ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
16 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 174/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2023 b’rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-workshop il-ġdid AMC2, li jinsab fis-sit industrijali ta’ Tricastin fi Franza

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 174/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10561 — CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE) ( 1 )

3

2023/C 174/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11067 — HG / EFMS / TRUSTQUAY / VIEWPOINT) ( 1 )

4

2023/C 174/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11089 — AXPO IBERIA / ACSA OBRAS E INFRAESTRUCTURAS / NOGUERA RENOVABLES) ( 1 )

5

2023/C 174/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11079 — BNP PARIBAS FORTIS / MATEXI / R2O JV) ( 1 )

6


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 174/06

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

7

2023/C 174/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/964, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 174/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

11

2023/C 174/09

Rata tal-kambju tal-euro — Il-15 ta' Mejju 2023

12

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2023/C 174/10

Rapport Speċjali 12/2023 — Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 174/11

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

14

2023/C 174/12

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

15


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 174/13

Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, imsemmija fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

16

2023/C 174/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

24

2023/C 174/15

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

30


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Mejju 2023

b’rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-workshop il-ġdid AMC2, li jinsab fis-sit industrijali ta’ Tricastin fi Franza

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2023/C 174/01)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt saret skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal xi valutazzjoni addizzjonali li għandha ssir skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li jirriżultaw minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fis-6 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet id-Data Ġenerali mingħand il-Gvern ta’ Franza, b’rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta mill-workshop il-ġdid AMC2, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom.

Abbażi ta’ din id-data u tal-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni talbet fid-29 ta’ Settembru 2022 u li l-awtoritajiet Franċiżi pprovdewlha fil-31 ta’ Jannar 2023, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit għall-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Italja, hija ta’ 170 km.

2.

Matul it-tħaddim normali, l-iskariki ta’ effluwenti radjuattivi likwidi jew gassużi mhux qed jitqiesu li jistgħu jikkawżaw esponiment sinifikanti tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart radjuattiv solidu se jiġi ttrasferit f’faċilitajiet liċenzjati tat-trattament (il-workshop TRIDENT fis-sit industrijali ta’ Tricastin) jew tar-rimi li jinsabu fi Franza.

4.

F’każ li jkun hemm rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, dawn ir-rilaxxi ma għandhomx jirriżultaw f’kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla li jirriżulta mill-workshop il-ġdid AMC2, li jinsab fis-sit industrijali ta’ Tricastin fi Franza, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ tal-aċċidenti tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati f’iktar dettall. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u tad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1);


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10561 — CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/02)

Fit 14 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10561. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11067 — HG / EFMS / TRUSTQUAY / VIEWPOINT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/03)

Fit 5 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11067. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11089 — AXPO IBERIA / ACSA OBRAS E INFRAESTRUCTURAS / NOGUERA RENOVABLES)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/04)

Fit-8 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11089. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11079 — BNP PARIBAS FORTIS / MATEXI / R2O JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/05)

Fit 10 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11079 . Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

(2023/C 174/06)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/964 (3), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (4), dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1, li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill jista' jiġi kkuntattjat fuq:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/964, u fir-Regolament (UE) 2019/796.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament (UE) 2019/796.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata dwar x'wassal għall-elenkar.

Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur, f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew sakemm il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:

it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali.

L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

Mehmuża mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

Qabel ma jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(3)  ĠU L 129, 16.5.2023, p. 16.

(4)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/9


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/964, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

(2023/C 174/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/964 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (3), dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi ddeżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, u fir-Regolament (UE) 2019/796 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta' Jannar 2024, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(2)  ĠU L 129, 16.5.2023, p. 16.

(3)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1


Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/11


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 174/08)

Image 1

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri żewġ immaġnijiet. L-ewwel waħda hija l-logo tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE. Madwar il-logo hemm it-titli: “ESPANA 2023 - PRESIDENCIA ESPANOLA u ‘CONSEJO DE LA UNION EUROPEA’ (Spanja 2023 - Presidenza Spanjola u Kunsill tal-Unjoni Ewropea). It-tieni immaġni, fil-parti ta” isfel, tirrappreżenta l-marka taz-zekka tal-Fabrica Nacional de Moneda y Timbre Real Casa de la Moneda bil-folla “M”.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 500 000

Data tal-ħruġ: L-1 ta’ Ġunju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta' Mejju 2023

(2023/C 174/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0876

JPY

Yen Ġappuniż

148,15

DKK

Krona Daniża

7,4471

GBP

Lira Sterlina

0,86943

SEK

Krona Żvediża

11,2905

CHF

Frank Żvizzeru

0,9747

ISK

Krona Iżlandiża

150,90

NOK

Krona Norveġiża

11,5830

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,574

HUF

Forint Ungeriż

369,30

PLN

Zloty Pollakk

4,5078

RON

Leu Rumen

4,9375

TRY

Lira Turka

21,3896

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6261

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4684

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5250

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7494

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4548

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 453,79

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,7496

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5621

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 089,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,8915

PHP

Peso Filippin

60,984

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,772

BRL

Real Brażiljan

5,3431

MXN

Peso Messikan

19,0872

INR

Rupi Indjan

89,4990


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Rapport Speċjali 12/2023

“Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”

(2023/C 174/10)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 12/2023 tagħha: “Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/publications/sr-2023-12


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/14


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/11)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ioannina – Heraklion

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Ottubru 2023

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Direttorat Ġenerali għas-Sorveljanza Ekonomika u

l-Appoġġ Amministrattiv

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni, Bini 45,

P.O. 190 19, Spata, IL-GREĊJA

Tel. +30 2103541313, 3541327, 3541349

Indirizzi tal-posta elettronika: info@hcaa.gov.gr, gd.ecfin@hcaa.gov.gr, a4.a@hcaa.gov.gr, pso@hcaa.gov.gr

Sit web: https://hcaa.gov.gr/


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/15


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 174/12)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta kkonċernata

Ioannina – Heraklion

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

1.10.2023 – 30.9.2027

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

61 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas it-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika

Direttorat Ġenerali għas-Sorveljanza Ekonomika u l-Appoġġ Amministrattiv

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni, Bini 45,

P.O. 190 19, Spata, IL-GREĊJA

Tel. +30 2103541313, 3541333

Indirizzi tal-posta elettronika: info@hcaa.gov.gr, gd.ecfin@hcaa.gov.gr, m.savvidou@hcaa.gov.gr, a5.c@hcaa.gov.gr, pso@hcaa.gov.gr

Sit web: https://hcaa.gov.gr/

Kull korrispondenza, talbiet għal informazzjoni, dokumentazzjoni u offerti relatati ma’ din il-kompetizzjoni tal-offerti għandhom jitressqu lis-sit web tal-akkwist elettroniku fuq www.promitheus.gov.gr


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/16


Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta fis-settur tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, imsemmija fl-Artikolu 6b(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014

(2023/C 174/13)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 6b(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

Komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta li toriġina fi Stat Membru

[Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012]

“Crottin de Chavignol / Chavignol”

Nru tal-UE: PDO-FR-0117-AM04 - 27.2.2023

DOP (x) IĠP ( )

1.   Isem

“Crottin de Chavignol / Chavignol”

2.   Stat Membru li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

3.   L-Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel

4.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

1.    Deskrizzjoni tal-prodott

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie miżjud li l-kontenut massimu ta’ materja niexfa tal-ġobnijiet żdied minn 45 g għal 48 g biex titqies il-varjabbiltà staġjonali fis-solidi tal-ħalib, li għandha impatt fuq l-estratt niexef tal-ġobon. Din il-varjabbiltà hija marbuta direttament mal-istaġjonalità tal-produzzjoni tal-ħalib tal-mogħża. L-estratt niexef minimu tal-ġobon ma nbidilx, iżda l-estratt niexef massimu żdied sabiex titqies il-varjabbiltà tal-kontenut utli ta’ materja niexfa tal-ħalib tal-mogħża skont il-perjodu tal-produzzjoni tiegħu.

Id-Dokument Uniku ġie emendat f’dan ir-rigward (il-punt 3.2 dwar id-deskrizzjoni tal-prodott).

Rigward il-punt 3.2 dwar id-deskrizzjoni tal-prodott fid-Dokument Uniku, dan ġie emendat ukoll bit-tħassir tad-dettalji li ġejjin li jaqgħu taħt il-metodu ta’ produzzjoni u mhux taħt id-deskrizzjoni tal-prodott: “Il-baqta titqattar minn qabel fuq it-tila. It-tul ta’ żmien minimu tal-maturazzjoni huwa ta’ 10 ijiem mid-data tal-iffurmar”.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

2.   Prova tal-oriġini

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestatura ġiet ikkompletata biex jitqiesu l-obbligi li jinżammu r-reġistri, li jiġu kkonservati d-dokumenti u l-obbligi ta’ dikjarazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-operaturi u għall-kontroll tal-kundizzjonijiet il-ġodda ta’ produzzjoni.

