ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
IL-PARLAMENT EWROPEW
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2022 |
|
2023/C 161/01 |
||
2023/C 161/02 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2022 |
|
2023/C 161/03 |
||
2023/C 161/04 |
||
2023/C 161/05 |
||
2023/C 161/06 |
||
2023/C 161/07 |
||
2023/C 161/08 |
||
2023/C 161/09 |
||
2023/C 161/10 |
||
2023/C 161/11 |
||
2023/C 161/12 |
||
2023/C 161/13 |
||
2023/C 161/14 |
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
MT |
|
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2022–2023
Dati tas-seduti: 9–10 ta’ Novembru 2022
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2022
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/2 |
P9_TA(2022)0388
L-isport elettroniku u l-video games
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar l-isport elettroniku u l-video games (2022/2027(INI))
(2023/C 161/01)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifikaw il-kompetenzi u l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-isport, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 – 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (1), u b'mod partikolari l-fergħa tal-media tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (2), u b'mod partikolari l-kapitolu tiegħu dwar l-isport, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (3), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM(2020)0825), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Il-Media tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta' Azzjoni b'Appoġġ għall-Irkupru u t-Trasformazzjoni” (COM(2020)0784), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 bit-titolu “Il-Media tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta' Azzjoni b'Appoġġ għall-Irkupru u t-Trasformazzjoni” (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2021 bit-titolu “Il-politika tal-UE dwar l-isport: valutazzjoni u toroq possibbli 'l quddiem” (7), u b'mod partikolari t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE biex ivaraw dibattitu dwar il-futur u l-opportunitajiet tal-isport elettroniku u jiġbru data sabiex jivvalutaw dan is-settur u jippreżentaw studju dwar l-impatt soċjali u ekonomiku tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2002 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, permezz ta' tikkettar ta' ċertu video games u logħob tal-kompjuter skont il-faxxa ta' età (8), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' April 2022 dwar l-istabbiliment ta' Strateġija Ewropea għall-Ekosistema tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (9), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn tal-materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali (10), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2022 bit-titolu “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+)” (COM(2022)0212), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-artisti u l-irkupru kulturali fl-UE (11), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li tinkludi “disturb relatat mal-logħob” fl-11-il reviżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li jvara s-Serje Virtwali Olimpika (OVS), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2014 dwar il-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika għal Ewropa sostenibbli (12), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju intitolat “Esports” (13), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0244/2022), |
A. |
billi l-ekosistema tal-video games saret industrija kulturali u kreattiva (CCI) ewlenija madwar id-dinja kollha, b'daqs tas-suq Ewropew stmat għal EUR 23,3 biljun fl-2021 (14), li tinkludi aktar minn 4 900 studio tal-logħob u 200 pubblikatur tal-logħob (15), u li għandha potenzjal kbir ta' tkabbir, innovazzjoni, kreattività u li toħloq bidla pożittiva għas-settu kollu; billi din l-industrija hija waħda mill-ftit fis-CCI li esperjenzat tkabbir fil-fatturat matul il-kriżi tal-COVID-19 (16); |
B. |
billi l-ekosistema tal-video games hija parti integrali mis-CCIs, u b'suċċess tispira u tibbaża fuq ħafna industriji kreattivi u kulturali oħra, bħall-films u l-kotba; |
C. |
billi l-video games urew li huma mezz transsettorjali b'saħħtu, li jibni fuq l-esperjenzi ta' diversi tekniki artistiċi filwaqt li jgħaqqadhom ma' teknoloġiji innovattivi; |
D. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE rrikonoxxiet li l-video games huma xogħlijiet kreattivi kumplessi b'valur uniku u kreattiv, protetti kemm mid-Direttiva 2009/24/KE (17) dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter kif ukoll mid-Direttiva 2001/29/KE (18) dwar id-drittijiet tal-awtur; |
E. |
billi s-suċċess tal-istreamers tal-video games, tal-klabbs u tat-tournaments tal-isport elettroniku Ewropej juri li l-ġenerazzjonijiet iżgħar ta' ċittadini Ewropej qed ifittxu li jipparteċipaw b'mod attiv fl-ekonomija l-ġdida tal-kreaturi mmexxija mill-video games; billi t-tournaments nazzjonali, reġjonali u globali jistgħu jiġu perċepiti li jrawmu skambji kulturali u jippromwovu l-kultura u l-valuri Ewropej; |
F. |
billi l-industrija tal-video games impjegat madwar 98 000 persuna fl-Ewropa matul l-2020 (19), li minnhom huwa stmat li 20 % biss huma nisa (20); billi hemm żbilanċ qawwi bejn il-ġeneri fl-isport elettroniku; billi l-involviment ta' aktar nisa fil-video games u l-isport elettroniku għandu jiġi ttrattat bħala prijorità strateġika; |
G. |
billi nofs l-Ewropej kollha jikkunsidraw lilhom infushom bħala plejers tal-video games, li minnhom kważi nofshom huma nisa, u l-età medja tal-plejers tal-video games fl-Ewropa hija ta' 31,3 sena; billi aktar minn 70 % taż-żgħażagħ ta' bejn is-6 snin u l-24 sena fl-UE jilagħbu l-video games, għalkemm il-maġġoranza tal-plejers għandhom aktar minn 18-il sena (21); |
H. |
billi l-industrija tal-video games tgħaqqad flimkien firxa wiesgħa ta' ħiliet u għarfien fir-rigward tal-kitba, id-disinn, il-ħolqien artistiku, l-iżvilupp diġitali, il-pubblikazzjoni, id-distribuzzjoni u l-lokalizzazzjoni; billi video game hija l-ewwel u qabel kollox xogħol ta' proprjetà intellettwali (PI) li fuqha hija bbażata l-katina tal-valur; billi l-kwistjoni tas-sjieda u l-kontroll tal-PI għandha impatt fuq il-kumplessità tal-istruttura legali tal-ekosistema, u toħloq sfidi legali ġodda għall-istreamers, l-iżviluppaturi, il-pubblikaturi u d-detenturi tal-kontenut ta' terzi; |
I. |
billi l-industrija Ewropea tal-video games hija magħmula prinċipalment minn intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ta' importanza vitali għall-ekonomija Ewropea, b'mod partikolari s-CCI; |
J. |
billi l-ekosistemi tal-video games u tal-isport elettroniku huma affettwati ħafna mir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika u kreattiva, u għandha b'mod kostanti tiġi vvintata mill-ġdid; billi l-valur innovattiv tas-settur għandu jiġi rikonoxxut ukoll, bl-istess mod tal-valur miżjud kulturali tiegħu; |
K. |
billi dawn l-ekosistemi għad m'għandhomx id-data armonizzata, id-definizzjonijiet u l-oqfsa legali meħtieġa li jippermettulhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; |
L. |
billi l-ekosistema tal-video games hija fil-biċċa l-kbira proprjetà privata, iżda tibbenefika minn miżuri u inċentivi fuq livell nazzjonali u tal-UE; billi dan l-appoġġ xi drabi jkun immirat direttament, bħal pereżempju fil-programm Ewropa Kreattiva, jew bħala parti mill-appoġġ ġenerali għar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' Orizzont Ewropa; billi l-politiki pubbliċi favur il-video games spiss jiġu inkorporati fil-qasam awdjoviżiv; |
M. |
billi l-video games u l-isport elettroniku huma fuq kollox bbażati fuq suq internazzjonalizzat ħafna bi ftit ostakli għaċ-ċirkolazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi; billi l-aċċess għall-hardware u għas-software l-aktar reċenti huwa fundamentali għan-natura dinamika u l-kompetittività tal-ekosistemi Ewropej tal-video games u tal-isport elettroniku; |
N. |
billi għalkemm l-UE hija attur ewlieni fl-ekosistema tal-video games, l-industrija hija fil-biċċa l-kbira ddominata minn atturi mhux tal-UE; billi s-suq jinkludi ħafna atturi differenti tul il-katina tal-valur, li huma prinċipalment operati permezz ta' pjattaformi mhux tal-UE li jaġixxu wkoll bħala intermedjarji fid-distribuzzjoni tal-logħob Ewropew madwar id-dinja; |
O. |
billi l-video games u l-isport elettroniku jużaw teknoloġiji avvanzati bħall-IA u r-realtà virtwali, u taw bidu għall-ħolqien ta' spazji virtwali alternattivi bħall-metaversi; |
P. |
billi l-isport elettroniku jirreferi għal kompetizzjonijiet fejn individwi jew timijiet jilagħbu video games – tipikament quddiem spettaturi – wiċċ imb wiċċ jew online, għal skop ta' divertiment, premjijiet jew flus; billi d-definizzjoni tinkludi element uman (il-plejers), element diġitali (il-logħob innifsu) u element kompetittiv; billi l-isport elettroniku jista' jitqies mhux biss bħala parti mis-settur tal-video games, iżda wkoll bħala parti mis-setturi tal-kultura u tal-media; |
Q. |
billi l-isport elettroniku għadu fenomenu żagħżugħ b'potenzjal konsiderevoli li jevolvi u jittrasforma setturi oħra fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, u qed jiżviluppa b'mod differenti madwar l-Istati Membri; |
R. |
billi l-isport elettroniku huwa differenti mill-isport peress li huwa diġitali mid-definizzjoni tiegħu stess; billi l-isport elettroniku huwa fenomenu essenzjalment xprunat minn entitajiet privati, bid-drittijiet tal-PI li jappartjenu għall-pubblikatur tal-logħob u d-drittijiet tal-kompetizzjoni li jappartjenu jew għall-pubblikatur tal-logħob jew organizzati abbażi ta' kuntratt b'kuntratt; |
S. |
billi l-isport elettroniku huwa attività ta' divertiment dejjem iktar popolari, ikkaratterizzat sew minn bażi kbira ta' plejers tal-video games u sew minn numru żgħir ta' timijiet u plejers professjonali; billi l-isport elettroniku jibda fil-livell tad-dilettanti, iżda jista' jiġi pprattikat wkoll fil-livell semiprofessjonali jew f'dak professjonali minn timijiet u plejers; |
T. |
billi l-video games u l-isport elettroniku għandhom potenzjal kbir li jintużaw fil-politiki edukattivi tal-UE u fit-tagħlim tul il-ħajja; billi l-użu tal-video games fil-klassi ħafna drabi jħeġġeġ lill-istudenti jfittxu karriera fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija, fl-arti u fil-matematika (STEAM), u l-isport elettroniku jista' jgħin jiżviluppa ħafna ħiliet li huma essenzjali f'soċjetà diġitali; billi l-video games u l-isport elettroniku huma aċċessibbli ħafna u jistgħu jintużaw biex iżidu l-inklużività u d-diversità f'ambjenti ta' tagħlim bħal fil-klassi u matul il-ħajja; |
U. |
billi l-video games għandhom il-kapaċità li jqarrbu l-ambjent tal-iskola lejn ir-realtà ta' kuljum tal-istudenti, fejn il-video games spiss ikollhom rwol prominenti; billi hemm indikazzjonijiet li l-għalliema tal-iskejjel primarji li użaw il-video games fil-klassi f'xi każijiet osservaw titjib sinifikanti f'diversi ħiliet ewlenin, bħal pereżempju s-soluzzjoni tal-problemi u l-ħiliet analitiċi, soċjali u intellettwali, il-koordinazzjoni spazjali, u l-ħidma f'tim, kif ukoll livelli aħjar ta' konċentrazzjoni; billi l-isport elettroniku jista' jiġi inkorporat wkoll fl-edukazzjoni u jikkontribwixxi għall-kisba ta' kompetenzi u ħiliet diġitali; |
V. |
billi ħafna plejers tal-video games huma żgħażagħ f'nofs l-iżvilupp intellettwali, mentali, soċjali u fiżiku tagħhom; billi l-isfidi li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19, bħad-deterjorament fil-livell tal-attività fiżika, iż-żieda fl-ansjetà jew tipi oħra ta' problemi tas-saħħa mentali, jaffettwaw lil dawn iż-żgħażagħ; billi, madankollu, il-video games u l-isport elettroniku jistgħu jipprovdu benefiċċji sinifikanti għas-saħħa mentali ta' ħafna plejers u għandhom il-kapaċità li jxerrdu valuri pożittivi, li għandhom jiġu segwiti b'mod partikolari għall-udjenza żagħżugħa; |
W. |
billi s-settur tal-video games joffri għadd dejjem akbar ta' opportunitajiet ta' xogħol għal ħafna kreaturi kulturali; billi bħal f'ħafna setturi kreattivi, il-ħaddiema fis-settur tal-video games huma partikolarment soġġetti għal ritmu tax-xogħol għoli ħafna fit-tħejjija tar-rilaxx ta' logħba, magħruf ukoll bħala l-“crunch”, inkluża s-sahra li ta' spiss ma titħallasx; billi dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu ta' detriment għall-ħaddiema; |
X. |
billi l-isport elettroniku u l-video games joħolqu wkoll sfidi għas-soċjetà Ewropea fl-isfera diġitali; billi xi wħud minn dawn l-isfidi jinkludu l-qerq, l-impatti negattivi fuq is-sostenibilità ambjentali, il-karatteristiċi online li jistgħu jintużaw ħażin għal vjolenza jew fastidju online, speċjalment fil-konfront ta' plejers nisa, u d-diżinformazzjoni; |
Y. |
billi l-monetizzazzjoni tal-video games permezz ta' mikrotranżazzjonijiet, fi kreditu tal-logħob (“game currencies”) u kaxxi ta' premju (“loot boxes”) li jkun fihom kontenut każwali fi ħdan il-logħob huma komuni f’xi video games; billi l-kaxxi ta' premju xi kultant jistgħu jitħallsu wkoll bi flus reali; billi d-disinn aggressiv jista' potenzjalment ikollu konsegwenzi finanzjarji dannużi għall-plejers, speċjalment għall-minorenni jew għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli, permezz ta' nfiq mhux mixtieq jew mhux ikkontrollat; billi f'xi każijiet, il-kaxxi ta' premju jistgħu jitqiesu bħala mekkaniżmu “ħallas biex terbaħ” (“pay-to-win”); billi huwa meħtieġ approċċ uniformi tal-UE sabiex tiġi żgurata protezzjoni robusta tal-konsumatur; |
Video games u sport elettroniku: sfidi, opportunitajiet u strateġija Ewropea
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill jirrikonoxxu l-valur tal-ekosistema tal-video games bħala CCI prinċipali b'potenzjal b'saħħtu għat-tkabbir u l-innovazzjoni; jitlob l-iżvilupp ta' strateġija Ewropea koerenti u fit-tul għall-video games, li għandha tkun ta' benefiċċju għall-atturi kollha involuti b'mod ġust u adegwat, filwaqt li tqis l-isport elettroniku u d-dipendenza attwali fuq l-importazzjonijiet u tibni fuq strateġiji nazzjonali eżistenti sabiex tappoġġa l-atturi tal-UE u n-negozji ġodda tal-UE f’dawn is-setturi; |
2. |
Jissottolinja li għall-ħidma tagħha fuq l-istrateġija l-ġdida għall-video games, il-Kummissjoni għandha tibni fuq il-miri tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-Kumpass Diġitali 2030 sabiex ittejjeb l-aċċess għat-talent u l-finanzjament, tindirizza n-nuqqas ta' ħiliet diġitali, u tipprovdi infrastruttura u konnettività affidabbli, kif ukoll tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu involuti fil-proċess; jirrimarka li l-istrateġija għandha tqis l-isfidi futuri u l-bidliet b'ritmu mgħaġġel fis-settur; |
3. |
Iqis li l-ħolqien ta' settur Ewropew tal-video games verament integrat se jirrikjedi aktar produzzjonijiet u koproduzzjonijiet ta' video games minn atturi Ewropej; jilqa' l-fatt li l-programmi Ewropa Kreattiva u Orizzont Ewropa jipprovdu finanzjament għas-settur Ewropew tal-video games, inklużi r-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta' sejħiet għall-offerti speċifiċi b'valur miżjud Ewropew; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-ammont baxx ta' finanzjament impenjat s'issa, u l-fatt li l-kriterji ta' eliġibilità mhumiex dejjem adatti għall-ħtiġijiet tas-settur, speċjalment tal-SMEs; jitlob, f'dan ir-rigward, appoġġ u investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) kif ukoll taħriġ sabiex jiġu massimizzati l-opportunitajiet ta' ħolqien tal-logħob fl-Istati Membri kollha u jitħeġġeġ l-iżvilupp u ż-żamma tat-talent Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi pubbliċi u privati li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' xenarju Ewropew tal-video games aktar kompetittiv; |
4. |
Jissottolinja li l-inċentivi nazzjonali u l-appoġġ għall-iżvilupp lokali tal-video games, inklużi l-SMEs, għandhom jiġu mħeġġa u ffaċilitati permezz tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat bħar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa; |
5. |
Jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni u l-appoġġ tal-kummerċ u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tal-video games maħluqa fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex timmappja u tiddefinixxi l-industrija Ewropea tal-video games u tikkunsidra toħloq tikketta “Video Game Ewropea”, kif ukoll trawwem inizjattivi oħra fil-livell nazzjonali u Ewropew biex ittejjeb l-iskopribbiltà tal-video games u tħeġġeġ id-disseminazzjoni u r-rikonoxximent ta' video games maħluqa fl-Ewropa; |
6. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-proċess ta' lokalizzazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni b'suċċess ta' logħba f'suq multilingwi bħal dak tal-Unjoni Ewropea, u għall-promozzjoni tad-diversità lingwistika; iqis li appoġġ qawwi mill-Unjoni Ewropea f'din il-kwistjoni jkun xieraq; |
