|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 185/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11006 — ONE / MACQUARIE / YTI) ( 1 ) |
|
|
2023/C 185/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11092 — BLACKSTONE / CDPQ / INVENERGY / AEP RENEWABLES / AEP WIND HOLDINGS / TRENT WIND FARM / DESERT SKY WIND FARM) ( 1 ) |
|
|
2023/C 185/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11016 — AIR LIQUIDE / ADP / JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2023/C 185/04 |
||
|
2023/C 185/05 |
||
|
2023/C 185/06 |
||
|
2023/C 185/07 |
||
|
2023/C 185/08 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: Inħarsu lejn l-2025 u lil hinn. |
|
|
2023/C 185/09 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar artisti f'riskju u spostati |
|
|
2023/C 185/10 |
||
|
2023/C 185/11 |
||
|
2023/C 185/12 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 185/13 |
||
|
2023/C 185/14 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 185/15 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 185/16 |
||
|
2023/C 185/17 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11006 — ONE / MACQUARIE / YTI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 185/01)
Fl-4 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11006. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11092 — BLACKSTONE / CDPQ / INVENERGY / AEP RENEWABLES / AEP WIND HOLDINGS / TRENT WIND FARM / DESERT SKY WIND FARM)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 185/02)
Fit-3 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11092. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11016 — AIR LIQUIDE / ADP / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 185/03)
Fit-12 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11016. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/4 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-eżiti tad-disa' Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
(2023/C 185/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
WAQT LI JFAKKRU LI:
|
1. |
L-għanijiet ta’ din ir-riżoluzzjoni huma li jiżguraw li l-eżiti tad-Disa’ Ċiklu tad-Djalogu tal-Unjoni Ewropea maż-Żgħażagħ (EUYD) jiġu rikonoxxuti u jingħataw segwitu mill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, u li jiżguraw kwalità u kontinwità fl-implimentazzjoni tal-proċess tal-EUYD u l-eżiti tiegħu. Dan id-dokument għandu l-għan ukoll li jikkontribwixxi għal aktar trasparenza fl-EUYD u li jipprovdi feedback mill-ħidma li saret fid-disa’ ċiklu u ċ-ċikli preċedenti. |
|
2. |
Din ir-riżoluzzjoni tibni fuq ir-Riżoluzzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (1) u l-għanijiet Ewropej tagħha dwar iż-Żgħażagħ, kif ukoll l-Anness I tar-Riżoluzzjoni li jistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tal-EUYD, u l-eżiti taċ-ċikli preċedenti tal-EUYD. L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ tappella għal involviment akbar taż-żgħażagħ fid-djalogu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u għall-involviment taż-żgħażagħ minn diversi sfondi u gruppi soċjali. |
|
3. |
Id-Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (minn hawn ’il quddiem “EYY”) tenfasizza l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jingħataw opportunitajiet għal futur li jkun aktar ekoloġiku, aktar diġitali u aktar inklużiv. |
|
4. |
L-EUYD huwa mekkaniżmu ta’ parteċipazzjoni għaż-żgħażagħ fl-UE. Dan iservi ta’ forum għal riflessjoni konġunta kontinwa u għal konsultazzjonijiet dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom kif ukoll ir-riċerkaturi. Permezz tal-EUYD hija possibbli sħubija kontinwa fil-governanza ta’ dawn il-proċessi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. |
|
5. |
L-eżiti tad-disa’ ċiklu tal-EUYD huma bbażati fuq it-tliet Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ taċ-ċiklu, fuq feedback minn konsultazzjonijiet u avvenimenti kwalitattivi nazzjonali u Ewropej mill-fażi tad-djalogu, u fuq ir-riżultati mill-fażi ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew. Dawn l-eżiti jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-implimentazzjoni fuq diversi livelli u trans-settorjali tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #10 “Ewropa Ekoloġika Sostenibbli” u tal-Għan taż-Żgħażagħ #3 “Soċjetajiet Inklużivi” taħt it-titolu “Naħdmu flimkien għal Ewropa sostenibbli u inklużiva”. |
|
6. |
Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt qawwi ħafna (2)fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u żiedet l-inugwaljanzi bejn il-gruppi ta’ żgħażagħ. Barra minn hekk, il-gwerra ta’ aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, u l-kriżi tal-enerġija konsegwenti, iż-żieda fil-migrazzjoni u l-inflazzjoni globali għandhom effetti serji fuq iż-żgħażagħ u l-komunitajiet fl-Ewropa. Il-fatt li ż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet għandhom inqas aċċess għad-drittijiet tal-bniedem u speċjalment dawk soċjali minn żgħażagħ b’aktar opportunitajiet jidher b’mod saħansitra aktar ċar matul dawn il-kriżijiet. |
|
7. |
L-istedina mit-8 ċiklu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri hija biex
|
|
8. |
Is-sett ta’ għodod tad-disa’ ċiklu tal-EUYD ipprovda mezzi għall-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali biex tinġabar informazzjoni dwar il-pjanijiet li ħolqu għaċ-ċiklu, u dwar eżempji ta’ prattika tajba li identifikaw fil-ħames oqsma ewlenin, jiġifieri:
|
WAQT LI JIRRIKONOXXU LI:
|
9. |
L-EUYD huwa bbażat fuq it-tmexxija u s-sjieda kondiviża tal-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali, fejn possibbli, ikkoordinati mill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Dan jippermetti li għadd divers ta’ żgħażagħ jipparteċipaw fid-djalogu u jgħaqqad il-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali differenti mal-proċess. |
|
10. |
Il-kontribut tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali taż-Żgħażagħ Mhux Governattivi (INGYOs) huwa importanti biex iwassal firxa ta’ perspettivi minn madwar l-Ewropa għad-djalogu politiku u biex jiġi żgurat kontribut ta’ kwalità dwar id-dimensjoni tranżnazzjonali tal-proċess tal-EUYD. |
IQISU LI:
|
11. |
Il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali u l-INGYOs użaw varjetà ta’ metodi, bħal djalogu u avvenimenti ta’ diskussjoni madwar mejda (kemm online kif ukoll offline), stħarriġ fuq il-media soċjali u attivitajiet immirati ma’ żgħażagħ b’inqas opportunitajiet. |
|
12. |
Li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jitqiegħdu fil-qalba tat-tfassil, l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u s-segwitu taċ-ċiklu u l-attivitajiet kollha tiegħu, pereżempju billi jiġi żgurat li l-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-presidenza kellhom id-dritt li jikkopresiedu l-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, kien aspett ewlieni fl-implimentazzjoni tad-Disa’ Ċiklu tal-EUYD. |
JINNOTAW IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET LI ĠEJJIN TAL-KONFERENZA TAL-UE DWAR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ (3):
|
13. |
Rakkomandazzjoni għas-sottotema 1 dwar l-informazzjoni u l-edukazzjoni: “Aħna nitolbu li l-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għal informazzjoni faċli għall-utent dwar is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima permezz ta’ edukazzjoni inklużiva u li tħeġġeġ l-awtonomija mhux formali u formali li trawwem id-djalogu u t-tagħlim interġenerazzjonali”. |
|
14. |
Rakkomandazzjoni għas-sottotema 2 dwar l-azzjoni u l-awtonomizzazzjoni: “Aħna nħeġġu lill-Istati Membri jiggarantixxu bordijiet konsultattivi indipendenti fuq livell lokali (eż. kunsilli taż-żgħażagħ) li jikkonsistu miż-żgħażagħ u jintgħażlu minnhom, b’enfasi intersezzjonali fuq iż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, filwaqt li jittieħed approċċ sostenibbli”. |
|
15. |
Rakkomandazzjoni għas-sottotema 3 dwar il-governanza: “Aħna nirrakkomandaw l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni li tiżgura r-responsabbiltà u t-trasparenza fil-proċessi tat-tfassil tal-politika dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli u l-appoġġ ta’ mekkaniżmi ta’ parteċipazzjoni u evalwazzjoni li jippermettu dan (eż. korpi taż-żgħażagħ, testijiet taż-żgħażagħ) fil-livell lokali, reġjonali u Ewropew”. |
|
16. |
Rakkomandazzjoni għas-sottotema 4 dwar il-mobbiltà u s-solidarjetà: “Aħna nħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex joħolqu pjanijiet ta’ azzjoni, immirati lejn is-settur tal-edukazzjoni formali u lejn is-suq tax-xogħol, sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent formali tal-esperjenza u l-kompetenzi ewlenin miksuba permezz tal-parteċipazzjoni fil-volontarjat u l-mobbiltà għat-tagħlim”. |
|
17. |
Rakkomandazzjoni għas-sottotema 5 dwar l-aċċess għall-infrastruttura: "Aħna nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jipprovdu “Youth Climate Ticket” affordabbli u aċċessibbli bħala għodda multimodali universali għat-trasport pubbliku fil-livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, u lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġa lill-Istati Membri biex jipproponu modi sostenibbli ta’ trasport pubbliku. |
JAGĦRFU LI:
|
18. |
Il-parteċipanti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ saħqu dwar il-ħtieġa li l-aspetti kollha tal-EUYD isiru aktar inklużivi u diversi u li diversi gruppi ta’ żgħażagħ isiru jafu aktar dwaru, inkluż permezz ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni fit-tul, eż. permezz ta’ logo komuni, promozzjoni tar-riżultati fuq skala wiesgħa u informazzjoni aċċessibbli u adattata għaż-żgħażagħ, li tmur lil hinn mid-delegati tal-konferenzi u l-parteċipanti ewlenin fl-EUYD. |
|
19. |
Il-parteċipanti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ enfasizzaw ukoll li kooperazzjoni transsettorjali effiċjenti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE kienet importanti biex ir-riżultati tal-EUYD jinħarġu barra mill-isfera tal-politika taż-żgħażagħ biex jinħoloq impatt lil hinn mis-settur taż-żgħażagħ. Ġie nnutat ukoll li l-Istati Membri u l-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali kellhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ u l-għoti ta’ feedback sistematiku sabiex tissaħħaħ it-trasparenza interna tal-proċess. |
JILQGĦU:
|
20. |
Id-Deċiżjoni dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (4), li titfa’ l-attenzjoni fuq iż-żgħażagħ u r-rwol importanti tagħhom fis-soċjetà kif ukoll li tawtonomizza u terġa’ tagħti l-fiduċja lill-ġenerazzjoni żagħżugħa li batiet l-aktar matul il-pandemija tal-COVID-19. |
|
21. |
L-evoluzzjoni tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-funzjoni affermata mill-ġdid tiegħu bħala punt uniku ta’ servizz għall-EUYD u d-dokumenti relatati bħala kontribut biex tiġi żgurata l-memorja istituzzjonali bejn iċ-ċikli. |
|
22. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent, speċjalment l-enfasi li tpoġġiet fuq l-appoġġ għaż-żgħażagħ fl-involviment tagħhom fl-ambjent u l-azzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp kontinwu tas-soċjetà kollha kemm hi. |
|
23. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali, b’mod partikolari b’enfasi fuq il-benefiċċji li jinġabru flimkien l-esperjenza u l-kompetenzi ta’ ġenerazzjonijiet differenti fil-bini ta’ soċjetajiet paċifiċi u koeżivi. |
|
24. |
L-enfasi tat-tmien ċiklu tal-EUYD fuq l-Għan taż-Żgħażagħ #9 “Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd” u l-proċess parteċipattiv li wassal għall-approvazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli meta tiġi promossa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja u l-ħolqien ta’ spazji ċiviċi għaż-żgħażagħ li jiffaċilitaw parteċipazzjoni sinifikattiva taż-żgħażagħ. |
|
25. |
Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ u tal-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali fid-disa’ ċiklu tal-EUYD u l-inklużjoni ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f’varjetà ta’ avvenimenti li jipprovdu feedback matul iċ-ċiklu kollu u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea taż-żgħażagħ (EYY). Barra minn hekk, jilqgħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-laqgħa informali tal-Ministri għall-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ fi Strasburgu, fis-seminar dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-Proġett Ewropew fi Strasburgu, u fil-konferenza “Nieħdu Pussess tal-Futur” (Claim the Future) fi Brussell biex jinġabru fil-qosor il-kisbiet tal-EYY u biex issir riflessjoni dwar il-legat tagħha. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FL-ISFERI TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:
|
26. |
Jikkunsidraw, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq fil-paragrafi 13 sa 17 meta jimplimentaw u jevalwaw ir-reazzjonijiet rilevanti fil-livell ta’ politika relatati mas-sottotemi 1 sa 5 tad-disa’ ċiklu tal-EUYD. |
|
27. |
Jikkunsidraw l-eżiti tad-disa’ ċiklu tal-EUYD, meta jimplimentaw u jevalwaw il-politiki attwali dwar iż-żgħażagħ u jfasslu politiki futuri dwar iż-żgħażagħ, f’sinerġija mal-politiki kollha li jaffettwaw liż-żgħażagħ. Jesploraw aktar modi kif jimplimentaw l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ #10 u #3 u s-sottomiri tagħhom. |
|
28. |
Jinkoraġġixxu, jirrikonoxxu u, fejn xieraq, jappoġġaw finanzjarjament azzjonijiet u programmi mibdija u mmexxija miż-żgħażagħ fl-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari dawk li jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jżidu l-inklużjoni, sabiex ikunu jistgħu jkunu aġenti tal-bidla fis-soċjetà kollha kemm hi. |
|
29. |
Isaħħu u jtejbu l-proċess tal-EUYD billi jikkunsidraw u, fejn possibbli, jimplimentaw l-aħjar prattiki tad-disa’ Ċiklu tal-EUYD u l-prinċipji li ggwidaw l-implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari billi jpoġġu liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-qalba tal-proċess u jiżguraw li l-EUYD ikun proċess immexxi miż-żgħażagħ li fih iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikollhom djalogu kostruttiv immirat li jsib is-soluzzjonijiet. |
|
30. |
Jawtonomizzaw lill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, fejn applikabbli, fir-rwol tagħhom bħala partijiet ikkonċernati ewlenin fil-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali biex ikunu jistgħu jikkoordinaw u jimplimentaw l-EUYD fil-livell nazzjonali. |
|
31. |
Jappellaw lill-partijiet rilevanti biex jiżguraw appoġġ amministrattiv u finanzjarju stabbli, kif ukoll l-għodod meħtieġa, lill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-kopresidenza tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, fejn applikabbli, biex ikunu jistgħu jieħdu rwol ewlieni fl-EUYD matul il-mandat tal-presidenza tal-Istat Membru tagħhom, speċjalment permezz tal-kapitolu dwar iż-Żgħażagħ tal-programm Erasmus+ f’konformità mal-bażi legali tiegħu u r-Regolament Finanzjarju tal-UE. |
|
32. |
Jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ, lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u lil partijiet ikkonċernati oħra fil-qasam taż-żgħażagħ biex jagħmlu aktar użu mill-possibbiltajiet ta’ finanzjament offruti mill-kapitolu dwar iż-Żgħażagħ tal-programm tal-UE Erasmus + sabiex isaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u d-djalogi taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u, fejn xieraq, biex jorbtuhom aktar mill-qrib mal-proċess tal-EUYD. |
|
33. |
Jirrikonoxxu l-involviment u l-kontribut tal-INGYOs fil-proċess tal-EUYD bħala atturi importanti biex jiġi żgurat li d-djalogu jkollu dimensjoni Ewropea b’saħħitha u, fejn xieraq, jipprovdu prekondizzjonijiet meħtieġa għall-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tagħhom fil-proċess tal-EUYD. |
|
34. |
Ikomplu l-ħidma li saret fil-livelli kollha matul l-EYY biex tingħata prijorità u tiżdied il-viżibbiltà tal-EUYD f’avvenimenti lokali, reġjonali, nazzjonali u fil-livell tal-UE u tiġi promossa l-parteċipazzjoni inklużiva taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha f’konformità mal-aħjar prattika għall-inklużjoni taż-żgħażagħ. |
|
35. |
Jiżguraw li jkun hemm strateġija ta’ komunikazzjoni fit-tul fil-livell Ewropew biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-EUYD favur iż-żgħażagħ u, fejn xieraq, jipprovdu lill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali b’appoġġ addizzjonali biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom stess dwar l-EUYD. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha preferibbilment tinħoloq taħt it-tmexxija konġunta tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, inkluż logo komuni tal-EUYD, għat-tikkettar tal-azzjonijiet kollha tal-EUYD, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. |
|
36. |
Jieħdu miżuri xierqa biex jintegraw il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha, f’konformità mal-attivitajiet imwettqa matul l-EYY, biex titrawwem perspettiva taż-żgħażagħ fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha. Il-qasam ta’ politika taż-żgħażagħ għandu jaġixxi bħala pont għal oqsma oħra tat-tfassil tal-politika, biex jiġi żgurat li l-ilħna tat-tfal u ż-żgħażagħ jiġu amplifikati u inklużi f’setturi oħra. |
|
37. |
Jiżviluppaw aktar il-monitoraġġ u l-feedback relatati mal-eżiti tal-EUYD biex tiżdied it-trasparenza u tiġi żgurata parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ fil-partijiet kollha u fl-istadji kollha tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
38. |
Jipprovdu appoġġ kif ukoll għodod u metodi mmirati biex jilħqu u jħejju liż-żgħażagħ li normalment ma jipparteċipawx, inkluż żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, fl-EUYD. Dawn jistgħu jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi skont il-każ. L-objettiv ikun li jiġu pprovduti għodod ta’ komunikazzjoni sempliċi biex jispjegaw l-EUYD u r-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej b’mod li jinftiehem faċilment miż-żgħażagħ u jipprovdu appoġġ adegwat matul il-proċess kollu. |
|
39. |
Fejn xieraq, jiżviluppaw metodi u għodod ta’ implimentazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE dwar kif tittieħed azzjoni dwar il-messaġġi u t-talbiet li joħorġu mill-EUYD u l-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, kif ukoll mill-EYY. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:
|
40. |
Tiżviluppa aktar il-Portal taż-Żgħażagħ tal-UE u għodod ta’ komunikazzjoni rilevanti oħra b’mod faċli għaż-żgħażagħ sabiex tiżdied il-faċilità tal-komprensjoni u l-viżibbiltà tal-EUYD, filwaqt li tibni fuq prattiki tajbin mill-EYY u d-disa’ ċiklu tal-EUYD. |
|
41. |
Tinvolvi aktar lill-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ fl-integrazzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha tal-UE f’konformità mal-legat tal-EYY u tagħti aktar viżibbiltà lill-EUYD bħala strument għall-integrazzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ. |
U JINNOTAW UKOLL LI:
|
42. |
Il-prijorità tematika ġenerali tat-Triju ta’ Presidenzi li jmiss (Spanja, il-Belġju u l-Ungerija) hija “GĦANDNA BŻONN IŻ-ŻGĦAŻAGĦ”. |
|
43. |
L-ambizzjoni hija li l-EUYD ikompli jiġi żviluppat u msaħħaħ matul l-10 ċiklu filwaqt li jitqiesu r-riżultati, ir-rakkomandazzjonijiet, iċ-ċelebrazzjoni u l-evalwazzjonijiet taċ-ċikli preċedenti. |
(1) Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ — Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019–2027 (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1).
(2) Eurofound (2021), impact of COVID-19 on young people in the EU, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(3) Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f'Marzu 2023 fi tmiem id-Disa' ċiklu tal-EUYD. Ara wkoll l-astratti ta' appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet 1 sa 5 fl-Anness II għall-anness.
(4) Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1).
ANNESS I
REFERENZI
|
— |
Bárta O., Moxon D. (2023). Rapport tal-Fażi ta' Implimentazzjoni tal-EUYD9. DOI: 10.5281/zenodo.7696299. |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent, (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 9). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali, (ĠU C 495, 29.12.2022, p. 56). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja u l-ħolqien ta' spazji ċiviċi għaż-żgħażagħ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ, (ĠU C 501 I, 13.12.2021, p. 19). |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Djalogu Strutturat u l-iżvilupp futur tad-djalogu maż-żgħażagħ fil-kuntest tal-politiki għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018 (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 1). |
|
— |
Eurofound (2021), Impact of COVID-19 on young people in the EU, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu. |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-eżiti tat-tmien ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (ĠU C 504, 14.12.2021, p. 1). |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1). |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Eżiti tas-Seba' Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ: Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (OJ C 212I, 26.6.2020, p. 1). |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ - Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1). |
ANNESS II
ASTRATTI TA' APPOĠĠ GĦAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAS- SOTTOTEMI 1-5 TAD-DISA' ĊIKLU TAD-DJALOGU TAL-UE MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ:
Il-fażi ta' implimentazzjoni tad-disa' ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EUYD) bniet fuq il-ħames sottotemi magħżula mill-parteċipanti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ fi Strasburgu, Franza, f'Jannar 2022. L-analiżi tal-fażi ta' implimentazzjoni saret fi Frar u f'Marzu 2023, u pprovdiet informazzjoni intuwittiva u konkretizzazzjoni taż-żewġ oqsma ewlenin tar-rappurtar tal-implimentazzjoni, jiġifieri l-firxa ta' attivitajiet ta' implimentazzjoni, u l-impatti identifikati bħala riżultat tal-attivitajiet ta' implimentazzjoni tad-disa' Ċiklu tal-EUYD. Ir-rapport dwar il-fażi ta' implimentazzjoni (1)serva bħala bażi għad-diskussjonijiet fil-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f'Växjö, l-Iżvezja, f'Marzu 2023.
Dan l-anness fih l-astratti ta' appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet għas-sottotemi 1-5 taċ-ċiklu li ġew abbozzati mill-parteċipanti tal-Konferenza.
1. Informazzjoni u edukazzjoni
“L-għan tar-rakkomandazzjoni tagħna huwa li tiġi żgurata informazzjoni affidabbli u inklużiva dwar is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima. Tali informazzjoni faċli għall-utent aċċessibbli għal persuni minn etajiet/stadji tal-ħajja differenti tgħinna niksbu Ewropa aktar ekoloġika. Jeħtieġ li nintegraw l-informazzjoni dwar dawn is-suġġetti fit-tipi kollha ta' kontenut edukattiv, kemm mhux formali kif ukoll formali. Huwa importanti li nitgħallmu flimkien u minn xulxin, filwaqt li nqisu perspettivi differenti bħal diversi kulturi u sfondi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, għandha titqies il-ġustizzja klimatika. Mhuwiex ġust li ż-żgħażagħ jitgħabbew bil-konsegwenzi tal-politiki li ma fasslux huma stess. Jeħtieġ li jkollna l-ġenerazzjonijiet kollha involuti b'mod attiv fl-edukazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u s-soluzzjonijiet meħtieġa.
