ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 189

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
30 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 189/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 189/02

Kawża C-699/21, E. D. L. (Raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq mard): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra E. D. L. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Artikolu 23(4) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 4(3) TUE – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew – Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti – Marda gravi, kronika u potenzjalment irreversibbli – Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa tal-persuna kkonċernata mill-mandat ta’ arrest Ewropew)

2

2023/C 189/03

Kawża C-1/23 PPU, Afrin: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2003/86/KE – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Artikolu 5(1) – Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-membri tal-familja tal-isponsor li jippreżentaw l-applikazzjoni personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika kompetenti ta’ dan l-Istat Membru – Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li persuna tmur fl-imsemmija rappreżentanza – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7 u 24)

3

2023/C 189/04

Kawża C-619/22, Sinda & V R: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zemgales rajona tiesa – il-Latvja) – SIA Sinda & V R vs Rīgas domes Satiksmes departaments (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

4

2023/C 189/05

Kawża C-703/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Novembru 2022 – WU vs Directie van het Centraal Bureau Rijvaardigheidsbewijzen (CBR)

4

2023/C 189/06

Kawża C-707/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Novembru 2022 – Minister van Infrastructuur en Waterstaat vs AVROTROS

5

2023/C 189/07

Kawża C-719/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Openbaar Ministerie, Federale Overheidsdienst Financiën vs Profit Europe NV, Gosselin Forwarding Services NV

5

2023/C 189/08

Kawża C-751/22 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 minn Shopify Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-222/21, Shopify vs EUIPO – Rossi et (Shoppi)

6

2023/C 189/09

Kawża C-780/22 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 minn Zaun Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-231/21 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Arblu)

7

2023/C 189/10

Kawża C-7/23, Marvesa Rotterdam: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mr-Raad van State (il-Belġju) fl-10 ta’ Jannar 2023 – Marvesa Rotterdam NV vs Federaal Agentschap voor de veiligheid van de voedselketten (FAVV)

7

2023/C 189/11

Kawża C-42/33 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2023 minn Mendes SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-678/21, Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica Srl

8

2023/C 189/12

Kawża C-51/23 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 minn Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-640/20, Validity vs Il-Kummissjoni

8

2023/C 189/13

Kawża C-53/23, Asociaţia Forumul Judecătorilor din România: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Marzu 2023 – Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, Asociaţia Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor vs Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

9

2023/C 189/14

Kawża C-61/23, Ekostroy: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2023 – Ekostroy EOOD vs Agentsia Patna infrastruktura

10

2023/C 189/15

Kawża C-76/23, Cobult: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2023 – Cobult UG vs TAP Air Portugal SA

10

2023/C 189/16

Kawża C-78/23, Deutsche Lufthansa: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Steinfurt (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2023 – UE vs Deutsche Lufthansa AG

11

2023/C 189/17

Kawża C-89/23, Companhia União de Crédito Popular: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-16 ta’ Frar 2023 – Companhia União de Crédito Popular SARL vs Autoridade Tributária e Aduaneira

12

2023/C 189/18

Kawża C-92/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

12

2023/C 189/19

Kawża C-104/23, A GmbH & Co. KG: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2023 – A GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt B

14

2023/C 189/20

Kawża C-106/23 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2023 minn Patrick Vanhoudt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-490/21, Vanhoudt vs BEI

14

2023/C 189/21

Kawża C-107/23 PPU, Lin: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Frar 2023 – Proċeduri kriminali kontra C.I., C.O., K.A., L.N., S.P.

15

2023/C 189/22

Kawża C-109/23, Jemerak: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 GM u ON vs PR

16

2023/C 189/23

Kawża C-125/23, Unedic: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Association Unedic délégation AGS de Marseille vs V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K

17

2023/C 189/24

Kawża C-126/23, Burdene: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2023 – UD, QO, VU, LO, CA vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Interno

18

2023/C 189/25

Kawża C-134/23, Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2023 – Somateio Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio vs Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

19

2023/C 189/26

Kawża C-157/23, Ford Italia: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2023 – Ford Italia SpA vs ZP, Stracciari SpA

19

2023/C 189/27

Kawża C-161/23, Lireva Investments et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (Latvja) fis-16 ta’ Marzu 2023 – VL, ZS, Lireva Investments Limited, VI, FORTRESS FINANCE Inc. vs Latvijas Republikas Saeima

20

2023/C 189/28

Kawża C-163/23, Palognali: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Bologna (l-Italja) fl-14 ta’ Marzu 2023 – Governo Italiano vs UX

21

2023/C 189/29

Kawża C-164/23, VOLÁNBUSZ: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fis-16 ta’ Marzu 2023 – VOLÁNBUSZ Zrt. vs Bács Kiskun Vármegyei Kormányhivatal

22

2023/C 189/30

Kawża C-166/23, Nouryon Functional Chemicals: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (Mark- och miljööverdomstolen) (l-Isvezja) fis-17 ta’ Marzu 2023 – Naturvårdsverket vs Nouryon Functional Chemicals AB

23

2023/C 189/31

Kawża C-170/23, trendtours Touristik: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – trendtours Touristik GmbH vs SH

24

2023/C 189/32

Kawża C-204/23, Lufthansa Linee Aeree Germaniche et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Marzu 2023 – Autorità di regolazione dei trasporti vs Lufthansa Linee Aeree Germaniche et

24

2023/C 189/33

Kawża C-208/23, Martiesta: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-30 ta’ Marzu 2023 – AX

25

2023/C 189/34

Kawża C-210/23: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

25

2023/C 189/35

Kawża C-252/23 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 minn European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-7 ta’ Frar 2023 fil-Kawża T-81/22, Euranimi vs Il-Kummissjoni

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 189/36

Kawża T-39/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – PP et vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kriżi sanitarja marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 – Deċiżjoni li tawtorizza l-eżerċizzju tax-xogħol part-time sabiex wieħed jieħu ħsieb qraba barra mill-post ta’ assenzjazzjoni – Assenza ta’ possibbiltà li jiġi pprattikat it-telexogħol barra mill-post ta’ assenjazzjoni full-time – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Deċiżjoni li tilqa’ talba tax-xogħol part-time – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà – Remunerazzjoni – Sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni – Artikoli 62 u 69 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ksur tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

28

2023/C 189/37

Kawża T-749/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef-Grund-Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Josef Grund Gerüstbau – Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali grund – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

29

2023/C 189/38

Kawża T-61/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OD vs Eurojust (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Assenzjazzjoni mill-ġdid temporanja fl-interess tas-servizz – Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Miżura provviżorja ta’ allontanament – Kunċett ta’ att li jista’ jikkawża preġudizzju – Dritt għal smiegħ – Responsabbiltà)

29

2023/C 189/39

Kawża T-74/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Siemens vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Tiġdid tas-sistema ta’ sigurtà kontra n-nirien fil-bini tal-Parlament fi Strasbourg – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lill-offerenti oħra – Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

30

2023/C 189/40

Kawża T-162/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OQ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni – Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni)

30

2023/C 189/41

Kawża T-491/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Zitro International vs EUIPO – e-gaming (Smiley liebes top hat) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta smiley liebes top hat – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta persunaġġ fittizju – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2023/C 189/42

Kawża T-183/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2023/C 189/43

Kawża T-184/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO– E. & J. Gallo Winery (E & F) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2023/C 189/44

Kawża T-472/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Near-to-Prime – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

33

2023/C 189/45

Kawża T-116/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2023 – Medel et vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 189/46

Kawża T-142/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2023 – Swenters vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 189/47

Kawża T-182/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2023 – Innovation & Entrepreneurship Business School vs EUIPO – Thinksales (Sales School Powered by IEBS)

36

2023/C 189/48

Kawża T-185/23: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACKINSOMNIA)

36

2023/C 189/49

Kawża T-186/23: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACK INSOMNIA COFFEE COMPANY)

37

2023/C 189/50

Kawża T-188/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

38

2023/C 189/51

Kawża T-189/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – The Mochi Ice Cream Company vs EUIPO (my mochi)

38

2023/C 189/52

Kawża T-192/23: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2023 – Peikko Group vs EUIPO – Anstar (Forma ta’ travi tal-metall għall-bini)

39

2023/C 189/53

Kawża T-193/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – MegaFon vs Il-Kunsill

40

2023/C 189/54

Kawża T-194/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2023 – Fractal Analytics vs EUIPO – Fractalia Remote Systems (FRACTALIA)

41

2023/C 189/55

Kawża T-201/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 – CRA vs Il-Kunsill

41

2023/C 189/56

Kawża T-203/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

42

2023/C 189/57

Kawża T-204/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

43


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 189/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 179, 22.5.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 173, 15.5.2023

ĠU C 164, 8.5.2023

ĠU C 155, 2.5.2023

ĠU C 134, 17.4.2023

ĠU C 127, 11.4.2023

ĠU C 121, 3.4.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra E. D. L.

(Kawża C-699/21 (1), E. D. L. (Raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq mard))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Artikolu 23(4) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 4(3) TUE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti - Marda gravi, kronika u potenzjalment irreversibbli - Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa tal-persuna kkonċernata mill-mandat ta’ arrest Ewropew)

(2023/C 189/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. D. L.

Fil-preżenza ta’: Presidente del Consiglio dei Ministri

Dispożittiv

L-Artikoli 1(3) u 23(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta jeżistu raġunijiet validi li jitqies li hemm ir-riskju li l-konsenja ta’ persuna rikjesta, b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tqiegħed manifestament f’perikolu s-saħħa tagħha, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’, bħala eċċezzjoni, tissospendi temporanjament din il-konsenja;

meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni msejjħa tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna rikjesta, li tkun serjament marida, b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tqis li jeżistu raġunijiet serji u kkonfermati li temmen li din il-konsenja għandha tesponi lill din il-persuna għal riskju reali ta’ tnaqqis sinjifikattiv tal-aspettattivi ta’ ħajja tagħha jew ta’ deterjorament rapidu, sinjifikattiv u irrimedjabbli tal-istat tas-saħħa tagħha, hija għandha tissospendi l-imsemmija konsenja u titlob lill-awtorità ġudizzjarja emittenti tipprovdilha kull informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom ikun ippjanat li l-imsemmija persuna tiġi suġġetta għal prosekuzzjoni jew detenuta kif ukoll dwar il-possibbiltajiet li dawn il-kundizzjonijiet jiġu adattati għall-istat tas-saħħa tagħha sabiex jiġi evitat li tali riskju jseħħ;

jekk, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ġudizzjarja emittenti kif ukoll f’dak tal-informazzjoni l-oħra kollha li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha, jidher li dan ir-riskju ma jistax jitwarrab f’terminu raġonevoli, din l-aħħar awtorità għandha tirrifjuta li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew. Min-naħa l-oħra, jekk l-imsemmi riskju jista’ jiġi mwarrab f’tali terminu, għandha tiġi miftiehma data ġdida ta’ konsenja mal-awtorità ġudizzjarja emittenti.


