3.2023

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem il-prodott

“Miel de Granada”

2.   Stat Membru li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

3.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija, l-Innovazzjoni u l-Katina Agroalimentari tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ilma u l-Iżvilupp Rurali tal-Gvern Reġjonali tal-Andalusija (Dirección General de Industrias, Innovación y Cadena Agroalimentaria Consejería de Agricultura, Pesca, Agua y Desarrollo Rural de la Junta de Andalucía)

4.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

1.   Modifika tal-karatteristiċi fiżikokimiċi

It-Taqsima B.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi ġenerali huma emendati fir-rigward tal-idrossimetilfurfural fil-mument tal-ippakkjar u tat-tikkettar. Dan ma kienx inkluż fil-verżjoni preċedenti. Speċifikament:

Idrossimetilfurfural < 10 mg/kg

hija ssostitwita bi:

Idrossimetilfurfural: < 18 mg/kg.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

2.   Eliminazzjoni tal-limiti għall-proporzjon tal-għabra tad-dakra Erica sp.

Fit-Taqsima B.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-limitu ta’ 1 % fuq il-proporzjon ta’ għabra tad-dakra minn Erica sp. tħassar, peress li l-livell ta’ għabra tad-dakra żdied minħabba t-tibdil fil-klima.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

3.   Bidliet fil-karatteristiċi organolettiċi

Hemm tabella li tiċċara t-Taqsima B.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tal-karatteristiċi organolettiċi, sabiex ikunu jistgħu jiġu analizzati u kkwantifikati f’laboratorju. Huma stabbiliti limiti għal varjabbli bħall-konduttività, il-perċentwal ta’ għabra tad-dakra, u l-kulur.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

4.   Formulazzjoni ġdida dwar it-traċċabbiltà tal-għasel

It-Taqsima D tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Il-formulazzjoni nbidlet biex tirrifletti l-approċċ biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-għasel.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

5.   Aġġornament għall-“Metodu tal-produzzjoni”

It-Taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tikkonċerna l-metodu tal-produzzjoni, ġiet emendata kif ġej.

Id-deskrizzjoni tal-kontenut tal-kontenituri ġiet aġġornata u l-proċessi involuti ġew stipulati f’formulazzjoni aktar ċara u aġġornata. Ġew miżjuda l-intestaturi “Preżentazzjoni u ppakkjar”, “Kontenut tal-kontenituri” u “Kunsinna tal-għasel”, kull waħda segwita minn deskrizzjoni aktar espliċita ta’ x’tinvolvi.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

6.   Bidla fil-korp responsabbli għall-kontroll tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Din għandha x’taqsam mat-Taqsima G tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott qabel il-bejgħ f’entità akkreditata f’konformità mal-ISO 17065.

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

7.   Emenda tal-formulazzjoni dwar it-tip ta’ prodott.

Ir-referenza għall-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tħassret mit-Taqsima 3.1 tad-Dokument Uniku, peress li ma għadhiex meħtieġa.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

8.   Emenda tal-formulazzjoni tar-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Fit-Taqsima 3.5, it-test kollu dwar it-traċċabbiltà tal-prodott tħassar u żdiedet formulazzjoni ġdida li hija meqjusa aktar xierqa. Dan it-test il-ġdid qabel kien parti mit-Taqsima 3.6, “Preżentazzjoni u ppakkjar” u “Kontenut tal-kontenituri”.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

9.   Formulazzjoni ġdida dwar ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Il-formulazzjoni tat-Taqsima H tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata; ir-referenza għas-“simbolu tal-Komunità Ewropea” ġiet sostitwita b’referenza għas-“simbolu tal-Unjoni Ewropea”.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

10.   Formulazzjoni ġdida dwar ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar fid-Dokument Uniku

Fit-Taqsima 3.6 tad-Dokument Uniku, it-test preċedenti ġie sostitwit bil-formulazzjoni l-ġdida tat-Taqsima H tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li hija meqjusa aktar xierqa.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

11.   Simplifikazzjoni tal-formulazzjoni fil-ġustifikazzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika kkonċernata

Il-formulazzjoni tat-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku, Rabta maż-żona ġeografika, ġiet emendata biex tiġi allinjata mal-limitu tal-karattri tas-sit eAmbrosia. Is-sustanza ma nbidlitx; il-formulazzjoni użata hija dik tas-sommarju tal-prodott.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