7. |
Jisħaq li data tal-industrija armonizzata u affidabbli dwar is-setturi Ewropej tal-video games u tal-isport elettroniku hija essenzjali sabiex jitwettqu valutazzjonijiet u jingħataw rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, inkluż dwar id-diversità u l-inklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni toħloq Osservatorju Ewropew tal-Video Games biex jappoġġa u jipprovdi data armonizzata, valutazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet konkreti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-partijiet ikkonċernati bil-għan li jiġi żviluppat is-settur; iqis li tali Osservatorju Ewropew tal-Video Games jista' jintuża wkoll bħala netwerk ta' għarfien li jappoġġa d-djalogu għal settur aktar integrat; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-kodiċijiet rilevanti fil-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE), sabiex jiġi żgurat li l-iżviluppaturi u l-pubblikaturi tal-video games kif ukoll tal-isport elettroniku jiġu rieżaminati, iċċarati u ssimplifikati u b'hekk jiġu indirizzati l-isfidi li s-settur qed jiffaċċja u tittejjeb l-inadegwatezza tal-klassifikazzjoni statistika attwali; |
9. |
Jissottolinja li l-PI hija ċentrali għall-video games u fattur ewlieni fit-tkabbir u fl-investiment; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija Ewropea għall-PI tal-video games, li tuża kemm il-ħolqien ta' PI ġdida u oriġinali u kif ukoll il-promozzjoni ta' kreazzjonijiet u PI Ewropej eżistenti; jisħaq li l-infurzar transfruntier tad-drittijiet tal-PI tal-iżviluppaturi u tal-artisti tal-logħob irid jiġi protett b'mod adegwat u li trid tiġi żgurata remunerazzjoni ġusta; |
10. |
Jilqa' l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea għall-ekosistema industrijali kulturali u kreattiva, b'mod partikolari dwar id-definizzjoni, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-assi kulturali strateġiċi tagħna; jiddikjara li huwa lest jimxi 'l quddiem fuq dan is-suġġett, b'mod partikolari fir-rigward ta' studios u ta' katalgi tal-video games Ewropej; huwa tal-fehma li aktar investiment Ewropew għandu jiġi dirett lejn is-settur u li InvestEU u Media Invest jistgħu jgħinu jiżguraw li l-ħtiġijiet ta' finanzjament tiegħu qed jiġu ssodisfati; |
11. |
Jilqa' l-proġett pilota mibdi mill-Parlament Ewropew bit-titolu “Understanding the value of a European Video Games Society” (Nifhmu l-valur ta' Soċjetà Ewropea tal-Video Games), li għandu l-għan li jiżviluppa fehim aħjar tal-valur tas-settur tal-video games u l-impatt tiegħu fuq firxa ta' oqsma ta' politika u fuq is-soċjetà bħala tali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli b'dan il-proċess billi trawwem riċerka interdixxiplinari dwar il-video games u l-isport elettroniku, tippubblika komunikazzjoni ddedikata għal din il-kwistjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa, filwaqt li żżomm f'moħħha l-ħtieġa li jiġu mħarsa l-plejers żgħażagħ, speċjalment il-minorenni; |
12. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-isport elettroniku jiġi ssalvagwardjat minn problemi ta' logħob mixtri, logħob tal-azzard illegali u titjib fil-prestazzjoni, inkluż id-doping; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu evitati d-doping u l-logħob mixtri fil-logħob professjonali u li l-plejers jiġu edukati dwar dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll li tiġi protetta l-integrità tal-kompetizzjonijiet; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora s-sinerġiji bejn is-settur tal-video games u l-istrateġija ta' innovazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fil-kuntest tar-riċerka dwar il-metaverse u b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni tal-privatezza tad-data u l-isfidi taċ-ċibersigurtà, mingħajr ma tintilef l-attenzjoni minn fuq il-fenomenu tal-isport elettroniku; |
14. |
Jenfasizza li, minħabba l-udjenza kbira u l-komponent diġitali tagħhom, il-video games u l-isport elettroniku għandhom potenzjal soċjali u kulturali sinifikanti għall-konnessjoni tal-Ewropej ta' kull età, ġeneru u sfond, inklużi nies akbar fl-età u nies b'diżabilitajiet; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mis-settur tal-video games biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-prodotti tagħhom f'konformità mal-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; iqis, madankollu, li dan il-progress irid ikompli; |
15. |
Jenfasizza l-benefiċċji tal-logħob online fuq diversi pjattaformi, kemm għall-esperjenza tal-utent peress li dan jippermetti lill-plejers jinteraġixxu faċilment fuq pjattaformi differenti, kif ukoll għall-iżviluppaturi tal-logħob, u jistieden lill-industrija tal-video games tagħmel kull sforz possibbli biex timmassimizza l-użu ta' din l-opportunità; |
16. |
Jisħaq li l-video games u l-isport elettroniku għandhom potenzjal qawwi li jippromwovu aktar l-istorja, l-identità, il-wirt, il-valuri u d-diversità Ewropej permezz ta' esperjenzi immersivi; jemmen li għandhom ukoll il-potenzjal li jikkontribwixxu għas-setgħa ta' persważjoni tal-UE; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattivi biex tippromwovi video games Ewropej li juru l-valuri, l-istorja u d-diversità Ewropej, iżda wkoll l-għarfien espert tal-industrija, filwaqt li jedukaw lin-nies u jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-video games għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-għarfien ġenerali; jemmen li dawn l-inizjattivi jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' Akkademja Ewropea tal-Video Games; |
18. |
Jisħaq li l-video games huma parti integrali mill-wirt kulturali tal-Ewropa u għalhekk għandhom jiġu ppreservati u promossi; jissuġġerixxi li jingħata appoġġ, f'kooperazzjoni mal-industrija, għall-ħolqien ta' arkivju li jippreserva l-aktar video games Ewropej sinifikanti fuq livell kulturali u jiżgura li jistgħu jintlagħbu fil-futur; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan ir-rigward, li nibnu fuq proġetti eżistenti bħall-Kollezzjoni Internazzjonali tal-Logħob tal-Kompjuter (ICS) u għadd kbir ta' mużewijiet tal-video games madwar l-UE; |
19. |
Jinsisti li l-video games u l-isport elettroniku jistgħu jkunu għodda ta' tagħlim siewja għall-involviment attiv tal-istudenti f'kurrikulu u għall-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali, il-ħiliet personali u l-ħsieb kreattiv; jemmen li l-użu tal-video games fl-iskejjel għandu jsir b'mod parallel mas-sensibilizzazzjoni tal-għalliema dwar kif l-aħjar jużaw il-video games fit-tagħlim tagħhom; jisħaq li l-għalliema għandhom ikunu involuti mill-qrib fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-video games għal skopijiet edukattivi; jissottolinja li dan se jirrikjedi tagħmir u konnettività aħjar fl-iskejjel; |
20. |
Jissottolinja l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u jisħaq li l-għalliema għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat biex jgħallmu l-ICT u l-ħiliet komputazzjonali; jenfasizza li t-titjib tal-ħiliet tal-għalliema matul il-ħinijiet tax-xogħol huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-integrazzjoni b'suċċess tal-ICT u l-logħob fl-edukazzjoni; |
21. |
Ifakkar fl-importanza ta' korsijiet ta' taħriġ Ewropej iddedikati għall-professjonijiet tal-video games inklużi l-aspetti kreattivi, tekniċi, legali u ekonomiċi tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati programmi edukattivi ewlenin fl-Ewropa, inkluż fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fl-universitajiet, li jnaqqsu d-distakk bejn il-kurrikuli Ewropej eżistenti u s-sett meħtieġ ta' għarfien u ħiliet għall-professjonijiet tal-video games, u jsegwu politika proattiva biex irawmu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inklużività fis-settur; |
22. |
Jilqa' l-ħidma mwettqa minn organizzazzjonijiet bħall-Pan European Game Information (Informazzjoni Pan-Ewropea dwar il-Logħob) (PEGI) biex il-plejers tal-video games u l-ġenituri jiġu infurmati dwar il-kontenut tal-video games u biex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut potenzjalment mhux xieraq; iħeġġeġ lill-industrija, lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi biex ikomplu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar sistemi bħal dawn; ifakkar li r-rwol tal-ġenituri huwa kruċjali biex jiġi żgurat li t-tfal jilagħbu video games b'mod sikur, b'għodod għad-dispożizzjoni tagħhom bħall-funzjonijiet ta' kontroll tal-ġenituri; jissottolinja r-rwol importanti tal-kampanji ta' sensibilizzazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati, biex il-ġenituri u l-iskejjel jiġu edukati u infurmati, inkluż dwar kif jużaw il-video games b'mod xieraq; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li s-settur tal-video games huwa industrija importanti għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' talent kreattiv ġdid, kif ukoll jikkontribwixxi għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-kreaturi kulturali kollha u professjonisti oħra, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni diġitali, peress li l-industrija Ewropea tal-logħob bħalissa qed tbati minħabba nuqqas kroniku ta' talent; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mas-sħab soċjali biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk kollha involuti fl-iżvilupp tal-video games u jiżguraw kuntratti ġusti u konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar id-drittijiet tal-ħaddiema, paga ġusta u ugwali, is-saħħa fiżika u mentali kif ukoll is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jiddeplora r-rapporti ripetuti tas-sigħat tax-xogħol hekk imsejħa “crunch” u s-sahra mhux imħallsa u jisħaq li l-iżviluppaturi u l-pubblikaturi tal-video games għandhom ir-responsabilità li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa kif ukoll ġusti għall-ħaddiema tagħhom; |
25. |
Iqis li, minkejja l-isforzi li saru f'termini ta' rappreżentazzjoni preċiża, ugwali u mhux sterjotipata tan-nisa fil-video games, il-progress irid ikompli u jimxi id f'id mal-kisba ta' ugwaljanza akbar għan-nisa fil-pożizzjonijiet kollha fil-katina tal-valur, kif ukoll progress fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u d-diskriminazzjoni; |
26. |
Jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar prattiki kummerċjali żleali min-negozju għall-konsumatur; jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar trasparenza fir-rigward tal-kaxxi ta' premju, inkluż fir-rigward tal-possibilitajiet ta' rebħ, u għal approċċ Ewropew armonizzat; jenfasizza li meta jintużaw kaxxi ta' premju, dawn iridu jkunu ċari u trasparenti għalkollox għall-plejers kollha, b'mod partikolari għall-minorenni u l-ġenituri tagħhom, sabiex tiġi evitata mġiba riskjuża; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri leġiżlattivi, fejn xieraq, biex jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-fenomeni tal-monetizzazzjoni fil-logħba, bħal elementi tal-logħob ibbażati fuq ix-xorti u s-sistemi “ilgħab biex terbaħ”, filwaqt li jqisu l-mezzi kollha possibbli għall-protezzjoni tal-plejers li huma l-aktar vulnerabbli għal disinji aggressivi, bħall-minorenni; |
27. |
Jisħaq li l-implimentazzjoni f'waqtha u sħiħa tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE relatata mas-CCIs hija importanti ferm; |
Sport elettroniku: logħob tal-video ġust u kompetittiv f'qafas Ewropew
28. |
Iqis li l-isport elettroniku u l-isport huma setturi differenti, mhux l-inqas minħabba li l-video games użati għal logħob kompetittiv jew l-isport elettroniku jintlagħbu f'ambjent diġitali u jappartjenu għal entitajiet privati li jgawdu minn kontroll legali sħiħ u mid-drittijiet esklużivi u mingħajr restrizzjonijiet kollha fuq il-video games innifshom; jemmen, madankollu, li ż-żewġ setturi jistgħu jikkomplementaw lil xulxin u jitgħallmu minn xulxin u jippromwovu valuri u ħiliet pożittivi simili, bħall-fair play, in-nondiskriminazzjoni, il-ħidma f'tim, it-tmexxija, is-solidarjetà, l-integrità, l-antirazziżmu, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
29. |
Jemmen li, minħabba n-natura bla fruntieri tad-dixxiplina, l-Unjoni Ewropea hija l-livell xieraq li fih għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tal-isport elettroniku; iħeġġeġ l-introduzzjoni ta' mmappjar Ewropew tal-isport elettroniku fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, li jippermetti lill-Ewropej jidħlu f'kuntatt ma' strutturi qrib tagħhom, kif ukoll jiffaċilita l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet u t-tħeġġiġ tal-isport elettroniku tad-dilettanti; jisħaq li l-immappjar jista' jgħin biex titqajjem kuxjenza dwar l-isport elettroniku u jippromwovih; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa karta li tippromwovi l-valuri Ewropej fil-kompetizzjonijiet tal-isport elettroniku, bi sħubija mal-pubblikaturi, it-timijiet, il-klabbs u l-organizzaturi tat-tournaments; jilqa' l-użu, f'dan il-kuntest, ta' għodod bħall-prinċipji ta' gwida tal-industrija dwar l-involviment fl-isport elettroniku u bħall-kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali għall-isport elettroniku sabiex jiġi promoss sport elettroniku li jkun divertenti, ġust u li jgawdu minnu l-plejers u l-organizzaturi madwar id-dinja f'ambjent miftuħ u inklużiv; |
31. |
Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li jinħolqu linji gwida koerenti u komprensivi rigward l-istatus tal-plejers professjonali tal-isport elettroniku; |
32. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw il-ħolqien ta' viża għall-persunal tal-isport elettroniku bbażata fuq il-viżi kulturali u sportivi ta' Schengen, applikabbli għall-persunal kollu involut fit-tmexxija u l-parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet tal-isport elettroniku, u jikkunsidraw miżuri li jiffaċilitaw il-proċeduri tal-viża biex il-ħaddiema tal-video games ikunu jistgħu jidħlu fl-UE; |
33. |
Iwissi li l-parteċipazzjoni intensiva f'video games tista', f'każijiet rari, twassal għal dipendenza u mġiba tossika, kif rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jisħaq li l-plejers tal-isport elettroniku jistgħu jbatu minn nuqqas ta' eżerċizzju u livelli għoljin ta' stress minħabba n-nuqqas ta' separazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u li l-karrieri tal-plejers professjonali tal-isport elettroniku spiss ikunu qosra, u dan joħloq problemi fir-rigward tat-tranżizzjoni għal karriera oħra; jemmen li l-UE għandha tadotta approċċ responsabbli għall-video games u l-isport elettroniku billi tippromwovihom bħala parti minn stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa li tinkludi l-attività fiżika, l-interazzjoni soċjali wiċċ imb wiċċ u l-involviment kulturali; |
34. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-video games sportivi u tal-isports virtwali biex jiġu esplorati forom ġodda ta' involviment tal-fans u tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet fiżiċi; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' sħubijiet bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fis-setturi tal-video games u tal-isport elettroniku sabiex jinħolqu proġetti ġodda li joħolqu valur miżjud għall-plejers u għall-udjenzi; |
35. |
Jissottolinja li l-video games u l-isport elettroniku għandhom rwol doppju fit-tranżizzjoni ekoloġika, kemm bħala industrija li trid taħdem biex tirrispetta aktar l-ambjent, kif ukoll bħala mezz biex titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali fost il-plejers tal-video games; jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-industrija tal-video games biex tipproteġi l-ambjent u ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-apparati użati u tas-servizzi pprovduti; jappella, f'dan il-kuntest, għal sforzi akbar biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tas-servizzi tal-isport elettroniku; |
36. |
Jenfasizza li l-video games jistgħu jkunu attività soċjali li tippermetti lill-utenti jissoċjalizzaw u jqattgħu l-ħin flimkien; jissottolinja li l-istigma assoċjata mal-isport elettroniku u l-video games għadha mifruxa fis-soċjetà kollha u għandha tiġi indirizzata; |
37. |
Jenfasizza r-rwol importanti li l-bliet u r-reġjuni jista' jkollhom biex jipprovdu aċċess għal infrastruttura li kapaċi tospita avvenimenti tal-isport elettroniku jew tiffaċilita l-aċċess għall-video games għal kulħadd; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-ispazji pubbliċi bħal-libreriji jista' jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-kultura tal-video games u fl-għoti ta' aċċess għal kulħadd għall-video games u għat-tagħmir, irrispettivament miċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, f'konformità mal-liġi tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jiżguraw finanzjament suffiċjenti għall-ispazji pubbliċi bħal-libreriji sabiex jappoġġaw tali rwol; |
o
o o
38. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34.