Id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-prodotti hija s-suġġett ta’ kjarifika li tindika li l-kontroll isir fi tmiem il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni.

Saru wkoll aġġustamenti editorjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-informazzjoni żejda tħassret.

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

3.   Metodu ta’ produzzjoni

L-immaniġġjar tal-merħla:

Żdiedet kundizzjoni tal-produzzjoni relatata mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-merħla (obbligu li jitwettaq monitoraġġ koproloġiku).

Il-piż minimu tal-gidjien nisa qabel l-ewwel tgħammir ġie stabbilit għal 32 kg. Il-metodi tal-użin permezz tal-kampjunar ġew speċifikati.

Żdiedu kundizzjonijiet tal-produzzjoni għall-ġestjoni tal-marqad b’xi obbligi

li t-tiben jinżamm fix-xott,

li t-temperatura tal-marqad tiġi mmonitorjata,

li l-kwantità tat-tiben tiġi adattata għall-frekwenza tal-mulching,

li l-frekwenza tal-mulching tiġi adattata għall-kundizzjonijiet tal-ventilazzjoni u tal-ambjent fil-mandra,

li l-gidjien ma jinżammux fil-beraħ fil-qiegħa fejn jgħixu l-adulti għal aktar minn 7 ijiem wara t-twelid.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġodda kollha jagħmluha possibbli li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali u li tiġi mmonitorjata u kkontrollata aħjar il-kwalità sanitarja tal-marqad u tal-merħla, li hija element favorevoli fil-produzzjoni tal-“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” mill-ħalib mhux ipproċessat. Fil-fatt, ġestjoni tajba tal-marqad flimkien mal-għarfien u mal-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-ventilazzjoni u tal-ambjent tal-bini hija kruċjali peress li tgħin biex jiġi kkontrollat aħjar l-istat tas-saħħa tal-merħla u, bħala riżultat, tal-flora mikrobika mhux mixtieqa tal-ħalib użat.

Ġiet introdotta wkoll dispożizzjoni dwar il-forza tax-xogħol iddedikata għat-trobbija. Għandha l-għan li tillimita n-numru ta’ mogħoż għal kull unità tal-forza tax-xogħol (UMO). In-numru ta’ mogħoż għal kull UMO huwa limitat għal 160, bil-possibbiltà li jiżdiedu 40 mogħża addizzjonali għal kull għodda mekkanika li tillibera l-forza tax-xogħol. Din il-miżura ssaħħaħ ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika, b’mod partikolari fil-livell tal-fatturi umani, billi teħtieġ forza tax-xogħol suffiċjenti għall-immaniġġjar tal-merħla, li jwassal għal monitoraġġ adegwat tal-annimali b’effetti kwalitattivi pożittivi fuq il-ħalib prodott, li jrid jintuża mill-manifatturi fl-istat mhux ipproċessat. Din id-dispożizzjoni ma tbiddilx ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika tiegħu iżda, għall-kuntrarju, issaħħaħha, u tagħmilha possibbli, b’mod partikolari, li jitnaqqas l-effett tan-nuqqas ta’ sorveljanza tal-annimali fuq l-istat tas-saħħa tal-merħla u, konsegwentement, fuq il-kwalità tal-ħalib, flimkien ma’ forza tax-xogħol insuffiċjenti.

L-għalf tal-merħla tal-mogħoż:

Id-dispożizzjoni dwar il-metodu ta’ preservazzjoni tal-foraġġ tħassret (awtorizzazzjoni għall-użu tal-klorur tas-sodju u tal-aċidu propjoniku bbaferjat). Dan it-tħassir jippermetti l-użu ta’ bosta molekuli oħra aktar effettivi u inqas aggressivi awtorizzati mir-regolamentazzjoni ġenerali.

Id-dispożizzjoni li tawtorizza l-użu ta’ addittivi awtorizzati fl-għalf għall-mogħoż skont ir-regolamentazzjoni ġenerali tħassret. Din id-dispożizzjoni hija inutli peress li mhijiex aktar restrittiva mir-regolamentazzjoni fis-seħħ.

Ġew introdotti tliet dispożizzjonijiet bl-għan li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-konċentrati:

Il-kwantità ta’ konċentrati mqassma għal kull ikla hija limitata għal 400 g;

Il-kwantità ta’ kuljum ta’ konċentrati mqassma bħala medja lill-merħla tal-mogħoż ma tistax taqbeż 1.4 kg għal kull mogħża tal-ħalib;

Il-kwantità annwali ta’ konċentrati mqassma lill-merħla tal-mogħoż għal kull litru ta’ ħalib prodott hija bħala medja 450 g jew inqas għal kull litru ta’ ħalib prodott.

L-għan ta’ dawn it-tliet dispożizzjonijiet huwa li jiġi żgurat li r-razzjon tal-mogħoż tal-ħalib ikun ibbilanċjat f’kull ħin, bil-mira li tissaħħaħ il-kwalità sanitarja tal-ħalib għall-produzzjoni bil-ħalib mhux ipproċessat. Il-kwantità u n-natura tar-razzjon komplementari, magħmul minn għalf ikkonċentrat (rikk fin-nitroġenu u/jew fl-enerġija) u/jew imnixxef, jibqgħu l-istess, u jirrappreżentaw massimu ta’ 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ kuljum tal-mogħoż.

Żdiedet dispożizzjoni bl-għan li jiġi ċċarat il-kunċett ta’ biedja mħallta. Peress li l-foraġġ insilat huwa pprojbit fl-għalf tal-merħla tal-mogħoż, l-għan ta’ din il-kjarifika huwa li jiġi evitat kwalunkwe konsum aċċidentali ta’ foraġġ insilat f’azjendi li jospitaw ruminanti oħra.

Fid-dispożizzjoni li tispeċifika kif għandu jiġi distribwit it-tgeżwir, it-terminu “inġestit” huwa sostitwit b’“distribwit”. Fil-fatt, mhuwiex possibbli li jiġu kkontrollati l-kwantitajiet inġestiti. Min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet distribwiti jistgħu jiġu kkontrollati.

Il-ħalib użat:

Żdiedu żewġ dispożizzjonijiet dwar l-istadju tal-ħlib bl-għan li tittejjeb il-kwalità tas-saħħa tal-ħalib:

L-obbligu li tiġi stabbilita sistema ta’ filtrazzjoni tal-materja partikolata makroskopika fis-sistema tal-ħlib tal-ħalib;

L-obbligu li jinħasel il-filtru wara kull ħlib jekk ikun filtru li jista’ jerġa’ jintuża.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni dwar il-perjodu massimu ta’ użu tal-ħalib ġiet emendata sabiex jitnaqqas iż-żmien bejn l-aħħar ħlib u ż-żieda tat-tames. Fil-fatt, fil-każ ta’ ħalib mhux ipproċessat suxxettibbli għal deterjorament mikrobiku, it-tnaqqis ta’ dan il-perjodu ta’ użu b’3 sigħat għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità sanitarja tal-ħalib u li jippreserva l-flora indiġena.

Il-produzzjoni:

Id-daqs tal-forma nbidel. Id-dijametru inferjuri tal-forma żdied b’1 cm (minn 5,5 għal 6,5 cm). Din l-emenda hija r-riżultat ta’ żvilupp fit-tagħmir tal-iffurmar. Il-blokok tal-forom ħadu post il-forom individwali. L-użu ta’ blokok tal-forom b’separaturi jżid il-mekkanizzazzjoni tal-iffurmar.

Il-kjarifika dwar il-metodu tat-tmelliħ tal-wiċċ (b’kontenitur tal-melħ jew bl-idejn) tħassret għax ma hijiex utli, peress li l-mezz tal-kontenitur tal-melħ ma huwiex deskritt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Iż-żieda tal-kliem “fuq it-tila” għall-istadju tat-tqattir minn qabel tikkoreġi ommissjoni fil-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti. Il-kjarifika magħmula tikkorrispondi għall-użu attwali.

Il-maturazzjoni, l-ippakkjar:

Il-metodi ta’ maturazzjoni tal-ġobnijiet “qawwija” ġew emendati. L-għan tal-emenda huwa li tagħmilha ċara li din il-maturazzjoni tista’ ssir “individwalment jew le” (kjarifika miżjuda). Dawn il-ġobnijiet jiġu mmaturati f’atmosfera magħluqa li timmodifika l-proċess ta’ maturazzjoni billi tiffavorixxi flora anaerobika. Tradizzjonalment, il-ġobon jiġi mmaturat f’buqari tal-fuħħar ermetikament issiġillati, fejn jinħażnu diversi ġobnijiet. Is-settur industrijali żviluppa teknika ta’ maturazzjoni f’imballaġġ issiġillat ermetikament li twassal għall-istess riżultat. L-emenda għandha l-għan li tawtorizza dan il-metodu ġdid ta’ maturazzjoni għal dawn il-ġobnijiet qawwija biss.

Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott saru l-aġġustamenti editorjali li ġejjin:

It-tħassir ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji dwar id-data ta’ skadenza;

It-tħassir ta’ informazzjoni żejda u/jew mhux meħtieġa;

L-ispostament/ir-raggruppament ta’ paragrafi jew sentenzi fi ħdan l-intestatura għal raġunijiet ta’ leġġibbiltà u konsistenza fil-preżentazzjoni tad-dispożizzjonijiet;

Emendi editorjali mixxellanji (eż.: sostituzzjoni tat-terminu “żona tad-denominazzjoni ta’ oriġini” b’ “żona ġeografika”) u korrezzjonijiet ortografiċi;

Id-Dokument Uniku ġie emendat ukoll f’dan ir-rigward (punt 3.3).

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

4.   Rabta

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott żdiedet sentenza introduttorja li tiġbor fil-qosor ir-rabta:

Il-“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” huwa ġobon żgħir fil-forma ta’ ċilindru ċatt prodott esklussivament minn ħalib tal-mogħża sħiħ u mhux ipproċessat, b’qoxra fina b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha. L-għarfien fil-ġestjoni tad-dieta tal-mogħoż tal-ħalib, fl-ipproċessar tal-ħalib iżda wkoll il-forma tal-iffurmar jiżguraw li l-kwalità tal-flora nattiva tal-ħalib tiġi ppreservata u li jinkisbu l-karatteristiċi tal-ġobon.”

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott saru wkoll xi aġġustamenti editorjali jew ortografiċi mingħajr ma nbidlet ir-rabta.

Id-Dokument Uniku ġie emendat ukoll f’dan ir-rigward (punt 5).

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

5.   Tikkettar

Din l-intestatura ġiet emendata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott billi tħassar l-obbligu li jitwaħħal il-kliem “Appellation d’Origine Protégée” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] fid-dawl tad-daqs żgħir tal-ġobnijiet u tal-wiċċ żgħir tat-tikketti.

Il-metodi tat-tikkettar tal-ġobnijiet mibjugħa minn intermedjarju ġew emendati wkoll. Ġie speċifikat li mhuwiex obbligatorju li jkun hemm tikketta individwali fuq il-ġobnijiet kollha fil-ħin tal-ispedizzjoni. Dan jilħaq ir-rekwiżiti tal-metodi speċifiċi għall-ispedizzjoni ta’ ġobnijiet f’kaxex mibjugħa minn intermedjarju. Meta jintbagħtu f’kaxxa, il-ġobnijiet normalment ikunu akkumpanjati minn tikketti individwali. Dawn jitwaħħlu mal-ġobnijiet fi stadju aktar tard fil-post tal-bejgħ lill-konsumatur.

Il-metodu tat-tikkettar relatat mal-impossibbiltà li jintuża t-terminu “prodott fir-razzett” għal ġobnijiet prodotti minn baqta ffriżata tmexxa mill-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-metodu ta’ produzzjoni.

Qed isiru wkoll emendi editorjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku ġie emendat ukoll f’dan ir-rigward (punt 3.6).

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

6.   Oħrajn

L-indirizz tas-servizz kompetenti ġie aġġornat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-lista tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika tiġi aġġornata b’mod kostanti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2020.

Ġie miżjud ukoll li l-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità.

Is-sentenza dwar l-obbligu li l-baqta tiġi ffriżata, maħżuna u titniżżel fiż-żona ġeografika tmexxiet mill-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-metodu ta’ produzzjoni għall-intestatura ta’ din l-istess Speċifikazzjoni tal-Prodott dwar id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika.

Id-Dokument Uniku ġie emendat ukoll f’dan ir-rigward (punt 4).

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali ta’ spezzjoni ġew aġġornati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda ma tbiddilx id-Dokument Uniku.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati (Rekwiżiti nazzjonali) ġiet soġġetta għal emenda editorjali u ġie kkoreġut żball: iż-żona tal-foraġġ ta’ ettaru għal kull 24 mogħża tikkorrispondi għaż-żona tal-azjenda u għalhekk ma għandhiex tqis ix-xiri tal-foraġġ. Din l-emenda ma tbiddilx id-Dokument Uniku.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

DOKUMENT UNIKU

“Crottin de Chavignol / Chavignol”

Nru tal-UE: PDO-FR-0117-AM04 - 27.2.2023

DOP (x) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Crottin de Chavignol / Chavignol”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-ġobon bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” jinkiseb permezz tal-koagulazzjoni lattika tal-ħalib tal-mogħża sħiħ u mhux ipproċessat, b’ammont żgħir ta’ tames miżjud. Għandu qoxra fina kulur l-avorju b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha, li fi stadju aktar tard tista' ssir aktar skura, saħansitra kannella, għall-ġobnijiet imsejħa “qawwija”: il-ġobon qawwi huwa ġobon miksi b’penicillium blu mmaturat f’ambjent magħluq li jagħtih sura ta’ pejst artab. Il-“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” għandu forma ta’ ċilindru ċatt kemxejn kurvat fit-tarf. Ix-xfar huma għat-tond. Id-dijametru ċentrali huwa akbar minn dak ta’ fuq u ta’ isfel.

Il-ġobnijiet “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” għandhom il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:

il-kontenut totali ta’ materja niexfa huwa bejn 37 g u 48 g għal kull ġobna;

il-kontenut tax-xaħam huwa mill-inqas 45 % tal-materja niexfa;

il-piż meta joħroġ mill-azjenda huwa ta’ bejn is-60 g u d-90 g.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-foraġġ jirrappreżenta mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ kuljum u huwa magħmul minn mill-inqas 70 % ħaxix, tiben jew tiben imgeżwer.

It-tiben imgeżwer huwa limitat għal massimu ta’ 50 % tal-materja niexfa tal-foraġġ inġestit kuljum. Il-foraġġ insilat huwa pprojbit.

Il-foraġġi huma totalment prodotti fiż-żona ġeografika.

L-għalf li jikkumplimenta l-foraġġ magħmul minn konċentrati u/jew imnixxef jirrappreżenta massimu ta’ 50 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ kuljum u huwa magħmul minn materja prima inkorporabbli definita skont lista pożittiva.

Mill-inqas nofsu jiġi prodott fiż-żona ġeografika.

Għaldaqstant, mill-inqas 75 % tal-materja niexfa tar-razzjon tal-għalf totali ta’ kuljum disponibbli għall-merħla tal-ħalib tiġi prodotta fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 hawn taħt.

Barra minn hekk, iż-żona minima tal-foraġġ effettivament użata kull sena għall-għalf tal-merħla tal-mogħoż hija ta’ ettaru għal kull 12-il mogħża u tinsab fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 hawn taħt. L-art tal-azjenda li tintuża għall-mergħa għandha tkun mill-inqas ta’ ettaru għal kull 24 mogħża. Biex jintlaħaq dan ir-rekwiżit, wieħed jista’ madankollu jixtri foraġġ li jkun ġej miż-żona ġeografika. F’dak il-każ, żona ekwivalenti tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ 4 tunnellati ta’ materja niexfa = ettaru ta’ erja tal-foraġġ. Din l-ekwivalenza hija limitata għal nofs il-konsum annwali tal-merħla.

Il-ħalib użat għandu jiġi minn merħla li tikkonsisti biss minn mogħoż tar-razza Alpina.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet, l-iffriżar, il-ħżin u t-tniżżil tal-baqta jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 hawn taħt.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra t-termini obbligatorji previsti fir-regolamentazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar ta’ kull ġobon jew lott ta’ ġobon bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” jinkludi fl-istess kamp viżiv:

L-isem irreġistrat tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini miktub b’ittri li jkunu mill-inqas żewġ terzi tad-daqs tal-akbar ittri fuq it-tikketta;

Is-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea.

Irrispettivament mit-termini regolatorji applikabbli għall-ġobnijiet kollha, fuq it-tikketta, fir-reklamar, fuq il-fatturi jew fuq id-dokumenti kummerċjali huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe terminu deskrittiv jew kwalunkwe kliem ieħor li jakkompanja din id-denominazzjoni, minbarra:

Ismijiet tad-ditta jew trademarks partikolari;

Deskrizzjonijiet ta’ maturazzjoni.

Kull ġobon mibjugħ minn intermedjarju għandu jkun akkumpanjat minn tikketta individwali.

L-isem “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” segwit bit-terminu “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” għandu jidher bilfors fuq il-fatturi u d-dokumenti kummerċjali.

