ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
8 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 164/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 164/02

Kawżi magħquda C-439/20 P u C-441/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-439/20 P), u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-441/20 P) (Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ta’ komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi-esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE – Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kriterju ta’ inċidenza diretta – Artikolu 277 TFUE – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku kontra l-atti li kienu l-bażi legali tal-att ikkontestat – Regolament (UE) 2016/1036 – Artikolu 8(9) – Regolament (UE) 2016/1037 – Artikolu 13(9) – Konsegwenzi tal-irtirar mill-Kummissjoni Ewropea tal-aċċettazzjoni ta’ impenn – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 – Artikolu 3 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 – Artikolu 2 – Telf tal-benefiċċju tal-eżenzjoni tad-dazji – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 – Artikolu 2 – Invalidazzjoni tal-fatturi konformi – Eżiġibbiltà tad-dazji fuq it-tranżazzjonijiet ikkonċernati kollha – Assenza ta’ retroattività)

2

2023/C 164/03

Kawża C-517/20 , OL (Estensjoni tal-konċessjonijiet Taljani: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ascoli Piceno – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra OL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 56 TFUE – Logħob tal-ażżard – Konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir tal-imħatri – Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija – Regolarizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data li jwettqu din l-attività fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ liċenzja tal-pulizija – Estensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minn din ir-regolarizzazzjoni – Terminu ristrett)

3

2023/C 164/04

Kawża C-100/21, Mercedes-Benz Group (Responsabbiltà tal-manifatturi ta’ vetturi mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – Il-Ġermanja) – QB vs Mercedes-Benz Group AG, preċedentement Daimler AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2007/46/KE – Artikolu 18(1) – Artikolu 26(1) – Artikolu 46 – Regolament (KE) Nru 715/2007 – Artikolu 5(2) – Vetturi bil-mutur – Magna diesel – Emissjonijiet ta’ inkwinanti – Valv għar-riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) – Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn firxa ta’ temperaturi – Apparat ta’ manipulazzjoni – Protezzjoni tal-interessi ta’ xerrej individwali ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni illegali – Dritt għal kumpens abbażi tar-responsabbiltà delittwali tal-manifattur ta’ din il-vettura – Metodu ta’ kalkolu tal-kumpens – Prinċipju ta’ effettività – Artikolu 267 TFUE – Ammissibbiltà – Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn Imħallef uniku)

4

2023/C 164/05

Kawża C-127/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – American Airlines, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Delta Air Lines, Inc. (Appell – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi – Suq tat-trasport bl-ajru – Operazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni – Impenji meħudin mill-partijiet fil-konċentrazzjoni – Deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ anterjorità – Kunċett ta’ użu xieraq)

5

2023/C 164/06

Kawża C-174/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjentali – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Artikolu 260(2) TFUE – Obbligu li jittieħdu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali sentenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-obbligu allegat mill-Kummissjoni Ewropea – Assenza ta’ ċarezza tal-ittra ta’ intimazzjoni rigward il-kwistjoni dwar jekk is-sentenza kinitx għadha trid tiġi eżegwita fid-data ta’ riferiment – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Inammissibbiltà)

5

2023/C 164/07

Kawża C-339/21, Colt Technology Services et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Colt Technology Services Sp et vs Ministero della Giustizia et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Id-Direttiva (UE) 2018/1972 – Artikolu 13 – Kundizzjonijiet stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali – Punt 4 tal-Parti A tal-Anness I – Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti – Artikolu 3 – Għanijiet ġenerali – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tar-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji – Assenza ta’ mekkaniżmu ta’ rimbors sħiħ – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza)

6

2023/C 164/08

Kawża C-351/21, Beobank: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du canton de Forest – il-Belġju) – ZG vs Beobank SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern – Direttiva 2007/64/KE – Artikolu 47(1)(a) – Informazzjoni għal min iħallas wara li jirċievi l-ordni tal-ħlas tiegħu – Artikoli 58, 60 u 61 – Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas f’każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati – Obbligu ta’ dan il-fornitur li jirrimborsa t-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati lil min iħallas – Kuntratti qafas – Obbligu tal-imsemmi fornitur li jipprovdi lil min iħallas informazzjoni dwar il-benefiċjarju kkonċernat)

6

2023/C 164/09

Kawżi Magħquda C-438/21 P sa C-440/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Biogen Netherlands BV (C-438/21 P), Biogen Netherlands BV vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Il-Kummissjoni Ewropea (C-439/21 P), L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A, Il-Kummissjoni Ewropea, Biogen Netherlands BV (C-440/21 P) (Appell – Saħħa pubblika – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Regolament (KE) Nru 726/2004 – Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali Tecfidera – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea li tikkunsidra li t-Tecfidera ma kienx jaqa’ taħt l-istess awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq bħall-Fumaderm – Prodott mediċinali li fih kombinazzjoni awtorizzat preċedentement – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ulterjuri ta’ komponent tal-prodott mediċinali li fih kombinazzjoni – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq)

7

2023/C 164/10

Kawża C-449/21, Towercast: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Towercast vs Autorité de la concurrence, Ministre chargé de l’économie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Artikolu 21(1) – Applikazzjoni esklużiva ta’ dan ir-regolament għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ konċentrazzjoni – Portata – Operazzjoni ta’ konċentrazzjoni nieqsa minn dimensjoni Komunitarja li tkun tinsab taħt il-limiti ta’ kontroll ex ante obbligatorju previsti mid-dritt nazzjonali u li ma tkunx tat lok għal riferiment lill-Kummissjoni Ewropea – Kontroll mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ dan l-Istat Membru ta’ tali operazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE – Ammissibbiltà)

8

2023/C 164/11

Kawża C-511/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ana Calhau Correia de Paiva (Appell – Sistema lingwistika – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/293/14 – Avviż ta’ kompetizzjoni – Għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni limitata għal-lingwa Ġermaniża, Ingliża u dik Franċiża – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni – Ammissibbiltà)

9

2023/C 164/12

Kawża C-522/21, Saatgut-Treuhandverwaltung (KWS Meridian): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pfälzisches Oberlandesgericht – il-Ġermanja) – MS vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Regolament (KE) Nru 2100/94 – Deroga prevista fl-Artikolu 14(3) – Artikolu 94(2) – Ksur – Dritt għal kumpens – Regolament (KE) Nru 1768/95 – Artikolu 18(2) – Kumpens għad-dannu – Ammont minimu fil-forma ta’ somma f’daqqa kkalkolat fuq il-bażi ta’ erba’ darbiet it-tariffa tal-liċenzja – Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea – Invalidità)

9

2023/C 164/13

Kawża C-565/21, Caixabank (Kummissjoni għall-ftuħ ta’ self): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixabank SA vs X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikoli 3, 4 u 5 – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Self ipotekarju – Klawżoli inġusti – Klawżola ta’ kummissjoni għall-ftuħ tas-self – Talba għall-annullament ta’ din il-klawżola u għall-ħlas lura tal-ammont imħallas abbażi tagħha – Natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli – Eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika)

10

2023/C 164/14

Kawża C-696/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba' Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Sitt u s-Seba Programm-Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) – Programm-Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Horizon 2020 (2014-2020) – Spejjeż eliġibbli – Tpaċija ta’ krediti – Talba għar-rimbors – Ammissibbiltà tar-rikors – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni)

11

2023/C 164/15

Kawża C-725/21, SOMEO: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – SOMEO S.A, li kienet PEARL STREAM S.A. vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni – Nomenklatura Magħquda – Subintestatura 9401 90 80 – Partijiet ta’ sits għal vetturi bil-mutur – Xibka għall-fabrikazzjoni ta’ kompartimenti mqiegħda fuq in-naħa ta’ wara tas-sits – Protezzjoni għall-parti ta’ ġewwa tas-sits)

11

2023/C 164/16

Kawża C-752/21, Otdel Mitnichesko razsledvane i razuznavane: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Haskovo – il-Bulgarija) – JP EOOD vs Otdel Mitnichesko razsledvane i razuznavane /MRR/ v TD Mitnitsa Burgas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Rimedji ġudizzjarji – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI – Kuntrabandu doganali – Beni ta’ terz maqbudin fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ta’ natura kriminali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lil dan it-terz mill-kategorija ta’ persuni awtorizzati jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni ta’ sanzjoni amministrattiva li tordna l-qbid)

12

2023/C 164/17

Kawża C-6/22, M. B. et (Effetti ta’ invalidazzjoni ta’ kuntratt): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – il-Polonja) – M.B., U.B., M.B. vs X S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Id-Direttiva 93/13/KEE – Klawsoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – L-Artikoli 6 u 7 – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawsola – Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija – Eżistenza tal-kuntratt mingħajr klawsoli inġusti – Ir-rieda tal-konsumatur li l-kuntratt jiġi invalidat – Applikazzjoni tad-direttiva wara l-invalidazzjoni tal-kuntratt – Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali)

13

2023/C 164/18

Kawża C-9/22, An Bord Pleanála et (Sit ta’ St Teresa’s Gardens): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – NJ, OZ vs An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ pjanijiet u programmi – Artikolu 3(2)(a) – Evalwazzjoni ambjentali – Att mhux statutorju ppreparat minn kunsill komunali u minn kuntrattur – Direttiva 2011/92/UE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Artikolu 3(1) – Obbligu ta’ identifikazzjoni, ta’ deskrizzjoni u ta’ evalwazzjoni b’mod xieraq, skont kull każ partikolari, tal-effetti diretti u indiretti ta’ proġett – Linji Gwida Ministerjali vinkolanti dwar l-għoli tal-bini)

14

2023/C 164/19

Kawża C-42/22, Generali Seguros: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Generali Seguros SA, preċedentement Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjoni mill-VAT – Artikolu 135(1)(a) – Eżenzjoni ta’ mit-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni – Artikolu 136(a) – Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ oġġetti użati esklużivament għal attività eżentata – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni – Bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur danneġġati mixtrija mingħand l-assigurati – Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

15

2023/C 164/20

Kawża C-50/22, Sogefinancement: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Sogefinancement vs RW, UV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Dritt ta’ rtirar – Artikolu 14(7) – Dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma tistax tibda – Regoli proċedurali nazzjonali li jirregolaw l-invokazzjoni ex officio u s-sanzjoni, mill-qorti nazzjonali, ta’ ksur ta’ tali dispożizzjonijiet – Artikolu 23 – Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi)

16

2023/C 164/21

Kawża C-177/22, Wurth Automotive: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – JA vs Wurth Automotive GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Kunċett ta’ konsumatur – Aġir tal-persuna li tinvoka l-kwalità ta’ konsumatur li tista’ tagħti lok għall-impressjoni, fir-rigward tal-parti l-oħra fil-kuntratt, li hija qiegħda taġixxi għal finijiet professjonali)

16

2023/C 164/22

Kawża C-239/22, État belge u Promo 54: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – État belge, Promo 54 vs Promo 54, État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 12(1) u (2) – Kunsinna ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini, imwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tal-bini – Assenza ta’ dispożizzjonijiet fid-dritt intern li jipprevedu r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju marbut mal-ewwel okkupazzjoni – Artikolu 135(1)(j) – Eżenzjonijiet – Kunsinna, wara trasformazzjoni, ta’ bini li kien is-suġġett tal-ewwel okkupazzjoni qabel it-trasformazzjoni – Duttrina amministrattiva nazzjonali li tikkunsidra l-bini li tkun saritlu trasformazzjoni kunsiderevoli daqslikieku huwa bini ġdid)

17

2023/C 164/23

Kawża C-358/22, Bolloré logistics: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Bolloré logistics SA vs Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni Doganali – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 195 – Artikolu 217(1) – Artikolu 221(1) – Tariffa doganali komuni – Obbligi tal-garanti tad-debitur ta’ dejn doganali – Modalitajiet ta’ komunikazzjoni tad-dejn doganali – Dazji li jikkorrispondu għal dan id-dejn ma ġewx ikkomunikati regolarment lid-debitur tad-dejn – Eżiġibbiltà tad-dejn doganali mingħand il-garanti in solidum)

18

2023/C 164/24

Kawżi magħquda C-491/20 sa C-496/20, C-506/20, C-509/20 u C-511/20, Sąd Najwyższy et: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – W.Ż. vs A. S., Sąd Najwyższy (C-491/20), W. Ż. vs K. Z. (C-492/20), P. J. vs A. T., R. W., Sąd Najwyższy (C-493/20), K. M. vs T. P., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-494/20), T. M. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., G. Z., A. S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-495/20), M. F. vs T. P. (C-496/20), T. B. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., G. Z., A. S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-506/20), M. F. vs J. M. (C-509/20), B. S. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-511/20), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Neċessità ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha – Assenza – Inammissibbiltà manifesta)

19

2023/C 164/25

Kawża C-574/20, Finanzamt Österreich: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht) – l-Awstrija – XO vs Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel () (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sigurtà soċjali – Benefiċċji tal-familja – Indiċjar skont il-prezzijiet – Risposta għal domanda preliminari li tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ rabta bejn id-domanda preliminari u t-tilwima fil-kawża prinċipali – Domanda manifestament inammissibbli)

20

2023/C 164/26

Kawża C-379/21, TBI Bank: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri mibdija minn TBI Bank (Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kreditu għall-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 6(1) – Klawżoli inġusti – Rifjut li tinħareġ ordni ta’ ħlas immedjat fil-każ ta’ pretensjoni bbażata fuq klawsola inġusta – Konsegwenzi relatati man-natura inġusta ta’ klawsola kuntrattwali – Istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri li ma josservawx l-imsemmija konsegwenzi)