(2) ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1.
(3) ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69.
(4) ĠU C 385, 22.9.2021, p. 152.
(5) ĠU C 494, 8.12.2021, p. 2.
(6) ĠU C 184, 5.5.2022, p. 71.
(9) ĠU C 160, 13.4.2022, p. 13.
(10) ĠU L 283, 29.10.2011, p. 39.
(11) ĠU C 184, 5.5.2022, p. 88.
(12) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 36.
(13) Scholz, T. M. u Nothelfer, N. (2022), Riċerka għall-Kumitat CULT – Esports, Parlament Ewropew, Dipartiment Tematiku għall-Politika Strutturali u ta' Koeżjoni, Brussell.
(14) ISFE, Europe's Video Games Industry, ISFE-EGDF Key Facts, 2021.
(15) EY, Rebuilding Europe: the cultural and creative economy before and after the COVID-19 crisis, Jannar 2021.
(16) EY, Rebuilding Europe: the cultural and creative economy before and after the COVID-19 crisis, Jannar 2021.
(17) Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).
(18) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
(19) ISFE, Europe's Video Games Industry, ISFE-EGDF Key Facts, 2021.
(20) Ibid.
(21) Ibid.
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/10 |
P9_TA(2022)0389
Il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE (2022/2005(INI))
(2023/C 161/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1) (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2) (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (4) (“id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi”), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (5), |
— |
wara li kkunsidra t-twaqqif, f'Ġunju 2016, tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida dwar it-titjib tal-ġbir u l-użu ta' data dwar l-ugwaljanza mfassla mis-Sottogrupp dwar id-Data dwar l-Ugwaljanza tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar in-Nondiskriminazzjoni, l-Ugwaljanza u d-Diversità fl-2018 u ppubblikati fl-2021, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025” (il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu) (COM(2020)0565), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (COM(2020)0620), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101), u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-UE u l-Istati Membri kollha tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż it-tielet prinċipju tiegħu ta' opportunitajiet ugwali u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM(2021)0102), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025” (COM(2020)0152), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2021 dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom (6), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2021 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi”) (COM(2021)0139), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Equality bodies and the implementation of the Commission Recommendation on standards for equality bodies” (Il-korpi tal-ugwaljanza u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza) (SWD(2021)0063), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u s-Sostenn tal-Ħajja Lhudija (2021-2030)” (COM(2021)0615), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Marzu 2022 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-antisemitiżmu, |
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji ta' gwida komuni tal-Kummissjoni għall-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali ta' Marzu 2022, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Protokoll Nru 12 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ta' politika ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI), b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 5 (riveduta) dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni anti-Musulmani u r-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 9 (riveduta) dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-Antisemitiżmu, l-opinjoni tagħha dwar il-kunċett tar-“razzjalizzazzjoni” adottata f'Diċembru 2021, u l-pjan direzzjonali tagħha lejn ugwaljanza effettiva tas-27 ta' Settembru 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni, id-Diversità u l-Inklużjoni (CDADI) bit-titolu “COVID-19: an analysis of the anti-discrimination, diversity and inclusion dimensions in Council of Europe member states” (7) (COVID-19: analiżi tad-dimensjonijiet tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, id-diversità u l-inklużjoni fl-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa). |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2389 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar il-ġlieda kontra l-Afrofobija, jew ir-razziżmu kontra s-Suwed, fl-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2413 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' Novembru 2021 dwar id-diskriminazzjoni kontra r-Rom u t-Travellers fil-qasam tal-akkomodazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali u r-rakkomandazzjonijiet ġenerali tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u l-istħarriġ tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Diversity in the European Parliament's Secretariat – State of play and Roadmap 2022-2024” (Diversità fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew – Is-sitwazzjoni attwali u l-Pjan Direzzjonali 2022-2024) adottat mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u d-Diversità fit-22 ta' Novembru 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: Nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protesti kontra r-razziżmu wara l-mewt ta' George Floyd (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2022 dwar ir-rwol tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-media u tal-isport fil-ġlieda kontra r-razziżmu (13), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0254/2022), |
A. |
billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE; billi d-dritt għal trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fil-Karta u għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ; billi d-dritt tal-UE jipprojbixxi d-diskriminazzjoni u l-fastidju abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika; |
B. |
billi l-kunċett ta' “razza” huwa kostruzzjoni soċjali; billi skont l-ECRI, l-użu tal-kunċett ta' “razzjalizzazzjoni” għandu l-potenzjal li jgħin fil-fehim tal-proċessi li jirfdu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali (14); billi l-gruppi razzjalizzati jiġu attribwiti ċerti karatteristiċi u attributi li huma ppreżentati bħala innati fil-membri kollha ta' kull grupp ikkonċernat, abbażi ta' karatteristiċi, bħall-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew nazzjonali jew ir-reliġjon, jew il-perċezzjoni ta' sħubija fi grupp speċifiku; |
C. |
billi l-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025 huwa l-ewwel strument ta' politika tal-UE li jirrikonoxxi d-dimensjoni strutturali tar-razziżmu, li l-għeruq storiċi tiegħu jmorru lura għall-kolonjaliżmu, għall-iskjavitù, u għall-persekuzzjonijiet u l-ġenoċidji tal-passat; billi dawn l-għeruq huma aktar sodi u għandhom impatt akbar f'xi Stati Membri milli f'oħrajn; billi r-razziżmu strutturali jista' jiġi influwenzat ukoll minn fatturi oħra; billi l-pjan ta' azzjoni huwa l-ewwel pass importanti lejn l-indirizzar tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali fl-UE iżda huwa nieqes minn mekkaniżmi ta' segwitu, parametri referenzjarji ambizzjużi u miri ċari; |
D. |
billi l-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu jirreferi għar-razziżmu strutturali bħala mġiba diskriminatorja li tista' tkun inkorporata f'istituzzjonijiet soċjali, finanzjarji u politiċi, u b'hekk ikollha impatt fuq livelli differenti ta' poter u tfassil tal-politika; billi d-diskriminazzjoni strutturali tista' titqies bħala ostaklu biex gruppi jew individwi jiksbu l-istess drittijiet u opportunitajiet li jkunu disponibbli għall-maġġoranza tal-popolazzjoni; |
E. |
billi ġew irrappurtati każijiet ta' kriminalizzazzjoni u vjolenza istituzzjonali fil-konfront ta' gruppi razzjalizzati u s-soċjetà ċivili; billi din il-problema għandha tiġi indirizzata fil-ġlieda kontra r-razziżmu strutturali, fi kwalunkwe pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra r-razziżmu u fil-politiki dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni (15); |
F. |
billi skont il-FRA, il-fastidju u d-diskriminazzjoni razzjali għadhom mifruxa madwar l-UE (16); billi l-FRA tirrapporta wkoll livelli għoljin ta' diskriminazzjoni u razziżmu kontra gruppi razzjalizzati, abbażi tal-isfond etniku jew ta' immigrazzjoni tagħhom, bħall-persuni Romani (17) u l-persuni bi sfond mill-Afrika ta' Fuq jew mill-Afrika sub-Saħarjana (18), kif ukoll kontra l-Musulmani (19) u l-poplu Lhudi (20); billi l-movimenti razzisti, ksenofobiċi u omo/transfobiċi u l-ideoloġiji estremisti, b'mod partikolari s-sentimenti tal-lemin estrem, qed jiżdiedu u qed ikomplu joħolqu theddid serju għas-soċjetajiet demokratiċi fl-UE u għas-sikurezza tal-gruppi razzjalizzati; |
G. |
billi l-adozzjoni tad-direttiva kontra d-diskriminazzjoni ilha mblukkata fil-Kunsill sa mill-2008; |
H. |
billi r-razziżmu strutturali u istituzzjonalizzat huwa rifless ukoll fl-inugwaljanza u l-faqar soċjoekonomiċi, u billi dawn il-fatturi jinteraġixxu u jsaħħu lil xulxin; billi d-diskriminazzjoni u r-razziżmu jimminaw id-dinjità tal-bniedem, l-opportunitajiet tal-ħajja, il-prosperità, il-benesseri u spiss is-sikurezza; billi l-minoranzi razzjali u etniċi fl-UE jiffaċċjaw segregazzjoni f'ċerti oqsma tal-ħajja ta' kuljum, inklużi l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni u s-sistemi ġudizzjarji; billi ħafna membri ta' minoranzi razzjali u etniċi fl-UE jesperjenzaw aċċess insuffiċjenti għal ħtiġijiet bażiċi bħall-ilma tax-xorb, is-sanità u l-elettriku, li jista' jkompli jiġi aggravat bit-tibdil fil-klima, u billi dan huwa rifless fis-suq tax-xogħol, fejn il-persuni razzjalizzati huma rappreżentati żżejjed fil-qgħad u fl-impjiegi prekarji u ta' kwalità baxxa bħal dawk fl-ekonomija tal-gigs; billi l-inugwaljanzi razzjali ma jistgħux jiġu indirizzati mingħajr investiment qawwi biex jingħeleb il-faqar; |
I. |
billi approċċ orizzontali intersezzjonali għall-politiki u l-miżuri tal-UE, kif deskritt fl-istrateġiji dwar il-ġeneru u l-LGBTQI, huwa strumentali biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni razzjali; billi l-gruppi ta' minoranza inklużi, iżda mhux biss, il-persuni Romani, il-Musulmani, il-Lhud, il-persuni ta' dixxendenza Afrikana u Asjatika u l-poplu Sami huma affettwati minn forom multipli ta' diskriminazzjoni; |
J. |
billi diversi każijiet ta' standards doppji u diskriminazzjoni fil-fruntieri tal-UE bbażati fuq il-kulur tal-ġilda, inkluż reċentement kontra xi persuni li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna, jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ugwali fil-fruntieri tal-UE; |
K. |
billi n-nisa f'sitwazzjonijiet prekarji, b'mod partikolari n-nisa razzjalizzati, huma rappreżentati żżejjed b'mod sinifikanti fost il-persuni fil-prostituzzjoni, u dan huwa konsegwenza tar-razziżmu u s-sessiżmu u jipperpetwa r-razziżmu u s-sessiżmu; |
L. |
billi hemm ostakli għall-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi tad-diskriminazzjoni razzjali; billi l-korpi tal-ugwaljanza f'ħafna Stati Membri m'għandhomx ir-riżorsi umani u finanzjarji u/jew l-indipendenza meħtieġa biex inaqqsu din id-differenza, inkluż minħabba rieda politika insuffiċjenti; billi l-qafas tal-UE kontra d-diskriminazzjoni mhuwiex traspost b'mod uniformi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, u dan jillimita l-effikaċja tal-korpi tal-ugwaljanza; |
M. |
billi madwar l-UE ġew irrapportati diversi każijiet ta' razziżmu, diskriminazzjoni strutturali, fastidju, vjolenza u tfassil ta' profili razzjali u etniċi mill-pulizija, l-aġenti tal-infurzar tal-liġi, l-imħallfin u l-avukati fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali (21); billi l-preġudizzji strutturali kontra gruppi razzjalizzati jistgħu jinstabu fis-sistemi ġudizzjarji tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (22); billi l-vjolenza tal-pulizija u l-użu sproporzjonat tal-forza minn dawk responsabbli għall-infurzar tal-liġi m'għandhom qatt jiġu ttollerati; billi r-responsabbiltà u s-sorveljanza indipendenti huma essenzjali biex jiġi indirizzat ir-razziżmu istituzzjonali fl-infurzar tal-liġi; billi n-nuqqasijiet tal-istat tad-dritt fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali jaggravaw din is-sitwazzjoni; |
N. |
billi n-nisa nisa Romani, in-nisa razzjalizzati u n-nisa migranti, inklużi dawk b'diżabilità, jiffaċċjaw inugwaljanzi u diskriminazzjoni intersezzjonali fl-UE; billi bosta ffaċċjaw ukoll vjolenza strutturali u ksur tal-integrità u tal-awtonomija fiżika tagħhom, u kienu vittmi ta' sterilizzazzjoni, kontraċezzjoni u abort furzati, li huma prattiki dannużi u forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru b'għeruq fit-twemmin ewġeniku; |
O. |
billi s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) diġà qed jintużaw biex jinħolqu previżjonijiet, profili u valutazzjonijiet tar-riskju li jaffettwaw il-ħajja tan-nies; billi t-teknoloġiji l-ġodda u t-tranżizzjoni diġitali jistgħu jġibu sfidi ġodda għall-ugwaljanza razzjali u n-nondiskriminazzjoni billi jirriproduċu l-preġudizzji soċjali u l-inugwaljanzi strutturali, iżda jistgħu jsiru wkoll għodda effettiva fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni strutturali; |
P. |
billi l-mod kif in-nies jiġu ppreżentati fil-media, irrispettivament mill-isfond razzjali jew etniku tagħhom, jista' jsaħħaħ l-istereotipi negattivi b'konnotazzjonijiet razzjali; |
Q. |
billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) għandhom rwol kritiku fil-preservazzjoni u l-implimentazzjoni tal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE, u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-istrateġiji tal-UE; billi l-ispazju ċiviku qed isofri degradazzjoni kontinwa madwar l-UE u ħafna OSĊ qed isibuha diffiċli biex jissopravivu u għandhom problemi ta' finanzjament; |
R. |
billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali ġiet applikata b'mod insuffiċjenti mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; billi d-Direttiva ma tkoprix il-forom u r-raġunijiet kollha ta' diskriminazzjoni bħad-diskriminazzjoni intersezzjonali u strutturali u għalhekk għandha tiġi aġġornata biex tqis żviluppi ġodda bħall-IA u t-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiku, b'mod partikolari r-riskju potenzjali tar-riproduzzjoni tal-preġudizzji razzjali; billi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija ma ġietx trasposta b'mod sħiħ jew korrett minn xi Stati Membri; billi l-Kummissjoni għandha timmonitorja dan u tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni; |
S. |
billi hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu passi konkreti biex jiżguraw it-tibdil sostenibbli lejn post tax-xogħol totalment inklużiv u rispettuż; billi d-diskriminazzjoni spiss tkun multidimensjonali u approċċ intersezzjonali biss jista' jwitti t-triq għal bidliet sostenibbli, li kapaċi jegħlbu l-politiki u l-prattiki razzisti b'għeruq sodi inkorporati fis-soċjetà tagħna; billi individwi minn gruppi razzjalizzati u gruppi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li huma soġġetti għal forom intersezzjonali ta' diskriminazzjoni huma sottorappreżentati fil-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet; |
T. |
billi d-diskriminazzjoni razzjali tista' toħloq saff ieħor ta' vulnerabbiltà għas-superstiti razzjalizzati tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tista' xxekkel l-aċċess tagħhom għall-appoġġ, ir-riżorsi u l-kura tas-saħħa li jeħtieġu; |
U. |
billi l-organizzazzjonijiet iffinanzjati mill-fondi tal-UE m'għandhomx jippromwovu fehmiet ksenofobiċi jew razzisti; |
V. |
billi d-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda huma fost l-aktar manifestazzjonijiet severi ta' razziżmu u ksenofobija; billi d-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda żdiedu b'mod kostanti fl-Ewropa; billi l-pandemija tal-COVID-19 kienet wieħed mill-fatturi li kkontribwew għal din iż-żieda (23); billi d-diskors ta' mibegħda jista' jwassal għal reati ta' mibegħda; billi skont il-FRA, sa disgħa minn kull għaxar reati ta' mibegħda u attakki motivati mill-mibegħda fl-UE ma jiġux irrapportati u għalhekk ma jiġux issanzjonati (24); |
1. |
Jenfasizza l-bżonn urġenti li l-Unjoni tiżviluppa u tuża approċċ robust, inklużiv, komprensiv u multidimensjonali biex tiġġieled b'effettività l-forom kollha ta' razziżmu u diskriminazzjoni, inkluż ir-razziżmu strutturali u istituzzjonali, fuq kull bażi u fl-oqsma kollha fl-UE; jinsisti li l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha jridu jmexxu bl-eżempju f'din il-ġlieda; |
2. |
Jappella għal aktar tmexxija politika kontinwa fl-ogħla livell politiku f'din il-ġlieda, inkluż permezz ta' reazzjonijiet sodi u rapidi kontra d-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda, u għall-attendenza wiċċ imbwiċċ għas-summits dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta l-implimentazzjoni tal-qafas legali attwali tal-UE għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, id-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda, u tipi oħra ta' intolleranza sabiex tiddetermina kif ittejjibha fejn meħtieġ, u tieħu sehem fi djalogu regolari u skambju tal-aħjar prattiki mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mal-gruppi razzjalizzati u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-OSĊ; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi konkreti, inklużi proċeduri ta' ksur, f'każ ta' ksur tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lil-livelli ta' governanza kollha fl-UE jintegraw l-ugwaljanza u l-ġustizzja razzjali fil-ħidma politika kollha tagħhom, inkluż billi jiffinanzjaw proġetti fil-livell ta' Stat Membru, dak reġjonali u dak lokali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, timplimenta politika ta' tolleranza żero f'dak li huwa appoġġ tal-UE għal proġetti, ġewwa jew barra l-UE, li direttament jew indirettament jippromwovu fehmiet ksenofobiċi jew razzisti; ifakkar li r-Regolament Finanzjarju tal-UE (25) u r-Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni għall-programmi ffinanzjati mill-UE (26) fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali fihom diversi dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari b'rabta mal-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta' dawn id-dispożizzjonijiet; |