It-tikkettar ta’ “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” miksub minn baqta ffriżata ma jistax ikollu t-terminu “prodott fir-razzett” jew kwalunkwe indikazzjoni oħra li tissuġġerixxi oriġini mir-razzett.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobnijiet, l-iffriżar, il-ħżin u t-tniżżil tal-baqta jsiru fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali 2020.

—   ta’ Cher:

Il-cantons ta’: Aix-d’Angillon, Baugy, La Chapelle-d’Angillon, Henrichemont, Léré, Levet, Mehun-sur-Yèvre, Nérondes, Saint-Doulchard, Saint-Martin-d’Auxigny, Sancergues, Sancerre, Vailly-sur-Sauldre: il-muniċipalitajiet kollha

U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Argent-sur-Sauldre, Aubigny-sur-Nère, Blancafort, Bourges, Bussy, Cerbois, Civray, Corquoy, Lantan, Lazenay, Limeux, Lunery, Mareuil-sur-Arnon, Morthomiers, Nançay, Neuvy-sur-Barangeon, Oizon, Osmery, Plou, Poisieux, Preuilly, Primelles, Quincy, Raymond, Saint-Denis-de-Palin, Saint-Florent-sur-Cher, Saint-Germain-des-Bois, Saint-Laurent, Serruelles, Le Subdray, Villeneuve-sur-Cher, Vouzeron.

—   ta’ Loiret:

Il-canton ta’ Châtillon-sur-Loire: il-muniċipalitajiet kollha.

U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Bonny-sur-Loire, Cerdon, Coullons, Faverelles, Ousson-sur-Loire, Poilly-lès-Gien, Saint-Brisson-sur-Loire, Saint-Martin-sur-Ocre, Thou.

—   ta’ Nièvre:

Il-cantons ta’: Cosne-Cours fur Loire Nord u Cosne-Cours sur Loire Sud: il-muniċipalitajiet kollha

U l-muniċipalitajiet li ġejjin: Arquian, Bulcy, Donzy, Garchy, La Charité-sur-Loire, Mesves-sur-Loire, Narcy, Pouilly-sur-Loire, Raveau, Saint-Andelain, Saint-Laurent-l’Abbaye, Saint-Martin-sur-Nohain, Saint-Quentin-sur-Nohain, Suilly-la-Tour, Saint-Vérain, Tracy-sur-Loire, Varennes-lès-Narcy.

Il-mapep li juru ż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” huwa ġobon żgħir fil-forma ta’ ċilindru ċatt prodott esklussivament minn ħalib tal-mogħża sħiħ u mhux ipproċessat b’qoxra fina b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha. L-għarfien fil-ġestjoni tad-dieta tal-mogħoż tal-ħalib, tal-ipproċessar tal-ħalib iżda wkoll is-sura tal-forma jiżguraw li l-kwalità tal-flora nattiva tal-ħalib tiġi ppreservata u li jinkisbu l-karatteristiċi tal-ġobon.

Iż-żona ġeografika ta’ “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” hija kkonċentrata fuq ir-reġjun agrikolu ta’ Pays-Fort ta’ Sancerre u testendi fuq ir-reġjuni tal-madwar: Champagne berrichonne, l-Għoljiet ta’ Loire u Sologne, ikkaratterizzati minn mergħat fuq art taflija u taflija u kalkarja, li jiffavorixxu l-għalf tal-foraġġ tal-mogħoż.

Storikament din iż-żona kienet reġjun agrikolu fqir, fejn l-azjendi ta’ polikultura, ta’ foraġġ, ta’ dwieli u ta’ ġonna b’siġar tal-frott, u li jrabbu ruminanti li jixtarru, żviluppaw produzzjoni ta’ mogħoż għall-għajxien. F’dawn l-azjendi, it-trobbija tal-mogħoż u l-ipproċessar tal-ġobon kienu jsiru min-nisa. Il-prattika tat-tqattir minn qabel kienet waħda mill-modi li bihom in-nisa minn Berrichonne setgħu jevitaw il-piż tal-iffurmar billi jipposponu dan il-kompitu sabiex jimmaniġġjaw aħjar il-prijoritajiet domestiċi jew professjonali l-oħra tagħhom, li kienu numerużi f’dawn l-azjendi ta’ polikultura u ta’ trobbija mħallta.

Huwa maħsub li l-kelma “crottin” ġejja mill-kelma tal-Berrichon “crot”, li tfisser toqba u tirreferi b’mod partikolari għat-truf tax-xmajjar fejn in-nisa kienu jmorru biex jaħslu l-ħwejjeġ. Il-ħamrija taflija li kienet iddawwar dawn il- “crots” kienet tintuża mir-raħħala għall-fuħħar u minnha, fil-bidu kienu jagħmlu lampi taż-żejt żgħar u mbagħad forom żgħar tal-ġobon.

Għalhekk it-trobbija tal-mogħoż u l-valorizzazzjoni tal-ġobon kienu jikkostitwixxu sa mis-seklu XVI riżorsa addizzjonali għall-bdiewa fiż-żona ġeografika. Fl-artijiet agrikoli u ta’ vitikultura ta’ Berrichon, dawn il-ġobnijiet żgħar spiss kienu maħsuba biex jittieklu fl-għelieqi jew fil-vinji mill-ħaddiema jew mill-ħaddiema li jitħallsu bil-ġurnata. Skont l-istaġuni u l-abbundanza jew in-nuqqas ta’ ħalib, il-“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” kien ikun fih il-moffa bajda jew blu jew le, u saħansitra kien isir “qawwi” fl-eqqel tax-xitwa.

Illum, it-tekniki tal-produzzjoni huma derivati minn dawk użati fil-passat. Il-ġobon jinkiseb permezz tal-koagulazzjoni bi predominanza lattika tal-ħalib tal-mogħża sħiħ u mhux ipproċessat, biż-żieda ta’ kwantità żgħira ta’ tames. Matul il-produzzjoni, il-baqta trid bilfors titqattar minn qabel fuq it-tila. Il-baqta mbagħad titqiegħed f’forma li tidjieq minn naħa ta’ daqs stabbilit, u tiddawwar mill-inqas darba waħda fil-forma. Il-maturazzjoni tieħu mill-inqas 10 ijiem f’temperatura u f’umdità kkontrollati. Il-fażi ta’ għeluq għall-produzzjoni tal-ġobon “qawwi” tiżdied mal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni.

“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” huwa ġobon tal-ħalib tal-mogħża sħiħ u mhux ipproċessat, li huwa żgħir u għandu forma ta’ ċilindru ċatt kemxejn kurvat fid-dijametru ċentrali. Għandu qoxra rqiqa b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha.

Il-ġobon “qawwi” huwa miksi b’penicillium blu u għandu sura ta’ pejst artab.

L-użu ta’ forma li tidjieq minn naħa ta’ daqs stabbilit jagħti lil “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” il-forma karatteristika tiegħu, aċċentwata minn qlib li jsir f’nofs it-tqattir fil-forma. Barra minn hekk, il-forma ta’ “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” hija marbuta ma’ dijagramma ta’ produzzjoni li tinvolvi t-tqattir minn qabel tal-baqta.

Il-fażi tat-tqattir minn qabel, li tagħti lill-ġobon frisk il-kontenut ta’ umdità mistenni meta jitneħħa mill-forma, u l-forma (il-proporzjon piż/wiċċ) se jiggwidaw lill-flora tal-maturazzjoni biex jagħtu lil “Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” il-karatteristiċi tiegħu. Il-forma hija wkoll marbuta mal-użu tal-forma li l-oriġini lokali tagħha hija ppruvata.

“Crottin de Chavignol” jew “Chavignol” huwa kkaratterizzat ukoll mid-diversità tad-dehra tiegħu (qoxra fina, b’moffa bajda jew blu jew mingħajrha, kannella b’moffa blu għat-tip “qawwi”).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-10f7d543-ce73-49ef-b0ce-8eaa6576e2dc


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 174/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Fränkischer Karpfen / Frankenkarpfen / Karpfen aus Franken”

Nru tal-UE: PGI-DE-0688-AM01

☐ DOP ☒ IĠP

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem: Fischereiverband Mittelfranken e.V. [L-Assoċjazzjoni tas-Sajd ta’ Mittelfranken]

Indirizz: Maiacher Straße 60d, 90441 Nuremberg

Tel. +49 9114249010

Email: info@mfr.de

Interess leġittimu

L-applikant huwa l-istess bħall-applikant oriġinali. Huwa assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-prodotti protetti. Għalhekk għandu interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal emenda u huwa intitolat ukoll li japplika (l-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012).

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Intestatura għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhomx jikkwalifikaw bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhomx jikkwalifikaw bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

1.    Deskrizzjoni tal-prodott

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Fit-tielet paragrafu tat-Taqsima (b), Deskrizzjoni, il-formulazzjoni attwali tal-ewwel sentenza

“Il-piż ħaj ta’ ħuta ta’ tliet snin huwa ta’ bejn 1 000 g u 1 700 g” għandha tiġi emendata għal

“Il-piż ħaj ta’ dan il-karpjun għall-ikel (minn K3) huwa ta’ bejn 1 000 g u 3 000 g.”