“Miel de Granada”

Nru tal-UE: PDO-ES-0243-AM01 – 3.3.2023

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem/Ismijiet

“Miel de Granada”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Għasel: prodott tal-ikel magħmul min-naħal tal-għasel bl-użu tan-nektar mill-fjuri jew tnixxijiet mill-partijiet ħajjin tal-pjanti jew misjuba fuqhom, li n-naħal jiġbru, jittrasformaw, jgħaqqdu mas-sustanzi speċifiċi tagħhom stess, jaħżnu u jħalluhom jimmaturaw fix-xehdiet tal-kaxxa tan-naħal. Dan jista’ jkun likwidu, viskuż jew kristallin.

L-għasel protett huwa kklassifikat bħala:

għasel ta’ fjura waħda mill-fjuri tal-qastan (Castanea sativa)

għasel ta’ fjura waħda mill-fjuri tal-klin (Rosmarinus officinalis)

għasel ta’ fjura waħda mill-fjuri tas-sagħtar (Thymus sp.)

għasel ta’ fjura waħda mill-fjuri tal-avokado (Persea americana)

għasel ta’ fjura waħda mill-fjur tal-larinġ (Citrus sp.)

għasel ta’ fjura waħda mill-fjuri tal-lavanda Franċiża (Lavandula stoechas)

għasel tal-muntanji

għasel ta’ ħafna fjuri

1.-   Il-karatteristiċi fiżikokimiċi ġenerali komuni għall-varjetajiet kollha tal-għasel fil-mument tal-ippakkjar u t-tikkettar

Indewwa: < 17,5 %

Idrossimetilfurfural: < 18 mg/kg.

2.-   Karatteristiċi melissopalinoloġiċi ġenerali għall-għasel kollu:

a)

L-ispettru tal-għabra tad-dakra karatteristiku tal-veġetazzjoni fi Granada, li jinkludi prinċipalment il-familji li ġejjin: Cistaceae, Lamiaceae, Fagaceae, Rosaceae, Asteraceae, Brassicaceae, Fabaceae, Borraginaceae, Salicaceae, Campanulaceae, Resedaceae, Plantaginaceae, Apiaceae, Caesalpinaceae u Lauraceae.

3.   Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u melissopalinoloġiċi speċifiċi:

Tip ta’ għasel

Konduttività

Kulur

Kontenut ta’ għabra tad-dakra

(× m S/cm)

(mm Pfund)

għasel tal-qastan ta’ fjura waħda

(Castanea sativa)

> 0,8

> 80

> 75 % Castanea

sativa

għasel tal-klin ta’ fjura waħda

(Rosmarinus officinalis)

< 0,25

< 35

> 15 % Rosmarinus officinalis jew > 10 % Rosmarinus officinalis u > 5 % labjati oħrajn

għasel tas-sagħtar ta’ fjura waħda

(Thymus sp.)

> 0,3 u < 0,8

> 55

> 15 % Thymus sp.

għasel tal-avokado ta’ fjura waħda

(Persea americana)

> 0,7

> 100

> 25 % Persea sp.

Preżenza ta’ > 0,2 % perseitol jekk il-kontenut ta’ għabra tad-dakra jkun < 25 %

għasel (tal-fjur) tal-larinġ ta’ fjura waħda

(Citrus sp.)

< 0,3

< 30

> 15 % Citrus sp.

Jekk il-kontenut tal-għabra tad-dakra jkun bejn > 5,0 % u < 15 %, il-kontenut tal-metil antranilat irid ikun ta’ 1,2 mg/kg jew aktar

għasel tal-Lavanda Franċiża ta’ fjura waħda

(Lavandula stoechas)

< 0,5

< 50

> 15 % Lavandula stoechas

Għasel tal-muntanji

 

 

> 20 % Castanea sp.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Dan ma huwiex rilevanti għall-għasel.

Din it-taqsima ma tapplikax.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Preżentazzjoni u ppakkjar

Għasel fi stat likwidu (fluwidu), fi stat solidu (kristallizzat) jew ta’ sawra kremuża.

Kontenut tal-kontenituri

Kontenituri b’kapaċità li ma taqbiżx il-5 kg, li jridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Materjal: ħġieġ trasparenti u bla kulur.

It-tikketta u t-tikketta sekondarja ma jridux jaħbu l-kontenut.