(1)  ĠU C 73, 14.02.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge

(Kawża C-1/23 PPU (1), Afrin (2))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 5(1) - Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-membri tal-familja tal-isponsor li jippreżentaw l-applikazzjoni personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika kompetenti ta’ dan l-Istat Membru - Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li persuna tmur fl-imsemmija rappreżentanza - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 24)

(2023/C 189/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqri flimkien mal-Artikolu 7 kif ukoll mal-Artikolu 24(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ, għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja, li l-membri tal-familja tal-isponsor, b’mod partikolari ta’ refuġjat irrikonoxxut, imorru personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari ta’ Stat Membru kompetenti għall-post tar-residenza tagħhom jew tar-residenza tagħhom barra mill-pajjiż, inkluż f’sitwazzjoni li fiha jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli għalihom li jmorru quddiem din ir-rappreżentanza, bla ħsara għall-possibbiltà għal dan l-Istat Membru li jeżiġi li dawn il-membri jidhru personalment fi stadju sussegwenti tal-proċedura għal applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja.


(1)  ĠU C 104, 20.3.2023.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju. Ma jikkorrispondix mal-isem veru ta’ parti fil-proċedura.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zemgales rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Sinda & V R” vs Rīgas domes Satiksmes departaments

(Kawża C-619/22 (1), Sinda & V R)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 189/04)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Zemgales rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Sinda & V R”

Konvenut: Rīgas domes Satiksmes departaments

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Zemgales rajona tiesa (il-Qorti Distrettwali ta’ Zemgale, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 27.9.2022


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Novembru 2022 – WU vs Directie van het Centraal Bureau Rijvaardigheidsbewijzen (CBR)

(Kawża C-703/22)

(2023/C 189/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WU

Konvenut: Directie van het Centraal Bureau Rijvaardigheidsbewijzen (CBR)

Domandi preliminari

1)

Il-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1), b’mod iktar speċifiku l-istandard tal-kamp orizzontali tal-vista biż-żewġ għajnejn ta’ mill-inqas 160 grad, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li ma tissodisfax dan l-istandard minn perspettiva medika, iżda li, skont diversi esperti mediċi, hija fil-fatt tajba sabiex issuq trakk, tista’ wkoll tissodisfa dan l-istandard?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-proporzjonalità fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan fil-każ individwali, anki jekk il-kriterju stipulat fil-punt 6.4 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva ma jipprovdix għal possibbiltà ta’ eżenzjoni f’dawn il-każijiet?

3)

Jekk iva, liema ċirkustanzi jista’ jkollhom rwol fl-evalwazzjoni dwar jekk, f’każ speċifiku, jistax ikun hemm deroga mill-istandard tal-kamp orizzontali tal-vista stipulat fil-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan?


(1)  ĠU 2006 L 403, p. 18 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan”).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Novembru 2022 – Minister van Infrastructuur en Waterstaat vs AVROTROS

(Kawża C-707/22)

(2023/C 189/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister van Infrastructuur en Waterstaat

Konvenut: AVROTROS

Partijiet oħra: Bestuur van de Luchtverkeersleiding Nederland, Royal Schiphol Group NV/Schiphol Nederland BV

Domandi preliminari

1)

a)

X’tifsira għandha tingħata għal “dettalji tal-okkorrenzi” u “kunfidenzjalità” fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1) u fid-dawl tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni stipulat fl-Artikolu 11 tal-Karta tal-Unjoni u fl-Artikolu 10 tal-KEDB?

b)

Informazzjoni aggregata taqa’ taħt “dettalji tal-okkorrenzi” fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 376/2014?

2)

a)

Fid-dawl tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni stipulat fl-Artikolu 11 tal-Karta tal-Unjoni u fl-Artikolu 10 tal-KEDB, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 376/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa kompatibbli ma’ regola nazzjonali bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li ebda informazzjoni rċevuta wara okkorrenzi rrapportati ma tista’ tiġi ppubblikata?

b)

Dan japplika wkoll għad-data aggregata relatata mal-okkorrenzi rrapportati?

3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għad-domandi 2a u 2b: l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tapplika regola nazzjonali ġenerali dwar l-iżvelar li abbażi tagħha informazzjoni ma tiġix żvelata sakemm l-iżvelar ma jkunx jegħleb l-interessi li jirrigwardaw, pereżempju, ir-relazzjonijet ma’ Stati oħra u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispezzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza minn awtoritajiet amministrattivi, ir-rispett tal-ħajja privata u l-fatt li għandu jiġi evitat li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jiġu vvantaġġati jew żvantaġġati b’mod sproporzjonat?


(1)  ĠU 2014, L 122, p. 18.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Openbaar Ministerie, Federale Overheidsdienst Financiën vs Profit Europe NV, Gosselin Forwarding Services NV

(Kawża C-719/22)

(2023/C 189/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie, Federale Overheidsdienst Financiën

Konvenuti: Profit Europe NV, Gosselin Forwarding Services NV

Domanda preliminari

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1071/2012 (1) tal-14 ta’ Novembru 2012 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajl [Tajlandja] u Nru 430/2013 (2) tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja jiksru l-Artikoli 1, 5, 6 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (3) tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, meta jagħmlu importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina suġġetti għad-dazji antidumping fuq l-importazzjoni, meta la l-ilment qabel il-bidu ta’ proċedura antidumping u lanqas l-avviż tal-bidu tal-miżura antidumping ma identifikaw din il-merkanzija mal-prodott ikkonċernat, li l-ebda prova ta’ dumping, dannu u rabta kawżali ma ġiet prodotta u li l-Kummissjoni Ewropea bl-ebda mod ma eżaminat il-valur normali tagħhom, il-prezz tal-esportazzjoni tagħhom, il-marġni ta’ dumping eventwali tagħhom, id-dannu eventwali tagħhom, il-firxa tad-dannu, l-impatt ta’ fatturi oħra magħrufa fuq id-dannu, ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu u l-ħtieġa li din il-merkanzija (fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin) jiġu suġġetti għal dazji antidumping fl-interess tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2012, L 318, p. 10.

(2)  ĠU 2013, L 129, p. 1.

(3)  ĠU 2009, L 343, p. 51, rettifiki fil-ĠU 2010, L 7, p. 22, fil-ĠU 2011, L 293, p. 39 u fil-ĠU 2016, L 44, p. 20.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/6


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 minn Shopify Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-222/21, Shopify vs EUIPO – Rossi et (Shoppi)

(Kawża C-751/22 P)

(2023/C 189/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Shopify Inc (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Massimo Carlo Alberto Rossi, Salvatore Vacante u Shoppi Ltd.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Frar 2021 (Każ R 785/2020-2) (id-deċiżjoni kontenzjuża);

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tibbaża ruħha fuq aggravju wieħed, jiġifieri ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 (2), flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tiegħu.

L-appellanti tagħmel l-argumenti li ġejjin.

Il-Qorti Ġenerali injorat l-evidenza ta’ distinzjoni msaħħa fir-Renju Unit ippreżentata mill-appellanti billi d-deċiżjoni kkontestata ngħatat wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3). Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-appellanti għandha tkun f’pożizzjoni li tipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti mhux biss fid-data tal-applikazzjoni tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, essenzjalment, li l-kundizzjonijiet ta’ raġuni relattiva għal rifjut fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jeħtieġ li jeżistu fid-data tal-preżentata jew fid-data ta’ prijorità tat-trade mark ikkontestata u fid-data tad-deċiżjoni tal-EUIPO (jiġifieri d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew il-Bord tal-Appell).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU 2015, L 341, p. 21, rettifiki fil-ĠU 2016, L 267, p. 1, fil-ĠU 2016, L 110, p. 4 u fil-ĠU 2016, L 71, p. 322).

(3)  ĠU 2020, L 29, p. 27.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/7


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 minn Zaun Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-231/21 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Arblu)

(Kawża C-780/22 P)

(2023/C 189/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Zaun Ltd (rappreżentant: C. Weber, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Praesidiad Holding

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ April 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Zaun Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mr-Raad van State (il-Belġju) fl-10 ta’ Jannar 2023 – Marvesa Rotterdam NV vs Federaal Agentschap voor de veiligheid van de voedselketten (FAVV)

(Kawża C-7/23, Marvesa Rotterdam)

(2023/C 189/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marvesa Rotterdam NV

Konvenut: Federaal Agentschap voor de veiligheid van de voedselketten (FAVV)

Domandi preliminari

1)

Il-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE (1) tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1068 (2) tal-1 ta’ Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “prodotti tas-sajd” ikopri kemm prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif ukoll dawk maħsuba għall-għalf tal-annimali u, għaldaqstant, li ż-żejt tal-ħut maħsub għall-għalf tal-annimali jista’ jiġi kklassifikat bħala “prodott tas-sajd” fis-sens ta’ dan l-anness?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, il-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE […] tikser l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (3) tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi introdotti fil-Komunità, ikkunsidrat, jekk ikun il-każ, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2 TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, sa fejn il-prodotti tas-sajd iddestinati għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw fiċ-Ċina jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-projbizzjoni tal-importazzjoni taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, għall-kuntrarju tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-għalf tal-annimali li joriġinaw fiċ-Ċina, li huma suġġetti għal dik il-projbizzjoni tal-importazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 534.

(2)  ĠU 2015, L 174, p. 30.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 22, p. 247, rettifika fil-ĠU 2015, L 182, p. 92


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/8


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2023 minn Mendes SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-678/21, Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica Srl

(Kawża C-42/33 P)

(2023/C 189/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mendes SA (rappreżentanti: M. Cavattoni, avvocato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Actial Farmaceutica Srl

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ April 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Mendes SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/8


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 minn Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-640/20, Validity vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-51/23 P)

(2023/C 189/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre (rappreżentanti: B. Van Vooren, advocaat, u M.R. Oyarzabal Arigita, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-640/20, Validity vs Il-Kummissjoni;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020 u Deċiżjoni C(2021) 2834 final tad-19 ta’ April 2021; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż; jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li ma hemmx riskju li l-Kummissjoni tikser fil-ġejjieni l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-Trasparenza”) minħabba li:

i.

il-bażi legali “klima ta’ fiduċja reċiproka” ma tikkostitwixxix preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità; u

ii.

ma hemm l-ebda riskju li l-Kummissjoni terġa’ tinvoka bażi legali vaga, bħalma hija “klima ta’ fiduċja reċiproka”, f’talbiet fil-ġejjieni għal aċċess għal dokumenti.

Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma hemm l-ebda riskju li jerġa’ jkun hemm ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba, u li jerġa’ jsir ksur procedurali tar-Regolament dwar it-Trasparenza li seħħew fil-proċedura li waslet għal dawn il-proċedimenti.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Marzu 2023 – Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, Asociaţia “Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor” vs Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

(Kawża C-53/23, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”)

(2023/C 189/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Piteşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, Asociaţia “Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor”

Konvenut: Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, flimkien mal-Artikolu 12 u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu t-tqegħid ta’ limiti fuq it-tressiq ta’ azzjonijiet ġudizzjarji mill-assoċjazzjonijiet professjonali tal-membri tal-ġudikatura, intiżi sabiex jippromwovu u jiddefendu l-indipendenza tal-ġudikatura u l-Istat tad-dritt, kif ukoll sabiex jissalvagwardjaw l-istatus tal-professjoni, bl-introduzzjoni tal-kundizzjoni eċċessivament restrittiva tal-eżistenza ta’ interess privat leġittimu, abbażi ta’ deċiżjoni vinkolanti tal-Înalta Curțe de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), segwita minn prassi ġurisprudenzjali nazzjonali, f’kawżi simili għal dik fil-kawża prinċipali li fiha tressqet din it-talba, li timponi rabta diretta bejn l-att amministrattiv suġġett għall-istħarriġ tal-legalità mill-qrati u l-iskop dirett u l-għanijiet tal-assoċjazzjonijiet professjonali tal-membri tal-ġudikatura, previsti fl-istatuti tagħhom, f’sitwazzjonijiet fejn l-assoċjazzjonijiet ifittxu li jiksbu protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’oqsma rregolati mid-dritt tal-Unjoni konformement mal-iskop u mal-għanijiet ġenerali tal-istatut tal-assoċjazzjonijiet?

2)

Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Anness IX tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-kompetenza tad-Direcția Națională Anticorupție (id-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, ir-Rumanija) billi tassenja l-kompetenza esklużiva ta’ investigazzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni (lato sensu) imwettqa minn membri tal-ġudikatura u minn prosekuturi lil prosekuturi maħtura speċifikament (mill-Procurorul General al României (il-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija), fuq proposta tal-assemblea plenarja tal-Consiliul Superior al Magistraturii (il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura, ir-Rumanija)) fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anness mal-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) jew fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anness mal-qrati tal-appell, fejn dawn tal-aħħar għandhom ukoll ġurisdizzjoni fuq il-kategoriji l-oħra ta’ reati mwettqa mill-membri tal-ġudikatura u mill-prosekuturi?


(1)   ĠU 2007, L 142M, p. 825.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Haskovo (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2023 – “Ekostroy” EOOD vs Agentsia “Patna infrastruktura”

(Kawża C-61/23, Ekostroy)

(2023/C 189/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Haskovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Ekostroy” EOOD

Konvenut: Agentsia “Patna infrastruktura”

Domanda preliminari

L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-direttiva, rekwiżit li huwa previst f’dan l-artikolu, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, filwaqt li tippermetti eżenzjoni mir-responsabbiltà amministrattiva ta’ natura kriminali fil-każ li titħallas “tariffa kumpensatorja”, tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multa jew ta’ sanzjoni pekunjarja li l-ammont tagħhom huwa stabbilit minn qabel fir-rigward tal-ksur, irrispettivament min-natura u mill-gravità tiegħu, tar-regoli marbuta mal-obbligu li jitħejja u jitħallas bil-quddiem il-pedaġġ marbut mal-użu tal-infrastruttura tat-toroq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2023 – Cobult UG vs TAP Air Portugal SA

(Kawża C-76/23, Cobult)

(2023/C 189/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cobult UG

Konvenut: TAP Air Portugal SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm ftehim iffirmat mill-passiġġier dwar ir-rimbors tal-prezz tal-biljett fil-forma ta’ vawċer għall-ivvjaġġar fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 meta l-passiġġier jagħżel tali vawċer fuq is-sit internet tat-trasportatur tal-ajru effettiv bl-esklużjoni ta’ rimbors sussegwenti tal-prezz tal-biljett fi flus kontanti, liema vawċer huwa jirċievi b’messaġġ elettroniku, filwaqt li r-rimbors tal-prezz tal-biljett fi flus kontanti jkun biss possibbli wara li jiġi kkuntattjat it-trasportatur tal-ajru effettiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Steinfurt (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2023 – UE vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-78/23, Deutsche Lufthansa)

(2023/C 189/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Steinfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UE

Konvenut: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

Avviż ta’ bidla ta’ riżervazzjoni, bil-formulazzjoni riprodotta hawn isfel, u bil-lista sussegwenti tal-partijiet tat-titjira tal-vjaġġ bir-ritorn li huma miżmuma minn dawk indikati fil-konfermazzjoni tar-riżervazzjoni, jissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi ta’ “informati bil-kanċellazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

“Bidla tar-riżervazzjoni

[Isem tat-trasportatur tal-ajru] Numru ta’ riżervazzjoni: […]

(uri/ibdel ir-riżervazzjoni)

Għażiża klijenta, għażiż klijent,

Minħabba l-kriżi tal-coronavirus, huwa neċessarju li nkomplu nadattaw il-pjan ta’ titjira tagħna. Dan wassal ukoll għal bidla fir-riżervazzjoni tiegħek.

Ipprovajna nsibu l-aħjar konnessjoni possibbli għalik u nitolbuk, jekk jogħġbok, tivverifika l-bidla fir-riżervazzjoni tiegħek. It-titjiriet kollha tal-vjaġġ tiegħek li nżammu huma elenkati; it-titjiriet li ġew ikkanċellati ma ġewx riprodotti.”


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-16 ta’ Frar 2023 – Companhia União de Crédito Popular SARL vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-89/23, Companhia União de Crédito Popular)

(2023/C 189/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Companhia União de Crédito Popular SARL

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Għal kull skop li jsir magħruf jekk il-kummissjoni ta’ 11 % li l-liġi (Artikolu 25 tad-Decreto-Lei n.o 365/99, de 17 de Setembro (id-Digriet-Liġi Nru 365/99 tas-17 ta’ Settembru)) tattribwixxi lill-persuna li ssellef għall-bejgħ tal-oġġetti mogħtija b’rahan tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) li d-dispożizzjoni korrispondenti tagħha hija l-Artikolu 9(27)(a) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), il-bejgħ tal-oġġetti mogħtija b’rahan (Artikoli 19 et seq. tad-Digriet-Liġi Nru 365/99 tas-17 ta’ Settembru), meta l-persuna li tissellef ma tkomplix tħallas taħt il-kundizzjonijiet legali, jista’ jiġi kkunsidrat bħala provvista ta’ servizz anċillari tas-servizzi pprovduti mill-persuna li ssellef (attività ta’ self iggarantit b’rahan)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/12


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-92/23)

(2023/C 189/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Małecka, L. Malferrari u A. Tokár, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(1)

Tiddikjara li l-Ungerija,

(i)

billi ġiet adottata, mill-Médiatanács (il-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni, l-Ungerija) id-Deċiżjoni 830/2020 tat-8 ta’ Settembru 2020 li permezz tagħha ġiet miċħuda l-estensjoni tad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi ta’ Klubrádió,

(ii)

billi ġiet adottata dispożizzjoni legali bħall-Artikolu 48(7) tal-Liġi CLXXXV tal-2010, li, fil-każ ta’ ksur ripetut, teskludi awtomatikament l-estenzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi tar-radju relatati mas-servizzi ta’ xandir, anki meta l-ksur ma jkunx sinjifikattivament serju u jkun ta’ natura sempliċement formali, u

(iii)

billi, b’dan il-mod sproporzjonat u diskriminatorju, Klubrádió ġie eskluż milli jkompli l-attività tiegħu fis-settur tas-servizzi tax-xandir awdjo,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5, 7 u 10 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (1), taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (2), taħt l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (3) taħt il-prinċipji ġenerali ta’ proporzjonalità, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ kooperazzjoni leali, kif ukoll taħt l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(iv)

billi ma ġietx adottata, fi żmien it-terminu ta’ sitt ġimgħat indikat fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/20, deċiżjoni dwar it-talba ta’ Klubrádió għall-estensjoni tad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi tar-radju u

(v)

billi ma ġietx organizzata, fir-rigward tal-frekwenza użata preċedentement minn Klubrádió, proċedura ta’ għoti f’terminu ta’ żmien li kien jippermetti li Klubrádió jirċievi d-deċiżjoni qabel ma kienu jiskadu d-drittijiet tal-użu tiegħu,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21, taħt l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/20, kif ukoll taħt il-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba;

(vi)

billi l-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni ppubblika proċedura ta’ sejħa għal offerti fl-4 ta’ Novembru 2020 u adotta d-Deċiżjoni 180/2021 fl-10 ta’ Marzu, li fihom l-imsemmi kunsill

issuġġetta l-għoti tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal rekwiżiti sproporzjonati;

ma ddeterminax a priori r-rekwiżiti għall-għoti tal-ispettru u

ma eżerċita ebda setgħa ta’ evalwazzjoni sabiex jevalwa l-gravità u r-rilevanza tal-iżbalji mwettqa fil-kandidaturi li setgħu jaffettwaw l-ammissibbiltà tagħhom u billi lanqas ma ħa inkunsiderazzjoni n-natura insinjifikattiva tal-iżbalji,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(2) tad-Direttiva 2020/20, taħt l-Artikolu 45 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (4) u taħt l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(vii)

billi ġiet adottata dispożizzjoni legali bħall-Artikolu 65(11) tal-Liġi CLXXXV tal-2010, li teskludi l-possibbiltà li jintalbu drittijiet ta’ użu temporanju fil-każ ta’ nuqqas ta’ estensjoni minn qabel tad-drittijiet ta’ użu tal-fornitur tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, filwaqt li joffri din il-possibbiltà lill-fornituri li jkunu diġà estendew darba d-drittijiet ta’ użu tagħhom, mingħajr ġustifikazzjoni għal din id-differenza fit-trattament, ġaladarba r-raġunijiet li jeskludu l-estensjoni ma jeskludux l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu ġodda, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2018/1972, kif ukoll taħt il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni.

(2)

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjonijiet tal-awtorità Ungeriża li tirregola l-mezzi ta’ kommunikazzjoni, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li fuqha dawn id-deċiżjonjiet huma bbażati, li permezz tagħhom Klubrádió, stazzjon kummerċjali tar-radju li jopera fl-Ungerija, ġie miċħud mill-possibbiltà li jxandar il-programmi tiegħu fuq il-frekwenza terrestri analoġika FM u b’dan il-mod jilħaq iktar setturi tal-popolazzjoni Ungeriża.

Fit-8 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni ddeċieda li ma jġeddidx id-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi ta’ Klubrádió. Sussegwentement, dan il-kunsill nieda proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida għall-użu tal-frekwenza użata preċedentement minn Klubrádió. Dan tal-aħħar ipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, madankollu l-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni ddikjara l-kandidatura tiegħu invalida fl-10 ta’ Marzu 2021. Bħala konsegwenza għaż-żewġ deċiżjonjiet imsemmija tal-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni, Klubrádió kellu jabbanduna s-servizzi ta’ xandir tiegħu bir-radju fuq il-frekwenza FM.

