ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
5 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 160/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi

1

2023/C 160/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Komunikazzjoni skont l-Artikoli 3(2), 13(3), 20, u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004

11


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 160/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' Mejju 2023

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 160/04

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

15

2023/C 160/05

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

28

2023/C 160/06

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

40

2023/C 160/07

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

52


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 160/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11111 — UBS / CREDIT SUISSE) ( 1 )

63

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 160/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

65

2023/C 160/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

89

2023/C 160/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

97


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi

(2023/C 160/01)

I.   INTRODUZZJONI

1.

L-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) uriet li ġeneralment ċerti kategoriji ta’ konċentrazzjonijiet x’aktarx ma jqajmux tħassib dwar il-kompetizzjoni. L-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni se tirrevedi, b’mod simplifikat, ċerti konċentrazzjonijiet u li tipprovdi gwida dwar il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal-20 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”) (2). Dan l-Avviż jissostitwixxi l-Avviż mill-2013 (3) u se jkun applikabbli mill-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

2.

Il-Kummissjoni tirrevedi skont il-proċedura simplifikata l-konċentrazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Avviż, sakemm ma tapplika l-ebda waħda mis-salvagwardji jew esklużjonijiet stipulati fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż (4). Għal dawk il-konċentrazzjonijiet, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni f’forma qasira li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern fi żmien 25 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika, skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (5). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tuża’ l-klawżola ta’ flessibbiltà stabbilita fil-punti 8 u 9 ta’ dan l-Avviż biex tirrevedi, skont il-proċedura simplifikata, ċerti konċentrazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Avviż, sakemm ma tapplika l-ebda waħda mis-salvagwardji jew esklużjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II.C (6). Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tniedi investigazzjoni, tadotta deċiżjoni sħiħa jew it-tnejn li huma skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet fir-rigward ta’ konċentrazzjoni proposta, anki jekk il-proposta taqa’ taħt il-kategoriji f’dan l-Avviż, b’mod partikolari jekk japplikaw is-salvagwardji jew l-esklużjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż.

3.

Ċerti konċentrazzjonijiet rieżaminati skont il-proċedura normali jistgħu jwasslu għal trikkib orizzontali (7) jew relazzjonijiet vertikali (8) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5(d) ta’ dan l-Avviż. Dment li ma tapplika l-ebda salvagwardja jew esklużjoni stabbilita fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż, dan it-trikkib orizzontali jew ir-relazzjonijiet vertikali se jiġu vvalutati b’mod simplifikat (jiġifieri bl-istess mod bħal f’deċiżjoni f’forma mqassra) fid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fil-proċedura normali. Barra minn hekk, f’ċerti ċirkostanzi l-Kummissjoni tista’ tuża’ l-klawsola ta’ flessibbiltà stabbilita fil-punt 8 ta’ dan l-Avviż biex tivvaluta, b’mod simplifikat taħt il-proċedura normali, ċertu trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali, dment li ma tapplikaw l-ebda salvagwardja jew esklużjoniji stabbilita fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż.

4.

Billi ssegwi l-proċedura stipulata fit-Taqsimiet II sa IV, il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel il-kontroll tal-għaqdiet tal-UE aktar iffokat u effettiv.

II.   KATEGORIJI TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET ADATTI GĦAL TRATTAMENT SKONT IL-PROĊEDURA SIMPLIFIKATA

A.   Konċentrazzjonijiet eliġibbli

5.

Fil-prinċipju (9), il-Kummissjoni se tapplika l-proċedura simplifikata għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ konċentrazzjonijiet li ġejjin (10).

(a)

Żewġ impriżi jew aktar jiksbu kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, dment li l-impriża konġunta ma jkollha l-ebda fatturat kurrenti jew mistenni fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (11), u l-impriżi kkonċernati ma jkunux ippjanaw li jittrasferixxu xi assi fiż-ŻEE lill-impriża konġunta fiż-żmien tan-notifika (12);

(b)

Żewġ impriżi jew aktar jiksbu kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, dment li l-impriża konġunta jkollha attivitajiet negliġibbli fiż-ŻEE. Dan jirreferi għal konċentrazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-fatturat annwali kurrenti tal-impriża konġunta u il-fatturat tal-attivitajiet ikkontribwiti (13) kif ukoll il-fatturat annwali mistenni jammonta għal anqas minn EUR 100 miljun fiż-ŻEE (14);

(ii)

il-valur totali tat-trasferimenti tal-assi lill-impriża konġunta fiż-ŻEE ppjanat (15)fiż-żmien tan-notifika jkun ta’ anqas minn EUR 100 miljun (16).

(c)

Żewġ impriżi jew aktar jingħaqdu, jew impriża waħda jew aktar jakkwistaw kontroll esklużiv jew konġunt ta’ impriża oħra, sakemm l-ebda waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni ma tkun imdaħħla f’attivitajiet kummerċjali fl-istess prodott u fl-istess suq ġeografiku (17), jew f’suq ta’ prodott li jkun upstream jew downstream minn suq ta’ prodott li fih kwalunkwe parti oħra tal-konċentrazzjoni hija involuta (18).

(d)

Żewġ impriżi jew aktar jingħaqdu jew impriża waħda jew aktar takkwista kontroll uniku jew konġunt ta’ impriża oħra u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5(d)(i) u 5(d)(ii) jiġu ssodisfati skont id-definizzjonijiet plawżibbli kollha tas-suq (19):

(i)

is-sehem mis-suq kombinat tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li jkunu impenjati f’attivitajiet tan-negozju fl-istess suq tal-prodott u ġeografiku (20) (trikkib orizzontali) jissodisfa tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin (21):

(aa)

hija anqas minn 20 %;

(bb)

hija anqas minn 50 % u ż-żieda (delta) tal-Indiċi Herfindahl-Hirschman (“HHI”) li tirriżulta mill-konċentrazzjoni f’dan is-suq hija anqas minn 150 (22).

(ii)

l-ishma mis-suq individwali u ikkombinati tal-partijiet kollha fil-konċentrazzjoni li jkunu impenjati f’attivitajiet ta’ negozju f’suq ta’ prodott li jkun upstream jew downstream minn suq tal-prodott li tkun involuta fih kwalunkwe parti oħra għall-konċentrazzjoni (relazzjoni vertikali) (23) jissodisfaw mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin (24):

(aa)

ikunu anqas minn 30 % fis-swieq upstream u downstream;

(bb)

ikunu anqas minn 30 % fis-suq upstream u l-partijiet għall-konċentrazzjoni attiva fis-suq downstream ikollhom sehem ta’ xiri (25) ta’ anqas minn 30 % ta’ inputs upstream;

(cc)

ikunu anqas minn 50 % kemm fis-swieq upstream kif ukoll f’dawk downstream, l-inkrement (delta) tal-HHI li jirriżulta mill-konċentrazzjoni jkun anqas minn 150 kemm fis-swieq upstream kif ukoll f’dawk downstream, u l-impriża iżgħar f’termini ta’ sehem mis-suq tkun l-istess fis-swieq upstream u downstream (26).

(e)

parti għandha takkwista kontroll uniku ta’ impriża li fuqha diġà jkollha kontroll konġunt.

6.

Madankollu, konċentrazzjoni tista’ tissodisfa l-kriterji ta’ aktar minn waħda mill-kategoriji deskritti f’dan l-Avviż. Għaldaqstant, il-partijiet notifikanti jistgħu jissottomettu notifika ta’ konċentrazzjoni fuq il-bażi ta’ aktar minn kategorija waħda (27).

7.

Għall-applikazzjoni tal-punti 5(c) u 5(d), fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll konġunt, meta l-impriża konġunta ma tkunx attiva fl-istess suq tal-prodotti bħall-impriżi li jakkwistaw kontroll konġunt, ir-relazzjonijiet li jeżistu biss bejn l-impriżi li jakkwistaw kontroll konġunt ma jitqisux bħala trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali skont it-tifsira ta’ dan l-Avviż (28). Madankollu, meta l-impriża konġunta u l-impriżi li jakkwistaw kontroll konġunt ikunu attivi fl-istess suq tal-prodotti u dak ġeografiku, l-ishma tas-suq ikkombinati jenħtieġ li jqisu l-attivitajiet tal-impriżi kollha attivi f’dak is-suq. Meta l-konċentrazzjoni ma ġġib l-ebda inkrement u t-trikkib orizzontali u r-relazzjonijiet vertikali jkunu diġà eżistenti, tali trikkib u relazzjonijiet diġà eżistenti ma jitqisux għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti 5(c) u 5(d).

B.   Klawsola ta’ flessibbiltà għal bidla minn proċedura normali għal proċedura simplifikata

8.

Fuq talba tal-partijiet notifikanti, il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina taħt il-proċedura simplifikata ċerti konċentrazzjonijiet li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Avviż. Dan jista’ isir jekk żewġ impriżi jew aktar jingħaqdu jew impriża waħda jew aktar takkwista kontroll uniku jew konġunt ta’ impriża oħra u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 8(a) u 8(b) jiġu ssodisfati skont id-definizzjonijiet plawżibbli kollha tas-suq (29):

(a)

is-sehem mis-suq ikkombinat tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti fi trikkib orizzontali jibqa’ taħt il-25 %;

(b)

l-ishma tas-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni li huma involuti f’relazzjoni vertikali jissodisfaw mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin (30):

(i)

ikunu anqas minn 35 % fis-swieq upstream u downstream;

(ii)

ikunu anqas minn 50 % f’suq wieħed filwaqt li l-ishma mis-suq individwali u kkombinati tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni fis-swieq l-oħra kollha relatati vertikalment ikunu anqas minn 10 %.

9.

Fuq talba tal-partijiet notifikanti, il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina taħt il-proċedura simplifikata ċerti konċentrazzjonijiet li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Avviż. Dan jista’ jsir jekk żewġ impriżi jew aktar jakkwistaw kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, sakemm (31):

(a)

il-fatturat annwali kurrenti tal-impriża konġunta u n-negozju globali tal-attivitajiet kontribwiti (32) ikun anqas minn EUR 150 miljun fiż-ŻEE (33); u

(b)

il-valur totali tat-trasferimenti tal-assi lill-impriża konġunta fiż-ŻEE ppjanati (34) fiż-żmien tan-notifika huwa anqas minn EUR 150 miljun (35).

10.

Il-kategoriji msemmija fil-punti 8 u 9 japplikaw b’mod alternattiv, u mhux b’mod kumulattiv. Sabiex jiġi evitat id-dubju, il-punt 8 jista’ jiġi kkombinat mal-punt 5(d). Għalhekk, il-partijiet notifikanti jistgħu jitolbu l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ flessibbiltà għal ċerti swieq sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 8 jiġu ssodisfati u jibbenefikaw mill-proċedura simplifikata jekk is-swieq kollha li jifdal jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5(d).

C.   Salvagwardji u esklużjonijiet

11.

Din it-Taqsima tistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji ta’ tipi ta’ konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu esklużi mill-proċedura simplifikata.

12.

Il-preżenza ta’ waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi stabbiliti f’din it-Taqsima tista’ tkun raġuni sabiex il-Kummissjoni tinforma lill-partijiet notifikanti li t-trattament simplifikat ma huwiex xieraq għall-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punt 5. Fejn waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi deskritti f’din it-Taqsima jkunu preżenti, il-klawsola ta’ flessibbiltà fil-punti 8 u 9 normalment ma tiġix applikata. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ terġa’ lura għall-proċedura normali.

C.1.   Impriżi konġunti b’attivitajiet negliġibbli fiż-ŻEE (il-punt5 (b) u 9)

13.

Għall-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punt 5(b) jew 9, il-proċedura normali tista’ titqies xierqa fejn jeżistu relazzjonijiet orizzontali jew vertikali bejn il-partijiet għall-konċentrazzjoni, li abbażi tagħhom ma jistax jiġi eskluż li l-konċentrazzjoni tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, jew jekk tkun preżenti xi waħda miċ-ċirkostanzi speċjali stabbiliti fit-Taqsima II.C (36). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tqis li jkun xieraq li twettaq valutazzjoni sħiħa skont il-proċedura normali jekk il-fatturat ta’ fużjoni ta’ ċerti impriżi konġunti jaqa’ taħt il-limitu speċifikat fil-punti 5(b)(i) jew 9 fiż-żmien tan-notifika, iżda l-fatturat jista’ jkun mistenni li jaqbeż b’mod sinifikanti dawn il-limiti fiż-ŻEE fit-tliet snin ta’ wara.

C.2.   Diffikultà fid-definizzjoni tas-swieq rilevanti

14.

Fil-valutazzjoni dwar jekk konċentrazzjoni li taqa’ taħt il-punti 5, 8 jew 9 għandhiex madankollu tiġi rrieżaminata skont il-proċedura normali, il-Kummissjoni se tiżgura li ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha jiġu stabbiliti b’ċarezza suffiċjenti. Minħabba li d-definizzjonijiet tas-suq x’aktarx ikunu element ewlieni f’din il-valutazzjoni, il-partijiet notifikati jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar id-definizzjonijiet alternattivi plawżibbli kollha tas-suq, ġeneralment matul il-fażi ta’ qabel in-notifika (37). Il-partijiet notifikanti huma responsabbli: (i) għad-deskrizzjoni tas-swieq tal-prodotti u ġeografiċi rilevanti alternattivi kollha li fuqhom il-konċentrazzjoni notifikata jista’ jkollha impatt; u (ii) għall-provvista tad-data u l-informazzjoni kollha relatata mad-definizzjoni ta’ tali swieq (38). Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tieħu d-deċiżjoni finali dwar id-definizzjoni tas-suq, wara li tanalizza l-fatti tal-każ. Il-Kummissjoni mhux se tapplika l-proċedura simplifikata fejn ikun diffiċli li jiġu ddefiniti s-swieq rilevanti jew li jiġu ddeterminati l-ishma mis-suq tal-partijiet fil-konċentrazzjoni. Bl-istess mod, jekk il-konċentrazzjoni tinvolvi kwistjonijiet legali ġodda ta’ interess ġenerali, il-Kummissjoni tista’ tastjeni milli tadotta deċiżjoni f’forma mqassra, u tista’ terġa’ lura għall-proċedura normali.

C.3.   Parteċipazzjonijiet azzjonarji nonkontrollanti

15.

Parti waħda għall-konċentrazzjoni jista’ jkollha parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti nonkontrollanti f’kumpaniji attivi fis-suq/swieq fejn parti oħra għall-konċentrazzjoni tkun attiva. Pereżempju, akkwirent jista’ jkollu parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja nonkontrollanti f’kumpanija attiva fl-istess suq / swieq bħall-kumpanija fil-mira jew f’suq upstream jew downstream għas-suq / swieq fejn tkun attiva l-mira. Jekk dawk il-kumpaniji jkollhom sehem tas-suq sinifikanti ħafna, f’ċerti ċirkostanzi, il-konċentrazzjoni tista’ ma tkunx adattata għal rieżami skont il-proċedura simplifikata, anke jekk l-ishma mis-suq ikkombinati tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu taħt il-limiti stabbiliti fil-punt 5. L-istess jista’ jkun il-każ jekk kompetitur wieħed jew aktar ta’ parti waħda għall-konċentrazzjoni jkollhom ishma sinifikanti mingħajr kontroll fi kwalunkwe waħda mill-partijiet l-oħra tal-konċentrazzjoni.

C.4.   Assi oħra ta’ valur kompetittiv

16.

Ċerti tipi ta’ konċentrazzjonijiet jistgħu jżidu s-saħħa fis-suq tal-partijiet fil-konċentrazzjoni, anki jekk il-partijiet ma joperawx fl-istess suq. Dan jista’ jseħħ bħala riżultat tal-kombinazzjoni ta’ riżorsi teknoloġiċi, finanzjarji jew oħrajn, jew assi ta’ valur kompetittiv, bħal materja prima, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (pereżempju, privattivi, għarfien espert, disinji u marki), infrastruttura, bażi ta’ utenti sinifikanti jew inventarji tad-data ta’ valur kummerċjali. Dawn il-konċentrazzjonijiet jistgħu ma jkunux adattati għal rieżami skont il-proċedura simplifikata.

C.5.   Swieq ġirien relatati mill-qrib

17.

Konċentrazzjonijiet fejn mill-inqas żewġ partijiet għall-konċentrazzjoni jkunu preżenti fi swieq ġirien relatati mill-qrib (39) jistgħu wkoll ma jkunux adattati għal reviżjoni skont il-proċedura simplifikata. B’mod partikolari, dan jista’ jseħħ meta waħda jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkollha sehem mis-suq individwali jew ikkombinat ta’ 30 % jew aktar fi kwalunkwe suq tal-prodotti li fih ma jkun hemm l-ebda trikkib orizzontali jew relazzjoni vertikali bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni iżda tkun ġirien ta’ suq fejn tkun attiva parti oħra fil-konċentrazzjoni (40). Id-determinazzjoni tas-swieq ġirien jenħtieġ li ssir f’konformità mal-punt 14 ta’ dan l-Avviż.

C.6.   Iċ-ċirkostanzi msemmija fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ta’ għaqdiet orizzontali u mhux orizzontali u ċirkostanzi speċjali oħra

18.

Il-Kummissjoni hija anqas probabbli li tapplika l-proċedura simplifikata jekk ikun hemm preżenti xi waħda miċ-ċirkostanzi speċjali msemmija fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ta’ għaqdiet orizzontali u mhux orizzontali (41) u / jew f’din it-Taqsima. Dawn jinkludu ċirkostanzi fejn:

(a)

is-suq diġà jkun kkonċentrat (b’mod partikolari fejn anqas minn tliet kompetituri, minbarra l-partijiet fil-konċentrazzjoni, ikollhom preżenza sinifikanti fis-suq) (42);

(b)

il-limiti tas-sehem mis-suq stabbiliti fil-punti 5 jew 8 ta’ dan l-Avviż jinqabżu f’termini ta’ kapaċità jew produzzjoni fi swieq fejn dawn il-metriċi jistgħu jkunu importanti (43);

(c)

wieħed mill-partijiet fil-konċentrazzjoni huwa entrant reċenti (44);

(d)

it-trikkib jirriżulta fi swieq fejn il-prodotti huma differenzjati ħafna (45);

(e)

il-konċentrazzjoni proposta telimina forza kompetittiva reali jew potenzjali importanti (46);

(f)

il-konċentrazzjoni proposta tgħaqqad żewġ innovaturi importanti (47);

(g)

il-konċentrazzjoni proposta tkun tinvolvi ditta li jkollha prodotti promettenti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati (48);

(h)

il-konċentrazzjoni telimina kompetizzjoni potenzjali (49);

(i)

ikun hemm indikazzjonijiet li l-konċentrazzjoni proposta tippermetti lill-partijiet fil-konċentrazzjoni jfixklu l-espansjoni tal-kompetituri tagħhom jew ifixklu l-aċċess tar-rivali għall-provvisti jew għas-swieq jew iżżid l-ostakli għad-dħul (50);

(j)

l-entità fuża, billi tintegra, tikseb aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar l-attivitajiet upstream jew downstream tar-rivali tagħha (51);

(k)

il-partijiet għall-konċentrazzjoni huma attivi fi swieq li jappartjenu għal livelli differenti ta’ katina tal-valur mingħajr ma jkunu f’relazzjoni vertikali u l-ishma tas-suq individwali jew ikkombinati huma 30 % jew ogħla f’mill-inqas wieħed minn dawn is-swieq.

19.

Il-Kummissjoni tista’ terġa’ lura lejn valutazzjoni sħiħa skont il-proċedura normali fejn tinqala’ kwistjoni ta’ koordinazzjoni, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet (52).

C.7.   Bidla minn kontroll konġunt għal kontroll esklużiv

20.

L-esperjenza tal-Kummissjoni sal-lum uriet li bidla minn kontroll konġunt għal kontroll esklużiv jista’ jirrikjedi eċċezzjonalment investigazzjoni aktar mill-qrib, deċiżjoni sħiħa jew it-tnejn li huma. Tħassib partikolari dwar il-kompetizzjoni jista’ jinqala f’ċirkostanzi fejn dik li kienet impriża konġunta tiġi integrata fil-grupp jew network tal-uniku azzjonist kontrollant, bit-tneħħija ta’ kwalunkwe restrizzjoni preċedentement eżerċitata mill-inċentivi potenzjalment diverġenti tal-azzjonisti kontrollanti differenti u bl-adozzjoni mill-impriża konġunta preċedenti ta’ strateġija tas-suq anqas kompetittiva. Pereżempju, f’xenarju li fih impriża A u impriża B jikkontrollaw b’mod konġunt impriża konġunta C, konċentrazzjoni fejn A takkwista l-kontroll esklużiv ta’ C tista’ tagħti lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni jekk: (i) C huwa kompetitur dirett ta’ A; (ii) C u A għandhom pożizzjoni tas-suq kombinata sostanzjali; u (iii) dan ineħħi grad ta’ indipendenza miżmuma preċedentement minn C (53). F’każijiet fejn tali xenarji jeħtieġu analiżi aktar mill-qrib, il-Kummissjoni tista’ terġa’ lura għall-proċedura normali (54).

21.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tmur lura għall-proċedura normali meta la l-Kummissjoni u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunu rrieżaminaw l-akkwist minn qabel ta’ kontroll konġunt tal-impriża konġunta inkwistjoni.

C.8.   Tħassib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni li tqajjem mill-Istati Membri jew minn partijiet terzi

22.