Siġill ermetiku.

Jistgħu jintużaw vażetti tradizzjonali tal-fuħħar, sakemm ikollhom piż nett ta’ 500 jew 1 000 g u siġill ermetiku.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti huma approvati mill-Kunsill Regolatorju fir-rigward tal-użu tad-denominazzjoni jew tal-marka. It-tikketti fuq il-vażetti jrid ikollhom l-indikazzjoni li ġejja, murija b’mod ċar: “Denominación de Origen Protegida” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”), is-simbolu tal-Unjoni Ewropea u d-denominazzjoni “Miel de Granada”.

Ikun xi jkun it-tip ta’ kontenitur li fih jiġu kkunsinnati tipi differenti ta’ għasel għall-konsum, dawn irid ikollhom tikketta nnumerata jew tikketta sekondarja, ipprovduta mill-Kunsill Regolatorju, li trid titwaħħal qabel il-kunsinna, f’konformità mar-regoli stabbiliti għal dak il-għan u dejjem b’tali mod li t-tikketti ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn jinsabu l-kaxxi tan-naħal u fejn issir l-estrazzjoni tal-għasel, jiġifieri ż-żona tal-produzzjoni, tinkludi t-territorji muniċipali kollha tal-provinċja ta’ Granada, fil-Komunità Awtonoma tal-Andalusija.

L-erja totali hija ta’ 12 531 ettaru.

L-għasel jiġi ppakkjat fiż-żona tal-produzzjoni.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

a.   Rabta storika

Il-kwalità tal-għasel minn Granada hija magħrufa sew u ilha dokumentata b’mod abbundanti sa mill-bidu tas-seklu 14. L-għasel ilu jiġi prodott f’dan ir-reġjun minn żmien il-qedem. L-ewwel evidenza dokumentarja tmur lura għaż-żmien ta’ Ibn al-Khathib (1313-1375), li, fix-xogħol tiegħu al-Ihata fi akhbar Gharnata (“Is-sors sħiħ tal-istorja ta’ Granada”), jirreferi għall-produzzjoni abbundanti tal-għasel f’żoni ta’ Granada li għadhom sal-lum jagħmlu użu minn din ir-riżorsa tradizzjonali bħala sors maġġuri ta’ introjtu. Hemm ukoll ħafna referenzi għall-għasel fix-xogħlijiet ta’ diversi kronisti tal-perjodu li rrakkontaw l-istorja tal-konkwista tal-Emirat ta’ Granada mill-armati Nsara.

Wara l-konkwista, il-muniċipalitajiet bdew jorganizzaw diversi attivitajiet ekonomiċi. F’Baza, pereżempju, kif huwa deskritt fil-Libro de Propios (1564), l-awtoritajiet muniċipali ntaxxaw il-kaxxi tan-naħal fis-Sierra de Baza, u l-għasel tal-klin kiseb reputazzjoni ġusta.

Il-ktieb tas-snajja’ tal-Belt ta’ Granada (1752) jsemmi b’mod espliċitu l-criador de colmena (dak li jrabbi n-naħal). Fl-1777, fid-Diccionario Geográfico o descripción de todos los reinos (“Dizzjunarju ġeografiku jew deskrizzjoni tar-renji kollha”), Juan de la Serna ddeskriva lil Granada bħala rikka fix-xama’ u fl-għasel. Għal darba oħra, Sebastián de Miñano (1826) irrefera għall-abbundanza u l-kwalità eċċellenti tal-għasel minn Granada fid-Diccionario Geográfico Estadístico de España y Portugal (“Dizzjunarju ġeografiku u statistiku ta’ Spanja u l-Portugall”). Huwa semma lil Baza, Alhama de Granada, Güejar-Sierra u Guadix bħala żoni ewlenin għall-produzzjoni tal-għasel fir-reġjun ta’ Granada. Pascual Madoz, fid-Diccionario Geográfico, Estadístico e Histórico de España (“Dizzjunarju ġeografiku, statistiku u storiku ta’ Spanja”) jenfasizza mill-ġdid il-varjetà, l-abbundanza u l-karatteristiċi eċċezzjonali tal-għasel minn Granada. Huwa jinnota, pereżempju, l-abbundanza ta’ għasel abjad fil-muniċipalità ta’ Loja. Josserva wkoll li huma prodotti ammonti konsiderevoli ta’ għasel tul il-kosta (f’La Garnatilla u Motril)tiegħu. Tomás López ukoll, fid-Diccionario Geográfico de Andalucía tiegħu: Granada (“Dizzjunarju Ġeografiku tal-Andalusija – Granada”), li ħareġ fl-aħħar trimestru tas-seklu 18, ukoll jidentifika diversi lokalitajiet fi Granada u s-sierras tal-madwar fejn il-kaxxi tan-naħal u l-għasel għandhom rwol importanti, bħal Quéntar jew Ribera de Oveja (komunità rurali żgħira li tappartjeni għall-muniċipalità ta’ Granada).