Raġuni: L-iżvilupp ta’ iffilettjaturi awtomatiċi wassal għal żieda kbira fid-domanda għall-fletti, u l-karpjun ta’ daqs akbar huwa partikolarment adattat għall-iffilettjar.

Impatt fuq id-Dokument Uniku

L-emenda msemmija hawn fuq għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott taffettwa wkoll il-punt 3.2, Deskrizzjoni tal-prodott, tad-Dokument Uniku.

Fit-tielet paragrafu, l-ewwel sentenza “Il-piż ħaj ta’ ħuta ta’ 3 snin huwa ta’ bejn 1 000 g u 1 700 g” għandha tiġi emendata għal

“Il-piż ħaj ta’ dan il-karpjun għall-ikel (minn K3) huwa ta’ bejn 1 000 g u 3 000 g.”

2.    Prova tal-oriġini

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Fit-Taqsima (d), Prova tal-oriġini, il-formulazzjoni attwali tar-raba’ u l-ħames sentenzi

“Il-produtturi kollha rreġistrati fis-sistema ta’ kontroll huma rreġistrati mill-kooperattiva tal-għadajjar f’bażi tad-data. Il-kooperattiva tal-għadajjar timmonitorja ...” għandha tiġi emendata għal

“Il-produtturi kollha rreġistrati fis-sistema ta’ kontroll huma rreġistrati f’bażi tad-data mill-koordinatur awtorizzat (attwalment ‘Satzfischerzeugerring Franken e.V.’). Il-koordinatur jimmonitorja ...”

Raġuni: Billi la l-Assoċjazzjoni tas-Sajd ta’ Mittelfranken u lanqas xi waħda mill-kooperattivi tal-għadajjar fiż-żona ġeografika ma riedet tieħu f’idejha s-sistema ta’ kontroll, Satzfischerzeugerring Franken e.V. qablet li taġixxi bħala l-koordinatur.

Impatt fuq id-Dokument Uniku: xejn

3.    Metodu tal-produzzjoni

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

L-emendi li ġejjin huma mitluba fit-Taqsima (e), Metodu tal-produzzjoni:

(1)

Fl-ewwel paragrafu, il-formulazzjoni attwali tar-raba’ sentenza

 

“... imbagħad jilħqu l-piż mixtieq fit-tielet sajf (jiġifieri bħala ħut K3)” għandha tiġi emendata għal

 

“... imbagħad ġeneralment jilħqu l-piż mixtieq fit-tielet sajf (jiġifieri bħala ħut K3)”

(2)

Il-formulazzjoni attwali tat-tieni paragrafu

 

“... irid jinżamm għal [mill-inqas] perjodu wieħed tal-produzzjoni (li jibda minn April tas-sena kkonċernata) fiż-żona ġeografika” għandha tiġi emendata għal

 

“... irid jinżamm għal [mill-inqas] perjodu wieħed tal-produzzjoni (li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jibda minn April tas-sena kkonċernata) fiż-żona ġeografika”.

(3)

Fit-tielet paragrafu, il-formulazzjoni attwali tal-ewwel sentenza

 

“... Fil-produzzjoni tal-ħut għall-ikel (K2-K3), jiżdiedu l-legumi u l-ħbub, iżda mhux il-qamħirrum” għandha tiġi emendata għal

 

“... Fil-produzzjoni tal-ħut għall-ikel (minn K2), jiżdiedu l-legumi u l-ħbub, iżda mhux il-qamħirrum”.

Raġuni: Peress li l-karpjun jitrabba b’mod estensiv (jiġifieri barra) f’għadajjar naturali, it-temp għandu influwenza qawwija fuq it-tkabbir tal-ħut. Il-karpjun tal-ikel żviluppa b’mod differenti ħafna matul dawn l-aħħar snin (bħala riżultat tat-tibdil fil-klima).

F’xi snin, il-bidu tar-rebbiegħa tant kien sħun li l-ħut ħareġ mill-ibernazzjoni kmieni u beda jiekol. Dan fisser li s-sorsi naturali tal-ikel tiegħu ma kinux biżżejjed u kellhom jiġu ssupplimentati.

Għalkemm il-karpjun jippreferi s-sħana, l-aħħar sjuf estremament sħan u xotti wrew li fatturi oħra wkoll għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir: prinċipalment in-nuqqas ta’ ossiġenu, iżda f’xi każijiet ukoll inċidenza għolja ta’ alka kaħlanija-ħadra, kif ukoll livelli baxxi ta’ ilma fl-għadajjar. Dan wassal għal stress, li minħabba fih il-ħut kiel inqas u kiber aktar bil-mod. Barra minn hekk, il-ħut kellu jitneħħa mill-għadajjar bħala miżura ta’ emerġenza meta l-livell tal-ilma kien baxx wisq, li, għal darba oħra, kellu impatt negattiv fuq it-tkabbir tiegħu. Peress li ma huwiex possibbli li jingħad kif se tiżviluppa l-klima, l-applikanti jqisu li aktar flessibbiltà fil-metodu tal-produzzjoni (kif deskritt hawn fuq) hija kwistjoni ta’ urġenza.

Impatt fuq id-Dokument Uniku

L-emendi jaffettwaw il-punti li ġejjin fid-Dokument Uniku:

NB: in-numerazzjoni tad-Dokument Uniku nbidlet; dak li kien il-punt 3.4, “Għalf”, issa huwa 3.3 u dak li kien il-punt 3.5, “Passi speċifiċi tal-produzzjoni”, issa huwa 3.4.

Punt 3.3 (Għalf)

Is-sentenza fid-Dokument Uniku attwali (punt 3.4, l-ewwel u t-tieni linji)

“… Fil-produzzjoni tal-ħut għall-ikel (K2-K3), jiżdiedu l-legumi …” għandha tiġi emendata għal

(issa taħt il-punt 3.3, l-ewwel u t-tieni linji)

“... Fil-produzzjoni tal-ħut għall-ikel (minn K2), jiżdiedu l-legumi …”

Punt 3.4 (Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita)

Fil-formulazzjoni attwali tar-raba’ sentenza tal-ewwel paragrafu (taħt il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku attwali)

“... imbagħad jilħqu l-piż mixtieq fit-tielet sajf (jiġifieri bħala ħut K3)”, tiddaħħal il-kelma “ġeneralment” qabel “jilħqu”.

Is-sentenza (li issa hija r-raba’ sentenza taħt il-punt 3.4) issa taqra:

“... imbagħad ġeneralment jilħqu l-piż mixtieq fit-tielet sajf (jiġifieri bħala ħut K3)”.

Fit-tieni paragrafu (taħt il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku attwali, fil-frażi “(li jibda minn April tas-sena kkonċernata)”, jiddaħħal il-kliem “fil-biċċa l-kbira tal-każijiet” qabel “minn April”.

Il-frażi (li issa tinsab fil-ħames sentenza taħt il-punt 3.4) issa taqra:

“... (li jibda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet minn April tas-sena kkonċernata).”

4.    Rabta maż-żona ġeografika

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Taħt il-punt (3), Rabta kawżali / Reputazzjoni, il-formulazzjoni attwali tat-tieni u t-tielet sentenzi tal-aħħar paragrafu:

“… Barra minn hekk, il-karpjun tat-tip ‘Frankenkarpfen’ iddaħħal ukoll fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja (li jinsab fis-sit tal-internet li ġej: http://www.food-from-bavaria.de). F’din il-bażi tad-data miżmuma mill-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Bavarja jiddaħħlu biss prodotti li jgawdu minn fama tajba fost il-konsumaturi tar-reġjun tal-Bavarja”

għandha tiġi emendata għal

“…Il-‘Frankenkarpfen’ huwa elenkat ukoll bħala speċjalità tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tar-reġjun tal-Bavarja (http://www.spezialitaetenland-bayern.de). Sabiex jiġu inklużi fil-bażi tad-data, prodott, platt jew xarba jridu jissodisfaw għadd ta’ rekwiżiti.

L-ispeċjalità trid tkun ilha tiġi prodotta jew imkabbra fir-reġjun għal mill-inqas 50 sena. Din irid ikollha storja u/jew oriġini li turi li l-prodott huwa marbut mill-qrib mar-reġjun fejn dan qed jiġi prodott jew ipproċessat. L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-konsumaturi jridu jaraw il-prodott bħala tipikament Bavarjan jew tipiku ta’ reġjun fil-Bavarja.”

Raġuni: Ir-raġuni għall-emenda hija li l-URL indikat (www.foodfrombavaria.de) ma għadux validu.