5. |
Ifakkar fl-appell fit-tul tiegħu għall-adozzjoni tad-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni, li ilha mblukkata fil-Kunsill mill-2008; jistieden lill-Kunsill jistabbilixxi konfigurazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza biex jiffaċilita diskussjonijiet ta' livell għoli dwar dawn il-kwistjonijiet, fosthom id-diskriminazzjoni strutturali u intersezzjonali, f'forum regolari u permanenti, u jiżgura l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġlieda kontra r-razziżmu u tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-proposta għal direttiva tal-UE dwar it-trattament ugwali filwaqt li tibni fuq il-pożizzjoni tal-Parlament billi tindirizza wkoll id-diskriminazzjoni intersezzjonali u tipprojbixxi b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe kombinazzjoni ta' raġunijiet elenkati fil-Karta; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u l-monitoraġġ effettiv tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi; jikkundanna bil-qawwa l-fatt li l-minoranzi razzjali, etniċi, reliġjużi u lingwistiċi u l-migranti, inklużi l-persuni LGBTQI, jiffaċċjaw razziżmu strutturali, diskriminazzjoni, reati ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda, inugwaljanzi soċjoekonomiċi sostnuti f'oqsma bħal, iżda mhux biss, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni u servizzi essenzjali oħra bħas-saħħa mentali u l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u jesperjenzaw ukoll diffikultajiet akbar biex jaċċessaw is-sistema ġudizzjarja, li jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala ostakli mill-akbar għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali u ostakli ewlenin għall-inklużjoni u l-ugwaljanza, li jwasslu għall-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
7. |
Jiddispjaċih li 14-il sena wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, bosta Stati Membri għadhom ma ttrasponewx id-dispożizzjonijiet tagħha b'mod sħiħ u korrett fil-liġi nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jikkriminalizzaw ir-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li motivazzjoni razzista jew ksenofobika titqies bħala ċirkostanza aggravanti, jew, inkella, li l-qrati jkunu jistgħu jqisu tali motivazzjoni fid-determinazzjoni tal-pieni; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, idaħħlu fis-seħħ standards u miżuri rilevanti relatati mal-protezzjoni tax-xhieda u tal-vittmi ta' reati ta' mibegħda, qabel, matul u wara l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti kriminali, f'konformità mad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar miżuri li wrew li huma effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar, bħall-hotlines u l-ispazji sikuri; jiddeplora l-fatt li llum fl-UE għad hemm każijiet ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li ma jiħdux rapporti ta' reati b'motivazzjoni razzjali bis-serjetà u jappella biex il-każijiet kollha jiġu investigati kif xieraq (27); jissottolinja l-importanza ta' taħriġ speċjalizzat rigward il-ġlieda kontra r-razziżmu, in-nondiskriminazzjoni u r-reati ta' mibegħda għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirreġistraw l-inċidenti b'mod korrett; |
8. |
Jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-każijiet ta' vjolenza tal-pulizija kontra persuni razzjalizzati f'diversi Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nies ikollhom aċċess għal mekkaniżmi tal-ilmenti dwar il-pulizija indipendenti u li jiffunzjonaw tajjeb, li kapaċi jniedu investigazzjonijiet dwar każijiet ta' vjolenza, imġiba ħażina u abbuż mill-pulizija u jissalvagwardjaw id-drittijiet tan-nies li jiddokumentaw dawn il-każijiet; |
9. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2021 dwar Ewropa aktar inklużiva u protettiva: l-estensjoni tal-lista ta' reati fl-UE għad-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda (COM(2021)0777), jistieden lill-Kunsill jaqbel malajr dwar l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni; jilqa' d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (COM(2020)0825) li jiżguraw li dak li huwa illegali offline huwa illegali wkoll online, u dan għandu jikkontribwixxi fil-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali fuq l-internet; jistieden lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipji gwida ewlenin dwar l-inkoraġġiment tar-rappurtar tar-reati ta' mibegħda, żviluppati f'Marzu 2021 mill-Grupp ta' Ħidma tal-UE dwar ir-reġistrazzjoni tar-reati ta' mibegħda, il-ġbir tad-data u l-inkoraġġiment tar-rappurtar; jinkoraġġixxi skambji tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet rilevanti, inkluż dwar pieni alternattivi bħal servizz fil-komunità jew edukazzjoni obbligatorja; |
10. |
Jirrikonoxxi li l-IA tista' tgħin biex jiġi identifikat u jitnaqqas l-impatt tal-preġudizzji umani u li s-software tal-IA jista' jiġi applikat għal settijiet ta' data biex jiġu mmappjati gruppi li jsofru diskriminazzjoni; jinsab imħasseb, madankollu, dwar ir-riskju li l-IA tista' ssaħħaħ id-diskriminazzjoni eżistenti u taggrava l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali eżistenti; jisħaq fuq l-importanza li tintuża data ta' kwalità għolja fl-iżvilupp tal-algoritmi, peress li l-istandard tas-sistemi tal-IA jiddependi mid-data użata biex jiġu mħarrġa; jissottolinja l-importanza li jiġu indirizzati r-riskji potenzjali u li jiġi żgurat li s-salvagwardji meħtieġa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data jkunu fis-seħħ għall-użu tal-għodod tal-IA, b'mod partikolari meta jintużaw minn dawk responsabbli għall-infurzar tal-liġi, u li jiġi żgurat li s-sistemi tal-IA jkunu ggwidati mill-prinċipji ta' trasparenza, spjegabbiltà, ġustizzja u responsabbiltà, kif ukoll li jitwettqu awditi indipendenti biex jiġi evitat li dawn is-sistemi jaggravaw id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, l-esklużjoni u l-faqar; |
11. |
Jitlob li l-Istati Membri jtemmu kull forma ta' tfassil ta' profili razzjali jew etniċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi jipprovdu aktar taħriġ dwar kif jista' jiġi evitat it-tfassil illegali ta' profili f'kuntest ta' infurzar tal-liġi u jassistu fil-fehim u fl-eliminazzjoni tal-preġudizzji; ifakkar li f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, it-tfassil ta' profili li jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni fiżiċi abbażi ta' data personali li min-natura tagħha tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, huwa pprojbit kif stipulat fid-Direttiva (UE) 2016/680 (28) u r-Regolament (UE) 2016/679 (29); |
12. |
Jirrikonoxxi li l-gruppi razzjalizzati huma rappreżentati b'mod sproporzjonat fost l-istrati bi dħul aktar baxx tal-popolazzjoni Ewropea u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi razzjalizzati f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, l-impjiegi, l-attivitajiet tal-pulizija, is-servizzi soċjali, is-sistema ġudizzjarja u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-garanzija għat-tfal biex jindirizzaw b'mod determinat ukoll ir-razziżmu strutturali kontra t-tfal razzjalizzati u jfasslu programmi nazzjonali speċifiċi mmirati biex ikissru ċ-ċiklu tal-faqar li jaffettwa b'mod predominanti lit-tfal razzjalizzati; |
13. |
Jilqa' r-rispons tal-UE għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna u l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (30); jinsab imħasseb dwar ir-rapporti ta' inċidenti diskriminatorji u razzisti fil-fruntieri kontra persuni ta' kulur u minoranzi, bħall-persuni Romani, u jfakkar lill-Istati Membri fid-dritt ta' kull individwu li jfittex l-ażil u li jiġi trattat bir-rispett fl-ambitu tad-dritt internazzjonali (31); itenni li l-kontrolli tal-migrazzjoni u l-kontrolli fil-fruntieri ma jistgħux jitqiegħdu qabel is-sikurezza, id-drittijiet u l-ħajja tan-nies, u jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-dimensjoni tal-ugwaljanza razzjali fil-qafas legali u ta' politika tal-UE dwar il-migrazzjoni; |
14. |
Jiddispjaċih li l-komunitajiet Romani għadhom fost l-aktar gruppi diskriminati u vulnerabbli fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom adottata fit-12 ta' Marzu 2021 kif ukoll il-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni u jagħmlu użu sħiħ mill-finanzjament disponibbli; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu b'mod uffiċjali l-anti-Żingariżmu bħala forma speċifika ta' razziżmu kontra l-persuni Romani; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra ż-żieda allarmanti fl-antisemitiżmu fl-UE; jinnota li l-popolazzjoni Lhudija fl-UE naqset f'dawn l-aħħar snin u li 38 % tal-Lhud ikkunsidraw li jitilqu mill-UE f'dawn l-aħħar ħames snin minħabba tħassib dwar is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom (32); |
16. |
Jikkundanna prattiki bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, il-kaptività matrimonjali u r-“reati tal-unur” li jaffettwaw b'mod partikolari lin-nisa u jappella biex l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli għal tali prattiki; jappella għal aktar sensibilizzazzjoni u promozzjoni biex jintemmu tali prattiki dannużi fl-UE, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; |
17. |
Jaċċentwa li ħafna nisa ta' dixxendenza Afrikana u nisa razzjalizzati oħra jiffaċċjaw faqar u esklużjoni interġenerazzjonali u jidhru b'mod konsistenti fost il-gruppi bl-inqas aċċess għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li jiffaċċjaw diskriminazzjoni fis-servizzi ostetriċi, tal-maternità u tat-tfal (33); |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi tal-kura tas-saħħa jkunu ppreparati biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi tas-saħħa li jistgħu jaffettwaw b'mod predominanti lill-persuni ta' dixxendenza Afrikana, tal-Lvant Nofsani, Latino-Amerikana u Asjatika billi jipprovdu t-taħriġ meħtieġ u jaġġornaw il-kurrikuli tal-edukazzjoni medika tagħhom kif xieraq; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet speċifiċi biex jiġġieldu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u jeliminaw id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi, u jikkumbattu wkoll il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa razzjalizzati, inkluż permezz tal-adozzjoni tad-direttiva proposta dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105), billi jżidu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru mal-lista ta' reati tal-UE u billi jikkriminalizzaw l-isterilizzazzjoni furzata u l-abort furzat u jipprovdu rimedji, appoġġ u reparazzjoni lill-vittmi; |
20. |
Jissottolinja r-rwol tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-ġlieda kontra l-istereotipi razzjali u etniċi u fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jindirizzaw ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni minn stadju bikri u jintegraw l-edukazzjoni inklużiva fil-kurrikuli uffiċjali kollha; jinsisti fuq l-importanza li jiġu rikonoxxuti u mgħallma l-għeruq storiċi tar-razziżmu u l-antisemitiżmu, inkluż bil-għan li jitrawwem fehim aħjar tal-migrazzjoni attwali; jinsab imħasseb dwar l-impatt tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni fuq is-saħħa fiżika u mentali tat-tfal u l-adolexxenti li ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni u persuni razzjalizzati oħra, peress li dan ixekkel l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetajiet; jinsisti li dawn il-preġudizzji se jħallu impatt fit-tul fuq il-ħajja adulta tagħhom; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe segregazzjoni razzjali jew etnika fl-iskejjel, li għadha sseħħ fl-UE u li għandha effett sproporzjonat fuq it-tfal minn komunitajiet ta' minoranzi razzjali u etniċi; iwissi li tali prattiki jwasslu għall-emarġinazzjoni, jipperpetwaw id-diskriminazzjoni strutturali u jxekklu l-aċċess ugwali għall-kwalità tal-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu jew isaħħu l-politiki inklużivi għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali, u jieħdu wkoll passi konkreti biex jappoġġjaw lit-tfal minn minoranzi razzjali u etniċi; |
21. |
Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jindirizzaw id-diskriminazzjoni intersezzjonali fil-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE kontra d-diskriminazzjoni u jippromwovu qafas tal-UE dwar is-suġġett, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-gruppi kkonċernati; |
22. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-gruppi kollha affettwati minn diskriminazzjoni intersezzjonali fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE, f'dak nazzjonali u f'dak lokali, speċjalment il-gruppi ta' minoranza; |
23. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiġbru data diżaggregata komparabbli u robusta dwar l-ugwaljanza, sabiex jifhmu bis-sħiħ u jiddokumentaw id-diskriminazzjoni, janalizzaw il-problemi soċjali, u jindirizzaw l-inugwaljanza b'mod olistiku, abbażi tal-parteċipazzjoni volontarja, l-awtoidentifikazzjoni u l-kunsens infurmat, filwaqt li jipproteġu l-anonimità u l-kunfidenzjalità, jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-komunità fid-definizzjoni tal-kategoriji, l-analiżi u l-evalwazzjoni, jirrispettaw il-prinċipji ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa metodoloġija komuni dwar dan mal-Istati Membri sabiex tiżgura l-komparabbiltà, l-akkuratezza u l-affidabbiltà tad-data miġbura; jappoġġja l-ħidma tal-FRA dwar l-analiżi ta' din id-data u jilqa' l-iżviluppi ulterjuri f'dan il-qasam, f'konformità mal-mandat il-ġdid tagħha u permezz ta' kooperazzjoni strutturata u mill-qrib mal-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u mal-gruppi affettwati; |
24. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jadottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni sa tmiem l-2022, li jqisu l-għeruq storiċi tar-razziżmu u joħolqu kultura ta' tifkira, kif previst fil-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu; jistieden lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-gruppi razzjalizzati fil-ħidma tas-sottogrupp dwar il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu, inkluż billi tipprovdi informazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt nazzjonali; jaċċentwa l-ħtieġa li l-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu jitkompla lil hinn mill-2025 u jiġi żviluppat fi strateġija sħiħa tal-UE, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżgura l-kontinwità ta' din il-ħidma qabel ma jispiċċa l-mandat attwali tagħha; |
25. |
Jissottolinja l-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' responsabbiltà biex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-infurzar effettivi tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni u jfakkar fl-importanza tal-parteċipazzjoni tal-OSĊ f'dan il-proċess; jappella għall-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni sabiex jissaħħu l-impenn u l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-prinċipji gwida komuni u l-indikaturi sussegwenti tal-progress; |
26. |
Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-OSĊ, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u t-tolleranza; jinsisti li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem attivi fil-ġlieda kontra r-razziżmu għandhom jiġu protetti u appoġġjati fil-ħidma tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa ta' finanzjament tal-UE ddedikat u suffiċjenti għall-OSĊ; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza ta' djalogu regolari u strutturat mal-OSĊ li jaħdmu fuq l-ugwaljanza u l-ġustizzja razzjali fil-livell Ewropew, f'dak nazzjonali u f'dak lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw, bl-involviment tal-OSĊ u tal-gruppi affettwati, kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku biex jiġġieldu l-istereotipi u l-preġudizzji prevalenti fost il-popolazzjoni ġenerali; jappella għal aktar opportunitajiet ta' finanzjament rilevanti fl-ambitu tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri fil-qasam tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Forum Permanenti għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili involuti fil-Ġlieda Kontra r-Razziżmu jiġi inkluż formalment fil-ħolqien tal-politiki u l-leġiżlazzjoni rilevanti; jiddeplora l-attakki f'forom differenti (inklużi d-diskors ta' mibegħda, ir-reġimi tat-taxxa punittivi, il-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika, u l-attakki fuq l-uffiċċji jew fuq il-persuni li jaħdmu fihom) kontra OSĊ li jipprovdu appoġġ liċ-ċittadini u għarfien espert lil dawk li jfasslu l-politika f'dan il-qasam; |
27. |
Jissottolinja l-importanza tar-rappreżentanza u d-diversità bħala għodda għall-iżvilupp ta' soċjetajiet inklużivi; ifakkar li l-media għandha r-responsabbiltà li tirrifletti s-soċjetajiet fid-diversità kollha tagħhom, u jiddispjaċih għan-nuqqas attwali ta' diversità fil-livelli kollha; jikkundanna r-retorika razzista ta' ċerti strumenti tal-midja li jistigmatizzaw il-komunitajiet razzjalizzati; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-ġeneru kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-persuni razzjalizzati fil-media sabiex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata u jiġu pprovduti mudelli eżemplari pożittivi għat-tfal ta' gruppi razzjalizzati; |
28. |
Jissottolinja l-effetti kruċjali li l-kampanji u l-inizjattivi favur il-litteriżmu fil-media jista' jkollhom fil-mitigazzjoni tan-narrattivi ta' diskriminazzjoni razzjali ppropagati permezz tad-diżinformazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu enfasi akbar fuq l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku, il-litteriżmu fil-media u l-ħiliet diġitali biex jiġġieldu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw u janalizzaw l-attivitajiet u s-sorsi ta' finanzjament tal-gruppi estremisti fl-UE li jxerrdu l-mibegħda, inklużi dawk b'rabtiet mill-qrib mar-Russja li qed jintużaw biex jiddestabbilizzaw l-UE u jimminaw l-unità tagħha, u jieħdu passi ulterjuri sabiex jiġġieldu l-attivitajiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet fl-UE; |
29. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar standards minimi għall-korpi tal-ugwaljanza, li għandha l-għan li tiżgura protezzjoni ugwali kontra d-diskriminazzjoni madwar l-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ambizzjuża f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri leġiżlattivi konkreti biex issaħħaħ ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza fl-Istati Membri u tiżgura li dawn ikollhom finanzjament suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti tagħhom, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir aħjar ta' data bil-ħsieb li jimmappjaw id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi madwar l-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza kollha jkopri l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, inklużi l-vittimizzazzjoni u d-diskors ta' mibegħda; |
30. |
Jiddeplora l-fatt li r-razziżmu strutturali għadu jeżisti fis-soċjetà tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jindirizzawh fi ħdan l-istrutturi proprja u jindirizzaw is-sottorappreżentanza tal-gruppi razzjalizzati u ta' gruppi oħra soġġetti għad-diskriminazzjoni, b'mod partikolari f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u jadottaw b'urġenza strateġija ta' diversità u inklużjoni tal-forza tax-xogħol; jisħaq li persuna għandha tiġi rreklutati abbażi tal-mertu, tal-kwalifiki u tal-ħiliet; ifakkar li skont l-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, id-diskors ta' mibegħda huwa pprojbit flimkien mal-lingwaġġ malafamanti u l-inċitament għad-diskriminazzjoni, u jistieden lill-President u lill-Presidenti tal-Kumitati tiegħu jimplimentaw kif xieraq dawn ir-regoli u jiżguraw investigazzjonijiet xierqa u segwitu fil-każijiet fejn jinstab li jkun seħħ ksur ta' dan l-artikolu; |
31. |
Jilqa' f'dan ir-rigward l-adozzjoni tal-istrateġija tal-Parlament għad-diversità u l-pjan direzzjonali korrispondenti għall-2022-2024; jaċċentwa li hija wkoll ir-responsabbiltà tal-gruppi politiċi rispettivi li jinfurzaw din l-istrateġija fl-istrateġiji rispettivi tagħhom għar-riżorsi umani; |
32. |
Jilqa' l-ħatra mill-Kummissjoni tal-ewwel koordinatur tal-ġlieda kontra r-razziżmu fl-2021 u l-ħatra mill-ġdid kontinwa mill-2015 tal-koordinatur tal-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u s-sostenn tal-ħajja Lhudija; jistieden lill-Kummissjoni taħtar malajr il-koordinatur tal-ġlieda kontra l-mibegħda anti-Musulmana; jiddispjaċih li l-pożizzjoni ilha vakanti minn Lulju 2021; ifakkar li dawn il-pożizzjonijiet għandhom ikunu permanenti u għalhekk li l-koordinaturi għandhom jiġu sostnuti u appoġġjati finanzjarjament; jissottolinja r-rwol ċentrali tal-koordinatur tal-ġlieda kontra r-razziżmu u l-Grupp ta' Livell Għoli tal-UE biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza razzjali fil-politiki kollha tal-UE; |
33. |
Jinsab imħasseb dwar it-tixrid kontinwu ta' teoriji ta' komplott razzisti u ksenofobiċi, li jinċitaw il-mibegħda u l-vjolenza, inklużi r-reati ta' mibegħda madwar id-dinja; jinsab allarmat dwar kif dawn it-teoriji, bħall-hekk imsejħa “teorija tas-sostituzzjoni l-kbira”, huma integrati fid-diskors politiku ta' għadd ta' personalitajiet politiċi mil-lemin estrem fl-Istati Membri u jissottolinja li din hija theddida għall-valuri fundamentali u kondiviżi tal-Unjoni; |
34. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, u b'mod partikolari fl-appell tiegħu biex tiġi integrata taqsima ddedikata dwar l-OSĊ u jiġu koperti d-drittijiet fundamentali, inkluża n-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet razzjali, ta' kulur jew etniċi; jappella, barra minn hekk, għal sommarju tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu fil-kapitoli tal-pajjiżi tar-rapport; |
35. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(4) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(7) https://edoc.coe.int/en/living-together-diversity-and-freedom-in-europe/9741-covid-19-an-analysis-of-the-anti-discrimination-diversity-and-inclusion-dimensions-in-council-of-europe-member-states.html
(8) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 2.
(9) ĠU C 385, 22.9.2021, p. 104.
(10) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 63.
(11) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 150.
(12) ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.
(13) ĠU C 347, 9.9.2022, p. 15.
(14) ECRI, Opinion on the concept of “racialisation” (Opinjoni dwar il-kunċett ta' “razzjalizzazzjoni”), 8 ta' Diċembru 2021.
(15) Parlament Ewropew, studju għall-Kumitat LIBE, “Protection against racism, xenophobia and racial discrimination, and the EU Anti-racism Action Plan” (Protezzjoni kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskriminazzjoni razzjali, u l-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu), Mejju 2022.
(16) FRA, Fundamental Rights Report 2022 (Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2022), 8 ta' Ġunju 2022, p. 84.
(17) It-terminu “persuni Romani” jinkludi diversi gruppi, inklużi r-Rom, il-Kalés, il-Manouches, l-Ashkali, it-Travellers, il-Lovara, ir-Rissende, il-Boyash, id-Domare, il-Kalderash, ir-Romanichal u s-Sinti.
(18) FRA, Second European Union Minorities and Discrimination Survey – Main results (It-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni – Riżultati ewlenin), 6 ta' Diċembru 2017.
(19) FRA, Second European Union Minorities and Discrimination Survey Muslims – Selected findings (It-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni: Il-Musulmani – Sejbiet magħżula, 21 ta' Settembru 2017.
(20) FRA, Experiences and perceptions of antisemitism – Second survey on discrimination and hate crime against Jews in the EU, (Esperjenzi u perċezzjonijiet tal-antisemitiżmu – It-tieni stħarriġ dwar id-diskriminazzjoni u r-reati ta' mibegħda kontra l-Lhud fl-UE), 10 ta' Diċembru 2018.
(21) European Roma Rights Centre, Justice Denied: Roma in the criminal justice system (Ġustizzja Mċaħħda: Ir-Rom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali), 2 ta' Marzu 2022.
(22) European Network Against Racism, 2014–2018 ENAR Shadow Report on racist crime and institutional racism in Europe (Rapport parallel tal-ENAR 2014–2018 dwar ir-reati razzjali u r-razziżmu istituzzjonali fl-Ewropa), 11 ta' Settembru 2019.
(23) FRA, Fundamental Rights Report 2022 (Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2022), 8 ta' Ġunju 2022, p. 84.
(24) FRA, Encouraging hate crime reporting – The role of enforcement and other authorities (Inħeġġu r-rappurtar tar-reati ta' mibegħda – Ir-rwol tal-awtoritajiet tal-infurzar u ta' awtoritajiet oħra), 2021.
(25) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(26) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi. ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(27) ENAR, Justice Gap: Racism pervasive in criminal justice systems across Europe (Lakuna Ġudizzjarja: Razziżmu mifrux fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali madwar l-Ewropa), 12 ta' Settembru 2019.
(28) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI. ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
(29) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(30) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn. ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.
(31) FRA, The war in Ukraine – Fundamental rights implications within the EU (Il-gwerra fl-Ukrajna – Implikazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali fl-UE), 19 ta' Mejju 2022, u FRA, EU-Ukrainian border checkpoints: First field observations (Punti ta' kontroll fuq il-fruntiera UE-Ukrajna: L-ewwel osservazzjonijiet fuq il-post), 23 ta' Marzu 2022.
(32) FRA opinions – Experiences and perceptions of antisemitism (Opinjonijiet tal-FRA – Esperjenzi u perċezzjonijiet ta' antisemitiżmu).
(33) Equinox, Towards Gender Justice – Rethinking EU Gender Equality Policy from an Intersectional Perspective (Lejn Ġustizzja bejn il-Ġeneri – Reviżjoni tal-Politika tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri minn Perspettiva Intersezzjonali), Mejju 2021.
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 10 ta’ Novembru 2022
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/20 |
P9_TA(2022)0376
Ftehim bejn l-UE u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (11050/2022 – C9-0299/2022 – 2022/0200(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11050/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna (10151/2022), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0299/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0263/2022), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukrajna. |
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/21 |
P9_TA(2022)0377
Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (11052/2022 – C9-0304/2022 – 2022/0201(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11052/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova (10152/2022), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0304/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0262/2022), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova. |
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/22 |
P9_TA(2022)0378
Konklużjoni ta' ftehim taħt il-GATS dwar il-modifika tal-iskedi ta' impenji speċifiċi
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta' impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta' Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta' Diċembru 2021 (09982/2022 – C9-0224/2022 – 2022/0174(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09982/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta' impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta' Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta' Diċembru 2021 (09982/2022), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0224/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0257/2022), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/23 |
P9_TA(2022)0379
Sussidji barranin distorsivi
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021)0223 – C9-0167/2021 – 2021/0114(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 161/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0223), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0167/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Lulju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali; |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0135/2022), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni li se jiġu ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 87.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-4 ta’ Mejju 2022 (Testi adottati P9_TA(2022)0143).
P9_TC1-COD(2021)0114
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2560.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
L-Unjoni tibqa' impenjata lejn sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, b'WTO modernizzata fil-qalba tagħha, u biex tkompli ttejjeb l-effettività tal-qafas multilaterali dwar is-sussidji. Hija tirriafferma l-impenn tagħha li tappoġġa l-modernizzazzjoni tar-regoli tad-WTO biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet għall-kummerċ u għall-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-Unjoni ser timpenja ruħha fl-immodernizzar tar-regoli dwar is-sussidji industrijali biex jittejjeb il-funzjonament xieraq tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (ASCM) u biex jiġu promossi l-konformità u l-infurzar.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kjarifiki fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560 (1), skont l-Artikolu 46 tiegħu
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2022/2560 dwar l-eżistenza ta' distorsjoni kkawżata minn sussidju barrani fis-suq intern, l-applikazzjoni tat-test tal-ibbilanċjar stabbilit fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, u l-valutazzjoni ta' distorsjoni fi proċedura ta' akkwist pubbliku stabbilita fl-Artikolu 27(1) ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni ser tippubblika dawn il-kjarifiki inizjali mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Il-linji gwida li jinħarġu skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2560 jistgħu jissostitwixxu dawn il-kjarifiki inizjali.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar regoli multilaterali biex jiġu indirizzati s-sussidji barranin distorsivi fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560 (2)
Fit-30 ta' Ġunju 2022, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea laħqu ftehim dwar ir-Regolament dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (3). Dan ir-Regolament jikkomplementa d-dixxiplini Ewropej u internazzjonali eżistenti dwar is-sussidji u l-kontroll tas-sussidji. Huwa jittratta d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fis-suq intern tal-Unjoni.
Is-sussidji jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-kummerċ internazzjonali u jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kemm fis-setturi tradizzjonali kif ukoll fit-teknoloġiji l-ġodda. F'xi każijiet, is-sussidji mhux ikkontrollati jistgħu jirriżultaw ukoll f'kapaċitajiet eċċessivi, għad-detriment ta' dinamika tas-suq b'saħħitha. L-UE teħtieġ li tkompli tikseb il-benefiċċji tal-opportunitajiet internazzjonali filwaqt li tiżviluppa għodod biex tindirizza prattiki kummerċjali inġusti, kemm internament kif ukoll esternament (4). Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għat-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tiegħu kontra distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin. B'dan il-mod, l-Unjoni tikkomplementa s-sett ta' għodod tagħha bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni.
Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-impatti negattivi tas-sussidji, u filwaqt li jiġi rikonoxxut li r-regoli tad-WTO jistgħu ma jkunux effettivi biżżejjed fl-indirizzar tal-effetti konsegwenzjali negattivi tal-intervent mill-Istat fl-ekonomija, inkluż għal ċerti setturi industrijali, il-Kummissjoni Ewropea tibqa' impenjata li tkompli ssaħħaħ l-effettività tal-qafas multilaterali dwar is-sussidji, u hija determinata li tinsisti bil-qawwa għal qafas legali li jkun mgħammar sew biex jindirizza d-distorsjonijiet għall-kummerċ u għall-kompetizzjoni u għal kundizzjonijiet ekwi (5). B'mod partikolari, il-Kummissjoni hija impenjata għall-immodernizzar tar-regoli dwar is-sussidji industrijali biex jittejjeb il-funzjonament xieraq tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (ASCM) u tiġi promossa l-konformità miegħu. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea tfakkar fil-kooperazzjoni trilaterali kontinwa tagħha mal-Ġappun u l-Istati Uniti.
Ir-regoli dwar is-sussidji huma stabbiliti b'mod partikolari fl-ASCM, li jistabbilixxi projbizzjonijiet ta' ċerti sussidji u azzjonijiet kontra l-effetti negattivi tas-sussidji fil-kuntest tal-kummerċ tal-merkanzija. Fir-rigward tal-Unjoni, dawn ir-regoli huma, sa fejn huma relatati mas-sussidjar kumpensatorju, implimentati bir-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (6). Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1037 huwa ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ASCM.
Ir-Regolament dwar is-sussidji barranin li jfixklu s-suq intern huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, inkluż b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-ASCM. Il-Kummissjoni Ewropea ser tiżgura li kwalunkwe azzjoni meħuda fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħha.
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel użu sħiħ minn dan ir-Regolament il-ġdid biex tindirizza d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fis-suq intern.
(1) Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1).
(2) Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1).
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (COM(2021)0223).
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva, tat-18 ta' Frar 2021 (COM(2021)0066).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva, tat-18 ta' Frar 2021 (COM(2021)0066).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/26 |
P9_TA(2022)0380
Id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv Sostenibbli
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (COM(2021)0189 – C9-0147/2021 – 2021/0104(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 161/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0189), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0147/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2021 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0059/2022), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0104
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2464.)
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/27 |
P9_TA(2022)0381
Finanzi Diġitali: L-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (COM(2020)0595 – C9-0304/2020 – 2020/0266(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 161/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0595), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0304/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Frar 2021 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0341/2021), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0266
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/2554.)
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/28 |
P9_TA(2022)0382
Finanzi Diġitali: Emenda tad-Direttiva li tikkonċerna r-rekwiżiti tar-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 (COM(2020)0596 – C9-0303/2020 – 2020/0268(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 161/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0596), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0303/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2021 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Frar 2021 (2),, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0340/2021), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċitat bħala “id-Direttiva DORA”; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0268
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2556.)
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/29 |
P9_TA(2022)0383
Livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, u tħassir tad-Direttiva (UE) 2016/1148 (COM(2020)0823 – C9-0422/2020 – 2020/0359(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 161/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0823), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0422/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2022 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2021 (2), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0313/2021), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0359
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2555.)