Fl-1888, Luis Morell y Terry għamel ċensiment. L-għadd ta’ kaxxi tan-naħal kien stmat li kien madwar 15 000, u ż-żoni tradizzjonali tat-trobbija tan-naħal – il-muntanji tal-Lvant, l-Alpujarras u l-belt kapitali provinċjali, Granada – kienu jżommu għadd kbir ta’ kaxxi tan-naħal. Fl-istess sena – l-1888 – Bertha Wihelmi introduċiet kaxxi tan-naħal tax-xehda mobbli u ppromwoviethom fil-provinċja, fejn gradwalment ħadu post il-kaxxi tan-naħal fissi tradizzjonali (Għarab). B’dan il-mod hija għamlet lil Granada waħda mill-provinċji pijunieri li wittiet it-triq għall-iżvilupp ta’ metodi ġodda tat-trobbija tan-naħal. F’Mejju 1909, ir-rivista Granada Agrícola rrapportat l-interess li wera s-suq Ġermaniż fl-importazzjoni tal-għasel minn Granada minħabba l-kwalità tiegħu derivata mill-firxa rikka ta’ pjanti aromatiċi u mediċinali fiż-żoni muntanjużi tiegħu, b’mod partikolari s-Sierra Nevada.

b. -   Rabta naturali

Il-fatturi naturali b’influwenza diretta fuq il-prodott jinkludu l-art muntanjuża, il-klima u l-veġetazzjoni, filwaqt li l-fatturi umani jinkludu r-rotot karatteristiċi interni tat-transumanza stabbiliti minn dawk li jrabbu n-naħal fi Granada.

Il-provinċja ta’ Granada għandha riżalt u klima varjati ħafna b’impatt dirett fuq is-settur, li jinfluwenzaw, pereżempju, il-mogħdijiet tat-transumanza interna fformati minn dawk li jrabbu n-naħal huma u jfittxu tipi differenti ta’ fjuri. Mill-perspettiva tat-trobbija tan-naħal, din id-diversità tfisser li dawk li jrabbu n-naħal fi Granada jistgħu jifformaw mogħdijiet tat-transumanza għat-tlugħ u għall-inżul tul il-ġnub tal-muntanji fil-provinċja, peress li l-ispeċijiet varji kkonċernati jiffjorixxu fi żminijiet differenti, u jipprovdu rendiment matul is-sena kollha. It-tip u l-istaġun tal-fjoritura jvarjaw skont l-altitudni, u dawk li jrabbu n-naħal jitilgħu u jinżlu x-xaqlibiet u rarament ikopru distanza ta’ aktar minn 50 km. Għalhekk, dawk li jrabbu n-naħal tul il-kosta, fil-Valle de Lecrín u fl-Alpujarra – Sierra Nevada normalment jimxu ’l fuq, jiġifieri mill-kosta lejn l-għoljiet u viċi versa fit-tfittxija tal-veġetazzjoni, li tiffjorixxi skont l-altitudni.

Huwa ċar li l-fattur ewlieni li jagħti lill-“Miel de Granada” l-karatteristiċi partikolari li jiddistingwuh minn għasel ieħor huwa l-flora tal-provinċja. Għandha aktar minn 296 000 ha ta’ ġnub tal-għoljiet ikklerjati miksija bi pjanti aromatiċi li jiżguraw livelli ta’ trobbija tan-naħal li jindikaw li qiegħda tiffjorixxi, kif ukoll żoni kbar ta’ qastan, siġar tal-larinġ u, tul il-kosta, avokado, li l-kosti tal-provinċji ta’ Granada u Málaga huma produtturi ewlenin tagħha.