21

2023/C 164/27

Kawża C-729/21, Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja – W Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 19 – Kunċett ta’ trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom – Kuntratt ta’ bejgħ li jirrigwarda ċentru kummċerċjali – Trasferiment ta’ impriża – Trasferiment parzjali tal-elementi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża)

22

2023/C 164/28

Kawżi magħquda C-198/22 u C-199/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 11 de Barcelona – Spanja) – QJ u IP vs Deutsche Bank AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 101 TFUE – Direttiva 2014/104/UE – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni – Termini ta’ preskrizzjoni – Ksur imwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva – Protezzjoni tal-konsumaturi)

22

2023/C 164/29

Kawża C-289/22, A.T.S. 2003: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – A.T.S. 2003 Vagyonvédelmi és Szolgáltató Zrt., fi stralċ vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167, 168 u 178 – Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Evażjoni tat-taxxa – Prova – Obbligu ta’ diliġenza tal-persuna taxxabbli – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni)

23

2023/C 164/30

Kawża C-350/22, Eurobank Bulgaria: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Sofia – il-Bulgarija) – HO vs EUROBANK BULGARIA AD (Tħassir tal-kawża)

25

2023/C 164/31

Kawża C-493/22, ARMAPROCURE: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Armaprocure SRL vs Ministerul Apărării Naţionale, BlueSpace TECHNOLOGY SRL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2009/81/KE – Artikolu 55(4) – Artikolu 57(2) – Interess ġuridiku – Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni – Offerent eskluż mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret definittiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad lil tali offerent minn aċċess għal rimedju – Assenza ta’ interess ġuridiku)

25

2023/C 164/32

Kawża C-530/22, Dunaj-Finanse: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – Il-Polonja) – Dunaj-Finanse sp. z o.o. vs KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport ferrovjarju – Drittijiet u obbligi tal-vjaġġaturi – Regolament (KE) Nru 1371/2007 – Artikolu 3(8) – Kuntratt ta’ trasport – Kunċett – Vjaġġatur mingħajr biljett fil-mument li jirkeb abbord ferrovija – Protezzjoni tal-konsumaturi)

26

2023/C 164/33

Kawża C-681/22: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 minn Olimp Laboratories sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-7 ta Settembru 2022 fil-Kawża T-9/22 – Olimp Laboratories vs EUIPO

26

2023/C 164/34

Kawża C-788/22 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-275/21, Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski

27

2023/C 164/35

Kawża C-792/22, Energotehnica: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MG

27

2023/C 164/36

Kawża C-796/22, INSS: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2022 – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) vs Bernardino

28

2023/C 164/37

Kawża C-4/23, Asociaţia Accept: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sectorului 6 Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2023 – M.-A.A. vs Direcţia de Evidenţă a Persoanelor Cluj, Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne, Municipiul Cluj-Napoca, bl-intervent ta’: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării, Asociația Accept

29

2023/C 164/38

Kawża C-10/23, Remia Com Impex: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Jannar 2023 – Remia Com Impex SRL vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor, Direcţia Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor Dolj

29

2023/C 164/39

Kawża C-20/23, Instituto da Segurança Social et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-16 ta’ Jannar 2023 – SF vs MV, Instituto da Segurança Social, IP, Autoridade Tributária e Aduaneira, Cofidis SA – Sucursal em Portugal

30

2023/C 164/40

Kawża C-36/23, Familienkasse Sachsen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – L vs Familienkasse Sachsen der Bundesagentur für Arbeit

31

2023/C 164/41

Kawża C-52/23, flightright: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – flightright GmbH vs TAP Portugal

32

2023/C 164/42

Kawża C-73/23, Chaudfontaine Loisirs: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2023 – Chaudfontaine Loisirs vs État belge

32

2023/C 164/43

Kawża C-152/21, Ogres HES: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – SIA Ogres HES, fil-preżenza ta’: Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, Ekonomikas ministrija, Finanšu ministrija

33

2023/C 164/44

Kawża C-317/21, G-Finance: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – G-Finance SARL, DV vs Luxembourg Business Registers

33

2023/C 164/45

Kawża C-423/21, Grand Production: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Grand Production d.o.o. vs GO4YU GmbH, DH, GO4YU d.o.o, MTEL Austria GmbH

34

2023/C 164/46

Kawża C-698/22, TP u OF: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Varna – il-Bugarija) – Proċeduri kriminali kontra TP, OF

34

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 164/47

Kawża T-597/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Basaglia vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relattivi għal diversi proġetti fil-qafas tal-programmi eTEN u tal-ħames u tas-sitt programm-qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Indisponibbiltà ta’ dokumenti – Limitazzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba għal aċċess – Obbligu li jsir eżami konkret u individwali – Piż ta’ xogħol irraġonevoli – Artikolu 266 TFUE – Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Miżuri li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament)

35

2023/C 164/48

Kawża T-727/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – TO vs EUAA (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti estern [kunfidenzjali] – Deċiżjoni li l-validità ta’ lista ta’ riżerva ma tiġix estiża – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Publikazzjoni fuq l-internet – Assenza ta’ żball skużabbli – Inammissibbiltà)

35

2023/C 164/49

Kawża T-89/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Homy Casa vs EUIPO – Albatros International (Siġġijiet) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta siġġu – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Żvelar tad-disinn preċedenti – Żvelar fuq l-internet – Identifikazzjoni tad-disinn preċedenti – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

36

2023/C 164/50

Kawża T-91/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam ta’ ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi tal-persuni koperti – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi)

37

2023/C 164/51

Kawża T-94/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Mutondo vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi – Bidla fiċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi)

37

2023/C 164/52

Kawża T-133/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FUTURE IS PLANT-BASED – Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarji – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

38

2023/C 164/53

Kawża T-174/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BREZTREV – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONBREZ, DAYBREZ, BREZILIZER u BREEZHALER – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

39

2023/C 164/54

Kawża T-175/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTRI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BREZTRI – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONBREZ, BREZILIZER u BREEZHALER – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade marks preċedenti – Artikolu 60(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament (UE) 2018/625)

39

2023/C 164/55

Kawża T-178/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – FA World Entertainment vs EUIPO (FUCKING AWESOME) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali FUCKING AWESOME – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ċertezza legali – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

40

2023/C 164/56

Kawża T-194/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Zelmotor vs EUIPO– B&B Trends (zelmotor) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea zelmotor – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

40

2023/C 164/57

Kawża T-429/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2023 – Oatly vs EUIPO – D’s Naturals (Wow no cow!) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2023/C 164/58

Kawża T-615/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2023 – Ċipru vs EUIPO – Cemet (Halime) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Ċaħda definittiva tar-reġistrazzjoni tat-trade mark fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni parallela – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2023/C 164/59

Kawża T-43/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – SCC Legal vs Il-Kummissjoni

42

2023/C 164/60

Kawża T-67/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – UH vs BĊE

43

2023/C 164/61

Kawża T-95/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – RWE Supply & Trading vs ACER

45

2023/C 164/62

Kawża T-96/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Uniper Global Commodities vs ACER

46

2023/C 164/63

Kawża T-141/23: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2023 – Merlin et vs Il-Kummissjoni

48

2023/C 164/64

Kawża T-143/23: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2023 – VF vs Il-Kunsill

48

2023/C 164/65

Kawża T-145/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Eurosemillas vs CPVO – Nador Cott Protection u Carpa Dorada (Nadorcott)

49

2023/C 164/66

Kawża T-153/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

50

2023/C 164/67

Kawża T-485/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2023 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 164/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 155, 2.5.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 134, 17.4.2023

ĠU C 127, 11.4.2023

ĠU C 121, 3.4.2023

ĠU C 112, 27.3.2023

ĠU C 104, 20.3.2023

ĠU C 94, 13.3.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-439/20 P), u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-441/20 P)

(Kawżi magħquda C-439/20 P u C-441/20 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ta’ komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi-esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE - Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kriterju ta’ inċidenza diretta - Artikolu 277 TFUE - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku kontra l-atti li kienu l-bażi legali tal-att ikkontestat - Regolament (UE) 2016/1036 - Artikolu 8(9) - Regolament (UE) 2016/1037 - Artikolu 13(9) - Konsegwenzi tal-irtirar mill-Kummissjoni Ewropea tal-aċċettazzjoni ta’ impenn - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 - Artikolu 3 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 - Artikolu 2 - Telf tal-benefiċċju tal-eżenzjoni tad-dazji - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 - Artikolu 2 - Invalidazzjoni tal-fatturi konformi - Eżiġibbiltà tad-dazji fuq it-tranżazzjonijiet ikkonċernati kollha - Assenza ta’ retroattività)

(2023/C 164/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-439/20 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti),

Partijiet oħra fil-proċedura: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn P. Heeren, advocaat, Y. Melin u B. Vigneron, avocats, sussegwentement minn P. Heeren, advocaat, u Y. Melin, avocat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avocată)

(Kawża C-441/20 P)

Rikorent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avocată)

Partijiet oħra fil-proċedura: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn P. Heeren, advocaat, Y. Melin u B. Vigneron, avocats, sussegwentement minn P. Heeren, advocaat, u Y. Melin, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Lulju 2020, Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni (T-110/17, EU:T:2020:315), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea minn Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd huwa miċħud.

3)

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza u fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 378, 9.112020.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ascoli Piceno – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra OL

(Kawża C-517/20 , OL (Estensjoni tal-konċessjonijiet Taljani) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 56 TFUE - Logħob tal-ażżard - Konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir tal-imħatri - Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija - Regolarizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data li jwettqu din l-attività fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ liċenzja tal-pulizija - Estensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minn din ir-regolarizzazzjoni - Terminu ristrett)

(2023/C 164/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Ascoli Piceno

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

OL

fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica presso il Tribunale di Ascoli Piceno

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu estensjoni tal-konċessjonijiet fis-settur tal-logħob tal-ażżard u tad-drittijiet li jirriżultaw mir-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni tad-data li kienu diġà jeżerċitaw, f’data speċifika, attivitajiet ta’ ġbir tal-imħatri għal bookmakers barranin li ma kellhomx konċessjoni u liċenzja tal-pulizija sa fejn tali estensjoni, li tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħalma huwa l-għan li tiġi żgurata t-tkomplija tal-kontroll tal-operaturi f’dan is-settur sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi, ma hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan jew tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 257, 4.7.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – Il-Ġermanja) – QB vs Mercedes-Benz Group AG, preċedentement Daimler AG

(Kawża C-100/21 (1), Mercedes-Benz Group (Responsabbiltà tal-manifatturi ta’ vetturi mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2007/46/KE - Artikolu 18(1) - Artikolu 26(1) - Artikolu 46 - Regolament (KE) Nru 715/2007 - Artikolu 5(2) - Vetturi bil-mutur - Magna diesel - Emissjonijiet ta’ inkwinanti - Valv għar-riċirkulazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) - Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn “firxa ta’ temperaturi” - Apparat ta’ manipulazzjoni - Protezzjoni tal-interessi ta’ xerrej individwali ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni illegali - Dritt għal kumpens abbażi tar-responsabbiltà delittwali tal-manifattur ta’ din il-vettura - Metodu ta’ kalkolu tal-kumpens - Prinċipju ta’ effettività - Artikolu 267 TFUE - Ammissibbiltà - Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn Imħallef uniku)

(2023/C 164/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QB

Konvenut: Mercedes-Benz Group AG, preċedentement Daimler AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Qafas”) kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipproteġu, minbarra interessi ġenerali, l-interessi partikolari tax-xerrej individwali ta’ vettura bil-mutur fil-konfront tal-manifattur tiegħu meta din il-vettura tkun mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni pprojbit, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt f’dan il-qasam, hija l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat li għandha tiddetermina r-regoli dwar il-kumpens għad-dannu effettivament ikkawżat lix-xerrej ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni pprojbit, fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, sakemm dan il-kumpens ikun xieraq għad-dannu mġarrab.


(1)  ĠU C 217, 07.06.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – American Airlines, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Delta Air Lines, Inc.