Il-Kummissjoni terġa’ lura għall-proċedura normali meta Stat Membru jew Stat tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles jesprimi tħassib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-kopja tan-notifika, jew meta parti terza tesprimi tħassib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit għal dawn il-kummenti.

C.9.   Talbiet għal referenza

23.

Il-proċedura simplifikata ma tapplikax jekk Stat Membru jitlob ir-referenza ta’ konċentrazzjoni notifikata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet jew jekk il-Kummissjoni taċċetta talba minn Stat Membru wieħed jew aktar għar-referenza ta’ konċentrazzjoni notifikata skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet.

C.10.   Referenzi ta’ qabel in-notifika fuq talba tal-partijiet notifikanti

24.

Soġġett għas-salvagwardji u l-esklużjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-proċedura simplifikata għal konċentrazzjonijiet fejn:

(a)

wara sottomissjoni bl-argumenti u bir-raġunijiet skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet, il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tirreferix il-każ lil Stat Membru;

(b)

wara sottomissjoni bl-argumenti u bir-raġunijiet skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet, il-każ ikun ġie riferut lill-Kummissjoni.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

A.   Konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu nnotifikati direttament mingħajr kuntatti ta’ qabel in-notifika

25.

Skont ir-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet, il-partijiet notifikanti huma intitolati jinnotifikaw konċentrazzjoni fi kwalunkwe ħin, sakemm in-notifika tkun kompluta. Il-possibbiltà li jidħlu f’kuntatti ta’ qabel in-notifika hija servizz offrut mill-Kummissjoni lill-partijiet notifikanti fuq bażi volontarja biex iħejju l-proċedura formali ta’ rieżami tal-fużjonijiet. Il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jistgħu jkunu ta’ valur kbir kemm għall-partijiet notifikanti kif ukoll għall-Kummissjoni fl-iddeterminar tal-ammont preċiż ta’ informazzjoni meħtieġa f’notifika. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jirriżultaw fi tnaqqis sinifikanti tal-informazzjoni meħtieġa.

26.

Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-proċedura simplifikata, ċerti kategoriji ta’ konċentrazzjonijiet eliġibbli li għandhom jiġu rrieżaminati skont il-proċedura simplifikata fost dawk elenkati fil-punt 5 ta’ dan l-Avviż jistgħu jiġu rrieżaminati fi żmien iqsar mill-25 jum ta’ xogħol stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Dan minħabba li dawk il-konċentrazzjonijiet simplifikati tipikament jeħtieġu anqas investigazzjoni. Pereżempju, il-konċentrazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punt 5(a) jew 5 (c) jistgħu jiġu rieżaminati taħt proċedura “super-simplifikata” kif deskritta f’dan il-punt. Skont dik il-proċedura super-simplifikata, dawk il-konċentrazzjonijiet iridu jiġu nnotifikati billi jimtlew it-taqsimiet rilevanti tal-Forma Mqassra CO (55) (b’mod partikolari t-Taqsima 7 li tindika t-tip ta’ trattament simplifikat). Il-partijiet notifikanti huma mistiedna jinnotifikaw il-konċentrazzjoni direttament mingħajr ebda kuntatt ta’ qabel in-notifika.

B.   Kuntatti ta’ qabel in-notifika f’konċentrazzjonijiet li jwasslu għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet mhux orizzontali

27.

Il-partijiet notifikanti huma mħeġġa bil-qawwa sabiex jinvolvu ruħhom f’kuntatti ta’ qabel in-notifika f’każijiet li jwasslu għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet mhux orizzontali bejn l-attivitajiet tal-partijiet għall-konċentrazzjoni (inklużi prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati). Dan jinkludi każijiet li jaqgħu taħt il-punti 5, 8 jew 9 ta’ dan l-Avviż, sakemm l-attivitajiet tal-partijiet fil-konċentrazzjoni jittrikkbu orizzontalment, ikunu relatati vertikalment jew ikunu jappartjenu għal swieq ġirien relatati mill-qrib. Pereżempju, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika huma mħeġġa bil-qawwa għal konċentrazzjoni li taqa’ taħt il-punt 5(b) li twassal għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet mhux orizzontali bejn l-attivitajiet tal-partijiet. Tali kuntatti ta’ qabel in-notifika jkunu partikolarment importanti jekk il-kriterji fil-punt 5(d) ma jiġux issodisfati għal suq wieħed jew aktar.

28.

F’każijiet li jwasslu għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet mhux orizzontali bejn l-attivitajiet tal-partijiet fil-konċentrazzjoni, il-kuntatti ta’ qabel in-notifika jenħtieġ li jinbdew mill-anqas ġimagħtejn qabel id-data mistennija tan-notifika.

C.   Talba għal allokazzjoni ta’ tim tal-każ

29.

Qabel ma jissottomettu formalment notifika skont il-proċedura simplifikata, il-partijiet notifikanti jridu jissottomettu talba għal allokazzjoni ta’ tim tal-każ. It-talba trid tindika t-tip ta’ konċentrazzjoni, il-punt ta’ dan l-Avviż li taħtu taqa’ l-konċentrazzjoni, u d-data mistennija tan-notifika. Fil-każijiet identifikati fil-punt 27 fejn il-partijiet notifikanti jinnotifikaw il-konċentrazzjoni direttament b’ebda kuntatt ta’ qabel in-notifika jew bi ftit kuntatti, it-talba għall-allokazzjoni tat-tim tal-każ trid tiġi sottomessa mill-anqas ġimgħa qabel id-data mistennija tan-notifika.

D.   Deċiżjoni f’forma qasira

30.

Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji għall-proċedura simplifikata (ara l-punti 5, 8 u 9), normalment toħroġ deċiżjoni f’forma mqassra. Dan jinkludi każijiet xierqa li ma jqajmu l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni meta tirċievi n-notifika tal-Forma CO (56). Il-konċentrazzjoni tiġi b’hekk dikjarata kompatibbli mas-suq intern, fi żmien 25 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika, skont l-Artikolu 10(1) u (6) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Il-Kummissjoni tipprova toħroġ deċiżjoni f’forma mqassra malajr kemm jista’ jkun wara li jiskadu l-15-il jum tax-xogħol li matulhom l-Istati Membri jistgħu jitolbu referenza ta’ konċentrazzjoni nnotifikata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, fil-perjodu li jwassal sal-iskadenza ta’ 25 jum tax-xogħol, il-Kummissjoni jibqagħlha l-għażla li tmur lura għal proċedura normali u b’hekk tibda investigazzjonijiet u/jew li tadotta deċiżjoni sħiħa, jekk hija tiġġudika li azzjoni ta’ dik ix-xorta tkun xierqa. F’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni tista’ wkoll tqis li n-notifika tkun inkompleta materjalment skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jekk ma tkunx irċeviet Forma CO.

E.   Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’forma qasira

31.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż tal-fatt tad-deċiżjoni f’forma mqassra f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħalma tagħmel għal deċiżjonijiet fejn tagħti awtorizzazzjoni kompleta. Il-verżjoni pubblika tad-deċiżjoni f’forma mqassra għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni. Id-deċiżjoni f’forma qasira jkun fiha: (i) l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tan-notifika (l-ismijiet tal-partijiet għall-konċentrazzjoni, il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, in-natura tal-konċentrazzjoni u l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati); u (ii) dikjarazzjoni li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq intern minħabba li taqa’ f’waħda jew aktar mill-kategoriji deskritti f’dan l-Avviż, bil-kategorija jew kategoriji applikabbli identifikati b’mod espliċitu.

F.   Swieq li jaqgħu taħt il-punt 5(d) jew il-punt 8 fid-deċiżjonijiet maħruġa taħt il-proċedura normali

32.

Ċerti konċentrazzjonijiet rieżaminati skont il-proċedura normali jistgħu jwasslu għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5(d) ta’ dan l-Avviż. Ċerti konċentrazzjonijiet rieżaminati skont il-proċedura normali jistgħu jwasslu wkoll għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 8 ta’ dan l-Avviż. Id-deċiżjoni finali f’dawn il-każijiet mhux se jkun fiha valutazzjoni dettaljata ta’ tali trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni finali se jkun fiha dikjarazzjoni li ċertu trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali jaqgħu fi ħdan waħda jew aktar mill-kategoriji deskritti f’dan l-Avviż, bil-kategorija/i applikabbli identifikata/i b’mod espliċitu.

33.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tinkludi valutazzjoni dettaljata tat-trikkib orizzontali jew għar-relazzjonijiet vertikali identifikati fil-punt 32 jekk japplikaw xi waħda mis-salvagwardji u mill-esklużjonijiet stabbiliti fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż.

IV.   RESTRIZZJONIJIET ANĊILLARI

34.

Il-proċedura simplifikata mhijiex adattata għal konċentrazzjonijiet fejn l-impriżi kkonċernati jitolbu espliċitament valutazzjoni tar-restrizzjonijiet li jkunu direttament meħtieġa u relatati mal-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1), disponibbli f’dan is-sit: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A32004R0139

(2)  ĠU L, 119, 5.5.2023, p. 22.

(3)  In-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għal trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU С 366, 14.12.2013, p. 5), disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A52013XC1214%2802%29.

(4)  Ara t-Taqsima II.C. ta’ dan l-Avviż.

(5)  Ir-rekwiżiti ta’ notifika huma stabbiliti fl-Anness I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(6)  Ara t-Taqsima II.C. ta’ dan l-Avviż.

(7)  Konċentrazzjoni twassal għal trikkib orizzontali meta l-partijiet għall-konċentrazzjoni jkunu involuti f’attivitajiet kummerċjali fl-istess prodott u suq ġeografiku/swieq ġeografiċi rilevanti, inkluż l-iżvilupp ta’ prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati. It-trikkib orizzontali li jinvolvi prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati jinkludi trikkib bejn prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati u trikkib bejn prodott jew prodotti kummerċjalizzati u prodott jew prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati. Il-prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati huma prodotti li x’aktarx jitqiegħdu fis-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir jew medju. Il-prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati jkopru wkoll is-servizzi.

(8)  Konċentrazzjoni twassal għal relazzjonijiet vertikali meta waħda jew aktar mill-partijiet għall-konċentrazzjoni jkunu involuti f’attivitajiet ta’ negozju f’suq tal-prodotti li jkun upstream jew downstream minn suq tal-prodotti li fih tkun involuta kwalunkwe parti oħra għall-konċentrazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati. Ir-relazzjonijiet vertikali li jinvolvu l-prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati jinkludu relazzjonijiet bejn prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati u relazzjonijiet bejn prodott jew prodotti kummerċjalizzati u prodott jew prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati.

(9)  Dment li ma tapplika l-ebda salvagwardja jew esklużjoni stabbilita fit-Taqsima II.C ta’ dan l-Avviż.

(10)  Konċentrazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmija fil-punti 5(a), (b), (c), (d) jew (e) fil-prinċipju tkun eliġibbli għall-proċedura simplifikata. Madankollu, dan ma jfissirx li tranżazzjoni tibbenefika awtomatikament mill-proċedura simplifikata jekk taqa’ taħt waħda minn dawk il-kategoriji. Pereżempju, tranżazzjoni tista’ taqa’ taħt il-punt 5(b) iżda, fl-istess ħin, twassal għal trikkib orizzontali li jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt 5(d). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tmur lura għall-proċedura normali ta’ għaqda, b’mod partikolari jekk tkun preżenti kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi fit-Taqsima II.C.

(11)  It-terminu “fatturat kurrenti” jirreferi għall-fatturat iġġenerat mill-impriża konġunta fiż-żmien tan-notifika. Il-fatturat tal-impriża konġunta jista’ jiġi ddeterminat skont l-aktar kontijiet awditjati riċenti tal-kumpaniji omm jew l-impriża konġunta nnifisha, skont id-disponibbiltà ta’ kontijiet separati għar-riżorsi kkombinati fl-impriża konġunta. It-terminu “fatturat mistenni” jirreferi għall-fatturat li mistenni jiġi ġġenerat fit-tliet snin ta’ wara n-notifika.

(12)  Kwalunkwe assi effettivament ittrasferiti jew ippjanati li jiġu ttrasferiti fiż-żmien tan-notifika lill-impriża konġunta jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, irrispettivament mid-data meta tali assi fil-fatt se jiġu ttrasferiti lill-impriża konġunta.

(13)  Dan ikopri ħafna sitwazzjonijiet. Pereżempju:

fil-każ ta’ akkwist konġunt ta’ kumpanija fil-mira, il-fatturat li jrid jitqies huwa l-fatturat ta’ din il-mira (l-impriża konġunta);

fil-każ tal-ħolqien ta’ impriża konġunta li l-kumpaniji omm jikkontribwixxu l-attivitajiet tagħhom għaliha, il-fatturat li jrid jitqies huwa dak tal-attivitajiet ikkontribwiti;

fil-każ tad-dħul ta’ parti kontrollanti ġdida f’impriża konġunta eżistenti, iridu jitqiesu l-fatturat tal-impriża konġunta u l-fatturat tal-attivitajiet ikkontribwiti mill-kumpanija omm il-ġdida (jekk ikun hemm).

(14)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna għal gwida dwar il-kalkolu tal-fatturat tal-impriżi konġunti u dwar it-termini tal-fatturat “kurrenti” u “mistenni”.

(15)  Ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna.

(16)  Il-valur totali tal-assi ta’ impriża konġunta jista’ jiġi stabbilit skont l-aħħar karta tal-bilanċ imħejjija u approvata ta’ kull kumpanija omm. It-terminu “assi” jinkludi: (i) l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli li jiġu trasferiti lill-intrapriża bejn tnejn jew aktar (eżempji ta’ assi tanġibbli jinkludu impjanti ta’ produzzjoni, postijiet ta’ bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut, u inventarji ta’ oġġetti; eżempji ta’ assi intanġibbli jinkludu proprjetà intellettwali, avvjament, prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati jew programmi ta’ R&D); u (ii) kwalunkwe ammont ta’ finanzjament, inkluż aċċess għal flus kontanti, kreditu jew kwalunkwe obbligu tal-impriża konġunta li kwalunkwe kumpanija prinċipali tal-impriża konġunta tkun qablet li testendi jew tiggarantixxi.

(17)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5), disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A31997Y1209%2801%29. Kull referenza f’dan l-Att għal attivitajiet tal-impriżi fis-swieq għandhom jinftiehmu bħala attivitajiet fi swieq fiż-ŻEE jew fi swieq li jinkludu ż-ŻEE, imma li jistgħu jmorru wkoll lil hinn miż-ŻEE.

(18)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 4 tal-Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ għaqdiet mhux orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 265, 18.10.2008, p. 6, nota 4 ta’ qiegħ il-paġna), disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52008XC1018%2803%29 (“Linji gwida ta’ għaqdiet mhux orizzontali”). Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, relazzjoni vertikali normalment tippresupponi li l-input jintuża direttament fil-produzzjoni proprja tal-entità downstream (jiġifieri huwa integrat fil-prodott jew huwa strettament meħtieġ għall-produzzjoni tal-prodott downstream) jew li l-input jinbiegħ mill-ġdid mill-kumpanija downstream (pereż. id-distributuri). Dan jeskludi rabtiet mill-bogħod jew rabtiet ma’ servizzi pprovduti lil diversi setturi, bħal servizzi tal-provvista tal-elettriku jew tal-ġbir tal-iskart.

(19)  Il-limiti għal trikkib orizzontali u relazzjonijiet vertikali japplikaw għal kwalunkwe definizzjoni tas-suq alternattiva u tas-suq ġeografiku plawżibbli li jistgħu jkunu jridu jiġu kkunsidrati. Huwa importanti li d-definizzjonijiet sottostanti tas-suq stabbiliti fl-avviż ikunu preċiżi biżżejjed li jiġġustifikaw il-valutazzjoni li dawn il-limiti ma jintlaħqux, u li d-definizzjonijiet tas-suq alternattivi plawżibbli kollha li jistgħu jkunu jridu jiġu kkunsidrati jissemmew (inklużi swieq ġeografiċi idjaq minn dawk nazzjonali).

(20)  Ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna.

(21)  Sabiex jiġi evitat id-dubju, jekk xi wħud mis-swieq plawżibbli kkonċernati minn tranżazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-5(d)(i)(aa) u oħrajn jissodisfaw dawk fil-5(d)(i)(bb), it-tranżazzjoni titqies li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’5(d)(i).

(22)  L-HHI huwa kkalkolat billi jingħaddu l-kwadrati tal-ishma individwali mis-suq tad-ditti kollha fis-suq. Ara l-punt 16 fil-Linji ta’ gwida fuq l-istima jew kalkolu tal-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ĠU C 31, 5.2.2004, p. 5), disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=celex%3A52004XC0205%2802%29 (“Linji gwida dwar l-għaqdiet orizzontali”). Madankollu, biex jiġi kkalkolat l-HHI delta li jirriżulta mill-konċentrazzjoni, huwa biżżejjed li jitnaqqas mill-kwadrat tas-somma tal-ishma tas-suq tal-partijiet tal-konċentrazzjoni (fi kliem ieħor, il-kwadrat tas-sehem mis-suq tal-entità fuża wara l-konċentrazzjoni) is-somma tal-kwadrati tal-ishma tas-suq individwali tal-partijiet (billi l-ishma tas-suq tal-kompetituri l-oħra kollha fis-suq jibqgħu l-istess u għaldaqstant ma jinfluwenzawx ir-riżultat tal-ekwazzjoni).

(23)  Ara n-noti 17 u 18 f’qiegħ il-paġna.

(24)  Sabiex jiġi evitat id-dubju, jekk xi wħud mis-swieq plawżibbli kkonċernati minn tranżazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-5(d)(i)(aa) u oħrajn jissodisfaw dawk fil-5(d)(i)(bb) u/jew 5(d)(ii)(cc), it-tranżazzjoni titqies li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’5(d)(i).

(25)  Is-sehem tax-xiri ta’ impriża jiġi kkalkolat billi jiġi diviż (i) il-volum jew il-valur tax-xiri ta’ prodotti mill-impriża fis-suq upstream (ii) bid-daqs totali tas-suq upstream (f’termini ta’ volum jew valur).

(26)  Din il-kategorija għandha l-għan li tkopri żidiet żgħar għal integrazzjoni vertikali diġà eżistenti. Pereżempju, il-Kumpanija A, attiva f’suq upstream u downstream (b’sehem ta’ 45 % f’kull waħda) takkwista l-Kumpanija B attiva fl-istess swieq upstream u downstream (b’sehem ta’ 0,5 % f’kull waħda). Din il-kategorija ma tkoprix sitwazzjonijiet li fihom il-biċċa l-kbira tal-integrazzjoni vertikali tirriżulta mit-tranżazzjoni, anke jekk l-ishma tas-suq ikkombinati jkunu anqas minn 50 % u l-HHI delta jkun anqas minn 150. Pereżempju, din il-kategorija ma tkoprix is-sitwazzjoni li ġejja: Il-Kumpanija A, upstream attiva b’sehem fis-suq ta’ 45 % u downstream b’sehem fis-suq ta’ 0,5 % takkwista lill-Kumpanija B, upstream attiva b’sehem fis-suq ta’ 0,5 % u downstream b’sehem fis-suq ta’ 45 %.

(27)  Meta konċentrazzjoni taqa’ taħt aktar minn kategorija simplifikata waħda, il-partijiet notifikanti jenħtieġ li jindikaw dan b’mod espliċitu fil-formola tan-notifika.

(28)  Madankollu, dawk it-trikkib jew relazzjonijiet jistgħu jwasslu għal koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-KE dwar l-għaqdiet u jistgħu jiġu ttrattati f’konformità mal-punt 19 ta’ dan l-Avviż.

(29)  Ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna.

(30)  Sabiex jiġi evitat id-dubju, jekk xi wħud mis-swieq plawżibbli kkonċernati minn tranżazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-8(b)(i) u oħrajn jissodisfaw dawk fil-8(b)(ii), it-tranżazzjoni titqies li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’8(b).

(31)  Konċentrazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji stipulati fil-punti 8 jew 9fil-prinċipju tkun eliġibbli sabiex tibbenefika mill-klawżola ta’ flessibbiltà. Madankollu, dan ma jfissirx li tranżazzjoni tibbenefika awtomatikament mill-proċedura simplifikata jekk taqa’ taħt waħda minn dawn il-kategoriji. Pereżempju, tranżazzjoni tista’ taqa’ taħt il-punt 9 iżda twassal ukoll għal trikkib orizzontali li jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt 5(d) jew 8. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ ma taċċettax li tirrieżamina l-każ skont il-proċedura simplifikata.

(32)  Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(33)  Ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna għal gwida dwar il-kalkolu tal-fatturat tal-impriżi konġunti u dwar it-terminu tal-fatturat “kurrenti”.

(34)  Ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna.

(35)  Ara n-nota 16 f’qiegħ il-paġna.

(36)  F’każijiet li jaqgħu taħt il-punt 5(b) jew 9, fejn l-attivitajiet tal-partijiet fil-konċentrazzjoni jagħtu lok għal trikkib orizzontali jew relazzjonijiet vertikali, il-partijiet notifikanti huma meħtieġa jipprovdu d-data u l-informazzjoni kollha relatati mad-definizzjoni ta’ tali swieq.

(37)  Ara l-punt 28.