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ungeriża fis-seħħ, Klubrádió lanqas ma jista’ jxandar b’mod provviżorju l-programmi tiegħu fuq il-frekwenza FM.

Il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija, billi adottat il-leġiżlazzjoni u l-miżuri ċċitati, kisret id-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 29, p. 337.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

(4)  ĠU 2018, L 321, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2019, L 334, p. 164 u fil-ĠU 2020, L 419, p. 36.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2023 – A GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt B

(Kawża C-104/23, A GmbH & Co. KG)

(2023/C 189/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt B

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 9406 tan-Nomenklatura Magħquda (1) tirrikjedi neċessarjament li bini prefabbrikat jifforma spazju magħluq kompletament min-naħat kollha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-intestatura 9406 tan-Nomenklatura Magħquda tirrikjedi li l-bini prefabbrikat ikun suffiċjentement kbir sabiex jippermetti lil persuna ta’ tul medju tidħol fih u, sabiex tagħmel dan, li jkun hemm mill-inqas spazju aċċessibbli li jippermetti lil tali persuna tkun bil-wieqfa, jew huwa biżżejjed li jkun possibbli li hija tidħol billi titbaxxa?


(1)  Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU 2014, L 312, p. 1).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/14


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2023 minn Patrick Vanhoudt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-490/21, Vanhoudt vs BEI

(Kawża C-106/23 P)

(2023/C 189/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Patrick Vanhoudt (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-490/21;

konsegwentement, tagħti lir-rikorrent il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020 sa fejn din tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Kap tal-uffiċċju tal-Viċi-President tal-BEI u d-deċiżjoni li s-Sur L jinħatar fil-pożizzjoni msemmija;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2021, ikkomunikata lir-rikorrent fit-18 ta’ Mejju 2021, li tiċħad it-talbiet għal rikors amministrattiv ta’ dan tal-aħħar tat-18 ta’ Diċembru 2020 u tas-17 ta’ Marzu 2021;

tikkundanna lill-BEI sabiex jikkumpensa d-dannu morali tar-rikorrent, li huwa evalwat, ex aequo et bono, f’EUR 4 000;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, ir-rikorrent jinvoka l-aggravji sussegwenti:

1.

Ksur tal-linji gwida u tal-proċedura – Ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni tal-qorti – Żball ta’ klassifikazzjoni ġuridika tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

2.

Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-qorti.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Frar 2023 – Proċeduri kriminali kontra C.I., C.O., K.A., L.N., S.P.

(Kawża C-107/23 PPU, Lin)

(2023/C 189/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Braşov

Rikorrenti

C.I., C.O., K.A., L.N., S.P.

Konvenut

Statul român

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 4[(3)] TUE, flimkien mal-Artikolu 325(1) TFUE u l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (1), flimkien mal-Artikolu 2 u mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (2), kif ukoll mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3), b’riferiment għall-prinċipju li jiġu mħaddna sanzjonijiet effettivi u dissważivi f’każijiet ta’ frodi li jkunu serji u li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (4), b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn l-appellanti li ġew ikkundannati fl-appell jitolbu, permezz ta’ appell straordinarju, l-annullament ta’ sentenza kriminali definittiva ta’ kundanna, billi jinvokaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli, li kienet applikabbli matul il-proċedura fuq il-mertu u li kienet tipprevedi perijodu ta’ preskrizzjoni iqsar li kien jiskadi qabel l-eżitu definittiv tal-kawża, iżda li ġiet biss irrilevata wara permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali test ta’ liġi dwar l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali (deċiżjoni tas-sena 2022), għar-raġuni li l-leġiżlatur naqas milli jintervjeni sabiex it-test inkwistjoni jinġieb konformi ma’ deċiżjoni oħra tal-istess qorti kostituzzjonali mogħtija erba’ snin qabel (deċiżjoni tas-sena 2018), fejn matul dan il-perijodu l-ġurisprudenza tal-qrati ordinarji mogħtija b’applikazzjoni tal-ewwel deċiżjoni kienet diġà ġiet stabbilita fis-sens li t-test inkwistjoni kif mifhum bħala riżultat tal-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali kien għadu fis-seħħ, bil-konsegwenza fil-prattika li jitnaqqas bin-nofs it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-atti kriminali kollha li fir-rigward tagħhom ma tkun ngħatat l-ebda sentenza definittiva ta’ kundanna qabel l-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali u konsegwentement li jitwaqqfu l-proċeduri kriminali kontra l-akkużati inkwistjoni?

2)

L-Artikolu 2 TUE dwar il-valuri tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f’soċjetà kkaratterizzata mill-ġustizzja u l-Artikolu 4[(3)] TUE dwar il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928 taħt l-aspett tal-impenn li tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja Rumena, b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta li jistabbilixxi l-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli, għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tas-sistema legali nazzjonali kollha kemm hi, fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-appellanti li ġew ikkundannati fl-appell jitolbu, permezz ta’ appell straordinarju, l-annullament ta’ sentenza kriminali definittiva ta’ kundanna, billi jinvokaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli, li kienet applikabbli matul il-proċedura fuq il-mertu u li kienet tipprevedi perijodu ta’ preskrizzjoni iqsar li kien jiskadi qabel l-eżitu definittiv tal-kawża, iżda li ġiet biss irrilevata wara permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali test ta’ liġi dwar l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali (deċiżjoni tas-sena 2022), għar-raġuni li l-leġiżlatur naqas milli jintervjeni sabiex it-test inkwistjoni jinġieb konformi ma’ deċiżjoni oħra tal-istess qorti kostituzzjonali mogħtija erba’ snin qabel (deċiżjoni tas-sena 2018), fejn matul dan il-perijodu l-ġurisprudenza tal-qrati ordinarji mogħtija b’applikazzjoni tal-ewwel deċiżjoni kienet diġà ġiet stabbilita fis-sens li t-test inkwistjoni kif mifhum bħala riżultat tal-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali kien għadu fis-seħħ, bil-konsegwenza fil-prattika li jitnaqqas bin-nofs it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-atti kriminali kollha li fir-rigward tagħhom ma tkun ngħatat l-ebda sentenza definittiva ta’ kundanna qabel l-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali u konsegwentement li jitwaqqfu l-proċeduri kriminali kontra l-akkużati inkwistjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv u biss jekk ma tkunx tista’ tingħata interpretazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li twassal sabiex il-qrati ordinarji nazzjonali jkunu marbuta bid-deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali u bid-deċiżjonijiet vinkolanti tal-qorti suprema nazzjonali u ma jistgħux, għal din ir-raġuni u mingħajr ir-riskju li jwettqu nuqqas dixxiplinari, iħallu mhux applikata l-ġurisprudenza li tirriżulta mid-deċiżjonijiet imsemmija, anki jekk huma jqisu, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-ġurisprudenza tmur kontra l-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 4 [(3)] TUE, flimkien mal-Artikolu 325(1) TFUE, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928, b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta, bħal fis-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57.

(2)  ĠU 2017, L 198, p. 29.

(3)  ĠU 2006, L 347, p. l, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(4)  ĠU 2007, L 142M, p. 825.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 GM u ON vs PR

(Kawża C-109/23, Jemerak (1))

(2023/C 189/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GM, ON

Konvenut: PR

Domandi preliminari (2)

1)

Nutar Ġermaniż jikser il-projbizzjoni li jipprovdi, direttament jew indirettament, servizzi ta’ konsulenza legali lil persuna ġuridika stabbilita fir-Russja meta huwa jawtentika kuntratt ta’ bejgħ ta’ appartament li jagħmel parti minn koproprjetà konkluż bejn l-imsemmija persuna bħala bejjiegħ u ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?

2)

Interpretu jikser il-projbizzjoni li jipprovdi, direttament jew indirettament, servizzi ta’ konsulenza legali meta, għall-finijiet tal-awtentifikazzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ, jaċċetta li n-nutar jirrikorri għas-servizzi tiegħu sabiex huwa jittraduċi l-kontenut tal-proċess ta’ awtentifikazzjoni lir-rappreżentant tal-persuna ġuridika stabbilita fir-Russja li ma għandux konoxxenza suffiċjenti tal-lingwa Ġermaniża?

3)

In-nutar jikser il-projbizzjoni li jipprovdi, direttament jew indirettament, servizzi ta’ konsulenza legali meta jinkariga ruħu u jwettaq attivitajiet notarili previsti mil-liġi għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ (pereżempju, ipproċessar tal-ħlas tal-prezz tal-bejgħ permezz ta’ kont fiduċjarju amministrat min-nutar, preżentazzjoni ta’ talba għal dokumenti għall-finijiet tal-kanċellazzjoni ta’ ipoteki u titoli oħra imposti fuq is-suġġett tal-bejgħ, preżentazzjoni ta’ dokumenti neċessarji għat-trasferiment tat-titolu quddiem l-awtorità responsabbli mir-reġistru tal-artijiet)?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  Interpretazzjoni tal-Artikolu 5n(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214), fil-verżjoni fis-seħħ b’effett mis-7 ta’ Ottubru 2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Association Unedic délégation AGS de Marseille vs V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K

(Kawża C-125/23, Unedic)

(2023/C 189/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-en-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association Unedic délégation AGS de Marseille

Konvenuti: V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1) tista’ tiġi interpretata fis-sens li hija tippermetti li l-istituzzjoni ta’ garanzija tkun eskluża milli tassumi r-responsabbiltà għall-ħlas tal-kumpens fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol, fejn impjegat jiddikjara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu wara li tkun inbdiet proċedura ta’ insolvenza?

2)

Tali interpretazzjoni hija konformi mal-kliem u mal-iskop ta’ din id-direttiva u tippermetti li jinkisbu r-riżultati mfittxija minn din tal-aħħar?

3)

Tali interpretazzjoni, ibbażata fuq il-persuna li tittermina l-kuntratt ta’ xogħol waqt il-perijodu ta’ insolvenza, twassal għal differenza fit-trattament bejn l-impjegati?

4)

Tali differenza fit-trattament, kemm-il darba teżisti, hija oġġettivament iġġustifikata?