(Kawża C-127/21 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi - Suq tat-trasport bl-ajru - Operazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Impenji meħudin mill-partijiet fil-konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ anterjorità - Kunċett ta’ “użu xieraq”)

(2023/C 164/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: American Airlines, Inc. (rappreżentanti: J.-P. Poitras, avocat, J. Ruiz Calzado, abogado, J. Wileur, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Franchoo, H. Leupold u L. Wildpanner, bħala aġenti), Delta Air Lines, Inc. (rappreżentanti: C. Angeli, avocate, M. Demetriou, BL, u I. Giles, advocaat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

American Airlines Inc. hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Delta Air Lines Inc. fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-174/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 260(2) TFUE - Obbligu li jittieħdu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali sentenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-obbligu allegat mill-Kummissjoni Ewropea - Assenza ta’ ċarezza tal-ittra ta’ intimazzjoni rigward il-kwistjoni dwar jekk is-sentenza kinitx għadha trid tiġi eżegwita fid-data ta’ riferiment - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Inammissibbiltà)

(2023/C 164/06)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u I. Zaloguin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: inizjalment minn L. Zaharieva, T. Mitova u M. Georgieva, u sussegwentement minn L. Zaharieva u T. Mitova, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Bulgarija.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Colt Technology Services Sp et vs Ministero della Giustizia et

(Kawża C-339/21 (1), Colt Technology Services et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Id-Direttiva (UE) 2018/1972 - Artikolu 13 - Kundizzjonijiet stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali - Punt 4 tal-Parti A tal-Anness I - Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti - Artikolu 3 - Għanijiet ġenerali - Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tar-rimbors tal-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji - Assenza ta’ mekkaniżmu ta’ rimbors sħiħ - Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza)

(2023/C 164/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colt Technology Services SpA, Wind Tre SpA, Telecom Italia SpA, Vodafone Italia SpA, Ministero della Giustizia, Ministero dello Sviluppo economico, Procura Generale della Repubblica presso la Corte d’appello di Reggio Calabria, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Cagliari, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Roma

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Procura Generale della Repubblica presso la Corte d’appello di Reggio Calabria, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Cagliari, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Roma, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Locri, Wind Tre SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 13, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3 u tal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix ir-rimbors sħiħ tal-ispejjeż effettivament sostnuti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiffaċilitaw l-interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta din il-leġiżlazzjoni tkun nondiskriminatorja, proporzjonata u trasparenti.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du canton de Forest – il-Belġju) – ZG vs Beobank SA

(Kawża C-351/21, Beobank) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 47(1)(a) - Informazzjoni għal min iħallas wara li jirċievi l-ordni tal-ħlas tiegħu - Artikoli 58, 60 u 61 - Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas f’każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati - Obbligu ta’ dan il-fornitur li jirrimborsa t-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati lil min iħallas - Kuntratti qafas - Obbligu tal-imsemmi fornitur li jipprovdi lil min iħallas informazzjoni dwar il-benefiċjarju kkonċernat)

(2023/C 164/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du canton de Forest

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZG

Konvenut: Beobank SA

DispożittivT

L-Artikolu 47(1)(a) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas huwa obbligat jipprovdi lil dan tal-aħħar bl-informazzjoni li tippermetti li tiġi identifikata l-persuna fiżika jew ġuridika li bbenefikat minn tranżazzjoni ta’ ħlas iddebitata mill-kont ta’ min iħallas u mhux biss bl-informazzjoni li dan il-fornitur, wara li jkun għamel ħiltu kollha, ikollu fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni ta’ ħlas.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Biogen Netherlands BV (C-438/21 P), Biogen Netherlands BV vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Il-Kummissjoni Ewropea (C-439/21 P), L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini vs Pharmaceutical Works Polpharma S.A, Il-Kummissjoni Ewropea, Biogen Netherlands BV (C-440/21 P)

(Kawżi Magħquda C-438/21 P sa C-440/21 P) (1)

(Appell - Saħħa pubblika - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali Tecfidera - Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea li tikkunsidra li t-Tecfidera ma kienx jaqa’ taħt l-istess awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq bħall-Fumaderm - Prodott mediċinali li fih kombinazzjoni awtorizzat preċedentement - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ulterjuri ta’ komponent tal-prodott mediċinali li fih kombinazzjoni - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq)

(2023/C 164/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-438/21 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bourgois, L. Haasbeek u A. Sipos, sussegwentement minn L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A. (rappreżentanti: N. Carbonnelle, avukat, S. Faircliffe, solicitor, u M. Martens, advocaat), L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: S. Drosos, H. Kerr u S. Marino, aġenti), Biogen Netherlands BV (rappreżentant: C. Schoonderbeek, advocaat)

(Kawża C-439/21 P)

Appellant: Biogen Netherlands BV (rappreżentant: C. Schoonderbeek, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A. (rappreżentanti: N. Carbonnelle, avukat, S. Faircliffe, solicitor, u M. Martens, advocaat), L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: S. Drosos u S. Marino, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bourgois, L. Haasbeek u A. Sipos, sussegwentement minn L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

(Kawża C-440/21 P)

Appellant: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: S. Drosos, H. Kerr u S. Marino, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A. (rappreżentanti: N. Carbonnelle, avukat, S. Faircliffe, solicitor, u M. Martens, advocaat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bourgois, L. Haasbeek u A. Sipos, sussegwentement minn L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti), Biogen Netherlands BV (représentant: C. Schoonderbeek, advocaat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Mejju 2021, Pharmaceutical Works Polpharma vs L-EMA (T-611/18, EU:T:2021:241), hija annullata.

2)

Ir-rikors ta’ Pharmaceutical Works Polpharma S.A. fil-Kawża T-611/18 huwa miċħud.

3)

Pharmaceutical Works Polpharma S.A. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawn sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Biogen Netherlands BV u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Towercast vs Autorité de la concurrence, Ministre chargé de l’économie

(Kawża C-449/21 (1), Towercast)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Artikolu 21(1) - Applikazzjoni esklużiva ta’ dan ir-regolament għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “konċentrazzjoni” - Portata - Operazzjoni ta’ konċentrazzjoni nieqsa minn dimensjoni Komunitarja li tkun tinsab taħt il-limiti ta’ kontroll ex ante obbligatorju previsti mid-dritt nazzjonali u li ma tkunx tat lok għal riferiment lill-Kummissjoni Ewropea - Kontroll mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ dan l-Istat Membru ta’ tali operazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 102 TFUE - Ammissibbiltà)

(2023/C 164/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Towercast

Konvenuti: Autorité de la concurrence, Ministre chargé de l’économie

fil-preżenza ta’: Tivana Topco SA, Tivana Midco SARL, TDF Infrastructure Holding SAS, TDF Infrastructure SAS, Tivana France Holdings SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li operazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi, nieqsa minn dimensjoni Komunitarja, fis-sens tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, li tkun tinsab taħt il-limiti minimi ta’ kontroll ex ante obbligatorju previsti mid-dritt nazzjonali u li ma tkunx tat lok għal riferiment lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 22 tal-imsemmi regolament, tkun analizzata minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru bħala li tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 102 TFUE fid-dawl tal-istruttura tal-kompetizzjoni fis-suq ta’ dimensjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ana Calhau Correia de Paiva

(Kawża C-511/21 P) (1)

(Appell - Sistema lingwistika - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/293/14 - Avviż ta’ kompetizzjoni - Għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni limitata għal-lingwa Ġermaniża, Ingliża u dik Franċiża - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni - Ammissibbiltà)

(2023/C 164/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio, B. Schima u L. Vernier, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ana Calhau Correia de Paiva (rappreżentanti: D. Rovetta u V. Villante, avvocati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija ordnata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Ana Calhau Correia de Paiva f’dan l-appell.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pfälzisches Oberlandesgericht – il-Ġermanja) – MS vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-522/21 (1), Saatgut-Treuhandverwaltung (KWS Meridian))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Deroga prevista fl-Artikolu 14(3) - Artikolu 94(2) - Ksur - Dritt għal kumpens - Regolament (KE) Nru 1768/95 - Artikolu 18(2) - Kumpens għad-dannu - Ammont minimu fil-forma ta’ somma f’daqqa kkalkolat fuq il-bażi ta’ erba’ darbiet it-tariffa tal-liċenzja - Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea - Invalidità)

(2023/C 164/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Pfälzisches Oberlandesgericht Zweibrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MS

Konvenut: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98 tat-3 ta’ Diċembru 1998, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Caixabank SA vs X

(Kawża C-565/21 (1), Caixabank (Kummissjoni għall-ftuħ ta’ self))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 3, 4 u 5 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Klawżola ta’ kummissjoni għall-ftuħ tas-self - Talba għall-annullament ta’ din il-klawżola u għall-ħlas lura tal-ammont imħallas abbażi tagħha - Natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli - Eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika)

(2023/C 164/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caixabank SA

Konvenut: X

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fid-dawl ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-kummissjoni tal-ftuħ hija remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-għoti jew mal-ipproċessar tas-self jew tal-kreditu ipotekarju jew għal servizzi simili oħra, tqis li l-klawżola li tistabbilixxi tali kummissjoni tagħmel parti mis-“suġġett prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minħabba li hija wieħed mill-komponenti prinċipali tal-prezz.

2)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali li tipprevedi l-ħlas mill-persuna li tissellef ta’ kummissjoni tal-ftuħ, il-qorti kompetenti għandha tivverifika, fid-dawl tal-punti ta’ fatt rilevanti kollha, li l-persuna li tissellef kienet effettivament tqiegħdet f’pożizzjoni li tevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għaliha minn din il-klawżola, li tifhem in-natura tas-servizzi pprovduti bħala korrispettiv tal-ispejjeż previsti fl-imsemmija klawżola u li tivverifika li ma teżistix sovrappożizzjoni bejn id-diversi spejjeż previsti fil-kuntratt jew bejn is-servizzi li għalihom dawn l-ispejjeż jikkostitwixxu r-remunerazzjoni.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola kuntrattwali li tipprevedi, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-ħlas mill-persuna li tissellef ta’ kummissjoni tal-ftuħ intiża bħala remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-kostituzzjoni u mal-ipproċessar ippersonalizzat ta’ talba għal self jew għal kreditu ipotekarju, tista’, jekk ikun il-każ, ma toħloqx, għad-detriment tal-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, kemm-il darba l-eventwali eżistenza ta’ tali żbilanċ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ effettiv min-naħa tal-qorti kompetenti, konformement mal-kriterji li joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 51, 31.1.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba' Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-696/21 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Sitt u s-Seba Programm-Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006 u 2007-2013) - Programm-Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni “Horizon 2020” (2014-2020) - Spejjeż eliġibbli - Tpaċija ta’ krediti - Talba għar-rimbors - Ammissibbiltà tar-rikors - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni)

(2023/C 164/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant(i): GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (rappreżentant: Ch. Mayer, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, M. Ilkova u L. Mantl, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 73, 14.02.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – SOMEO S.A, li kienet PEARL STREAM S.A. vs Republika Slovenija

(Kawża C-725/21 (1), SOMEO)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 9401 90 80 - Partijiet ta’ sits għal vetturi bil-mutur - Xibka għall-fabrikazzjoni ta’ kompartimenti mqiegħda fuq in-naħa ta’ wara tas-sits - Protezzjoni għall-parti ta’ ġewwa tas-sits)

(2023/C 164/15)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SOMEO S.A, li kienet PEARL STREAM S.A.

Konvenut: Republika Slovenija

Dispożittiv

L-intestatura 9401 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta’ Ottubru 2015, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

il-kunċett ta’ “partijiet” ta’ sit ta’ vettura bil-mutur ma jkoprix merkanzija li ma hijiex indispensabbli sabiex tali sit ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Haskovo – il-Bulgarija) – JP EOOD vs Otdel “Mitnichesko razsledvane i razuznavane” /MRR/ v TD “Mitnitsa Burgas”

(Kawża C-752/21 (1), Otdel “Mitnichesko razsledvane i razuznavane”)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Rimedji ġudizzjarji - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI - Kuntrabandu doganali - Beni ta’ terz maqbudin fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ta’ natura kriminali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lil dan it-terz mill-kategorija ta’ persuni awtorizzati jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni ta’ sanzjoni amministrattiva li tordna l-qbid)

(2023/C 164/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Haskovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JP EOOD

Konvenut: Otdel “Mitnichesko razsledvane i razuznavane” /MRR/ v TD “Mitnitsa Burgas”

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Haskovo

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix dritt għal azzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ sanzjoni amministrattiva għal persuna li l-beni tagħha jkunu ġew maqbuda abbażi ta’ tali deċiżjoni iżda li ma titqiesx, f’din id-deċiżjoni, bħala l-awtriċi tal-ksur amministrattiv li huwa marbut mas-sanzjoni li ġiet imposta.

2)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma japplikax għal deċiżjoni dwar att li ma jikkostitwixxix reat kriminali.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – il-Polonja) – M.B., U.B., M.B. vs X S.A.

(Kawża C-6/22 (1), M. B. et (Effetti ta’ invalidazzjoni ta’ kuntratt))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Id-Direttiva 93/13/KEE - Klawsoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - L-Artikoli 6 u 7 - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawsola - Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija - Eżistenza tal-kuntratt mingħajr klawsoli inġusti - Ir-rieda tal-konsumatur li l-kuntratt jiġi invalidat - Applikazzjoni tad-direttiva wara l-invalidazzjoni tal-kuntratt - Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali)

(2023/C 164/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.B., U.B., M.B.

Konvenut: X S.A.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fil-każ ta’ invalidazzjoni ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur minħabba n-natura inġusta ta’ waħda mill-klawżoli tiegħu, huma l-Istati Membri, permezz tad-dritt nazzjonali tagħhom, li għandhom jirregolaw l-effetti ta’ din l-invalidazzjoni b’osservanza tal-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva lill-konsumatur, b’mod partikolari, billi jiggarantixxu l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li kien ikun fiha fl-assenza ta’ din il-klawżola inġusta.