Kważi 70 % tas-sidien ta’ stabbilimenti tat-trobbija tan-naħal fil-provinċja ta’ Granada għandhom rabtiet ma’ żoni protetti (il-park nazzjonali tas-Sierra Nevada u l-parks naturali tas-Sierra Nevada, is-Sierra de Baza, is-Sierra de Huétor, is-Sierra de Castril u s-Sierras de Tejeda, Alhama y Almijara), li huma ż-żona ta’ residenza normali tagħhom. Il-kaxxi tan-naħal tagħhom jibqgħu f’dawn iż-żoni għal parti mis-sena, jew għall-produzzjoni jew għall-ibernazzjoni. Il-moviment tan-naħal li jwettqu dawk li jrabbuhom fil-provinċja kollha ta’ Granada, fit-tfittxija tal-aktar provvisti rikki ta’ fjuri matul is-sena, jew ta’ siti għall-ibernazzjoni, sussegwentement jipprovdi lill-“Miel de Granada” bi spettru sħiħ tal-għabra tad-dakra.

Dawn iż-żoni baqgħu iżolati għal perjodu twil u t-trobbija tan-naħal għandha rwol ekonomiku importanti billi tipprovdi sors alternattiv ta’ introjtu agrikolu. Il-varjetà tal-fjuri f’dawn il-parks tfisser li l-għasel li jipproduċu joffri kombinazzjonijiet uniċi u mhux tas-soltu ta’ fjuri. Is-Sierra Nevada waħedha għandha aktar minn 160 endemiżmu, li madwar 60 minnhom huma esklużivi.

L-istudji dwar l-għabra tad-dakra fil-provinċja identifikaw madwar 92 forma li jappartjenu għal madwar 50 familja botanika. Il-“Miel de Granada” tipikament fih l-ispettru li jinkludi l-familji li ġejjin: Cistaceae, Lamiaceae, Fagaceae, Rosaceae, Asteraceae, Brassicaceae, Fabaceae, Borraginaceae, Salience, Campanulaceae, Resedaceae, Plantaginaceae, Apiaceae, Caesalpinaceae u Lauraceae. Dan l-għarfien tal-ispettru tal-għabra tad-dakra tal-“Miel de Granada”, flimkien mal-kwantità konsiderevoli ta’ endemiżmi botaniċi, jippermettilna nsibu indikaturi ġeografiċi li jippermettulna niddistingwu l-għasel li nipproduċu b’mod ċar minn dak prodott f’postijiet oħrajn fil-Peniżola Iberika.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.juntadeandalucia.es/sites/default/files/inline-files/2023/02/Pliego_miel_Gran_consolidado.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/40


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 194/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Suonenjoen mansikka”

Nru tal-UE: PGI-FI-02841 — 2.5.2022

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Suonenjoen mansikka”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Finlandja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6 – Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-isem “Suonenjoen mansikka” jintuża għall-frawli tal-ġnien (Fragaria X ananassa) imkabbar f’Savo ta’ Fuq, Suonenjoki u fil-muniċipalitajiet ġirien.

Is-“Suonenjoen mansikka” huwa kompletament aħmar, fih ħafna meraq, u artab bellusi fil-ħalq. Il-frawli jrid ikun ħelu u aromatiku.

Is-“Suonenjoen mansikka” għandu daqs minimu ta’ 18 mm. Iz-zokk u l-buttun tal-frawli jridu jkunu friski u ħodor. Meta jinqata’, il-frawli jrid ikollu kulur uniformi. Il-frawli jista’ jittiekel frisk, bħala frott artab mhux misjur. Il-frawli jrid ikollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 8 Brix. Il-ħlewwa tal-frawli tvarja skont il-varjetà u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir.

Is-“Suonenjoen mansikka” jinbiegħ bħala frott artab frisk, iffriżat, iffriżat soptu, jew jintuża għall-ipproċessar. Meta jinbiegħ frisk, is-“Suonenjoen mansikka” jrid jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tal-Klassi I. Is-“Suonenjoen mansikka” ffriżat, iffriżat soptu, jew użat għall-ipproċessar jista’ jkun tal-Klassi II.