Iż-żgħażagħ jeħtieġu l-ħiliet, l-għarfien u l-pjattaformi biex jieħdu azzjoni sinifikanti. Huwa importanti li jintuża l-potenzjal tal-edukazzjoni mhux formali u li jiġu rikonoxxuti l-benefiċċji prattiċi. Aħna nipprevedu l-implimentazzjoni permezz ta' approċċ interdixxiplinari u nagħmlu użu mill-potenzjal u l-għarfien tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi ta' informazzjoni għaż-żgħażagħ diġà disponibbli. Huwa meħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi għall-edukaturi biex jirċievu t-taħriġ u l-kapaċità xierqa biex iwettqu r-rwol tagħhom. Peress li dan huwa proċess attiv, jeħtieġ li jkun proċess kontinwu ta' evalwazzjoni, monitoraġġ u titjib.”
2. Azzjoni u awtonomizzazzjoni
“Kemm-il darba ż-żgħażagħ jiġu injorati u esklużi mill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jħallu impatt serju fuq il-futur tagħhom. Sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, inħeġġu t-titjib tal-mekkaniżmi lokali ta' parteċipazzjoni minn isfel għal fuq permezz tal-awtonomizzazzjoni liż-żgħażagħ, speċjalment dawk b'inqas opportunitajiet.
Għalkemm dawn [il-bordijiet konsultattivi] attwalment jeżistu f'xi pajjiżi bħall-Finlandja, l-Estonja u l-Iżvezja, nirrikonoxxu l-ħtieġa għal qafas madwar l-Ewropa kollha biex jiġu stabbiliti mudelli aktar effiċjenti għal proċessi ta' kodeċiżjoni effettivi bejn iż-żgħażagħ lokali u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dan l-approċċ jeħtieġ li jittieħed b'mod sostenibbli u intersezzjonali, biex jiġu żgurati kemm il-kontinwità tal-proċessi, kif ukoll l-inklużjoni ta' żgħażagħ minn sfondi differenti u esperjenzi li huma stess ikunu għaddew minnhom. It-teħid ta' approċċ intersezzjonali jimplika li persuna tista' tkun qed tesperjenza diversi forom ta' diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni fl-istess ħin.
Dawn il-bordijiet għandhom jiġu ffurmati permezz ta' proċessi demokratiċi u mmexxija miż-żgħażagħ fejn iż-żgħażagħ jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom stess. Il-proċess eżatt u l-loġistika tiegħu jistgħu jirriflettu l-kuntest lokali rispettiv. Il-membri tal-bordijiet ser jaġixxu bħala l-vuċi taż-żgħażagħ lokali qabel, wara u matul il-proċessi tat-tfassil tal-politika lokali.
Huwa kruċjali li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-inklużjoni u r-rappreżentanza taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Billi noħolqu bordijiet konsultattivi indipendenti fuq livell lokali u nawtonomizzaw liż-żgħażagħ, speċjalment dawk b'inqas opportunitajiet, nistgħu noħolqu futur aħjar għal kulħadd.”
3. Governanza
“Il-konsultazzjonijiet tad-disa' ċiklu tal-EUYD urew nuqqas kbir ta' fiduċja fost iż-żgħażagħ lejn l-effettività tal-mekkaniżmi tat-tfassil tal-politika fir-rigward tal-politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Minkejja l-aspirazzjonijiet u l-isforzi biex iż-żgħażagħ jiġu inklużi f'dawn il-proċessi tat-tfassil tal-politika, iż-żgħażagħ jirrapportaw li l-involviment tagħhom x'aktarx li ma jwassalx għal bidla politika.
L-għan ta' din ir-rakkomandazzjoni huwa li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jiġu inklużi matul il-proċess tat-tfassil tal-politika, li jsemmgħu leħinhom, filwaqt li timmonitorja u tipprovdi segwitu u feedback liż-żgħażagħ dwar l-azzjonijiet meħuda minn dawk li jfasslu l-politika wara attivitajiet ta' parteċipazzjoni u li tirrapporta pubblikament dwar il-bidliet miksuba jew tiġġustifika n-nuqqas ta' bidliet sal-iskadenzi mogħtija. Dan ser jgħin biex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika.
Ir-rakkomandazzjoni tikkontribwixxi għall-awtonomizzazzjoni tar-rwol tal-korpi taż-żgħażagħ, inklużi l-kunsilli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej taż-żgħażagħ, it-tisħiħ tal-EUYD u l-introduzzjoni ta' għodod ta' valutazzjoni tal-impatt bħat-testijiet relatati maż-żgħażagħ. Dan jippermetti politiki mmirati aħjar li jħallu impatt, jaħdmu biex inaqqsu d-distakki fl-inugwaljanza u jappoġġaw lill-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.”
4. Mobbiltà u Solidarjetà
“Bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023, ġiet enfasizzata ħtieġa urġenti li tiġi promossa l-mentalità ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, li jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u jwassal għal settur tal-edukazzjoni formali mgħammar tajjeb u suq tax-xogħol kompetittiv. Għalhekk, aħna nħeġġu bil-qawwa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Ewropej fil-volontarjat u l-mobbiltà għat-tagħlim bħala proċess attiv ta' tagħlim għal aktar żvilupp tal-ħiliet. B'mod parallel, hemm nuqqas ta' fehim dejjem jikber mhux biss min-naħa taż-żgħażagħ, iżda minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-politika, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni formali u s-suq tax-xogħol, li jipprevjeni r-rikonoxximent tal-valur li dawn l-esperjenzi għandhom jew il-kompetenzi li ż-żgħażagħ Ewropej jistgħu jiżviluppaw minnhom.
Il-mobbiltà mhijiex aċċessibbli għall-maġġoranza taż-żgħażagħ minħabba nuqqas ta' informazzjoni, ostakli lingwistiċi, riżorsi finanzjarji insuffiċjenti u kompiti personali oħra. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li jkun hemm informazzjoni aċċessibbli u faċli għaż-żgħażagħ, minn sors ta' fiduċja, kif ukoll kampanja ġenerali ta' sensibilizzazzjoni, biex iż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa jagħrfu dawn l-opportunitajiet, filwaqt li jrawmu soċjetà aktar inklużiva, skont l-Għan dwar iż-Żgħażagħ #3.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tniedi proċess li jinvolvi lill-Istati Membri biex ikun hemm konsultazzjonijiet sabiex jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, f'perjodu ta' żmien ta' sentejn, li jiffoka fuq li l-volontarjat u l-mobbiltajiet tat-tagħlim isiru aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'opportunitajiet limitati. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom joħolqu qafas biex jirrikonoxxu l-kompetenzi u l-ħiliet li wieħed ikun tgħallem matul il-volontarjat u l-mobbiltajiet tat-tagħlim fuq perjodu qasir u twil bħala parti mill-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom, filwaqt li jirrikonoxxu dawn l-esperjenzi bħala ta' benefiċċju għall-ħidma u l-kurrikuli tagħhom.”
5. Aċċess għall-infrastruttura
“Minkejja l-iskontijiet eżistenti tat-trasport, it-trasport għadu ostaklu fil-ħajja ta' kuljum ta' ħafna żgħażagħ minħabba differenzi reġjonali, speċjalment f'żoni rurali minħabba li dan ikun antik u/jew insuffiċjenti. It-trasport jaffettwa l-istudju, ix-xogħol, u l-ħajja ta' kuljum taż-żgħażagħ. Id-disponibbiltà, l-affordabbiltà, u l-aċċessibbiltà universali huma kruċjali għall-avvanz tas-sistemi tat-trasport pubbliku tagħna. L-użu tat-trasport pubbliku miż-żgħażagħ inaqqas il-migrazzjoni rurali għal dik urbana. Dan jgħin biex tinżamm il-popolazzjoni rurali billi jnaqqas il-konġestjoni u jinċentiva liż-żgħażagħ biex jibqgħu f'dawn iż-żoni, filwaqt li jippromwovi akkomodazzjoni sostenibbli kemm fiż-żoni rurali kif ukoll f'dawk urbani.
L-inizjattiva ‘Youth Climate Ticket’ għandha l-għan li timplimenta sistema sempliċi biex tipprovdi liż-żgħażagħ bi trasport pubbliku aċċessibbli, affordabbli u disponibbli fuq skala reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Nemmnu f'approċċ olistiku għas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali. Għandna l-għan ukoll li nippermettu liż-żgħażagħ jagħżlu modi ta' vvjaġġar sostenibbli aktar ta' spiss u li l-Istati Membri jibnu infrastruttura aktar sostenibbli fit-tul u jsaħħu l-mobbiltà u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.
L-EU Youth Climate Ticket huwa inizjattiva pilota li għandha l-għan li toħloq pjattaforma diġitali unika fuq tliet livelli differenti: reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. L-ewwel tnejn ikunu fakultattivi, appoġġati mill-Kummissjoni Ewropea biss fl-Istati Membri li jkunu jixtiequ. Il-livell internazzjonali jkun soġġett għall-armonizzazzjoni tal-UE. Il-pjattaforma ser ikollha l-funzjoni li tadatta għall-prezzijiet nazzjonali u ser isservi bħala forum biex jintwerew l-aħjar prattiki. Fir-rigward tat-trasport pubbliku sostenibbli, irridu li ż-żgħażagħ jirnexxu u mhux biss jissoppravivu.”
(1) Bárta O., Moxon D. (2023). Rapport tal-Fażi ta' Implimentazzjoni tal-EUYD9. DOI: 10.5281/zenodo.7696299.
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/14 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024
(2023/C 185/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL
FILWAQT LI JFAKKRU LI:
|
1. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, fl-oqsma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jimplimentaw b’mod effettiv l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ madwar l-UE u fl-Istati Membri permezz ta’ strumenti speċifiċi, inkluż il-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
|
2. |
L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ issegwi perjodi ta’ ħidma triennali tul żewġ triji ta’ presidenzi. Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet għall-perjodi ta’ ħidma rispettivi huma ppreżentati fil-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji gwida u l-prijoritajiet ta’ din l-Istrateġija, u jindirizzaw kwistjonijiet taż-żgħażagħ f’konfigurazzjonijiet u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill fl-oqsma ta’ politika rilevanti. |
|
3. |
Il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE huwa strument li jaħdem bħala boxxla u jiggwida lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
|
4. |
Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippreżentati fil-programm ta’ ħidma triennali għandhom jiġu riveduti matul l-ewwel nofs tal-2023 bil-ħsieb li jiġi approvat sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 mill-Kunsill u l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill. |
JIEĦDU NOTA LI:
|
5. |
Il-Kunsill jistipula dawn il-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE abbażi ta’ informazzjoni preliminari riċevuta mit-triju ta’ presidenzi mill-pajjiżi li ġejjin: Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja, kif ukoll Spanja, il-Belġju u l-Ungerija. |
|
6. |
Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa u tikkomplementa azzjonijiet mill-Istati Membri deskritti f’dan il-Pjan ta’ Ħidma, b’mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni, tappoġġa l-mobbiltà taż-żgħażagħ u ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, u billi tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. L-għodod żviluppati biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jistgħu jiġu mmobilizzati kif xieraq: dawn jinkludu d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, il-Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ u attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku (gruppi ta’ esperti, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u konsulenza bejn il-pari). Dan huwa mirfud minn aġġornamenti regolari tal-Pjanifikaturi tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri, il-Wiki taż-Żgħażagħ, l-indikaturi taż-żgħażagħ, stħarriġ, studji u riċerka. L-appoġġ huwa msaħħaħ aktar permezz ta’ sħubijiet u kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, u permezz ta’ programmi fil-qasam taż-żgħażagħ (b’mod partikolari l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà). |
|
7. |
Punt fokali partikolari ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma huwa s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (EYY). L-eżiti u l-legat tagħha ser jinżammu, jiġu promossi u msaħħa peress li l-evalwazzjoni tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ ser tintuża sabiex jittejjeb u jissaħħaħ il-Pjan fil-futur. Dan ser ikompli jistimula liż-żgħażagħ jippreżentaw kontributi għat-tiswir tal-iżvilupp tal-Unjoni u tas-soċjetà inġenerali, inkluż bħala parti mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Dan ser iżid l-għarfien dwar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ kif ukoll l-appoġġ ipprovdut għalihom fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, reġjonali u lokali. |
ANNESS
Reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024 (1)
|
FR, CZ, SE Suġġett ġenerali: “Naħdmu flimkien għal Ewropa sostenibbli u inklużiva” Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ #3 SOĊJETAJIET INKLUŻIVI u #10 EWROPA EKOLOĠIKA SOSTENIBBLI |
|||||||||||
|
Data |
Metodu ta’ ħidma/strument |
Mira indikattiva u riżultati |
Għanijiet relatati għaż-żgħażagħ |
Rabta mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2) |
Propost minn |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent (5 ta’ April 2022) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Tħeġġiġ ta' dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati fis-settur taż-żgħażagħ biex iqisu l-fehmiet taż-żgħażagħ u jippermettulhom ikunu atturi fil-politiki pubbliċi u l-programmi relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima |
Ewropa ekoloġika sostenibbli |
§10a |
FR |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (5 ta’ April 2022) |
Adozzjoni mill-Kunsill Aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà ta' voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea adottata taħt il-Presidenza Franċiża tal-UE fl-2008, biex jiġi ffaċilitat il-volontarjat taż-żgħażagħ f'perjodu ta' wara l-pandemija |
Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u Programmi Ewropej |
|
FR, (COM) |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ (Strasburgu, 24-26 ta’ Jannar 2022) |
Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ |
Soċjetajiet inklużivi Ewropa ekoloġika sostenibbli |
|
FR, COM |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ u għall-edukazzjoni: “għal Ewropa aktar ekoloġika u aktar sostenibbli” (Strasburgu, 27 ta’ Jannar 2022) |
Skambji tal-aħjar prattiki Parteċipazzjoni ta' delegati taż-żgħażagħ minn kull Stat Membru biex jaqsmu l-opinjoni taż-żgħażagħ Involviment taż-żgħażagħ fi kwistjonijiet ta' żvilupp sostenibbli |
Ewropa ekoloġika sostenibbli |
§10a |
FR |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Bordeaux, 5-6 ta’ Mejju 2022) |
Temi:
|
Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ |
|
FR |
||||||
|
2022 (l-ewwel nofs) |
Seminar dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proġett Ewropew: “Nagħtu l-Ħajja lill-Ewropa: Flimkien maż-żgħażagħ u għalihom” (Strasburgu, 9-10 ta’ Ġunju 2022) |
Skambji tal-aħjar prattiki bejn l-esperti dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Segwitu għat-tmien ċiklu u għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa |
Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ |
§10e |
FR |
||||||
|
2022 (it-tieni nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali (28 ta’ Novembru 2022) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Integrazzjoni tat-tħassib taż-żgħażagħ tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet futuri b'mod aktar sistematiku fit-tfassil tal-politika Iffaċilitar tar-rikonoxximent tal-importanza tal-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali għat-trawwim tas-solidarjetà u l-ġustizzja interġenerazzjonali għal Ewropa b'saħħitha, reżiljenti, ekoloġika u inklużiva |
Soċjetajiet inklużivi |
|
CZ |
||||||
|
2022 (it-tieni nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Praga, 11-13 ta’ Lulju 2022) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ |
Soċjetajiet inklużivi Ewropa ekoloġika sostenibbli |
|
CZ, COM |
||||||
|
2022 (it-tieni nofs) |
Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ: Rabtiet bejn it-tagħlim mhux formali u l-edukazzjoni formali fil-qasam taż-żgħażagħ: ir-reazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għat-telf ta’ apprendiment matul il-COVID-19 u għall-ħtiġijiet tal-edukazzjoni tar-refuġjati Ukreni (Praga, 19-20 ta’ Settembru 2022) |
Skambji tal-aħjar prattiki |
Soċjetajiet inklużivi |
|
CZ |
||||||
|
2022 (it-tieni nofs) |
Nieħdu Pussess tal-Futur (Konferenza tal-Għeluq tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, Brussell, 6 ta’ Diċembru 2022) |
Diskussjoni dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ |
Saħħa u Benessri Mentali Tagħlim ta' Kwalità |
|
CZ, COM, EP |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Växjö, 20-22 ta’ Marzu 2023) |
Sommarju u konklużjoni tad-Disa' Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ Riflessjonijiet dwar id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala proċess |
Soċjetajiet inklużivi Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Ewropa ekoloġika sostenibbli |
|
SE, COM |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Växjö, 22-23 ta’ Marzu 2023) |
Riflessjonijiet dwar id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala proċess Diskussjoni dwar il-governanza u l-implimentazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ u l-eżiti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ Skambju tal-aħjar prattiki |
Soċjetajiet inklużivi Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd |
|
SE |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali ta’ Ewropa sostenibbli għaż-żgħażagħ (Mejju 2023) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Rakkomandazzjonijiet ta' politika dwar id-dimensjoni soċjali ta' Ewropa ekoloġika sostenibbli, li tippromwovi l-inklużjoni tal-ilħna u l-ideat taż-żgħażagħ kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli |
Ewropa ekoloġika sostenibbli Soċjetajiet inklużivi |
§10a §26 |
SE |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-eżiti tad-disa’ ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (Mejju 2023) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Sommarju, riflessjoni u evalwazzjoni tad-disa' ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ. Tisħiħ tal-kapaċità li l-informazzjoni tasal għand iż-żgħażagħ emarġinati, żvilupp ulterjuri tal-proċess/il-governanza tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ għat-titjib tal-inklużjoni u l-feedback |
Ewropa ekoloġika sostenibbli Soċjetajiet inklużivi Informazzjoni u djalogu kostruttiv Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd |
|
SE |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024 (Mejju 2023) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024 |
Soċjetajiet inklużivi |
|
SE |
||||||
|
2023 (l-ewwel nofs) |
Konferenza dwar l-integrazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ f’oqsma oħra ta’ politika (Brussell, 19 ta’ Ġunju 2023) |
Konferenza tal-Presidenza dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ir-raba’ objettiv: l-integrazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ |
Informazzjoni u djalogu kostruttiv Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Il-konnessjoni tal-UE maż-żgħażagħ |
|
SE |
||||||
|
ES, BE, HU Suġġett ġenerali: “GĦANDNA BŻONN IŻ-ŻGĦAŻAGĦ” Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ # 3 SOĊJETAJIET INKLUŻIVI (3) |
|||||
|
Data |
Metodu ta’ ħidma/Strument |
Mira indikattiva u riżultati |
Għanijiet relatati għaż-żgħażagħ |
Rabta mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ |
Propost minn |
|
2023 (it-tieni nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill biex tiġi promossa Aġenda Ewropea għaż-Żgħażagħ, li tiżgura t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet taż-żgħażagħ u tpoġġihom fil-qalba tal-impenn Ewropew |
Approvazzjoni mill-Kunsill Kontribut għad-definizzjoni ta' Aġenda Ewropea għad-Drittijiet taż-Żgħażagħ Tisħiħ tad-drittijiet taż-żgħażagħ Kontribut għad-definizzjoni tal-isfidi taż-żgħażagħ Kontribut għall-iżvilupp ta' politiki mmirati lejn l-estensjoni tad-drittijiet u l-garanzija ta' ħajja sħiħa ħielsa mill-vjolenza |
Soċjetajiet inklużivi |
|
ES |
|
2023 (it-tieni nofs) |
Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ, l-universitajiet u l-edukazzjoni |
Skambji tal-aħjar prattiki Żvilupp ta' aġenda Ewropea ffukata fuq iż-żgħażagħ |
Soċjetajiet inklużivi |
|
ES |
|
2023 (it-tieni nofs) |
(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-għan tar-rieżami tal-programmi Erasmus+ (Żgħażagħ) u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ |
Approvazzjoni mill-Kunsill Riflessjoni u evalwazzjoni tal-programmi, l-għanijiet, l-objettivi u l-azzjonijiet taż-żgħażagħ. Opportunitajiet għal solidarjetà. Riflessjoni dwar il-Qafas Pluriennali |
Soċjetajiet inklużivi |
|
ES (COM) |
|
2023 (it-tieni nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Alicante, 2-4 ta’ Ottubru 2023) |
Is-suġġett ser jiġi determinat minn fost dawk identifikati mill-konferenzi/seminars |
Soċjetajiet inklużivi |
|
ES, COM |
|
2023 (it-tieni nofs) |
Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Alicante, mill-4 sal-5 ta’ Ottubru 2023) |
|
|
|
ES |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Laqgħa tad-Diretturi Ġenerali dwar iż-Żgħażagħ u Skambju ta’ Livell Għoli mad-diretturi tal-aġenziji nazzjonali |
Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027; riflessjonijiet dwar Erasmus+ 2021-2027 - il-Kapitolu taż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027 |
L-għanijiet kollha għaż-żgħażagħ |
§13 (a) Awtonomizzazzjoni/kwalità, innovazzjoni, rikonoxximent §36 |
COM u BE |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” (titolu preliminari) |
Approvazzjoni mill-Kunsill Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar li ħadd ma jitħalla jibqa' lura: inwittu t-triq lejn l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha (4) |
Soċjetajiet Inklużivi |
§3, §4, §5, §6, §10 (d), §13 (b), §16, §19, §20, §21, §22, §33, §34 |
BE |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Konferenza dwar soċjetajiet inklużivi għaż-żgħażagħ |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ |
Soċjetajiet Inklużivi |
§3, §4, §5, §6, §10 (d), §13 (b), §16, §19, §20, §21, §22, §33, §34 |
BE |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Konferenza dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ (5) (b’attenzjoni fuq il-livell lokali u d-demokrazija: Normalment l-esperjenza taż-żgħażagħ tal-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ tibda hawnhekk, u l-livell lokali huwa fejn issir il-biċċa l-kbira tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.) |
Rakkomandazzjonijiet ta' politika Kompendju tal-aħjar prattiki Allinjament mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ/Proċess ta' Bonn F'kooperazzjoni ma' “Europe goes local” u “Democracy reloading” Sinjalizzazzjoni għall-Futur fejn l-“offerta tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fuq livell lokali” hija delineata bħala l-ewwel punt minn tlieta taħt l-intestatura “Forniment ta' ħidma fost iż-żgħażagħ”. Is-seba' punt tad-Dikjarazzjoni Finali tat-tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ jgħid li offerta bażika ta' ħidma fost iż-żgħażagħ għandha għalhekk tinkludi strateġija ċara biex jittejbu l-inklużjoni soċjali u d-diversità fost iż-żgħażagħ li jkunu qed jieħdu sehem (6) |
Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej Soċjetajiet Inklużivi |
§3, §8, §10 (a), §10 (c), §10 (e), §13 (b), §13 (c) §14, §16, §17, §18, §19, §20, §21, §22, §23, §24, §25, §27, §34, §38, §39 |
BE |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ f’Ewropa ġdida |
Approvazzjoni mill-Kunsill (poss.) Rakkomandazzjonijiet ta' politika dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fi bliet adatti għat-tfal u għaż-żgħażagħ u r-rwol tal-ispazju pubbliku (eż. il-ħidma lokali fost iż-żgħażagħ u l-bliet adatti għaż-żgħażagħ) Skambji tal-aqwa prattiki bil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar il-ħidma relatata mat-tikketta tal-bliet adatti għaż-żgħażagħ u l-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ dwar l-“ispazji pubbliċi għaż-żgħażagħ”, “id-dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim (tagħlim formali, mhux formali u informali) fil-qafas ta' “Żona Ewropea tat-Tagħlim” |
L-għanijiet kollha għaż-żgħażagħ |
§3, §8, §10 (a), §10 (c), §10 (e), §13 (b), §13 (c), §14,§16, §17, §18, §19, §20, §21, §22, §23, §24, §25, §27, §34, §38, §39 |
BE |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
(poss.) Seminar dwar l-evalwazzjoni u l-aġġornament tal-aġenda Ewropea u dik internazzjonali dwar it-tfal, iż-żgħażagħ u d-drittijiet tat-tfal |
Evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet Aġġornament tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Esplorazzjoni tas-suġġett “id-dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim formali, mhux formali u informali |
Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
|
BE (u poss. COM) |
|
2024 (l-ewwel nofs) |
Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ |
Il-Presidenza BE ser tenfasizza r-rwol ta’ Ghent bħala l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ fl-2024 |
|
§10 (c), §39 |
BE |
|
2024 (it-tieni nofs) |
(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-għaxar ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd |
§1, §2, §6, §21, §22 |
HU |
|
2024 (it-tieni nofs) |
(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom f’żoni rurali |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali |
§1, §2, §5, §13 (d), §21, §26 |
HU |
|
2024 (it-tieni nofs) |
Konferenza dwar il-prijoritajiet tat-triju ta’ presidenzi/metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u laqgħa tad-Diretturi Ġenerali Eżitu finali taċ-ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ taħt it-triju ta' presidenzi ES-BE-HU |
Soċjetajiet inklużivi Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali |
§1, §2, §6, §13(b) §19, §21 |
HU |
|
2024 (it-tieni nofs) |
(poss.) Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ |
Skambji tal-aħjar prattiki |
Soċjetajiet inklużivi Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali |
|
HU |
|
2024 (it-tieni nofs) |
(Konferenza) Il-ġabra fil-qosor, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tal-avveniment għall-ewwel għaxar ċikli tad-Djalogu (Strutturat) tal-UE maż-Żgħażagħ |
Ħarsa ġenerali lejn l-għaxar ċikli tad-Djalogu (Strutturat) tal-UE maż-Żgħażagħ |
Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
§1, §2, §6, §26 |
HU, ES, BE, (poss. COM) |
|
2024 (it-tieni nofs) |
(Seminar) Għodod biex jinħolqu kondizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom f’żoni rurali |
Skambji tal-aħjar prattiki fil-livell intersettorjali u dak interistituzzjonali Formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet. |
Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u programmi Ewropej taż-żgħażagħ Tagħlim ta' kwalità. |
§1, §5, § 11, §13 (a), §24, §33, §37. |
HU (u poss. COM) |
(1) Ikkompilat mill-Presidenza Slovena abbażi tad-dokument tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet possibbli għal Pjan ta' Ħidma futur tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2019-2021 (dok. ST-9264/18-ADD-1) u l-informazzjoni aġġornata fl-2023 mit-triji ta' presidenzi FR-CZ-SE u ES-BE-HU.