2)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li l-qorti nazzjonali, minn naħa, teżamina ex officio, mingħajr ebda prerogattiva li tirrikonoxxilha d-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward, is-sitwazzjoni patrimonjali tal-konsumatur li jkun talab l-invalidazzjoni tal-kuntratt li jkun jorbtu ma’ bejjiegħ jew fornitur minħabba l-preżenza ta’ klawżola inġusta li mingħajrha l-kuntratt ma jistax legalment jibqa’ fis-seħħ, anki jekk din l-invalidazzjoni tista’ tesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment sfavorevoli u, min-naħa l-oħra, tirrifjuta li tikkonstata l-imsemmija invalidazzjoni meta l-konsumatur talabha espressament, wara li jkun ġie infurmat b’mod objettiv u eżawrjenti bil-konsegwenzi legali kif ukoll bil-konsegwenzi ekonomiċi partikolarment sfavorevoli li hija jista’ jkollha fir-rigward tiegħu.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li l-qorti nazzjonali wara li tkun ikkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, tkun tista’ tirrimedja l-lakuni li jirriżultaw mit-tneħħija tal-klawżola inġusta inkluża fih permezz tal-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li ma għandhiex in-natura ta’ dispożizzjoni supplenti. Madankollu, hija għandha tieħu, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu tagħha, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tipproteġi lill-konsumatur mill-konsegwenzi partikolarment dannużi li l-annullament tal-kuntratt jista’ jikkawża fil-konfront tiegħu.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – NJ, OZ vs An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General

(Kawża C-9/22 (1), An Bord Pleanála et (Sit ta’ St Teresa’s Gardens))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Artikolu 3(2)(a) - Evalwazzjoni ambjentali - Att mhux statutorju ppreparat minn kunsill komunali u minn kuntrattur - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Artikolu 3(1) - Obbligu ta’ identifikazzjoni, ta’ deskrizzjoni u ta’ evalwazzjoni b’mod xieraq, skont kull każ partikolari, tal-effetti diretti u indiretti ta’ proġett - Linji Gwida Ministerjali vinkolanti dwar l-għoli tal-bini)

(2023/C 164/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NJ, OZ

Konvenuti: An Bord Pleanála, Ireland, Attorney General

fil-preżenza ta’: DBTR-SCR1 Fund, a Sub Fund of TWTC Multi-Family ICAV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

pjan ikun jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva meta, l-ewwel, ikun tħejja minn awtorità fuq livell lokali b’kollaborazzjoni ma’ żviluppatur ikkonċernat minn dan il-pjan u jkun ġie adottat minn din l-awtorità, it-tieni, ikun ġie adottat abbażi ta’ dispożizzjoni inkluża fi pjan jew programm ieħor u, it-tielet, ikun jipprevedi żviluppi differenti minn dawk previsti fi pjan jew programm ieħor, bil-kundizzjoni madankollu li dan ikun tal-inqas ta’ natura vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal proġetti.

2)

Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, meta huma jiddeċiedu jekk jagħtux jew le awtorizzazzjoni għal proġett, jaġixxu b’mod konformi ma’ linji gwida li jeżiġu ż-żieda, jekk ikun possibbli, tal-għoli tal-bini u li kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Generali Seguros SA, preċedentement Global, Companhia de Seguros SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/22 (1), Generali Seguros)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni mill-VAT - Artikolu 135(1)(a) - Eżenzjoni ta’ mit-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni - Artikolu 136(a) - Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ oġġetti użati esklużivament għal attività eżentata - Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni” - Bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur danneġġati mixtrija mingħand l-assigurati - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

(2023/C 164/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Generali Seguros SA, preċedentement Global, Companhia de Seguros SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-tranżazzjonijiet li jikkonsistu, għal impriża ta’ assigurazzjoni, fil-bejgħ lil terzi ta’ vetturi bil-mutur, danneġġati f’inċidenti koperti minn din l-impriża, li hija xtrat mingħand l-assigurati tagħha, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 136(a) tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tranżazzjonijiet li jikkonsistu, għal impriża ta’ assigurazzjoni, fil-bejgħ lil terzi ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur, danneġġati f’inċidenti koperti minn din l-impriża, li hija xtrat mingħand l-assigurati tagħha ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix l-assenza ta’ eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jikkonsistu, għal impriża ta’ assigurazzjoni, fil-bejgħ lil terzi ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur, danneġġati f’inċidenti koperti mill-imsemmija impriża, li hija akkwistat mingħand l-assigurati tagħha meta dawn l-akkwisti ma jkunux taw lok għal dritt għal tnaqqis.


(1)  ĠU C 171, 25.04.2022


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Sogefinancement vs RW, UV

(Kawża C-50/22 (1), Sogefinancement)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Dritt ta’ rtirar - Artikolu 14(7) - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma tistax tibda - Regoli proċedurali nazzjonali li jirregolaw l-invokazzjoni ex officio u s-sanzjoni, mill-qorti nazzjonali, ta’ ksur ta’ tali dispożizzjonijiet - Artikolu 23 - Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi)

(2023/C 164/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sogefinancement

Konvenuti: RW, UV

Dispożittiv

L-Artikolu 14(7) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ir-regoli proċedurali nazzjonali li jirregolaw l-invokazzjoni ex officio u s-sanzjoni, mill-qorti nazzjonali, tal-ksur, mill-persuna li ssellef, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu ma tistax tibda ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – JA vs Wurth Automotive GmbH

(Kawża C-177/22 (1), Wurth Automotive)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Aġir tal-persuna li tinvoka l-kwalità ta’ konsumatur li tista’ tagħti lok għall-impressjoni, fir-rigward tal-parti l-oħra fil-kuntratt, li hija qiegħda taġixxi għal finijiet professjonali)

(2023/C 164/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JA

Konvenut: Wurth Automotive GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna li kkonkludiet kuntratt li jaqa’ taħt il-punt (c) ta’ din id-dispożizzjoni tistax tiġi kklassifikata bħala “konsumatur”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet attwali jew futuri mfittxija mill-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, indipendentement min-natura tal-attività eżerċitata minn din il-persuna bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

2)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna li kkonkludiet kuntratt li jaqa’ taħt il-punt (c) ta’ din id-dispożizzjoni tistax tiġi kklassifikata bħala “konsumatur”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni l-impressjoni mogħtija mill-aġir ta’ din il-persuna lill-parti kontraenti tagħha, li tikkonsisti, b’mod partikolari, fl-assenza ta’ reazzjoni mill-persuna li tinvoka l-kwalità ta’ konsumatur għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jindikawha bħala imprenditriċi, fil-fatt li hija kkonkludiet dan il-kuntratt permezz ta’ intermedjarju li jeżerċita attivitajiet professjonali fil-kuntest tal-qasam li jagħmel parti minnu l-imsemmi kuntratt, li, wara l-iffirmar tal-istess kuntratt, ikun staqsa lill-parti l-oħra dwar il-possibbiltà li tiġi indikata l-VAT fuq il-fattura relatata jew anki fil-fatt li tkun biegħet l-oġġett li huwa s-suġġett tal-kuntratt ftit wara l-konklużjoni tiegħu u possibbilment għamlet profitt.

3)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta jirriżulta impossibbli li jiġu ddeterminati b’mod suffiċjenti fid-dritt, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ qorti nazzjonali, ċerti fatti marbuta mal-konklużjoni ta’ kuntratt, fir-rigward b’mod partikolari ta’ ċerti indikazzjonijiet ta’ dan il-kuntratt jew tal-involviment ta’ intermedjarju waqt din il-konklużjoni, il-qorti għandha tevalwa l-valur probatorju ta’ din l-informazzjoni skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali, inkluż il-kwistjoni dwar jekk il-benefiċċju tad-dubju għandux jingħata lill-persuna li tinvoka l-kwalità ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 213, 30.05.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – État belge, Promo 54 vs Promo 54, État belge

(Kawża C-239/22 (1), État belge u Promo 54)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 12(1) u (2) - Kunsinna ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini, imwettqa qabel l-ewwel okkupazzjoni tal-bini - Assenza ta’ dispożizzjonijiet fid-dritt intern li jipprevedu r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju marbut mal-ewwel okkupazzjoni - Artikolu 135(1)(j) - Eżenzjonijiet - Kunsinna, wara trasformazzjoni, ta’ bini li kien is-suġġett tal-ewwel okkupazzjoni qabel it-trasformazzjoni - Duttrina amministrattiva nazzjonali li tikkunsidra l-bini li tkun saritlu trasformazzjoni kunsiderevoli daqslikieku huwa bini ġdid)

(2023/C 164/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État belge, Promo 54

Konvenuti: Promo 54, État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) u (2) tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-eżenzjoni prevista f’din l-ewwel dispożizzjoni fir-rigward tal-kunsinna ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqha jinsab il-bini, minbarra dawk li l-kunsinna tagħhom titwettaq qabel l-ewwel okkupazzjoni tagħhom, tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ bini li kien is-suġġett tal-ewwel okkupazzjoni qabel it-trasformazzjoni tiegħu, anki jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx iddefinixxa, fid-dritt intern, ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-ewwel okkupazzjoni għat-trasformazzjonijiet ta’ proprjetajiet immobbli, kif kienet tippermettilu jagħmel it-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 257, 4.7.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Bolloré logistics SA vs Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

(Kawża C-358/22 (1), Bolloré logistics)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 195 - Artikolu 217(1) - Artikolu 221(1) - Tariffa doganali komuni - Obbligi tal-garanti tad-debitur ta’ dejn doganali - Modalitajiet ta’ komunikazzjoni tad-dejn doganali - Dazji li jikkorrispondu għal dan id-dejn ma ġewx ikkomunikati regolarment lid-debitur tad-dejn - Eżiġibbiltà tad-dejn doganali mingħand il-garanti in solidum)

(2023/C 164/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bolloré logistics SA

Konvenut: Direction interrégionale des douanes et droits indirects de Caen, Recette régionale des douanes et droits indirects de Caen, Bolloré Ports de Cherbourg SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 195, l-Artikolu 217(1) u l-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jeżiġu l-ħlas ta’ dejn doganali mingħand il-garanti msemmi fl-Artikolu 195 sakemm l-ammont tad-dazji ma jkunx ġie kkomunikat lid-debitur b’mod regolari.


(1)  ĠU C 340, 5.9.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – W.Ż. vs A. S., Sąd Najwyższy (C-491/20), W. Ż. vs K. Z. (C-492/20), P. J. vs A. T., R. W., Sąd Najwyższy (C-493/20), K. M. vs T. P., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-494/20), T. M. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., G. Z., A. S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-495/20), M. F. vs T. P. (C-496/20), T. B. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., G. Z., A. S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-506/20), M. F. vs J. M. (C-509/20), B. S. vs T. D., M. D., P. K., J. L., M. L., O. N., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy (C-511/20),

(Kawżi magħquda C-491/20 sa C-496/20, C-506/20, C-509/20 u C-511/20 (1), Sąd Najwyższy et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Neċessità ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha - Assenza - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 164/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-491/20)

Rikorrent: W.Ż.

Konvenuti: A. S., Sąd Najwyższy

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-492/20)

Rikorrent: W.Ż.

Konvenuti: K.Z., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-493/20)

Rikorrent: P.J.

Konvenuti: A.T., R.W., Sąd Najwyższy

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-494/20)

Rikorrent: K.M.

Konvenuti: T.P., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy,

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-495/20)

Rikorrent: T.M.

Konvenuti: T.D., M.D., P.K., J.L., M.L., O.N., G.Z., A.S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy,

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-496/20)

Rikorrent: M.F.

Konvenut: T.P.,

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-506/20)

Rikorrent: T.B.

Konvenuti: T.D., M.D., P.K., J.L., M.L., O.N., G.Z., A.S., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy,

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

(Kawża C-509/20)

Rikorrent: M.F.

Konvenut: J.M.

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, Rzecznik Praw Obywatelskich

(Kawża C-511/20)

Rikorrent: B.S.

Konvenuti: T.D., M.D., P.K., J.L., M.L., O.N., Skarb Państwa – Sąd Najwyższy

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych) (il-Qorti Suprema (l-Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali), il-Polonja) permezz tad-deċiżjonijiet tal-15 ta’ Lulju 2020, huma inammissibbli.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht) – l-Awstrija – XO vs Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel

(Kawża C-574/20 (1), Finanzamt Österreich)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-familja - Indiċjar skont il-prezzijiet - Risposta għal domanda preliminari li tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ rabta bejn id-domanda preliminari u t-tilwima fil-kawża prinċipali - Domanda manifestament inammissibbli)

(2023/C 164/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XO

Konvenuta: Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rreleva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, fid-dawl tal-Artikolu 45 TFUE.

2)

It-tieni domanda preliminari magħmula mill-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija) hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri mibdija minn TBI Bank

(Kawża C-379/21 (1), TBI Bank)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kreditu għall-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) - Klawżoli inġusti - Rifjut li tinħareġ ordni ta’ ħlas immedjat fil-każ ta’ pretensjoni bbażata fuq klawsola inġusta - Konsegwenzi relatati man-natura inġusta ta’ klawsola kuntrattwali - Istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri li ma josservawx l-imsemmija konsegwenzi)

(2023/C 164/26)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TBI Bank

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-qorti nazzjonali, adita b’talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas u meta d-debitur-konsumatur ma jipparteċipax fil-proċeduri sal-ħruġ tagħha, hija marbuta li tiċħad ex officio l-applikazzjoni ta’ klawżola abbużiva fil-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi konkluż bejn dan il-konsumatur u l-bejjiegħ jew fornitur ikkonċernat, li fuqha hija bbażata parti tal-pretensjoni invokata. F’dan il-każ, din il-qorti għandha l-għażla li parzjalment tiċħad din it-talba, bil-kundizzjoni, minn naħa, li dan il-kuntratt ikun jista’ jeżisti mingħajr ebda modifika, reviżjoni jew żieda oħra, li hija l-qorti msemmija li għandha tivverifika dan, u, min-naħa l-oħra, li l-pretensjonijiet li joħorġu minn din il-klawżola jistgħu jiġu distinti mill-kumplament tat-talba.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li

jipprekludi li qorti nazzjonali, li għandha tiddeċiedi kawża wara li din tintbagħat lura lilha minn qorti superjuri, tkun marbuta, skont il-liġi proċedurali nazzjonali, bl-evalwazzjonijiet magħmula fid-dritt kif ukoll minn struzzjonijiet maħruġa mill-qorti superjuri, jekk tqis, fid-dawl tal-interpretazzjoni li talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja, li dawn l-evalwazzjonijiet u istruzzjonijiet ma jisiltux il-konsegwenzi legali tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi.