(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2023 – UD, QO, VU, LO, CA vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Interno

(Kawża C-126/23, Burdene (1))

(2023/C 189/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UD, QO, VU, LO, CA

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell‘Interno

Domandi preliminari

Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu A, li jikkonċernaw kawża għad-danni mressqa minn ċittadini Taljani, residenti b’mod permanenti fl-Italja, kontra l-Istat fil-kapaċità tiegħu bħala leġiżlatur minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni u/jew l-implimentazzjoni żbaljata u/jew l-implimentazzjoni mhux sħiħa tal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x‘taqsam ma‘ kupens għal vittmi ta‘ delitti (2), u, b’mod partikolari, tal-obbligu stabbilit fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 12(2) tagħha li jintroduċu, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005 (kif stabbilit mill-Artikolu 18(1) tagħha), abbażi ta’ sistema ġeneralizzata ta’ kumpens għad-danni, li tkun xierqa biex tiżgura kumpens adegwat u ekwu favur il-vittmi tar-reati vjolenti u intenzjonali kollha fil-każijiet fejn dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ għad-danni subiti mingħand il-persuni direttament responsabbli u fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ traspożizzjoni fiż-żmien (u/jew tat-traspożizzjoni inkompleta) fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004:

a)

fid-dawl tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 11(2 bis) tal-1egge n. 122 – Disposizioni per l’adempimento degli obblighi derivanti dall’appartenenza dell’Italia all’Unione europea – Legge europea 2015-2016 (il-Liġi Nru 122, dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-appartenenza tal-Italja għall-Unjoni Ewropea – Liġi Ewropea 2015-2016), tas-7 ta’ Lulju 2016, kif emendata (mill-Artikolu 6 tal-Liġi Nru 167 tal-20 ta’ Novembru 2017 u tal-Artikolu 1(593 sa 596) tal-Liġi Nru 145 tat-30 ta’ Diċembru 2018 (iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 122/2016”)], li tissuġġetta l-ħlas ta’ kumpens lill-ġenituri u lil oħt il-vittma ta’ omiċidju, għan-nuqqas ta’ konjuġi u ta’ wlied tal-vittma stess, anki meta jkun hemm sentenza li tkun saret res judicata li tikkwantifika anki favurihom id-dritt għal kumpens għad-dannu impost fuq l-awtur tar-reat:

il-fatt li l-ħlas ta’ kumpens stabbilit favur il-ġenituri u oħt vittma tar-reati vjolenti intenzjonali jkun issuġġettat għan-nuqqas ta’ wlied u ta’ konjuġi ta’ din tal-aħħar (fir-rigward tal-ġenituri) u għan-nuqqas ta’ ġenituri (fir-rigward tal-aħwa), kif jipprovdi, fil-każ ta’ omiċidju, l-Artikolu 11(2 bis) tal-[Liġi Nru 122/2016] huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 kif ukoll mal-Artikoli 20 (ugwaljanza) u 21 (nondiskriminazzjoni), mal-Artikolu 33(1) (protezzjoni tal-familja) u mal-Artikolu 47 (dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (nondiskriminazzjoni)?

b)

fid-dawl tal-limitu tal-ħlas tal-kumpens:

kumpens li mal-ħlas tiegħu hemm marbuta r-riżerva stabbilita fl-Artikolu 11(3) tal-[Liġi Nru 122/2016], li tikkonsisti fil-formola “fil-limiti tal-fondi li jiddisponi minnhom il-Fond imsemmi fl-Artikolu 14”, mingħajr ebda dispożizzjoni li timponi fuq l-Istat Taljan li jirriżerva somom li jkunu konkretament suffiċjenti biex jippermettu l-kumpens, anki determinati fuq bażi statistika u li f’kull każ ikunu konkretament suffiċjenti biex jippermettu l-kumpens tal-aventi kawża f’terminu raġjonevoli, jista’ jitqies bħala “kumpens bil-fier u xieraq għal vittmi” fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2023 – Somateio “Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges”, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia “Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio” vs Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

(Kawża C-134/23, Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges)

(2023/C 189/25)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Somateio “Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges”, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia “Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio”

Konvenuti: Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

Domandi preliminari

L-Artikolu 38 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), moqri flimkien mal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li

1)

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (ta’ natura regolamentari) li tindika bħala ġeneralment bla perikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali pajjiż terz li, minkejja li assuma l-obbligu legali li jippermetti li tali kategoriji ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jitħallew jidħlu lura fit-territorju rispettiv tiegħu, effettivament jirrifjuta għal perijodu twil (f’dan il-każ, iktar minn għoxrin xahar) id-dħul lura, mingħajr ma jirriżulta li ġiet eżaminata l-possibbiltà li tali pajjiż jibdel il-pożizzjoni tiegħu fil-futur qarib?

jew fis-sens li

2)

id-dħul lura fil-pajjiż terz ma jikkostitwixxix kundizzjoni kumulattiva għall-adozzjoni ta’ att nazzjonali (ta’ natura regolamentari) li jindika pajjiż terz bħala ġeneralment bla perikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali, iżda jikkostitwixxi kundizzjoni kumulattiva għall-adozzjoni ta’ att individwali li jirrifjuta applikazzjoni speċifika għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba li jeżisti “pajjiż terz bla perikolu”?

jew fis-sens li

3)

id-dħul lura fil-“pajjiż terz bla perikolu” hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata biss fil-mument tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, meta d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq il-motiv ta’ “pajjiż terz bla perikolu”?


(1)  (ĠU 2013, L 180, p. 60).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2023 – Ford Italia SpA vs ZP, Stracciari SpA

(Kawża C-157/23, Ford Italia)

(2023/C 189/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ford Italia SpA

Konvenuti: ZP, Stracciari SpA

Domanda preliminari

Hija konformi mal-Artikolu 3[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) – u, jekk ma hijiex konformi, għaliex ma hijiex – l-interpretazzjoni li testendi r-responsabbiltà tal-manifattur għall-fornitur, anki jekk dan tal-aħħar ma waħħalx materjalment fuq l-oġġett l-isem, it-trade mark jew sinjal distintiv ieħor tiegħu, biss għaliex il-fornitur għandu isem, trade mark jew sinjal distintiv ieħor totalment jew parzjalment l-istess bħal dak tal-manifattur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (Latvja) fis-16 ta’ Marzu 2023 – VL, ZS, Lireva Investments Limited, VI, FORTRESS FINANCE Inc. vs Latvijas Republikas Saeima

(Kawża C-161/23, Lireva Investments et)

(2023/C 189/27)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti quddiem is-Satversmes tiesa: VL, ZS, Lireva Investments Limited, VI, FORTRESS FINANCE Inc.

Konvenut: Latvijas Republikas Saeima

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha qorti nazzjonali tiddeċiedi dwar il-konfiska ta’ beni miksuba illegalment fil-kuntest ta’ proċeduri separati relatati ma’ tali beni, li huma separati mill-proċeduri kriminali prinċipali, qabel ma tkun ġiet stabbilita l-eżistenza ta’ reat kriminali u qabel ma xi persuna tkun instabet ħatja ta’ dan ir-reat, u li tipprovdi wkoll għall-konfiska abbażi ta’ elementi misluta mill-proċess kriminali, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad- Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (1), b’mod partikolari tal-Artikolu 4 tagħha, u tad- Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (2), b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-prova tal-oriġini illegali ta’ beni fil-kuntest ta’ proċeduri dwar beni miksuba illegalment, bħal dik stabbilita mid-dispożizzjonijiet ikkontestati, għandha titqies li hija kompatibbli mad-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42?

3)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti kostituzzjonali ta’ Stat Membru, adita b’rikors kostituzzjonali kontra leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżulta inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, tiddeċiedi li tapplika l-prinċipju ta’ ċertezza legali u li żżomm l-effetti legali ta’ din il-leġiżlazzjoni matul il-perijodu ta’ validità tagħha?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114

(2)  ĠU 2006, L 159M, p. 223).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Bologna (l-Italja) fl-14 ta’ Marzu 2023 – Governo Italiano vs UX

(Kawża C-163/23, Palognali (1))

(2023/C 189/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Governo Italiano

Konvenut: UX

Domandi preliminari

1)

Il-ġurisprudenza tal-qrati supremi tal-ġustizzja ordinarja u amministrattiva ċċitata fil-motivi ta’ din id-deċiżjoni tar-rinviju, u b’mod partikolari d-digriet Nru 13973/2022 tat-3 ta’ Mejju 2022 tas-Suprema Corte di Cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni), li tiċħad kull dritt tal-maġistrat onorarju għal żmien determinat, bħall-Giudice di Pace kkonċernata fil-kawża prinċipali, marbut mal-istatus ta’ ħaddiem impjegat, b’kundizzjonijiet tax-xogħol komparabbli ma’ dawk tal-maġistrati professjonali għal żmien indeterminat, tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni billi timpedixxi l-eżerċizzju ta’ rikors effettiv għall-protezzjoni ġudizzjarja ta’ dan id-dritt quddiem qorti nazzjonali indipendenti, jekk u sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-imsemmija ġurisprudenza tal-qorti ordinarja tal-aħħar istanza kisret l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (2) […], il-klawżoli 2 u 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (3) […], kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (Status tal-Giudici di Pace Taljani), C-658/18, EU:C:2020:572 (iktar ’il quddiem is-“sentenza UX”), u fis-sentenza tas-7 ta’ April 2022, Ministero della Giustizia et (Status tal-Giudici di Pace Taljani) (C-236/20, EU:C:2022:263) (iktar ’il quddiem is-“sentenza PG”), kif ukoll l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE, il-klawżoli 2 u 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss implimentat mid-Direttiva 1999/70/KE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi UX u PG, kif ukoll l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 29(5) tad-[Digriet Leġiżlattiv] Nru 116/2017, introdott bl-Artikolu 29(629) tal-[Liġi Nru] 234/2021, fil-parti li fiha din id-dispożizzjoni tad-dritt intern tipprevedi r-rinunzja awtomatika ex lege għal kull pretensjoni li tirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, u, fil-kawża prinċipali, ir-rinunzja tad-dritt għal vaganzi mħallsa tal-giudice di pace rikorrenti, fil-każ li din titlob li tipparteċipa u tipparteċipa b’suċċess fil-proċedura ta’ kompetizzjoni sabiex tiġi stabblita f’kariga fir-rwol sa meta jiġi eżawrit sakemm tintlaħaq l-eta ta’ 70 sena, b’relazzjoni ta’ impjieg mal-Ministeru għall-Ġustizzja bil-kundizzjonijiet tas-salarju tal-uffiċjal amministrattiv b’funzjonijiet ġudizzjarji?

3)

L-għażla li din il-qorti tar-rinviju għandha l-ħsieb tagħmel hija koerenti mal-indikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fis-sentenzi UX u PG, ladarba jsiru l-verifiki kollha fdati lill-qorti nazzjonali mill-imsemmija ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dwar il-komparabbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-giudice di pace rikorrenti u dawk tal-maġistrat ordinarju għal żmien indeterminat ekwivalenti fir-rigward tad-dritt tar-rikorrenti għal kumpens għad-danni kkawżati min-nuqqas ta’ ħlas tal-perijodu tal-vaganzi, għażla li tikkonsisti fl-applikazzjoni bħala kriterju għall-kalkolu tal-kumpens għad-danni dovuti r-remunerazzjoni prevista għall-imħallef ordinarju tal-qorti bi kwalifika HH03, b’rispett tad-diversità tal-proċeduri ta’ reklutaġġ bejn maġistrat onorarju u imħallef professjonali għal żmien indeterminat, filwaqt li jiġi rriżervat biss għal dan tal-aħħar (il-maġistrat ordinarju) id-dritt ta’ progressjoni ekonomika u professjonali għal kwalifiki ogħla u mhux biss għat-tul tas-servizz għall-klassijiet u l-gradi tas-salarju?