(38)  Bħal fin-notifiki l-oħra kollha, il-Kummissjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni f’forma mqassra jekk tkun ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li għaliha tkun responsabbli waħda mill-impriżi kkonċernati, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(39)  Is-swieq tal-prodotti jikkwalifikaw bħala swieq ġirien relatati mill-qrib meta l-prodotti jkunu komplementari għal xulxin jew meta jkunu jappartjenu għal firxa ta’ prodotti li ġeneralment jinxtraw mill-istess sett ta’ klijenti għall-istess użu finali.

(40)  Ara l-punt 25 u t-Taqsima V tal-Linji Gwida dwar għaqdiet mhux orizzontali.

(41)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali u l-Linji Gwida dwar għaqdiet mhux orizzontali.

(42)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punt 17 u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punt 36. Il-preżenza fis-suq tista’ titqies sinifikanti meta kompetitur ikollu sehem ta’ 5 % jew aktar.

(43)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2019, il-Każ M.8674, BASF/Solvay’s Polyamide Business, il-premessa 475.

(44)  Ara l-Linji Gwida dwar l-għaqdiet orizzontali, il-punt 37.

(45)  Ara l-Linji Gwida dwar l-għaqdiet orizzontali, il-punt 28.

(46)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punt 37 u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punti 7 u 26(c).

(47)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punt 38 u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punt 26(a).

(48)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punt 38 u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punt 26(a).

(49)  Ara l-Linji Gwida dwar l-għaqdiet orizzontali, il-punt 58.

(50)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punt 36 u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punti 29, 49 u 75.

(51)  Ara l-Linji Gwida dwar l-għaqdiet mhux orizzontali, il-punt 78.

(52)  Ara l-Linji Gwida dwar għaqdiet orizzontali, il-punti 39 et seq. u l-Linji Gwida dwar fużjonijiet mhux orizzontali, il-punt 26.

(53)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2008, il-Każ M.5141 – KLM/Martinair, il-premessi 14-22.

(54)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2002, il-Każ M. 2908, Deutsche Post/DHL (II).

(55)  Ara l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(56)  Ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/11


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Komunikazzjoni skont l-Artikoli 3(2), 13(3), 20, u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004

(2023/C 160/02)

L-Artikoli 3(2), 13(3), 20 u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) [ 2023/914] tal-20 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”) (1) jeħtieġu notifiki, sottomissjonijiet motivati, kummenti dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni, impenji offruti mill-impriżi kkonċernati u l-Formola RM li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni fil-format stipulat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

F’dan id-dokument, il-Kummissjoni tispeċifika, skont l-Artikoli 3 (2), 13 (3), 20, u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-format li fih jenħtieġ li jiġu sottomessi n-notifiki, is-sottomissjonijiet motivati, il-kummenti dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni, l-impenji offruti mill-impriżi kkonċernati u l-Formola RM (id-“dokumenti”).

1.   Metodu ta’ trażmissjoni ta’ dokumenti lill-Kummissjoni

1.

It-trażmissjonijiet ta’ Dokumenti ta’ daqs ta’ inqas minn 10 gigabytes għandhom jintbagħtu elettronikament bl-użu tal-EU Send Web (“EU Send”), il-pjattaforma ta’ skambju online tal-Kummissjoni għat-trażmissjoni sigura tad-dokumenti (2). EU Send teħtieġ reġistrazzjoni minn qabel u tippreskrivi limitazzjonijiet fid-daqs għal dokumenti trażmessi permezz tas-sistema li huma soġġetti għal tibdil. Jekk trażmissjoni tkun inqas minn 10 gigabytes fid-daqs iżda taqbeż il-limitazzjonijiet tad-daqs ta’ EU Send, din jenħtieġ li tiġi mibgħuta f’diversi partijiet.

2.

It-trażmissjonijiet mibgħuta bl-użu ta’ EU Send għandhom ikunu akkumpanjati minn formola ta’ trażmissjoni, ipprovduta minn EU Send. Il-formola ta’ trażmissjoni trid timtela b’mod korrett.

3.

Trażmissjonijiet ta’ aktar minn 10 gigabytes fid-daqs jistgħu jitwasslu bl-idejn jew jintbagħtu bil-posta rreġistrata lid-DĠ Kompetizzjoni fil-Kummissjoni bl-użu ta’ hard disk drives, ifformattjati f’Microsoft Windows, data mhux kompressata f’kompartiment estern tal-USB 2.0 jew 3.0.

4.

Id-dokumenti mibgħuta bil-posta rreġistrata jew ikkonsenjati bl-idejn jenħtieġ li jiġu indirizzati lid-DĠ Kompetizzjoni fl-indirizz ippubblikat fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni (3). L-indirizzar ta’ dokumenti lid-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni jista’ jirriżulta f’dewmien.

2.   Iffirmar ta’ dokumenti b’mod elettroniku

5.

Din it-taqsima tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-firma ta’ dokumenti ppreżentati elettronikament (fejn tkun meħtieġa firma). Din tapplika għal dokumenti mibgħuta bl-użu tal-EU Send u għal dawk ikkonsenjati lill-Kummissjoni fuq apparat ta’ ħżin estern.

6.

Biex jitqiesu validi, id-dokumenti sottomessi elettronikament iridu jiġu ffirmati bl-użu ta’ mill-inqas Firma Elettronika Kwalifikata waħda (Qualified Electronic Signature, QES) li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 (ir-“Regolament eIDAS”) (4). Il-QES biss huma rikonoxxuti espliċitament li għandhom effett legali ekwivalenti għal dak tal-firem miktuba bl-idejn fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, tipi oħra ta’ firem elettroniċi, bħall-firem skenjati jew il-Firem Elettroniċi Avvanzati kif stabbiliti fir-Regolament eIDAS, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-QES, mhumiex aċċettati.

7.

Il-format tal-QES irid jikkonforma ma’ wieħed mill-formati msemmija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 (5) jew l-aħħar speċifikazzjonijiet tagħhom kif ippubblikati mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni.

8.

Servizzi Fiduċjarji Kwalifikati jistgħu jinkisbu minn Fornituri ta’ Servizzi Fiduċjarji Kwalifikati (QTSPs) kif stipulat fir-Regolament eIDAS. Il-QTSPs huma fornituri ta’ servizzi kummerċjali u membri kwalifikati tal-Iskema Fiduċjarja tal-UE. Il-QTSPs huma elenkati fil-Brawżer tal-Lista ta’ Fiduċja (6).

9.

Kwalunkwe tagħmir diġitali jew tal-ħardwer użat biex jimplimenta QES, bħal ċertifikati elettroniċi kwalifikati u apparat kwalifikat tal-firem elettroniċi jrid jinxtara minn min jibgħat u jibqa’ tar-responsabbiltà tiegħu.

10.

Il-Kummissjoni se tivvalida dokumenti ffirmati mill-QES. Sabiex tiżdied il-fiduċja li QES se tiġi vvalidata b’suċċess mid-DĠ Kompetizzjoni, huwa possibbli li tiġi ttestjata l-validità tagħha billi jiġi involut QTSP li jipprovdi servizz imħallas ta’ validazzjoni kkwalifikat (7). L-applikazzjoni web tas-Servizzi tal-Firem Diġitali tal-Kummissjoni tista’ tintuża wkoll għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni (8). Biex jiġi evitat id-dubju, din il-pjattaforma ma għandhiex tintuża biex jiġu ppreżentati dokumenti relatati mal-każ jew kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali jew speċifika għall-każ.

11.

Id-dokumenti ffirmati ma jridux ikunu kriptati jew ikun fihom xi ċertifikati, għajr ċertifikati relatati mal-QES.

12.

Il-metadata tal-QES trid taqbel mad-dettalji ta’ kuntatt tal-firmatarju. Meta tuża QES waħda jew aktar biex tiffirma dokument, jekk jogħġbok ipprovdi, għal skopijiet ta’ informazzjoni, id-dettalji ta’ kuntatt tal-firmatarju bl-indikazzjoni “[iffirmat elettronikament]” fl-aħħar tad-dokument. Rappreżentazzjoni viżiva tal-firma elettronika hija fakultattiva u ma ġġib l-ebda valur legali addizzjonali.

13.

Il-modifika ta’ dokument iffirmat tinvalida kwalunkwe firma elettronika eżistenti. Id-dokument għalhekk m’għandux jiġi modifikat wara l-introduzzjoni ta’ QES wieħed jew aktar.

14.

Id-dokumenti ffirmati elettronikament bl-użu ta’ QES ma jridux jissakkru jew ikunu protetti b’password. Dan se jippermetti li s-softwer iddedikat tal-Kummissjoni jaċċessa d-dokument u jivverifika l-validità tal-QES.

3.   Speċifikazzjonijiet tekniċi tad-dokumenti sottomessi elettronikament

15.

Din it-taqsima tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għal dokumenti sottomessi elettronikament, inklużi trażmissjonijiet mibgħuta bl-użu ta’ EU Send u dawk ikkonsenjati fuq apparati ta’ ħżin estern.

16.

Id-dokumenti kollha sottomessi f’format elettroniku jridu jiġu skennjati u mingħajr viruses qabel is-sottomissjoni. Il-Kummissjoni se tħassar kwalunkwe fajl infettat u tarmi kwalunkwe mezz ta’ ħżin estern infettat. Fajls imħassra jew mormija jistgħu jrendu s-sottomissjoni invalida jew inkompleta.

17.

Id-dokumenti sottomessi bl-użu tas-Sinjal tal-UE ma għandhomx jiġu kriptati. Għal dokumenti mwassla fuq apparati ta’ ħżin estern, il-kriptaġġ huwa mħeġġeġ bil-qawwa. Jenħtieġ li l-kriptaġġ jiġi implimentat biss fuq l-apparat tal-ħżin. Id-dokumenti individwali maħżuna fuq l-apparat m’għandhomx ikunu protetti b’password. Jenħtieġ li l-passwords tad-dekriptaġġ jintbagħtu separatament.

18.

Id-dokumenti kollha jridu jkunu fil-format tal-Format tad-Dokument Portabbli (PDF) jew format ta’ spreadsheet (XLSX) (soġġett għall-punt 21 hawn taħt). Id-dokumenti PDF iridu jkunu jistgħu jiġu mfittxija, jew bħala PDFs maħluqa diġitalment jew billi jkunu ġew skennjati għar-rikonoxximent ottiku tal-karattri (OCR). Id-dokumenti fil-format XLSX iridu jiġu sottomessi bid-data sottostanti kollha mhux redatta u l-formuli u l-algoritmi sottostanti kollha intatti.

19.

Jenħtieġ li l-isem tal-fajl tad-dokumenti jiġi ddefinit sabiex it-taqsima rilevanti fil-Formola CO, il-Formola CO Qasira, il-Formola RS jew il-Formola RM tkun faċilment identifikabbli. Jenħtieġ li kull isem tad-dokument ikun fih ukoll in-numru tal-proċediment li għalih issir is-sottomissjoni. L-ismijiet tal-fajls tad-dokumenti ma jridux jinkludu karattri speċjali jew mhux bl-alfabett Latin u l-passaġġ sħiħ irid ikun limitat għal 250 karattru.

20.

Kull paġna f’PDF trid tiġi mmarkata b’numri ta’ identifikazzjoni korporattiva u ta’ kontroll tad-dokumenti konsekuttivi (pereż. ABC-00000001).

4.   Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad-dokumenti interni sottomessi bħala parti mit-Taqsima 5.4 tal-Formola CO

21.

Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati f’format nattiv (jiġifieri li mhux ikkonvertiti f’PDF biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni bħala parti mill-Formola CO).

22.

L-emails u fajls oħra jridu jiġu ppreżentati bħala fajls separati (ma għandhomx ikunu f’formati “.pst”, “.zip” jew “.nsf”). Il-fajls nsf għandhom jiġu kkonvertiti fi kwalunkwe format ta’ Email: “uniku” (bħal “.msg” jew “.eml”).

23.

Id-dokumenti jridu jiġu trażmessi b’mod sħiħ u mhux redatt. Il-metadata sottostanti kollha trid tkun intatta. Ma jista’ jintuża ebda software ta’ tneħħija tad-duplikazzjoni jew ta’ qtugħ ta’ kamini permezz tal-posta elettronika.

5.   Metodi alternattivi għall-iffirmar u s-sottomissjoni ta’ dokumenti lid-DĠ Kompetizzjoni

24.

Jekk l-EU Send ma tkunx disponibbli minħabba manutenzjoni jew raġunijiet tekniċi lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, ikkuntattja minnufih lit-tim ta’ appoġġ tal-IT tal-EU Send (COMP-EU-SEND@ec.europa.eu. Tużax dan l-indirizz tal-email biex tissottometti xi dokument jew biex tiddiskuti xi informazzjoni kunfidenzjali jew speċifika għall-każ.

25.

Meta t-trażmissjoni permezz ta’ EU Send ma tkunx teknikament possibbli u l-Kummissjoni b’mod eċċezzjonali tippermetti li jintużaw mezzi oħra ta’ trażmissjoni, id-dokumenti ta’ daqs ta’ inqas minn 10 gigabytes jistgħu jitwasslu bl-idejn jew jintbagħtu bil-posta rreġistrata lid-DĠ Kompetizzjoni. Uża apparati ta’ ħżin esterni, bħal USB, CD, jew DVD, jew hard disk drives ifformattjati f’data mhux kompressata kompatibbli ma’ Microsoft Windows f’kompartiment estern tal-USB 2.0 jew 3.0. Dawn id-dokumenti jridu jiġu ffirmati b’mod diġitali b’QES.

26.

Jekk l-iffirmar ta’ dokumenti b’QES ma jkunx fattibbli u l-Kummissjoni tippermetti b’mod eċċezzjonali li jintużaw mezzi oħra ta’ firma, kopja stampata ffirmata manwalment tas-sottomissjoni kompluta tista’ titwassal bl-idejn jew tintbagħat bil-posta rreġistrata lid-DĠ Kompetizzjoni. F’dan il-każ, is-sottomissjoni trid tkun akkumpanjata minn żewġ kopji diġitali tas-sottomissjoni sħiħa fuq apparat ta’ ħżin estern (bħal USB, CD, jew DVD, jew hard disk drives esterni fformattjati f’Microsoft Windows, data mhux kompressata f’kompartiment estern tal-USB 2.0 jew 3.0) għall-informazzjoni. Is-sottomissjoni trid tkun akkumpanjata wkoll minn dikjarazzjoni ffirmata bl-idejn li tiddikjara li l-kopja stampata ffirmata u l-kopji diġitali huma identiċi.

6.   Id-data tal-applikabbiltà

27.

L-istruzzjonijiet f’din il-komunikazzjoni se jkunu applikabbli mill-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(1)  ĠU L, 119, 5.5.2023, p. 22.

(2)  Għal struzzjonijiet dwar kif tuża l-EU Send (imsejjaħ ukoll “eTrustEx”), ara https://ec.europa.eu/competition-policy/mergers/practical-information_en.

(3)  https://ec.europa.eu/competition-policy/mergers/practical-information_en.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32014R0910

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-korpi tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27 (5) u 37 (5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37.

(6)  QTSPs abbażi ta’ Stat Membru tal-UE huma elenkati hawn: https://esignature.ec.europa.eu/efda/tl-browser/#/screen/home. Il-QTSPs biss bit-tikketta “QCert għall-ESIG” jistgħu jipprovdu ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika, li huwa meħtieġ għall-QES.

(7)  QTSPs abbażi ta’ Stat Membru tal-UE huma elenkati hawn: https://esignature.ec.europa.eu/efda/tl-browser/#/screen/home. Il-QTSPs indikati bħala “QVal għal QESig” jistgħu jipprovdu servizz ta’ validazzjoni kwalifikat għal firma elettronika kwalifikata.

(8)  L-applikazzjoni web tas-Servizzi tal-Firem Diġitali tal-Kummissjoni https://ec.europa.eu/cefdigital/DSS/webapp-demo/validation


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' Mejju 2023

(2023/C 160/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1074

JPY

Yen Ġappuniż

148,92

DKK

Krona Daniża

7,4503

GBP

Lira Sterlina

0,88015

SEK

Krona Żvediża

11,3410

CHF

Frank Żvizzeru

0,9802

ISK

Krona Iżlandiża

150,10

NOK

Krona Norveġiża

11,8282

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,460

HUF

Forint Ungeriż

373,94

PLN

Zloty Pollakk

4,5905

RON

Leu Rumen

4,9295

TRY

Lira Turka

21,5825

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6585

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5072

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6909

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7668

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4695

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 465,69

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,1357

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6538

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 263,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,9313

PHP

Peso Filippin

61,286

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,430

BRL

Real Brażiljan

5,5194

MXN

Peso Messikan

19,8208

INR

Rupi Indjan

90,5495


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/15


KOMUNIKAZZJONI TAL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA

dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2023/C 160/04)

Stedina pubblika għal offerti għal konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gryfice”

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54 54 00-922 Varsavja, il-Polonja

Tel. +48 223692449,

Fax +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   tip ta’ attivitajiet li għalihom għandha tingħata l-konċessjoni:

Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gryfice”, parti mill-blokok ta’ konċessjoni Nri 62, 82 u 83.

2)   żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

691 055,17

219 674,19

2

692 737,14

221 619,12

3

693 771,09

224 785,26

4

695 846,05

233 241,52

5

697 800,71

239 098,78

6

689 034,77

237 808,88

7

688 700,54

245 043,47

8

687 684,41

264 181,99

9

684 723,09

259 134,45

10

673 948,18

266 614,09

11

675 598,09

237 055,20

12

673 865,95

223 383,30

13

673 409,40

219 824,29

14

677 185,11

213 499,78

15

687 174,95

217 946,87

16

685 637,43

221 987,20

17

688 367,49

223 047,42

18

689 636,16

219 042,50

bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 23 li ġejjin:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

19

679 335,20

223 870,95

20

679 746,86

224 268,31

21

679 040,45

224 478,55

22

678 251,69

224 485,63

23

678 251,81

224 056,04

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti hija ta’ 747,96 km2. Il-limitu inferjuri taż-żona jinsab f’fond ta’ 5 000 m taħt il-livell tal-art (BGL).

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu f’formazzjonijiet Karboniferi u Permjani huwa li jiġu dokumentati u estratti ż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4)   speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inkluż il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 jiġu ssodisfati:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew bħala l-operatur jekk diversi entitajiet japplikaw flimkien għall-konċessjoni.

Il-kumitat għall-offerti se jevalwa l-proposti li waslu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % -

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji;

20 % -

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi;

20 % -

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi għall-finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

20 % -

it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet minerarji, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 % -

il-kapaċitajiet tekniċi, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani (inkluż 2 % għall-ambitu tal-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, bil-korpi xjentifiċi jwettqu riċerka dwar il-ġeoloġija tal-Polonja u bl-għodod analitiċi, b’teknoloġiji u b’metodi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet);

5 % -

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, ikun hemm żewġ offerti jew aktar li jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Meta tiġi sottomessa offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit biex jintwera d-dritt li tintuża informazzjoni ġeoloġika.

Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

6)   id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

7)   kundizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni:

Skont l-Artikolu 49x(2a) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, l-offerent rebbieħ li jwettaq attivitajiet li jikkonsistu fil-prospettar, l-esplorazzjoni jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi minn depożiti f’żoni marittimi tar-Repubblika tal-Polonja huwa obbligat jipprovdi garanzija għall-pretensjonijiet li jistgħu jirriżultaw bħala riżultat ta’ tali attivitajiet. Il-garanzija għandha tiġi stabbilita wara d-data li fiha tingħata d-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ operazzjonijiet tal-faċilità tal-minjieri msemmi fl-Artikolu 108(11) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u qabel id-data li fiha jibda l-operat tal-faċilità tal-minjieri.

L-ammont ta’ sigurtà għall-attivitajiet li jitwettqu abbażi tal-pjan tal-operazzjonijiet tal-faċilità tal-minjieri huwa ta’ PLN 80 000 000 (fi kliem: tmenin miljun zloty).

Jekk l-uffiċċju tal-minjieri distrettwali kompetenti japprova pjanijiet ulterjuri ta’ operazzjonijiet tal-faċilità tal-minjieri, inkluż operazzjonijiet ġeoloġiċi ġodda (tħaffir ta’ spieri), l-ammont tal-garanzija għandu jiżdied gradwalment b’PLN 40 000 000 (fi kliem: erbgħin miljun zloty) għal kull spiera ġdida li titħaffer.

Se jiġu aċċettati l-forom ta’ sigurtà li ġejjin:

1.

sigurtà f’forma monetarja;

2.

avalli bankarji jew avalli tal-unjoni kooperattiva tat-tfaddil u tal-kreditu; l-obbligu tal-istituzzjoni jrid ikun dejjem obbligu monetarju;

3.

garanziji bankarji;

4.

garanziji tal-assigurazzjoni;

5.

Avalli maħruġa minn kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6b(5)(2) tal-Att tad-9 ta’ Novembru 2000 li jistabbilixxi l-Aġenzija Pollakka għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2020, il-punt 299);

6.

kambjali garantiti minn bank jew unjoni kooperattiva tat-tfaddil u l-kreditu;

7.

ipoteki fuq titoli maħruġa mit-Teżor;

8.

assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ parti terza.

8)   ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji:

Stħarriġiet ġeofiżiċi ta’ 50 km (tul tal-linja ta’ eċċitazzjoni) b’testijiet siżmiċi 2D jew ta’ 25 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet siżmiċi 3D.