(2) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2020/C 415/01).
(3) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C 456/01).
(4) Pass 'il quddiem possibbli fil-kooperazzjoni transsettorjali mas-settur soċjali, tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, tas-saħħa eċċ. Dokumenti ta' sfond ta' appoġġ mitluba mill-Grupp ta' Riċerkaturi Ewropej dwar iż-Żgħażagħ (PEYR).
(5) Il-konferenza Ewropea ser tesplora wkoll is-suġġett tad-“dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim formali, mhux formali u informali.
(6) F'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam taż-żgħażagħ u l-Komunità ta' prattika dwar l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (EYWA). Intalab ukoll appoġġ mingħand il-PEYR.
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/21 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali ta' Ewropa sostenibbli għaż-żgħażagħ
(2023/C 185/06)
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
FILWAQT LI JFAKKRU:
|
1. |
Li l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ #3 u #10 kif annessi mal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ, intitolati “Soċjetajiet Inklużivi” u “Ewropa Ekoloġika Sostenibbli”, kellhom l-għan li “tiġi permessa u żgurata l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà” u li “tinkiseb soċjetà fejn iż-żgħażagħ kollha jkunu attivi ambjentalment, edukati u kapaċi li jagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum” (1). |
|
2. |
Li ż-żgħażagħ huma aġenti b’saħħithom (2) tal-bidla u l-innovazzjoni u sħab essenzjali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli u ftehimiet u strumenti multilaterali oħra, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (3) u l-Patt Ekoloġiku Ewropew (4). Barra minn hekk, il-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura huwa mtenni fl-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli (5). Skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kull tifel u tifla għandu d-dritt li jesprimi l-fehmiet tiegħu liberament fil-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw lit-tfal (6). Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt li jipparteċipaw b’mod sinifikattiv fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u s-segwitu ta’ politiki li jaffettwawhom u lis-soċjetà inġenerali (7). |
|
3. |
Ir-rikonoxximent tad-djalogu u r-responsabbiltà interġenerazzjonali bħala pedament ta’ tfassil ta’ politika sod (8), ir-rikonoxximent tar-rwol kruċjali taż-żgħażagħ fl-azzjoni ambjentali u l-importanza li jiġi enfasizzat il-progress li sar biex jitrawwem involviment sinifikattiv taż-żgħażagħ (9). |
|
4. |
Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (10) ipprovdiet momentum biex iż-żgħażagħ, inkluż iż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, jingħataw is-setgħa u jiġu appoġġati biex jiksbu għarfien u kompetenzi rilevanti sabiex isiru ċittadini attivi u involuti u awturi tal-bidla. Fil-konferenza tal-għeluq tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ “Claim the Future” (Nieħdu Pussess tal-Futur) li saret fis-6 ta’ Diċembru 2022, dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati taż-żgħażagħ tennew l-impenn konġunt tagħhom li jintegraw perspettiva taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika u li jżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi tat-tfassil tal-politika. Kien hemm ukoll sejħiet għal enfasi akbar fuq il-kura tas-saħħa preventiva, il-ġlieda kontra l-problemi tas-saħħa mentali u s-solitudni kif ukoll aktar parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi organizzati. |
KONXJI LI:
|
5. |
L-indirizzar tad-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli (11) huwa aspett kruċjali biex tingħata s-setgħa lill-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà. Il-kwistjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli huma intersezzjonali. L-esklużjoni soċjoekonomika u l-esklużjoni demokratika jimxu id f’id, u jaffettwaw sa liema punt iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’azzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli. Il-kisba ta’ żvilupp ġust, sostenibbli u inklużiv permezz ta’ proċessi demokratiċi jeħtieġ li tqis il-perspettivi u l-opinjonijiet kollha, permezz tal-prinċipji tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u permezz ta’ proċessi inklużivi fil-livelli kollha. |
|
6. |
Il-grupp li niddefinixxu bħala “żgħażagħ” jikkonsisti f’għadd kbir ta’ identitajiet, b’kapaċitajiet, ħtiġijiet, ridiet, riżorsi u interessi differenti li jiffaċċjaw diversi sfidi u opportunitajiet u li ġejjin minn diversi sfondi edukattivi, kulturali, ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali. Dawn id-differenzi jaffettwaw l-interessi, il-possibbiltajiet u l-kapaċità tagħhom li jinvolvu ruħhom f’azzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent. |
|
7. |
Fatturi bħad-differenzi fid-densità tal-popolazzjoni u l-istruttura demografika, jiġifieri bejn iż-żoni urbani, rurali u remoti, periferiċi, iż-żoni inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi, jaffettwaw ukoll l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà ta’ infrastruttura sostenibbli għaż-żgħażagħ. |
|
8. |
Il-pandemija tal-COVID-19, il-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-kriżi klimatika kixfu l-inugwaljanzi fis-soċjetajiet tagħna peress li l-kriżijiet affettwaw lil gruppi ta’ żgħażagħ b’mod differenti u lil xi gruppi b’mod sproporzjonat. L-aċċess mhux ugwali għad-drittijiet tal-bniedem għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, bħall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, sar saħansitra aktar evidenti matul dawn il-kriżijiet. Il-prekondizzjonijiet bħas-saħħa mentali u fiżika, il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tal-akkomodazzjoni, l-aċċess għat-tagħlim formali, mhux formali u informali, l-opportunitajiet ta’ impjieg u l-attivitajiet tal-ħin liberu huma ta’ importanza kruċjali għar-reżiljenza u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ biex jgħixu b’mod sostenibbli. |
|
9. |
Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma indiviżibbli fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli peress li t-tibdil fil-klima għandu impatt sproporzjonat fuq gruppi emarġinati f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Il-persuni bl-inqas riżorsi għandhom l-akbar diffikultà biex jadattaw għall-bidliet relatati mal-klima (12) u dawk f’riskju ta’ faqar x’aktarx li jiffaċċjaw riskju akbar li jkunu esposti għat-tniġġis u problemi ambjentali (13). Barra minn hekk, iż-żgħażagħ li huma dipendenti fuq ir-riżorsi naturali b’modi differenti, sabiex jaħdmu, jgħixu jew jinvolvu ruħhom fit-tradizzjonijiet kulturali tagħhom, jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mit-tibdil fil-klima b’modi li jipperikolaw is-setgħa tagħhom li jsawru ħajjithom (14). |
IQISU LI:
|
10. |
Iż-żgħażagħ kollha għandu jkollhom kondizzjonijiet tal-għajxien tajbin, perspettivi ta’ impjieg, is-setgħa li jsawru ħajjithom u li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika u l-iżvilupp tas-soċjetà. Iż-żgħażagħ huma wieħed mill-pilastri tas-soċjetà tagħna, kif ukoll detenturi tad-drittijiet tal-individwu u awturi tal-bidla (15). |
|
11. |
L-għarfien, il-perspettivi u l-esperjenzi taż-żgħażagħ jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet politiċi aktar bi skop u huma riżorsi siewja fil-proċess demokratiku. Il-politika dwar iż-żgħażagħ għandha tadotta approċċ doppju billi tiżviluppa u tifformula inizjattivi direttament maż-żgħażagħ, għalihom u minnhom permezz ta’ parteċipazzjoni attiva u sinifikattiva miż-żgħażagħ, u billi tintegra l-politika dwar iż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta’ politika. |
|
12. |
Il-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ, inkluż id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ soċjetà għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kollha li fiha jiġu diskussi u solvuti l-akbar sfidi relatati ma’ kwistjonijiet soċjali bħall-faqar, is-solitudni (16) involontarja, is-saħħa mentali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, mingħajr ma tiddeterjora s-sitwazzjoni globali. |
|
13. |
Iż-żieda fl-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha hija meħtieġa sabiex jiġi promoss il-fehim tal-isfidi globali interkonnessi li qed tiffaċċa d-dinja u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati fil-kisba tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħixu b’mod aktar sostenibbli u biex jikkontribwixxu kemm individwalment kif ukoll kollettivament għal soċjetà aktar sostenibbli. Il-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, kif ukoll skemi u attivitajiet oħra tal-UE u nazzjonali ta’ volontarjat jew ta’ servizz ċiviku, fejn jeżistu, u inizjattivi għall-parteċipazzjoni ċivika, jistgħu jkunu għodod utli għal dan l-għan. |
|
14. |
Iż-żgħażagħ kollha għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni u data vverifikati bbażati fuq l-evidenza, ifformulati b’mod faċilment aċċessibbli għaż-żgħażagħ u f’diversi lingwi, biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jassimilaw l-informazzjoni u jiżviluppaw imġiba sostenibbli u r-rwol tagħhom bħala aġenti tal-bidla u ċittadini infurmati. |
JENFASIZZAW:
|
15. |
Li n-natura globali tal-isfidi bħall-pandemija tal-COVID-19, it-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità jitolbu l-aktar kooperazzjoni wiesgħa possibbli, fil-livelli kollha, li tissalvagwardja l-parteċipazzjoni sinifikattiva u effettiva taż-żgħażagħ. |
|
16. |
Il-ħtieġa ta’ involviment ulterjuri taż-żgħażagħ f’politiki tal-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha sabiex jiġu sfruttati l-potenzjal u l-kreattività taż-żgħażagħ, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-investiment fiż-żgħażagħ iservi ta’ ingranaġġ qawwi għal futur sostenibbli. Il-ħtieġa ta’ djalogu dwar il-kwistjonijiet etiċi u soċjali relatati mal-iżvilupp sostenibbli, kemm fost iż-żgħażagħ kif ukoll bejn il-ġenerazzjonijiet fis-soċjetà, pereżempju permezz ta’ djalogu interġenerazzjonali, hija essenzjali biex titrawwem it-tama u biex jinħoloq fehim u rispett għal perspettivi u realtajiet differenti. |
|
17. |
Li ħafna żgħażagħ fl-Ewropa huma konxji u mobilizzati fir-rigward tat-tħassib tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u ambjentali. Fl-istess ħin, hemm żgħażagħ li mhumiex involuti fi kwistjonijiet tas-soċjetà. Il-livell ta’ mobilizzazzjoni u involviment ivarja minn persuna żagħżugħa għal oħra, skont fatturi differenti bħal, pereżempju, l-aċċess għall-informazzjoni, l-isfond edukattiv, l-istatus soċjoekonomiku jew il-pożizzjoni ġeografika. Gruppi differenti ta’ żgħażagħ jeħtieġu tipi differenti ta’ inkoraġġiment u appoġġ sabiex jipparteċipaw fl-iżvilupp tas-soċjetà. Għalhekk huwa meħtieġ li jittieħed approċċ olistiku u li jiġu żviluppati azzjonijiet inklużivi u parteċipattivi meta jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal dawn, bħall-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs, il-ġustizzja soċjali u t-tibdil fil-klima. |
|
18. |
Li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u attivitajiet oħra ta’ tagħlim mhux formali u informali huma importanti biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ liż-żgħażagħ li jinsabu barra minn strutturi formali, u spiss jikkomplementaw servizzi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha. |
JINNOTAW:
|
19. |
Il-messaġġ mill-parteċipanti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f’Marzu 2023 dwar l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw informazzjoni affidabbli, aċċessibbli u faċli għall-utent u b’aċċess kemm għal edukazzjoni formali kif ukoll mhux formali dwar is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima. Jinnotaw ukoll il-messaġġ tagħhom dwar l-importanza li jintużaw approċċi interġenerazzjonali u interdixxiplinari biex iż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa billi jiġu pprovduti bl-informazzjoni, l-għarfien u l-għodod meħtieġa dwar kif jistgħu jinvolvu ruħhom fi prattiki sostenibbli u inklużivi. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, FIL-LIVELLI ADATTI, BIEX:
|
20. |
Jipprovdu strutturi u opportunitajiet ta’ governanza aċċessibbli, sostenibbli u f’diversi livelli (17) għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ, inkluż gruppi ta’ żgħażagħ sottorappreżentati, f’konformità mal-aħjar prattiki eżistenti, eż. il-Kodiċi ta’ prattika tajba tal-Kunsill tal-Ewropa għall-parteċipazzjoni ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (18), biex jippermettu involviment sinifikattiv u jiffaċilitaw mekkaniżmi aċċessibbli sabiex jipprovdu feedback u jwettqu l-evalwazzjoni ta’ tali proċessi. |
|
21. |
Jippromwovu opportunitajiet edukattivi għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ inklużjoni soċjali u żvilupp sostenibbli fil-prattiki tagħhom, b’mod mhux formali. |
|
22. |
Jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim professjonali għall-edukaturi (19) inkluż dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, biex jinfurmaw u jedukaw aħjar u jagħtu aktar setgħa liż-żgħażagħ kollha fi kwistjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli, sabiex iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jagħmlu għażliet infurmati u sostenibbli fil-ħajja ta’ kuljum u jinvolvuhom fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
23. |
Jipprijoritizzaw is-saħħa u l-benesseri mentali fost iż-żgħażagħ, speċjalment billi jirrikonoxxu l-problemi tas-saħħa mentali bħala wieħed mill-aktar tħassib sinifikanti dwar is-saħħa taż-żgħażagħ (20), billi jsaħħu l-promozzjoni tas-saħħa mentali bbażata fuq l-għarfien, il-litteriżmu fis-saħħa mentali u l-isforzi ta’ prevenzjoni f’ambjenti differenti permezz ta’ approċċi transsettorjali u billi jippromwovu u jiżviluppaw aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità li jkunu integrati, siguri u ffokati fuq in-nies, sabiex jittejbu s-saħħa, il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ, u b’hekk jiżdiedu s-saħħa u r-reżiljenza tas-soċjetà kollha kemm hi. |
|
24. |
Jikkunsidraw l-applikazzjoni ta’ perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet (21) għal politiki għal infrastruttura sostenibbli, speċjalment fir-rigward ta’ trasport pubbliku u akkomodazzjoni affordabbli u aċċessibbli, sabiex jiġu pprovduti għażliet sostenibbli u ekoloġiċi għaż-żgħażagħ kollha. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FILWAQT LI JADERIXXU MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI ADATTI, SABIEX:
|
25. |
Jikkunsidraw ir-riżultati tad-9 ċiklu fid-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki futuri relatati mal-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
26. |
Jiżguraw l-aċċess taż-żgħażagħ kollha għad-drittijiet tagħhom f’konformità mad-dikjarazzjonijiet u l-konvenzjonijiet internazzjonali billi jinkludu perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ miżuri li jaffettwaw liż-żgħażagħ fil-livelli kollha. Huwa importanti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikun jista’ jkollhom il-kompetenzi meħtieġa u l-aċċess għall-għodod xierqa biex jinħolqu proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet inklużivi u parteċipattivi. |
|
27. |
Jappoġġaw aktar ir-riċerka u l-analiżi, bl-użu ta’ għodod eżistenti bħal Wiki taż-Żgħażagħ (22), u jiġbru data diżaggregata dwar kif l-esklużjoni soċjali u t-tibdil fil-klima huma relatati mas-saħħa mentali, il-benessri u l-kondizzjonijiet tal-għajxien taż-żgħażagħ, filwaqt li titqies il-ħtieġa possibbli ta’ indikaturi u mekkaniżmi ta’ monitoraġġ ġodda biex jitkejjel l-impatt tal-esklużjoni soċjali u t-tibdil fil-klima. |
|
28. |
Itejbu l-aċċessibbiltà ta’ mekkaniżmi differenti ta’ parteċipazzjoni bħall-kunsilli taż-żgħażagħ, is-seduti tas-smigħ taż-żgħażagħ u l-konferenzi parteċipattivi, inkluż id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, kif ukoll għodod diġitali għall-parteċipazzjoni, filwaqt li jiżguraw li dawn jiffukaw fuq it-tħassib ta’ gruppi differenti ta’ żgħażagħ fis-soċjetà, inkluż gruppi mhux rappreżentati u sottorappreżentati ta’ żgħażagħ biex jipparteċipaw u jassumu rwoli ewlenin f’tali mekkaniżmi. |
|
29. |
Jagħmlu użu mill-potenzjal sħiħ tal-programm Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-FSE+, inkluż, fejn applikabbli, l-inizjattiva ALMA biex joħolqu opportunitajiet għal proġetti u azzjonijiet ta’ mobbiltà aktar inklużivi u sostenibbli, inkluż mobbiltajiet ibridi, għaż-żgħażagħ kollha. Għandha ssir enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, SABIEX:
|
30. |
Tiżgura miżuri ta’ informazzjoni fit-tul fil-livell Ewropew, inkluż permezz tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u għodod ta’ informazzjoni rilevanti oħra, b’mod adatt għaż-żgħażagħ, inklużiv, multilingwi u aċċessibbli b’rabta mal-politiki u l-programmi tal-UE relatati mal-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, kif ukoll ma’ proċess parteċipatorji fl-istituzzjoni Ewropej. |
|
31. |
Tiffaċilita l-opportunitajiet għal attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari dwar is-sostenibbiltà u l-inklużjoni. |
|
32. |
Tippromwovi u tappoġġa aktar approċċ transsettorjali u sinerġiji ma’ inizjattivi oħra bħall-“Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima”, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (23) u l-“Bauhaus Ewropea l-Ġdida”. |
(1) Anness 3 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.
(2) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli – Nibnu mill-ġdid aħjar wara l-kriżi tal-COVID-19 (dok. 9850/21).
(3) In-Nazzjonijiet Uniti, Il-Ftehim ta’ Pariġi, 2015.
(4) Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM (2019) 640 final.
(5) Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli; Pubblikatur, Assemblea Ġenerali tan-NU, A/RES/70/1.
(6) Nazzjonijiet Uniti, Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Riżoluzzjoni 44/25 tal-Assemblea Ġenerali.
(7) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja u l-ħolqien ta' spazji ċiviċi għaż-żgħażagħ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ (ĠU C 501 I, 13.12.2021, p. 19).
(8) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali (ĠU C 495, 29.12.2022, p. 56).
(9) Stockholm +50, The Global Youth Policy Paper: Third Official Version (Dokument ta' Politika dwar iż-Żgħożija Globali: It-Tielet Verżjoni Uffiċjali), Mejju 2022.
(10) Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022), ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1–9.
(11) Għad-definizzjoni ta' “dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli”, ara l-Anness II tal-anness.
(12) Nazzjonijiet Uniti, Rapport Dinji dwar iż-Żgħażagħ (2020).
(13) Eurostat, Indikaturi tal-kwalità tal-ħajja - ambjent naturali u tal-għajxien, 2022.
(14) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima COM (2021) 82 final.
(15) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 9).
(16) Għad-definizzjoni ta' “solitudni”, ara l-Anness II tal-anness.
(17) Konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3.
(18) Kunsill tal-Ewropa, Kodiċi ta’ prattika tajba għall-parteċipazzjoni ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, CONF/PLE (2009)CODE1.
(19) Għad-definizzjoni ta' “edukatur”, ara l-Anness II tal-anness.
(20) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Children and mental health: preventive approaches to anxiety and depression (It-Tfal u s-saħħa mentali: approċċi preventivi għall-ansjetà u d-dipressjoni), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021.
