ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 190/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11088 — LIBERTY GLOBAL / MEDIAHUIS / NRJ GROUP / VLAANDEREN EEN) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2023/C 190/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11102 – SILVER FAWN / MHI / AYOSA HOTELES / EVERTMEL / JAMAICA DEVCO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023
(2023/C 190/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 ġiet adottata fis-16 ta’ Mejju 2023.
It-test sħiħ (4) huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/documents-publications/public-register/public-register-search/.
Magħmul fi Brussell, 16 ta' Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1).
(4) Dokument 8566/23 + ADD 1.
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/3 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1047 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
(2023/C 190/02)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1047 (3) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (4) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 (5) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1, li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1047 u fir-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1045.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK)/2023/891 u fir-Regolament (UE) 2023/888.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata dwar x'wassal għall-elenkar.
Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur, f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew sakemm il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; |
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali. |
L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.
Mehmuża mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
Qabel ma jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/5 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/ 2023/1047 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
(2023/C 190/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/ 2023/1047 (2) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 (4).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fir-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/888, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel il-31 ta' Jannar 2024.
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/6 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2023/C 190/04)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni huma speċifikati fl-entrati korrispondenti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-30 ta' Ġunju 2023.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2023/C 190/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar reċenti, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L 140I, 30.5.2023, p. 14.
(4) ĠU L 140I, 30.5.2023, p. 7.
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq EUR-Lex - 02014R0269-20230225 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/8 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2023/C 190/06)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1048 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1046 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1, li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/432, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/429.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata mar-raġunijiet għall-elenkar.
Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur, f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew sakemm il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; |
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali. |
L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.
Mehmuża mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
Qabel ma jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta' Mejju 2023
(2023/C 190/07)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0744 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
150,01 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4486 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86365 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,6340 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9690 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,30 |
NOK |
Krona Norveġiża |
11,8745 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,709 |
HUF |
Forint Ungeriż |
370,40 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5235 |
RON |
Leu Rumen |
4,9630 |
TRY |
Lira Turka |
21,9118 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6397 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4586 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,4158 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7716 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4500 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 415,24 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
21,1269 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5990 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 086,45 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9439 |
PHP |
Peso Filippin |
60,474 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,260 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,3756 |
MXN |
Peso Messikan |
18,8465 |
INR |
Rupi Indjan |
88,7985 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/11 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/08)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||||
Rotot ikkonċernati |
Crotone - Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||||||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
1 ta’ Settembru 2023 |
|||||||||||
L-indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rigward l-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni:
Tel. +39 0644127190
Tel. +39 0644596515 Sit web http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it e mail: dg.ta@pec.mit.gov.it osp@enac.gov.it |
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/12 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/09)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
Rotot ikkonċernati |
Crotone - Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Settembru 2023 sal-31 ta’ Awwissu 2026 |
|||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||
Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596247 E mail: osp@enac.gov.it Sit web: http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it |
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/13 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/10)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||||||
Rotot ikkonċernati |
Ancona – Milano Linate u viċiversa Ancona – Roma Fiumicino u viċiversa Ancona – Napoli u viċiversa |
|||||||||||
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
1 ta’ Ottubru 2023 |
|||||||||||
L-indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rigward l-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni:
Tel. +39 0644127190
Tel. +39 0644596532 Sit web http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it e mail: dg.ta@pec.mit.gov.it osp@enac.gov.it |
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/14 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/11)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
Rotot ikkonċernati |
Ancona – Roma Fiumicino u viċiversa |
|||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2026 |
|||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||
Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596247 E mail: osp@enac.gov.it Sit web: http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it |
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/15 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/12)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
Rotot ikkonċernati |
Ancona – Milano Linate u viċiversa |
|||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2026 |
|||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||
Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596247 E mail: osp@enac.gov.it Sit web: http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it |
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/16 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/13)
Stat Membru |
L-Italja |
|||||
Rotot ikkonċernati |
Ancona – Napoli u viċiversa |
|||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2026 |
|||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||
Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596247 e mail: osp@enac.gov.it Sit web: http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11088 — LIBERTY GLOBAL / MEDIAHUIS / NRJ GROUP / VLAANDEREN EEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/14)
1.
Fis-16 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Liberty Global Plc (‘Liberty Global’, ir-Renju Unit), |
— |
Mediahuis NV (“Mediahuis”, il-Belġju), |
— |
NRJ Group SA (“NRJ”, Franza), |
— |
Vlaanderen Eén NV (“Vlaanderen Eén”, il-Belġju). |
Liberty Global, Mediahuis u NRJ se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Vlaanderen Eén.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Liberty Global: kumpanija tas-servizzi tal-internet broadband, vidjo, telefonija b’linja fissa u servizzi tal-komunikazzjoni mobbli konverġenti internazzjonali f’diversi Stati Membri, inkluż permezz ta’ Telenet fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Telenet hija fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni lill-konsumatur u kumpanija prinċipali ta’ xandar televiżiv Play Media (PLAY4, PLAY5, PLAY6 u PLAY7), |
— |
Mediahuis: grupp medjatiku ewlieni fil-Belġju, in-Netherlands, l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Ġermanja, |
— |
NRJ Group: grupp tal-media privat attiv prinċipalment fi Franza, fl-oqsma tal-edizzjoni, il-produzzjoni, l-avvenimenti, ix-xandir televiżiv u tar-radju u l-bejgħ tal-media. |
— |
Vlaanderen Eén: xandar kummerċjali li jopera Nostalgie Vlaanderen, kanal tar-radju kummerċjali bil-lingwa Olandiża b’aċċess għall-frekwenzi FM li jippermettilu jkopri t-territorju kollu tal-komunità Fjamminga fil-Belġju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11088 — LIBERTY GLOBAL / MEDIAHUIS / NRJ GROUP / VLAANDEREN EEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
31.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11102 – SILVER FAWN / MHI / AYOSA HOTELES / EVERTMEL / JAMAICA DEVCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 190/15)
1.
Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Silver Fawn C 2023 S.à r.l. (“Silver Fawn”, il-Lussemburgu), finalment ikkontrollata minn Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, Emirati Għarab Magħquda), |
— |
Melia Hotels International S.A. (“MHI”, Spanja), |
— |
Ayosa Hoteles S.L, Evertmel S.L u Jamaica Devco S.L (il-“Kumpaniji fil-Mira”, Spanja). |
Silver Fawn u MHI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpaniji fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Silver Fawn hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ ADIA, li hija istituzzjoni pubblika stabbilita fl-1976 mill-Emirat ta’ Abu Dhabi bħala istituzzjoni ta’ investiment indipendenti. Hija tinvesti fondi allokati lilha mill-Gvern ta’ Abu Dhabi u timmaniġġa portafoll ta’ investiment globali li huwa diversifikat fost diversi klassijiet ta’ assi, |
— |
MHI topera aktar minn 300 lukanda fi 48 pajjiż madwar l-Asja, l-Ewropa, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Ċentrali u l-Amerka ta’ Fuq, u l-Karibew, |
— |
Il-Kumpaniji fil-Mira huma s-sidien tal-proprjetà immobbli u n-negozji ta’ seba’ lukandi u klabb tal-bajjiet li jinsabu f’Calviá, Mallorca, Spanja. Qabel it-tranżazzjoni, il-Kumpaniji fil-Mira huma kkontrollati bi sħab minn MHI u Woodford Inversiones, S.L. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11102 – SILVER FAWN / MHI / AYOSA HOTELES / EVERTMEL / JAMAICA DEVCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).