Tħaffir ta’ spiera sa fond massimu ta’ 5 000 m (fond vertikali veru – TVD), bit-tħaffir għal mases ċilindriċi obbligatorju ta’ intervalli prospettivi.

9)   il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, inkluż:

1)

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

2)

fażi ta’ estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

10)   kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-istħarriġiet ġeofiżiċi għandhom jibdew fi żmien 24 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ spieri) għandhom jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

Minħabba li ż-żona tal-offerti tinsab parzjalment fil-konfini tal-ilmijiet marittimi interni u l-istrixxa kostali tal-ilmijiet marittimi (iż-żoni tekniċi u ta’ protezzjoni), il-kundizzjonijiet dettaljati għat-twettiq tal-attività huma stabbiliti skont l-ordni tad-Direttur tal-Uffiċċju Marittimu ta’ Szczecin tal-21 ta’ Ottubru 2022 (ref.: GPG-I.6211.78.22.DW (8):

1.

projbizzjoni fuq operazzjonijiet f’korpi tal-ilma użati għan-navigazzjoni u għall-iżgurar tas-sikurezza fin-navigazzjoni; il-konfini ta’ dawn l-ilmijiet huma ddeterminati fuq il-bażi ta’:

1)

il-Paragrafi 3(1) u 4(1) tal-Ordni Nru 5 tad-Direttur tal-Uffiċċju Marittimu ta’ Szczecin, tat-8 ta’ Awwissu 2017, li jistabbilixxi l-infrastruttura li tipprovdi aċċess għall-portijiet marittimi f’Dziwnów, Kamień Pomorski, Lubin, Mrzeżyno, Nowe Warpno, Police, Stepnica, Trzebież, Wapnica u Wolin, u għal pontijiet tal-imbark u l-mollijiet f’Międzyzdroje, Niechorze u Rewal (Ġurnal tal-Liġijiet tal-Provinċja ta’ Zachodniopomorskie 2017, il-punt 3487 kif emendat);

2)

il-Paragrafu 164 (1) tal-Ordni Nru 3 tad-Direttur tal-Uffiċċju Marittimu ta’ Szczecin tas-26 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-port (Ġurnal tal-Liġijiet tal-Provinċja ta’ Zachodniopomorskie 2013, il-punt 2932 kif emendat)

fiż-żona li tikkonsisti f’ilmijiet marittimi interni;

2.

projbizzjoni fuq it-twaqqif ta’ faċilitajiet permanenti li għandhom l-istatus ta’ gżejjer artifiċjali, strutturi jew installazzjonijiet għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Att tal-21 ta’ Marzu 1991 dwar iż-żoni marittimi tar-Repubblika tal-Polonja u l-amministrazzjoni marittima (Ġurnal tal-Liġijiet 2022, il-punt 457 kif emendat) fiż-żona koperta mill-ilmijiet marittimi interni;

3.

rekwiżit biex jitqiegħdu kejbils u pipelines f’fond ta’ mill-inqas 3 m taħt il-qiegħ ta’ korp tal-ilma fejn il-pipelines huma maħsuba biex jintużaw għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta’ depożiti ta’ idrokarburi mill-ilmijiet marittimi interni.

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti rigward l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.

11)   mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju:

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.

12)   informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Gryfice” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 183 235,24 (fi kliem: mija u tlieta u tmenin elf, mitejn u ħamsa u tletin zloty, erbgħa u għoxrin grosz) fis-sena.

It-termini dettaljati tal-ħlas għandhom jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.

13)   informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni, id-durata tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, maqsuma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta’ xogħlijiet bħal dawn;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmumin mill-offerent tal-proprjetà immobbli (żona) li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet maħsubin, jew id-dritt li l-entità tkun qiegħda tapplika għall-istabbiliment tagħha;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom ikun meħtieġ permess ambjentali;

9)

il-mod li bih għandhom jiġu kontrobilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsubin;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, fosthom l-iżgurar tat-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet minerarji;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, li ma jkunx anqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura ta’ offerti;

16)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, trid tispeċifika wkoll:

a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

b)

l-operatur;

c)

l-ishma perċentwali fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

17)

il-forma ta’ sigurtà stabbilita skont il-punt 7.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura ta’ offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmużin mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti relatati mal-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

impenji bil-miktub li r-riżorsi tekniċi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji ċċertifikati veri tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li għandhom jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti jintbagħtu lura lill-offerenti mhux miftuħin.

14)   informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jagħmlu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty u żero grosz) qabel ma jiskadi t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità ta’ konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jissottomettu l-offerti.

IV.2)   Kjarifiki addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin ta’ Informazzjoni Pubblika), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura ta’ offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Gryfice” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Gryfice’”), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fuq l-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na-poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/piata-runda-przetargow-2021/

u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment għall-Ġeoloġija u għall-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Varsavja

IL-POLONJA

Tel. +48 223692449

Fax +48 223692460


FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Piła”, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f’Varsavja fi … bejn:

it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor”,

kif ukoll

(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju”,

minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

u jiddikjara kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta’ Radowo Małe u Osina u l-muniċipalitajiet urbani ta’ Maszewo, Nowogard, Płoty, Golczewo, Gryfice, Dobra, Łobez, Resko u Węgorzyno fil-Provinċja ta’ Zachodniopomorskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

691 055,17

219 674,19

2

692 737,14

221 619,12

3

693 771,09

224 785,26

4

695 846,05

233 241,52

5

697 800,71

239 098,78

6

689 034,77

237 808,88

7

688 700,54

245 043,47

8

687 684,41

264 181,99

9

684 723,09

259 134,45

10

673 948,18

266 614,09

11

675 598,09

237 055,20

12

673 865,95

223 383,30

13

673 409,40

219 824,29

14

677 185,11

213 499,78

15

687 174,95

217 946,87

16

685 637,43

221 987,20

17

688 367,49

223 047,42

18

689 636,16

219 042,50

bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 23 li ġejjin:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

19

679 335,20

223 870,95

20

679 746,86

224 268,31

21

679 040,45

224 478,55

22

678 251,69

224 485,63

23

678 251,81

224 056,04

b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5 000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Kartuzy” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:

1)

f’formazzjonijiet Karboniferi u Permjani, iwettaq attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2)

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Karboniferi u Permjani.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.

5.

Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):

a)

PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

b)

PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

c)

PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

d)

PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

e)

PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa’ fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taqa’ d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta’ użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt m’għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Kartuzy’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ ‘Kartuzy’”).

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b’tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjati skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.

8.

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta’ kuntatt għall-korrispondenza:

1)

It-Teżor:

Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul.

2)

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m’għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq l-indirizz ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovdut l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b’mod sħiħ, parzjalment, b’mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F’każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x’azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).

It-Teżor

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/28


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2023/C 160/05)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Kartuzy”

TAQSIMA I:   BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II:   ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa, Poland

Telefown +48 22 3692449, Faks: +48 22 3692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III:   SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   It-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Kartuzy”, parti tal-blokk tal-konċessjoni Nru 49.

2)   Żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

709 648,50

467 438,93

2

709 994,91

434 842,34

3

737 770,93

435 133,01

4

737 259,22

467 502,29

5

720 361,13

467 514,79

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 900,35 km2. Il-limitu inferjuri taż-żona jinsab f’fond ta’ 5 000 m taħt il-livell tal-art (BGL).

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   It-terminu, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4)   Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew jekk diversi entitajiet japplikaw għall-konċessjoni b’mod konġunt, bħala l-operatur.

Il-kumitat tal-offerti jevalwa l-proposti riċevuti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % -

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni proposti;

20 % -

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi tat-tħaffir;

20 % -

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

20 % -

it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 % -

il-kapaċitajiet tekniċi, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani (inkluż 2 % għall-ambitu tal-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, b’korpi xjentifiċi li jwettqu riċerka dwar il-ġeoloġija tal-Polonja u dwar għodod analitiċi, teknoloġiji u metodi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet);

5 % -

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   Ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Meta tiġi sottomessa offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit li jintwera d-dritt li tintuża informazzjoni ġeoloġika.

Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

6)   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

7)   Ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:

Stħarriġiet ġeofiżiċi ta’ 100 km (tul tal-linja ta’ eċitazzjoni) b’testijiet sismiċi 2D jew ta’ 50 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet sismiċi 3D.

It-tħaffir ta’ borehole sa fond massimu ta’ 5 000 m (fond vertikali reali — TVD), bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi.

8)   Il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, inklużi:

1)

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ 5 snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

2)

fażi ta’ estrazzjoni b’durata ta’ 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

9)   Kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-istħarriġiet ġeofiżiċi għandhom jibdew fi żmien 24 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ boreholes) għandhom jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti rigward l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.

10)   Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.

11)   Informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Gryfice” [sic] matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 220 567,74 (fi kliem: mitejn u għoxrin elf, ħames mija u sebgħa u sittin zloty, erbgħa u sebgħin grosz) fis-sena.

It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.

12)   Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni;

3)

il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni, id-durata tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4

) l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, maqsuma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta’ xogħlijiet bħal dawn;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmumin mill-offerent għall-proprjetà immobbli (żona) li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet maħsubin, jew id-dritt li l-entità tkun qiegħda tapplika għall-istabbiliment tagħha;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom tkun meħtieġa deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod li bih għandhom jiġu kontrobilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsubin;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, inkluż li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzazzjonali, loġistiċi u umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, li ma jkunx anqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura ta’ offerti;

16)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, hija trid tispeċifika wkoll:

a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

b)

l-operatur;

c

) il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura ta’ offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmużin mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti relatati mal-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

impenji bil-miktub li r-riżorsi tekniċi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji ċċertifikati veri tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li għandhom jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti jintbagħtu lura lill-offerenti mhux miftuħin.

13)   Informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jagħmlu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty u żero grosz) qabel ma jiskadi t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV:   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità ta’ konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jissottomettu l-offerti.

IV.2)   Kjarifiki addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin Pubbliku), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Kartuzy” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Kartuzy’”), li hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent fl-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na-poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/piata-runda-przetargow-2021/

u minn

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

il-POLONJA

Telefown +48 223692449

Faks +48 223692460


FTEHIMli jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Kartuzy”, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f’Varsavja fi … bejn:

it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor”),

u

… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju”,

minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew flimkien imsejħin “il-Partijiet”, u jiddikjara kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Kolbudy, Przywidz, Stężyca, Chmielno, Sierakowice, Somonino, Przodkowo, Linia, Szemud, Wejherowo, Łęczyce u Luzino, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Żukowo u Kartuzy u l-bliet ta’ Gdynia u Gdańsk fil-Provinċja ta’ Pomorskie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 5 li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

709 648,50

467 438,93

2

709 994,91

434 842,34

3

737 770,93

435 133,01

4

737 259,22

467 502,29

5

720 361,13

467 514,79

b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5 000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Kartuzy” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:

1)

f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2)

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.

5.

Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.

Taqsima 5

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):

a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

–   soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.

5.

Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Kartuzy’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ ‘Kartuzy’”).

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.

8.

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:

1)

It-Teżor:

Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;

2)

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).

It-Teżor

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/40


Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2023/C 160/06)

Stedina pubblika għal offerti għal konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gorzów Wielkopolski S”

TAQSIMA I:   BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II:   ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa, il-Polonja

Tel. +48 223692449

Fax: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III:   SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   Tip ta’ attivitajiet li għalihom għandha tingħata l-konċessjoni:

Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gorzów Wielkopolski S”, parti mill-blokka ta’ konċessjoni Nru 183.

2)   Żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma ddefiniti minn linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

549 450,19

244 711,63

2

546 785,65

241 113,57

3

540 242,75

241 894,16

4

540 873,53

247 572,85

5

546 430,59

247 861,28

6

547 712,18

259 199,82

7

540 414,53

256 580,45

8

531 745,15

262 931,15

9

531 753,26

263 057,74

10

521 496,05

262 559,19

11

521 556,67

262 436,44

12

521 365,66

247 695,31

13

528 872,38

239 725,61

14

528 621,24

236 900,92

15

527 049,18

228 863,08

16

540 948,98

229 635,49

17

547 125,25

229 978,70

18

550 209,91

230 150,11

bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 26 li ġejjin:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

19

537 338,87

235 938,86

20

537 381,70

235 451,89

21

537 161,68

235 262,61

22

536 191,17

234 978,91

23

535 945,30

236 140,79

24

536 032,11

236 456,84

25

536 631,59

236 671,44

26

537 053,67

236 400,94

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti hija ta’ 691,38 km2. Il-konfini t’isfel taż-żona jinsab f’fond ta’ 4 000 m taħt il-livell tal-art (BGL).

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu f’formazzjonijiet Permjani huwa li jiġu ddokumentati u estratti depożiti taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   It-terminu, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4)   Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew bħala l-operatur jekk diversi entitajiet japplikaw flimkien għall-konċessjoni.

Il-kumitat tal-offerti jevalwa l-proposti riċevuti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % -

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

20 % -

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi;

20 % -

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi għall-finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

20 % -

it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 % -

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani (inkluż 2 % għall-ambitu tal-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, b’korpi xjentifiċi li jwettqu riċerka dwar il-ġeoloġija tal-Polonja u b’għodod analitiċi, b’teknoloġiji u b’metodi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet);

5 % -

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   Ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Meta tiġi sottomessa offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit li jintwera d-dritt li tintuża informazzjoni ġeoloġika.

Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

6)   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

7)   Ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:

Stħarriġiet ġeofiżiċi ta’ 80 km (tul tal-linja ta’ eċitazzjoni) b’testijiet siżmiċi 2D jew ta’ 50 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet siżmiċi 3D.

Tħaffir ta’ borehole sa fond massimu ta’ 4 000 m (fond vertikali veru – TVD), bi tħaffir obbligatorju għal mases ċilindriċi b’intervalli prospettivi.

8)   Il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, inklużi:

1)

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ 5 snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

2)

fażi ta’ estrazzjoni b’durata ta’ 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

9)   Kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-istħarriġiet ġeofiżiċi għandhom jibdew fi żmien 24 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ boreholes) għandhom jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti rigward l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.

10)   Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.

11)   Informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għaż-żona “Gorzów Wielkopolski S” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 169 374,27 (fi kliem: mija u disgħa u sittin elf, tliet mija u erbgħa u sebgħin zloty, sebgħa u għoxrin grosz) fis-sena.

It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.

12)   Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni;

3)

il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni, id-durata tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, maqsuma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta’ xogħlijiet bħal dawn;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmumin mill-offerent għall-proprjetà immobbli (żona) li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet maħsubin, jew id-dritt li l-entità tkun qiegħda tapplika għall-istabbiliment tagħha;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom tkun meħtieġa deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod li bih għandhom jiġu kontrobilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsubin;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, li ma jkunx anqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura ta’ offerti;

17)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, hija trid tispeċifika wkoll:

a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

b)

l-operatur;

c)

l-ishma perċentwali fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura ta’ offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmużin mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti relatati mal-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

impenji bil-miktub li r-riżorsi tekniċi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji ċċertifikati veri tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li għandhom jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti jintbagħtu lura lill-offerenti mhux miftuħin.

13)   Informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jagħmlu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty u żero grosz) qabel ma jiskadi t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV:   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità ta’ konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jissottomettu l-offerti.

IV.2)   Kjarifiki addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin Pubbliku), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura ta’ offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Gorzów Wielkopolski S” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Gorzów Wielkopolski S’”), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fuq l-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na-poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/piata-runda-przetargow- 2021/

u mingħand:

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment għall-Ġeoloġija u għall-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

54 00-922 Warszawa

il-POLONJA

Tel. +48 223692449

Fax +48 223692460


FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gorzów Wielkopolski S”, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f’Varsavja fi … bejn:

it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor”,

u

… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju”,

minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

u jiddikjara kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’Lubiszyn, Bogdaniec, Deszczno, Santok, Krzeszyce u Bledzew, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Witnica, Lubniewice u Skwierzyna, u l-bliet ta’ Gorzów Wielkopolski fil-Provinċja ta’ Lubuskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

549 450,19

244 711,63

2

546 785,65

241 113,57

3

540 242,75

241 894,16

4

540 873,53

247 572,85

5

546 430,59

247 861,28

6

547 712,18

259 199,82

7

540 414,53

256 580,45

8

531 745,15

262 931,15

9

531 753,26

263 057,74

10

521 496,05

262 559,19

11

521 556,67

262 436,44

12

521 365,66

247 695,31

13

528 872,38

239 725,61

14

528 621,24

236 900,92

15

527 049,18

228 863,08

16

540 948,98

229 635,49

17

547 125,25

229 978,70

18

550 209,91

230 150,11

bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 26 li ġejjin:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

19

537 338,87

235 938,86

20

537 381,70

235 451,89

21

537 161,68

235 262,61

22

536 191,17

234 978,91

23

535 945,30

236 140,79

24

536 032,11

236 456,84

25

536 631,59

236 671,44

26

537 053,67

236 400,94

b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 4 000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Gorzów Wielkopolski S” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:

1)

f’formazzjonijiet Permjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2)

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Permjani.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 691.38 km2.

5.

Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat, fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.

Taqsima 5

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):

a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.

5.

Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Gorzów Wielkopolski S’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ ‘Gorzów Wielkopolski S’”).

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.

8.

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:

1)

It-Teżor:

 

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Ministry of Climate and the Environment], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;

2)

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).

It-Teżor

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/52


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2023/C 160/07)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Siedlce W”

TAQSIMA I:   BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II:   ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54 00-922 Warszawa, il-Polonja

Telefown +48 223692449

Faks +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III:   SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   it-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Siedlce W”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 216, 217, 236 u 237.

2)   żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma ddefiniti minn linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

508 667,07

687 397,04

2

508 667,07

722 038,06

3

474 026,06

722 038,06

4

474 026,06

687 397,04

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 1 200,00 km2. Il-limitu inferjuri taż-żona jinsab f’fond ta’ 3 500 m taħt il-livell tal-art (BGL).

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   it-terminu, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti:

L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4)   speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011:

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew bħala l-operatur jekk diversi entitajiet japplikaw flimkien għall-konċessjoni.

Il-kumitat tal-offerti jevalwa l-proposti riċevuti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % -

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

20 % -

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi;

20 % -

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

20 % -

it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 % -

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani (inkluż 2 % għall-ambitu tal-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, b’korpi xjentifiċi li jwettqu riċerka dwar il-ġeoloġija tal-Polonja u b’għodod analitiċi, b’teknoloġiji u b’metodi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet);

5 % -

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Meta tiġi sottomessa offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit li jintwera d-dritt li tintuża informazzjoni ġeoloġika.

Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

6)   id-data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni għandhom jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

7)   ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:

Stħarriġiet ġeofiżiċi ta’ 150 km (tul tal-linja ta’ eċitazzjoni) b’testijiet sismiċi 2D jew ta’ 50 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet sismiċi 3D.

It-tħaffir ta’ borehole sa fond massimu ta’ 3 500 m (fond vertikali reali — TVD), bit-teħid obbligatorju ta’ kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta’ intervalli prospettivi.

8)   il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, inklużi:

1)

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ 5 snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

2)

fażi ta’ estrazzjoni b’durata ta’ 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment.

9)   kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-istħarriġiet ġeofiżiċi għandhom jibdew fi żmien 24 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ boreholes) għandhom jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti rigward l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.

10)   mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.

11)   informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Gryfice” [sic] matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin huwa ta’ PLN 293 976,00 (fi kliem: mitejn u tlieta u disgħin elf, disa’ mija u sitta u sebgħin zlotys, żero grosz) fis-sena.

It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.

12)   informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni;

3)

il-perjodu li għalih għandha tingħata l-konċessjoni, id-durata tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, maqsuma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta’ xogħlijiet bħal dawn;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-mases ċilindriċi, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmumin mill-offerent għall-proprjetà immobbli (żona) li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet maħsubin, jew id-dritt li l-entità tkun qiegħda tapplika għall-istabbiliment tagħha;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi ta’ konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom tkun meħtieġa deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod li bih għandhom jiġu kontrobilanċjati l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet maħsubin;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzazzjonali, loġistiċi u umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, li ma jkunx anqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura ta’ offerti;

17)

jekk offerta tiġi sottomessa b’mod konġunt minn diversi entitajiet, hija trid tispeċifika wkoll:

a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

b)

l-operatur;

c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura ta’ offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmużin mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti relatati mal-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

impenji bil-miktub li r-riżorsi tekniċi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji ċċertifikati veri tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li għandhom jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti jintbagħtu lura lill-offerenti mhux miftuħin.

13)   informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma meħtieġa jagħmlu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty u żero grosz) qabel ma jiskadi t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV:   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità ta’ konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri ta’ offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jissottomettu l-offerti.

IV.2)   Kjarifiki addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin Pubbliku), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Siedlce W” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Siedlce W’”), li hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent fl-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na- poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/piata-runda-przetargow-2021/

u mingħand:

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent] ul. Wawelska 52/54

54 00-922 Warszawa

IL-POLONJA

Telefown +48 223692449

Faks +48 223692460


FTEHIM li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Siedlce W”, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”

konkluż f’Varsavja fi … bejn:

it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor”),

u

… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju ……., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni”,

minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew flimkien imsejħin “il-Partijiet”, u jiddikjara kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Korytnica, Wierzbno, Liw, Grębków, Sokołów Podlaski, Bielany, Dobre, Jakubów, Cegłów, Kotuń, Mokobody, Siedlce, Skórzec, Suchożebry, Wiśniew u Wodynie, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Kałuszyn u ta’ Mrozy, u l-bliet ta’ Sokołów Podlaski, ta’ Węgrów u ta’ Siedlce fil-Provinċja ta’ Mazowieckie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 4 u li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

508 667,07

687 397,04

2

508 667,07

722 038,06

3

474 026,06

722 038,06

4

474 026,06

687 397,04

b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-art tas-superfiċje u taħt f’fond ta’ 3 500 m, diment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Siedlce W” fi żmien sena mid-data tal-konklużjoni tal-Ftehim.