Impatt fuq id-Dokument Uniku

L-emenda msemmija hawn fuq għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott taffettwa wkoll il-punt 5(3), Rabta kawżali, tad-Dokument Uniku. Il-formulazzjoni attwali tat-tieni u t-tielet sentenzi tal-aħħar paragrafu:

“… Barra minn hekk, il-karpjun tat-tip ‘Frankenkarpfen’ iddaħħal ukoll fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja (li jinsab fis-sit tal-internet li ġej: http://www.food-from-bavaria.de). F’din il-bażi tad-data miżmuma mill-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Bavarja jiddaħħlu biss prodotti li jgawdu minn fama tajba fost il-konsumaturi tar-reġjun tal-Bavarja”

għandha tiġi emendata għal

“… Barra minn hekk, il-karpjun tat-tip ‘Frankenkarpfen’ huwa elenkat ukoll bħala speċjalità tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja (www.spezialitaetenland-bayern.de) fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja.

L-ispeċjalità trid tkun ilha tiġi prodotta jew imkabbra fir-reġjun għal mill-inqas 50 sena. Din irid ikollha storja u/jew oriġini li turi li l-prodott huwa marbut mill-qrib mar-reġjun fejn dan qed jiġi prodott jew ipproċessat. L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-konsumaturi jridu jaraw il-prodott bħala tipikament Bavarjan jew tipiku ta’ reġjun fil-Bavarja.”

DOKUMENT UNIKU

“ Fränkischer Karpfen / Frankenkarpfen / Karpfen aus Franken”

Nru tal-UE: PGI-DE-0688-AM01— 7.2.2022

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“ Fränkischer Karpfen / Frankenkarpfen / Karpfen aus Franken”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Fränkischer Karpfen” / “Frankenkarpfen” / “Karpfen aus Franken” (minn hawn ’il quddiem “Frankenkarpfen”), karpjun bi qxur ileqqu (Cyprinus carpio), huwa ħuta għall-ikel mibjugħa ħajja jew maqtula.

Dahar il-karpjun tat-tip “Frankenkarpfen” huwa ta’ lewn aħdar skur, griż jew blu fil-griż, ġenbejh huma ta’ lewn minn aħdar jagħti fl-isfar sa lewn id-deheb u żaqqu hija ta’ lewn abjad safrani. Ix-xewka ta’ dahar il-karpjun u dik ta’ denbu huma griżi, u x-xewka ta’ denbu u r-rix anali tiegħu jagħtu fl-aħmar, waqt li x-xewk ta’ sider il-karpjun u x-xewk pelviku tiegħu jagħtu fl-isfar jew fl-aħmar.

Il-piż ħaj ta’ dan il-karpjun għall-ikel (minn K3) huwa bejn 1 000 g u 3 000 g. Il-karpjun tat-tip “Frankenkarpfen” huwa karpjun bil-qxur ileqqu kkaratterizzat mil-laħam sod, abjad u tajjeb tiegħu, u l-kontenut baxx tax-xaħam li prattikament ma jaqbiżx l-10 %. Il-kontenut tax-xaħam jinżamm baxx billi jinżamm limitu fuq id-densità tal-istokk (l-istokk ma jaqbiżx it-800 karpjun għal kull ha meta jkun fl-istadju K2).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-karpjuni jieklu l-aktar dak li jsibu b’mod naturali fl-ilma (in-nutrijenti li jinsabu fil-qiegħ, iż-żooplankton, eċċ.). Fil-produzzjoni tal-ħut għall-ikel (minn K2), jiżdiedu l-legumi u l-ħbub (iżda mhux il-qamħirrum). Barra minn hekk, il-karpjuni jistgħu jingħalfu b’għalf imħallat awtorizzat skont il-programm għall-pajsaġġi agrikoli tal-Bavarja. Dan l-għalf imħallat irid ikun magħmul minn għelejjel li jinħartu biss u ma jista’ jkun fih l-ebda ingredjent li jkun ġej mill-annimali. L-ammont ta’ proteini mhux ipproċessati f’dan l-għalf imħallat ma jistax jaqbeż is-16 %, filwaqt li l-ammont totali ta’ fosforu ma jistax jaqbeż iż-0,6 %. Il-kontenut ta’ smid li ġej mill-ħaxix irid ikun ta’ mill-inqas 10 %.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Minħabba li l-karpjuni jikbru fix-xhur sħan tas-sajf, l-età tagħhom titkejjel fis-sjuf. Normalment, fir-reġjun ta’ Franken, il-karpjuni li jinbiegħu għall-ikel jitkabbru għal perjodu ta’ tlett isjuf. Fl-ewwel sena, mill-bajd jitwieldu karpjuni hekk imsejħa tat-tip K1. Wara x-xitwa ta’ wara, il-ħut jikber għat-tip K2, jinżamm għal xitwa oħra, imbagħad ġeneralment jilħaq il-piż mixtieq fit-tielet sajf (jiġifieri bħala ħut K3). Il-“Frankenkarpfen” irid jinżamm għal mill-inqas perjodu wieħed tal-produzzjoni (li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jibda minn April tas-sena kkonċernata) fiż-żona ġeografika mill-inqas mill-istadju tal-qixx (K2) sa dak tal-ħut għall-ikel (K3).

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

-

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

-

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tkopri l-għadajjar kollha tal-karpjun f’Unterfranken, Mittelfranken u Oberfranken.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

(1)   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-“Frankenkarpfen” ilu jitkabbar f’dan ir-reġjun għal madwar 900 sena. Storikament, it-tkabbir tal-karpjuni huwa marbut mill-qrib mal-monasteri tar-reġjun ta’ Franken.

L-għadajjar tal-ħut fir-reġjun ta’ Franken jifformaw faxxa pjuttost wiesgħa li tgħaddi mill-baċir ġeoloġiku ta’ Rednitz għall-parti ta’ fuq tal-widien ta’ Altmühl, Aisch u Wörnitz. Huma jinsabu l-aktar fiż-żona tal-Keuper tan-nofs (jew tal-“Bunter”), tal-Keuper tal-ġebel ramli, u b’mod partikulari fil-ħamrija xi ftit ramlija tal-Formazzjoni ta’ Löwenstein.

L-alternazzjoni tas-saffi tal-ġebel ramli u tat-tafal, saffi impermeabbli, li hija karatteristika partikolari tal-ħamrija tal-Bunter Keuper, uriet li hija estremament favorevoli għall-kostruzzjoni ta’ għadajjar.

Fir-reġjun kollu ta’ Franken, l-għadajjar jinsabu kważi biss fil-formazzjoni ġeoloġika tal-Keuper. Dik il-formazzjoni, kif ingħad aktar ’il fuq, hija magħmula minn ħamrija impermeabbli b’telf ta’ ilma minimu biss permezz tat-tnixxija. Dan ifisser li anke dħul żgħir ta’ ilma jew sempliċiment ix-xita tkun biżżejjed biex il-livell tal-ilma jinżamm matul is-sajf.

Meta mqabbel mal-bqija tal-Ġermanja, fir-reġjun ta’ Franken ftit li xejn tagħmel xita. L-ammont ta’ xita medju fis-sena għalhekk huwa bejn madwar 600 mm u 650 mm, u t-temperatura medja hija ta’ 7-9 °C. Fi kliem ieħor, hija klima kontinentali sħuna u xotta bi ftit xita. B’differenza mill-Oberpfalz, il-bilanċ tal-ilma huwa l-fattur li jillimita t-trobbija tal-ħut fl-għadajjar fi Franken. Minħabba l-klima aktar sħuna minn dik li hemm fl-Oberpfalz, l-għadajjar f’dan ir-reġjun huma aktar fertili u għandhom rendiment akbar.

It-trobbija tal-karpjuni hija karatteristika distintiva mhux biss tal-pajsaġġ ta’ Franken iżda wkoll tal-kultura tiegħu. Hemm kotba b’aneddoti dwar it-trobbija tal-ħut fl-għadajjar, kanzunetti dwar il-karpjuni u anki wirjiet tal-arti u oħrajn iddedikati għall-karpjuni.

Il-“Frankenkarpfen” jisserva bħala ikla tradizzjonali f’diversi ristoranti fir-reġjun kollu ta’ Franken, u ħafna minn dawk ir-ristoranti – bħall-ħut innifsu – ilhom jeżistu diversi sekli. Ħafna mis-sidien ta’ dawn ir-ristoranti, li għandhom tradizzjoni twila fil-familja li jservu l-karpjuni, iżommuhom f’tankijiet jew f’vaski apposta biex b’hekk ikunu jistgħu jservu dan il-ħut dejjem frisk.

Il-“Frankenkarpfen” għandu reputazzjoni tajba ħafna bħala oġġett tal-ikel fir-reġjun kollu u jista’ jiġi ppreparat b’modi tipiċi għar-reġjun ta’ Franken (eż. karpjun imqatta’ min-nofs tul il-ħuta kollha u moqli).