Is-“Suonenjoen mansikka” jrid jiġi kkunsinnat frisk għall-bejgħ sa mhux aktar tard mill-jum ta’ wara dak li fih jinqata’.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Is-“Suonenjoen mansikka” jitkabbar u jinqata’ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-frawli frisk jiġi ppakkjat ukoll fiż-żona ġeografika ddefinita sabiex tiġi mħarsa l-kwalità u tiġi ggarantita l-oriġini. Il-frawli jista’ jiġi ffriżat jew iffriżat b’mod rapidu barra miż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Is-“Suonenjoen mansikka” dejjem irid jinbiegħ ippakkjat meta jinbiegħ frisk, iffriżat jew iffriżat soptu. Ma jistax jinbiegħ waħdu mingħajr pakkett.

Il-bdiewa li jipproduċu l-frawli f’Suonenjoki huma intitolati li jużaw il-logo ta’ “Suonenjoen mansikka”. Il-logo huwa disponibbli mingħajr ħlas għall-produtturi kollha li jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Image 1

Illustrazzjoni 1.

Il-logo ta’ “Suonenjoen mansikka”

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Is-“Suonenjoen mansikka” jiġi prodott f’Savo ta’ Fuq fiż-żona ta’ Sisä-Savo: fil-muniċipalitajiet ta’ Suonenjoki, Tervo, Rautalampi u Vesanto (reġjuni skont il-konfini muniċipali tal-2021) u fil-parti tal-Punent ta’ Kuopio fit-territorju tal-eks muniċipalità ta’ Karttula (reġjun skont il-konfini muniċipali tal-2010).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-indikazzjoni ġeografika għas-“Suonenjoen mansikka” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-frawli prodott fir-reġjun ta’ Suonenjoki.

Suonenjoki għandu tradizzjoni twila ta’ kultivazzjoni tal-frawli. Fl-2016, saru ċelebrazzjonijiet fi Suonenjoki biex jiġi mfakkar il-100 anniversarju tas-“Suonenjoen mansikka”. Matul dan is-seklu s-“Suonenjoen mansikka” sar terminu stabbilit fil-kultura kulinari Finlandiża. Dan jinbiegħ madwar il-Finlandja kollha u Suonenjoki huwa magħruf speċifikament għall-frawli tiegħu. Il-kultivazzjoni kummerċjali tal-frawli fil-Finlandja oriġinat fir-reġjun ta’ Suonenjoki.

It-toroq tal-belt ifakkru l-frawli b’ħafna modi. Fiċ-ċentru ta’ Suonenjoki, hemm statwa ta’ bniet li qegħdin jaqtgħu l-frawli - l-istatwa tal-1981 bl-isem ta’ Mansikkatytöt tal-iskultur Raimo Heino.

Fis-sajf, il-belt ta’ Suonenjoki tagħmilha aktar faċli biex jinxtara l-frawli billi timpjega bejjiegħa tal-frawli biex ibigħuh fuq in-network nazzjonali tal-ferrovija (Valtion Rautatiet - VR). Il-frawli jinbiegħ fuq il-ferroviji għal 3 ġimgħat wara li tkun saret l-għalla ewlenija. Is-“Suonenjoen mansikka” huwa l-uniku frott artab li jinbiegħ fuq il-ferroviji. Din it-tradizzjoni, li bdiet fl-1995, tfisser li l-passiġġieri issa jistgħu jistennew bil-ħerqa l-bejgħ ta’ dan il-frawli kull sena. Il-pjattaforma tal-istazzjon tal-ferrovija ta’ Suonenjoki tiġi mżejna bil-frawli.

Il-Karnival tal-Frawli ta’ Suonenjoki, li ilu jsir sabiex jonora l-frawli f’Suonenjoki mill-1970, isir fi tmiem it-tieni ġimgħa ta’ Lulju. Huwa fost l-avvenimenti sajfin li ilhom isiru għall-itwal żmien fil-Finlandja. Oriġinarjament din kienet festa biex jiġi ċċelebrat il-ħsad tal-frawli, u llum kibret f’avveniment li jżuruh madwar 20 000 persuna. Il-karnival tradizzjonalment jitnieda b’purċissjoni tal-karnival, li fiha jieħdu sehem rappreżentanti ta’ imprendituri u organizzazzjonijiet mir-reġjun.