4)

Fl-aħħar, l-Artikolu 47 tal-Karta u l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza tal-imħallef indikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 45 sa 49 tas-sentenza UX jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 21 tad-[Digriet Leġiżlattiv] Nru 116/2017, li jipprevedi l-possibbiltà tal-applikazzjoni tal-miżura tar-revoka tal-kariga ġudizzjarja ta’ dan l-imħallef tar-rinviju preliminari, fid-diskrezzjoni totali tal-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura, mingħajr ebda gradazzjoni tas-sanzjonijiet dixxiplinarji, anki fil-każ li fih dan l-imħallef nazzjonali għandu l-intenzjoni li japplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedura fil-kawża prinċipali u b’hekk ikun jinsab f’kuntrast mal-leġiżlazzjoni interna applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali u mal-ġurisprudenza ċċitata iktar 'il fuq tal-qrati supremi tal-ġustizzja ordinarja u amministrattiva?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fis-16 ta’ Marzu 2023 – VOLÁNBUSZ Zrt. vs Bács Kiskun Vármegyei Kormányhivatal

(Kawża C-164/23, VOLÁNBUSZ)

(2023/C 189/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VOLÁNBUSZ Zrt.

Konvenut: Bács Kiskun Vármegyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat” li jinsab fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirrigwarda l-post fejn is-sewwieq huwa bbażat, jiġifieri l-post, irrispettivament minn jekk dan huwiex installazzjoni, parkeġġ tal-impriża, jew inkella kull punt ġeografiku ieħor iddefinit bħala l-post minn fejn jibda l-itinerarju indikat fuq il-pjan tar-rotta, li minnu l-imsemmi sewwieq regolarment iwettaq is-servizz tiegħu u li lejh huwa jmur lura meta jtemm is-servizz, fil-kuntest tal-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu u mingħajr ma jikkonforma ruħu ma istruzzjonijiet partikolari mill-persuna li timpjegah?

2)

Sabiex post jiġi kklassifikat bħala “ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat”, fis-sens tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament, huwa jew ma huwiex rilevanti l-fatt li dan ikun mgħammar b’installazzjonijiet xierqa (pereżempju, installazzjonijiet iġjeniċi, faċilitajiet għall-benesseri jew postijiet ta’ mistrieħ)?

3)

Sabiex post jiġi kklassifikat bħala “ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat”, fis-sens tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament, huwa rilevanti l-fatt li l-pożizzjonament ta’ dawn il-postijiet konkreti fejn is-sewwieq huwa bbażat huma favorevoli għall-ħaddiema (sewwieqa), sa fejn dawn huma f’kull każ eqreb għall-postijiet ta’ residenza rispettivi tagħhom mill-postijiet fejn jinsabu l-istabbilimenti jew il-fergħat tal-impriża rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, b’tali mod li s-sewwieqa jkollhom ħinijiet ta’ vjaġġar iqsar milli kieku jibdew u jispiċċaw xogħolhom fil-postijiet fejn jinsabu l-istabbilimenti jew il-fergħat tal-impriża rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali?

4)

Fil-każ fejn il-kunċett ta’ “ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat” li jinsab fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament ma jistax jiġi interpretat bħala li jkopri l-post konkret fejn is-sewwieq huwa bbażat, jiġifieri l-post, irrispettivament minn jekk dan huwiex installazzjoni, parkeġġ tal-impriża, jew inkella kull punt ġeografiku ieħor iddefinit bħala l-post minn fejn jibda l-itinerarju indikat fuq il-pjan tar-rotta, li minnu l-imsemmi sewwieq regolarment iwettaq is-servizz tiegħu u li lejh huwa jmur lura meta jtemm is-servizz, fil-kuntest tal-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu u mingħajr ma jikkonforma ruħu ma istruzzjonijiet partikolari mill-persuna li timpjegah, id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett previst fir-Regolament tista’ għalhekk titqies bħala li hija miżura li tirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li fid-dawl tagħha, meqjusa l-premessa 5 tal-istess regolament, l-imsieħba soċjali jistgħu jistabbilixxu, permezz ta’ ftehimiet kollettivi jew ta’ arranġamenti oħra, dispożizzjonijiet iktar favorevoli għall-ħaddiema?


(1)  (ĠU 2006, L 102, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (Mark- och miljööverdomstolen) (l-Isvezja) fis-17 ta’ Marzu 2023 – Naturvårdsverket vs Nouryon Functional Chemicals AB

(Kawża C-166/23, Nouryon Functional Chemicals)

(2023/C 189/30)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt (Mark- och miljööverdomstolen)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Naturvårdsverket

Appellat: Nouryon Functional Chemicals AB

Domandi preliminari

1)

L-esklużjoni ta’ impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż prevista fil-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1) – li tipprovdi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni tal-karburanti għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra, bl-eċċezzjoni tal-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż – tapplika għall-impjanti kollha għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż, jew għandu jkun hemm xi fattur għall-kwalifika sabiex din l-esklużjoni tapplika? Jekk tali fattur huwa meħtieġ, l-għan tal-impjant huwa determinanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-esklużjoni, jew fatturi oħra jistgħu wkoll ikunu rilevanti?

2)

Jekk l-għan tal-impjant huwa determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni, l-esklużjoni tapplika xorta għal impjant li jinċenera skart perikoluż iżda li l-għan prinċipali tiegħu huwa differenti minn tali inċinerazzjoni?

3)

Jekk l-esklużjoni tapplika biss għal impjant li l-għan prinċipali tiegħu huwa l-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż, skont liema kriterji għandu jiġi evalwat tali għan?

4)

Jekk, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni, huwa determinanti li jkun magħruf jekk l-impjant għandux jitqies li jagħmel parti integrali minn attività tal-impjant li teħtieġ permess b’applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87 – pereżempju bil-mod kif deskritt fit-Taqsima 3.3.3 tad-Dokument ta’ Gwida tal-Kummissjoni –, liema rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti sabiex l-impjant jitqies bħala parti integrali? Jista’ jintalab, pereżempju, li l-produzzjoni tkun impossibbli jew mhux awtorizzata mingħajr dan l-impjant (ara d-Dokument ta’ Gwida tal-Kummissjoni Ewropea, paġna 14, nota ta’ qiegħ il-paġna 14), jew huwa biżżejjed li l-impjant ikun teknikament konness mal-impjant u jirċievi skart perikoluż li joriġina minnu biss?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – trendtours Touristik GmbH vs SH

(Kawża C-170/23, trendtours Touristik)

(2023/C 189/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut fl-ewwel istanza u appellant: trendtours Touristik GmbH

Rikorrent fl-ewwel istanza u appellat: SH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kumpens minħabba xoljiment dovut lill-operatur turistiku ma huwiex eskluż jekk, waqt il-vjaġġ, ma jkunx hemm iktar dannu sinjifikattiv ikkawżat minn ċirkustanzi straordinarji u inevitabbli, minkejja li tali ċirkustanzi li kellhom dannu sinjifikattiv kienu jeżistu f’punt preċedenti, jew inkella l-kwistjoni dwar jekk ċirkustanzi straordinarji u inevitabbli kellhomx dannu sinjifikattiv għat-twettiq tal-vjaġġ tiddependi esklużivament minn deċiżjoni bbażata fuq previżjoni magħmula fil-mument tad-dikjarazzjoni tax-xoljiment?

2)

Fil-każ li l-fattur determinanti jkun deċiżjoni bbażata fuq previżjoni, sa liema punt għandu jistenna l-vjaġġatur sabiex jiddikjara x-xoljiment mingħajr ma jkun obbligat iħallas kumpens għal xoljiment anki jekk id-dannu sinjifikattiv ikkawżat minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u inevitabbli sussegwentement jintemm?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Marzu 2023 – Autorità di regolazione dei trasporti vs Lufthansa Linee Aeree Germaniche et

(Kawża C-204/23, Lufthansa Linee Aeree Germaniche et)

(2023/C 189/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autorità di regolazione dei trasporti

Konvenuti: Lufthansa Linee Aeree Germaniche, Austrian Airlines AG, Brussels Airlines SA/NV, Swiss International Air Lines Ltd, Lufthansa Cargo AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-finanzjament tal-Awtorità għandu jsir biss permezz tal-impożizzjoni ta’ taxxi ajurportwali jew dan ma jistax isir lanqas permezz ta’ forom oħra ta’ finanzjament bħall-impożizzjoni ta’ kontribuzzjoni (il-Kulleġġ iqis li l-ġbir tas-somom intiżi għall-finanzjament tal-Awtorità permezz ta’ dazji huwa sempliċi għażla għall-Istati Membri)?

2)

Id-dazji jew il-kontribuzzjoni li jistgħu jiġu imposti għall-finanzjament tal-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12 għandhom jirrigwardaw biss servizzi u spejjeż speċifiċi – fi kwalunkwe każ mhux indikati fid-Direttiva – jew il-korrelazzjoni tagħhom mal-ispejjeż ta’ operazzjoni tal-Awtorità hekk kif jirriżultaw mill-kontijiet mibgħuta u awditjati minn awtorità pubblika ma hijiex biżżejjed?

3)

L-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2009/12 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazji jistgħu jiġu imposti biss fuq persuni residenti jew ikkostitwiti skont id-dritt tal-Istat li stabbilixxa l-Awtorità, u dan jista’ japplika wkoll fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet imposti għall-operazzjoni tal-Awtorità?


(1)  ĠU 2009, L 70, p. 11.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-30 ta’ Marzu 2023 – AX

(Kawża C-208/23, Martiesta (1))

(2023/C 189/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AX

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) u (3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2) għandu jiġi interpretat fis-sens l-awtorità ġudizzjarja li tesegwixxi għandha tirrifjuta jew fi kwalunkwe każ, tiddiferixxi l-konsenja ta’ mara tqila jew omm b’ulied minuri li jgħixu magħha?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(2) u (3), u l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA huma kompatibbli mal-Artikoli 3, 4, 7, 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni bejn l-Istati Membri, sa fejn dawn jeżiġu konsenja ta’ mara tqila jew ta’ omm bi qtugħ tar-rabtiet tagħha ma’ wliedha minuri li jgħixu magħha mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/25


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-210/23)

(2023/C 189/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Caro de Sousa u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma ttrasponietx korrettament l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 4(5)(b), l-Artikolu 6(2)(d), u l-Artikolu 8a(4), kif ukoll l-Artikolu 4(3) moqri flimkien mal-punt (2)(b) u (c)(vi) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011] dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), skont ir-redazzjoni mogħtija lilha mid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (2), ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija Direttiva 2011/92/UE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża ma ttrasponietx konformement mad-dritt Portugiż numru ta’ artikoli tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, skont ir-redazzjoni mogħtija lilha mid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (fil-verżjoni tagħha aġġornata u konsolidata, iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”). Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Portugiża fil-11 ta’ Ottubru 2019. Sussegwentement, intbagħtet opinjoni motivata lir-Repubblika Portugiża fit-12 ta’ Novembru 2021. Fil-preżent, il-Kummissjoni qed tippreżenta din l-azzjoni bil-motivi li ġejjin:

Billi ma tillimitax l-eżenzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 2(4) tad-Direttiva fir-rigward tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ impatt ambjentali (iktar ’il quddiem “VIA”) għall-każijiet fejn l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ikun jippreġudika l-għan tal-proġett, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva.