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/30 |
P9_TA(2022)0384
Il-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (COM(2022)0231 – C9-0183/2022 – 2022/0164(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]
(2023/C 161/11)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-proposta tal-Kummissjoni
2022/0164(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 177, l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 322(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (4), avvenimenti ġeopolitiċi bla preċedent skattati mill-invażjoni militari illegali u mhux ipprovokata tal-Ukrajna mir-Russja u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi diretti u indiretti tagħhom affettwaw b'mod konsiderevoli s-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni, il-poplu tagħha u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali . B'mod partikolari, sar aktar ċar minn qatt qabel li s-sigurtà tal-enerġija u l-indipendenza enerġetika tal-Unjoni huma indispensabbli għal irkupru li jirnexxi, sostenibbli u inklużiv mill-kriżi tal-COVID-19, peress li huma wkoll fattur ewlieni li jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea. |
(2) |
Minħabba r-rabtiet diretti bejn irkupru sostenibbli, il-bini tar-reżiljenza tal-Unjoni u s-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, b'mod partikolari mir-Russja , u r-rwol tagħha għal tranżizzjoni ġusta u inklużiva, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija strument adatt sew biex jikkontribwixxi għar-rispons tal-Unjoni għal dawn l-isfidi emerġenti ġodda , filwaqt li tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (4a) u mal-impenji internazzjonali eżistenti . |
(3) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-10-11 ta' Marzu 2022 tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern stiednet lill-Kummissjoni tipproponi sal-aħħar ta' Mejju pjan REPowerEU biex titneħħa gradwalment d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi, li sussegwentement ġiet imtennija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Marzu 2022. Dan jenħtieġ li jsir ferm qabel l-2030 b'mod li jkun konsistenti mal-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-objettivi klimatiċi għall-2030 u l-2050 minquxa fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/241 jiġi emendat biex tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jappoġġa riformi u investimenti ddedikati għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, b'mod partikolari l-fjuwils fossili, kif ukoll biex is-sistema tal-enerġija ssir aktar sigura, bi prezzijiet raġonevoli, aċċessibbli u sostenibbli, b'mod partikolari bl-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u ż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin tal-enerġija , biex b'hekk tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni flimkien ma' ekonomija miftuħa. Jenħtieġ li jingħata wkoll appoġġ għar-riformi u l-investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija tal-ekonomiji tal-Istati Membri permezz ta' koerenza aħjar mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u r-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli . |
(3a) |
It-tneħħija gradwali tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi jenħtieġ li twassal għal tnaqqis tad-dipendenza ġenerali fuq l-enerġija tal-Unjoni. F'konformità mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jenħtieġ li l-kapitoli tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu biex tiżdied u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, mingħajr ma tiżdied b'mod eċċessiv id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima minn pajjiżi terzi. |
(4) |
Biex jiġu massimizzati l-komplementarjetà, il-konsistenza u l-koerenza tal-politiki u l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jitrawmu l-indipendenza u s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn ir-riformi u l-investimenti relatati mal-enerġija jiġu stabbiliti permezz ta' “kapitolu tar-REPowerEU” tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ddedikat għal hekk. |
(4a) |
Sabiex jiġu promossi l-objettivi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, għat-tħejjija tal-Kapitoli tar-REPowerEU, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-fondi jitqassmu b'mod xieraq bejn ir-reġjuni, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet u l-isfidi ta' kull reġjun. |
(4b) |
Jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjonijiet partikolari lil reġjuni u gżejjer remoti, periferiċi u iżolati li diġà jesperjenzaw restrizzjonijiet addizzjonali. |
(5) |
Sabiex jiġi massimizzat il-kamp ta' applikazzjoni tar-rispons tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha li jippreżentaw pjan għall-irkupru u r-reżiljenza wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu obbligati jinkludu kapitolu tar-REPowerEU fil-pjan tagħhom. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika, b'mod partikolari, għall-pjanijiet riveduti ppreżentati mill-Istati Membri mit-30 ta' Ġunju 2022 biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata. Jenħtieġ li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Kapitolu tar-REPowerEU jkun jinkludi riformi u investimenti ġodda li jikkontribwixxu għall-għanijiet tar-REPowerEU u jindirizzaw l-effett tal-kriżi kkawżat mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna . Barra minn hekk, jenħtieġ li dak il-kapitolu jkun fih deskrizzjoni ta' miżuri oħrajn, iffinanzjati minn sorsi li mhumiex il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li jikkontribwixxu għall-objettivi relatati mal-enerġija deskritti fil-Premessa (3). Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkopri miżuri li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir bejn l-1 ta' Frar 2022 u l-31 ta' Diċembru 2026, il-perjodu li matulu għandhom jintlaħqu l-objettivi stabbiliti minn dan ir-Regolament. Huwa imperattiv li jiżdied malajr l-investiment fil-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, bħall-użu ta' soluzzjonijiet tat-tisħin u t-tkessiħ sostenibbli u effiċjenti, li jippreżentaw mod sostenibbli u effettiv biex jiġu indirizzati wħud mill-aktar sfidi urġenti tal-provvista tal-enerġija u tal-kost tal-enerġija. Fid-dawl tal-impatt soċjali ta' prezzijiet tal-enerġija għolja u volatili b'mod persistenti u b'rikonoxximent tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jenħtieġ li ssir enfasi partikolari biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, permezz ta' appoġġ għall-konsumaturi fil-faqar enerġetiku u vulnerabbli. Fir-rigward tal-infrastruttura tal-gass naturali, biex jiddiversifikaw il-provvista lil hinn mir-Russja, jenħtieġ li l-investimenti u r-riformi tal-Kapitoli tar-REPowerEU jibnu fuq il-bżonnijiet identifikati attwalment permezz tal-valutazzjoni mwettqa u maqbula min-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass (European Network of Transmission System Operators for Gas, ENTSOG), stabbiliti fl-ispirtu ta' solidarjetà fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u jqisu l-miżuri ta' tħejjija msaħħa meħuda, inkluż il-ħżin tal-enerġija, biex ikun hemm adattament għal theddid ġeopolitiku ġdid, kif ukoll biex ikun hemm kontribut fit-tul lejn it-tranżizzjoni ekoloġika li tkun lesta għall-idroġenu. Jenħtieġ li jkun hemm proporzjon sinifikanti ta' miżuri fil-kapitolu li jkollhom dimensjoni jew effetti transfruntieri jew multinazzjonali, li jikkontribwixxu, fost affarijiet oħra, għall-valur miżjud Ewropew. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Kapitoli tar-REPowerEU jipprovdu spjegazzjoni u kwantifikazzjoni tal-effetti tal-kombinazzjoni tar-riformi u l-investimenti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-miżuri l-oħrajn iffinanzjati minn sorsi li mhumiex il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. |
(6a) |
Tranżizzjoni effettiva lejn enerġija ekoloġika u tnaqqis rapidu tad-dipendenza enerġetika jenħtieġ li jqisu l-isfidi emerġenti ġodda li jiffaċċjaw l-unitajiet domestiċi u l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli. Tali sfidi relatati mal-faqar enerġetiku, jiġifieri l-inabbiltà, relatata man-nuqqas ta' aċċessibbiltà mil-lat ta' prezzijiet, li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-provvista tal-enerġija u n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi essenzjali tal-enerġija biex jiġu żgurati livelli bażiċi ta' kumdità u saħħa, standard tal-għajxien u tas-saħħa deċenti, inklużi tisħin, misħun, tkessiħ u tidwil adegwati u biżżejjed enerġija biex jitħaddmu l-apparati, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, u fil-politika soċjali eżistenti u f'politiki rilevanti oħra, ikkawżati minn spejjeż għolja tal-enerġija u minn effiċjenza enerġetika fqira tad-djar u l-bini. |
(6b) |
Barra minn hekk, il-kuntest ġeopolitiku attwali jirrikjedi li l-Unjoni taġixxi biex tippreserva s-sigurtà tal-enerġija, jiġifieri d-disponibbiltà kontinwa u mingħajr interruzzjoni tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvistà u s-sikurezza teknika li tista' tinkiseb billi jiżdiedu l-effiċjenza u l-interoperabbiltà tan-networks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, tiġi promossa l-flessibbiltà tas-sistema, jiġu evitati l-konġestjonijiet, jiġu żgurati ktajjen tal-provvista reżiljenti, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni u l-adattament għall-klima ta' kulħadd, u b'mod partikolari, l-infrastruttura kritika filwaqt li jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi fuq l-enerġija. |
(7) |
Jenħtieġ li jiżdied kriterju ta' valutazzjoni xieraq biex iservi bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta r-riformi u l-investimenti inklużi fil-Kapitoli tar-REPowerEU u biex tiżgura li r-riformi u l-investimenti jkunu adatti biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi relatati mar-REPowerEU. Jenħtieġ li tkun meħtieġa klassifikazzjoni A skont dan il-kriterju ta' valutazzjoni l-ġdid għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti biex jiġi vvalutat b'mod pożittiv mill-Kummissjoni. |
(7a) |
It-tranżizzjoni effettiva lejn enerġija ekoloġika u tnaqqis rapidu fid-dipendenza enerġetika b'mod inklużiv jitolbu miżuri li jagħtu spinta lill-effiċjenza enerġetika u lill-iffrankar fil-bini u jiddekarbonizzaw l-industriji aktar malajr. Biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-Ewropa, is-sehem tal-enerġija sostenibbli u rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija jeħtieġ li jiżdied u huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet fl-infrastruttura u l-iskarsezzi ta' ħaddiema u ħiliet. Il-potenzjal tal-ħiliet u t-teknoloġiji diġitali biex iservu t-tranżizzjoni ekoloġika jenħtieġ li jiġi sfruttat. |
(8) |
L-investimenti fl-infrastruttura u t-teknoloġiji waħedhom mhumiex biżżejjed biex jiżguraw tnaqqis tad-dipendenza mill-fjuwils fossili. Jenħtieġ li r-riżorsi jkunu ddedikati għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tan-nies, biex il-forza tax-xogħol tiġi mgħammra ulterjorment b'ħiliet ekoloġiċi. Dan huwa konformi mal-objettiv tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, li għandu l-għan li jappoġġa lill-Istati Membri fil-kisba ta' forza tax-xogħol ta' ħila u reżiljenti li tkun lesta għad-dinja tax-xogħol futura. Fid-dawl ta' hekk, ir-riżorsi mitluba mill-pakkett tal-Fond Soċjali Ewropew Plus biex jappoġġaw l-objettivi tar-REPowerEU jenħtieġ li jgħinu biex jappoġġaw miżuri għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-miżuri inklużi fil-Kapitoli tar-REPowerEU jikkontribwux b'mod sinifikanti għall-appoġġ ta' rikwalifikazzjoni tal-forza tax-xogħol lejn ħiliet ekoloġiċi. |
(9) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-reġim tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali l-oħrajn kollha skont ir-Regolament (UE) 2021/241 sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor. |
(9a) |
Jenħtieġ li l-miżuri fil-Kapitoli tar-REPowerEU ma jimminawx il-livelli ekoloġiċi u diġitali ġenerali ta' ambizzjoni tad-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li diġà ġew adottati u li japprovaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. |
(10) |
Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż il-Kapitolu tar-REPowerEU, jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti, jew subsett sinifikanti minnhom, inklużi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jridu jiġu adottati skont iċ-ċiklu tas-Semestru 2022 li jirreferu, fost l-oħrajn, għall-isfidi tal-enerġija li qed jiffaċċaw l-Istati Membri. |
(11) |
Tranżizzjoni effettiva lejn enerġija ekoloġika u tnaqqis tad-dipendenza enerġetika jinvolvu investimenti diġitali sinifikanti. Fid-dawl tar-Regolament (UE) 2021/241, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi dawk inklużi fil-Kapitolu tar-REPowerEU, mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnha u ta' jekk jikkostitwux ammont li jikkontribwixxi għall-mira diġitali fuq il-bażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali. Madankollu, minħabba l-urġenza bla preċedent u l-importanza tal-isfidi tal-enerġija li qed tiffaċċa l-Unjoni, ir-riformi u l-investimenti inklużi fil-Kapitolu tar-REPowerEU jenħtieġ li ma jitqisux meta tiġi kkalkulata l-allokazzjoni totali tal-pjan għall-fini tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-mira diġitali stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/241. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex, kemm jista' jkun, fil-Kapitolu tar-REPowerEU jinkludu miżuri li jikkontribwixxu għall-mira diġitali abbażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali. |
(11a) |
It-tul ta' żmien eċċessiv tal-proċeduri amministrattivi huwa wieħed mill-ostakli ewlenin għall-varar ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mal-objettivi stabbiliti għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli. Fost dawn l-ostakli hemm il-kumplessità tar-regoli applikabbli għall-għażla tas-siti u għall-awtorizzazzjonijiet amministrattivi għall-proġetti, il-kumplessità u t-tul ta' żmien tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-proġetti, jew in-nuqqas ta' persunal suffiċjenti tal-awtoritajiet tal-għoti ta' permessi. Aktar simplifikazzjoni u tqassir tal-proċessi amministrattivi tal-għoti ta' permessi, inklużi skadenzi iqsar u aktar ċari għad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti, huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija u l-klima. Sabiex jitħaffu l-proċessi tal-għoti ta' permessi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex jidentifikaw oqsma partikolarment xierqa għall-użu ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li tapplika bis-sħiħ l-acquis ambjentali rilevanti, li għalihom l-iskadenzi jistgħu jkunu iqsar. |
(12) |
Skont l-Artikolu 18(4)(q) tar-Regolament (UE) 2021/241, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu wkoll rapport dettaljat tal-proċess ta' konsultazzjoni obligatorju u adegwat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali , is-sħab soċjali kif ukoll l-NGOs u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi tar-REPowerEU, inkluż, kif rilevanti, mis-settur agrikolu, għar-riformi u l-investimenti inklużi fil-Kapitolu tar-REPowerEU. Jenħtieġ li dawn is-sommarji juru l-iskeda ta' żmien u l-istadji ta' dawk il-konsultazzjonijiet, jindikaw il-partijiet ikkonċernati kkonsultati, jispjegaw l-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet u jiddeskrivu kif il-kontribut irċevut ġie rifless fil-Kapitoli tar-REPowerEU , liema input ma ġiex rifless u għal liema raġuni u jindikaw kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra se jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-Kapitolu tar-REPowerEU u l-monitoraġġ tiegħu. Soġġett għall-oqfsa legali nazzjonali, l-Istati Membri huma mistiedna jinvolvu lill-parlamenti nazzjonali f'dibattiti relatati mal-modifika tal-pjanijiet. L-istandards tal-Unjoni dwar il-parteċipazzjoni pubblika u b'mod partikolari l-Kodiċi ta' Kondotta dwar is-Sħubija jistgħu jservu ta' ispirazzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali meta jwettqu l-proċess ta' konsultazzjoni. |
(13) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-investimenti u r-riformi mwettqin bħala parti mill-irkupru mill-pandemija jiġu implimentati b'mod sostenibbli. Jenħtieġ li tkompli tapplika għar-riformi u l-investimenti appoġġati mill-Faċilità, b'eżenzjoni mmirata u limitata waħda relatata mar-riformi u l-investimenti li għandhom jkunu operattivi sal-31 ta' Diċembru 2024 biex jiġi ssalvagwardjat it-tħassib immedjat tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija , dment li sett ta' kundizzjonijiet kumulattivi japplika . L-ammont totali ta' riżorsi għar-riformi u l-investimenti li jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni jenħtieġ li jkun limitat għal ammont massimu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni wara valutazzjoni komprensiva bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-bżonnijiet immedjati tal-infrastruttura. Jenħtieġ li tali valutazzjoni taġġorna l-istimi ta' Mejju 2022 mill-Kummissjoni li skonthom, biex jiġu importati biżżejjed LNG u gass mill-pipeline minn fornituri oħra, se jkunu meħtieġa investimenti stmati għal EUR 10 biljun sal-2030 għal livell suffiċjenti ta' infrastruttura tal-gass, inklużi terminals għall-importazzjoni tal-LNG, pipelines biex jiġu konnessi terminals għall-importazzjoni tal-LNG li ma jintużawx biżżejjed u n-network tal-UE, u kapaċitajiet ta' fluss fid-direzzjoni opposta. |
(13a) |
Jenħtieġ li l-kapitoli tar-REPowerEU jkunu konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ta' dak l-Istat Membru u mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119. |
(13b) |
Il-Kapitolu tar-REPowerEU jenħtieġ li jinkludi miżuri li għandhom dimensjoni jew effett transfruntieri jew multinazzjonali. Jenħtieġ li tiġi segwita u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jikkooperaw bejniethom kemm jista' jkun kmieni bil-ħsieb li jiżviluppaw miżuri li għandhom dimensjoni jew effett transfruntieri jew multinazzjonali biex jiġu inklużi fil-Kapitoli tar-REPowerEU. |
(14) |
Jenħtieġ li jiġu pprovduti aktar inċentivi għall-Istati Membri biex jitolbu self, permezz tal-kjarifika tal-proċedura tal-allokazzjoni tas-self. F'konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, l-Istati Membri jistgħu jitolbu self sal-31 ta' Awwissu 2023 , dment li jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jitolbu tali appoġġ fil-forma ta' self . Jenħtieġ li l-intenzjoni li tiġi ppreżentata talba għal self tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni 30 jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex ir-ridistribuzzjoni tal-fondi li jifdal tkun tista' titwettaq b'mod ordnat u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu tali appoġġ . Meta jesprimu l-intenzjoni li jitolbu appoġġ fil-forma ta' self u meta jippreżentaw tali talba għal self, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu bona fide u, kemm jista' jkun, effettivament jitolbu tali appoġġ, sabiex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u l-effettività tar-ridistribuzzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma, simultanjament, b'termini ugwali u mingħajr dewmien żejjed, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatus tat-talbiet għal self u l-allokazzjoni proposta tal-appoġġ f'forma ta' self. |