(1)  ĠU C 368, 13.9.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja – W Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-729/21 (1), Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 19 - Kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” - Kuntratt ta’ bejgħ li jirrigwarda ċentru kummċerċjali - Trasferiment ta’ impriża - Trasferiment parzjali tal-elementi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża)

(2023/C 164/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: W. Sp. z o. o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi

Dispożittiv

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li t-“trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud, mingħajr ma jissuġġetta l-applikabbiltà tagħha għal kundizzjoni li l-benefiċjarju għandu jkun ittrattat bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment.

2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jaqa taħt il-kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom” it-trasferiment ta’ parti minn impriża, minkejja li l-elementi tanġibbli u intanġibbli li jikkostitwixxuha ma kinux ġew ittrasferiti lix-xerrej, bil-kundizzjoni li l-elementi ttrasferiti kollha jkunu suffiċjenti sabiex din l-impriża tkun tista’ teżerċita attività ekonomika awtonoma.


(1)  ĠU C 128, 21.3.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 11 de Barcelona – Spanja) – QJ u IP vs Deutsche Bank AG

(Kawżi magħquda C-198/22 u C-199/22 (1))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 101 TFUE - Direttiva 2014/104/UE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni - Termini ta’ preskrizzjoni - Ksur imwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva - Protezzjoni tal-konsumaturi)

(2023/C 164/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 11 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QJ (C-198/22)

Rikorrent: IP (C-199/22)

Konvenut: Deutsche Bank AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza nazzjonali, li tgħid li t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għal rikors għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea ppreżentat minn konsumatur jibda jiddekorri mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tas-sunt tad-deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha ġie kkonstatat dan il-ksur, peress li jista’ raġonevolment jitqies li l-persuna leża saret konxja mill-elementi indispensabbli li jippermettulha tressaq azzjoni għad-danni fid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

2)

L-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tagħha jkopri rikors għad-danni għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li, għalkemm jirrigwarda ksur li ntemm qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, ġie ppreżentat wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li jittrasponuha fid-dritt nazzjonali, sa fejn it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għal dan ir-rikors ma skadiex qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva.


(1)  Data tal-preżentata: 14.03.2022

(2)  ĠU 2014, L 349, p. 1.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – A.T.S. 2003 Vagyonvédelmi és Szolgáltató Zrt., fi stralċ vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-289/22 (1), A.T.S. 2003)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168 u 178 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Evażjoni tat-taxxa - Prova - Obbligu ta’ diliġenza tal-persuna taxxabbli - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni)

(2023/C 164/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.T.S. 2003 Vagyonvédelmi és Szolgáltató Zrt., fi stralċ

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi prattika nazzjonali li tikkonsisti fil-klassifikazzjoni bħala “eżerċizzju illegali tad-dritt” l-għażla ta’ persuna taxxabbli li teżerċita attività ekonomika taħt il-forma li tippermettilha tnaqqas l-ispejjeż ekonomiċi tagħha u li tirrifjuta, għal din ir-raġuni, lil din il-persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, meta ma tiġix stabbilita l-eżistenza ta’ struttura purament artifiċjali, nieqsa minn realtà ekonomika, maħsuba bl-għan waħdieni jew, għall-inqas, bl-għan prinċipali, li jinkiseb vantaġġ fiskali li l-għoti tiegħu jmur kontra l-għanijiet ta’ din id-direttiva.

2)

Id-Direttiva 2006/112

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

hija ma tipprekludix li l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatat ma’ provvista ta’ servizzi, billi tibbaża ruħha fuq konstatazzjonijiet li jirriżultaw minn xhieda li fid-dawl tagħhom din l-awtorità tat-taxxa poġġiet indiskussjoni r-realtà ta’ din il-provvista ta’ servizzi jew qieset li din kienet involuta f’evażjoni tal-VAT, jekk, fl-ewwel każ, ma jkunx stabbilit mill-persuna taxxabbli li l-imsemmija provvista ta’ servizzi tkun effettivament twettqet jew jekk, fit-tieni każ, ikun stabbilit mill-imsemmija awtorità tat-taxxa, konformement mar-regoli tal-prova tad-dritt nazzjonali, li din il-persuna taxxabbli wettqet evażjoni tal-VAT jew kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata biex tistabbilixxi d-dritt għal tnaqqis kienet involuta f’tali evażjoni tat-taxxa.

3)

Id-Direttiva 2006/112

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi lill-awtorità tat-taxxa milli tirrifjuta lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis billi tqis bħala prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) il-fatt li din il-persuna taxxabbli, jew operaturi oħra li jintervjenu f’ras il-għajn fil-katina tal-provvista ta’ servizzi, kisru r-regoli nazzjonali li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni, mingħajr ma tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta bejn dan il-ksur u d-dritt għal tnaqqis tal-VAT;

tali ksur jista’ madankollu, skont iċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ, jikkostitwixxi ħjiel fost oħrajn tal-eżistenza ta’ tali evażjoni tat-taxxa kif ukoll prova li tista’ tiġi aċċettata, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali ta’ dawn iċ-ċirkustanzi kollha, sabiex jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli hija l-awtur tiegħu jew ipparteċipat attivament fih, jew sabiex jiġi stabbilit li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta f’din l-evażjoni;

hija l-awtorità tat-taxxa li għandha tikkaratterizza l-elementi kostituttivi tal-evażjoni tal-VAT, li għandha tipproduċi l-prova tal-aġir frawdolenti u li għandha tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli hija l-awtur ta’ din l-evażjoni jew li pparteċipat attivament fiha, jew kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta f’din l-evażjoni;

dan ir-rekwiżit ma jimplikax neċessarjament li jiġu identifikati l-atturi kollha tal-evażjoni kif ukoll l-aġir rispettiv kollu tagħhom.

4)

Id-Direttiva 2006/112, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma hijiex, bħala prinċipju, il-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li għandha tivverifika li l-fornitur u l-operaturi l-oħra li jintervjenu fl-istadju preċedenti tal-katina ta’ servizzi osservaw ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni kif ukoll ir-regoli nazzjonali l-oħra li japplikaw għall-attività tagħhom. Madankollu, fil-preżenza ta’ indizji, li jirriżultaw mill-ksur ta’ dawn ir-regoli u li huma ta’ natura li jnisslu fil-persuna taxxabbli, fil-mument tal-akkwist li hija tagħmel, suspetti dwar l-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ evażjoni tat-taxxa, jista’ jiġi rikjest minn din il-persuna taxxabbli li turi diliġenza ikbar u li tieħu l-miżuri li jistgħu raġonevolment jiġu mistennija minnha sabiex tiżgura ruħha li, permezz ta’ dan l-akkwist, hija ma tipparteċipax fi tranżazzjoni involuta f’evażjoni tal-VAT.


(1)  ĠU C 266, 11.07.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Sofia – il-Bulgarija) – HO vs “EUROBANK BULGARIA” AD

(Kawża C-350/22 (1), Eurobank Bulgaria)

(Tħassir tal-kawża)

(2023/C 164/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Sofia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HO

Konvenut:“EUROBANK BULGARIA” AD

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2023, il-kawża ġiet imħassra mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 31.5.2022


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Armaprocure SRL vs Ministerul Apărării Naţionale, BlueSpace TECHNOLOGY SRL

(Kawża C-493/22 (1), ARMAPROCURE)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2009/81/KE - Artikolu 55(4) - Artikolu 57(2) - Interess ġuridiku - Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni - Offerent eskluż mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret definittiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad lil tali offerent minn aċċess għal rimedju - Assenza ta’ interess ġuridiku)

(2023/C 164/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent fl-ewwel istanza u appellant: Armaprocure SRL

Konvenuti: Ministerul Apărării Naţionale, BlueSpace Technology SRL

Dispożittiv

L-Artikolu 55(4) u l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li offerent eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret definittiva jista’ jkollu rimedju kontra l-kuntratt konkluż mal-offerent magħżul.


(1)  Data tal-preżentata: 22/07/2022


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – Il-Polonja) – Dunaj-Finanse sp. z o.o. vs KG

(Kawża C-530/22 (1), Dunaj-Finanse)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport ferrovjarju - Drittijiet u obbligi tal-vjaġġaturi - Regolament (KE) Nru 1371/2007 - Artikolu 3(8) - Kuntratt ta’ trasport - Kunċett - Vjaġġatur mingħajr biljett fil-mument li jirkeb abbord ferrovija - Protezzjoni tal-konsumaturi)

(2023/C 164/32)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dunaj-Finanse sp. z o.o.

Konvenut: KG

Dispożittiv

L-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) u (2) tal-Appendiċi A tal-Anness I ta’ dan ir-regolament,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li ebda kuntratt ta’ trasport ma jiġi konkluż bejn trasportatur u passiġġier li jirkeb abbord ferrovija liberament aċċessibbli mingħajr ma jkollu l-intenzjoni li jixtri biljett.


(1)  Data tal-preżentata: 09.08.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/26


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 minn Olimp Laboratories sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-7 ta Settembru 2022 fil-Kawża T-9/22 – Olimp Laboratories vs EUIPO

(Kawża C-681/22)

(2023/C 164/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: Olimp Laboratories sp. z o.o. (rappreżentanti: M. Kondrat, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta digriet tas-27 ta Frar 2023 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-275/21, Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski

(Kawża C-788/22 P)

(2023/C 164/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Louis Vuitton Malletier SAS (rappreżentanti: P. Roncaglia u N. Parrotta, avvocati, u P.-Y. Gautier, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-21 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Louis Vuitton Malletier SAS kellha tbati l-ispejjeż tagħha.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra MG

(Kawża C-792/22, Energotehnica)

(2023/C 164/35)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Braşov

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

MG

Partijiet ċivili: LV, CRA, LCM

Parti responsabbli fid-dritt ċivili: SC Energotehnica SRL Sibiu

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-ħaddiema u l-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-persuna li timpjega, stabbiliti mill-Artikolu 1(1) u (2) u mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (1), trasposta fid-dritt nazzjonali mil-Legea nr. 319/2006 a securității și sănătății în muncă (il-Liġi Nru 319/2006 dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol), moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, [kif interpretata] b’deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali, li abbażi tagħha qorti amministrattiva tista’ tiddetermina, b’mod definittiv, fuq talba tal-persuna li timpjega u fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja biss mal-awtorità amministrattiva tal-Istat, il-klassifikazzjoni ta’ avveniment bħala li ma huwiex inċident fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-imsemmija direttiva u b’hekk tipprevjeni lill-qorti kriminali, adita kemm mill-prosekutur bl-azzjoni kriminali kontra l-ħaddiem responsabbli, kif ukoll mill-parti ċivili bl-azzjoni ċivili kontra l-istess persuna li timpjega bħala parti responsabbli fid-dritt ċivili fil-proċeduri kriminali u kontra l-impjegat tagħha, milli tipprovdi soluzzjoni differenti għal dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-istess avveniment bħala inċident fuq il-post tax-xogħol, [klassifikazzjoni] li tikkostitwixxi element kostituttiv tar-reati fil-proċeduri kriminali (li fl-assenza tiegħu ma jista’ jkun hemm ebda responsabbiltà kriminali u lanqas responsabbiltà ċivili marbuta ma’ dik kriminali), fid-dawl tal-awtorità ta’ res judicata tad-deċiżjoni amministrattiva finali?

2)

Fil-każ [ta’ risposta] fl-affermattiv [għall-ewwel domanda], il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li bis-saħħa tagħhom il-qrati nazzjonali ordinarji huma marbuta bid-deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, għal din ir-raġuni u bir-riskju li jitwettaq nuqqas dixxiplinari, iħallu mhux applikata ex officio l-ġurisprudenza li tirriżulta mid-deċiżjonijiet imsemmija, anki jekk iqisu, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-ġurisprudenza tmur kontra l-Artikolu 1(1) u (2) u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/391, trasposta fid-dritt nazzjonali mil-Liġi Nru 319/2006, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-30 ta’ Diċembru 2022 – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) vs Bernardino

(Kawża C-796/22, INSS)

(2023/C 164/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS).

Konvenut: Bernardino.

Parti oħra fil-proċedura: Lliza SL

Domandi preliminari

1)

It-terminu “kondizzjonijiet tax-xogħol”, previst fil-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi benefiċċju tas-sigurtà soċjali għall-irtirar parzjali li l-benefiċjarji tiegħu jistgħu jkunu biss il-ħaddiema full-time u mhux dawk part-time?

2)

It-terminu “ħaddiema part-time”, previst fil-Klawżoli 2 u 3 tad-Direttiva 97/81/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi l-ħaddiema staġjonali?

3)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 97/81/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni li teskludi lill-ħaddiema part-time mill-aċċess għall-pensjoni tal-irtirar parzjali b’kuntratt ta’ sostituzzjoni, peress li din hija diskriminazzjoni mhux iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi, meta mqabbla mal-ħaddiema full-time?