(21) Għad-definizzjoni ta' “perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet”, ara l-Anness II tal-anness.
(22) Wiki taż-Żgħażagħ hija pjattaforma online ospitata mill-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta informazzjoni dwar il-politiki tal-pajjiżi Ewropej dwar iż-żgħażagħ.
ANNESS I
REFERENZI
Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill ħadu nota tad-dokumenti li ġejjin:
|
— |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final. |
|
— |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima COM(2021) 82 final. |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli – Nibnu mill-ġdid aħjar wara l-kriżi tal-COVID-19 (dok. 9850/21). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-salvagwardja u l-ħolqien ta' spazji ċiviċi għaż-żgħażagħ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ, (ĠU C 501 I, 13.12.2021, p. 19). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali (ĠU C 495, 29.12.2022, p. 56). |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 9). |
|
— |
Konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3. |
|
— |
Kunsill tal-Ewropa, Kodiċi ta' Prattika Tajba għall-Parteċipazzjoni Ċivili fil-Proċessi tat-Teħid tad-Deċiżjonijiet, CONF/PLE(2009)CODE1. |
|
— |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità 2021-2030, COM(2021) 101 final. |
|
— |
Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022), ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1–9 . |
|
— |
Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Children and mental health: preventive approaches to anxiety and depression: European platform for investment in children (It-Tfal u s-Saħħa Mentali: approċċi preventivi għall-ansjetà u d-dipressjoni: Pjattaforma Ewropea għall-investiment fit-tfal), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021. |
|
— |
Eurostat, Indikaturi tal-kwalità tal-ħajja - ambjent naturali u tal-għajxien. Settembru 2022. |
|
— |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea, Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10). |
|
— |
Qafas għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli mill-2021 sal-2030. |
|
— |
JRC Science for Policy Report, Baarck, J., Balahur-Dobrescu, A., Cassio, L.G., D`hombres, B., Pasztor, Z. u Tintori, G., Loneliness in the EU (Is-solitudni fl-UE). Għarfien minn stħarriġiet u data tal-media online, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021. |
|
— |
OECD, Global Teaching InSights, Teaching for Climate Action – Summary of Insights (Tagħlim għal Azzjoni dwar il-Klima - Sommarju ta' Informazzjoni), 2021. |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027. ĠU C 456, 18.12.2018. |
|
— |
Stockholm +50, The Global Youth Policy Paper: Third Official (Dokument ta' Politika dwar iż-Żgħożija Globali: It-Tielet Verżjoni), Mejju 2022. |
|
— |
Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli); Assemblea Ġenerali tan-NU, A/RES/70/1. |
|
— |
Nazzjonijiet Uniti, Rapport Dinji dwar iż-Żgħażagħ (2020). |
|
— |
Nazzjonijiet Uniti, il-Ftehim ta' Pariġi, 2015. |
|
— |
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà. Serje tat-Trattati 2515, 2006. |
|
— |
Nazzjonijiet Uniti, Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, Aarhus, 1998. |
|
— |
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989) Trattat Nru 27531. Serje tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, 1577, Artikolu 12. |
|
— |
Nazzjonijiet Uniti, Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, 1948. |
|
— |
Nazzjonijiet Uniti, Rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, “Il-Futur Komuni Tagħna”, [ir-rapport Brundtland], A/42/427, 1987. |
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskopijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Edukaturi: jinkludu l-għalliema (dawk li għandhom l-istatus rikonoxxut ta' għalliem jew ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali) u l-ħarrieġa (kull min iwettaq attività waħda jew aktar marbuta mal-funzjoni ta' taħriġ teoretiku jew prattiku, jew f'istituzzjoni għall-edukazzjoni jew għat-taħriġ, jew fuq il-post tax-xogħol). Dan jinkludi lill-għalliema fl-edukazzjoni ġenerali u fl-edukazzjoni għolja, lill-għalliema u lill-ħarrieġa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u kontinwu, kif ukoll lill-professjonisti tal-edukazzjoni u tal-indukrar fit-tfulija bikrija u lill-edukaturi tal-adulti u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ (1).
Solitudni: is-solitudni għandha natura suġġettiva ħafna. Hija l-perċezzjoni ta' diskrepanza bejn in-network ta' relazzjonijiet mixtieq u dak attwali ta' persuna. Hija tiġi mġarrba għala esperjenza negattiva ħafna. Mhijiex biss li persuna jkollha ftit wisq kuntatti soċjali per se, iżda wkoll il-perċezzjoni li dawn ir-relazzjonijiet ma jkunux sodisfaċenti biżżejjed. Fi kliem ieħor, is-solitudni ma tfissirx li persuna tkun waħedha, iżda li tħossha waħedha. F'dan ir-rigward, is-solitudni hija differenti mill-iżolament soċjali, li għandu konnotazzjoni oġġettiva, definita minn nuqqas ta' relazzjonijiet ma' persuni oħra u/jew minn għadd żgħir ħafna ta' rabtiet sinifikanti (2).
Perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet (3): perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet li torbot l-objettivi tal-politika taż-żgħażagħ mad-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ kif inhuma stipulati fil-konvenzjonijiet, liġijiet u regolamenti internazzjonali. Din għandha tkun ibbażata fuq ir-riċerka u l-istatistika u għandu jkollha l-għan li toħloq kondizzjonijiet biex iż-żgħażagħ jiġu inklużi fl-iżvilupp ġenerali tas-soċjetà, kemm mill-inizjattivi tagħhom stess kif ukoll mill-inizjattivi ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Perspettiva taż-żgħażagħ ibbażata fuq id-drittijiet tista' tiffunzjona bħala metodu għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jiksbu kompetenzi rilevanti biex iqisu l-perspettivi taż-żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli: l-iżvilupp sostenibbli huwa b'mod komuni definit bħal l-iżvilupp li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom stess (4). Dan jirrikjedi li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi ta' kulħadd u li tiġi estiża l-opportunità biex kulħadd ikun jista' jissodisfa l-aspirazzjonijiet tiegħu għal ħajja aħjar. L-iżvilupp sostenibbli jinkludi tliet dimensjonijiet: dik ekonomika, soċjali u ambjentali. Id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli hija bbażata fuq il-valuri bażiċi tal-ekwità u d-demokrazija, inkluż l-iżgurar effettiv tad-drittijiet tal-bniedem kollha – dawk politiċi, ċivili, ekonomiċi, soċjali u kulturali – min-nies kollha. Fl-2021, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-importanza tat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-inklużjoni, l-iżvilupp tal-bniedem, il-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza fil-forom kollha tagħha, kif ukoll id-djalogu soċjali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u x-xogħol deċenti (5).
(1) Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Edukazzjoni u t-taħriġ tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ ( ĠU C 412, 9.12.2019, p. 12 ) u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tagħlim għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli ( ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1).
(2) JRC Science for Policy Report, Baarck, J., Balahur-Dobrescu, A., Cassio, L.G., D`hombres, B., Pasztor, Z. u Tintori, G., Loneliness in the EU. Għarfien minn stħarriġiet u data tal-media online, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021.
(3) L-Aġenzija Żvediża għaż-Żgħażagħ u s-Soċjetà Ċivili.
(4) Nazzjonijiet Uniti, Rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, “Il-Futur Komuni Tagħna”, [ir-rapport Brundtland], A/42/427, 1987.
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Approċċ Komprensiv biex Titħaffef l-Implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli – Nibnu mill-ġdid aħjar wara l-kriżi tal-COVID-19 (dok. 9850/21).
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/29 |
Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, li teżamina r-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-WADA
(2023/C 185/07)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
FILWAQT LI JFAKKRU:
|
1. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġlieda kontra d-doping (1). |
|
2. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010, dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-ġlieda internazzjonali kontra d-doping (2). |
|
3. |
Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA (3). |
|
4. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2015, li jeżaminaw ir-riżoluzzjoni tal-2011, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA li jipprevedi sal-31 ta’ Diċembru 2018, l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ulterjuri ta’ din ir-riżoluzzjoni għandha tiġi eżaminata għal darba oħra (4). |
|
5. |
Ir-riżoluzzjoni tal-2019 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-WADA (minn hawn ’il quddiem “ir-riżoluzzjoni tal-2019”) (5). |
FILWAQT LI JINNOTA LI:
|
1. |
Mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-2019 ’l hawn il-metodi u l-prattiki ta’ ħidma tal-WADA evolvew, b’mod partikolari fir-rigward tat-tul tal-mandati tal-membri tal-Bord ta’ Fondazzjoni tagħha. B’dawn l-iżviluppi huwa f’waqtu li l-Kunsill jaġġorna r-riżoluzzjoni tal-2019 biex jagħti gwida aktar ċara dwar il-kriterji u t-tul tal-mandati tal-esperti fil-livell governattiv maħtura b’mod konġunt mill-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill. Ir-riżoluzzjoni tal-2019 ma tipprovdix b’mod espliċitu t-tul tal-mandati tal-esperti fil-livell governattiv li jissostitwixxu lir-rappreżentant espert li jwaqqaf il-kariga tiegħu fil-livell ministerjali fl-Istat Membru tiegħu. Ir-riżoluzzjoni tal-2019 lanqas ma tqis il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-istatuti tal-WADA li tkun membru tal-Bord ta’ Fondazzjoni. |
|
2. |
Huwa importanti li r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, ikomplu jeżaminaw l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-2019 fuq bażi regolari. |
JIRRIKONOXXU LI:
|
1. |
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom u jwettqu r-rwol tagħhom matul it-tħejjija, in-negozjar u l-adozzjoni, fost l-oħrajn, tar-regoli, l-istandards u l-linji gwida mill-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA). |
|
2. |
Tliet siġġijiet fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA huma allokati lir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE. |
|
3. |
Jeħtieġ li jiġu previsti modalitajiet prattiċi rigward il-parteċipazzjoni tar-rappreżentazzjoni mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-CAHAMA (6) u tal-WADA. Dawn il-modalitajiet prattiċi għandhom jirriflettu d-dover ta’ kooperazzjoni sinċiera u jfittxu li jippromwovu l-unità fir-rappreżentazzjoni esterna tal-UE filwaqt li jevitaw ix-xogħol doppju fil-CAHAMA. |
|
4. |
Il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-kontinent Ewropew qabel il-laqgħat tal-WADA għandha ssir fi ħdan il-CAHAMA u għandu jkun żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda f’dak il-korp jirrispettaw bis-sħiħ kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
|
5. |
Hemm ħtieġa qawwija għal kontinwità u impenn fir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, li huwa appoġġat minn mandat politiku u għarfien espert adatt. |
KONSEGWENTEMENT, JAQBLU LI:
|
1. |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser ikunu fil-livell ministerjali u li s-siġġijiet ser jiġu allokati kif ġej:
|
|
2. |
L-arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA kif deskritti fl-Anness I għall-Anness ser isiru effettivi mit-30 ta’ Ġunju 2023, mingħajr preġudizzju għall-mandati approvati qabel din id-data. |
|
3. |
Ir-rappreżentant mit-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser jirrapporta dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA fil-laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) tal-UE. Dan ir-rappreżentant ser jippreżenta rapport dwar l-eżitu ta’ dik il-laqgħa lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport (WPS). |
|
4. |
Waqt li jevitaw ix-xogħol doppju mal-CAHAMA, id-delegati tal-Istat Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport (WPS) jistgħu jikkoordinaw pożizzjoni komuni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, dment li jkun hemm valur miżjud ċar ta’ tali pożizzjoni komuni. Il-pożizzjoni komuni hija soġġetta għall-approvazzjoni mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER), dment li l-Istati Membri jilħqu qbil differenti. |
|
5. |
Kwalunkwe pożizzjoni komuni maqbula mill-Istati Membri tal-UE trid tkun konsistenti ma’ kwalunkwe pożizzjoni maqbula tal-UE u ser tiġi ppreżentata mill-Presidenza fil-laqgħat tal-CAHAMA. L-Istati Membri tal-UE għandhom ifittxu li jinkludu din il-pożizzjoni komuni fil-mandat tal-kontinent Ewropew imħejjija mill-CAHAMA. |
|
6. |
Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser jitkellmu u jivvutaw dwar kwistjonijiet f’konformità mal-mandat tal-kontinent Ewropew maqbula mill-CAHAMA, dment li tali pożizzjoni tkun konsistenti mal-acquis tal-UE. |
|
7. |
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, ser jeżaminaw l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni u jqisu jekk ikunux meħtieġa xi aġġustamenti għall-arranġament stabbilit minn din ir-riżoluzzjoni. |
|
8. |
Din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-arranġamenti mehmuża rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, u l-arranġamenti prattiċi rigward il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-WADA dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni approvati mill-Kunsill fil-15 ta’ Mejju 2023, jissostitwixxu r-riżoluzzjoni 2019/C 192/01 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA. |
(1) ĠU C 356, 12.12.2000, p. 1.
(2) ĠU C 324, 1.12.2010, p. 18.
(3) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 7.
(4) ĠU C 417, 15.12.2015, p.45.
(5) ĠU C 192, 7.6.2019, p. 1–4.
(6) Il-Kumitat Ewropew Ad Hoc għall-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (CAHAMA) huwa kumitat ta' esperti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' Stati Parti għall-Konvenzjoni Kulturali Ewropea dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tal-politika kontra d-doping.
ANNESS I
Arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA
L-Istati Membri tal-UE jaqblu dwar is-sistema ta' rappreżentazzjoni li ġejja:
Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA għandhom ikunu ċittadini minn Stati Membri differenti tal-UE.
RAPPREŻENTANTI MILL-ISTATI MEMBRI LI JIFFURMAW IT-TRIJU TA' PRESIDENZI FIL-KARIGA U DAK FUTUR:
|
— |
L-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta' Presidenzi fil-kariga ser jagħżlu, wara konsultazzjoni interna, wieħed minnhom bħala rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA. L-Istat Membru magħżul, wara l-proċeduri interni tiegħu, ser jinnomina rappreżentant għal dak il-għan. Dan ir-rappreżentant ser ikun il-persuna responsabbli fuq livell ministerjali għall-isport fl-Istat Membru u ser ikun eliġibbli biex ikun fuq il-bord tal-Fondazzjoni skont l-istatuti tal-WADA. L-Istat Membru magħżul biex jipprovdi rappreżentant u l-isem ta' dak ir-rappreżentant ser jiġi notifikat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE (SĠK). |
|
— |
Jekk ir-rappreżentant jieqaf mill-funzjonijiet tiegħu fil-livell ministerjali, dak ir-rappreżentant jibqa' fil-kariga fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA sakemm titlesta l-proċedura l-ġdida tan-nomina. L-Istat Membru, jew jekk it-Triju ta' Presidenzi jaqbel dwar Stat Membru ieħor mit-Triju ta' Presidenzi, li Stat Membru ieħor jaħtar sostitut li jkun eliġibbli biex jirrappreżenta lill-Istat Membru tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA u li jkun inkarigat mill-isport fil-livell ministerjali għall-bqija tal-mandat inizjali ta' tliet snin fil-Bord ta' Fondazzjoni. |
|
— |
Ir-rappreżentant li jwaqqaf il-kariga tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali jew isir ineliġibbli biex jirrappreżenta lill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA ma għandux jibqa' membru tal-Bord ta' Fondazzjoni u r-riżenja tiegħu/tagħha tkun awtomatika meta l-proċedura l-ġdida tan-nomina tkun tlestiet. |
|
— |
Ir-regoli msemmija hawn fuq ser japplikaw ukoll għall-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta' Presidenzi futur. |
|
— |
Il-mandat tar-rappreżentanti msemmija hawn fuq huwa ta' tliet snin. |
|
— |
Ir-rappreżentant mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta' Presidenzi futur ser jibqa' fil-kariga anke wara li dan isir it-Triju ta' Presidenzi fil-kariga sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ż-żamma tal-mandat ta' tliet snin. |
ESPERT FIL-LIVELL TA' GVERN INNOMINAT B'MOD KONĠUNT MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
|
— |
Proposti għal rappreżentant espert ser jiġu ppreżentati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-UE, li matulha għandha sseħħ in-nomina. Il-proposti mhux ser jinkludu ministri mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta' Presidenzi fil-kariga jew it-Triju ta' Presidenzi futur. Il-proposti għal rappreżentant espert għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. |
|
— |
Fil-każ li jkun hemm aktar minn kandidatura waħda għar-rappreżentant espert, il-Presidenza ser tfittex il-kunsens tal-Istati Membri li jorganizzaw votazzjoni b'vot indikattiv fid-WPS sabiex jinħatar ir-rappreżentant espert. Il-proċedura tal-votazzjoni ser tiġi proposta mill-Presidenza u maqbula ukoll b'kunsens fost l-Istati Membri. Kull kandidat għall-pożizzjoni ta' rappreżentant espert ser ikun eliġibbli biex ikun fuq il-bord tal-Fondazzjoni f'konformità mal-istatuti tal-WADA. |
|
— |
Il-mandat tar-rappreżentant espert ikun ta' tliet snin sakemm ma jwaqqafx il-funzjoni tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali fl-Istat Membru tiegħu/tagħha jew ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà biex jirrappreżenta lill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA applikabbli fiż-żmien tal-ħatra ma jibqgħux jiġu sodisfatti matul il-mandat tiegħu/tagħha. F'dan il-każ, ser tinbeda proċedura ġdida ta' ħatra għal perjodu ġdid ta' tliet snin. Ir-rappreżentant espert attwali ser jibqa' fil-kariga sakemm il-proċedura għal nomina ġdida tkun intemmet. Il-mandat ser ikun konsistenti mal-istatuti tal-WADA u fi kwalunkwe każ ser ikun limitat għal mhux aktar minn tliet termini. |
|
— |
Ir-rappreżentant espert li jkun ġie sostitwit fil-livell ministerjali jew isir ineliġibbli biex jirrappreżenta lill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA ma għandux jibqa' membru tal-Bord ta' Fondazzjoni u r-riżenja tiegħu/tagħha tkun awtomatika meta l-proċedura l-ġdida tan-nomina tkun tlestiet. |
REGOLI TRANŻIZZJONALI:
|
— |
Ir-regoli eżistenti dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA, kif jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-2019 imsemmija hawn fuq, ser japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2023. |
PROĊESS TA' APPROVAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:
|
— |
L-approvazzjoni tal-espert fil-livell ta' gvern u l-Istati Membri magħżulin mit-Triju ta' Presidenzi fil-kariga u dak futur biex jinnominaw rappreżentanti fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA, ser issir mill-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill. |
|
— |
L-ismijiet tal-membri kollha tal-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA li huma rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE ser jiġu notifikati permezz tas-SĠK lill-WADA, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tat-23 ta' Ottubru 2018 (1). |
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.
ANNESS II
Arranġamenti prattiċi rigward il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-WADA dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni
Mingħajr preġudizzju għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (RPK) u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward il-proċess ta' teħid ta'deċiżjonijiet tal-UE, il-Kunsill b'hekk jaqbel dwar l-arranġamenti prattiċi li ġejjin bil-ħsieb li jiżgura l-prevedibbiltà u t-trasparenza fil-proċess tal-preparazzjoni għal-laqgħat tal-koordinazzjoni tal-kontinent Ewropew fil-Kunsill tal-Ewropa (CAHAMA) u għal-laqgħat tal-WADA:
|
1. |
Malli jirċievu d-dokumenti għal-laqgħat tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, ir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni għandhom jikkoordinaw bejniethom biex jibagħtu dokumenti, rilevanti biex tiġi stabbilita, jekk meħtieġ, pożizzjoni possibbli tal-UE, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bil-ħsieb tat-tħejjija tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport (WPS). |
|
2. |
Qabel kull laqgħa tal-WADA, il-Kummissjoni hija mistiedna tħejji u tippreżenta lill-Kunsill proposta għal pożizzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni, b’fokus fuq l-acquis tal-UE suffiċjentement qabel il-laqgħat tal-CAHAMA u tal-WADA. |
|
3. |
Dan l-abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE ser jiġi eżaminat mid-WPS. |
|
4. |
Ladarba d-WPS jaqbel dwar abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Unjoni, tali abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE ser jiġi ppreżentat lill-COREPER għall-approvazzjoni. Il-COREPER jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill għall-adozzjoni kif meħtieġ jew adatt. |
|
5. |
F’każijiet ta’ urġenza, meta jkun meħtieġ li l-pożizzjonijiet jiġu adottati fi żmien qasir, il-Presidenza tista’ tfittex qbil permezz tal-proċedura bil-miktub jew ta’ silenzju. |
|
6. |
Fil-każ li l-CAHAMA jintalab li jadotta att li jkollu effetti legali, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 218(9) TFUE fir-rigward ta’ dak l-att. |
|
7. |
Fil-laqgħat tal-CAHAMA l-Kummissjoni mistiedna tippreżenta l-pożizzjoni tal-UE, sa fejn permess mit-termini ta’ referenza tal-CAHAMA. Inkella, ir-rappreżentant tal-Presidenza ser jippreżenta l-pożizzjoni tal-UE. |
|
8. |
Fi kwalunkwe waqt u fejn meħtieġ, jistgħu jitlaqqgħu fuq il-post laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u preseduti mill-Presidenza. |
|
9. |
Dawn l-arranġamenti prattiċi u r-riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-Bord ta’ Fondazzjoni approvati mill-Kunsill, jissostitwixxu r-riżoluzzjoni 2019/C 192/01 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA. |
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/35 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: Inħarsu lejn l-2025 u lil hinn.
(2023/C 185/08)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
1.
IFAKKAR fil-kuntest politiku rigward iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni kif mogħti fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni.
2.
JIRRIAFFERMA li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tista’ biss ssir realtà sal-2025 bl-impenn politiku b’saħħtu tal-Istati Membri u JENFASIZZA l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, u bl-involviment kif xieraq tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell nazzjonali u Ewropew, biex jittieħdu l-passi meħtieġa għall-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
3.
JIEĦU NOTA tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (1).
4.
JISSOTTOLINJA li l-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-kuntesti kollha, fil-livelli kollha u fil-forom kollha, huma kruċjali għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri tagħha biex fihom jiġu żgurati l-koeżjoni soċjali, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli, u biex iħejjuhom għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u jappoġġawhom matul dawn it-tranżizzjonijiet. Speċjalment fi żmien meta huwa essenzjali għaċ-ċittadini li jsibu sodisfazzjon u benesseri personali kif ukoll li jadattaw għall-isfidi ta’ dinja li qed tinbidel u li jkomplu jinvolvu ruħhom f’ċittadinanza attiva u responsabbli, JENFASIZZA l-importanza ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja, inklużivi u ekwi għal kulħadd – kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti.
5.