2.

Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’:

1)

f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2)

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 1 200,00 km2.

5.

Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jagħtu d-dritt lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni li juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet kollha neċessarji għal dan l-għan f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġin skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.

Taqsima 5

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt għall-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):

a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;

b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;

c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;

d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;

e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;

–   soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt għall-estrazzjoni taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.

5.

Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Siedlce W’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni b’rabta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ‘Siedlce W’”).

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.

8.

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:

1)

It-Teżor:

Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;

2)

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).

It-Teżor

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/63


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11111 — UBS / CREDIT SUISSE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 160/08)

1.   

Fis-26 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

UBS Group AG (“UBS”, l-Iżvizzera),

Credit Suisse Group AG (“Credit Suisse”, l-Iżvizzera).

UBS u Credit Suisse se jidħlu f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ ftehim ta’ amalgamzzjoni li jirriżulta fl-assorbiment ta’ Credit Suisse minn UBS. UBS se tkun l-entità sopravissuta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

UBS hija bank ta’ investiment multinazzjonali u kumpanija tas-servizzi finanzjarji mwaqqfa u bil-kwartieri ġenerali fl-Iżvizzera, u attiva globalment. In-negozji tal-UBS jinkludu l-ġestjoni tal-ġid, il-ġestjoni tal-assi, is-servizzi bankarji ta’ investiment, u servizzi bankarji lill-konsumatur u dawk korporattivi,

Credit Suisse hija bank multinazzjonali tal-investiment u kumpanija tas-servizzi finanzjarji mwaqqfa u bil-kwartieri ġenerali fl-Iżvizzera, u attiva globalment. In-negozji ta’ Credit Suisse jinkludu l-ġestjoni tal-ġid, il-ġestjoni tal-assi, is-servizzi bankarji ta’ investiment, u s-servizzi bankarji lill-konsumatur u dawk korporattivi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11111 UBS / CREDIT SUISSE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/65


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 160/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA, LI MA HIJIEX MINURI, FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“LOS PEDROCHES”

Nru tal-UE: PDO-ES-0506-AM02 – 29.7.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Los Pedroches” [Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Los Pedroches”]

C/ Pozoblanco No 3, 14440 Villanueva de Córdoba (Córdoba), Spanja

Tel. +34 957121084; Fax +34 957121084

Email: informacion@jamondolospedroches.es

Il-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Los Pedroches” huwa organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru bħala l-korp ta’ ġestjoni għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches” permezz tal-Ordni tal-Ministeru Reġjonali tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-Andalusija (2) tat-30 ta’ Jannar 1998, u rregolata mir-regolament attwali tagħha, adottata permezz tal-Ordni tal-Ministeru Reġjonali tat-12 ta’ Frar 2018. Huwa jirrappreżenta lill-operaturi involuti fil-produzzjoni tal-prodott kopert mid-DOP, huwa rregolat mill-prinċipji tad-demokrazija u r-rappreżentazzjoni tal-interessi ekonomiċi u settorjali inklużi fid-DOP, u jagħti attenzjoni partikolari lill-minoranzi, filwaqt li jirrappreżenta l-interessi varji bl-istess mod. Il-Bord Regolatorju għalhekk għandu l-kapaċità legali li jissottometti din l-applikazzjoni għal emenda f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod speċifiku l-Artikolu 13(2)(a) tal-Liġi tal-Gvern tal-Andalusija Nru 2/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar is-sajd u l-kwalità tal-ikel.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Verifiki dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti leġiżlattivi]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mal-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mal-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Fit-12 ta’ Jannar 2014, id-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li japprova standard ta’ kwalità għal-laħam, il-perżut, l-ispalla u l-vagant Iberiċi (minn hawn ’il quddiem l-“Istandard ta’ Kwalità” jew l-“Istandard ta’ Kwalità Iberiku”) daħal fis-seħħ fi Spanja, u ħassar u ssostitwixxa d-Digriet Reġju preċedenti 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007 tal-istess titolu. Dan l-Istandard ta’ Kwalità jipprevedi standardizzazzjoni fis-settur, b’rekwiżiti obbligatorji għall-prodotti tal-ħnieżer Iberiċi li jagħżlu li jużaw l-indikazzjonijiet irregolati fih, kif inhu l-każ għall-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP “Los Pedroches”.

Għalhekk, qed nitolbu li jsiru sensiela ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP, li jikkonċernaw it-taqsimiet “Deskrizzjoni tal-prodott”, “Żona ġeografika”, “Prova tal-oriġini”, “Metodu tal-produzzjoni”, “Rabta” u “Tikkettar”, bl-uniku għan li tiġi allinjata mar-rekwiżiti attwali tal-Istandard tal-Kwalità Iberiku fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ġestjoni tal-ħnieżer, il-fattur tar-razza u d-deskrizzjonijiet kummerċjali tal-prodotti, u bil-għan li l-operaturi jiġu pprovduti b’dokument komprensiv. Barra minn hekk, ir-referenzi kollha għad-Digriet Reġju 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007 ġew issostitwiti b’referenzi għad-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014.

Minkejja dawn l-emendi, inżammu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali tad-DOP li huma aktar restrittivi minn dawk stabbiliti fl-Istandard ta’ Kwalità, speċifikament dawk li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-ħnieżer (prinċipalment id-dieta u l-eżerċizzju tagħhom) u l-perċentwal minimu tal-purità Iberika, li jagħtu lill-materja prima l-karatteristiċi essenzjali meħtieġa għall-produzzjoni ta’ prodotti uniċi u distinti bħall-prieżet u l-ispalel tad-DOP “Los Pedroches”.

Intalbu emendi oħra li ma humiex ir-riżultat ta’ bidliet fl-Istandard tal-Kwalità Iberiku fuq l-inizjattiva tal-Bord Regolatorju, u li huma relatati prinċipalment mal-proċess tal-produzzjoni. Il-ġustifikazzjonijiet għal dawn l-emendi huma mogħtija tul dan id-dokument.

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

1.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali kienet tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw ħnieżer li huma mill-inqas 75 % ta’ razza Iberika (skont il-klassifikazzjoni legali stabbilita mid-Digriet Reġju 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007, li issa tħassar) fil-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP. Minkejja l-fatt li l-Istandard ta’ Kwalità Iberiku attwali (adottat bid-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014) għadu jippermetti li l-ħnieżer li huma 75 % ta’ razza Iberika jintużaw għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ikkummerċjalizzati bħala “Iberiċi”, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tillimita l-qatgħat li jistgħu jiġu ċċertifikati bid-DOP għal dawk minn ħnieżer li għandhom 100 % purità ġenetika Iberika. Għalhekk tneħħiet l-għażla li jintużaw ħnieżer li jkunu ġew inkroċjati ma’ razez oħra li ma humiex indiġeni.

Għaldaqstant, id-deskrizzjoni li ġejja mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali (it-Taqsima B.2, “Razez eliġibbli”):

L-uniku tip ta’ ħanżir adattat biex jipprovdi qatgħat għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel protetti bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches” huwa r-razza Iberika tal-ħanżir, ta’ kull tip, li jkun mill-inqas 75 % ħanżir Iberiku u mhux aktar minn 25 % Duroc jew Duroc Jersey, kif meħtieġ mid-Digriet Reġju Nru 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007 li japprova standard ta’ kwalità għal-laħam, il-perżut, l-ispalla u l-vagant Iberiċi, jew il-liġi li tissostitwih [[...]]

ġiet issostitwita bid-deskrizzjoni li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida:

L-uniċi ħnieżer adattati biex jipprovdu qatgħat għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches” huma ħnieżer li huma 100 % ta’ razza Iberika f’konformità mad-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 li japprova standard ta’ kwalità għal-laħam, il-perżut, l-ispalla u l-vagant Iberiċi, [[...]]

Fid-Dokument Uniku, il-paragrafu li ġej fit-Taqsima 4.2, “Deskrizzjoni”, tħassar (format qadim jew skeda sommarja):

“It-tip ta’ bhejjem adattati biex jipprovdu qatgħat għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel protetti bid-denominazzjoni ta’ oriġini huwa r-razza Iberika tal-ħanżir, ta’ kull tip. Huma permessi ħnieżer li huma mill-inqas 75 % Iberiċi u mhux aktar minn 25 % Duroc jew Duroc Jersey, sakemm ikunu ġejjin minn ħnieżer nisa Iberiċi puri kif speċifikat fid-Digriet Reġju 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007.”

Raġuni:

Din il-bidla, li hija ġġustifikata mill-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar stretti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minn dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ġenerali, hija maħsuba biex tillimita l-produzzjoni koperta mid-DOP għal prodotti tal-ogħla kwalità kummerċjali fis-settur. Il-ħanżir Iberiku (li huwa indiġenu għall-Peniżola Iberika) huwa razza rurali, adattata perfettament għall-klima u l-ħajja fid-dehesa [mergħat imsaġġra speċifiċi għaċ-ċentru u n-Nofsinhar ta’ Spanja li jikkonsistu minn bwar bi speċijiet erbaċji, użati għar-ragħa tal-frat, il-mogħoż, u n-nagħaġ, u speċijiet ta’ siġar li jappartjenu għall-ġeneru Quercus (ballut), bħall-ballut (Quercus ilex sp. ballota)], li tipproduċi laħam b’kontenut ta’ strixxi tax-xaħam għoli u aroma u togħma intensi. Il-konsumaturi, li jirrikonoxxu n-natura unika tal-prieżet u l-ispalel “Iberiċi”, qed isiru dejjem aktar konxji tal-klassifikazzjonijiet kummerċjali differenti li jeżistu abbażi tal-purità ġenetika tal-ħnieżer u d-dieta tagħhom, bl-għoti ta’ preferenza lil prodotti minn ħnieżer 100 % Iberiċi. Barra minn hekk, din l-emenda se tgħin biex tiġi ppreżervata l-purità tar-razza Iberika.

2.

Fir-rigward tal-ħnieżer adattati biex jipprovdu qatgħat għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP, ir-rekwiżit li ġej fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali (it-Taqsima B.2, “Razez eliġibbli”):

“u jkun qatta’ kull stadju ta’ ħajtu fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument, mit-twelid sat-tismin finali”

ġie ssostitwit bir-rekwiżit li ġej:

“u jkun għadda mill-istadji kollha tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument.”

Konsegwentement, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-paragrafu li ġej (it-Taqsima D.1, “Sors, immarkar u spezzjoni tal-annimali”):

Il-ħajja kollha tal-ħnieżer, mit-twelid sat-tismin finali, tkun tqattgħet u ntemmet f’azjendi rreġistrati fir-reġistri tal-Bord Regolatorju għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”, u għalhekk, fl-isfera tal-produzzjoni ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

ġie ssostitwit bi:

Kull stadju tal-produzzjoni li l-ħnieżer jgħaddu minnu jkun sar u ntemm f’azjendi rreġistrati fir-reġistri tal-Bord Regolatorju għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”, u għalhekk, fl-isfera tal-produzzjoni ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Fl-aħħar nett, din l-emenda taffettwa wkoll it-taqsimiet li ġejjin tal-iskeda sommarja: 4.2, “Deskrizzjoni” (li kienet tirrikjedi li kull annimal “ikun qatta’ kull stadju ta’ ħajtu fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument, mit-twelid sat-tismin finali”), 4.3, “Żona ġeografika” (li skontha “l-ħnieżer [...] jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu” fiż-żona ddefinita) u 4.4, “Prova tal-oriġini” (li kienet tirrikjedi li “kull stadju tal-ħajja tal-ħnieżer, mit-twelid u t-trobbija sat-tismin finali, isiru fit-territorju ddefinit”). Minflok dan, it-Taqsima 3.4, “Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita”, tad-Dokument Uniku l-ġdid tispeċifika li l-passi huma kif ġej:

“L-istadji kollha tal-produzzjoni jsiru fiż-żona ġeografika. Dawn huma kif ġej:

It-trobbija u t-tismin tal-ħnieżer, li s-saqajn tagħhom jintużaw biex isir il-prodott kopert.

Il-qatla tal-annimal u t-tqattigħ tal-laħam.

L-istadji kollha tal-preparazzjoni, li jinkludu: it-tmelliħ, il-ħasil, l-istadju fejn jitħalla joqgħod, it-tnixxif/il-maturazzjoni u t-tqaddim fl-imħażen.”

Raġuni:

Il-formulazzjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kienet teħtieġ mhux biss li l-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prieżet u tal-ispallejn isiru fiż-żona ġeografika ddefinita, iżda wkoll li l-ħnieżer li jipprovdu l-materja prima għall-prodott (il-karkassi, b’mod partikolari s-saqajn ta’ quddiem u ta’ wara) ikunu twieldu fiż-żona ġeografika ddefinita. Dan l-istadju ma kienx inkluż fl-abbozzar inizjali tal-Ordni tal-Ministeru Reġjonali tal-Agrikoltura u s-Sajd tat-30 ta’ Jannar 1998 li tapprova r-Regolament li jirregola d-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” u l-Bord Regolatorju tagħha, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern tal-Andalusija fil-21 ta’ Frar 1998, li l-Artikolu 5 tagħha jipprevedi kif ġej:

Iż-żona tal-produzzjoni li fiha l-ħnieżer li s-saqajn tagħhom sussegwentement jintużaw biex jipproduċu l-prieżet u l-ispalel koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” jitrabbew u jissemmnu tikkonsisti mid-dehesas popolati mill-ballut, il-ballut tas-sufra u l-ballut tal-galla [...]

L-emenda mitluba tirreferi għall-istadji tal-produzzjoni (minflok l-istadji tal-ħajja tal-bhejjem), u tillimita l-prestazzjoni ta’ dawn l-istadji għaż-żona ġeografika ddefinita u tneħħi r-restrizzjoni fuq il-post tat-twelid tal-ħnieżer, li ma kinitx teknikament ġustifikata.

Speċifikament, kif huwa spjegat fit-taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Żona ġeografika” jew fit-taqsima tad-Dokument Uniku “Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita”, il-passi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika huma t-trobbija u t-tismin finali tal-ħnieżer, flimkien mal-istadji kollha tal-produzzjoni.

F’dan il-każ, it-twelid tal-qżieqeż huwa stadju fil-ħajja tal-annimal (kif huwa rifless fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali), iżda ma huwiex stadju tal-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP. Dan huwa appoġġat ukoll mill-fatt li dawn il-qżieqeż jistgħu jintużaw għal finijiet oħra minbarra l-qatla għal prodotti koperti mid-DOP (pereżempju l-konsum bħala ħanżir moqli mreddgħa), kif ukoll mill-fatt li r-rekwiżit ġenetiku li jridu jissodisfaw (100 % ta’ razza Iberika fil-każ tad-DOP) ma huwiex affettwat mill-post tat-twelid tagħhom.

Barra minn hekk, kif huwa spjegat fit-taqsima speċifika dwar ir-rabta, huwa l-mod kif jiġu ġestiti l-ħnieżer, b’mod partikolari l-proċess tat-tismin wara l-ftim (b’enfasi fuq l-impatt li l-mergħat tad-dehesa għandhom fuq id-dieta tal-ħnieżer), li huwa importanti biex jinkiseb il-prodott finali u li jagħtih il-karatteristiċi tiegħu. Madankollu, il-post tat-twelid tal-ħnieżer ma huwiex rilevanti biex jinkiseb il-prodott, u lanqas ma jaffettwa l-kwalità tal-prodott.

Barra minn hekk, studju tekniku (“Rapport dwar l-irrilevanza tal-post tat-twelid u tas-sistema tat-trobbija dwar il-kwalità finali tal-ħnieżer koperti mid-DOP ‘Los Pedroches’” ta’ Dr Vicente Rodríguez Estévez, DVM, PhD, id-Dipartiment tal-Produzzjoni tal-Annimali tal-Università ta’ Córdoba), appoġġat mil-letteratura eżistenti, ikkonkluda inter alia li r-rekwiżit li l-ħnieżer jitwieldu fiż-żona ġeografika ddefinita “ma għandu l-ebda bażi teknika fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ kwalità tal-prodott finali, peress li ma jaffettwahomx; minflok jiddependu b’mod kruċjali fuq l-ikel ikkunsmat mill-ħanżir fl-aħħar xahrejn jew 3 xhur tal-ħajja, jiġifieri l-mergħat u l-ġandar influwenzati mill-ambjent fiżiku ta’ Los Pedroches u ż-żoni ġirien.”

It-tneħħija tar-rekwiżit li l-ħnieżer jitwieldu esklużivament fil-konfini taż-żona ġeografika hija ġġustifikata wkoll mill-ħtieġa li jiġi ppreservat il-valur bijoloġiku u ambjentali tad-dehesa. It-trobbija tal-ħnieżer Iberiċi fl-istadju bikri tal-ħajja tagħhom barra mill-azjendi tad-dehesa tradizzjonali għandha l-vantaġġ li tevita l-impatt ambjentali negattiv li n-nissiela, tradizzjonalment limitati għal żoni żgħar tad-dehesa, kieku kien ikollhom fuq dan il-post mingħajr ma jġibu xi vantaġġ jew jirriżultaw f’annimal ta’ kwalità ogħla jew aktar distint. Wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li l-produzzjoni tal-qżieqeż saret b’mod sinifikanti aktar intensiva u professjonali, u dan irriżulta fi stokk eċċessiv ta’ bhejjem li, fost effetti detrimentali oħra fuq id-dehesa, jiġġenera demel likwidu jew eskrement żejjed, u jhedded il-ħamrija u s-siġar tad-dehesa.

Fl-aħħar nett, it-tneħħija ta’ dan ir-rekwiżit se tgħin biex titnaqqas il-problema tat-tgħammir bejn annimali tal-istess demm fost il-ħnieżer użati biex jinkiseb il-prodott protett, li hija r-riżultat tal-produzzjoni fuq skala żgħira tal-qżieqeż f’azjendi tradizzjonali b’ammont aktar baxx ta’ nissiela, u li jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni u saħansitra fuq il-kwalità tal-prodott finali. L-effetti ewlenin tagħha jinkludu rati aktar baxxi ta’ twelid u tkabbir, kif ukoll il-feġġ ta’ deformitajiet, li jirriżultaw f’ovulazzjoni aktar baxxa fil-ħnieżer nisa u rati ogħla ta’ mortalità qabel it-twelid, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ estinzjoni tal-ispeċijiet.

3.

L-Istandard ta’ Kwalità Iberiku attwali elimina l-grad “Recebo” tal-prieżet u l-ispalel, u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku għalhekk ġew emendati skont dan.

Għalhekk, tneħħa l-grad li ġej ta’ qatgħa koperta mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima B.3, “Gradi ta’ qatgħat”):

“—

Prieżet u spalel Iberiċi ‘Recebo’: minn ħnieżer li, wara perjodu ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesas fir-reġjun tagħna u tagħlif biss bil-ġandar u l-ħaxix, ikunu laħqu piż minimu addizzjonali ta’ 29 kg u li għalihom ikun meħtieġ, filwaqt li tinżamm l-istess sistema ta’ ragħa, li d-dieta tiġi ssupplimentata kuljum b’razzjon ta’ għalf ibbażat fuq iċ-ċereali u l-legumi, ikkontrollat u awtorizzat mill-Bord Regolatorju, b’valuri ta’ aċidu xaħmi għax-xaħam ta’ taħt il-ġilda skont il-kromatografija b’fażi gassuża jaqgħu taħt il-parametri għar-‘Recebo’. Dawn il-parametri huma deċiżi mill-Bord Regolatorju għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Los Pedroches’ għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ġandar, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija ‘Recebo’ tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Los Pedroches’ ma tridx taqbeż żewġt iħnieżer Iberiċi għal kull ettaru, għalkemm din id-densità tista’ titnaqqas wara l-kalkolu tal-kapaċità tal-ġandar imwettaq mill-valutaturi tal-Korp ta’ Spezzjoni ta’ dan il-Bord Regolatorju. Dawn il-qatgħat huma identifikati minn siġill aħmar u t-tikketta ‘Recebo’ tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Los Pedroches’.”

Fid-Dokument Uniku, il-paragrafu li ġej tħassar (it-Taqsima 4.2, “Deskrizzjoni”– format qadim):

“—

Prieżet u spalel Iberiċi ‘Recebo’: minn ħnieżer li, wara perjodu ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesas fir-reġjun tagħna u tagħlif biss bil-ġandar u l-ħaxix, ikunu laħqu piż minimu addizzjonali ta’ 8,75 kg u li għalihom ikun meħtieġ, filwaqt li tinżamm l-istess sistema ta’ ragħa, li d-dieta tiġi ssupplimentata kuljum b’razzjon ta’ għalf ibbażat fuq iċ-ċereali u l-legumi, ikkontrollat u awtorizzat mill-Bord Regolatorju, b’valuri ta’ aċidu xaħmi fix-xaħam ta’ taħt il-ġilda skont il-kromatografija b’fażi gassuża jaqgħu taħt il-parametri għar-‘Recebo’. Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ġandar, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija ‘Recebo’ tad-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Los Pedroches’ ma tridx taqbeż żewġ ħnieżer Iberiċi għal kull ettaru.”