4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik nazzjonali li teskludi lill-ħaddiema part-time milli jkunu benefiċjarji u għalhekk milli jkollhom aċċess għall-pensjoni tal-irtirar parzjali (bil-konklużjoni fl-istess ħin ta’ kuntratt ta’ sostituzzjoni), sa fejn din tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess li ma hijiex iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 1, p. 215.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sectorului 6 Bucureşti (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2023 – M.-A.A. vs Direcţia de Evidenţă a Persoanelor Cluj, Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne, Municipiul Cluj-Napoca, bl-intervent ta’: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării, Asociația Accept

(Kawża C-4/23, Asociaţia Accept)

(2023/C 164/37)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Sectorului 6 Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.-A.A.

Konvenuti: Direcţia de Evidenţă a Persoanelor Cluj, Direcţia pentru Evidenţa Persoanelor şi Administrarea Bazelor de Date din Ministerul Afacerilor Interne, Municipiul Cluj-Napoca

Intervenjenti: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării, Asociația Accept

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-Artikolu 43(i) u l-Artikolu 57 tal-Legea nr. 119/1996 privind actele de stare civilă (il-Liġi Nru 119/1996 dwar l-Atti tal-Istat Ċivili) ma jirrikonoxxux bidliet fl-indikazzjoni tal-ġeneru u fl-isem tal-istat ċivili miksuba fi Stat Membru ieħor minn raġel transġeneru li għandu ċittadinanza doppja (Rumena u ta’ Stat Membru ieħor), wara li jkun għadda b’suċċess mill-proċedura legali tar-rikonoxximent tal-ġeneru, u jitolbu liċ-ċittadin Rumen jibda proċedura ġudizzjarja distinta fir-Rumanija, kontra d-dipartiment lokali tar-reġistru pubbliku u tal-istat ċivili, proċedura li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kienet nieqsa miċ-ċarezza u mill-prevedibbiltà (Qorti EDB, 19 ta’ Jannar 2021, X u Y vs Ir-Rumanija, rikorsi Nru 2145/16 u Nru 20607/16, CE:ECHR:2021:0119JUD000214516) u li tista’ twassal għal deċiżjoni kuntrarja għal dik mogħtija fl-Istat Membru l-ieħor, jipprekludi l-eżerċizzju tad-dritt għaċ-ċittadinanza Ewropea (l-Artikolu 20 TFUE) u/jew id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 21 TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) f’kundizzjonijiet ta’ dinjità, ta’ ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u ta’ nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 2 TUE, l-Artikolu 18 TFUE u l-Artikoli 1, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), u fir-rispett tad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)?

2)

Il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda preċedenti, b’mod partikolari jekk (i) il-proċedura għall-bidla tal-istat ċivili bdiet qabel il-Brexit u tlestiet matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, u (ii) l-impatt tal-Brexit ifisser li l-persuna ma tistax tuża d-drittijiet relatati maċ-ċittadinanza Ewropea, inkluż id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza, ħlief fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ identità jew tal-ivvjaġġar Rumeni li fihom tidher b’ġeneru u isem femminili, bil-kontra tal-identità tal-ġeneru diġà rikonoxxuta legalment?


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Jannar 2023 – Remia Com Impex SRL vs Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor, Direcţia Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor Dolj

(Kawża C-10/23, Remia Com Impex)

(2023/C 164/38)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Remia Com Impex SRL

Konvenuti: Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor, Direcţia Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor Dolj

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), fit-totalità tiegħu, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) sa (5), b’mod partikolari, għandhom jiġu interpretati fis-sens li mħażen tal-friża li jwettqu attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut lil stabbilimenti oħra ta’ bejgħ bl-imnut, iżda mhux lill-konsumatur finali, għandhom ikunu awtorizzati konformement ma’ dan ir-regolament meta din l-attività ma taqax taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(5)(b)?

2)

L-istess regolament u d-dritt tal-Unjoni, b’mod ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali, li huma kompetenti sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-politika li tikkostitwixxi l-għan li għandu jintlaħaq permezz tar-regolamenti u l-konformità mal-obbligi korrelattivi tal-operaturi ekonomiċi, għandhom l-obbligu li jinterpretaw ir-rekwiżit dwar l-attività marġinali, lokalizzata u ristretta, li tinsab fil-punt (ii) tal-Artikolu 1(5)(b), fid-dawl tal-premessa 13 tal-istess regolament jew jistgħu jidderogaw minn din l-interpretazzjoni permezz tad-definizzjonijiet tagħhom stess tat-termini?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, dawn id-definizzjonijiet li jinsabu f’att nazzjonali li jittrasponi r-Regolament [Nru 853/2004], għandhom josservaw is-sustanza tal-kunċetti, kif deskritti fil-premessa 13?

4)

Fid-dawl tal-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tan-Normele atașate Ordinului n. 111/2008 (ir-Regoli Annessi għad-Digriet Nru 111/2008) jistabbilixxu li l-attività ta’ bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-ikel ta’ oriġini annimali tista’ tinkludi wkoll attivitajiet ta’ provvista u ta’ bejgħ ta’ tali prodotti lil stabbilimenti oħra ta’ bejgħ bl-imnut fit-territorju kollu tar-Rumanija mingħajr l-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni sanitarja veterinarja, id-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari r-Regolament Nru 853/2004 jipprekludi tali dispożizzjoni u/jew tali prassi amministrattiva?

5)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jeżiġi li, meta digriet ta’ awtorità amministrattiva jista’ jiġi annullat għal nuqqas ta’ konformità ma’ liġi nazzjonali, dan l-att amministrattiv jista’ jiġi annullat ukoll għal nuqqas ta’ konformità ma’ regolament tal-Unjoni rilevanti bħar-Regolament Nru 853/2004?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14, rettifika fil-ĠU 2019, L 282, p. 35.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-16 ta’ Jannar 2023 – SF vs MV, Instituto da Segurança Social, IP, Autoridade Tributária e Aduaneira, Cofidis SA – Sucursal em Portugal

(Kawża C-20/23, Instituto da Segurança Social et)

(2023/C 164/39)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SF

Konvenuti: MV, Instituto da Segurança Social, IP, Autoridade Tributária e Aduaneira, Cofidis SA – Sucursal em Portugal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li hija permessa biss l-esklużjoni ta’ dejn ieħor (minbarra dawk elenkati fis-subparagrafi) meta din tkun “debitament iġġustifikat[a]”?

2)

Il-possibbiltà li l-Istati Membri jeskludu kategoriji speċifiċi ta’ dejn minn ħelsien mid-dejn (sakemm tali esklużjoni tkun debitament iġġustifikata, hekk kif previst fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2019/1023) għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti li l-Istati Membri jeskludu l-krediti ta’ taxxa (mhux indikati fl-Artikolu rispettiv), b’tali mod li joħolqu sitwazzjoni pprivileġġata għalihom infushom?

3)

Fl-eventwalità li r-risposta għal dawn id-domandi tkun fl-affermattiv, liema kriterji jissodisfaw dan ir-rekwiżit ta’ ġustifikazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu osservati (tali ġustifikazzjonijiet) il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li għalihom huma suġġetti l-leġiżlatur Ewropew u dak nazzjonali [“nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità” (Artikolu 18 TFUE) u “libertà ta’ intrapriża” (Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), minbarra l-libertajiet ekonomiċi fundamentali tas-suq intern]?

4)

Fl-eventwalità li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, id-definizzjoni (skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea u għal skopijiet ta’ interpretazzjoni tad-direttiva inkwistjoni) ta’ “dejn li jirriżulta minn jew b’rabta ma’ pieni kriminali”, kif ukoll ta’ “dejn li jirriżulta minn responsabbiltà għad-danni” jinkludi wkoll id-dejn ta’ taxxa, hekk kif previst mill-att leġiżlattiv intern ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1023 (Lei n.o 9/2022, de 11 de janeiro [il-Liġi Nru 9/2022 tal-11 ta’ Jannar])?


(1)  ĠU 2019, L 172, p. 18.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – L vs Familienkasse Sachsen der Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C-36/23, Familienkasse Sachsen)

(2023/C 164/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L

Konvenut: Familienkasse Sachsen der Bundesagentur für Arbeit

Domandi preliminari

Domandi dwar l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-prijorità li jinsabu fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1):

1)

L-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 jippermetti li r-rimbors parzjali ta’ allowances Ġermaniżi tal-familja jintalab a posteriori abbażi ta’ dritt prijoritarju fi Stat Membru ieħor, anki jekk l-ebda benefiċċju tal-familja ma huwa u ma jkun ġie stabbilit u mħallas għall-wild fl-Istat Membru l-ieħor, bil-konsegwenza li l-ammont li jifdal lill-benefiċjarju taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża jkun, finalment, inqas mill-allowances Ġermaniżi tal-familja?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

Ir-risposta għad-domanda dwar liema huma r-raġunijiet li għalihom l-allowances għandhom jingħataw minn diversi Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 u b’mod partikolari liema elementi jagħtu lok għad-drittijiet li għandhom jiġu kkoordinati, għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet li jagħtu lok għad-drittijiet previsti mir-regoli nazzjonali, jew inkella fuq il-punt dwar taħt liema kriterju l-persuni kkonċernati huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament Nru 883/2004?

3)

Fil-każ li l-aspett determinanti jkun jinsab fil-punt dwar taħt liema kriterju l-persuni kkonċernati huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament Nru 883/2004:

L-Artikolu 68, moqri flimkien mal-Artikolu 1(a) u (b) u l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġu interpretat fis-sens li hemm lok li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ attività bħala persuna impjegata jew ta’ attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor jew l-eżistenza ta’ sitwazzjoni li, mil-lat tad-dritt tas-sigurtà soċjali, hija assimilata għal tali attività, meta l-fond tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru l-ieħor jiċċertifika l-eżistenza ta’ assigurazzjoni “fil-kwalità ta’ agrikultur” u meta l-istituzzjoni kompetenti għall-benefiċċji tal-familja f’dan l-Istat tikkonferma l-eżistenza ta’ attività professjonali, anki jekk il-persuna kkonċernata ssostni li l-assigurazzjoni hija marbuta biss mal-proprjetà tar-razzett li huwa rreġistrat bħala art agrikola għammiela, iżda li, fir-realtà, ma huwiex maħdum?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-52/23, flightright)

(2023/C 164/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: TAP Portugal

Domandi preliminari

1)

Ikun hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), meta jokkorru kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inkompatibbli mat-twettiq ta’ titjira, indipendentement min-natura straordinarja ta’ dawn il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, in-natura straordinarja tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tista’ tiġi ddeterminata skont il-frekwenza reġjonali u staġonali tagħhom fil-post u fil-ħin tal-okkorrenza tagħhom?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2023 – Chaudfontaine Loisirs vs État belge

(Kawża C-73/23, Chaudfontaine Loisirs)

(2023/C 164/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Chaudfontaine Loisirs SA

Konvenut u intervenjent forzat u garanti: État belge, irrappreżentat mill-Ministre des Finances

Il-parti l-oħra u intervenjent forzat u garanti: État belge, irrappreżentat mill-Ministre de la Justice

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali jippermettu lil Stat Membru li jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni biss il-logħob tal-ażżard jew ta’ flus ipprovdut elettronikament, filwaqt li l-logħob tal-ażżard jew ta’ flus li ma huwiex ipprovdut elettronikament jibqa’ eżenti mill-VAT?

2)

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali jippermettu lil Stat Membru li jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni biss il-logħob tal-ażżard jew ta’ flus ipprovdut elettronikament bl-esklużjoni tal-lotteriji li jibqgħu eżenti mill-VAT irrispettivament minn jekk dawn ikunux ipprovduti elettronikament?

3)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lil qorti superjuri tiddeċiedi li żżomm l-effetti ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern li hija tannulla minħabba ksur tad-dritt intern mingħajr ma tiddeċiedi dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni li tqajjem ukoll quddiemha, u, għalhekk, mingħajr ma tagħmel id-domanda preliminari dwar il-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt intern mad-dritt tal-Unjoni u lanqas ma tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kundizzjonijiet li fihom hija tista’ tiddeċiedi li żżomm l-effetti ta’ din id-dispożizzjoni minkejja l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni?

4)

Jekk ir-risposta għal waħda mid-domandi preċedenti tkun fin-negattiv, il-Qorti Kostituzzjonali setgħet iżżomm l-effetti passati tad-dispożizzjonijiet li hija annullat minħabba l-inkompatibbiltà tagħhom mar-regoli nazzjonali dwar it-tqassim tal-kompetenzi, meta dawn id-dispożizzjonijiet kienu wkoll inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112, u dan sabiex jiġu evitati diffikultajiet baġitarji u amministrattivi kkawżati mir-rimbors tat-taxxi diġà mħallsa?

5)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, il-persuna taxxabbli tista’ titħallas lura l-VAT li hija tkun ħallset fuq il-marġni gross reali tal-logħob u tal-imħatri li hija topera, u dan abbażi ta’ dispożizzjonijiet inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112 u mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – SIA “Ogres HES”, fil-preżenza ta’: Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija, Ekonomikas ministrija, Finanšu ministrija

(Kawża C-152/21 (1), Ogres HES)

(2023/C 164/43)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – G-Finance SARL, DV vs Luxembourg Business Registers

(Kawża C-317/21 (1), G-Finance)

(2023/C 164/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/34


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Grand Production d.o.o. vs GO4YU GmbH, DH, GO4YU d.o.o, MTEL Austria GmbH

(Kawża C-423/21 (1), Grand Production)

(2023/C 164/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Varna – il-Bugarija) – Proċeduri kriminali kontra TP, OF

(Kawża C-698/22 (1), TP u OF)

(2023/C 164/46)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 35, 30.1.2023.