JENFASIZZA li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għandha tkun mirfuda minn approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja li jinkludi sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ b’mod inklużiv u olistiku, u jkopri t-tagħlim, it-taħriġ u l-apprendiment fil-kuntesti kollha, fil-livelli kollha u fil-forom kollha, kemm jekk formali, mhux formali jew informali, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif ukoll l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti.
6.
ITENNI li l-kooperazzjoni transsettorjali għandha tissaħħaħ bejn l-inizjattivi rilevanti tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ u dawk f’oqsma u setturi tal-politika relatati — b’mod partikolari s-setturi tal-impjiegi, tal-politika soċjali, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tal-ambjent, taż-żgħażagħ u dawk kulturali u kreattivi b’rispett sħiħ tal-bażi legali għall-oqsma tal-politika rispettivi kif stipulati fit-Trattati. JISSOTTOLINJA l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni u koerenza tal-inizjattivi kollha tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħiliet u l-kompetenzi.
7.
JINNOTA li l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ hija kruċjali għall-koeżjoni soċjali u xenarju ekonomiku li jiffunzjona tajjeb fl-Unjoni Ewropea biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u s-suċċess tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, reġjonali u ekonomiċi. JIRRIKONOXXI għalhekk il-kontribut importanti tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż fil-qafas strateġiku, għall-partijiet rilevanti tas-Semestru Ewropew.
8.
JENFASIZZA l-importanza tal-promozzjoni ta’ sinerġiji bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-riżorsi, l-istrutturi u l-istrumenti, kif ukoll bl-użu tal-potenzjal sħiħ tal-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej fil-missjonijiet kollha tagħhom, inkluż l-appoġġ għas-sostenibbiltà tagħhom u t-tkomplija tat-tisħiħ tad-dimensjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ pontijiet għal kooperazzjoni Ewropea effettiva fl-edukazzjoni għolja (2).
9.
JIRRIKONOXXI li l-valuri fundamentali u demokratiċi tal-Ewropa qed jiġu kkontestati u li l-aggressjoni mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna biddlet ix-xenarju ġeopolitiku. JAQBEL li l-isforzi konġunti u l-kooperazzjoni tranżnazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux biss jiffaċilitaw u jsaħħu t-tweġibiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-ħtiġijiet li nqalgħu bħala konsegwenza tal-aggressjoni iżda jgħinu wkoll biex jissaħħu l-valuri u l-prinċipji edukattivi ewlenin tagħna, bħall-inklużjoni, l-ekwità, il-libertà akkademika u l-awtonomija istituzzjonali, kif ukoll il-valuri komuni tagħna u l-għaqda tagħna fl-Unjoni.
10.
JENFASIZZA li l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli li fadal għall-mobbiltà fl-apprendiment u t-tagħlim huma kruċjali għall-kisba sħiħa ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għall-ħolqien ta’ Ewropa reżiljenti, sikura, sostenibbli u għanja. Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali ssaħħaħ l-inklużività, l-ekwità, l-eċċellenza, id-diversità, l-attraenza u l-kompetittività globali tal-edukazzjoni u t-taħriġ Ewropej. JAQBEL, għalhekk, li għandhom isiru sforzi biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ isir realtà. JAQBEL ukoll li għandhom jiġu promossi possibbiltajiet għall-istudenti u l-għalliema biex ikunu mobbli u għall-istituzzjonijiet fl-Ewropa u lil hinn minnha biex jikkooperaw bejniethom.
11.
JIRRIKONOXXI li sar progress mill-2017 ’l hawn lejn l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u li ġew implimentati firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jintlaħqu l-prijoritajiet strateġiċi stabbiliti fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (2021-2030) madwar l-UE. Permezz ta’ diversi inizjattivi, kooperazzjoni u kokreazzjoni, qed tissawwar gradwalment iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
12.
JAQBEL li l-iffukar fuq l-implimentazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, fil-kuntest tal-qafas strateġiku, skont il-kompetenzi rispettivi f’kull livell, u monitoraġġ robust fl-istrutturi eżistenti, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-piżijiet amministrattivi, ser ikunu kruċjali għall-bqija tal-perjodu tal-ewwel ċiklu sal-2025.
13.
JISSOTTOLINJA li l-ħames prijoritajiet strateġiċi, kif jinsabu fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (2021-2030), jikkostitwixxu l-bażi għall-ħidma fl-edukazzjoni u t-taħriġ u biex tkompli l-kooperazzjoni Ewropea, inkluż lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. JAQBEL li l-proċess ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu li għaddej bħalissa u r-rapport sħiħ dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2025 għandhom jiffukaw fuq dawk il-ħames prijoritajiet strateġiċi, inkluż analiżi aktar fil-fond tal-oqsma speċifiċi elenkati hawn taħt.
14.
JIRRIKONOXXI li s-segwitu għall-miri fil-livell tal-UE juri xejriet pożittivi fir-rigward ta’ diversi indikaturi li ilhom stabbiliti bħal żieda fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, tnaqqis fit-tluq bikri mill-iskola u sehem ogħla ta’ żgħażagħ b’livell terzjarju miksub. Madankollu, huwa evidenti wkoll li għad fadal ħafna sfidi, speċjalment l-effetti tal-istatus soċjoekonomiku fuq il-kisba edukattiva u l-benesseri tal-istudenti. JAQBEL, għalhekk, li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dan li ġej biex tinkiseb Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025:|
— |
It-titjib tal-ekwità, l-inklużjoni kif ukoll is-suċċess għal kulħadd fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kisba ta' kompetenzi ewlenin, inkluż ħiliet bażiċi, biex jippermettu l-iżvilupp personali, soċjali, ċiviku u professjonali sħiħ taċ-ċittadini Ewropej kollha; |
|
— |
It-tisħiħ tal-professjoni tal-għalliema u l-indirizzar tan-nuqqas ta' għalliema; il-promozzjoni tal-iżvilupp professjonali, l-opportunitajiet ta' mobbiltà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benesseri tal-għalliema bħala fatturi ewlenin biex l-professjoni ssir aktar attraenti; |
|
— |
It-tneħħija tal-ostakli li fadal għall-mobbiltà filwaqt li titħeġġeġ mobbiltà inklużiva, sostenibbli u bbilanċjata fl-UE, inkluż billi jinkiseb rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ (3); |
|
— |
It-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż it-tagħlim għall-adulti, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, b'enfasi partikolari fuq il-ħiliet u l-kompetenzi għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. |
15.
SER JIRRIFLETTI fuq il-qafas strateġiku u jikkunsidra r-reviżjoni tal-oqsma ta’ prijorità u jagħmel kwalunkwe aġġustament ieħor meħtieġ għat-tieni ċiklu li jwassal sal-2030.
16.
JISSOTTOLINJA li l-użu b’suċċess tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, ibbażat fuq it-tagħlim reċiproku, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki kif ukoll l-użu u – fejn xieraq – it-titjib ta’ għodod ta’ referenza komuni bħal DigComp u GreenComp, huwa essenzjali għall-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
17.
JIRRIKONOXXI li l-Laboratorju ta’ Tagħlim dwar l-Investiment fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ ta’ kwalità għandu l-potenzjal li jkun strument siewi għall-Istati Membri, biex jintuża fuq bażi volontarja, biex jintlaħqu l-prijoritajiet strateġiċi billi jingħataw riċerka u eżempji tal-aħjar prattika rigward strumenti u interventi politiċi effettivi filwaqt li jitrawwem it-tfassil ta’ politika infurmat mill-evidenza.
18.
JIRRIKONOXXI li l-governanza riformata u l-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi emerġenti u jaħdmu flimkien aktar mill-qrib lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. JIRRIKONOXXI wkoll il-progress li sar fit-tisħiħ tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ bid-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tiegħu u l-introduzzjoni tal-Bord ta’ Koordinazzjoni. JIRRIKONOXXI li l-istruttura l-ġdida ta’ governanza wriet li kienet effiċjenti u utli matul kriżijiet bħall-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
19.
JAQBEL, madankollu, li huma meħtieġa aktar sforzi biex ikun hemm tixrid aħjar tas-sejbiet kif ukoll kondiviżjoni ta’ informazzjoni u għarfien bejn il-gruppi ta’ ħidma tal-qafas strateġiku, il-formazzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali u l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-livell tekniku u dak politiku u jinkiseb l-akbar benefiċċju mill-kooperazzjoni Ewropea.
20.
JISSOTTOLINJA l-ħtieġa ta’ djalogu msaħħaħ u bi skop bejn il-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-Kumitat tal-Impjiegi u, jekk xieraq u rilevanti, ma’ partijiet oħra involuti fil-proċess tas-Semestru Ewropew.
21.
JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom biex joħolqu b’mod konġunt iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, f’kooperazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra fil-livell nazzjonali u dak Ewropew fejn rilevanti, inkluż il-fornituri u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerkaturi, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. JAQBEL li, f’dan ir-rigward, il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jiddiskuti aktar il-progress li sar, l-isfidi li fadal u l-iżviluppi futuri kif ukoll jeżamina r-rapport finali dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni fl-2025. JAPPELLA wkoll lill-Bord ta’ Koordinazzjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli biex jikkoordina t-tħejjija ta’ aġenda politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal perjodu ta’ 18-il xahar għall-approvazzjoni mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, li għandha tiġi kkomunikata lill-Kunsill.
22.
JISTIEDEN lill-Kummissjoni tikkunsidra tħejji proposta dwar Sena Ewropea tal-Għalliema, u tressaqha f’temp ta’ żmien xieraq.
23.
IĦEĠĠEĠ lill-Kummissjoni tkompli tibni fuq il-gwida tal-Kunsill u l-konklużjonijiet u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni bħala l-pedament għall-ħidma tagħha meta tiffaċilita l-proċess ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2023 u tabbozza r-rapport sħiħ dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, inkluż il-ħidma preparatorja li tista’ twassal għal reviżjoni possibbli tal-miri fil-livell tal-UE mill-Kunsill għat-tieni ċiklu li jwassal sal-2030.
24.
JAPPELLA lill-Kummissjoni biex taħdem, bl-opinjoni esperta tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta’ Riferiment, fuq proposti għal indikaturi possibbli jew miri fil-livell tal-UE fl-oqsma tal-inklużjoni u l-ekwità, tal-professjoni tal-għalliema kif ukoll tal-apprendiment għas-sostenibbiltà, u biex tirrapporta lura lill-Kunsill.
25.
JISTENNA li l-Kummissjoni tagħmel aktar sforzi f’konformità mal-prijoritajiet strateġiċi maqbula mill-Kunsill u li jkopru l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntesti kollha, fil-livelli kollha u fil-forom kollha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill.
(1) COM(2022) 700 final.
(2) ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1.
(3) F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).
ANNESS
Kuntest Politiku
Kunsill tal-Unjoni Ewropea
|
1. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7). |
|
2. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1). |
|
3. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1). |
|
4. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-Semestru Ewropew: niżguraw dibattiti infurmati dwar ir-riformi u l-investimenti (ĠU C 64, 27.2.2020, p. 1). |
|
5. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1). |
|
6. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-istruttura ta’ governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 497, 10.12.2021, p. 1). |
|
7. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja (ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1). |
Kummissjoni Ewropea
|
8. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020) 625 final). |
|
9. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2022) 700 final). |
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/39 |
KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL DWAR ARTISTI F'RISKJU U SPOSTATI
(2023/C 185/09)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI
|
1. |
l-importanza tad-drittijiet kreattivi u kulturali, kif minquxa fl-istrumenti globali (1) u reġjonali (2) relatati mad-drittijiet tal-bniedem, għaż-żamma tad-dinjità tal-bniedem, id-diversità kulturali, il-pluraliżmu, id-demokrazija u l-valur intrinsiku tal-kultura, |
|
2. |
il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fuq il-libertà tal-espressjoni artistika, bħall-UNESCO – li l-Konvenzjoni tagħha tal-2005 tirrikonoxxi l-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex titħares id-diversità tal-espressjonijiet kulturali, speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn l-espressjonijiet kulturali jistgħu jiġu mhedda mill-possibbiltà ta’ estinzjoni jew dannu serju (3) – u l-Kunsill tal-Ewropa (4), b’mod partikolari fir-rigward tal-Manifesto on the Freedom of Expression of the Arts and Culture in the Digital Era tiegħu, |
|
3. |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 u tad-9 ta’ Frar 2023, li jtennu l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tal-Unjoni għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha (5), u jtennu l-impenn tiegħu li jsaħħaħ l-appoġġ għall-persuni spostati (6), |
|
4. |
ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-solidarjetà kulturali mal-Ukrajna, li tesprimi solidarjetà sinċiera mal-artisti (7), peress li l-arti u l-kultura ser ikollhom rwol fundamentali fil-fejqan u l-bini mill-ġdid tal-Ukrajna, u b’mod partikolari jfaħħar l-azzjoni tal-artisti u tal-kreaturi Ukreni li aġixxew b’reżistenza għall-invażjoni Russa billi pprattikaw l-arti tagħhom (8), |
|
5. |
il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Kultura 2023-2026 (9), li fih diversi azzjonijiet (10) relatati mas-suġġett tal-artisti f’riskju (11) u spostati. |
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA LI
|
6. |
f’livell mondjali, l-artisti għandhom rwol importanti fil-ħajja, l-iżvilupp u r-reżiljenza tas-soċjetà u tal-individwi, u li għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan filwaqt li jippreservaw il-kreattività u l-libertà tal-espressjoni tagħhom, |
|
7. |
l-artisti għandhom għalhekk jiġu offruti protezzjoni, f’konformità mar-regolamenti eżistenti, kontra theddid u ksur ta’ kwalunkwe tip u forma li jqegħduhom fil-periklu minħabba x-xogħol artistiku tagħhom, |
|
8. |
il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna hija wkoll attakk fuq l-identità kulturali tal-Ukrajna, u li d-dimensjoni kulturali għandha rwol importanti x’taqdi fil-forom differenti ta’ appoġġ għall-Ukrajna. |
FILWAQT LI JISSOTTOLINJA
|
9. |
il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-artisti kollha, b’mod partikolari l-artisti nisa, li jsemmgħu leħinhom permezz tal-qawwa tal-kultura biex jippromwovu soċjetajiet ġusti u paċifiċi, il-libertà u d-demokrazija, u biex jopponu l-gwerra, il-persekuzzjoni u l-intolleranza, |
|
10. |
ir-rwol sinifikanti li l-artisti eżiljati kellhom storikament u għandhom illum il-ġurnata fil-promozzjoni tal-paċi, il-fehim reċiproku, il-libertà, id-demokrazija u d-diversità kulturali, u l-importanza li l-artisti f’riskju u spostati jingħataw l-opportunità li jkomplu x-xogħol artistiku tagħhom u li jkomplu jagħtu xhieda tal-ġrajjiet kurrenti, |
|
11. |
li l-artisti ma jistgħux ikomplu x-xogħol artistiku tagħhom b’mod sikur f’pajjiżi madwar id-dinja kollha fejn il-valuri demokratiċi huma oppressi jew ipprojbiti, inkluż artisti Russi u Belarussi li jikkritikaw ir-reġim u għalhekk huma partikolarment esposti għal theddid u persekuzzjoni, |
|
12. |
li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat spostament fuq skala kbira ta’ ċittadini Ukreni u kriżi umanitarja fuq skala li ilha ma tidher fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija, b’impatti enormi, inkluż fuq l-artisti u l-libertà tal-espressjoni tagħhom, u rriaffermat il-ħtieġa li l-Ewropa tkun ippreparata biex toffri appoġġ lill-artisti f’riskju u spostati kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fit-tul, permezz tal-oqfsa istituzzjonali u legali xierqa. |
JILQA'
|
13. |
il-miżuri li ttieħdu mill-UE u mill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu rifuġju sikur (12) għall-artisti, inkluż studenti tal-arti u ġurnalisti indipendenti (13), li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-inizjattivi li ttieħdu fil-programm Ewropa Kreattiva (14) biex jingħata appoġġ lil artisti Ukreni milquta mill-gwerra, kif ukoll fil-programm Erasmus+ biex jingħata appoġġ lil studenti tal-arti Ukreni. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, FIL-LIVELLI XIERQA, U PERMEZZ TAL-OQFSA ISTITUZZJONALI U LEGALI ADATTI, BIEX:
|
14. |
jikkunsidraw jieħdu aktar miżuri biex isaħħu l-kapaċità li joffru rifuġji sikuri u l-hekk imsejħa “bliet ta’ rifuġju” (15) għal artisti f’riskju u spostati minn partijiet differenti tad-dinja, u jikkontribwixxu għan-networking ta’ dawn l-artisti, |
|
15. |
jikkunsidraw jadattaw, fejn xieraq, residenzi artistiċi regolari f’residenzi ta’ emerġenza, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-artisti f’riskju u spostati, inkluż dawk li jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, |
|
16. |
jikkunsidraw japplikaw approċċ fit-tul u olistiku meta jilqgħu artisti f’riskju u spostati u l-familji tagħhom, li fih il-ħtieġa urġenti għal rifuġju sikur tiġi kkomplementata b’possibbiltajiet biex l-artisti jsiru parti mill-komunità u l-ħajja kulturali lokali u biex jibqgħu attivi u jinstemgħu fuq livell artistiku, u jinkoraġġixxu t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż li jospitahom. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, LILL-KUMMISSJONI EWROPEA U LIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ (16), FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX:
|
17. |
iżommu d-djalogu mas-sħab Ukreni dwar modi kif ikomplu jiġu appoġġati s-setturi kulturali u kreattivi Ukreni u jinkoraġġixxu l-promozzjoni tal-kultura Ukrena fl-UE bil-parteċipazzjoni tal-artisti Ukreni, inkluż artisti f’riskju u spostati, u organizzazzjonijiet kulturali, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija u d-diversità tas-settur kulturali, |
|
18. |
jieħdu miżuri, bis-saħħa tal-mezzi rilevanti kollha, biex jiddefendu u jħarsu l-libertà artistika u d-drittijiet tal-artisti fuq skala globali, inkluż id-dritt li l-artisti joħolqu mingħajr ċensura jew intimidazzjoni, |
|
19. |
ikomplu jappoġġaw l-artisti f’riskju u spostati fl-UE minħabba l-effetti ta’ reġimi oppressivi jew ta’ gwerer, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jew minħabba l-oppożizzjoni tagħhom għal dawn ir-reġimi jew il-gwerer, |
|
20. |
jikkonsultaw ma’ atturi attivi fil-provvista ta’ rifuġji sikuri għal artisti f’riskju u spostati qabel ir-rapporti perjodiċi għall-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 (17) u, fejn rilevanti, jinkludu l-kwistjoni ta’ rifuġji sikuri għall-artisti f’riskju u spostati f’dawk ir-rapporti. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA U LIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ BIEX:
|
21. |
jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva li tagħti informazzjoni aġġornata dwar l-assistenza bilaterali tal-UE u tal-Istati Membri lill-Ukrajna fil-qasam tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż lil artisti Ukreni f’riskju u spostati, |
|
22. |
jikkontribwixxu għan-networking u l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiki u esperjenzi bejn l-Istati Membri u atturi mhux statali li jagħtu appoġġ lil artisti f’riskju u spostati, |
|
23. |
jappoġġaw il-kooperazzjoni tal-politika tranżnazzjonali transsettorjali dwar il-libertà artistika, inkluż l-azzjonijiet favur l-artisti f’riskju u spostati, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-esperjenzi mis-sejħa għal appoġġ fil-qafas ta’ Ewropa Kreattiva għall-persuni Ukreni spostati u s-setturi kulturali u kreattivi Ukreni. |
(1) Fost oħrajn, l-Artikolu 27 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li fl-2023 tiċċelebra l-75 anniversarju tagħha, jew l-Artikolu 15 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.
(2) Fost oħrajn, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(3) Il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.
(4) Filwaqt li bbaża l-ħidma tiegħu fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), il-Kunsill tal-Ewropa ppubblika, pereżempju, rapport dwar il-Libertà Artistika u nieda l-Manifesto on the Freedom of Expression of the Arts and Culture in the Digital Era li jiddikjara, fost affarijiet oħra, li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà artistika jaffettwaw lis-soċjetà kollha kemm hi, billi jċaħħduha mill-pluraliżmu tagħha u mill-vitalità tal-proċess demokratiku.
(5) EUCO 34/22.
(6) EUCO 1/23.
(7) Ara l-Anness II għad-definizzjoni ta’ “artisti”.
(8) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar solidarjetà kulturali mal-Ukrajna u mekkaniżmu konġunt ta' rispons f'każ ta' emerġenza għall-irkupru kulturali fl-Ewropa (2022/2759(RSP)).
(9) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2023-2026 - ĠU C 466, 7.12.2022, p. 1.
(10) Jiġifieri, dwar il-libertà artistika, dwar il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u t-tisħiħ tas-setturi kulturali u kreattivi lokali fl-Ukrajna u dwar ir-rwol tal-kultura u tal-professjonisti tal-kultura fil-promozzjoni u d-difiża tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f’kuntesti fraġli.
(11) Ara l-Anness II għad-definizzjoni ta’ “artisti f’riskju”.
(12) Ara l-Anness II għad-definizzjoni ta’ “rifuġju sikur”.
(13) Ara pereżempju l-konklużjonijiet tal-Kunsill (2022/C 245/04) dwar il-ħarsien u s-sikurezza tal-ġurnalisti u professjonisti oħrajn tal-media, li pereżempju jistiednu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw ġurnalisti u professjonisti tal-media indipendenti eżiljati, partikolarment minn pajjiżi bħall-Ukrajna, il-Belarussja u l-Federazzjoni Russa.
(14) Kummissjoni Ewropea, Support for Ukrainian artists, cultural and creative professionals and organisations.
(15) Ara l-Anness II għad-definizzjoni ta’ “bliet ta’ rifuġju”.
(16) Filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 TUE.
(17) Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, l-Artikolu 9.