(2)   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Frankenkarpfen” huwa kkaratterizzat mil-laħam sod u abjad tiegħu, li għandu togħma tipika li tista’ tgħid li mhix tal-ħamrija jew imnawra, li hija pjaċevoli u li tfakkar f’patata tajba li tkun għadha kif ġiet mgħollija. Minħabba l-limitu preskritt fuq id-densità tal-istokk, il-karpjun tat-tip “Frankenkarpfen” għandu kontenut baxx tax-xaħam, li prattikament ma jaqbiżx l-10 %.

(3)   Rabta kawżali

Ir-rabta hija bbażata fuq il-kwalità u fuq il-karatteristiċi tal-prodott u l-fatturi naturali taż-żona.

Il-“Frankenkarpfen” huwa magħruf madwar ir-reġjun kollu kif ukoll lil hinn minnu u jgawdi minn fama tajba fost il-konsumaturi. It-togħma karatteristika u tipika tal-ħut ġejja mill-kwalità għolja u mill-purità tal-ilma fiż-żona ddefinita li fiha jitrabbew, l-effetti tal-kundizzjonijiet naturali u ġeografiċi fuq it-trobbija tal-karpjuni, l-influwenza tas-sottoswol speċifiku fi Franken u, b’mod partikolari, l-għalf naturali predominanti (organiżmi tal-ikel tal-ħut) fl-ilma taż-żona kkonċernata. Jista’ jingħad li ma għandux togħma tal-ħamrija jew imnawwar, li huwa pjaċevoli u li jfakkar f’patata tajba li tkun għadha kif ġiet mgħollija. L-għalf u d-densità baxxa tal-istokk (f’kull ettaru ma jkunx hemm iżjed minn 800 karpjun K2) jiżguraw il-kwalità eċċellenti tal-laħam.

Il-“Frankenkarpfen” għandu fama tajba ħafna minħabba l-kwalità tiegħu u l-importanza u t-tradizzjoni tat-trobbija tal-ħut fl-għadajjar li tmur lura sekli sħaħ fi Franken. Il-karpjun huwa parti integrali mill-ħajja kulturali taż-żona ġeografika u huwa apprezzat ħafna bħala oġġett tal-ikel, u huwa komponent ewlieni tal-kċina tradizzjonali tar-reġjun ta’ Franken – dawn il-fatturi wkoll għamlu l-“Frankenkarpfen” speċjalità tar-reġjun b’reputazzjoni li tmur ferm lil hinn minnu.

Stħarriġ tal-konsumaturi li sar fl-2002 f’Nürnberg wera li 31 % tal-konsumaturi jippreferu l-karpjun tat-tip “Frankenkarpfen”. Barra minn hekk, il-karpjun tat-tip “Frankenkarpfen” huwa elenkat ukoll bħala speċjalità tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja fil-bażi tad-data tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali tar-reġjun tal-Bavarja. Sabiex jiġu inklużi fil-bażi tad-data, prodott, platt jew xarba jridu jissodisfaw għadd ta’ rekwiżiti.

L-ispeċjalità trid tkun ilha tiġi prodotta jew imkabbra fir-reġjun għal mill-inqas 50 sena. Din irid ikollha storja u/jew oriġini li turi li l-prodott huwa marbut mill-qrib mar-reġjun fejn dan qed jiġi prodott jew ipproċessat. L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-konsumaturi jridu jaraw il-prodott bħala tipikament Bavarjan jew tipiku ta’ reġjun fil-Bavarja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Markenblatt [Il-Ġurnal tat-Trademarks] Vol. 32 tat-13.8.2021, Parti 7a-bb, p. 31509

https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/42259


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/30


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 174/15)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Milas Yağlı Zeytini”

Nru tal-UE: PDO-TR-02628 – 4.8.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Milas Yağlı Zeytini”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

It-Turkija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Milas Yağlı Zeytini” tkopri ż-żebbuġ tal-mejda tal-varjetà Memecik imkabbar fil-provinċja ta’ Milas, li jiġi ffermentat fis-salmura u ppreżervat biż-żejt taż-żebbuġa miksub minn żebbuġ tal-varjetà Memecik u flieli tal-lumi friski. Iż-żebbuġ “Milas Yağlı Zeytini” huwa żebbuġ misjur għalkollox, ta’ kulur iswed/vjola, sħiħ u maqsum vertikalment. Il-“Milas Yağlı Zeytini” għandu togħma ta’ frott ta’ qawwa medja. Jiddominaw l-aromi tal-larinġ tal-bakkaljaw, tal-larinġ, tal-mandolin u tal-lumi.

Il-prodott irid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin

Daqs

: 170-200 frotta/kg

Kulur tal-frotta

: vjola/iswed

Aċidità libera (Aċidu olejku)

: ≤ 0,8 %

Kontenut ta’ Melħ

: ≤ 4 %

Kontenut Fenoliku Totali

: ≥ 97 mgGAE/100 g

Kontenut ta’ Xaħam

: 27-33 %

Kontenut ta’ Ndewwa

: 54-62 %


Karatteristiċi Organolettiċi

(Il-Metodu tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ COI/OT/MO)

(Fuq skala minn 1 sa 11)

Imluħa

Qawwa baxxa jew medja (3,5-5,5)

Imrar

Qawwa baxxa jew medja (3,5-5,5)

Aċidità

Qawwa baxxa jew medja (2,5-5,5)

Ebusija

Qawwa medja (4-6,4)

Fibrożità

Qawwa għolja jew medja (4,2-6,2)

Tqarmiċ

Qawwa għolja jew medja (4-7)


Karatteristiċi tal-Kwalità

Medjan tad-difett perċepit b’mod predominanti (Fermentazzjoni anormali, riħa ta’ moffa, tranġit, effett tat-tisjir, togħma ta’ sapun, metalliku, togħma ta’ ħamrija, togħma ta’inbid/ħall) (il-Metodu tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ COI/OT/MO)

< 3

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-“Milas Yağlı Zeytini” jiġi prodott biss minn żebbuġ, b’mod speċifiku tal-varjetà Memecik, imkabbar fiż-żona ġeografika speċifikata. Il-lumi għandu jkun mingħajr moffa jew mingħajr difetti oħra u għat-taħwir għandu jintuża l-melħ tal-blat. Iż-żejt taż-żebbuġa li jintuża għall-preżervazzjoni taż-żebbuġ irid jiġi prodott mill-istess varjetà ta’ żebbuġ fiż-żona ġeografika speċifikata u għandu jkollu aċidità libera ta’ mhux aktar minn 1,0 %. Dan iż-żejt taż-żebbuġa għandu kulur aħdar skur/isfar u riħa ta’ frott qawwija li ssaħħaħ it-togħma tal-frott tal-prodott.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha tal-proċess tal-produzzjoni, inklużi t-tkabbir, il-ħsad u l-ipproċessar taż-żebbuġ iridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

---

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti jridu jinkludu dan li ġej:

L-isem tad-denominazzjoni “Milas Yağlı Zeytini”,

L-isem kummerċjali u l-indirizz, jew l-isem qasir u l-indirizz, jew il-marka rreġistrata tal-produttur,

Il-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona protetta tirreferi għall-villaġġi u l-bliet kollha fil-muniċipalità ta’ Milas fil-provinċja ta’ Muğla, li tinsab fin-Nofsinhar tar-reġjun tal-Eġew.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Milas tinsab fir-reġjun ta’ Menteşe fil-parti tal-Majjistral tal-provinċja ta’ Muğla, u hija reġjun muntanjuż fejn hemm widien dojoq u fondi u artijiet kalkarji, li jestendu fid-direzzjoni tat-Tramuntana/tax-Xlokk tal-Lag Bafa u tad-depressjoni Milas, u l-Muntanja Ilbıra fil-Punent u d-depressjoni Akçay fil-Lvant. Iż-żoni agrikoli limitati u l-mases muntanjużi u x-xaqlibiet fid-distrett ħejjew ambjent favorevoli għall-biedja taż-żebbuġ. F’Milas, il-kultivazzjoni taż-żebbuġ saret attività agrikola li tiddependi kompletament mill-kundizzjonijiet naturali.