Billi tipprovdi li ċerti proġetti ma jkunux suġġetti għal VIA meta l-awtorità tal-VIA ma toħroġx opinjoni fir-rigward tal-issuġġettar ta’ tali proġetti għall-VIA fit-terminu legali, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva.

Billi ma tipprevedix li l-pubbliku jiġi informat b’mezzi adegwati, sa fejn ikun raġonevolment possibbli, dwar in-natura ta’ deċiżjonijiet possibbli jew l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ VIA, fil-każ li dan ikun disponibbli, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva.

Billi ma tistabbilixxix li t-tipi ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorizzati, u t-tul tal-monitorizzazzjoni, identifikati f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ proġett, għandhom ikunu proporzjonali man-natura, il-post u d-daqs tal-proġett, kif ukoll mal-importanza tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva.

Billi ma tinkludix id-“disponibbiltà” ta’ riżorsi naturali bħala kriterju rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk proġett għandux jiġi ssuġġettat għal VIA, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 4(3) moqri flimkien mal-punt 2(b) tal-Anness III tad-Direttiva.

Billi ma tagħmilx riferiment għal-“leġiżlazzjoni tal-Unjoni” jew għaż-żoni “fejn huwa meqjus li [ma ġewx osservati r-regoli ta’ kwalità ambjentali]” meta l-lista tal-elementi rilevanti għad-determinazzjoni taż-żoni li fihom għandha tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ assorbiment tal-ambjent naturali bħala kriterju rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk proġett għandux jiġi ssuġġettat għal VIA, ir-Repubblika Portugiża tikser l-Artikolu 4(3) moqri flimkien mal-punt 2(c)(vi) tal-Anness III tad-Direttiva.


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.

(2)  ĠU 2012, L 124, p. 1,


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/26


Appell ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 minn European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-7 ta’ Frar 2023 fil-Kawża T-81/22, Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-252/23 P)

(2023/C 189/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, V. Villante, avvocati, P. Gjørtler, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara ammissibbli dan l-appell;

tannulla d-digriet appellat u tiddikjara l-appell ippreżentat minn Euranimi ammissibbli;

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-mertu tar-rikors ta’ Euranimi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż legali ta’ dan l-appell u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji prinċipali:

L-ewwel motiv: żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ “inċidenza diretta u individwali” – klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti.

It-tieni motiv: żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-aħħar sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u r-rekwiżit u l-kunċett ta’ att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni – kwalifika żbaljata tal-fatti u distorsjoni tal-provi.

It-tielet motiv: kwalifika żbaljata tal-fatti u distorsjoni tal-provi.


Il-Qorti Ġenerali

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – PP et vs Il-Parlament

(Kawża T-39/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kriżi sanitarja marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 - Deċiżjoni li tawtorizza l-eżerċizzju tax-xogħol part-time sabiex wieħed jieħu ħsieb qraba barra mill-post ta’ assenzjazzjoni - Assenza ta’ possibbiltà li jiġi pprattikat it-telexogħol barra mill-post ta’ assenjazzjoni full-time - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Deċiżjoni li tilqa’ talba tax-xogħol part-time - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Remunerazzjoni - Sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni - Artikoli 62 u 69 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ksur tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”)

(2023/C 189/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PP, PQ, PR, PS, PT (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, D. Boytha u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, jitolbu, essenzjalment, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ April 2020 li jawtorizzaw lil PQ u PS jeżerċitaw l-attività tagħhom part-time barra mill-post ta’ assenjazzjoni tagħhom minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u tat-18 ta’ Mejju 2020 li jawtorizzaw lil PP jeżerċita l-attività part-time tiegħu barra mill-post ta’ assenjazzjoni tiegħu minħabba l-pandemija tal-COVID-19, tas-7, tal-15, tas-16 u tad-19 ta’ Mejju 2020 li ssospendew il-ħlas tal-allowance tal-espatrijazzjoni tar-rikorrenti matul il-perijodu ta’ xogħol tagħhom barra mill-post ta’ assenjazzjoni tagħhom kif ukoll tas-6 ta’ Mejju 2020 għall-irkupru tas-somom imħallsa żejda lil PR u PT u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni li huma ġarrbu minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar is-sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ PP hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta’ April 2020 dwar is-sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ PR hija annullata.

3)

Id-deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ April 2020 dwar is-sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ PQ hija annullata.

4)

Id-deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ April 2020 dwar is-sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ PS hija annullata.

5)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2020 dwar is-sospensjoni tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ PT hija annullata.

6)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

7)

PP, PR, PQ, PS u PT għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.

8)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż ta’ PP, ta’ PR, ta’ PQ, ta’ PS u ta’ PT.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef-Grund-Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau)

(Kawża T-749/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Josef Grund Gerüstbau - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali grund - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 189/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Grund Gerüste e.K. (Kamp-Lintfort, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Josef-Grund-Gerüstbau GmbH (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Staupendahl, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2021 (Każ R 1925/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gerhard Grund Gerüste e. K. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OD vs Eurojust

(Kawża T-61/22) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenzjazzjoni mill-ġdid temporanja fl-interess tas-servizz - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Miżura provviżorja ta’ allontanament - Kunċett ta’ “att li jista’ jikkawża preġudizzju” - Dritt għal smiegħ - Responsabbiltà)

(2023/C 189/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OD (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (rappreżentanti: A. Terstegen-Verhaag u M. Castro Granja, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2021, li permezz tagħha l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) ddeċidiet li tassenjaha mill-ġdid f’pożizzjoni ta’ [kunfidenzjali], kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2021, li permezz tagħha Eurojust ċaħdet l-ilment tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2021, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li sostniet wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tas-17 ta’ Ġunju 2021 li tassenja mill-ġdid lil OD f’pożizzjoni ta’ [kunfidenzjali] hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Eurojust hija kkundannati tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn OD.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Siemens vs Il-Parlament

(Kawża T-74/22) (1)

(“Kuntratti pubbliċi - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Tiġdid tas-sistema ta’ sigurtà kontra n-nirien fil-bini tal-Parlament fi Strasbourg - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lill-offerenti oħra - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2023/C 189/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Siemens SAS (Saint-Denis, Franza) (rappreżentanti: E. Berkani u M. Blanchard, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u V. Naglič, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2021 li ma taċċettax l-offerti sottomessi mill-grupp ta’ impriżi komposta minnha stess u minn Eiffage Énergie Systèmes – Alsace Franche-Comté fil-kuntest tal-lottijiet Nru. 1 u 2 tas-sejħa tal-offerti 06A 70/2021/M004, dwar it-tiġdid tas-sistema ta’ sigurtà kontra n-nirien fil-bini tal-Parlament fi Strasbourg (Franza), kif ukoll li jingħata l-kuntratt lill-offerenti oħra u, sussidjarjament, abbażi tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Siemens SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 189/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OQ (rappreżentanti: N. Maes u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Mejju 2021 li permezz tagħha hija imponiet fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OQ huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 198, 16.5.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – Zitro International vs EUIPO – e-gaming (Smiley liebes top hat)

(Kawża T-491/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta smiley liebes top hat - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta persunaġġ fittizju - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 189/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zitro International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: e-gaming s. r. o (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Mejju 2022 (Każ R 2005/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zitro International Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 380, 3.10.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF)

(Kawża T-183/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 189/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2022 (Każ R 729/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. & J. Gallo Winery u Eggers & Franke Holding GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Eggers & Franke Holding GmbH u E. & J. Gallo Winery huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO– E. & J. Gallo Winery (E & F)

(Kawża T-184/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 189/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2022 (Każ R 730/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. & J. Gallo Winery u Eggers & Franke Holding GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Eggers & Franke Holding GmbH u E. & J. Gallo Winery huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime)

(Kawża T-472/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Near-to-Prime - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 189/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mocom Compounds GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bornholdt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Centemia Conseils (Angeviller, Franza)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Mejju 2022 (Każ R 2178/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 359, 19.9.2022.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2023 – Medel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/23)

(2023/C 189/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Magistrats européens pour la démocratie et les libertés (Medel) (Strasbourg, Franza), International Association of Judges (Ruma, l-Italja), Association of European Administrative Judges (Trier, il-Ġermanja), Stichting Rechters voor Rechters (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Zatschler, SC, E. Egan McGrath, Barrister-at-Law, A. Bateman u M. Delargy, Solicitors)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Ftehim ta’ Finanzjament bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Polonja konkluż konformement mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament 2021/241 fl-24 ta’ Awwissu 2022;

tannulla l-Ftehim ta’ Self bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Polonja konkluż konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament 2021/241 fl-24 ta’ Awwissu 2022;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-appellanti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2022 dwar l-approvazzjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Polonja (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill”), li abbażi tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet il-Ftehimiet ta’ Finanzjament u ta’ Self imsemmija iktar ’il fuq (iktar ’il quddiem il-“Ftehimiet ta’ Finanzjament u ta’ Self ikkontestati”), hija invalida peress li l-Kunsill injora l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenzi tad-19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema tal-Polonja) (C-585/18, C-624/18 u C-625/18, EU:C:2019:982), u tal-15 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Sistema dixxiplinari applikabbli għall-membri tal-ġudikatura) (C-791/19, EU:C:2021:596), kif ukoll mid-digriet tat-8 ta’ April 2020, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (C-791/19 R, EU:C:2020:277) u mid-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (C-204/21 R, EU:C:2021:593), u kiser l-Artikoli 2 u 13(2) TUE.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll, taħt dan il-motiv, li l-Kunsill mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu sa fejn ippretenda li jista’ jiddetermina kif il-Polonja għandha tikkonforma ruħha mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema tal-Polonja (iktar ’il quddiem l-“Awla Dixxiplinari”).

2.