ANNESS I
Referenzi
|
— |
Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. (2000/C 364/01) |
|
— |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Dwar il-pjan ta' azzjoni Ewropew għad-Demokrazija. (COM/2020/790 final) |
|
— |
Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa 005, Kunsill tal-Ewropa, 1950 |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħarsien u s-sikurezza tal-ġurnalisti u professjonisti oħrajn tal-media – ĠU C 245, 28.6.2022, p. 5 |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Kultura 2023-2026 – ĠU C 466, 7.12.2022, p. 1 |
|
— |
Dikjarazzjoni tal-Konferenza tal-Ministri tal-Kultura tal-Kunsill tal-Ewropa “Creating our future: creativity and cultural heritage as strategic resources for a diverse and democratic Europe”, l-1 ta' April 2022 |
|
— |
Dikjarazzjoni tal-ministri Ewropej responsabbli għall-Kultura, l-Awdjoviżiv u l-Media, li ltaqgħu f'Angers, editjata fl-2022 |
|
— |
Kummissjoni Ewropea, EU supports Ukraine through culture, editjata fl-2022 |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2022, EUCO 34/22 |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Frar 2023, EUCO 1/23 |
|
— |
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Marzu 2023, EUCO 4/23 |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2022 dwar solidarjetà kulturali mal-Ukrajna u mekkaniżmu konġunt ta' rispons f'każ ta' emerġenza għall-irkupru kulturali fl-Ewropa. (2022/2759(RSP)) |
|
— |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura u l-Istrateġija tal-UE għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali. (2022/2047(INI)) |
|
— |
Network Internazzjonali tal-Bliet ta' Rifuġju, ICORN, What is ICORN,, editjat fl-2023. Link: https://icorn.org/what-icorn (data tal-konsultazzjoni 20 ta' Marzu 2023) |
|
— |
OECD, Risponsi Politiċi dwar l-Impatti tal-Gwerra fl-Ukrajna, editjati fl-2022 |
|
— |
Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 – ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34 |
|
— |
Steering Committee for Culture, Heritage and Landscape (CDCPP), Jaroslav Andel, Giuliana De Francesco, Kata Krasznahorkai, Mary Ann DeVlieg, Sara Whyatt, supported by Levan Kharatishvili, Manifesto on the Freedom of Expression of Arts and Culture in the Digital Era, editjat fl-2020 |
|
— |
Steering Committee for Culture, Heritage and Landscape (CDCPP), Free to Create: Artistic Freedom in Europe – Council of Europe Report on The Freedom of Artistic Expression, editjat fl-2023 |
|
— |
UNESCO, Il-Konvenzjoni tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, editjata fl-2015 |
|
— |
UNHCR, Is-Sitwazzjoni tar-Refuġjati tal-Ukrajna, data aġġornata f'Diċembru 2022 |
|
— |
Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, A/RES/2200, 1966 |
|
— |
Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR). Riżoluzzjoni 217 A(III) tal-Assemblea Ġenerali, 1948 |
ANNESS II
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artist: id-definizzjoni ta' “artist” għandha tinftiehem b'mod wiesa', u tinkludi l-professjonisti kollha fis-setturi kulturali u kreattivi kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.
Rifuġju sikur: “rifuġju sikur” hu ddefinit bħala opportunità li tingħata lill-artisti f'riskju fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom biex isibu protezzjoni u jibqgħu artistikament attivi, jekk jixtiequ dan, għal perjodu ta' żmien limitat f'post ieħor.
Artisti f'riskju: artisti li huma mhedda minn konflitt armat, persekuzzjoni jew oppressjoni.
Residenza ta' emerġenza: post għar-rilokazzjoni temporanja ta' artist f'riskju, li tipprovdi akkomodazzjoni u opportunitajiet biex l-artist ikompli xogħlu f'post sikur. Residenza ta' emerġenza tista' tkun magħmula minn programmi ta' residenza artistika li diġà jkunu jeżistu jew billi jinħolqu residenzi artistiċi ġodda għall-iskop speċifiku li jiġu appoġġati artisti spostati li jkunu qed jaħarbu minn konflitt armat.
Bliet ta' Rifuġju: skont in-Network Internazzjonali tal-Bliet ta' Rifuġju (ICORN), “bliet ta' rifuġju” huma bliet jew reġjuni li joffru kenn lil kittieba u artisti f'riskju, li jmexxu 'l quddiem il-libertà tal-espressjoni, jiddefendu l-valuri demokratiċi u jippromwovu s-solidarjetà internazzjonali. Il-Bliet Membri tal-ICORN joffru kenn fit-tul, iżda temporanju, lil dawk li jitqiegħdu f'riskju bħala konsegwenza diretta tal-attivitajiet kreattivi tagħhom (1).
(1) Network Internazzjonali tal-Bliet ta’ Rifuġju.
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/44 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aktar passi biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ isir realtà
(2023/C 185/10)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
JAFFERMA MILL-ĠDID l-impenn politiku qawwi tiegħu biex iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir realtà sal-2025, u JFAKKAR fl-isfond politiku kif deskritt fl-anness.
JISSOTTOLINJA li:
1.
Il-Konvenzjoni tal-1997 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki dwar l-Edukazzjoni Għolja fir-Reġjun Ewropew (il-Konvenzjoni ta’ Liżbona dwar ir-Rikonoxximent) u t-testi sussidjarji tagħha, żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-UNESCO, jipprovdu qafas legali għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli li jagħtu aċċess għall-edukazzjoni għolja. Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-Istati Membri impenjaw ruħhom favur il-Proċess ta’ Copenhagen għal kooperazzjoni msaħħa li tippromwovi l-fiduċja reċiproka, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi.
2.
Ibbażat fuq dan il-qafas legali, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (1) tiffissa objettivi ambizzjużi u ddefiniti b’mod ċar li l-Istati Membri jridu jilħqu sal-2025. B’mod partikolari, il-Kunsill irrakkomanda li l-Istati Membri:|
— |
jistabbilixxu l-passi meħtieġa biex jiksbu rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment f'pajjiż barrani fil-livell tal-edukazzjoni għolja; |
|
— |
jagħmlu progress sostanzjali fir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli li jagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja u tal-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment f'pajjiż barrani fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli. |
3.
Id-definizzjonijiet ta’ “rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifika” u tal-“eżiti ta’ perjodu ta’ apprendiment f’pajjiż barrani” kemm fil-livell tal-edukazzjoni għolja kif ukoll fil-livell tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli huma stabbiliti fl-anness għar-Rakkomandazzjoni tal-2018 u huma applikabbli bis-sħiħ għall-konklużjonijiet attwali tal-Kunsill.
JIRRIKONOXXI LI:
1.
Mhuwiex possibbli li tinkiseb Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (ŻEE) vera mingħajr ma jiġi rikonoxxut li r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani huwa wieħed mill-elementi kostitwenti fundamentali għat-trawwim tal-mobbiltà għat-tagħlim. Meta r-rikonoxximent ma jkunx awtomatiku, dan jista’ jinvolvi piżijiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet, għall-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kif ukoll għall-istudenti, li jaffettwaw l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ekwi u ta’ kwalità tul il-ħajja, u jfixklu l-mobbiltà u l-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi trasversali meħtieġa għall-iżvilupp personali, ċiviku u professjonali kif ukoll għal impjegabbiltà mtejba. Biex l-Unjoni Ewropea żżomm u ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tagħha, huwa imperattiv li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-potenzjal taż-ŻEE, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ madwar l-UE.
2.
Il-miżuri biex titrawwem it-trasparenza, u b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja, huma kruċjali għall-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli (inkluż kemm l-edukazzjoni ġenerali kif ukoll il-VET). L-implimentazzjoni b’suċċess tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tiddependi fuq l-aċċellerazzjoni kif ukoll fuq is-sostenn tal-progress li sar fiż-ŻEE u fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (EHEA) lejn trasparenza u fiduċja akbar.
3.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea ħadmu flimkien b’suċċess biex jipprovdu sett ta’ strumenti, u ttieħdu passi sinifikanti fil-Proċess ta’ Bolonja biex l-Istati Membri jingħataw sett ta’ għodod biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jsir possibbiltà prattika fl-edukazzjoni għolja. Dawn l-għodod jinkludu, fost l-oħrajn, l-Istandards u l-Linji Gwida għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (ESG), is-Suppliment tad-Diploma, ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-sistema tal-edukazzjoni għolja fuq tliet ċikli u s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS).
4.
Ittieħdu wkoll passi importanti fil-qasam tal-VET, inkluż permezz tal-Proċess ta’ Copenhagen u b’mod partikolari permezz tal-Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET).
5.
In-network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku (NARICs) huwa ċentrali għall-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki fl-Ewropa, b’mod partikolari fl-edukazzjoni għolja, peress li n-NARICs jirrappreżentaw sors importanti ta’ għarfien, informazzjoni u prattika tajba għall-atturi kollha li jittrattaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku.
6.
Ftehimiet bilaterali, multilaterali u reġjonali dwar ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-UE jistgħu jrawmu l-fiduċja u t-trasparenza, jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku, u jipprovdu ispirazzjoni għal kooperazzjoni Ewropea usa’ bil-ħsieb li tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-2018.
JILQA' B'SODISFAZZJON ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż tat-23 ta' Frar 2023 (2) u JINNOTA, b'mod partikolari, li:
1.
Għalkemm ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki ma jfissirx ammissjoni awtomatika għal aktar studji, għad hemm sfidi relatati mad-distinzjoni bejn l-eliġibbiltà għall-applikazzjoni għal aktar studji (jiġifieri r-rikonoxximent) u l-ammissjoni għal kors jew programm speċifiku. Ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid wkoll li, fil-livell istituzzjonali, jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għal dawn l-isfidi, inkluż li l-kunċett ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku spiss jinftiehem ħażin u li r-rikonoxximent u l-ammissjoni spiss jiġu kkombinati, u xi drabi dan iwassal għal inkonsistenzi fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Meta jkun hemm nuqqas ta’ approċċi konsistenti għar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku, ir-riżultat jista’ jkun proċessi diversi u kumplessi li jistgħu jimminaw ir-rikonoxximent awtomatiku bla xkiel, ġust u trasparenti tal-kwalifiki.
2.
Il-gwida mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għoti sistematiku ta’ taħriġ u informazzjoni għadhom mhumiex mifruxa, parzjalment minħabba r-riżorsi nazzjonali limitati ddedikati għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku u n-NARICs. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni jindika li l-monitoraġġ sistematiku tal-prattiki ta’ rikonoxximent fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhuwiex żviluppat biżżejjed.
3.
Ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jibqa’ aktar avvanzat fl-edukazzjoni għolja milli fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-VET, l-aktar minħabba l-qafas ipprovdut mill-għodod ta’ Bolonja. Madankollu, dawn l-għodod mhumiex applikati b’mod uniformi, bħal fil-każ tal-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità rreġistrati fl-EQAR, u l-użu tas-Suppliment tad-Diploma, inkluż permezz tal-pjattaforma Europass.
4.
Għad hemm diffikultajiet biex jinkiseb rikonoxximent reċiproku awtomatiku wara perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani għall-istudenti fl-edukazzjoni għolja, parzjalment minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u użu limitat tal-Gwida għall-Utenti tal-ECTS tal-2015. L-ostakli amministrattivi u l-perċezzjonijiet varjati rigward il-kwalità fil-livell tal-fakultà jżidu aktar kumplikazzjonijiet. Filwaqt li fi ħdan il-programm Erasmus+, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja impenjaw ruħhom li jirrikonoxxu b’mod sħiħ u awtomatiku l-krediti miksuba matul perjodu ta’ mobbiltà, ir-rikonoxximent għadu ’l bogħod milli jkun in-norma.
5.
Għad fadal sfidi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-VET, li jagħtu aċċess għall-edukazzjoni għolja fl-Istat Membru fejn inħarġet il-kwalifika, għall-aċċess għall-edukazzjoni għolja fi Stat Membru ieħor. Hemm diversi raġunijiet għal dan, inkluż il-varjetà ta’ prattiki u atturi involuti u l-użu limitat li sar mill-għodod disponibbli.
6.
Bl-istess mod, ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-eżiti ta’ perjodu ta’ apprendiment f’pajjiż barrani għall-istudenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-VET, għadu sottożviluppat. Id-diversità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE hija punt pożittiv iżda tista’ tippreżenta sfida f’dan il-kuntest. Ir-rikonoxximent tal-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani huwa kwistjoni kumplessa minħabba, pereżempju, din id-diversità, il-varjazzjonijiet fil-proċeduri ta’ rikonoxximent u n-nuqqas ta’ oqfsa komuni fil-livell xieraq fl-Istati Membri.
JAQBEL LI:
1.
Filwaqt li sar progress, in-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani jkompli jfixkel il-mobbiltà għat-tagħlim fl-UE.
2.
L-impetu biex jitpoġġa pedament sod għal rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-UE bbażat fuq il-fiduċja għadu b’saħħtu. Ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jżid l-attraenza tal-mobbiltà Ewropea għat-tagħlim, isaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom. Dan iwassal ukoll għal titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kisba ta’ ħiliet u kompetenzi trasversali, u għażliet aħjar fis-suq tax-xogħol. Il-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż barrani għandhom il-potenzjal li jkunu pożittivi, esperjenzi li jbiddlu l-ħajja għaż-żgħażagħ u jistgħu jwasslu għal aktar mobbiltà aktar tard fil-ħajja. Dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin bħall-multilingwiżmu, iċ-ċittadinanza u l-għarfien kulturali.
3.
Huwa imperattiv li jsiru sforzi akbar mill-atturi rilevanti kollha biex titwettaq ir-Rakkomandazzjoni tal-2018 u biex jiġu stabbiliti l-passi kollha meħtieġa sal-2025. L-aktar importanti, ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jiddependi fuq kemm l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex irawmu l-fiduċja reċiproka u t-trasparenza.
4.
Il-bini u s-sostenn tal-fiduċja reċiproka u t-trasparenza għall-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku huma meħtieġa biex jibqgħu validi fil-futur l-elementi kostitwenti taż-ŻEE u l-UE bħala attur globali fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-inizjattivi taż-ŻEE, bħall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, jistgħu jkunu muturi importanti għar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku u jeħtieġu perspettiva olistika.
5.
Il-fiduċja u t-trasparenza fost is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma komponenti ewlenin biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku. Għalhekk, l-isforzi biex tinbena kultura ta’ fiduċja u trasparenza b’rabta mar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku għandhom jiżdiedu fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, bir-rispett dovut għas-sussidjarjetà. L-assigurazzjoni tal-kwalità għandha rwol ewlieni fl-aċċellerar tal-bini tal-fiduċja billi tenfasizza l-metodi u ttejjeb it-trasparenza. It-tkomplija tal-ħidma importanti li diġà twettqet fil-kuntest tal-Proċess ta’ Bolonja u l-UE, inkluż il-Proċess ta’ Copenhagen, hija għalhekk fundamentali għal proċeduri ta’ rikonoxximent ibbażati fuq il-fiduċja. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, raġunijiet ċari għal deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent negattivi kif ukoll il-possibbiltà li tali deċiżjonijiet jiġu appellati fis-sistemi rispettivi tal-Istati Membri jistgħu jkunu importanti għall-individwi u għat-trawwim tal-fiduċja fis-sistema ta’ rikonoxximent.
6.
L-għodod u l-inizjattivi tal-UE għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ aktar trasparenza u fl-awtomatizzazzjoni tal-proċeduri ta’ rikonoxximent b’mod ġenerali. Dawn jinkludu l-programm Erasmus+ u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), li jgħinu biex jittejbu t-trasparenza, il-komparabbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki. F’dan ir-rigward, huwa importanti li l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki jinżammu aġġornati fir-rigward tal-QEK.
7.
Huwa importanti li ssir enfasi fuq il-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni u l-użu ta’ għodod diġitali (3) li jippermettu verifika aktar faċli tal-awtentiċità tal-kwalifiki filwaqt li jippermettu prevenzjoni effiċjenti tal-frodi, kif ukoll fuq l-għodod żviluppati fl-ambitu tal-programm Erasmus+. Flimkien mas-Supplimenti għad-Diploma u l-bażi tad-data Q-Entry, dawn l-għodod jistgħu jżidu l-valur billi jnaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv.
8.
Minbarra li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-għodod disponibbli, huwa essenzjali li titrawwem, tiġi sostnuta u żviluppata aktar il-fiduċja fost il-persunal involut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll li l-persunal jingħata t-taħriġ rilevanti sabiex ikollu l-għarfien u l-fehim meħtieġa tal-għodod u l-oqfsa rilevanti għar-rikonoxximent, u l-ħiliet biex jużahom b’mod xieraq. Meta jitqies li d-deċiżjonijiet spiss jittieħdu f’livell istituzzjonali jew lokali, l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-għalliema, il-ħarrieġa, l-istudenti, il-mexxejja u l-amministraturi jista’ jkollu rwol ewlieni biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jsir possibbli fil-prattika. L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni individwali fi proġetti ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-mobbiltà għall-partijiet ikkonċernati, bħall-għalliema, il-ħarrieġa u l-mexxejja, jista’ jkollu rwol pożittiv fit-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku.
9.
L-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll tal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli skont il-kuntest nazzjonali, hija fundamentali għall-ħolqien ta’ ŻEE li tirnexxi. Fl-istess ħin, il-konsistenza fl-approċċi nazzjonali għar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku skont ir-Rakkomandazzjoni tal-2018 u l-monitoraġġ tar-rikonoxximent fil-livell nazzjonali jnaqqsu l-kumplessità u d-diverġenza bla bżonn fl-approċċi. Dan jista’ jtejjeb il-prevedibbiltà filwaqt li jnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju għall-awtoritajiet u l-istudenti. L-involviment tal-atturi rilevanti kollha, bħall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, in-NARICs, l-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-Punti ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK, jista’ jkollu rwol essenzjali f’dawn l-isforzi, inkluż fit-taħriġ, l-għoti ta’ informazzjoni, il-monitoraġġ u l-iżvilupp ta’ gwida nazzjonali. F’dan il-kuntest, l-apprendiment bejn il-pari jista’ jkollu rwol importanti fit-tixrid tal-aħjar prattika, kemm fl-edukazzjoni għolja kif ukoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, biex jikkontribwixxi għal approċċi nazzjonali aktar konsistenti fl-Istati Membri kollha.
10.
Il-ħidma relatata mal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tista’ tispira u tiffaċilita l-progress fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki miksuba barra mill-UE, f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali. F’konformità mal-għodod u l-qafas tal-Proċess ta’ Bolonja u tal-UE, għandu jittieħed vantaġġ sħiħ mill-Konvenzjoni Globali tal-UNESCO dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki li jikkonċernaw l-Edukazzjoni Għolja, peress li tiffaċilita l-mobbiltà internazzjonali tal-istudenti, tpoġġi l-iżvilupp ta’ kwistjonijiet ta’ rikonoxximent f’kuntest globali u b’hekk tiftaħ il-potenzjal għall-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja Ewropea.
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, b'kont debitu meħud tal-awtonomija istituzzjonali u l-libertà akkademika u skont iċ-ċirkostanzi u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, biex:
1.
Jikkonsolidaw u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiksbu r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż fis-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ rispettivi tagħhom, skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2018.
2.
Jistabbilixxu l-mentalità li kwalifika li tagħti aċċess għal ċertu livell ta’ edukazzjoni għolja fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat hija awtomatikament rikonoxxuta għall-eliġibbiltà għal aċċess għal edukazzjoni għolja fl-istess livell fi Stat Membru ieħor, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-ammissjoni għal programmi speċifiċi, sabiex iċ-ċittadini jistgħu jkunu mobbli fl-UE kollha.
3.
Jappoġġaw lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2018, inkluż billi jipprovdu gwida ċara u taħriġ rilevanti. Fejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jkunu responsabbli għar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku, jappoġġawhom fl-iffaċilitar ta’ approċċi nazzjonali konsistenti.
4.
Jiżguraw li l-assigurazzjoni tal-kwalità esterna fl-edukazzjoni għolja titwettaq minn aġenziji indipendenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità rreġistrati mal-EQAR u li joperaw skont l-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej (ESG), biex jippromwovu t-trasparenza u b’hekk irawmu l-fiduċja reċiproka fir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku.
5.
Fil-kuntest tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-VET, jiffokaw fuq l-eżiti tal-apprendiment u jkomplu jiżviluppaw l-istrumenti eżistenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità f’konformità mal-EQAVET, biex jippermettu r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż.
6.
Irawmu sinerġiji fi ħdan l-EHEA u l-EEA biex jiżguraw li dawn isaħħu lil xulxin b’mod reċiproku, sabiex jippromwovu ambjenti trasparenti u effiċjenti għall-proċessi tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku.
7.
F’dan il-kuntest, jiżguraw li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-għodod tal-Proċess ta’ Bolonja u tal-UE, kif xieraq, biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni għolja. Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2018 bl-użu tal-istrumenti tal-Proċess ta’ Copenhagen, kif xieraq. Dawn l-għodod jinkludu l-ECTS, l-ESG, id-DEQAR, il-QEK, il-bażi tad-data Q-Entry, il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment, il-Mudell ta’ Apprendiment Ewropew, l-Europass, is-Suppliment tad-Diploma, il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE), is-Suppliment Europass-Mobbiltà, is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat u l-Inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti, iżda mhumiex limitati għal dawn, u jinkludu wkoll għodod oħra żviluppati bl-appoġġ tal-programm Erasmus+ u dawk li joriġinaw mill-Proċess ta’ Bolonja.
8.
Jikkooperaw fil-livell tal-UE biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jappoġġaw l-apprendiment bejn il-pari u l-iskambju ta’ informazzjoni sabiex jiżdiedu l-fiduċja u t-trasparenza fost is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni għolja, inkluż permezz tal-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej, kif ukoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż permezz taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali.
9.
Jappoġġaw il-promozzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti dwar il-proċeduri ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku lill-atturi u lill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, eż. l-istudenti, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-fornituri tal-VET, in-NARICs u l-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan ser jippermetti liċ-ċittadini u lill-istudenti jifhmu l-possibbiltajiet li r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jagħtihom biex jistudjaw barra minn pajjiżhom, u jappoġġa approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ rikonoxximent.
10.
Jikkunsidraw, f’dan il-kuntest, ir-rikonoxximent tal-apprendiment preċedenti u l-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ trasferimenti fost u bejn il-VET u l-edukazzjoni għolja, jekk applikabbli u b’kont meħud tal-livelli ta’ edukazzjoni, biex jiġi evitat l-imblukkar u jkun aktar faċli li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet ta’ mobbiltà.
11.
Jappoġġaw aktar lin-NARICs u jesploraw modi xierqa biex itejbu s-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tas-sistemi ta’ rikonoxximent, bl-użu tal-għarfien espert tan-NARICs u korpi u istituzzjonijiet kompetenti oħra fejn ikun rilevanti, sabiex jaraw jekk hemmx ħtieġa ta’ aktar azzjoni.
12.
Iħeġġu l-kooperazzjoni bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent u n-NARICs biex jiġu evitati l-inkonsistenzi, u biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku jsir aktar effettiv u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi kif ukoll biex l-għodod u l-istrumenti stabbiliti jiġu applikati b’mod korrett. Għal dak l-għan, l-awtoevalwazzjoni u l-evalwazzjoni bejn il-pari tan-NARICs f’konformità mas-sistema volontarja tal-assigurazzjoni tal-kwalità tan-networks ENIC-NARIC jistgħu jkunu utli.