Kull sena l-karnival jagħżel it-Tfajla tal-Frawli, li tipparteċipa fix-xogħol tal-PR għall-belt u l-kumpaniji matul is-sena tagħha bħala detentur tat-titlu. Kull sena fl-avveniment jiġi elett ukoll Ambaxxatur u/jew Ambaxxatriċi tal-Frawli. L-Ambaxxatur jew l-Ambaxxatriċi tal-Frawli tkun persuna li hija assoċjata mill-qrib mat-tkabbir tal-frawli u li tippromwovi s-“Suonenjoen mansikka”. Il-karnival għandu wkoll programmi oħra relatati mal-frawli bħal kompetizzjoni fejn jittiekel il-frawli u kompetizzjoni ta’ tiżjin tal-kejkijiet tal-frawli.

Fl-2016 ġie ppubblikat ktieb dwar is-“Suonenjoen mansikka” - Mansikalla maineeseen (Is-Suċċess bla Qies tal-Frawli) - biex jimmarka ċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-100 sena tal-frawli. Il-produttur tal-frott artab iffriżat Pakkasmarja Oy ipproduċa wkoll vidjow dwar il-kultivazzjoni tal-frawli lokali intitolat “Suonenjoen punainen timantti”, jiġifieri “d-djamant aħmar ta’ Suonenjoki”.

L-għalla, li oriġinat minn ftit nibbieta tal-frawli, evolviet tul għexieren ta’ snin, u llum l-għelieqi tal-frawli jiffurmaw parti integrali mill-pajsaġġ taż-żona. Fi Suonenjoki u fil-muniċipalitajiet tal-madwar (Sisä-Savo) hemm il-konċentrazzjoni l-aktar fit-Tramuntana tal-kultivazzjoni tal-frawli fid-dinja. Fi Suonenjoki hemm ukoll iċ-ċentru ta' Marjaosaamiskeskus għall-għarfien espert dwar il-frott artab u proġetti biex jippromwovu l-għarfien prattiku tal-kultivaturi tal-frott artab fir-reġjun ta’ Suonenjoki f’dak li għandu x’jaqsam mal-kultivazzjoni tal-frawli. Il-bdiewa fir-reġjun ilhom ukoll bl-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa tal-Frott Artab tar-Reġjun ta’ Suonenjoki (Suonenjoen seudun marjanviljelijäin yhdistys ry - SSMY) proprja tagħhom mill-1966. Il-frawli jissemma wkoll fl-istrateġija muniċipali ta’ Suonenjoki għall-2018 sal-2025. Il-viżjoni tal-belt hija li tkun “belt tal-frawli magħrufa għall-iżvilupp kuraġġuż tagħha”.

L-iljieli tas-sajf twal u mdawlin u l-art bl-għoljiet, permeabbli u morena tipika taż-żona joħolqu kundizzjonijiet tat-tkabbir tajbin għall-kultivazzjoni tal-frawli u jagħtu lill-frawli l-aroma u l-ħlewwa karatteristiċi tagħhom. Is-“Suonenjoen mansikka” jitkabbar fil-miftuħ jew f’materjal għat-tkabbir definit fil-miftuħ, f’mini tal-plastik jew f’serer. Ir-reġjun ta’ Sisä-Savo jipproduċi madwar waħda minn kull ħames frawliet minn fost il-ħsad kollu tal-frawli fil-Finlandja kull sena. Dan minħabba l-għadd kbir ta’ farms u r-rendiment ’il fuq mill-medja fiż-żona.

Is-snin ta’ esperjenza wasslu għall-kultivazzjoni ta’ speċijiet ħelwin, aromatiċi u tajbin. Madankollu, diversi varjetajiet differenti ta’ frawli jitkabbru taħt l-isem “Suonenjoen mansikka”. L-isem huwa speċifiku għaż-żona aktar milli speċifiku għall-varjetà. Illum il-ġurnata l-Polka, ir-Rumba u s-Sonata huma l-aktar varjetajiet ikkultivati u l-għelejjel ewlenin fir-reġjun. Hemm ukoll ħafna varjetajiet oħra b’kultivazzjoni minn bikrija sa tardiva, u għalhekk il-perjodu tal-ħsad fil-miftuħ ġeneralment idum minn Ġunju sa Settembru. Matul is-snin, l-għarfien espert tal-bdiewa dwar it-tkabbir tal-frawli kien sinifikanti fil-produzzjoni ta’ prodott ta’ kwalità għolja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.ruokavirasto.fi/globalassets/yritykset/elintarvikeala/valmistus/elintarvikkeista-annettavat-tiedot/eun-nimisuojajarjestelma/suonenjoen-mansikka-hakemus-final-021221.pdf?visitorgroupsByID=undefined


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.