4.

Id-definizzjonijiet tal-kategoriji “de Bellota” u“ Cebo de Campo” ġew emendati għal “Bellota 100 % Ibérico” u “Cebo de Campo 100 % Ibérico”.

Għaldaqstant, il-paragrafi li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima B.3, “Gradi ta’ qatgħat”):

Il-prieżet u l-ispalel huma kklassifikati kif ġej skont l-għalf tagħhom, f’konformità mad-Digriet Reġju Nru 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007:

il-prieżet u l-ispalel Iberiċi “Bellota”: minn ħnieżer msemmna fl-aħħar stadju bis-sistema ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesas fir-reġjun tagħna u magħlufa biss bil-ġandar u l-ħaxix, li l-valuri tal-aċidu xaħmi tagħhom fix-xaħam ta’ taħt il-ġilda skont il-kromatografija b’fażi gassuża jaqgħu taħt il-parametri għall-“Bellota”. Dawn il-parametri huma deċiżi mill-Bord Regolatorju għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches” għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. [...] Dawn il-qatgħat huma identifikati minn siġill iswed u t-tikketta “Bellota” tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”. [...]

il-prieżet u l-ispalel Iberiċi “Cebo de Campo”: minn ħnieżer msemmna fl-aħħar stadju bir-ragħa fid-dehesas fir-reġjun tagħna, prinċipalment fuq riżorsi naturali mid-dehesa, bħal ħaxix, mergħat jew qasbija fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun, supplimentati, jekk meħtieġ, b’razzjon ta’ kuljum ta’ [...] għalf [...] Dawn il-qatgħat huma identifikati minn siġill isfar u t-tikketta “Cebo de Campo” tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”.

ġew issostitwiti bi:

Il-prieżet u l-ispalel huma kklassifikati kif ġej skont ir-razza u l-għalf tagħhom, f’konformità mad-Digriet Reġju Nru 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014:

il-prieżet u l-ispalel “Bellota 100 % Ibérico”: minn ħnieżer ġenetikament 100 % puri tar-razza Iberika f’konformità mad-Digriet Reġju Nru 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 u msemmna fl-aħħar stadju bis-sistema ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesas fir-reġjun tagħna u magħlufa biss bil-ġandar u l-ħaxix. [...] Dawn il-qatgħat huma identifikati minn siġill iswed u t-tikketta “Bellota 100 % Ibérico” tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”.

il-prieżet u l-ispalel “Cebo de Campo 100 % Ibérico”: minn ħnieżer Iberiċi ġenetikament 100 % puri skont id-Digriet Reġju Nru 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 imsemmna bir-ragħa fid-dehesas fir-reġjun tagħna, prinċipalment fuq riżorsi naturali mid-dehesa, bħal ħaxix, mergħat jew qasbija fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun, supplimentati jekk meħtieġ b’razzjon ta’ kuljum ta’ [...] għalf [...] Dawn il-qatgħat huma identifikati minn siġill aħdar u t-tikketta “Cebo de Campo 100 % Ibérico” tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”.

Fid-Dokument Uniku, il-paragrafi li ġejjin (it-Taqsima 4.2, “Deskrizzjoni”– format qadim):

Il-qatgħat huma dawk mid-diversi tipi ta’ ħnieżer, ikklassifikati skont ir-razza tagħhom u t-tip ta’ għalf li jkunu kielu fl-aħħar stadju tat-tismin, f’konformità mad-Digriet Reġju 1469/2007 tat-2 ta’ Novembru 2007. Dawn huma maqsuma fi tliet gradi:

il-prieżet u l-ispalel Iberiċi “Bellota”: minn ħnieżer imsemmna fl-aħħar stadju bis-sistema ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesa u magħlufa biss bil-ġandar u l-ħaxix, li l-valuri tal-aċidu xaħmi tagħhom fix-xaħam ta’ taħt il-ġilda skont il-kromatografija b’fażi gassuża jaqgħu taħt il-parametri għall-“Bellota”. Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ġandar, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija “Bellota” tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” ma għandhiex taqbeż ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru.

[...]

il-prieżet u l-ispalel “Cebo de Campo”: minn ħnieżer imsemmna bir-ragħa fid-dehesas fir-reġjun tagħna, prinċipalment fuq riżorsi naturali mill-bwar, bħal ħaxix, mergħat jew qasbija fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun, supplimentati jekk meħtieġ b’razzjon ta’ kuljum ta’ għalf ibbażat fuq iċ-ċereali u l-legumi kkontrollat u awtorizzat mill-Bord Regolatorju. Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ riżorsi naturali fid-dehesa, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija “Cebo de Campo” tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” ma tridx taqbeż 12-il ħanżir Iberiku għal kull ettaru.

huma sostitwiti b’dan li ġej (it-Taqsima 3.2, “Deskrizzjoni tal-prodott” – format attwali):

Id-diversi qatgħat huma kklassifikati skont ir-razza u t-tip ta’ għalf li jkunu kielu l-ħnieżer fl-aħħar stadju tat-tismin, kif ġej:

il-prieżet u l-ispalel “Bellota 100 % Ibérico”: minn ħnieżer 100 % Iberiċi msemmna fl-aħħar stadju bis-sistema ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesa u magħlufa biss bil-ġandar u l-ħaxix.

il-prieżet u l-ispalel “Cebo de Campo 100 % Ibérico”: minn ħnieżer 100 % Iberiċi msemmna bir-ragħa fid-dehesas fir-reġjun tagħna, prinċipalment fuq riżorsi naturali mid-dehesa u supplimentati, jekk meħtieġ, b’razzjon ta’ kuljum ta’ għalf.

Raġuni:

Flimkien mal-fattur tal-għalf, l-Istandard ta’ Kwalità Iberiku introduċa l-fattur tar-razza fil-klassifikazzjoni tal-prodotti, bl-obbligu li jiġi identifikat il-perċentwal tar-razza Iberika fil-ħnieżer użati fil-produzzjoni tal-prodotti. Billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP hija limitata għal prodotti 100 % Iberiċi, il-kategoriji “de Bellota” u “Cebo de Campo” kellhom jiġu ddefiniti mill-ġdid bħala “Bellota 100 % Ibérico” u “Cebo de Campo 100 % Ibérico”.

5.

Żdiedet l-għażla li titnaqqas id-densità massima ta’ bhejjem għall-ħnieżer għal kull ettaru f’konformità mal-parametri stabbiliti fl-Istandard ta’ Kwalità għall-kategorija “de Bellota”.

Għaldaqstant, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima B.3, “Gradi ta’ qatgħat”):

Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ġandar, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija “de Bellota” tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” ma tridx taqbeż ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru, għalkemm din id-densità tista’ titnaqqas wara l-kalkolu tal-kapaċità tal-ġandar imwettaq mill-valutaturi tal-Korp ta’ Spezzjoni ta’ dan il-Bord Regolatorju.

ġie ssostitwit bi:

Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ġandar, id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer f’din il-kategorija tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches” ma tridx taqbeż ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru, għalkemm din id-densità tista’ titnaqqas skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness għad-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014, rigward id-densità ta’ bhejjem massima permissibbli ddeterminata mill-kopertura tas-siġar fil-parti tal-LPIS tas-“SIGPAC” (is-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika għall-Irqajja’ Art Agrikoli) – ara t-Taqsima E.1 ta’ dan id-dokument – jew permezz tal-kalkolu tal-kapaċità tal-ġandar imwettaq kull sena mill-valutaturi tal-Korp ta’ Spezzjoni ta’ dan il-Bord Regolatorju.

Din l-emenda taffettwa wkoll it-Taqsima 4.2, “Deskrizzjoni”, tad-Dokument Uniku l-qadim, li bl-istess mod kienet tgħid li “id-densità ta’ bhejjem għall-ħnieżer fil-kategorija ‘Bellota’ tad-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Los Pedroches’ ma tridx taqbeż ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru”.

Raġuni:

Fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategorija “de Bellota”, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali pprevediet l-għażla li titnaqqas id-densità massima ta’ bhejjem stipulata ta’ ħanżir wieħed għal kull ettaru abbażi tal-kalkolu tal-kapaċità tal-ġandar imwettaq mill-assessuri tal-Korp ta’ Spezzjoni. Din l-ispezzjoni tad-densità twieġeb għall-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ħnieżer jiġu mitmugħa bil-ġandar u li jittejjeb il-kontribut tagħhom għall-ekosistema tad-dehesa.

Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi allinjata mal-Istandard ta’ Kwalità Iberiku, żdiedet l-għażla li titnaqqas id-densità massima ta’ bhejjem għall-ħnieżer għal kull ettaru f’konformità mal-parametri stabbiliti fl-Anness tal-Istandard ta’ Kwalità bit-titolu “Densità massima permissibbli ta’ bhejjem iddeterminata mill-kopertura tas-siġar fil-parti tal-LPIS tas-SIGPAC (is-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika għall-Irqajja’ Art Agrikoli)”. Is-SIGPAC hija applikazzjoni tal-gvern Spanjol (il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel) li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati ġeografikament l-irqajja’ art (f’dan il-każ, li jinsabu fiż-żona ddefinita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP) li jintużaw mill-bhejjem, kif ukoll l-erja tal-wiċċ mill-ajru tagħhom koperta minn siġar li jappartjenu għall-ġeneru Quercus sp. li jipproduċu l-ġandar.

6.

Il-piż minimu stabbilit fl-Istandard ta’ Kwalità għal prieżet u spalel 100 % Iberiċi ġie introdott, kemm fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima B.4 “Karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi”) kif ukoll fid-Dokument Uniku (it-Taqsima 3.2, “Deskrizzjoni tal-prodott” – format attwali):

“Piż minimu ta’ 5,75 kg għall-prieżet u 3,7 kg għall-ispalel.”

Raġuni:

L-Istandard ta’ Kwalità Iberiku jirregola l-piż minimu tal-prieżet u l-ispalel li għandhom jiġu kkummerċjalizzati taħt id-denominazzjoni “Ibérico”. Din id-deskrizzjoni (li tikkorrispondi għall-piż minimu stabbilit mill-Istandard ta’ Kwalità għal prieżet u spalel 100 % Iberiċi) għalhekk ġiet inkluża fost il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott.

7.

Żdiedet l-għażla li l-qawqeb jitħalla fuq il-prieżet u l-ispalel meta jinbiegħu sħaħ. Għaldaqstant, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima B.4, “Karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi”) u tad-Dokument Uniku (it-Taqsima 3.2, “Deskrizzjoni tal-prodott” – format attwali) ġie emendat:

Dehra viżiva: il-forma tkun tawwalija u rqiqa, li tingħata stil u forma ta’ “V” permezz tal-qatgħa magħrufa bħala “corte serrano”. Il-qawqba tinżamm sabiex ikun iktar faċli li jiġu identifikati.

permezz tal-kjarifika li ġejja:

Dehra viżiva: il-forma tkun tawwalija u rqiqa, li tingħata stil u forma ta’ “V” permezz tal-qatgħa magħrufa bħala “corte serrano”. Meta jinbiegħu sħaħ, il-qawqeb jitħalla sabiex ikun iktar faċli li jiġu identifikati.

Raġuni:

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali, bħala parti mill-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott, kienet tirrikjedi li l-qawqeb jitħalla sabiex ikun iktar faċli li l-prodott jiġi identifikat.

Iż-żamma tal-qawqeb fuq il-prieżet u l-ispalel Iberiċi hija effettivament sinjal distintiv, iżda tagħmel sens biss meta l-qatgħat jiġu kkummerċjalizzati sħaħ, li huwa l-mod kif il-maġġoranza tal-prodotti tradizzjonalment jiġu kkummerċjalizzati. Madankollu, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali pprevediet ukoll l-għażla li l-prodotti jinbiegħu bl-għadam imneħħi, maqsuma f’porzjonijiet jew imqatta’ (forom li jinżammu wkoll fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida), f’liema każ ma jkunx possibbli li l-qawqeb jinżamm bħala parti mid-dehra esterna tagħhom.

5.2.   Żona ġeografika

1.

Is-sentenza li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima C, “Żona ġeografika”):

“Kull stadju tal-ħajja tal-ħnieżer, mit-twelid u t-trobbija sat-tismin finali, iseħħ f’dan it-territorju u jiġi spezzjonat mill-Bord Regolatorju. Bl-istess mod, l-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel Iberiċi, mit-tbiċċir u t-tqattigħ tal-ħnieżer Iberiċi sal-preservazzjoni u l-maturazzjoni sussegwenti tagħhom, iseħħu hawnhekk.”

ġiet issostitwita bi:

“Kull stadju tal-produzzjoni li l-ħnieżer jgħaddu minnu – it-trobbija u t-tismin finali – iseħħ f’dan it-territorju u jiġi spezzjonat mill-Korp ta’ Spezzjoni. Bl-istess mod, l-istadji kollha tal-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel Iberiċi, mit-tbiċċir u t-tqattigħ tal-ħnieżer Iberiċi sal-preservazzjoni u l-maturazzjoni sussegwenti tagħhom, iseħħu hawnhekk.”

Fid-Dokument Uniku (it-Taqsima 4.3, “Żona ġeografika”), is-sentenza li ġejja:

Iż-żona fejn jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu l-ħnieżer li l-qatgħat tagħhom ikunu se jintużaw biex jiġu prodotti l-prieżet u l-ispalel koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Los Pedroches”, u fejn iseħħ il-proċess kollu tal-produzzjoni, il-qatla u t-tqattigħ tal-ħnieżer Iberiċi u l-proċess tat-tmelliħ, il-preservazzjoni, it-tnixxif u l-maturazzjoni tal-qatgħat tikkonsisti minn [...]

ġie ssostitwit kif ġej:

Iż-żona fejn jitrabbew u jissemmnu l-ħnieżer li l-qatgħat tagħhom ikunu se jintużaw biex jiġu prodotti l-prieżet u l-ispalel koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”, u fejn iseħħ il-proċess kollu tal-produzzjoni, il-qatla u t-tqattigħ tal-ħnieżer Iberiċi u l-proċess tat-tmelliħ, il-preservazzjoni, it-tnixxif u l-maturazzjoni tal-qatgħat tikkonsisti minn [...]

Raġuni:

Din l-emenda hija ġġustifikata mir-raġunijiet diġà stabbiliti fl-emenda Nru 2 għad-“Deskrizzjoni tal-prodott”.

Barra minn hekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali kienet tiddikjara b’mod żbaljat li l-istadji varji huma “spezzjonati mill-Bord Regolatorju”, meta fil-fatt dan il-kompitu jitwettaq mill-Korp ta’ Spezzjoni. Dan l-iżball ġie kkoreġut fil-formulazzjoni l-ġdida proposta.

5.3.   Prova tal-oriġini

1.

Bħala riżultat tat-tneħħija tal-kategorija “Recebo” ta’ prieżet u spalel f’konformità mal-Istandard ta’ Kwalità Iberiku (ara mill-ġdid l-emenda Nru 3 għad-“Deskrizzjoni tal-prodott”), il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima D.2, “Identifikazzjoni, immarkar u spezzjoni tal-qatgħat”):

“e)

Dawn il-prieżet u l-ispalel iridu jkunu identifikati minn siġill, innumerat sekwenzjalment għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni u għal kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ għalf iddefiniti hawn fuq f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

ġie ssostitwit b’dan li ġej:

“e)

Dawn il-prieżet u l-ispalel iridu jkunu identifikati minn siġill, innumerat sekwenzjalment għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni u għal kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ għalf iddefiniti hawn fuq f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

Bl-istess mod, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima D.6, “Oriġini tal-għalf tal-ħnieżer”):

“Fir-rigward ta’ dan l-aħħar stadju tat-tismin, tista’ ssir distinzjoni bejn tliet kategoriji. F’kull waħda minnhom, id-distintività fil-kwalità tal-prodotti hija ddeterminata mis-sustanzi naturali li fuqhom jirgħu liberament il-ħnieżer fid-dehesa f’kull staġun.”

ġie ssostitwit b’dan li ġej (it-Taqsima D.5, “Oriġini tal-għalf tal-ħnieżer”):

“Fir-rigward ta’ dan l-aħħar stadju tat-tismin, tista’ ssir distinzjoni bejn il-kategoriji li ġejjin. F’kull waħda minnhom, id-distintività fil-kwalità tal-prodotti hija ddeterminata mis-sustanzi naturali li fuqhom jirgħu liberament il-ħnieżer fid-dehesa f’kull staġun.”

Fl-istess taqsima, il-paragrafu li ġej tħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Recebo”: Fl-aħħar stadju tat-tismin, ikun hemm stadju meta d-dieta tkun ġandar u ħaxix biss, li fiha l-ħnieżer iżidu mill-inqas 29 kg oħra ta’ piż, u stadju ieħor fejn il-ħnieżer isegwu sistema ta’ ragħa fid-dehesas tal-azjendi rreġistrati taħt din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta fuq dieta ta’ ħaxix u sustanzi naturali oħra, supplimentata, jekk meħtieġ, minn għalf awtorizzat u mmonitorjat mill-Bord Regolatorju. Il-proporzjon tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 85 %.

2.

L-ittestjar analitiku tal-aċidi xaħmin bl-użu tat-teknoloġija tal-kromatografija b’fażi gassuża tneħħa.

Il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tħassar (it-Taqsima D.3, “Testijiet analitiċi”):

D.3.

Testijiet analitiċi.

Minbarra l-kontrolli fuq il-post meħtieġa, l-analiżi tal-kromatografija b’fażi gassuża tal-aċidi xaħmin issir fuq ix-xaħam miksub mir-ramp tal-ħnieżer Iberiċi fil-mument tat-tbiċċir, kif huwa stabbilit fl-Ordni PRE/3844/2004 tat-18 ta’ Novembru 2014 li tistabbilixxi l-metodi uffiċjali għat-teħid ta’ kampjuni mill-karkassi tal-ħnieżer Iberiċi u l-metodu ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin tal-lipidi totali tat-tessut xaħmi taħt il-ġilda tal-ħnieżer Iberiċi, sabiex jiġi vverifikat li l-parametri analitiċi jkunu fi ħdan dawk stabbiliti għal kull tip ta’ għalf.

Bħala konsegwenza, is-sottotaqsimiet ta’ wara ġew innumerati mill-ġdid (“D.3”, “D.4”, eċċ.).

Raġuni:

Il-karatteristiċi tax-xaħam tal-ħnieżer Iberiċi jiddependu mit-tip ta’ għalf li jirċievu fl-aħħar stadju tat-tismin tagħhom. L-analiżi li ntużat reċentement biex tiddistingwi l-kwalitajiet tal-għalf kienet analiżi tal-profili tal-aċidi xaħmin tax-xaħam bl-użu ta’ tekniki ta’ kromatografija b’fażi gassuża.

Ir-riżultati ta’ studji riċenti f’dan is-settur urew li d-determinazzjoni tal-profil tal-aċidu xaħmi bl-użu tal-kromatografija b’fażi gassuża ma huwiex metodu xjentifiku affidabbli għall-klassifikazzjoni tal-bhejjem skont it-tipi differenti ta’ għalf li l-ħnieżer Iberiċi jistgħu jingħataw. Instab li dan il-metodu ta’ analiżi tal-profil tal-aċidu xaħmi jagħti lok għal għadd kbir ta’ “pożittivi foloz” (ħnieżer ikklassifikati bħala “Bellota” li jkunu ġew imsemmna bl-għalf) u “negattivi foloz” (ħnieżer mhux ikklassifikati bħala “Bellota” li jkunu ġew imsemmna permezz tar-ragħa f’art imsaġġra). Dan jikkonferma l-varjabbiltà kbira fil-fatturi minbarra l-għalf tagħhom fl-aħħar stadju tat-tismin li jinfluwenzaw il-profil tal-lipidi finali tal-ħnieżer, bħall-kompożizzjoni tal-għalf fl-istadju preparatorju tat-tagħlif qabel it-tismin finali jew il-kwantità u l-kwalità varjabbli tal-ġandar fl-istaġuni differenti tar-ragħa f’art imsaġġra.

Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar snin il-kumpaniji tal-għalf tal-annimali żviluppaw għalf għall-ħnieżer Iberiċi li huwa arrikkit b’aċidi xaħmin monoinsaturati, prinċipalment l-aċidu olejku (sa 70 fil-mija tal-aċidi xaħmin totali). Dawn jagħtu profil ta’ aċidi xaħmin fil-ħnieżer imsemmna esklużivament bl-għalf li huwa simili għal dak ipprovdut mir-ragħa f’art imsaġġra. Madankollu, dawk tal-ewwel ma ngħatawx din il-forma tradizzjonali ta’ għalf, u l-prodotti finali miksuba huma ċarament differenti fil-kwalità u l-klassifikazzjoni.

Dan ta’ hawn fuq wassal lill-Ministeru Spanjol tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel biex ineħħi din l-analiżi mill-Istandard ta’ Kwalità Iberiku.

3.

Il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali (it-Taqsima D.5, “Identifikazzjoni, immarkar u spezzjoni tal-produzzjoni f’porzjonijiet”):

L-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati jridu japplikaw mal-Bord Regolatorju biex ineħħu l-għadam, jaqsmu f’porzjonijiet jew iqattgħu prieżet jew spalel li jkunu kisbu ċertifikazzjoni taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”, 24 siegħa minn qabel.