13.
Jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni transfruntiera ġeneruża, ta’ benefiċċju reċiproku u bbażata fuq il-fiduċja biex itejbu u jappoġġaw l-opportunitajiet ta’ mobbiltà, b’mod partikolari perjodi fit-tul ta’ apprendiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli barra mill-pajjiż. Għandhom isiru aktar sforzi biex jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn il-membri tal-persunal, l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet, u atturi rilevanti oħra. F’dan il-kuntest, għandu jsir aktar użu mill-programm Erasmus+ u minn fondi u programmi rilevanti oħra tal-UE għal kooperazzjoni u skambji msaħħa.
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex, bir-rispett dovut għas-sussidjarjetà u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, inkluż l-awtonomija istituzzjonali:
1.
Tappoġġa u taħdem mal-Istati Membri, inkluż fil-kuntest tal-Proċess ta’ Bolonja u l-Proċess ta’ Copenhagen, billi tippromwovi l-kooperazzjoni u l-apprendiment reċiproku dwar l-aħjar modi biex jiġi implimentat ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, inkluż il-VET, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma fejn għad fadal l-isfidi, inkluż appoġġ immirat lill-atturi u l-partijiet ikkonċernati fejn ikun rilevanti.
2.
Tikkunsidra, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, modi kif jissaħħaħ l-appoġġ lill-Istati Membri biex isir progress fl-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli. L-objettiv għandu jkun il-promozzjoni tal-aħjar prattiki u l-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ taħriġ u appoġġ bejn il-pari lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż l-għalliema u l-ħarrieġa meta jkun xieraq. Appoġġ bħal dan għandu jibbaża fuq l-għarfien espert tan-network tan-NARICs u jinvolvi aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità u korpi u istituzzjonijiet kompetenti oħra meta jkun rilevanti. F’dan il-kuntest, tesplora kif l-għarfien espert tan-NARICs jista’ jintuża biex jiġi promoss ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, fl-edukazzjoni ġenerali kif ukoll fil-VET, fejn dan ikun rilevanti.
3.
Tkompli tappoġġa lill-Istati Membri, inkluż in-NARICs, permezz tal-programm Erasmus+, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u programmi u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE bil-ħsieb li tiġi avvanzata l-ħidma fuq ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku. Barra minn hekk, tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu tagħhom tal-għodod eżistenti biex jiżviluppaw aktar ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ kanali komuni għall-informazzjoni u l-iskambji tal-aħjar prattika.
4.
Tkompli tappoġġa l-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari tal-EQAVET fil-livell tas-sistema tal-VET bil-ħsieb li jissaħħu l-fiduċja u t-trasparenza u b’hekk jitrawwem ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku bejn l-Istati Membri.
5.
Tieħu approċċ olistiku fl-appoġġ lill-Istati Membri għall-kisba ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli billi tikkunsidra kif l-inizjattivi strateġiċi futuri taż-ŻEE li għandhom jiġu proposti sal-2025 jistgħu jappoġġaw, f’koerenza mal-għodod, l-istrutturi u l-oqfsa eżistenti, il-kisba tal-miri mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta’ Novembru 2018, u speċjalment kif dawn l-inizjattivi jistgħu jintużaw biex jippromwovu l-fiduċja u t-trasparenza.
(1) ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1.
(2) COM(2023) 91 final.
(3) Bħall-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment, l-Infrastruttura Ewropea tas-Servizzi tal-Blockchain, il-mudell Europass-Mobbiltà u s-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat (bħala parti mill-pjattaforma tal-Europass), kif ukoll reġistri nazzjonali tal-kwalifiki mmappjati fuq il-pjattaforma tal-Europass, u l-Bażi tad-Data tar-Riżultati tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità Esterna (DEQAR).
ANNESS
Kuntest politiku
|
1. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2. |
|
2. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017 (EUCO 19/1/17 REV 1). |
|
3. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż, ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1. |
|
4. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur, ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1. |
|
5. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1. |
|
6. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1. |
|
7. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja, ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1. |
|
8. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa, ĠU C 167, 21.4.2022, p. 9. |
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/51 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2023/C 185/11)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2023/1027 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel is-16 ta' Frar 2024, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati, f'konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/52 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1027, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2023/C 185/12)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1027 (5).
Il-kontrollur ta' dan l-ipproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1, li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill jista' jiġi kkuntattjat fuq:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2023/1035, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1027.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar stabbiliti bid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u r-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata dwar x'wassal għall-elenkar.
Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur, f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew sakemm il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; |
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali. |
L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.
Mehmuża mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
Qabel ma jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/54 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta' Mejju 2023
(2023/C 185/13)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0735 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
149,63 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4502 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86793 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,5490 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9708 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,7695 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,645 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
372,30 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5110 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9495 |
|
TRY |
Lira Turka |
21,3944 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6443 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4599 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,4092 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7655 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4515 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 424,30 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,7466 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5891 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 040,83 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9655 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,132 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,154 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3320 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,0797 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,8055 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/55 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2023
(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004 (1))
(2023/C 185/14)
Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 141, 24.4.2023, p. 3.
|
Minn |
Sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.6.2023 |
… |
3,64 |
3,64 |
2,15 |
3,64 |
7,43 |
3,64 |
3,54 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
15,10 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
3,64 |
7,62 |
3,64 |
8,31 |
3,21 |
3,64 |
3,64 |
4,24 |
|
1.5.2023 |
31.5.2023 |
3,06 |
3,06 |
1,80 |
3,06 |
7,43 |
3,06 |
3,54 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
15,10 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
7,62 |
3,06 |
8,31 |
3,21 |
3,06 |
3,06 |
4,24 |
|
1.4.2023 |
30.4.2023 |
3,06 |
3,06 |
1,51 |
3,06 |
7,43 |
3,06 |
3,54 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
15,10 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
7,62 |
3,06 |
8,31 |
3,21 |
3,06 |
3,06 |
3,52 |
|
1.3.2023 |
31.3.2023 |
3,06 |
3,06 |
1,10 |
3,06 |
7,43 |
3,06 |
2,92 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
15,10 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
3,06 |
7,62 |
3,06 |
8,31 |
2,96 |
3,06 |
3,06 |
3,52 |
|
1.2.2023 |
28.2.2023 |
2,56 |
2,56 |
0,79 |
2,56 |
7,43 |
2,56 |
2,92 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
15,10 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
7,62 |
2,56 |
8,31 |
2,44 |
2,56 |
2,56 |
2,77 |
|
1.1.2023 |
31.1.2023 |
2,56 |
2,56 |
0,36 |
2,56 |
7,43 |
2,56 |
2,92 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
15,10 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
2,56 |
7,62 |
2,56 |
8,31 |
2,44 |
2,56 |
2,56 |
2,77 |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/56 |
AVVIŻ SKONT L-ARTIKOLU 29(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL
Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Kap tar-Rappreżentanza f’Sofija — Rappreżentanza fil-Bulgarija (Grad AD 14) fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM)
COM/2023/10433
(2023/C 185/15)
Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat avviż ta’ post vakanti (referenza COM/2023/10433) għall-funzjoni ta’ Kap tar-Rappreżentanza f’Sofija — Rappreżentanza fil-Bulgarija (Grad AD 14) fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM).
Biex tikkonsulta t-test tal-avviż tal-post vakanti f’24 lingwa u biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok żur din il-paġna web speċifika fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://europa.eu/!tGQCxB
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/57 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2023/C 185/16)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Coteaux de l’Aubance”
PDO-FR-A0149-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 27.2.2023
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali
Il-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.
Dan ma jaffettwax il-konfini taż-żona ġeografika demarkata.
Il-punti 6 u 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
2. Wisa’ bejn id-dwieli
Il-wisa’ minima bejn id-dwieli individwali fl-istess flann inbidlet minn 1 m għal 0,90 m.
L-iskop ta’ din l-emenda huwa li tippermetti densità ta’ tħawwil ikbar mingħajr ma tinbidel il-wisa’ bejn il-flanni ta’ dwieli.
Żdiedet ukoll dispożizzjoni speċjali għad-dwieli li jinsabu fuq inklinazzjonijiet ta’ aktar minn 10 %, li għalihom hija permessa wisa’ minima ta’ 0,80 m bejn il-pjanti.
Din iż-żieda saret biex titqies is-sitwazzjoni partikolari tad-dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet weqfin, li jirrikjedu arranġamenti speċjali waqt it-tħawwil: flanni paralleli aktar milli perpendikolari mal-inklinazzjoni.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
3. Daqs
Ir-regoli dwar iż-żbir ġew allinjati ma’ dawk tad-denominazzjonijiet l-oħrajn fiż-żona tal-Anjou Saumur fil-Val de Loire.
Dan l-allinjament huwa maħsub biex jiżgura li l-vitikulturi jkunu infurmati aħjar, u biex jiġu ssimplifikati l-ispezzjonijiet. Din l-emenda tagħti lill-vitikulturi l-possibbiltà li jadattaw meta jseħħu episodji ta’ ġlata, li qegħdin iseħħu aktar u aktar tard fis-sena.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
4. Rabta
It-taqsima tar-Rabta ġiet editjata, u r-referenza għas-sena 2018 inbidlet għall-2021.
Il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
5. Miżuri tranżizzjonali
Tneħħew il-miżuri tranżizzjonali li waslu biex jiskadu.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
6. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-ħsad bl-idejn f’diversi drabi żdied mal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati.
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat
7. Emendi editorjali
Sar għadd ta’ emendi editorjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jirrikjedu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
8. Tikkettar
Ir-regoli dwar it-tikkettar ġew iċċarati u allinjati ma’ dawk tad-denominazzjonijiet l-oħrajn fiż-żona tal-Anjou Saumur fil-Val de Loire. Din hija emenda purament editorjali
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
9. Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi Speċifikazzjonijiet tal-Prodott oħrajn. Din hija emenda purament editorjali.
Din l-emenda ma tirrikjedi ebda tibdil fid-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Coteaux de l’Aubance
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tal-vinji
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod mhux frizzanti biz-zokkor li jifdal, magħmulin minn għeneb maqtugħ meta jkun misjur iżżejjed (konċentrazzjoni naturali fuq l-istand bi jew mingħajr moffa nobbli). Dawn l-inbejjed armonjużi jiżviluppaw aromi ta’ frott abjad, frott taċ-ċitru, riħa ta’ fjuri u rwejjaħ ta’ għeneb misjur iżżejjed — bl-istess armonija fil-palat (rikkezza taz-zokkor, aċidità, struttura). Il-maturazzjoni tagħhom ittejjeb il-finezza u l-kumplessità. Dawn għandhom: Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 14 %. Biex jikkwalifikaw għat-terminu “sélection de grains nobles”, irid ikollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 19 %. Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) wara l-fermentazzjoni ikbar minn jew daqs 34 g/l. Il-kontenut totali ta’ aċidità u ta’ diossidu tal-kubrit huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ inqas minn 18 % għandhom, wara l-fermentazzjoni, qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum ta’ 11 %.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
25 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
L-arrikkiment huwa awtorizzat skont ir-regoli stipulati fl-ispeċifikazzjoni.
L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit.
L-inbejjed jimmaturaw skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-ispeċifikazzjoni.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
1. Densità
Prattika ta’ kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,50 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,90 metri.
Il-ħsad tal-għeneb huwa eleġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jekk jiġi minn irqajja’ tal-vinji b’wisa’ ta’ mill-inqas 0,80 metru iżda inqas minn 0,90 metru bejn il-pjanti fl-istess flann, meta jkun fuq inklinazzjonijiet ta’ aktar minn 10 %.
L-irqajja’ ta’ dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkunu iktar minn jew ugwali għal 3 300 xitla għal kull ettaru għandhom jibbenefikaw, għall-ħsad, mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta suġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli li jikkonċernaw l-irbit u l-għoli tal-weraq stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn l-irqajja’ ta’ art tal-vinji ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 3 metri u distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ inqas minn metru.
2. Żbir u kannizzati tal-vinji
Prattika ta’ kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru kemm b’massimu ta’ 12-il blanzun għal kull pjanta, irrispettivament minn jekk jintużax żbir li jħalli rimjiet qosra, żbir li jħalli rimjiet twal jew żbir imħallat.
Fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), l-għadd ta’ zkuk li jagħtu l-frott għas-sena għal kull pjanta ma jridx jaqbeż 12.
L-għoli tal-weraq marbutin għandu jkun mill-inqas 0,6 id-distanza bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbutin jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, li huwa tal-inqas 0,40 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-limitu massimu ta’ trimjaturi, li huwa tal-inqas 0,20 ta’ metru ’l fuq mill-fil ta’ fuq tal-kannizzata.
L-irqajja’ tal-vinji b’densità tat-tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta f’kull ettaru iżda ta’ mill-inqas 3 300 pjanta f’kull ettaru huma wkoll soġġetti għar-regoli tal-kannizzar li ġejjin: l-għoli minimu tal-arbli għall-irbit ’il fuq mill-art huwa ta’ 1,90 metri; il-kannizzata tinkludi 4 livelli ta’ fili; l-għoli minimu tal-fil ta’ fuq huwa ta’ 1,85 metri ’l fuq mill-art.
3. Tisqija
Prattika ta’ kultivazzjoni
It-tisqija hija pprojbita
4. Ħsad
Prattika ta’ kultivazzjoni
L-inbejjed jinkisbu minn għeneb misjur iżżejjed. L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mit-terminu “sélection de grains nobles” għandhom ukoll konċentrazzjoni fuq il-varjanti ta’ moffa nobbli.
L-għeneb jinħasad manwalment bi ħsad selettiv suċċessiv.
5.2. Rendimenti massimi
40 ettolitru għal kull ettaru
6. Iż-żona ġeografika demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni jsiru fiż-żona ġeografika, li tinkludi l-muniċipalitajiet tad-département tal-Maine-et-Loire msemmi hawn taħt, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2021: Brissac Loire Aubance (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brissac-Quincé, Saint-Saturnin-sur-Loire et Vauchrétien), Denée, Les Garennes sur Loire, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Saint-Melaine-sur-Aubance, Soulaines-sur-Aubance.
Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Chenin B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
a) - Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta
Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn pajsaġġ magħmul minn diversi għoljiet żgħar ta’ gradi differenti ta’ espożizzjoni, li l-altitudni tagħhom tvarja bejn 50 u 90 metru fil-Lbiċ tal-belt ta’ Angers. Mill-2021, iż-żona ġeografika testendi fit-territorju ta’ 7 muniċipalitajiet u hija kkonfinata fil-Punent mill-konfluwenza tax-xmara Aubance fil-Loire, fil-Lvant, permezz mill-plateau ta’ Kretaċju li jinsab fix-xifer tal-baċir ta’ Pariġi, fit-Tramuntana, mil-Loire u, fin-Nofsinhar, mill-foresti ta’ Brissac u Beaulieu.
L-Aubance hija tributarja żgħira tal-Loire, li hija emblematika ta’ din iż-żona ġeografika, u li tgħaddi lejn it-Tramuntana mill-għajn tagħha sal-muniċipalità ta’ Brissac-Quincé, muniċipalità famuża għax-Château tagħha tas-seklu XVI. Din imbagħad iddur lejn il-Majjistral sal-muniċipalità ta’ Mûrs-Erigné, u mbagħad il-mogħdija tagħha ssir parallela ma’ dik tal-Loire lejn il-Lbiċ tal-belt ta’ Angers.
Il-ħamrija żviluppata fuq is-sottostrat tax-shale jew ta’ shale u ramel tal-Massif Armorikan, li jifforma pjanura b’xaqliba ħafifa lejn il-Loire, ħafna drabi hija baxxa, bi prestazzjoni termali tajba, u hija kkaratterizzata minn riżervi tal-ilma limitati. Fuq in-naħa tal-Punent taż-żona ġeografika, hemm saffi magħmula minn formazzjonijiet li jiżbruffaw ta’ natura aċiduża (rijoliti) jew bażika (spiliti) li jwasslu għal ħamrija b’ħafna ġebel. Il-muniċipalitajiet fit-Tramuntana taż-żona ġeografika huma kkaratterizzati minn formazzjonijiet tal-lavanja tax-shale. Dawn, għal diversi sekli ntużaw biex jinbnew il-ħitan tad-djar, is-soqfa, issir l-art u saħansitra jsiru oġġetti tal-għamara bħal sinkijiet, imwejjed jew turġien, biex b’hekk jaffermaw l-uniċità ta’ dan it-territorju. Dawn l-elementi huma preżenti ħafna fil-pajsaġġ u huma parti mill-identità tal-vinja.
Iż-żona ġeografika hija enklav bi ftit ilma, li tgawdi minn effett fœhn, hija protetta mill-umdità tal-oċeani, minħabba r-riżalti ogħla ta’ Choletais u Mauges. Ix-xita annwali tammonta għal madwar 585 millimetru filwaqt li f’Choletais hija madwar 800 millimetru. Il-valuri rreġistrati fi Brissac-Quincé huma l-aktar baxxi mill-istazzjonijiet meteoroloġiċi fid-dipartiment ta’ Maine-et-Loire. Hemm ukoll differenza fix-xita matul iċ-ċiklu veġetattiv ta’ madwar 100 millimetru meta mqabbel mal-bqija tad-dipartiment. It-temperaturi medji annwali huma relattivament għoljin (madwar 12 °C) u aktar minn 1 °C ogħla meta mqabbla mid-dipartiment kollu ta’ Maine-et-Loire. Il-klima moderata speċifika ta’ dan is-settur hija enfasizzata mit-tendenza tan-Nofsinhar tal-flora, ikkaratterizzatamis-siġar tal-ballut u tal-arżnu.
b) - Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Xi karatteristiċi emblematiċi tal-vinji “Coteaux de l’Aubance” għandhom oriġini antika ħafna li tmur lura għal tmiem is-seklu XVI. L-identità tal-vinja stess tfaċċat fi tmiem is-seklu XIX, eżatt wara l-kriżi tal-fillossera, li qerdet aktar minn tliet kwarti tal-vinji ta’ Anjou. Il-vitikulturi ġirien tar-reġjun ta’ Layon fittxew irqajja’ ħielsa ’l bogħod mill-vinji tagħhom u ħawlu l-varjetà tal-għeneb tradizzjonali Chenin B. Fl-1922, l-isem “Coteaux de l’Aubance” issemma għall-ewwel darba f’dikjarazzjoni ta’ ħsad u fl-1925 twaqqaf is-“Syndicat des viticulteurs des Coteaux de l’Aubance”. L-istatut ta’ din l-assoċjazzjoni jispeċifika li l-għan huwa li: “jsiru magħrufa mad-dinja kollha l-inbejjed famużi tal-artijiet tagħha li madankollu s’issa għadhom mhumiex magħrufa ’l bogħod minn dawn l-artijiet”.
Il-viċinanza tal-belt ta’ Angers għandha rwol importanti fl-iżvilupp tal-vinji, u r-reġjun ta’ Aubance qed isir is-sors tal-provvisti għall-bejjiegħa bl-imnut kollha tax-xorb fil-muniċipalitajiet tal-madwar, b’mod partikolari l-muniċipalitajiet ta’ Mûrs-Erigné u ta’ Saint-Mélainesur-Aubance.
Storikament, l-għeneb maħsud meta jkun misjur isir f’inbid xott jew nofsu misjur, madankollu ġew adottati malajr il-prattiki fil-viċinanza tar-reġjun ta’ Layon, li huma maħsuba biex jaħsdu l-għeneb misjur iżżejjed u bi ħsad selettiv suċċessiv biex jinkiseb inbid ħelu mezzan.
Id-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata (AOC) “Coteaux de l’Aubance” ġiet għalhekk rikonoxxuta permezz ta’ Digriet tat-18 ta’ Frar 1950 dwar inbid abjad miksub minn għeneb maħsud misjur iżżejjed permezz ta’ ħsad selettiv suċċessiv. Fl-2009, il-vinja kienet tkopri 200 ettaru.
c) - Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass biz-zokkor fermentabbli.
Dawn huma nbejjed armonjużi. Armonija fil-livell olfattiv li tinkludi, f’ħafna każijiet, aromi ta’ frott abjad u frott taċ-ċitru, flimkien ma’ aromi tal-fjuri li jitħalltu ma’ aromi ta’ maturazzjoni żejda bħall-frott niexef jew il-konfettura. Din l-armonija tinstab ukoll fil-palat bejn ir-rikkezza fiz-zokkor, l-aċidità, u l-istruttura.
Il-maturazzjoni tagħhom, li tista’ ddum diversi deċennji, ittejjeb il-finezza u l-kumplessità tagħhom.
d) - Interazzjonijiet kawżali
L-għaqda tal-post fejn tinsab il-vinja fuq irqajja’ li huma soġġetti għal delimitazzjoni preċiża tal-irqajja’ li tirrifletti l-prattiki ta’ kultivazzjoni u li turi ħamrija baxxa u ġeblija, it-topografija ta’ għoljiet li mhumiex weqfin ħafna u l-viċinanza għal-Loire u l-Aubance li jżommu livell ta’ umdità tal-arja favorevoli għall-“moffa nobbli”, jagħtu liż-żona ġeografika kundizzjonijiet favorevoli għall-ħsad tal-għeneb wara li jkun sar iżżejjed b’konċentrazzjoni naturali fid-dwieli bil-preżenza ta’ “moffa nobbli” jew le. Dawn il-fatturi jispjegaw il-karatteristiċi ta’ prodott li għalih in-nies għarfu jadattaw it-tekniki tagħhom. Il-ħsad manwali selettiv suċċessiv ta’ għeneb misjur iżżejjed juri din l-attenzjoni għall-kwalità.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Tikkettar: terminu tradizzjonali“Sélection de grains nobles”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-AOC “Coteaux de l’Aubance” tista’ tiġi supplimentata bit-terminu tradizzjonali “sélection de grains nobles” skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjoni. L-inbejjed li jikkwalifikaw għad-denominazzjoni “sélection de grains nobles” huma obbligati li jkollhom indikazzjoni tal-annata.