(14a) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jippreżentaw il-Kapitoli tar-REPowerEU mill-aktar fis possibbli u preferibbilment fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju biex irawmu sinerġiji fost il-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Kunsill jikkonkludu l-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza emendati bl-inklużjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU kemm jista' jkun kmieni, idealment fi żmien xahar wara id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju. Bl-istess mod, il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa li jikkonkludu arranġamenti operazzjonali sa mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jibnu fuq l-esperjenza tan-negozjati preċedenti għall-ftehimiet operazzjonali diġà konklużi. |
(15) |
Barra minn hekk, biex jiġi inċentivat livell għoli ta' ambizzjoni għar-riformi u l-investimenti li jridu jiġu inklużi fil-Kapitolu tar-REPowerEU, jenħtieġ li jiġu pprovduti sorsi ta' finanzjament dedikati ġodda. |
(15a) |
Il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Kunsill dwar intervent ta' emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija li tinkludi kontribuzzjoni ta' solidarjetà għall-industrija tal-fossili applikabbli fl-Istati Membri kollha. Proporzjon tad-dħul iġġenerat minn din il-kontribuzzjoni l-ġdida jista' jsir disponibbli fil-forma ta' dħul assenjat estern għall-benefiċċju tal-Kapitoli tar-REPowerEU proporzjonat mal-ħtiġijiet biex jintlaħqu l-objettivi tar-REPowerEU. |
(16) |
▌ Is-sitwazzjoni ekonomika u ġeopolitika attwali tirrikjedi li l-Unjoni timmobilizza r-riżorsi disponibbli biex tiddiversifika malajr il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili qabel l-2030. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li ▌d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tiġi emendata biex tantiċipa l-irkantar tal-kwoti mil- limitu lejn riformi u investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi tar-REPowerEU, fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. F'konformità mal-objettivi tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li tali dħul ma jappoġġax investimenti fl-infrastruttura jew fil-faċilitajiet tal-fjuwils fossili. |
(16a) |
Ir-rata attwali ta' inkorporazzjoni tal-kwoti għar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq hija meħtieġa biex, fuq terminu twil, tiġi evitata żieda sinifikanti fis-surplus tal-kwoti tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6a) u d-Direttiva 2003/87/KE jiġu emendati biex jiġi estiż l-irduppjar tar-rata ta' inkorporazzjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għal 24 % sal-2030 u biex jitnaqqsu l-limiti massimi u ta' riżerva b'mod proporzjonat mat-tnaqqis tal-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha mill-2025. |
(16b) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika sorsi addizzjonali biex tikkomplementa l-finanzjament għall-Kapitoli tar-REPowerEU, inkluż billi tipprovdi flessibbiltà relatata mal-fondi mhux minfuqa. |
(16c) |
Għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji massimi li jirriżultaw mid-dħul il-ġdid għall-Kapitoli tar-REPowerEU, jenħtieġ li l-metodoloġija stabbilita fl-[Annessi I / II / II] tiġi aġġornata biex titqies is-sitwazzjoni ġeopolitika l-ġdida u ċ-ċirkostanzi mibdula. Tali indikaturi jistgħu jinkludu waħda jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-rata ta' dipendenza enerġetika, b'mod partikolari d-dipendenza fuq pajjiżi terzi, partikolarment ir-Russja; żieda fl-ispejjeż relatati mal-enerġija tal-unitajiet domestiċi għal oġġetti u servizzi essenzjali; is-sehem ta' fjuwils fossili mill-konsum gross domestiku tal-enerġija. |
(17) |
Sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw biżżejjed flessibbiltà fl-indirizzar tal-isfidi emerġenti ġodda, ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprevedi l-possibbiltà li jintalbu sa 7,5 % tar-riżorsi taħt programmi ta' ġestjoni kondiviża▌ biex jikkontribwixxu għall- objettivi tar-REPowerEU kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 permezz ta' miżuri ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 21c(1)(b) tiegħu bl-eċċezzjoni tal-idroġenu ħieles mill-fjuwils fossili, fl-Artikolu 21c(1)(c) tiegħu bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, u fl-Artikolu 21c(1)(d) tiegħu filwaqt li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm , minbarra l-possibbiltà eżistenti ta' trasferiment sa 5 % , dment li din il-possibbiltà tiġi eżawrita kompletament . Possibbiltà bħal din hija ġġustifikata mill-ħtieġa li jiġu koperti l-objettivi tar-REPowerEU, filwaqt li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw flessibbiltà addizzjonali li hija kruċjali biex jindirizzaw dawk il-ħtiġijiet urġenti u jenħtieġ li tkun iġġustifikata minn ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbutin ma' ▌investimenti addizzjonali inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU tar-Regolament (UE) 2021/241 . |
(17a) |
L-EU ETS ġiet stabbilita biex tinħoloq sistema effiċjenti, prevedibbli u mmexxija mis-suq għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-indirizzar tal-kriżijiet klimatiċi. Filwaqt li l-emenda għad-Direttiva 2003/87/KE hija ġġustifikata minn sitwazzjoni eċċezzjonali, jibqa' importanti li ma tiġix imminata l-fiduċja fis-suq tal-ETS permezz ta' interventi għal żmien qasir, u għalhekk jenħtieġ li din l-emenda titqies bħala miżura ta' darba, li mhux se tiġi ripetuta. |
(17b) |
Sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà addizzjonali biex jirriallokaw ir-riżorsi bil-ħsieb li jingħata rispons imfassal apposta għall-kriżi tal-enerġija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li jkunu permessi trasferimenti finanzjarji fl-ambitu tal-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi bejn l-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni. |
▌ |
|
(19) |
L-iżborżi permezz tar-REPowerEU għandhom isiru skont ir-regoli tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sa tmiem l-2026. Il-pagamenti relatati mar-riżorsi mitluba skont l-Artikolu 26a tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom isiru skont ir-regoli tar-Regolament (UE) 2021/1060 u r-regolamenti rispettivi speċifiċi għall-fondi u għandhom ikunu soġġetti għad-disponibbiltà ta' fondi approvati fil-baġit annwali tal-UE. |
(20) |
Talba għal finanzjament iddedikat għall-miżuri tar-REPowerEU, inklużi allokazzjonijiet għall-irkantar antiċipat fi ħdan l-EU ETS, skont l-Artikolu 26a tar- Regolament (UE) 2021/1060 ▌jenħtieġ li tkun iġġustifikata minn ħtieġa finanzjarja akbar marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-Kapitolu tar-REPowerEU. |
(20a) |
Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju jiġi fornut minn qabel biex jingħata rispons aħjar għall-kriżi tal-enerġija attwali, fuq talba ta' Stat Membru li għandha tiġi sottomessa flimkien mal-Kapitolu tar-REPowerEU fi pjan rivedut għall-irkupru u r-reżiljenza, jista' jitħallas ammont sa 20 % tal-finanzjament addizzjonali meħtieġ biex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu tiegħu tar-REPowerEU fil-forma ta' prefinanzjament, sa fejn ikun possibbli u soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi, fi żmien xahrejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenji legali. |
(21) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti deskritti fil-Kapitolu tar-REPowerEU u l-kontribut tagħhom għall-objettivi tar-REPowerEU, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/241. |
(22) |
L-avvenimenti ġeopolitiċi reċenti affettwaw b'mod konsiderevoli il-prezzijiet tal-enerġija, tal-ikel u tal-materjali tal-kostruzzjoni u kkawżaw nuqqasijiet fil-ktajjen tal-provvista globali , irriżultaw f'żieda fl-inflazzjoni u ħolqu sfidi ġodda, inkluż ir-riskju għoli ħafna ta' faqar enerġetiku u għoli tal-ħajja ogħla . Dawn l-iżviluppi jista' jkollhom impatt dirett fuq il-kapaċità li jiġu implimentati miżuri inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu invokati bħala ċirkostanzi oġġettivi skont l-Artikolu 21 sal-punt li l-Istati Membri jkunu jistgħu juru li żviluppi ta' dan it-tip iwasslu biex stadji importanti jew miri speċifiċi ma jibqgħux jistgħu jintlaħqu. Barra minn hekk, sal-punt li l-Istati Membri jkunu jistgħu juru li l-ilħuq ta' stadju importanti speċifiku jew ta' mira speċifika jinsabu f'kunflitt mal-ilħuq tal-objettivi tal-Faċilità, inklużi l-objettivi tar-REPowerEU, tali sitwazzjonijiet jistgħu jiġu invokati wkoll bħala ċirkostanzi oġġettivi skont l-Artikolu 21. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ebda talba għal emendi ma timmina l-implimentazzjoni ġenerali tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-proposti biex jemendaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom iwieġbu għall-isfidi li jirriżultaw minn avvenimenti ġeopolitiċi reċenti; |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2021/241 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. F'konformità mas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-koerenza u s-sinerġiji li jiġġeneraw, u fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, l-objettiv ġenerali tal-Faċilità għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb ir-reżiljenza, it-tħejjija għall-kriżijiet, il-kapaċità ta' aġġustament u l-potenzjal ta' tkabbir tal-Istati Membri, billi ttaffi l-impatt soċjali u ekonomiku ta' dik il-kriżi, b'mod partikolari fuq in-nisa, billi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, billi tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, billi tikkontribwixxi għall-ksib tal-miri klimatiċi tal-2030 tal-Unjoni stabbiliti fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999, billi tikkonforma mal-objettiv ta' newtralità klimatika tal-UE sal-2050, u tat-tranżizzjoni diġitali, billi żżid ir-reżiljenza , is-sigurtà u s-sotenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni permezz ta' tnaqqis sinfikanti fid-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u permezz ta' żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u żieda fil-kapaċità ta' ħżin tal-enerġija u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni (‘l-objettivi tar-REPowerEU’) u b'hekk tikkontribwixxi għall-konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq, għall-ksib mill-ġdid u l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u l-integrazzjoni tal-ekonomiji tal-Unjoni, it-trawwim tal-ħolqien tal-impjiegi b'livell għoli ta' kwalità, u tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni flimkien ma' ekonomija miftuħa, u tiġġenera valur miżjud Ewropew.” |
(1a) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Prefinanzjament tar-REPowerEU Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li fih kapitolu tar-REPowerEU jista' jkun akkumpanjat minn talba għal prefinanzjament. Soġġett għall-adozzjoni mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(2) sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagament ta' prefinanzjament ta' ammont sa 20 % tal-finanzjament addizzjonali mitlub biex tiffinanzja l-kapitolu tar-REPowerEU tagħha, skont l-Artikolu 12 u l-Artikolu 21a.” |
(2) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(2a) |
Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-miżuri mibdija mill-1 ta' Frar 2020 'il quddiem għandhom ikunu eliġibbli dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU, li jistgħu jibdew biss mill-1 ta' Frar 2022 .” |
(2b) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4, il-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2c) |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 4, jiddaħħal il-punt (da):
|
(3) |
Fl-Artikolu 18(4)(q) tiddaħħal is-sentenza li ġejja:
|
(4) |
Fl-Artikolu 19(3), jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
(4a) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi , inkluża l-kriżi kkawżata mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, jew fejn miżuri ġodda huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti ta' din il-kriżi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex jiġu emendati jew sostitwiti d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmijin fl-Artikolu 20(1) u (3). Għal dak l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku għat-tħejjija ta' tali proposta fil-qafas tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.” |
(4b) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19, u għandha tagħmel proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill ġdida f'konformità mal-Artikolu 20(1) fi żmien xahar mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu dik l-iskadenza b'perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni ġdida, bħala regola, fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.” |
(5) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Ladarba l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni kif msemmi fl-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat li jikkostitwixxi impenn legali individwali fis-sens tar-Regolament Finanzjarju. Għal kull Stat Membru, l-impenn legali ma għandux jaqbeż it-total tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għall-2021 u 2022, u l-kontribuzzjoni finanzjarja aġġornata msemmija fl-Artikolu 11(2) għall-2023 u l-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 21a(2).” |
(6) |
Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Kapitolu III: “KAPITOLU IIIa REPowerEU Artikolu 21a Użu tad-dħul iġġenerat mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) (1) EUR 20 000 000 000 fi prezzijiet attwali għandhom ikunu disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 10e(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament biex tiżdied ir-reżiljenza , is-sigurtà u s-sotenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni permezz ta' tnaqqis sinifikanti fid-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija , iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u bl-ixprunar ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u b'hekk jikkontribwixxu biex tiġi żgurata enerġija bi prezzijiet raġonevoli fl-Unjoni . Dak l-ammont għandu jkun disponibbli fil-forma ta' dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. (2) Is-sehem tar-riżorsi msemmijin fil-paragrafu 1 disponibbli għal kull Stat Membru għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-indikaturi definiti għall-kontribuzzjoni finanzjarja massima, kif stabbilit fil-metodoloġija fl-Anness II għal 70 % tal-ammont u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness III għal 30 % tal-ammont. (3) L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat esklużivament għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 21c(1). (4) L-approprjazzjonijiet ta' impenn li jkopru l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli awtomatikament sal-ammonti rispettivi msemmijin f'dak il-paragrafu minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. (5) Kull Stat Membru jista' jippreżenta talba lill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta' ammont li ma jaqbiżx is-sehem tiegħu, billi jinkludi fil-pjan tiegħu r-riformi u l-investimenti deskritti fl-Artikolu 21c(1) u jindika l-istima tal-kostijiet tagħhom. (6) Id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 20(1) wara proposta mill-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 10e(1) tad-Direttiva 2003/87/KE allokat lill-Istat Membru wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 2, li jrid jitħallas f'pagamenti parzjali, soġġett għall-finanzjament disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament, ladarba l-Istat Membru jkun laħaq b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 21c(1). Artikolu 21b Riżorsi minn programmi b'ġestjoni kondiviża għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU
Artikolu 21c Il-Kapitolu tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (1) Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat lill-Kummissjoni wara [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] għandu jinkludi kapitolu tar-REPowerEU. Il-preżentazzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU għandha ssir malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju. Fejn rilevanti, il-miżuri li jinsabu fil-kapitolu tar-REPowerEU għandhom jagħtu prijorità adegwata lill-ħtiġijiet ta' dawk affettwati mill-faqar enerġetiku kif ukoll lit-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet matul l-istaġuni tax-xitwa li ġejjin. Il-Kapitolu tar-REPowerEU għandu jiddeskrivi r-riformi u l-investimenti , mill-1 ta' Frar 2022 'il quddiem , bl-istadji importanti u l-miri korrispondenti tagħhom, spjegazzjoni tal-kontribut biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, b'mod partikolari mir-Russja, u l-kwantifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija , minbarra l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2(a), bl-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi tar-REPowerEU billi:
(1a) Mill-inqas 35 % tal-għotjiet u mill-inqas 35 % tas-self, kif applikabbli, li għandhom jintużaw skont il-kapitolu tar-REPowerEU għandhom jiġu allokati għal miżuri li għandhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali, anke jekk jitwettqu minn Stat Membru wieħed, u għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi deskritti fl-Artikolu 21c(1). B'deroga, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga minn dan ir-rekwiżit lil Stat Membru f'waħda mill-każijiet li ġejjin:
(2) Il-Kapitolu tar-REPowerEU għandu jkun fih ukoll:
(3) L-istima tal-kostijiet tar-riformi u l-investimenti tal-Kapitolu tar-REPowerEU skont il-paragrafu 1 ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-allokazzjoni totali tal-pjan skont l-Artikolu 18(4)(f) u l-Artikolu 19(3)(f). Minkejja din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jipproponu miżuri fil-kapitoli tar-REPowerEU li jiffaċilitaw, sa fejn ikun possibbli, l-ilħuq ta' mill-inqas il-mira diġitali tal-Faċilità. (4) ▌Il-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’ fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 għandu ▌ japplika għar-riformi u l-investimenti li mistennijin jikkontribwixxu għall-objettivi tar-REPowerEU skont il-paragrafu 1, il-punt (a) ta' dan l-Artikolu , sakemm ma japplikawx il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(4a) Il-miżuri li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif spjegat fid-dettall fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati għall-valutazzjoni li ġejja:
(4b) L-ammont totali ta' riżorsi għar-riformi u l-investimenti li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-objettivi tar-REPowerEU f'konformità mal-Artikolu 21c(1)(a) ta' dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal ammont massimu ta' EUR [] biljun, stabbilit mill-Kummissjoni wara valutazzjoni komprensiva bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-ħtiġijiet immedjati tal-infrastruttura. L-ammont ta' dħul magħmul disponibbli f'konformità mal-Artikolu 10e(1) tad-Direttiva 2003/87/KE [dħul iġġenerat mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet] m'għandux jikkontribwixxi għal riformi u investimenti skont l-Artikolu 21c(1)(a) ta' dan ir-Regolament. (5) Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis għar-riformi u l-investimenti tal-Kapitolu tar-REPowerEU, ħlief għall-investimenti tal-kapitolu tar-REPowerEU ffinanzjati mir-riżorsi mitluba skont l-Artikolu 26a tar-Regolament (UE) 2021/1060 u li għalih japplikaw ir-regoli speċifiċi għall-fondi . Artikolu 21ca Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-enerġija supranazzjonali 1. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet biex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi, qabel l-approvazzjoni ta' kwalunkwe pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jinkludi l-Kapitolu tar-REPowerEU. Dik il-valutazzjoni għandu jkollha l-għan li tipprovdi perspettiva supranazzjonali tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni biex tiffaċilita l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi tar-REPowerEU. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn… [xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] tfassal rapport li jidentifika u jevalwa l-ħtiġijiet l-aktar urġenti ta' infrastruttura u ta' investiment biex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi, inklużi prinċipalment proġetti transfruntiera jew multinazzjonali. 2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:
3. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 billi jipprovdu informazzjoni dwar il-ħtiġijiet u l-proġetti nazzjonali tas-sigurtà tal-enerġija kif mitlub mill-Kummissjoni. Artikolu 21d Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Kapitoli tar-REPowerEU (1) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti fil-Kapitolu tar-REPowerEU u l-kontribut tagħhom għall-objettivi tar-REPowerEU. Għal dak il-għan, fi żmien … [xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha temenda l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(4)(a) u fl-Artikolu 30(2) bl-għan li tinkludi indikaturi u informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-objettivi tar-REPowerEU. L-indikaturi addizzjonali proposti għandhom ikunu limitati għall-objettivi elenkati fl-Artikolu 21c(1). Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33 għandha tapplika għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-emenda għall-atti delegati. (2) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-kapitolu tar-REPowerEU permezz ta' taqsima ddedikata fir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 31 , inkluż permezz ta' tagħlimiet meħuda wara li tivvaluta d-data disponibbli dwar il-benefiċjarji finali u eżempji tal-aħjar prattiki, kif ukoll permezz ta' skambji regolari u trasparenti ta' informazzjoni fid-Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza . (2a) Sa … [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU u l-kontributi tagħhom għall-objettivi tar-REPowerEU u l-objettivi tal-Faċilità. (2b) Kull Stat Membru għandu joħloq portal faċli biex jintuża u pubbliku li jkun fih id-data f'ħin reali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-kapitoli tar-REPowerEU, inklużi riċevituri finali u benefiċjarji.” |
(7) |
L-Anness V huwa emendat f'konformità mal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 11(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 22(3)(g), jiżdied il-punt li ġej:
|
(2a) |
Fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 26(1), jiddaħħal dan li ġej wara tmiem l-ewwel subparagrafu: “Meta l-Ftehim ta' Sħubija jkun ġie approvat u programm wieħed jew aktar ikunu għadhom ma ġewx adottati, jista' jintalab trasferiment għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f'konformità ma' dan l-Artikolu permezz ta' notifika ta' reviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punti (c), (e) u (h), f'konformità mal-Artikolu 69(9).” |
(4) |
Fl-Artikolu 26(1), jiddaħħal is-subparagrafu l-ġdid li ġej: ▌
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 26a Appoġġ għall-objettivi tar-REPowerEU (1) L-Istati Membri li jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun fih kapitolu tar-REPowerEU f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/241 jistgħu jitolbu li ▌ sa 7,5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali tagħhom ta' kull Fond tkun kontribwita għall-objettivi tar-REPowerEU kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 bl-appoġġ ta' miżuri msemmija fl-Artikolu 21c(1)(b) tiegħu bl-eċċezzjoni ta' idroġenu mhux fossili, fl-Artikolu 21c(1)(c) tiegħu bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, u fl-Artikolu 21c(1)(d) tiegħu , dment li l-Istat Membru jkun diġà talab trasferimenti minn dak il-Fond speċifiku sal-limitu massimu ta' 5 % f'konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 26(1). ▌ Fejn il-Ftehim ta' Sħubija għadu ma ġiex approvat, it-talba għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU għandha ssir jew fil-Ftehim ta' Sħubija, inkluż permezz tan-notifika ta' reviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punti (c), (e) u (h), f'konformità mal-Artikolu 69(9) jew f'talba għal emenda ta' programm. Meta t-talba tikkonċerna emenda ta' programm, jistgħu jiġu mitluba biss riżorsi ta' snin kalendarji futuri. Il-possibbiltà ta' talba ta' dan it-tip ▌għandha tkun addizzjonali għall-possibbiltà ta' trasferiment ta' riżorsi previsti skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/241. ▌ Ir-riżorsi mitluba skont l-Artikolu 26a ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolament speċifiku għall-fondi tal-fond ta' ġestjoni kondiviża rispettiv. Riżorsi trasferiti jew riżorsi mitluba li jappoġġaw l-objettivi tar-REPowerEU għandhom jintużaw b'mod esklużiv għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. (3) Meta l-Ftehim ta' Sħubija jkun ġie approvat u tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU qabel l-approvazzjoni ta' programm wieħed jew iktar, l-inkonsistenza li tirriżulta bejn il-Ftehim ta' Sħubija u l-programmi ma għandhiex titqies meta jiġi vvalutat il-programm skont l-Artikolu 23(1). F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta reviżjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(c), (e) u (h), inkluż sommarju ta' konsultazzjoni mandatorja ma' sħab f'konformità mal-Artikolu 8(1), li għandha tikkostitwixxi talba għal appoġġ għall-objettivi tar-REPowerEU fis-sens ta' dan l-Artikolu. (3a) B'deroga mill-Artikolu 13, Ftehimiet ta' Sħubija approvati ma għandhomx jiġu emendati u l-emendi ta' programmi ma għandhomx jinkludu l-emenda tal-Ftehimiet ta' Sħubija approvati. (4) Meta programm jeħtieġ li jiġi emendat għall-fini ta' talba għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU stabbiliti f'dan l-Artikolu, b'deroga mill-Artikolu 24(2) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta jew tirrifjuta l-emenda fir-rigward ta' dik it-talba u l-bidliet li jirriżultaw fil-programm fi żmien xahar wara d-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru. ▌It-talbiet għal emenda ta' programm għandhom jistabbilixxu l-ammont totali kontribwit għall-kisba tal-objettivi tar-REPowerEU għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta jkun applikabbli. (5) Ir-riżorsi tal-JTF, inkluż kull riżorsa ttrasferita mill-FEŻR u mill-FSE+ f'konformità mal-Artikolu 27, ma għandhomx ikunu trasferibbli għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ma għandhomx ikunu mitluba għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU skont dan l-Artikolu. ▌ (6a) In-nefqa mġarrba u mħallsa għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/241 bl-eċċezzjoni tal-idroġenu mhux fossili, fl-Artikolu 21c(1)(c) tiegħu bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, u fl-Artikolu 21c(1)(d) tiegħu għandha tingħadd mas-sehem tal-miri klimatiċi u tal-mekkaniżmu ta' aġġustament għall-klima f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.” |
(5a) |
Fl-Artikolu 112, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6a. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jitlob riżorsi skont l-Artikolu 26a ta' dan ir-Regolament, b'deroga mill-Artikolu 112(3) u (4) tista' tiġi applikata rata ta' kofinanzjament sa 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament fis-snin kontabilistiċi li jibdew fl-1 ta' Lulju 2022 u li jintemmu fit-30 ta' Ġunju 2026 għal assi prijoritarju wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ jew mill-Fond ta' Koeżjoni, għall-finanzjament ta' miżuri li jappoġġaw l-objettivi tar-REPowerEU msemmija fl-Artikolu 21c(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/241 bl-eċċezzjoni tal-idroġenu mhux fossili, fl-Artikolu 21c(1)(c) ta' dak ir-Regolament bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, u fl-Artikolu 21c(1)(d) ta' dak ir-Regolament. Talba għal modifika tar-rata ta' kofinanzjament għandha tiġi ppreżentata bħala emenda ta' programm f'konformità mal-Artikolu 24 u għandha tkun akkumpanjata minn programm rivedut.” |
(6) |
L-Annessi II u V huma emendati f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2a
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 60 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “2a. B'deroga mill-Artikolu 60(1) u l-ewwel u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 120(3), fuq talba ta' Stat Membru, tista' tiġi applikata rata ta' kofinanzjament ta' 100 % għan-nefqa għat-trawwim ta' kapaċitajiet ta' rispons għall-kriżijiet tal-enerġija f'konformità mal-‘objettivi tar-REPowerEU’ u appoġġ għal unitajiet domestiċi vulnerabbli u intrapriżi mikro, żgħar u medji mill-1 ta' Frar 2022 għal assi prijoritarju wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, l-FSE jew il-Fond ta' Koeżjoni. It-talbiet għal modifika tar-rata ta' kofinanzjament għandhom jiġu ppreżentati f'konformità mal-proċedura għall-emenda ta' programmi stipulata fl-Artikolu 30 u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm jew programmi riveduti. Ir-rata ta' kofinanzjament ta' 100 % għandha tapplika biss jekk l-emenda rilevanti tal-programm operazzjonali tiġi approvata mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim f'konformità mal-Artikolu 135(2). 2b. B'reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija li qed tirriżulta mill-aggressjoni Russa fil-konfront tal-Ukrajna, ir-riżorsi disponibbli għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 għall-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi jistgħu, fuq talba ta' Stat Membru, jiġu trasferiti bejn il-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, huma x'inhuma l-perċentwali msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 92(1). Għall-fini ta' dawk it-trasferimenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw. Ir-riżorsi trasferiti bejn il-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni taħt dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-regoli tal-Fond li fih jiġu trasferiti.” |
▌
Artikolu 4
Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:
(-1) |
Fl-Artikolu 10(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu: “B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u bħala miżuri straordinarja ta' darba, għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025, għandhom jitnaqqsu għadd ta' kwoti mill-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri bejn l-1 ta' Jannar 2027 u l-31 ta' Diċembru 2030 f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għandhom jiġu rkantati sal-31 ta' Diċembru 2025 f'konformità mal-Artikolu 10e, sakemm l-ammont ta' dħul miksub minn tali rkantar ikun laħaq l-EUR 20 biljun.” |
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10e Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (1) Għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2025 , il-kwoti msemmija fl-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, għandhom jiġu rkantati sakemm l-ammont ta' dħul miksub minn tali rkantar ikun laħaq l-EUR 20 biljun. Id-dħul imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jsir disponibbli għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 għall-fini li jikkontribwixxi għall-objettivi tar-REPowerEU kif stabbilit fl-Artikolu 21c(1) ta' dak ir-Regolament u għandu jiġi implimentat f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. (2) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti destinati għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010. (3) Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jkun l-irkantatur għall-kwoti li jridu jiġu rkantati skont dan l-Artikolu fuq il-pjattaforma tal-irkant innominata skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 u għandu jipprovdi d-dħul mill-irkant lill-Kummissjoni. (4) Ir-rikavat mill-irkant ta' dawk il-kwoti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.” |
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu▌ jinbidel b'dan li ġej:“Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun bejn 700 miljun u 921 miljun, għadd ta' kwoti ugwali għad-differenza bejn l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u 700 miljun, għandhom jitnaqqsu mill-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena. Jekk l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ogħla minn 921 miljun, l-għadd ta' kwoti li għandhom jitnaqqsu mill-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fuq perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena għandu jkun ugwali għal 12 % tal-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. B'deroga mill-aħħar sentenza , sal-31 ta' Diċembru 2030, il-perċentwal għandu jiġi rduppjat . Mill-2025, il-limiti minimi msemmija f'dan is-subparagrafu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonat għat-tnaqqis tal-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE fl-istess sena .”
▌
Artikolu 5a
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
ANNESS I
L-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fit-Taqsima 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(b) |
Fit-taqsima 3 il-parti li tibda bil-kliem “B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet” tinbidel b'dan li ġej: “B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet:
|
ANNESS II
▌
(2)
il-paragrafu 3.1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/1060 huwa emendat kif ġej:
(a) |
jiddaħħal dan il-ġej: “Referenza: L-Artikoli 14, 26, 26a u 27 RDK” |
(b) |
l-ewwel tabella hija emendata kif ġej:
|
(c) |
Fin-nota f'qiegħ il-paġna 1, jiddaħħal dan li ġej: “Applikabbli biss għal emendi tal-programm f'konformità mal-Artikoli 14, 26, u 26a għajr trasferimenti komplementari għall-JTF f'konformità mal-Artikolu 27 tar-RDK.▌” |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0260/2022).
(*1) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(2) ĠU C , , p. .
(3) ĠU C , , p. .
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(4a) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006, ir-Regolament (UE) 2021/1767 u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura (COM(2022)0304 final).
(5) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(6a) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/53 |
P9_TA(2022)0385
Applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (10624/2022 – C9-0222/2022 – 2022/0806(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2023/C 161/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10624/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att dwar l-Adeżjoni tal-2012, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0222/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-verifika tal-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen min-naħa tal-Kroazja (COM(2019)0497), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2021 dwar it-twettiq tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja (14883/21), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u li jipprevedi li l-Unjoni għandha tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jiżguraw id-dritt taċ-ċittadini li jiċċaqalqu u jirrisjedu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 (1) u tat-30 ta' Mejju 2018 (2) dwar ir-Rapporti Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 (3), tat-13 ta' Ottubru 2011 (4) u tat-8 ta' Ġunju 2011 (5) dwar il-proċess tat-tkabbir ta' Schengen, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-18 ta' Novembru 2021 fil-kawża ta' M. H u oħrajn vs. il-Kroazja (15670/18 u 43115/18), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Mekkaniżmu indipendenti ta' monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Ministeru tal-Intern tar-Repubblika tal-Kroazja fil-qasam tal-migrazzjoni illegali u l-protezzjoni internazzjonali ta' Lulju 2022, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0264/2022), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa ' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sostanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 4
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 4a (ġdida)
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
Emenda 3
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 5
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||||
|
|
(1) ĠU C 99, 1.3.2022, p. 158.
(2) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 106.
(3) ĠU C 388, 13.11.2020, p. 18.
(4) ĠU C 94 E, 3.4.2013, p. 13.
(5) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 160.
(5) COM(2019)0497 tal-22.10.2019.
(5) COM(2019)0497 tal-22.10.2019.
(6) ST 14883/21
(6) ST 14883/21
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/56 |
P9_TA(2022)0386
Ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0068/2022 – C9-0352/2022 – 2022/0905(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2022 għall-ħatra ta' Dominique Laboureix bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0352/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0259/2022), |
A. |
billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (a), ta' dak ir-Regolament għandu jinħatar fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja; |
B. |
billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
C. |
billi f'konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-28 ta' Settembru 2022 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni; |
D. |
billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament; |
E. |
billi fit-12 ta' Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta biex Dominique Laboureix jinħatar bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament; |
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
G. |
billi, fl-24 ta' Ottubru 2022, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Dominique Laboureix, li fiha hu għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat; |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Dominique Laboureix bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/58 |
P9_TA(2022)0387
Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0067/2022 – C9-0351/2022 – 2022/0904(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 161/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2022 għall-ħatra ta' Tuija Taos bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0351/2022), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0258/2022), |
A. |
billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja; |
B. |
billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri; |
C. |
billi f'konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-28 ta' Settembru 2022 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni; |
D. |
billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament; |
E. |
billi fit-12 ta' Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat proposta biex is-Sa Tuija Taos tinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament; |
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
G. |
billi, fl-24 ta' Ottubru 2022, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Tuija Taos, li fiha hi għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat; |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni għall-ħatra ta' Tuija Taos bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.