ġie emendat kif ġej (it-Taqsima D.4, “Identifikazzjoni, immarkar u spezzjoni tal-produzzjoni f’porzjonijiet”):

L-operaturi rreġistrati jeħtiġilhom japplikaw mal-Bord Regolatorju biex ineħħu l-għadam, jaqsmu f’porzjonijiet jew iqattgħu prieżet jew spalel li jkunu kisbu ċertifikazzjoni taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches”, qabel ma jibdew l-operazzjoni.

Raġuni:

Din il-bidla qiegħda ssir biss minħabba kwistjonijiet ta’ organizzazzjoni relatati mal-operaturi u l-Bord Regolatorju (“operaturi” fil-formulazzjoni l-ġdida hija sinonima ma’ “impjanti tal-ipproċessar”). Huwa biżżejjed li l-operaturi jikkomunikaw mal-Bord Regolatorju, u jirrikorru għalih, dwar dawn l-operazzjonijiet (id-dissussar, it-tqassim f’porzjonijiet u/jew it-tfettit) qabel iwettquhom, mingħajr ma jkollhom għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżit li dawn l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi 24 siegħa qabel, jiġifieri jistgħu jwettqu l-operazzjonijiet anke jekk isiru b’avviż iqsar minn qabel.

4.

Fit-taqsima dwar l-għalf mogħti lill-ħnieżer użati biex jipproduċu prodotti bid-denominazzjoni “Cebo de Campo” (it-Taqsima D.5, “Oriġini tal-għalf tal-ħnieżer”, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida u Taqsima D.6 bl-istess isem fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-qadima), filwaqt li jinżamm ir-rekwiżit li “l-proporzjon tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument ikun mill-inqas ta’ 65 %”, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Fi kwalunkwe każ, l-għalf li jieklu l-ħnieżer koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jitwettaq kollu kemm hu fiż-żona geoġrafika ddefinita f’dan id-dokument.”

ġie ssostitwit b’dan li ġej:

L-għalf li jieklu l-ħnieżer koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta essenzjalment jiġi prodott fiż-żona geoġrafika definita f’dan id-dokument. L-għalf huwa magħmul minn taħlita magħmula prinċipalment minn ċereali (qamħ, xgħir u qamħirrum) u, f’ammont inqas, legumi (piżelli u fażola tas-sojja). Proporzjon sinifikanti tal-ingredjenti jiġi mill-produzzjoni tradizzjonali fi ħdan iż-żona ġeografika, iżda proporzjon żgħir tal-ingredjenti, bħas-sojja, ma jiġix minnha. Dan ifisser li ma huwiex teknikament possibbli li l-għalf jiġi kompletament miż-żona ġeografika ddefinita; għalhekk ġie permess li jiżdied għalf li jiġi minn barra ż-żona.

Fi kwalunkwe każ, is-sistema tar-ragħa tradizzjonali meħtieġa mis-sistema tat-trobbija u tat-tismin stess, u l-fatt li ammont żgħir biss ta’ għalf jista’ jiġi prodott barra mit-territorju, jiżguraw li l-perċentwal tal-materja niexfa totali li tittiekel li tkun oriġinat fiż-żona ġeografika – fil-każ tal-ħnieżer “Cebo de Campo” (li l-ikel tagħhom huwa ssupplimentat mill-għalf) – ikun ogħla b’mod sinifikanti mill-minimu permess mil-leġiżlazzjoni applikabbli (l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013).

Barra minn hekk, il-kontenut li ġej żdied mad-Dokument Uniku fit-Taqsima 3.3, “Għalf u materja prima”:

Materja prima

Saqajn tal-ħanżir minn:

Ħnieżer “Bellota”: dieta finali bbażata esklużivament fuq il-ġandar u l-ħaxix fid-dehesas taż-żona ġeografika ddefinita. Għalhekk l-għalf jiġi kollu miż-żona ġeografika ddefinita f’dan id-dokument.

Ħnieżer “Cebo de Campo”: fl-aħħar stadju tat-tismin tagħhom il-ħnieżer jitrabbew bir-ragħa fid-dehesas taż-żona ġeografika ddefinita u jintgħalfu prinċipalment bi prodotti naturali bħall-fdalijiet tal-ġandar, il-ħaxix jew il-qasbija taċ-ċereali fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun. Dan jiġi ssupplimentat bl-għalf fejn meħtieġ. Il-proporzjon tal-għalf li jkun ġej miż-żona ġeografika deskritta f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 65 %.

Għalf

L-għalf użat biex jissupplimenta l-ikel tal-ħnieżer “Cebo de Campo” huwa magħmul minn taħlita magħmula prinċipalment minn ċereali (qamħ, xgħir u qamħirrum) u, f’ammont inqas, legumi (piżelli u fażola tas-sojja). Proporzjon sinifikanti tal-ingredjenti jiġi mill-produzzjoni tradizzjonali fi ħdan iż-żona ġeografika, iżda proporzjon żgħir tal-ingredjenti, bħas-sojja, ma jiġix minnha. Dan ifisser li ma huwiex teknikament possibbli li l-għalf jiġi kompletament miż-żona ġeografika ddefinita; għalhekk ġie permess li jiżdied għalf li jiġi minn barra ż-żona.

Fi kwalunkwe każ, is-sistema tar-ragħa tradizzjonali meħtieġa mis-sistema tat-trobbija u tat-tismin stess, u l-fatt li ammont żgħir biss ta’ għalf jista’ jiġi prodott barra mit-territorju, jiżguraw li l-perċentwal tal-materja niexfa totali li tittiekel li tkun oriġinat fiż-żona ġeografika – fil-każ tal-ħnieżer “Cebo de Campo” (li l-ikel tagħhom huwa ssupplimentat mill-għalf) – ikun ogħla b’mod sinifikanti mill-minimu permess mil-leġiżlazzjoni applikabbli (l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013).

Raġuni:

Kif huwa spjegat fit-test il-ġdid stess, ma huwiex teknikament possibbli li 100 % tal-għalf użat jiġi miż-żona ġeografika ddefinita peress li wħud mill-komponenti minuri tiegħu, bħas-sojja, ma jiġux prodotti lokalment. Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkostanzi ta’ sostenn previsti fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 huma ssodisfati: (i) la l-kwalità tal-prodott u lanqas il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu li jirriżultaw mill-ambjent ġeografiku ma huma affettwati, peress li dawn huma dovuti għall-parti tad-dieta tal-ħnieżer ibbażata fuq ir-riżorsi tar-ragħa tad-dehesa, u (ii) il-kwantità tal-għalf minn barra ż-żona ġeografika ddefinita fl-ebda każ ma taqbeż il-50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali.

5.

Il-parti żejda fir-rigward tal-perċentwal tal-għalf miż-żona ġeografika ddefinita tneħħiet mit-test. Fl-istess taqsima (it-Taqsima D.6, “Oriġini tal-għalf tal-ħnieżer”, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott l-qadima), il-paragrafu:

“Sakemm jaslu fl-aħħar stadju tat-tismin, il-ħnieżer Iberiċi jintemgħu bir-ragħa fid-dehesas tal-azjendi rreġistrati taħt din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, b’sustanzi naturali mid-dehesa bħall-ħaxix, il-mergħat jew il-qasbija taċ-ċereali fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun. Dan jiġi ssupplimentat b’razzjonijiet żgħar ħafna ta’ għalf awtorizzat u mmonitorjat mill-Bord Regolatorju. L-għan ta’ dan l-istadju huwa li jiġi żviluppat ħanżir ta’ età avvanzata u ta’ piż baxx ħafna, b’massa għolja ta’ għadam u b’livelli baxxi ħafna ta’ xaħam, sabiex sussegwentement fl-istadju finali jkun jista’ jissemmen, li huwa dak li jiddetermina l-kwalità tal-qatgħat. Il-proporzjon tal-għalf matul dan l-istadju li joriġina miż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 65 %.”

ġie ssostitwit bil-paragrafu li ġej (it-Taqsima D.5, “Oriġini tal-għalf tal-ħnieżer” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida):

Sakemm jaslu fl-aħħar stadju tat-tismin, il-ħnieżer Iberiċi jintemgħu bir-ragħa fid-dehesas tal-azjendi rreġistrati taħt din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, b’sustanzi naturali mid-dehesa bħall-ħaxix, il-mergħat jew il-qasbija taċ-ċereali fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun. Dan jiġi ssupplimentat b’razzjonijiet żgħar ħafna ta’ għalf awtorizzat u mmonitorjat mill-Bord Regolatorju. L-għan ta’ dan l-istadju huwa li jiġi żviluppat ħanżir ta’ età avvanzata u ta’ piż baxx ħafna, b’massa għolja ta’ għadam u b’livelli baxxi ħafna ta’ xaħam, sabiex sussegwentement fl-istadju finali jkun jista’ jissemmen, li huwa dak li jiddetermina l-kwalità tal-qatgħat.

Din l-emenda taffettwa wkoll it-Taqsima 3.3, “Għalf u materja prima”, tad-Dokument Uniku, li tiddikjara, fil-każ tal-ħnieżer “Cebo de Campo”, li “l-proporzjon tal-għalf li joriġina miż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 65 %”.

Raġuni:

Tħassret l-aħħar sentenza: Il-proporzjon tal-għalf matul dan l-istadju li joriġina miż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 65 %. Ir-raġuni għal dan huwa li hija żejda, peress li dak ir-rekwiżit diġà jidher fil-paragrafu immedjatament qabilha dwar il-kategorija “Cebo de Campo”. Dan il-perċentwal minimu ta’ għalf li joriġina miż-żona ġeografika japplika biss għal dik il-kategorija, peress li għall-kategorija “Bellota”, 100 % tal-għalf matul din il-fażi jrid jiġi miż-żona ġeografika ddefinita.

6.

Fid-Dokument Uniku, it-taqsima “Prova tal-oriġini” tneħħiet kompletament sabiex jiġi allinjat mal-format il-ġdid previst fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014.

5.4.   Metodu tal-produzzjoni

1.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fit-Taqsima E.1, “Prattiki tat-trobbija u tipi ta’ ħnieżer”, taħt is-subintestatura (a), “Cerdo de Bellota”, il-paragrafi li ġejjin:

“Il-piż fil-bidu tal-perjodu tar-ragħa f’art imsaġġra: bejn 92 kg u 115-il kg (bejn 8 u 10 arrobas Spanjoli).

[...]

Id-data finali għall-qatla: il-31 ta’ Marzu, eċċezzjonalment il-15 ta’ April.

[...]

Densità massima ta’ bhejjem: ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru ta’ dehesa.”

ġew emendati biex jaqraw kif ġej:

“Il-piż tal-lott fil-bidu tal-perjodu tar-ragħa f’art imsaġġra: bejn 92 kg u 115-il kg (bejn 8 u 10 arrobas Spanjoli).

[...]

Il-perjodu tar-ragħa f’art imsaġġra għall-ħnieżer irid jibda bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Diċembru, bid-dati tat-tbiċċir stabbiliti għal bejn il-15 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Marzu.

[...]

Id-densità massima ta’ bhejjem permissibbli trid tiġi stabbilita kif ġej f’konformità mad-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014, dment li ma taqbiżx id-densità massima ta’ bhejjem ta’ ħanżir Iberiku wieħed għal kull ettaru ta’ dehesa:

Żona miksija bil-foresti fl-irqajja’ art tal-LPIS li jiffurmaw l-azjenda

(Perċentwal)

Densità massima ta’ bhejjem permissibbli fl-azjenda

(Ħnieżer għal kull ha)

Sa 10

0,25

Sa 15

0,42

Sa 20

0,58

Sa 25

0,75

Sa 30

0,92

Sa 35

1

Iktar minn 35

1 ”

Żdied ukoll il-paragrafu li ġej:

L-ispazji magħluqa u l-irqajja’ art użati għal dan it-tip ta’ tagħlif huma ddefiniti fid-Digriet Reġju 4/2014 tal-10 ta’ Jannar 2014 (jiġifieri jridu jiġu identifikati fis-saff tar-ragħa f’art imsaġġra fis-sistema tal-LPIS tas-“SIGPAC”), dment li jkunu fit-territorju ddefinit f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Raġuni:

Dawn il-bidliet saru biss bil-għan li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP tiġi allinjata mal-Istandard ta’ Kwalità Iberiku l-ġdid, li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar id-densità massima ta’ bhejjem permissibbli għall-ħnieżer li jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti bid-denominazzjoni “de Bellota” u jirregola wkoll id-data għall-bidu tar-ragħa f’art imsaġġra u d-data tat-tbiċċir.

2.

Bħala riżultat tat-tneħħija tal-kategorija “Recebo” ta’ prieżet u spalel mill-Istandard ta’ Kwalità Iberiku, il-paragrafu li ġej tħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.1, “Prattiki tat-trobbija u tipi ta’ ħnieżer”):

Il-ħnieżer “Recebo” għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

L-età minima fil-qatla: 14-il xahar.

Il-piż fil-bidu tal-perjodu tar-ragħa f’art imsaġġra: bejn 92 kg u 115-il kg (bejn 8 u 10 arrobas Spanjoli).

Wara li jżidu mill-inqas 29 kg (2,5 arrobas) esklużivament mill-ġandar u l-ħaxix, it-tismin finali ssir esklużivament bir-ragħa, b’sustanzi naturali u b’għalf awtorizzat u mmonitorjat mill-Bord Regolatorju, li trid tkun tikkonsisti prinċipalment minn ċereali u legumi.

L-aħħar data għat-tbiċċir hija l-15 ta’ Mejju.

Id-densità massima ta’ bhejjem: żewġt iħnieżer Iberiċi għal kull ettaru ta’ dehesa.

Il-kelma “Recebo” tħassret ukoll mill-paragrafu li ġej:

[...] għalf awtorizzat prodott fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għall-użu fil-kategoriji “Recebo” u “Cebo de Campo” [...]

Dan issa jaqra kif ġej:

[...] għalf awtorizzat prodott fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għall-użu fil-kategorija “Cebo de Campo” [...]

3.

Il-formulazzjoni ġiet allinjata mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar ir-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti fis-settur tal-għalf tal-annimali.

Il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.1, “Prattiki tat-trobbija u tipi ta’ ħnieżer”):

Il-Bord Regolatorju stabbilixxa lista pożittiva ta’ għalf awtorizzat prodott fiż-żona ġeografika ddefinita u delimitata f’dan id-dokument għall-użu fil-kategoriji “Recebo” u “Cebo de Campo” abbażi tal-kompożizzjoni tiegħu, li jrid ikun jikkonsisti prinċipalment minn ċereali u legumi. Huwa vverifika l-kompożizzjoni ta’ dan l-għalf skont id-Digriet Reġju Nru 1191/1998 dwar ir-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti fis-settur tal-għalf tal-annimali.

ġie emendat biex jaqra kif ġej:

Il-Bord Regolatorju jeħtieġlu jivverifika li l-għalf awtorizzat ikun ġie prodott fiż-żona ġeografika delimitata u ddefinita f’dan id-dokument għall-użu fil-kategorija “Cebo de Campo” abbażi tal-kompożizzjoni tiegħu, li trid tkun prinċipalment ċereali u legumi. Jeħtieġlu jivverifika wkoll il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Reġju 629/2019 tal-31 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-reġistru ġenerali tal-istabbilimenti fis-settur tal-għalf tal-annimali, il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti u l-punti ta’ dħul nazzjonali, l-attivitajiet tal-operaturi tal-għalf u l-Kumitat Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Għalf tal-Annimali.

Raġuni:

B’riżultat tat-tħassir tad-Digriet Reġju 1191/1998 tat-12 ta’ Ġunju 1998 dwar l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti u l-intermedjarji fis-settur tal-għalf tal-annimali, il-formulazzjoni ġiet allinjata mal-leġiżlazzjoni l-ġdida.

4.

Is-sentenza li ġejja tħassret mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.2, “Fir-rigward tat-tbiċċir u t-tqattigħ”):

“Il-ħnieżer iridu jaslu fil-biċċerija mill-inqas 12-il siegħa qabel it-tbiċċir, sabiex tiġi eliminata l-għeja mit-trasport u jiġi żgurat livell minimu ta’ riżervi ta’ glikoġen muskolari.”

Raġuni:

Dan it-tħassir sar minħabba l-fatt li ż-żamma tal-ħnieżer fil-biċċerija għal aktar minn 24 siegħa (l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali kienet tipprevedi perjodu minimu ta’ 12-il siegħa) tmur kontra l-linji gwida Ewropej dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Għalhekk huwa aktar xieraq li jkun meħtieħ biss li l-ħnieżer jintlaqgħu u jinżammu fil-biċċerija f’konformità mar-regolamenti tekniċi u tas-saħħa applikabbli.

5.

Il-paragrafu li ġej fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali (it-Taqsima E.2, “Fir-rigward tat-tbiċċir u t-tqattigħ”):

“Is-saqajn mill-karkassi li jiżnu inqas minn 110 kg iridu jintremew.”

ġie ssostitwit bi:

“Is-saqajn mill-karkassi li jiżnu inqas minn 108 kg iridu jintremew.”

Raġuni:

Ir-raġuni għal din il-bidla hija biex l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP tiġi allinjata mal-Istandard ta’ Kwalità Iberiku l-ġdid, li jistabbilixxi l-piż minimu tal-karkassa skont ir-razza tal-ħanżir. Għall-ħnieżer 100 % Iberiċi, l-Istandard ta’ Kwalità jipprevedi piż minimu tal-karkassa ta’ 108 kg. Dan jikkostitwixxi tnaqqis ta’ 2 kg biss meta mqabbel mal-piż minimu stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP l-oriġinali (110 kg), li għandu influwenza minima fuq il-piż finali tal-qatgħat ippreservati u ma għandu l-ebda influwenza fuq il-kwalità tal-prodott finali. Din il-bidla hija għalhekk iġġustifikata sempliċiment mill-fatt li l-korrelazzjoni eżatta mal-Istandard ta’ Kwalità tagħmel il-ġestjoni tal-karkassi aktar faċli.

6.

Fir-rigward tal-proċess fejn il-qatgħat jitħallew joqogħdu, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.3, “Fir-rigward tal-ipproċessar industrijali”):

“Kemm il-qatgħat idumu fil-kmamar kesħin ivarja skont il-piż tagħhom u jista’ jkun bejn 30 u 90 jum.”

ġie emendat biex jaqra kif ġej:

“Kemm il-qatgħat idumu fil-kmamar kesħin ivarja skont il-piż tagħhom u jista’ jkun bejn 30 u 90 jum. Madankollu, dan l-istadju jista’ jiġi estiż aktar, biex jikkoinċidi mal-istadju tat-tnixxif/tal-maturazzjoni, ħalli jinkisbu l-kundizzjonijiet ambjentali naturali tat-temperatura u tal-umdità relattiva meħtieġa biex jiġi ggarantit li l-prodott jitħejja b’mod korrett bil-mod tradizzjonali.”

Raġuni:

Il-formulazzjoni l-ġdid proposta hija allinjata aħjar mal-prattiki tal-produzzjoni tradizzjonali u d-drawwiet fit-territorju tad-DOP bħala riżultat tal-klima partikolari tiegħu. Storikament, it-temperaturi f’din iż-żona huma aktar estremi minn f’żoni oħra tal-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel fi Spanja, u dan jaffettwa t-temperatura fil-kmamar tat-tnixxif naturali, u jagħmilha ogħla fix-xhur tas-sajf u aktar baxxa fix-xitwa. Bħala riżultat tat-temperaturi għoljin fix-xhur tas-sajf, jista’ jkun meħtieġ li l-qatgħat jingħataw perjodu ta’ aġġustament bejn il-kamra ta’ wara t-tmelliħ u l-kamra tat-tnixxif naturali, fejn it-temperaturi jistgħu jilħqu t-30 °C. Dan jagħmilha possibbli li jiġu evitati varjazzjonijiet f’daqqa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura u tal-umdità relattiva esperjenzati mill-prieżet u l-ispalel meta jgħaddu minn stadju għal ieħor, peress li dan jista’ jirriżulta f’qatgħat ippreservati b’mod mhux uniformi.

7.

Fir-rigward tal-proċess tat-tnixxif/tal-maturazzjoni tal-qatgħat, il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.3, “Fir-rigward tal-ipproċessar industrijali”):

“Dan il-proċess huwa stmat li jdum madwar 6 xhur.”

ġie ssostitwit b’dan li ġej:

“Dan il-proċess huwa stmat li jdum bejn 6 xhur u sena.”

Raġuni:

Il-formulazzjoni l-ġdida hija allinjata aħjar mal-prattiki tradizzjonali u d-drawwiet fil-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel fit-territorju tad-DOP, mingħajr ma taffettwa l-kwalità jew il-karattru speċifiku tal-prodotti. L-istabbiliment ta’ firxa (“bejn 6 xhur u sena”) jipprovdi aktar ċarezza mill-istima tat-tul ta’ żmien tas-soltu (“madwar 6 xhur”).

8.