Il-Qorti Ġenerali

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/21) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relattivi għal diversi proġetti fil-qafas tal-programmi eTEN u tal-ħames u tas-sitt programm-qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Indisponibbiltà ta’ dokumenti - Limitazzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba għal aċċess - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Piż ta’ xogħol irraġonevoli - Artikolu 266 TFUE - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Miżuri li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament”)

(2023/C 164/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milan, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A. Spina, bħala aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 5741 finali, tas-27 ta’ Lulju 2021, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giorgio Basaglia huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – TO vs EUAA

(Kawża T-727/21) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti estern [kunfidenzjali] - Deċiżjoni li l-validità ta’ lista ta’ riżerva ma tiġix estiża - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Publikazzjoni fuq l-internet - Assenza ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà”)

(2023/C 164/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (rappreżentanti: P. Eyckmans u M. Stamatopoulou, bħala aġenti, assistiti minn T. Bontinck, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni EASO/HR/2020/2331 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) tat-18 ta’ Diċembru 2020 li ma ġġeddidx għal sena addizzjonali l-validità tal-lista ta’ riżerva kkostitwita wara l-proċedura ta’ selezzjoni [kunfidenzjali] li fiha jinsab isimha u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni allegatament sostnuti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Homy Casa vs EUIPO – Albatros International (Siġġijiet)

(Kawża T-89/22) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta siġġu - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Żvelar fuq l-internet - Identifikazzjoni tad-disinn preċedenti - Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2023/C 164/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Homy Casa Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Albatros International GmbH (Nerdlen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Biesterfeld-Kuhn, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2021 (Każ R 837/2020-3).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2021 (Każ R 837/2020-3) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Homy Casa Ltd għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Albatros International GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

(Kawża T-91/22) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam ta’ ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi tal-persuni koperti - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

(2023/C 164/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eric Ruhorimbere (Mbuji-Mayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Éric Ruhorimbere huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-94/22) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Bidla fiċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

(2023/C 164/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Kalev Mutondo.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED)

(Kawża T-133/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FUTURE IS PLANT-BASED - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarji - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 164/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u S. Stolzenburg-Wiemer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 1023/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Katjes Fassin GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 25.4.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

(Kawża T-174/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BREZTREV - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONBREZ, DAYBREZ, BREZILIZER u BREEZHALER - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 164/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Jannar 2022 (Każ R 738/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTRI)

(Kawża T-175/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BREZTRI - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONBREZ, BREZILIZER u BREEZHALER - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade marks preċedenti - Artikolu 60(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament (UE) 2018/625”)

(2023/C 164/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Jannar 2022 (Każ R 737/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – FA World Entertainment vs EUIPO (FUCKING AWESOME)

(Kawża T-178/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FUCKING AWESOME - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2023/C 164/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: FA World Entertainment Inc. (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Breuer, I. Dimitrov u C. Tenbrock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2022 (Każ R 1131/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FA World Entertainment Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Zelmotor vs EUIPO– B&B Trends (zelmotor)

(Kawża T-194/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea zelmotor - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 164/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zelmotor sp. z o.o. (Rzeszów, il-Polonja) (rappreżentant: M. Rumak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: B&B Trends, SL (Santa Perpetua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Frar 2022 (Każ R 927/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zelmotor sp. z o. o hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn B&B Trends, SL.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2023 – Oatly vs EUIPO – D’s Naturals (Wow no cow!)

(Kawża T-429/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 164/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oatly AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Johansson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: D’s Naturals LLC (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1539/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Oatly AB u D’s Naturals LLC huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 326, 29.8.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2023 – Ċipru vs EUIPO – Cemet (Halime)

(Kawża T-615/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Ċaħda definittiva tar-reġistrazzjoni tat-trade mark fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni parallela - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 164/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz u C. Milbradt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cemet Oy (Helsinki, il-Finlandja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika ta’ Ċipru titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 121/2022-5).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 432, 14.11.2022.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – SCC Legal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/23)

(2023/C 164/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SCC Legal Rechtsanwaltgesellschaft mbH (Bad Kreuznach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stallberg u C. Binder, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, wara li ntemmet il-proċedura ta’ skambju ta’ opinjonijiet, il-konvenuta naqset milli tagħti bidu għall-proċedura regolatorja sussegwenti bil-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-idroġenukarbonat tas-sodju bħala sustanza bażika skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 23(6) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 79(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1);

sussidjarjament, tikkonstata li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, wara l-bidu tal-proċedura formali ta’ skambju ta’ opinjonijiet, bil-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-idroġenukarbonat tas-sodju bħala sustanza bażika skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u wara riċezzjoni u evalwazzjoni tal-opinjonijiet tal-Istati Membri, il-konvenuta naqset milli tinforma b’mod partikolari lill-awtoritajiet u lill-persuni kkonċernati u milli tistabbilixxi terminu għar-riċezzjoni tal-opinjonijiet;

iktar sussidjarjament, tikkonstata li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-konvenuta naqset milli tagħti bidu għall-proċedura formali ta’ skambju ta’ opinjonijiet, bil-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-idroġenukarbonat tas-sodju bħala sustanza bażika skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu li jingħata bidu għall-proċedura sabiex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni tas-sustanza bażika jekk il-kriterji tal-awtorizzazzjoni ma jkunux għadhom issodisfatti.

Ir-rikorrenti hija d-detentriċi ta’ liċenzja għall-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti NatriSan®, li għandu l-idroġenukarbonat tas-sodju bħala ingredjent attiv. Bil-liċenzja ta’ NatriSan®, il-kriterji ta’ approvazzjoni għall-idroġenukarbonat tas-sodju bħala sustanza bażika skont il-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ma baqgħux issodisfatti, b’mod li l-konvenuta hija obbligata tirtira l-approvazzjoni tas-sustanza bażika. Madankollu, il-konvenuta tikser dan l-obbligu billi ma tagħtix bidu għall-proċedura regolatorja rilevanti bl-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni bħala sustanza bażika minkejja li ntalbet tagħmel dan.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà tal-proċedura ta’ approvazzjoni għal sustanzi bażiċi

In-nuqqas li jingħata bidu għall-proċedura regolatorja bil-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni tas-sustanza bażika jikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fil-liġi tal-protezzjoni tal-pjanti, li kien jipproteġi lir-rikorrenti, liema prinċipju jipprovdi li approvazzjoni ta’ sustanza bażika għandha tiġi rtirata malli s-sustanza titqiegħed fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ prijorità tal-proċedura ta’ approvazzjoni għal sustanzi bażiċi

L-awtorizzazzjoni ta’ NatriSan® tipprekludi l-approvazzjoni ta’ din is-sustanza bħala sustanza bażika skont il-prinċipju ta’ prijorità u tobbliga lill-konvenuta tirtira l-approvazzjoni tas-sustanza bażika u tagħti bidu għall-proċedura rilevanti.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti tqis li, wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni ta’ NatriSan® skont il-liġi tal-protezzjoni tal-pjanti, hija kellha l-aspettattiva li l-konvenuta tirtira immedjatament l-approvazzjoni tal-idroġenukarbonat tas-sodju bħala sustanza bażika. Għaldaqstant, peress li ma ngħatax bidu għall-proċedura regolatorja bil-għan li tiġi rtirata l-approvazzjoni tas-sustanza bażika, kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt tal-Unjoni.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – UH vs BĊE

(Kawża T-67/23)

(2023/C 164/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: UH (rappreżentanti: M. Burianski, R. Janjuah u W. Häring, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tar-rikorrenti bħala istituzzjoni ta’ kreditu (ECB-SSM-2022-DE-22 WHD-2022-0001);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv: illegalità formali tad-deċiżjoni

Fid-dispożittiv tagħha, id-deċiżjoni tal-BĊE hija bbażata fuq raġunijiet għal awtorizzazzjoni li huma differenti minn dawk li huma esposti fil-motivazzjoni. Għaldaqstant kien hemm ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 39 tal-Verwaltungsverfahrensgesetz (il-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva), l-Artikolu 296(2) TFUE u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv: ksur tad-dritt għal smigħ

Il-BĊE allegatament ma ħax inkunsiderazzjoni l-opinjoni tar-rikorrenti fil-proċedura ta’ smigħ. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv: assenza tal-elementi kostituttivi skont il-punt 4(a) tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

L-elementi kostituttivi skont il-punt 4(a) tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu, imsemmija fil-motivazzjoni għad-deċiżjoni tal-BĊE ma kinux jeżistu. Il-preżunzjoni prevista f’din il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ma kinitx teżisti jew ġiet, f’kull każ, ikkonfutata.

4.

Ir-raba’ motiv: assenza tal-elementi kostituttivi skont il-punt 6 tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

L-elementi kostituttivi tal-bażi ta’ awtorizzazzjoni taħt il-punt 6 tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu msemmija fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE ma kinux jeżistu. Il-BĊE ma ħax inkunsiderazzjoni d-definizzjoni dinamika ta’ fondi proprji li tinsab f’din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, riferiment għal rekwiżiti ta’ fondi proprji miżjuda mill-Awtorità Federali għas-Superviżjoni Finanzjarja jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

5.

Il-ħames motiv: żball ta’ evalwazzjoni u użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-BĊE

L-irtirar tal-liċenzja bankarja huwa sproporzjonat. L-ewwel, kien hemm użu ħażin ta’ poter għaliex il-BĊE ġġustifika wkoll l-irtirar tal-liċenzja bankarja billi sostna li kellu jiġi reż pubbliku l-fatt li kien hemm allegat ksur “serju” tar-rekwiżiti fil-qasam ta’ superviżjoni. Billi għamel dan, il-BĊE ta lid-deċiżjoni tiegħu n-natura ta’ sanzjoni mhux prevista mil-liġi, li ma jsibx bażi fil-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 40 tal-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva, tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) TUE u tal-Artikolu 263(2) TFUE.

Barra minn hekk, kien hemm abbuż ta’ diskrezzjoni. L-irtirar tal-liċenzja bankarja ma huwiex xieraq sabiex jintlaħaq l-għan segwit permezz ta’ din il-miżura. L-irtirar tal-liċenzja għandu żvantaġġi serji, b’mod partikolari għall-kredituri tar-rikorrenti u għall-garanzija tad-depożiti, li jistgħu jiġu evitati fil-kuntest ta’ likwidazzjoni volontarja min-naħa tar-rikorrenti.

L-irtirar tal-liċenzja bankarja huwa, ukoll, mhux neċessarju għaliex il-proġett ta’ likwidazzjoni volontarja min-naħa tar-rikorrenti jkun jipprovdi mezz ugwalment effettiv, iżda inqas intrużiv, sabiex jinkiseb l-għan segwit permezz tal-irtirar. Tali proġett ta’ likwidazzjoni volontarja kien sar il-bażi għal deċiżjoni mill-Awtorità Federali għas-Superviżjoni Finanzjarja.

L-irtirar tal-liċenzja bankarja kien, ukoll, mhux xieraq. Kien hemm indħil mhux iġġustifikat fid-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 12(1) moqri flimkien mal-Artikolu 19(3) tal-Kostituzzjoni. Il-miżuri ta’ segwitu previsti skont l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu minħabba l-irtirar tal-liċenzja bankarja huma sproporzjonati. Barra minn hekk, ikun hemm żvantaġġi kunsiderevoli għall-kredituri u għall-azzjonisti tar-rikorrenti, li jistgħu jiġu evitati bil-likwidazzjoni volontarja tal-kumpannija bil-liċenzja bankarja.

Barra minn hekk, kien hemm użu ħażin tas-setgħa diskrezzjonali għaliex il-punt 4(a) tal-Artikolu 35(2) tal-Liġi dwar l-Attivitajiet ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu jeżiġi test doppju ta’ proporzjonalità, li l-konvenut ma wettaqx.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – RWE Supply & Trading vs ACER

(Kawża T-95/23)

(2023/C 164/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: RWE Supply & Trading GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Scholz, H. Weßling u M. von Falkenhausen, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta tad-9 ta’ Diċembru 2022 (Nru A 0[0]2-2022);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni inizjali tal-konvenuta tal-25 ta’ Frar 2022 (Nru 03/2022);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv

Il-Bord tal-Appell tal-konvenuta naqas milli jirrikonoxxi li d-Deċiżjoni Nru 03/2022 tikkonċerna lir-rikorrenti mhux biss direttament iżda wkoll individwalment u li r-rikorrenti kellha d-dritt li tippreżenta appell skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2019/942 (1).

2.

It-tieni motiv

Il-Bord tal-Appell tal-konvenuta naqas ukoll milli jirrikonoxxi li r-rikorrenti kellha d-dritt li tippreżenta appell skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2019/942 jekk il-miżura kkontestata hija att ġuridiku li għandha n-natura ta’ att regolatorju, kif inhu l-każ hawnhekk, li tikkonċerna direttament lir-rikorrenti u li ma tirriżultax fi kwalunkwe miżura ta’ implimentazzjoni.