It-tieni motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill hija invalida sa fejn il-Kunsill kiser l-Artikoli 2 u 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), kif interpretati b’mod awtorevoli mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jargumentaw li l-istadji importanti, li fuqhom hija bbażata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, jiksru l-Artikoli 2 u 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta sa fejn:

jagħtu effetti legali lid-deċiżjonijiet tal-Awla Dixxiplinari minflok ma jqisuhom nulli,

jimponu piżijiet proċedurali addizzjonali, inċertezza u dewmien fuq il-membri tal-ġudikatura milquta minn deċiżjonijiet illegali tal-Awla Dixxiplinari billi jeżiġu li l-membri tal-ġudikatura inkwistjoni jressqu proċeduri ġodda quddiem awla kkostitwita b’mod ġdid fi ħdan il-Qorti Suprema sabiex jeskludu dubji dwar ir-reputazzjoni tagħhom; u

lanqas ma jipprevedu l-possibbiltà li l-membri tal-ġudikatura inkwistjoni jiġu stabbiliti mill-ġdid fil-funzjoni tagħhom, minn tal-inqas b’mod temporanju, fl-istennija tal-eżitu tal-proċeduri ta’ stħarriġ.

3.

It-tielet motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill hija invalida peress li l-istadji importanti F1G, F2G u F3G stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill huma insuffiċjenti sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-Polonja, li hija rekwiżit meħtieġ għall-funzjonament ta’ sistema ta’ stħarriġ interna. Ir-rikorrenti jargumentaw li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill b’hekk tikser l-Artikoli 20(5)(e) u 22 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU 2021, L 57, p. 17, rettifika fil-ĠU 2021, L 410, p. 197), u l-Artikolu 325 TFUE, li jirrikjedu stħarriġ intern effettiv u effiċjenti.

4.

Ir-raba’ motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill hija invalida għaliex il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament 2021/241 meta approva l-istadji importanti bħala “arranġamenti adegwati” għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni fil-Polonja.

5.

Il-ħames motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill hija invalida għaliex il-Kunsill naqas milli jagħti motivazzjoni adegwata għaliha, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.

6.

Is-sitt motiv: il-Ftehimiet ta’ Finanzjament u ta’ Self ikkontestati, konklużi mill-Kummissjoni, imorru lil hinn mill-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) 2021/241, u għalhekk imorru kontra d-dritt tal-Unjoni sa fejn l-Artikoli 6(5) u 18(1) tal-Ftehim ta’ Finanzjament u l-Artikoli 7(5) u 28(1) tal-Ftehim ta’ Self jipprevedu l-possibbiltà li l-finanzjament jiġi rrilaxxat anki jekk ma jintlaħqux l-istadji importanti F1G, F2G u F3G, marbuta mal-Istat tad-dritt, previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/35


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2023 – Swenters vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/23)

(2023/C 189/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ivo Swenters (Hasselt, il-Belġju) (rappreżentant: J. Coninx, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat rigward il-forma u l-kontenut tiegħu;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2023 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tiegħu rigward ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE li allegatament twettaq minn SCR-Sibelco NV, Cimenteries C.B.R. Cementbedrijven NV, Grintbedrijf SBS NV, Kiezelgroeve Varenberg NV, Dragages Graviers et Travaux (Dragratra) NV, Sibelco Nederland BV, Van Nieuwpoort Groep BV, Heidelbergcement AG u Hülskens Holding GmbH & Co. (Każ AT.40683 – Ramel Belġjan), ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ investigazzjoni u tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li teżamina bir-reqqa ċ-ċirkustanzi u ftehimiet invokati mir-rikorrent, minkejja l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet estremi tal-kompetizzjoni. L-argumenti invokati mir-rikorrent ġew miċħuda mingħajr ma ġew eżaminati u, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni sempliċement għamlet konstatazzjonijiet sommarji u superfiċjali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx b’mod korrett l-interessi tal-Unjoni

Il-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li l-ksur invokat mir-rikorrent jidher limitat għal ġewwa Stat Membru wieħed u b’dan il-mod hija injorat il-portata internazzjonali tal-fatti. Il-Kummissjoni lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul ta’ żmien tal-ksur u kkonkludiet b’mod żbaljat li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali huma f’pożizzjoni tajba sabiex jeżaminaw il-prattiki antikompetittivi invokati mir-rikorrent.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2023 – Innovation & Entrepreneurship Business School vs EUIPO – Thinksales (Sales School Powered by IEBS)

(Kawża T-182/23)

(2023/C 189/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Innovation & Entrepreneurship Business School, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: L. Torrents Homs, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Thinksales, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Sales School Powered by IEBS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 899

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 834/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li għalihom ġiet miċħuda t-trade mark kontenzjuża;

tawtorizza r-reġistrazzjoni totali tat-trade mark kontenzjuża;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u lil Thinksales għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/36


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACKINSOMNIA)

(Kawża T-185/23)

(2023/C 189/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Insomnia Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: L. Cassidy, A. Reynolds u P. Smyth, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Black Insomnia Coffee Co. Ltd (Winchester, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BLACK INSOMNIA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 128 257

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 679/2022-1 u R 692/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell fil-Każ R 679/2022-1 u tirrifjuta t-trade mark fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha fil-Klassi 25;

tordna li l-ispejjeż tar-rikorrenti jitħallsu (skont l-Artikoli 133 u 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2023 – Insomnia vs EUIPO – Black Insomnia Coffee (BLACK INSOMNIA COFFEE COMPANY)

(Kawża T-186/23)

(2023/C 189/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Insomnia Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: L. Cassidy, A. Reynolds u P. Smyth, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Black Insomnia Coffee Co. Ltd (Winchester, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INSOMNIA COFFEE COMPANY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 128 261

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 671/2022-1 u R 678/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell fil-Każ R 678/2022-1 u tirrifjuta t-trade mark fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha fil-Klassi 25;

tordna li l-ispejjeż tar-rikorrenti jitħallsu (skont l-Artikoli 133 u 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

(Kawża T-188/23)

(2023/C 189/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IU Internationale Hochschule GmbH (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Heise, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “IU International University of Applied Sciences” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 628 092

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 19512022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 72(2) moqri flimkien mal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – The Mochi Ice Cream Company vs EUIPO (my mochi)

(Kawża T-189/23)

(2023/C 189/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Mochi Ice Cream Company LLC (Vernon, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Zalewska-Orabona, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn figurattiv my mochi – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 598 762

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 1684/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2023 – Peikko Group vs EUIPO – Anstar (Forma ta’ travi tal-metall għall-bini)

(Kawża T-192/23)

(2023/C 189/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peikko Group Oy (Lahti, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Müller u A. Fottner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anstar Oy (Villähde, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ travi tal-metall għall-bini) – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 139 145

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 2180/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-proċedura u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/40


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – MegaFon vs Il-Kunsill

(Kawża T-193/23)

(2023/C 189/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MegaFon OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/427 (1) tal-25 ta’ Frar 2023 fir-rigward ta’ MegaFon;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2023/434/PESK (2) tal-25 ta’ Frar 2023 fir-rigward ta’ MegaFon;

konsegwentement, tannulla:

l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 fir-rigward ta’ MegaFon;

l-Anness IV tad-Deċiżjoni Nru 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 fir-rigward ta’ MegaFon;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill ma kkomunikalhiex minn qabel id-deċiżjoni li tinkludi lil MegaFon fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 u tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK (iktar ’il quddiem l-“atti tal-31 ta’ Lulju 2014”) u ma tahiex il-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet, għalkemm huwa kien, skontha, obbligat jagħmel dan bis-saħħa tal-prinċipji marbuta mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li MegaFon tiġi inkluża fl-Anness IV tal-atti tal-31 ta’ Lulju 2014. Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kunsill li ma kkomunikalhiex il-motivi li jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħha fl-Anness IV tal-atti tal-31 ta’ Lulju 2014.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-rikorrenti peress li dawn jirriżultaw minn żball ta’ evalwazzjoni, minħabba li r-raġunijiet insostenn ta’ dawn is-sanzjonijiet huma żbaljati u fi kwalunkwe każ ma humiex stabbiliti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-atti tal-25 ta’ Frar 2023.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/427 tal-25 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2023, L 591 I, p. 6, rettifika fil-ĠU 2023, L 68, p. 181).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/434 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2023, L 59 I, p. 593).


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2023 – Fractal Analytics vs EUIPO – Fractalia Remote Systems (FRACTALIA)

(Kawża T-194/23)

(2023/C 189/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fractal Analytics, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fractalia Remote Systems, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “FRACTALIA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 620 887

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 859/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 b’konnessjoni mal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10(3)


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2023 – CRA vs Il-Kunsill

(Kawża T-201/23)

(2023/C 189/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Communications Regulatory Authority (CRA) (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. Clay, T. Zahedi Vafa u K. Mehtiyeva, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/152 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), bħala kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, fil-parti li tinkludi lir-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 359/2011.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċess ta’ poter imwettaq mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent jargumenta li, billi ddeċieda li jinkludiha fil-lista tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi, il-Kunsill wettaq eċċess ta’ poter, għar-raġuni li l-imsemmija deċiżjoni ttieħdet biss minħabba r-rabta statutorja li teżisti bejn ir-rikorrent u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat. Skont ir-rikorrenti, il-motivi esposti bħala bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill huma biss preżunzjonijiet fattwali li n-natura żbaljata tagħhom tivvizzja l-validità tal-motivazzjoni. Din il-motivazzjoni purament formali tad-deċiżjoni timplika konfutazzjoni tal-oneru tal-prova li tobbliga lir-rikorrenti tipprova fatt negattiv sabiex tikkontesta l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti. Ir-rikorrenti targumenta li l-Kunsill, minn naħa, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u, min-naħa l-oħra, huwa ssostanzja ħażin id-deċiżjoni li jinkludiha fil-lista tal-entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrenti targumenta li s-sanzjonijiet meħuda fil-konfront tal-Iran wasslu għaż-żamma ta’ għodod partikolarment utli għaliha, fosthom waħda li tintuża sabiex jiġi evitat li frekwenzi Iranjani jikkoinċidu ma’ dawk tal-Istati ġirien u l-oħra, il-Location Based System, għal-lokalizzazzjoni preċiża ta’ apparat konness. Barra minn hekk, in-natura sproporzjonata tad-deċiżjoni tal-Kunsill hija manifesta bil-kobor tal-konsegwenzi tal-miżuri meħuda fil-konfront tar-rikorrenti sa fejn il-kapaċitajiet ta’ din tal-aħħar li twettaq il-missjoni tagħha ta’ interess ġenerali huma affettwati ħafna.


(1)  ĠU 2023, L 20 I, p. 1.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/42


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

(Kawża T-203/23)

(2023/C 189/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Studiocanal GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leonine Distribution GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ARTHAUS – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 988 216

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1532/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ddikjarat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala ammissibbli fir-rigward tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 59(1)(a) u tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikoli 12(1)(b) u 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430.


30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/43


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

(Kawża T-204/23)

(2023/C 189/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Studiocanal GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leonine Distribution GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ARTHAUS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 988 984

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1533/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiddikjara ammissibbli t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fid-dawl tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tiegħu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 12(1)(b) u mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2017/1430.