Tikkettar: dettalji fakultattivi
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Skont ir-regoli tal-UE, l-użu ta’ termini fakultattivi jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri. Fuq it-tikketti, id-daqs tal-ittri li jintużaw għal tali termini ma jridux ikunu ikbar, kemm fl-għoli, fil-wisa’ jew fil-ħxuna, mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Tikkettar: denominazzjoni ġeografika “Val de Loire”
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni għall-użu ta’ dik id-denominazzjoni ġeografika. Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisgħa, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Tikkettar: speċifikazzjoni ta’ unità ġeografika iżgħar
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar bil-kundizzjoni li: - ikun l-isem ta’ post irreġistrat; - ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun miktub b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar u usa’ minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
API
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita minn deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartiment ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021: Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Brissac Loire Aubance (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne et Saulgé-l’Hôpital biss), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux et Valanjou biss), Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ de Brigné biss), Gennes-Val-de-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies et Le Thoureil biss), Lys-Haut-Layon (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Tigné biss), Parnay, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Savennières, Terranjou, Tuffalun, Val-du-Layon.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-c3ae57c9-8342-4de4-8756-38a6322eacae
|
26.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/64 |
Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, imsemmija fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014
(2023/C 185/17)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 6b(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta li toriġina fi Stat Membru
[Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012]
“Prés-salés du Mont-Saint-Michel”
Nru tal-UE: PDO-FR-0813-AM01 - 27.2.2023
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem
“Prés-salés du Mont-Saint-Michel”
2. Stat Membru li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
3. L-Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel
4. Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i
1. Żona ġeografika
Deskrizzjoni
Id-definizzjoni taż-żona ġeografika ġiet emendata. Iż-żona ġeografika tad-DOP “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” ġiet estiża għal 4 muniċipalitajiet fid-département ta’ Manche, jiġifieri l-muniċipalitajiet li ġejjin: Montsenelle, Baupte, Auvers u Méautis.
Il-lista tal-muniċipalitajiet taż-żona ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet aġġornata biex tikkonforma mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2021 f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku
2. Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ spezzjoni
Deskrizzjoni
Skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtoritajiet Franċiżi, l-intestatura “Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ spezzjoni” ġiet emendata.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku
Dokument Uniku
“Prés-salés du Mont-Saint-Michel”
Nru tal-UE: PDO-FR-0813-AM01 - 27.2.2023
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Prés-salés du Mont-Saint-Michel”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott [ara l-Anness XI]
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-laħam bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” ġej minn ħrief li għandhom inqas minn 12-il xahar u li l-karatteristiċi tagħhom huma mogħtija mir-ragħa marittimu. Dawn il-ħrief jitnisslu minn imtaten tar-razez li ġejjin: “Suffolk”, “Roussin”, “Rouge de l’Ouest”, “Vendéen”, “Cotentin”, “Avranchin”, “Charollais”, jew minn imtaten imwielda minn ommijiet li ġejjin minn azjendi bid-dritt ta’ użu pastorali tal-imraġ salmastri. L-annimali nisa tat-tgħammir huma mwielda min-nagħaġ tal-azjendi pastorali tal-imraġ salmastri u jitrabbew fiż-żona ġeografika.
Il-karkassi għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
piż ta’ mill-inqas 14 kg; |
|
— |
forma tal-karkassi ftit għat-tond: “Profil dritt bil-parti ta’ taħt ġejja għat-tond” u “żvilupp muskolari minn medju sa kbir” (il-klassijiet U, R u O tal-iskala EUROP); |
|
— |
kisja ta’ xaħam “bejn irqiqa u koperta” (il-klassijiet 2 u 3 tal-iskala EUROP); |
|
— |
xaħam estern u intern sod u ta’ kulur li jmur minn abjad għal abjad fl-isfar, imqassam b’mod uniformi. |
Il-laħam huwa ppreżentat imkessaħ. Il-laħam imkessaħ wara li jkun niżillu s-silġ huwa pprojbit.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf tal-ħrief u tan-nagħaġ jikkonsisti prinċipalment mir-ragħa fuq marġ salmastru. Il-ħrief jitrabbew f’perjodi suċċessivi li huma l-perjodu ta’ wara t-twelid, il-perjodu tar-ragħa marittimu u eventwalment il-perjodu tal-irfinar.
F’kull każ, il-perjodu tar-ragħa marittimu, inkluż ir-ragħa f’żoni aktar irtirati fil-ġranet meta l-imraġ salmastri jkunu mgħottija mill-mareat, jirrappreżenta mill-inqas nofs il-ħajja tal-annimal.
Il-foraġġ ikkunsmat fid-diversi stadji tat-trobbija tal-annimali jiġi miż-żona ġeografika u jikkonsisti f’ħaxix frisk, mirgħi jew ippreservat fil-forma ta’ ħuxlief jew ħaxix nofsu mnixxef ippakkjat b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 50 %, f’għeruq u tuberi u fi ħxejjex.
Id-distribuzzjoni tal-insilaġġ tal-qamħirrum hija pprojbita mill-1 ta’ Ġunju 2013.
100 % tal-foraġġ jiġi miż-żona ġeografika u 50 % tal-konċentrati jiġu mill-istess żona.
Huma biss il-pjanti, il-prodotti sekondarji u l-għalf li jiġu minn prodotti mhux transġeniċi li huma permessi fl-għalf tan-nagħaġ li jinsabu fl-azjenda. L-ebda prodott li ġej mill-annimali, minbarra l-prodotti tal-ħalib, m’għandu jiġi inkluż fl-għalf użat fl-irziezet tal-imraġ salmastri.
|
— |
Matul il-perjodu ta’ wara t-twelid li jdum mill-inqas 45 ġurnata u mhux aktar minn 105 ġranet wara t-twelid, il-ħrief jiġu mitmugħa prinċipalment il-ħalib tal-omm u dan jista’ jiġi kkompletat bit-trab tal-ħalib, bil-foraġġi jew bil-konċentrati. |
|
— |
Matul il-perjodu tar-ragħa marittimu li jdum mill-inqas 70 ġurnata, il-ħrief jinżammu fuq l-imraġ salmastri, fuq setturi awtonomi ta’ ragħa identifikati u, fil-każ ta’ għargħar, fuq l-irqajja’ aktar irtirati. Huma jieklu prinċipalment (massimu ta’ 400 g ta’ konċentrati kuljum imqassma filgħaxija huwa ttollerat apparti r-ragħa) jew esklussivament ħaxix. |
|
— |
Matul il-perjodu fakultattiv tal-irfinar (għall-ħrief mitmugħa esklussivament ħaxix matul il-perjodu tar-ragħa marittimu) ta’ tul massimu ta’ 30 jew 40 ġurnata skont l-istaġun, il-ħrief jirċievu għalf magħmul minn foraġġi u għalf ikkonċentrat u ma jibqgħux jirgħu fuq l-imraġ salmastri. |
Skont il-każ, il-konċentrati mqassma lin-nagħaġ u lill-ħrief fl-istadji differenti tat-trobbija tal-annimali jikkonsistu fl-ingredjenti li ġejjin:
|
— |
qmuħ taċ-ċereali, prodotti u prodotti sekondarji: xgħir, qamħirrum, qamħ, tritikal, ħafur, |
|
— |
żrieragħ taż-żejt, prodotti u prodotti sekondarji: pasti tas-sojja, tal-ġirasol, tal-lift, tal-kittien, żerriegħa tas-sojja, qxur tas-sojja, |
|
— |
għelejjel li fihom il-proteini: Piżelli, lupina, ful, |
|
— |
tuberi u għeruq, prodotti u prodotti sekondarji: polpa tal-pitravi, |
|
— |
foraġġ: alfalfa, tiben, |
|
— |
melassa: melassa tal-kannamieli, |
|
— |
addittivi, |
|
— |
minerali, vitamini. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-twelid, it-trobbija u t-tbiċċir.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-identifikazzjoni u t-tikkettar tal-laħam bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” jitwettqu fuq il-karkassa fi tmiem il-perjodu ta’ tkessiħ bl-użu ta’ marka b’inka li ma titħassarx bit-terminu “Prés-salés MSM” fuq il-biċċiet ewlenin li huma l-ispalla, l-kustilji u l-koxox.
Sal-aħħar stadju ta’ distribuzzjoni, il-karkassa u l-qatgħat li jirriżultaw minnha huma akkumpanjati minn tikketta li tippreċiża mill-anqas:
|
— |
l-isem tad-denominazzjoni, |
|
— |
it-terminu “DOP” jew “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”, |
|
— |
is-simbolu “DOP” tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
l-isem tan-nissiel, |
|
— |
in-numru tal-azjenda, |
|
— |
in-numru nazzjonali ta’ identifikazzjoni tal-ħaruf, |
|
— |
id-data tat-tbiċċċir, |
|
— |
il-post u n-numru tat-tbiċċir, |
|
— |
il-kliem “iż-żmien ta’ maturazzjoni fuq l-għadam bejn id-dati tat-tbiċċir tal-ħrief u tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali huwa ta’ mill-inqas 4 ijiem sħaħ”. |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika fejn jitwieldu, jitrabbew u jinqatlu l-ħrief hija magħmula mis-26 canton li ġejjin li 14 minnhom huma f’parti mid-départements ta’ Manche u ta’ Ille et Vilaine:
Id-département ta’ Manche:
Il-muniċipalitajiet kollha fil-cantons ta’ Bréhal, Bricquebec-en-Cotentin, Cherbourg-en-Cotentin (1, 2, 3, 4, 5), Granville, La Hague, Les Pieux, Pontorson.
Fil-canton ta’ Agon-Coutainville, il-muniċipalitajiet ta’ Agon-Coutainville, Blainville-sur-Mer, Geffosses, Gouville-sur-Mer, Muneville-le-Bingard, Saint-Malo-de-la-Lande, Saint-Sauveur-Villages (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ancteville u ta’ La Ronde-Hague biss).
Fil-canton Carentan-les-Marais, il-muniċipalitajiet ta’ Auvers, Baupte, Méautis u Picauville (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Les Moitiers-en-Bauptois biss).
Fil-canton ta’ Isigny-le-Buat, hija biss il-muniċipalità ta’ Avranches, La Godefroy, Saint-Brice, Saint-Loup, Saint-Senier-sous-Avranches, ta’ Isigny-le-Buat, Tirepied-sur-Sée (għat-territorju ta’ La Gohannière biss).
Fil-canton ta’ Quettreville-sur-Sienne, il-muniċipalitajiet ta’ Annoville, Hauteville-sur-Mer, Lingreville, Montmartin-sur-Mer, Quettreville-sur-Sienne (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Contrières, Hérenguerville, Hyenville, Quettreville-sur-Sienne u Trelly biss).
Fil-canton ta’ Valognes, il-muniċipalitajiet ta’ Brix, Huberville, Lieusaint, Montaigu-la-Brisette, Saint-Joseph, Saussemesnil, Tamerville, Valognes u Yvetot-Bocage.
Fil-canton ta’ Villedieu-les-Poêles-Rouffigny, il-muniċipalità ta’ Le Tanu biss.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Avranches minbarra l-muniċipalità delegata Braffais fil-muniċipalità ta’ Le Parc.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Coutances minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Camprond u Monthuchon.
Fil-canton ta’ Créances minbarra l-muniċipalità ta’ Le Plessis-Lastelle.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Saint-Hilaire-du-Harcouët minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Savigny-le-Vieux u Buais-Les-Monts.
Id-département ta’ Ille et Vilaine:
Il-muniċipalitajiet kollha tal-cantons ta’ Fougères-2.
Fil-canton ta’ Vitré, il-muniċipalitajiet ta’ Balazé, Châtillon-en-Vendelais, Montautour, Princé, Saint-M’Hervé u Vitré.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Dol-de-Bretagne minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Châteauneuf-d’Ille-et-Vilaine, Lillemer, Miniac-Morvan, Plerguer, Saint-Guinoux, Saint-Père-Marc-en-Poulet, Saint-Suliac, Le Tronchet u La Ville-ès-Nonais.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Fougères-1 minbarra Livré-sur-Changeon.
Il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Val-Couesnon minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Aubigné, Feins, Mouazé u Montreuil-sur-Ille.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinsab fit-tarf tal-Golf Normano-Breton u testendi fuq il-parti kostali tad-départements ta’ Manche u Ille-et-Vilaine. Hija kkaratterizzata mill-prominenza tax-xatt tagħha u mill-influwenza qawwija marittima u oċeanika tal-klima tagħha. Fil-qalba ta’ din iż-żona ġeografika, il-mergħat regolarment koperti bil-baħar, magħrufa bħala mraġ salmastri jew “herbus”, jipprovdu s-sustanza tal-għalf tal-annimali. Dawn l-imraġ salmastri jiffurmaw il-parti superjuri taż-żona intermareali. Huma żviluppaw lokalment fil-qiegħ tal-bajja ta’ Mont-Saint-Michel u tal-estwarji fil-Punent ta’ Cotentin, fejn isseħħ sedimentazzjoni fina, protetta mill-mewġ u mill-kurrenti qawwija. Is-substrat tal-marġ salmastru huwa medda ta’ tajn magħmula minn ħama u ramel fin ħafna, rikk fil-ġebla kalkarja. Dawn l-ispazji huma maqtugħin profondement minn kanali li jiftħu f’kanali sekondarji, u b’hekk jiffurmaw xibka densa ħafna li taqsam l-“herbus” f’diversi taqsimiet ta’ funzjonament u joħolqu daqstant ostakli għall-mogħdijiet tan-nagħaġ.
Il-veġetazzjoni adattata għas-salinità tal-ħamrija u għall-għargħar hija magħmula mill-pjanti msejħa alofitiċi. Ħafna minnhom, bħal Puccinellia maritima, Triglochin maritima jew Halimione portulacoïdes, partikolarment wara li jiġu ffriżati, huma palatabbli ħafna u għalhekk jiffurmaw l-essenzjali tal-għalf tal-ħrief “Prés-salés du Mont-Saint-Michel”.
Il-produzzjoni tal-ħrief ilha tiġi ddokumentata fil-Bajja ta’ Mont-Saint-Michel mis-seklu X, meta l-patrijiet tal-għolja kellhom id-dritt li jissejjaħ “brebiage”. Il-produzzjoni tan-nagħaġ hija rrappurtata fl-istess epoka fir-reġjun tal-portijiet kennija ta’ Cotentin fil-Karta tat-Twaqqif tal-abbazija ta’ Lessay, permezz tad-donazzjoni ta’ żewġ irziezet tan-nagħaġ lill-abbazija; aktar tard fl-1181, id-dieċma ta’ din l-abbazija kienet magħmula, fost oħrajn, minn żewġ terzi tas-suf tan-nagħaġ (Charte de Henri II Plantagenêt).
Sal-ewwel nofs tas-Seklu XX, bl-eċċezzjoni tal-polders ta’ Mont-Saint-Michel, fejn merħliet relattivament kbar jittieħdu fuq l-imraġ salmastri taħt il-kustodja tar-rgħajja, l-imtaten jitmexxu fi grupp ta’ 2 sa 4, marbutin flimkien. Mit-tieni nofs tas-Seklu XX, se jiġu stabbiliti rziezet aktar speċjalizzati u li għandhom imqajel tan-nagħaġ.
Sabiex jaffrontaw ir-restrizzjonijiet fiżiċi tal-ambjent, ir-raħħala dejjem għażlu l-annimali tat-tnissil tagħhom b’mod speċifiku sabiex itejbu l-kapaċità materna tal-annimali nisa, il-kapaċità tal-annimali li jimxu fuq art mhux stabbli u t-tkabbir tal-ħrief adattati għaċ-ċiklu veġetattiv tal-pjanti tal-imraġ salmastri. Għalhekk, l-annimali nisa jiġu mill-merħla u l-annimali rġiel mixtrija barra jappartjenu għar-razez adattati sew għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-marġi salmastri u li t-tkabbir muskolari tagħhom huwa relattivament aktar bil-mod.
It-trobbija tal-ħrief li jirgħu fil-marġi salmastri żviluppat ukoll bis-saħħa tal-istabbiliment tal-imqajel tan-nagħaġ u tal-ġestjoni tal-mergħat fuq l-art viċin il-marġ marittimu. L-eżistenza tagħhom hija essenzjali sabiex jakkomodaw lill-annimali waqt it-twelid, u meta l-mergħat marittimi jiġu mgħaddsa mill-mareat.
Sabiex jaffrontaw l-eteroġeneità kbira tat-tkabbir tal-individwi fi ħdan il-merħla u l-perikli klimatiċi, ir-raħħala żviluppaw strateġiji komplementari adattati għall-konfigurazzjoni tal-postijiet. Meta l-postijiet ta’ kenn għall-annimali jkunu viċin ix-xatt, it-tqassim tal-għalf supplimentari jista’ jseħħ fil-lejl ta’ wara r-ragħa. Meta l-postijiet ta’ kenn ikunu ’l bogħod, ir-raħħala jistgħu jużaw biss l-irfinar qabel it-tbiċċir. Il-biċċa l-kbira ta’ dan l-għalf jiġi prodott fiż-żona, anki jekk parti, speċjalment tas-sehem tan-nitroġenu, tista’ tiġi minn barra.
Din it-trobbija partikolari, konnessa mar-relazzjonijiet lokali bejn ir-raħħala, il-bejjiegħa tal-laħam u l-biċċiera, wasslet għall-għażla kostanti ta’ biċċeriji fil-qrib fejn il-mezzi u l-għarfien tat-tbiċċir tan-nagħaġ inżammu. L-għarfien speċifiku tat-tbiċċir jissarraf b’mod partikolari fi żmien qasir ta’ stennija f’kundizzjonijiet komdi bejn il-wasla fil-biċċerija u l-qatla, fi tbiċċir, tqaxxir u tneħħija tal-ġewwieni b’mod partikolarment bir-reqqa li jippreservaw il-kisja tax-xaħam u jipprojbixxu kwalunkwe kontaminazzjoni tal-karkassa. Il-kundizzjonijiet tat-tkessiħ u tal-maturazzjoni huma rregolati wkoll. Huwa fl-aħħar ta’ dawn l-operazzjonijiet li tiġi vvalutata l-konformità tal-karkassi, b’mod partikolari abbażi tal-kwalità tax-xaħam u tad-dehra tal-karkassi.
Il-karkassi jiddistingwu ruħhom minn xaħam abjad u sod, imqassam b’mod uniformi. Dawn ivarjaw bejn kemm kemm miksija bix-xaħam għal miksija sew, għandhom profil ftit imlaħħam u l-koxox huma pjuttost irqaq. Il-laħam jiddistingwi ruħu mill-kulur skur u roża tiegħu, mit-tul tal-fibri u mill-preżenza ta’ strixxi li jixbhu l-irħam (xaħam intramuskolari). Wara s-sajran, dan jagħti sukkulenza akbar u aktar qawwija matul il-magħad, aromi intensi u persistenti fil-ħalq, kif ukoll nuqqas ta’ togħma ta’ grass tas-suf.
L-ispeċifiċità ta’ dan il-laħam ilha rikonoxxuta, kif intwera minn Pierre Thomas du Fosse, akkademiku u kittieb minn Rouen, li mar f’Pontorson matul is-sajf tal-1691: “Il-ħaxix f’xatt il-baħar huwa bħas-sagħtar, jagħti lil-laħam tal-muntun togħma tant swkiżita li wieħed ikun lest iħalli l-fargħuni u l-perniċi daqskemm il-laħam deher delizzjuż”.
B’mod partikolari, din il-fama antika hija kkonfermata aktar reċentement minn sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Caen tal-24 ta’ Jannar 1986, li tiddikjara li l-imtaten li jittieħdu perjodikament fuq il-mergħat, perjodikament koperti mill-baħar, huma normalment magħrufa bħala mtaten li jirgħu fl-imraġ salmastri u li l-laħam tal-annimali mrobbija hekk huwa ta’ kwalità partikolari.
Ir-rabta bejn il-laħam “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” u l-post tal-produzzjoni tiegħu tiddependi mill-konsum tal-veġetazzjoni partikolari tal-imraġ salmastri u mill-eżerċizzju fiżiku mwettaq min-nagħaġ sabiex jiksbuha. Is-sehem ta’ dan l-eżerċizzju fiżiku fir-rabta mat-territorju huwa sinifikanti fl-imraġ salmastri tal-Bajja ta’ Mont-Saint-Michel, li joffru spazji kbar li wieħed jista’ jdur, kif ukoll f’dawk tal-portijiet kennija ta’ Cotentin, anki jekk il-meded tal-“herbus” huma iżgħar. Fil-fatt, il-valur nutrittiv tal-imraġ salmastri huwa relattivament baxx, u l-iskarsezza tal-ħaxix partikolari li minnu jieklu n-nagħaġ, jobbligawhom jiċċaqalqu għal żmien twil biex jiffurmaw ir-razzjon tagħhom. Dan jirriżulta f’karkassi ftit għat-tond kif ukoll f’laħam ta’ kulur skur.
Dawn il-karatteristiċi tal-laħam huma msaħħa minn dawn ir-restrizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-ispazju ta’ art mhux stabbli, maqtugħa minn xibka ta’ kanali fondi u esposta għall-klima ħarxa. Minħabba dawn il-kundizzjonijiet rigorużi, l-annimali spiss ma jkunux jistgħu jaslu żgħar wisq fil-marġ salmastru u jridu jibqgħu hemm għal biżżejjed żmien biex il-laħam tagħhom ikun jista’ jieħu vantaġġ sħiħ minn din id-dieta speċifika.
Bħala riżultat ta’ dawn il-kundizzjonijiet ta’ trobbija, minbarra profili ftit għat-tond, l-annimali għandhom ukoll xaħam sod u bi ftit abbundanza kif ukoll togħma partikolari mingħajr togħma ta’ grass tas-suf.
Dawn il-karatteristiċi huma ppreservati permezz tat-tbiċċir tal-annimali qrib il-postijiet tat-trobbija. Din il-prossimità twassal għal ħinijiet limitati tat-trasport, li jevitaw l-istress fuq l-annimali li huwa potenzjalment responsabbli għal tibdil fil-laħam u b’hekk tippermetti li l-kwalitajiet organolettiċi miskuba fl-azjendi jiġu kkonservati. Barra minn hekk, din it-trobbija tan-nagħaġ għamlitha possibbli li jiġi żviluppat u miżmum għarfien speċifiku fil-biċċeriji fiż-żona ġeografika li jirrispetta l-kwalità ta’ din il-materja prima, bħall-preservazzjoni tal-kisja tax-xaħam u l-projbizzjoni tal-ħasil filwaqt li jiġi ffaċilitat il-kontroll fuq il-konformità tal-karkassi.
Għalhekk, is-sukkulenza tal-laħam li ġej mill-imraġ salmastri, rikonoxxuta mill-gastronomi, tagħmlu laħam b’fama kbira li ilha murija għal aktar minn seklu mill-prezzijiet tal-bejgħ li huma bejn 50 % u 100 % ogħla minn dawk tal-ħaruf komuni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.legifrance.gouv.fr/download/pdf?id=yUNSnznfq_FUS9VY3CTgn4PCIFRafx3LLgujSD-i24w=