Insostenn tat-talba sussidjarja tagħha, li hija mressqa suġġetta għall-kundizzjoni li t-talba prinċipali tkun infondata, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv

Il-limitu temporanju fil-prezz ta’ bejn wieħed u ieħor 15,000 EUR/MWh adottat fid-Deċiżjoni Nru 03/2022 jikser il-projbizzjoni fuq limitu mhux tekniku fil-prezz għas-swieq tal-enerġija tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 30(2) tar-Regolament(UE) 2017/2195 (3), minħabba li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2017/2195, kif l-istess konvenuta tammetti.

2.

It-tieni motiv

Il-konvenuta tibbaża d-deċiżjoni tagħha b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/942 moqri flimkien mal-Artikolu 5(2)(f) u mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2017/2195. Dawk id-dispożizzjonijiet jawtorizzaw lill-konvenuta tirrevedi u tapprova proposta mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex jintroduċu jew jibdlu l-metodoloġija għall-ipprezzar tal-enerġija għall-ibbilanċjar skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2017/2195. Il-limitu fil-prezz jista’ jifforma biss parti minn proposta bħal din jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2017/2195, li l-limitu fil-prezz propost mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma jissodisfax. Il-konvenuta stess tammetti dan. Dan ifisser li ma hemm l-ebda proposta li tista’ tiġi approvata jew reveduta u għalhekk, skont l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/942, il-konvenuta ma għandha l-ebda awtorità li tieħu deċiżjonijiet.

3.

It-tielet motiv

Anki kieku l-konvenuta kienet awtorizzata tirrevedi proposti illegali mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex jintroduċi limitu fil-prezz abbażi tal-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/942, hija ma kinitx teżerċita din l-awtorità. Anzi, anki skont ir-raġunament tagħha stess, il-konvenuta mhux biss adottat regolament li jiddevja mill-proposta tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, iżda li kien kompletament indipendenti. Konsegwentement, il-konvenuta assumiet dritt ta’ inizjattiva mhux previst mid-dritt tal-Unjoni.

4.

Ir-raba’ motiv

Il-limitu temporanju fil-prezz deċiż mill-konvenuta jikser l-għanijiet tar-Regolament (UE) 2017/2195 u tar-Regolament (UE) 2019/943.

5.

Il-ħames motiv

Id-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa mill-motivazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2019/942, peress li l-konvenuta ppreżentat biss l-abbozz tal-limitu temporanju fil-prezz adottat lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, lil ENTSO-E (European Network of Transmission System Operators for Electricity) u lill-awtoritajiet regolatorji b’talba għal kummenti u ċaħdet din l-opportunità lill-partijiet l-oħra kkonċernati fis-sens tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2019/942, inkluż ir-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU 2019, L 158, p. 22).

(2)  Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU 2019, L 158, p. 54).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU 2017, L 312, p. 6).


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Uniper Global Commodities vs ACER

(Kawża T-96/23)

(2023/C 164/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Uniper Global Commodities SE (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Richter, M. Schellberg, C. Sieberg u M. Schleifenbaum, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta tad-9 ta’ Diċembru 2022 (Nru A 003-2022);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni inizjali tal-konvenuta tal-25 ta’ Frar 2022 (Nru 03/2022);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv

Il-Bord tal-Appell tal-konvenuta qies b’mod żbaljat li d-deċiżjoni tal-konvenuta (Nru 03/2022) kienet “indirizzata lil persuna oħra” fis-sens tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2019/942 (1) u li r-rikorrenti kienet tabilħaqq ikkonċernata “direttament”, iżda mhux “individwalment”:

il-Bord tal-Appell ibbaża dan fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2019/942 u fuq evalwazzjoni insuffiċjenti dwar l-inċidenza speċifika fuq ir-rikorrenti;

il-Bord tal-Appell ibbaża dan l-allegat nuqqas ta’ inċidenza individwali fuq affermazzjonijiet mill-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 263(4) TFUE, li ma humiex trasferibbli għall-każ preżenti jew li ġew evalwati b’mod żbaljat.

2.

It-tieni motiv

Għalkemm il-Bord tal-Appell ikkonferma li d-deċiżjoni tal-konvenuta hija att ġuridiku li għandha n-natura ta’ att regolatorju, skont it-tielet alternattiva fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, huwa interpreta b’mod żbaljat l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2019/942, fis-sens li taħt din id-dispożizzjoni, b’deroga mit-tielet alternattiva fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti xorta madankollu ma kellha ebda dritt ta’ appell:

l-interpretazzjoni tal-Bord tal-Appell ma tqis la s-sens u l-għan tal-proċedura ta’ appell u lanqas ir-rwol tal-konvenuta fil-kuntest tal-awtoregolamentazzjoni tal-ibbilanċjar tas-suq tal-enerġija, li teħtieġ approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2017/2195 (2);

l-interpretazzjoni tal-Bord tal-Appell twassal għal defiċit fil-protezzjoni legali li tmur kontra d-dritt primarju;

kuntrarjament għall-opinjoni tal-Bord tal-Appell, il-kliem tar-regola ma jipprekludux interpretazzjoni li r-rikorrenti għandha d-dritt li tippreżenta appell.

Insostenn tat-talba sussidjarja tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv

Il-konvenuta marret lil hinn mis-setgħat tagħha skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(6), moqrija flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2017/2195 peress li ma ddeċidietx dwar it-talba ta’ ENTSO-E (European Network of Transmission System Operators for Electricity), iżda ddeċidiet fuq xi ħaġa kompletament differenti.

2.

It-tieni motiv

Il-konvenuta ma kellhiex tadotta l-iffissar tal-limitu fil-prezz mingħajr konsultazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/2195, anki jekk kien preżunt li kellha l-awtorità sabiex tagħmel dan skont ir-Regolament (UE) 2017/2195 u r-Regolament (UE) 2019/942.

3.

It-tielet motiv

Ma hemm l-ebda bażi legali għal-limitu fil-prezz iffissat mill-konvenuta.

4.

Ir-raba’ motiv

Kuntrarjament għall-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) 2019/942 u għall-Artikolu 296 TFUE, il-konvenuta ma ġġustifikatx biżżejjed l-iffissar tal-limitu fil-prezz.

5.

Il-ħames motiv

Permezz tad-deċiżjoni, il-konvenuta kisret ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1)(a), (b) u (e) tar-Regolament (UE) 2017/2195.

6.

Is-sitt motiv

Peress li ffissat il-limitu fil-prezz, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) TUE u l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2195.


(1)  Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU 2019, L 158, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku (ĠU 2017, L 312, p. 6).


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/48


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2023 – Merlin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/23)

(2023/C 164/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laurent Merlin (Equihen-Plage, Franza) u s-27 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: F-C. Laprévote u F. de Bure, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni dwar l-allegata eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti, jikkostitwixxi nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni;

tordna lill-Kummissjoni tieħu, f’terminu ta’ xahrejn, deċiżjoni abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1) tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku. Huma jsostnu li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija ma adottatx id-deċiżjoni prevista mill-Artikolu 4 tar-Regolament 2015/1589 wara l-eżami preliminari tal-informazzjoni trażmessa fil-kuntest tal-ilmenti indirizzati lilha mir-rikorrenti rigward għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi lis-sidien il-bastimenti tas-sajd.


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9, rettifika fil-ĠU 2017, L 186, p. 17.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/48


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2023 – VF vs Il-Kunsill

(Kawża T-143/23)

(2023/C 164/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VF (rappreżentant: C. Docclo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni (1), sa fejn:

l-Artikolu 17 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu dħul minn attività ta’ trasport marittimu li taqa’ taħt is-sistema fiskali ta’ tunnellaġġ tal-Istati Membri awtorizzata skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, għajr “dħul ta’ trasport marittimu internazzjonali” u “dħul anċillari kkwalifikat ta’ trasport marittimu”;

l-Artikolu 17 japplika biss jekk “l-entità kostitwenti turi li l-ġestjoni strateġika jew kummerċjali tal-bastimenti kollha kkonċernati effettivament titwettaq minn ġewwa l-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità kostitwenti”;

id-Direttiva ma tipprovdix miżuri tranżizzjonali għall-persuni taxxabbli li għamlu investimenti sostanzjali fejn ibbażaw ruħhom fuq sistema nazzjonali fiskali ta’ tunnellaġġ;

tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jsostni l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Direttiva tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament ta’ impriżi paragunabbli.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Direttiva tikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità peress li l-effetti tagħha jeċċedu dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tagħha.

3.

It-tielet motiv huwa ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva għal sitwazzjonijiet purament nazzjonali tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 115 u 107 TFUE.


(1)  ĠU 2022, L 328, p. 1


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/49


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Eurosemillas vs CPVO – Nador Cott Protection u Carpa Dorada (Nadorcott)

(Kawża T-145/23)

(2023/C 164/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Eurosemillas, SA (Córdoba, Spanja) (rappreżentant: J. Muñoz-Delgado y Mérida u M. Esteve Sanz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza), Carpa Dorada, SL (Almazora, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Proprjetarju tad-dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti: Nador Cott Protection SARL, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti inkwistjoni: dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti Nru EU 14111 – Denominazzjoni tal-varjetà: Nadorcott – Speċi: Citrus reticulata Blanco

Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-2 ta’ Jannar 2023 fil-Każ A002/2020

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tilqa’ l-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell taċ-CPVO sabiex dan jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza.

Sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti Ġenerali ma tilqax l-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors kif ukoll fl-ipoteżi fejn il-Qorti Ġenerali tilqa’ dan l-ewwel motiv u tqis lilha nnifisha fil-pożizzjoni li tistabbilixxi d-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kien obbligat li jieħu abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi pprovduti matul il-proċedimenti, tilqa’ r-rikors ta’ Eurosemillas SA abbażi ta’ kwalunkwe mit-tieni sas-sitt motiv tagħha, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, filwaqt li tiddeċiedi mill-ġdid, tirriforma d-Deċiżjoni Nru NN20 taċ-CPVO tas-16 ta’ Diċembru 2019 u tikkonstata n-nullità ta’ dritt għal varjetajiet ta’ pjanti Komunitarju Nru EU 14111 fuq il-varjetà ta’ mandolina Nadorcott.

Tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors kif ukoll għal dawk li jikkorrispondu għall-proċeduri mibdija quddiem iċ-CPVO u l-Bord tal-Appell tiegħu.

Motivi invokati

Ksur tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba, fir-rigward tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll għall-garanziji kollha stabbiliti fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ukoll miksura bid-deċiżjoni kkontestata.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 moqri flimkien mal-Artikolu 10 tiegħu.

Ksur, minħabba applikazzjoni żbaljata, tal-Artikolu 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 10, meta ċaħad li t-trasferiment ta’ komponenti u ta’ materjal ta’ ħsad ta’ Nadorcott fl-Unjoni Ewropea qabel il-perijodu ta’ grazzja (ikkalkolat mingħajr applikazzjoni tal-Artikolu 116), qered l-oriġinalità tal-varjetà.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1).

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 11(4).


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/50


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(Kawża T-153/23)

(2023/C 164/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WhatsApp Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood, I. Sarmas, H. Gafsen, lawyers, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, D. Breatnach, Solicitors, D. McGrath, SC, E. Egan McGrath, B. Kennedy, SC, C. Geoghegan, Barristers)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-miżuri mitluba għall-organizzazzjoni tal-proċedura;

tannulla d-Deċiżjoni Vinkolanti 5/2022 tal-EDPB dwar it-tilwima mibdija mid-DPC kontra WhatsApp Ireland Limited (Artikolu 65 GDPR) tal-5 ta’ Diċembru 2022 (deċiżjoni kkontestata); u

tikkundanna lil-EDPB iħallas l-ispejjeż ta’ WhatsApp Ireland u l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-EDPB naqset milli taġixxi bħala korp imparzjali, bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li suġġett għal konferma permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, id-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata permezz ta’ irregolaritajiet proċedurali fl-adozzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-EDPB mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu billi kkunsidra kwistjonijiet li kienu jaqgħu barra mill-ambitu tal-ilment.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-EDPB żbalja meta ta struzzjonijiet lill-Irish Data Protection Commission (il-Kummissjoni Irlandiża għall-Protezzjoni tad-Data) ssib li r-rikorrenti ma setgħetx tibbaża ruħha fuq bżonn kuntrattwali taħt l-Artikolu 6(1)(b) tal-GDPR.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-EDPB wettaq żball ta’ liġi meta ta struzzjonijiet lill-Irish Data Protection Commission (il-Kummissjoni Irlandiża għall-Protezzjoni tad-Data) ssib ksur tal-prinċipju ta’ ġustizzja stabbilit fl-Artikolu 5(1)(a) tal-GDPR.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-EDPB wettaq żball ta’ liġi u mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu meta ta struzzjonijiet lill-Irish Data Protection Commission (il-Kummissjoni Irlandiża għall-Protezzjoni tad-Data) sabiex tinvestiga iktar l-ipproċessar tad-data ta’ WhatsApp Ireland sabiex jiġi ddeterminat jekk tinkludix kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 tal-GDPR.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-EDPR mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu u wettaq żball ta’ liġi meta ta struzzjoni lill-Irish Data Protection Commission (il-Kummissjoni Irlandiża għall-Protezzjoni tad-Data) sabiex timponi multa amministrattiva.


8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2023 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża T-485/20) (1)

(2023/C 164/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.