Il-varjetà taż-żebbuġ Memecik użata fil-produzzjoni hija indiġena għaż-żona ġeografika. Il-varjetà Memecik ġiet ikkultivata fir-reġjun ta’ Milas għal ġenerazzjonijiet sħaħ u perċentwal ogħla ta’ siġar taż-żebbuġ f’dan ir-reġjun huwa tal-varjetà “Memecik”. Studju komparattiv tal-kostitwenti bijoattivi fiż-żebbuġ Tork (Hasim Kelebek, Songul Kesen & Serkan Selli (2015) Comparative Study of Bioactive Constituents in Turkish Olive Oils by LC-ESI/MS/MS, International Journal of Food Properties, 18:10, 2231-2245) wera li l-varjetà taż-żebbuġ Memecik għandha attività antiossidanti u kontenut fenoliku għoljin meta mqabbla ma’ kultivari oħra taż-żebbuġ imkabbra fit-Turkija. Il-karatteristiċi uniċi tal-varjetà li oriġinaw mill-ispeċifiċità taż-żona ġeografika, jikkontribwixxu għall-kompożizzjoni kimika tal-prodott, b’mod partikolari l-kontenut fenoliku, li jikkontribwixxi għat-togħma tal-frott tal-“Milas Yağlı Zeytini”.

Id-distrett ta’ Milas igawdi mill-karatteristiċi tipiċi tal-klima Mediterranja. Il-pjanti taż-żebbuġ jeħtieġu kundizzjonijiet ta’ temperatura medja ta’ 15-20 °C matul il-perjodu tal-fjoritura, 15-20 °C matul il-perjodu ta’ sajran tal-frott u minimu ta’ 5 °C mis-sajran sal-perjodu tal-ħsad. Barra minn hekk, jeħtieġu ċertu perjodu ta’ ksieħ li matulu jiġi ffurmat il-blanzun tal-fjura. Iż-żebbuġ huwa sensittiv ħafna għal temperaturi baxxi u ssirlu ħsara jekk it-temperatura minima ta’ kuljum tinżel taħt -7 °C. It-temperatura medja ta’ kuljum fl-għelieqi taż-żebbuġ f’Milas hija ta’ mill-inqas 9,9 °C f’Diċembru, 8,9 °C f’Jannar u 9,5 °C fi Frar, li hija xierqa ħafna għall-perjodu ta’ tberrid. It-temperatura medja l-aktar baxxa hija ta’ 19,4 °C f’Mejju, li huwa l-perjodu tal-fjoritura, u t-temperatura medja l-aktar baxxa fil-perjodu ta’ sajran tal-frott hija ta’ 17,4 °C. Dawn il-valuri tat-temperatura huma kundizzjonijiet ta’ tkabbir kważi ottimi għas-siġar taż-żebbuġ u jagħtu rendiment għoli ta’ żebbuġ. F’Milas hemm ħamrija alluvjali kif ukoll ħamrija taflija ramlija. Dan it-tip ta’ ħamrija jżomm l-ilma u jagħmilha possibbli biex is-siġar taż-żebbuġ ikabbru għeruq aktar b’saħħithom biex jagħtu rendimenti akbar. Barra minn hekk, il-provinċja ta’ Milas għandha rekord ta’ preċipitazzjoni medja fit-tul ta’ 900-1 000 mm, li hija adatta għat-tkabbir taż-żebbuġ mingħajr il-ħtieġa ta’ irrigazzjoni. Iż-żebbuġ li jintuża għall-produzzjoni tal-“Milas Yağlı Zeytini” jitkabbar mingħajr l-użu tal-irrigazzjoni peress li r-riżalt muntanjuż tar-reġjun ma jippermettix li s-siġar taż-żebbuġ jiġu irrigati. Għalhekk, matul ix-xhur sħan tas-sajf, is-siġar taż-żebbuġ ma jiġux irrigati. In-nuqqas ta’ irrigazzjoni jwassal għall-formazzjoni ta’ kontenut ogħla ta’ fenoli u għat-togħma tal-frott taż-żebbuġ, li jikkostitwixxu l-ispeċifiċità ewlenija tal-“Milas Yağlı Zeytini”.

Speċifiċità tal-prodott

Il-karattru distintiv tal-prodott huwa prinċipalment dovut għall-karatteristiċi organolettiċi taż-żebbuġ imkabbar fiż-żona u għall-aroma tal-frott tiegħu, li tiġi mit-taħwir biż-żejt taż-żebbuġa u bil-lumi. Minħabba li ż-żebbuġ normalment ma jiġix ippreżervat biż-żejt u l-lumi, il-prodott jintgħaraf faċilment. Il-kulur vjola/iswed taż-żebbuġ ukoll huwa distintiv ħafna.

Il-karatteristika tat-togħma tal-frott u tal-imrar taż-żebbuġ hija dovuta għall-kontenut għoli ta’ polifenoli fil-varjetà taż-żebbuġ Memecik. Barra minn hekk, iż-żejt taż-żebbuġa ta’ kwalità li jintuża għall-preżervazzjoni taż-żebbuġ għandu karatteristiċi simili peress li jiġi prodott mill-istess varjetà ta’ żebbuġ, li żżid il-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott.

Il-lumi mqatta’ fi flieli jsaħħaħ l-aċidità u l-imrar mixtieq tal-prodott. L-użu taż-żejt taż-żebbuġa għall-preżervazzjoni jnaqqas il-kuntatt taż-żebbuġ mal-arja u l-lumi jżid l-aċidità, biex b’hekk ikun jista’ jintuża inqas melħ matul il-produzzjoni. Dan il-metodu huwa wkoll ir-raġuni għaliex il-prodott ma jgħaddix minn proċess ta’ pasturizzazzjoni jew sterilizzazzjoni.

Fatturi umani

Il-belt ta’ Milas hija żona antika li ilhom jgħixu fiha l-bnedmin għal aktar minn 5 000 sena. Il-kundizzjonijiet naturali għamlu t-tkabbir taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa l-attività agrikola primarja fir-reġjun minn żmien iċ-Ċiviltà Karjana. L-għarfien prattiku tal-produtturi lokali taż-żebbuġ huwa essenzjali biex jibda l-ħsad. Il-ħsad jibda minn madwar Diċembru qabel ma ż-żebbuġ isir kompletament iswed. L-għarfien speċifiku tal-produtturi lokali huwa essenzjali biex jintgħaraf meta ż-żebbuġ ikun qed jibdel il-kulur minn vjola għal iswed u meta għandu jibda l-ħsad. Dan jagħti lill-prodotti l-kulur distintiv vjola/iswed tagħhom. Iż-żebbuġ jinħasad bil-galbu biex jiġi evitat li ssirlu l-ħsara u, jekk ikun possibbli, dan isir bl-idejn. Billi ż-żebbuġ bil-ħsara huwa suxxettibbli ħafna għall-ossidazzjoni, l-attenzjoni matul il-ħsad hija essenzjali biex jinkiseb livell baxx ta’ difetti u ta’ aċidità libera.

Iż-żebbuġ jiġi ppreparat b’metodu tradizzjonali mingħajr addittivi jew preżervattivi. Il-metodu jinvolvi li ż-żebbuġ jitqatta’ fi flieli u jitpoġġa fl-ilma ħelu biex jitnaqqaslu l-imrar fl-ewwel 24 siegħa wara l-ħsad. L-ilma jinbidel tliet darbiet u jiżdied 2 % melħ tal-blat wara t-tielet bidla. Il-livell tat-tnaqqis tal-imrar jiġi ċċekkjat mill-operaturi biex jiġi żgurat li jkun hemm il-karatteristiċi organolettiċi meħtieġa. L-għarfien espert tal-produtturi jgħin biex jiġi ddeterminat meta ż-żebbuġ ikun tnaqqaslu biżżejjed imrar.

Il-metodu tal-għoti tat-togħma li juża ż-żejt taż-żebbuġa u l-lumi huwa riżultat tal-għarfien prattiku tal-produtturi. Il-lumi li jintuża għall-produzzjoni jitqatta’ fi flieli u jiġi mmellaħ mill-produtturi biex jiġi evitat kull tkabbir mikrobiku mhux mixtieq. L-ammont ta’ melħ u flieli tal-lumi jiġi ddeterminat mill-produtturi biex tiġi żgurata t-togħma tal-frott.

Rabta kawżali

Il-“Milas Yağlı Zeytini” huwa kkaratterizzat mill-preżenza tal-varjetà Memecik, li hija stabbilita sew fiż-żona u tirrappreżenta kważi s-siġar taż-żebbuġ kollha tagħha. Il-karatteristiċi uniċi tal-varjetà li oriġinaw mill-ispeċifiċità taż-żona ġeografika, jikkontribwixxu għall-kompożizzjoni kimika tal-prodott, b’mod partikolari l-kontenut fenoliku, li jagħtu t-togħma tal-frott lill-“Milas Yağlı Zeytini”.

L-ispeċifiċità tal-prodott hija marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet pedoklimatiċi taż-żona ġeografika u l-għarfien prattiku lokali. Il-metodu tal-produzzjoni huwa mmonitorjat mill-qrib mill-produtturi, u dan jiżgura l-kwalità. Iż-żejt taż-żebbuġa u l-lumi li jintużaw għall-preżervazzjoni jiddistingwu l-prodott u jsaħħu t-togħma u l-aroma naturali tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

---


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.