Il-perjodi minimi ta’ preservazzjoni ġew allinjati mal-Istandard ta’ Kwalità Iberiku l-ġdid billi l-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar il-proċess ta’ tqaddim fl-imħażen (it-Taqsima E.3, “Fir-rigward tal-ipproċessar industrijali”) ġie ssostitwit:

“Il-qatgħat jitqaddmu fil-maħżen għal mill-inqas 18-il xahar mill-bidu tal-proċess tal-produzzjoni tal-prieżet, u 12-il xahar għall-qatgħat tal-ispalla.”

bil-paragrafu li ġej:

“Il-qatgħat jitqaddmu fil-maħżen għal mill-inqas sentejn mill-bidu tal-proċess tal-produzzjoni tal-prieżet u sena għall-qatgħat tal-ispalla.”

Bl-istess mod, il-paragrafu li ġej fit-Taqsima 4.2, “Deskrizzjoni”, tad-Dokument Uniku l-qadim:

“Iż-żmien minimu tal-preservazzjoni huwa ta’ 12-il xahar għall-ispalel u ta’ 18-il xahar għall-prieżet.”

ġie ssostitwit b’dan li ġej (it-Taqsima 3.2, “Deskrizzjoni tal-prodott”):

“Iż-żmien minimu tal-preservazzjoni huwa ta’ sena għall-ispalel u ta’ sentejn għall-prieżet.”

Raġuni:

B’riżultat tal-perjodi minimi ta’ preservazzjoni stabbiliti fl-Istandard ta’ Kwalità Iberiku l-ġdid, huwa meħtieġ li jiżdied iż-żmien tat-tqaddim għall-prieżet, li bl-ebda mod ma jnaqqas ir-rekwiżiti tal-kwalità.

9.

Il-paragrafu li ġej fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima E.3, “Fir-rigward tal-ipproċessar industrijali”) u fid-Dokument Uniku (it-Taqsima 3.5, “Regoli speċifiċi dwar it-tfettit, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.”) dwar l-immaniġġar tal-prodott lest:

L-imħażen irreġistrati jistgħu jiġu awtorizzati biex jikkummerċjalizzaw il-prieżet u l-ispalel “Los Pedroches” bl-għadam imneħħi bħala “qatgħat ċentrali”, “qatgħat” jew “porzjonijiet”, dment li jkun hemm garanzija li l-provenjenza tal-prodott ma tkunx ristretta għaż-żona tal-produzzjoni u l-preparazzjoni.

ġie emendat biex jaqra kif ġej:

Il-prieżet u l-ispalel tad-DOP “Los Pedroches” jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ bl-għadam imneħħi, bħala qatgħat ċentrali, qatgħat jew porzjonijiet, dment li jkunu ppakkjati u li l-oriġini tagħhom tkun tista’ tiġi identifikata. Din l-operazzjoni tista’ titwettaq minn operaturi li jkunu aċċettaw u jikkonformaw mal-protokoll operattiv stabbilit mill-Bord Regolatorju biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà, l-oriġini, l-identifikazzjoni u l-kwalità finali tal-prodott, u jiddaħħlu għal dan il-għan fir-reġistri tal-Bord Regolatorju.

Raġuni:

Biex jiġu pprovduti garanziji akbar dwar iż-żamma tat-traċċabbiltà tal-prodott.

10.

Fid-Dokument Uniku, it-taqsima “Metodu tal-produzzjoni” tneħħiet kompletament sabiex jiġi allinjat mal-format il-ġdid previst fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014.

5.5.   Rabta

1.

It-taqsima dwar ir-rabta ġiet riformulata.

L-ispjegazzjoni li ġejja fit-Taqsima F, “Rabta mal-ambjent ġeografiku”, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u l-ispjegazzjoni ekwivalenti fit-Taqsima 4.6, “Rabta”, tal-iskeda sommarja):

Fiż-żona magħrufa ġeografikament bħala “Los Pedroches”, u b’mod ġenerali madwar iż-żona kollha fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba, hemm madwar 300 000 ettaru ta’ dehesa ta’ ballut, li jikkostitwixxu 10 % tat-total nazzjonali, li huwa madwar 3 miljun ettaru. Bħala parti minn din is-sistema ta’ agrikoltura, forestrija u ragħa, il-bhejjem ilhom jitrabbew f’sistema ta’ trobbija estensiva minn żmien il-qedem, bl-eżempju l-aktar prominenti tagħha jkun it-trobbija tal-ħnieżer Iberiċi, li tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal nutrittiv tal-ġandar. Mingħajr il-preżenza tal-ħnieżer, din l-ekosistema x’aktarx li tisparixxi.

Din il-foresta fertili, li fil-passat kienet tkopri parti kbira mir-reġjun tal-Mediterran, tnaqqset għal għadd ta’ żoni fi Spanja, bħal dik inkwistjoni, minħabba dubji dwar il-vijabbiltà ekonomika tagħha. Dawn id-dehesas kienu nxtraw mill-Kuruna fis-seklu 16 u l-biċċa l-kbira tagħhom inbigħu bi rkant għall-biedja f’sistemi differenti, fosthom ir-ragħa f’art imsaġġra. Iktar tard, fis-seklu 19, l-artijiet tneħħew mis-sjieda tal-Knisja jew tan-nobbli u tpoġġew fis-suq; madankollu, il-kultivazzjoni tagħhom baqgħet issorveljata, li, flimkien ma’ leġiżlazzjoni sussegwenti li rregolat il-qtugħ u l-ħarsien tal-foresti tal-ballut, għamlitha possibbli li din l-ekosistema tibqa’ teżisti sal-lum.

Id-densità attwali tas-siġar tal-ġeneru “Quercus” fid-dehesa ta’ “Los Pedroches” tvarja bejn 40 u 50 għal kull ettaru. Il-prattika taż-żrigħ taċ-ċereali fid-dehesa qed tiġi abbandunata fil-parti tal-Lvant tad-distrett, għalkemm ġiet ippreservata fil-Punent. B’mod ġenerali, kull 8 snin ikun hemm sena ta’ produzzjoni għolja. Il-ħsad medju tal-ġandar fir-reġjun tagħna huwa ta’ madwar 1 000 kg/ha.

Il-ħanżir Iberiku huwa bla dubju l-aktar annimal adattat għas-sistema tar-ragħa f’art imsaġġra minħabba l-imġiba tiegħu, li tagħmlu naturalment adattat għal din is-sistema. Dan l-annimal, li jitlesta b’din is-sistema ta’ tagħlif, huwa l-uniku wieħed li kapaċi jipprovdi lill-industrija bil-materja prima għall-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam li huma tant popolari mal-konsumaturi finali.

Din is-sistema ta’ trobbija ddum mill-inqas 15-il xahar, li l-aħħar 4 jew 5 minnhom jintużaw għar-ragħa f’art imsaġġra. Dan l-istadju jibda fl-aħħar ta’ Ottubru jew fil-bidu ta’ Novembru skont is-sena u jista’ jdum sal-bidu ta’ Marzu. Matulu, l-annimali jlestu t-tismin tagħhom, u jagħmlu użu b’mod kompletament naturali u f’sistema ta’ trobbija fil-beraħ tal-frott tal-ballut, tal-ballut tas-sufra u tal-ballut tal-galla – il-ġandar – u l-mergħat naturali li jeżistu f’dan iż-żmien tas-sena f’din iż-żona. Ta’ min jinnota li din hija l-unika żona tad-dehesa li fiha l-ballut tal-galla jipproduċi l-frott. Il-ġandar ta’ din l-ispeċi jsir madwar 20 jum qabel il-bqija tal-ġeneru “Quercus”, u b’hekk iressaq ’il quddiem il-perjodu ta’ ragħa f’art imsaġġra għall-ħnieżer Iberiċi. Dan huwa sinifikanti ħafna għall-karatteristiċi tal-prodotti koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta. Ta’ min jinnota li l-ħnieżer fiż-żona ta’ “Los Pedroches” huma l-uniċi li jieklu ammont sinifikanti ta’ ġandar minn din is-siġra, u dan huwa sinifikanti f’termini tar-rabta bejn il-prodott u ż-żona koperta mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

L-aktar tipi komuni tal-ħanżir Iberiku fid-distrett inkwistjoni huma l-lampiño, in-negra entrepelada, ir-retinta u t-torbiscal. Nixtiequ nenfasizzaw ukoll l-isforzi li qed isiru bħalissa biex jiġi rkuprat it-tip “negro de Los Pedroches”, varjetà indiġena għad-distrett tagħna li kważi ġiet estinta iżda li issa qegħdin nippruvaw inreġġgħuha lura.

Mid-data storika tal-produzzjoni għal dan l-annimal miġbura mill-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali tal-Gvern tal-Andalusija, nistgħu niddeduċu li, fiż-żona tal-produzzjoni tagħna, madwar 50 000 ħanżir jissemmnu fuq il-ġandar kull sena, b’din iċ-ċifra tvarja skont l-ammont ta’ frott prodott fid-dehesa kull sena.

Dan it-tip ta’ ġestjoni tal-bhejjem, li l-karatteristika ewlenija tiegħu hija r-ragħa f’art imsaġġra tradizzjonali msemmi hawn fuq bħala l-aħħar stadju tat-tismin, jiżgura l-istabbiliment ta’ xaħam li l-punt tat-tidwib tiegħu jonqos hekk kif jiġu kkunsmati aktar ġandar, li jagħti lill-qatgħat l-aroma u n-natura tarija mfittxija ħafna tagħhom, u l-eżerċizzju fiżiku li jagħmlu l-ħnieżer jagħtu lill-prodott konsistenza muskolari aktar densa li permezz tagħha x-xaħam ikun aktar evidenti.

Il-kwalità sensorjali straordinarja tal-prieżet u tal-ispalel koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta hija għalhekk assoċjata ma’ sistema ta’ trobbija unika u esklużiva fuq skala globali – jiġifieri s-sistema ta’ ragħa msemmija qabel – li tagħmel użu tajjeb mir-riżorsi naturali tad-dehesa għall-aħħar stadju tat-tismin, primarjament il-ġandar u l-ħaxix, u dan huwa l-fattur essenzjali li jagħti lill-prodott xaħam ta’ tip li huwa impossibbli li jiġi imitat minn metodi oħra ta’ produzzjoni.

Fid-dehesas fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba, insibu l-ogħla perċentwal ta’ ballut meta mqabbel ma’ speċijiet oħra fil-ġeneru Quercus sp. fi kwalunkwe post ieħor fil-Peniżola Iberika. Dan huwa sinifikanti f’termini tat-tip ta’ ġandar li jieklu l-ħnieżer fiż-żona ġeografika koperta mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

L-importanza tal-mergħa tad-dehesa fid-dieta tal-ħnieżer Iberiċi mrobbija f’sistemi ta’ trobbija estensivi fid-dehesa għandha tiġi nnotata wkoll bħala fattur li jikkaratterizza u jiddistingwi l-prodott lest protett minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini u għalhekk ir-rabta tal-prodott maż-żona ġeografika. Il-kwantità u t-tip ta’ veġetazzjoni preżenti fid-dehesas ta’ “Los Pedroches” matul is-sena ma humiex normali, peress li huma differenti mill-veġetazzjoni preżenti fid-dehesas l-oħra. Għal darba oħra, dan juri l-importanza tal-ġandar u l-mergħat f’żona speċifika biex jiddistingwu l-prodott u fid-determinazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi finali tiegħu.

Fil-fatt, is-suq waħdu huwa prova tal-eċċellenza tal-prieżet u l-ispalel “Los Pedroches”, peress li proporzjon kbir tal-annimali magħżula, imrobbija u msemmna fiż-żona sabiex jinkiseb ikel ta’ kwalità nutrittiva għolja tradizzjonalment kienu jiġu esportati lejn partijiet oħra tal-pajjiż, fejn kienu jiġu mbiċċra. Il-preparazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tagħhom tawhom valur miżjud sinifikanti.

Madankollu, din is-sitwazzjoni, li kienet qiegħda żżomm lura l-ekonomija tad-distrett, qiegħda tinbidel, u fis-snin 80 bdew jitwaqqfu għadd dejjem jikber ta’ impriżi fid-distrett, li jipproċessaw il-karkassi tal-ħnieżer Iberiċi prodotti fir-reġjun tagħna u li jikkonċentraw fuq il-preparazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, speċjalment tal-aħjar qatgħat tal-ħanżir.

Is-suċċess futur ta’ dawn l-impriżi jinsab fil-fehim perfett tagħhom tal-fatt li l-kwalità kulinari tal-prodotti aktar fini tal-ħanżir Iberiku tiġi mill-finitura tal-kwalità intrinsika tal-materja prima b’tekniki ta’ produzzjoni artiġjanali. L-akbar kisba tagħhom kienet li ħadu t-tekniki tal-produzzjoni li ġew stabbiliti u żviluppati fid-distrett tagħna matul is-snin u adattawhom għall-proċessi industrijali moderni, filwaqt li xorta baqgħu jirrispettaw l-essenza bażika ta’ kull wieħed mill-passi involuti fil-ħolqien tal-perżut, mir-rekwiżit li l-annimali jitħallew jistrieħu sal-preżentazzjoni finali lill-konsumaturi. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ dawn it-tekniki kollha introduċa titjib, bħall-kapaċità li jiġu kkontrollati l-impatti klimatiċi potenzjali, l-eliminazzjoni tal-effetti ta’ ħsara li jistgħu jinqalgħu f’xi snin u l-monitoraġġ u l-istandardizzazzjoni tal-prodott f’diversi ċikli ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Il-produzzjoni hija bbażata fuq it-trattament u l-ispezzjoni individwali ta’ kull biċċa, altitudni medja ta’ madwar 700 m ’il fuq mil-livell tal-baħar u l-klima kontinentali kiesħa u niexfa li tipprevali fiż-żona matul l-istaġun tal-produzzjoni.

Dan il-proċess kollu jipprovdilna prodott lest li jkollu dehra ta’ xaħam intramuskolari meta jinqata’ u aroma u natura mmerqa mingħajr paragun fost il-laħam kollu ppreservat l-ieħor fid-dinja. Is-suq mhux biss jirrikonoxxi dawn il-punti, iżda l-kwalità partikolari tal-prieżet u l-ispalel ta’ “Los Pedroches” minħabba l-oriġini preċiża tagħhom hija wkoll rikonoxxuta xjentifikament.

ġiet sostitwita b’dan li ġej fit-Taqsima F, “Rabta mal-ambjent ġeografiku”, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Ir-rabta maż-żona ġeografika hija bbażata fuq fatturi naturali, fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u fuq il-metodu tal-produzzjoni speċifiku użat fiż-żona ġeografika ddefinita. Speċifikament, l-ekosistema partikolari taż-żona ġeografika għandha influwenza fuq is-sistema li fiha jitrabbew l-annimali u tippermettilhom jiġu mitmugħa bl-użu ta’ firxa ta’ riżorsi naturali li jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni, prinċipalment l-istadji ta’ tnixxif u maturazzjoni li jseħħu f’ambjent naturali u li jieħdu vantaġġ mill-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona, jiddetermina wkoll l-iżvilupp tal-aroma u t-togħma tal-prodott.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet naturali, fiż-żona magħrufa ġeografikament bħala “Los Pedroches”, u b’mod ġenerali madwar iż-żona kollha fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba, hemm madwar 300 000 ettaru ta’ dehesa ta’ ballut, li jikkostitwixxu 10 % tat-total nazzjonali, li huwa madwar 3 miljun ettaru. Din is-sistema partikolari ta’ agrikoltura, forestrija u ragħa għamlitha possibbli li l-bhejjem jitrabbew f’sistema ta’ trobbija estensiva minn żmien il-qedem, bl-eżempju l-aktar prominenti tagħha jkun it-trobbija tal-ħnieżer Iberiċi, li tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal nutrittiv tal-ġandar. Mingħajr il-preżenza tal-ħnieżer, din l-ekosistema x’aktarx li tisparixxi.

Għalhekk, il-kundizzjonijiet naturali speċifiċi għaż-żona jaffettwaw l-ewwel nett is-sistema li fiha jitrabbew l-annimali, biex b’hekk ikunu jistgħu jlestu t-tismin tagħhom billi jagħmlu l-aħjar użu, b’mod kompletament naturali u f’sistema ta’ trobbija estensiva, tal-frott tal-ballut, tal-ballut tas-sufra u tal-ballut tal-galla – il-ġandar – u l-mergħat naturali offruti mid-dehesa. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-ħanżir Iberiku, minħabba l-imġiba tiegħu, huwa l-aktar annimal adattat għat-tagħlif permezz tar-ragħa naturali f’art imsaġġra.

L-aktar tipi komuni tal-ħanżir Iberiku fid-distrett huma l-lampiño, in-negra entrepelada, ir-retinta u t-torbiscal. Nixtiequ nenfasizzaw ukoll l-isforzi li qed isiru bħalissa biex jiġi rkuprat it-tip “negro de Los Pedroches”, varjetà indiġena għaż-żona tagħna.

Barra minn hekk, “Los Pedroches” hija l-unika żona tad-dehesa li fiha l-ballut tal-galla jipproduċi l-frott. Il-ġandar ta’ din l-ispeċi jsir madwar 20 jum qabel il-bqija tal-ġeneru “Quercus”, biex b’hekk jippermetti li jitressaq ’il quddiem il-perjodu ta’ ragħa f’art imsaġġra għall-ħnieżer Iberiċi. Dan l-istadju jibda fl-aħħar ta’ Ottubru jew fil-bidu ta’ Novembru, skont is-sena, u jista’ jdum sal-bidu ta’ Marzu. Kif ġie spjegat, l-annimali jtemmu t-tismin permezz tar-riżorsi naturali taż-żona u, f’dan il-każ partikolari, jieklu ħafna mill-ġandar tas-siġar inkwistjoni.

B’dan il-mod, id-dieta tal-annimali li jipprovdu l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP hija kkaratterizzata mit-tip ta’ ġandar li jikkunsmaw, filwaqt li jitfakkar li d-dehesas fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba fihom l-ogħla perċentwal ta’ ballut, meta mqabbel ma’ speċijiet oħra tal-ġeneru “Quercus”, fil-Peniżola Iberika kollha. Id-dieta tal-annimali hija kkaratterizzata wkoll mill-mergħat, il-ħaxix, il-qasbija fir-raba’ tal-ħrit u sustanzi naturali oħra fid-dehesa.

Fl-aħħar nett, dan it-tip ta’ sistema ta’ ragħa estensiva, li l-karatteristika ewlenija tagħha hija r-ragħa f’art imsaġġra, jipprovdi lill-prieżet u lill-ispalel koperti mid-DOP b’firxa ta’ idrokarburi ramifikati mill-ġandar u mill-ħaxix ikkunsmati mill-ħnieżer, kif ukoll b’xaħam b’punt ta’ tidwib aktar baxx minn xaħmijiet oħra tal-annimali. Dan juri l-impatt li l-fatturi naturali preżenti fiż-żona għandhom fuq il-kwalità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott miksub.

Dawn iċ-ċirkostanzi, flimkien ma’ proċess tal-produzzjoni sussegwenti li jiddependi ħafna fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi naturali fiż-żona, b’mod partikolari l-istadji li jseħħu fil-kmamar tat-tnixxif naturali u fl-imħażen, jagħtu lok għall-komposti responsabbli għat-togħma u l-aroma karatteristiċi tal-prieżet u l-ispalel ta’ “Los Pedroches”, kif huwa spjegat hawn taħt.

Iż-żona ġeografika ddefinita (fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba u li tikkonsisti minn muniċipalitajiet li jinsabu fil-Valle de Los Pedroches, il-Valle del Guadiato u s-Sierra de Córdoba, kollha ogħla minn 300 metru u b’altitudni medja ta’ madwar 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar) għandha l-klima tagħha, distinta minn dik tal-bqija tal-provinċja u tal-Andalusija. Iż-żona tinsab fil-qalba tas-Sierra Morena, li fin-Nofsinhar tagħha għandha sensiela ta’ sriebet ta’ muntanji li jiffurmaw parti mis-Sierra Morena. Fil-Punent u l-Majjistral, tmiss max-Xmara Zújar; fit-Tramuntana, max-Xmara Guadalmez; u fil-Lvant, max-Xmara Yeguas. Dawn kollha huma appoġġati minn sriebet ta’ muntanji baxxi li jikkuntrastaw mal-pjanura kbira li tifforma d-distrett kollu kemm hu. Il-klima distinta taż-żona hija r-riżultat tan-natura iżolata tagħha minħabba s-sriebet tal-muntanji tas-Sierra Morena u l-Cordilleras Béticas.

Il-klima hija tat-tip Mediterranja subumda, għalkemm hija kkaratterizzata minn natura kontinentali, bi xtiewi twal u kesħin li jġibu ġlata ħarxa u xita irregolari, u sjuf sħan u xotti. L-aspett kontinentali jimmanifesta ruħu prinċipalment fis-sistema tax-xita u fil-varjazzjonijiet fit-temperatura ta’ kuljum u ta’ kull sena, b’dawn tal-aħħar ikunu pjuttost estensivi u b’differenzi notevoli bejn ix-xitwa u s-sajf. Il-jiem bnazzi jew jiem bi ftit sħab jippredominaw, u l-għadd medju ta’ sigħat ta’ xemx huwa ta’ iktar minn 2 500 fis-sena.

It-temperaturi jvarjaw ħafna minn staġun għall-ieħor, u anke matul il-jum. Madankollu, it-temperatura hija uniformi fiż-żona kollha, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 26 °C sa 27 °C fis-sajf u minn 7 °C sa 8 °C fix-xitwa. Matul il-perjodu tas-sajf, u b’mod partikolari f’Lulju u Awwissu, ikun hemm l-ogħla temperaturi, li xi drabi jaqbżu l-35 °C matul il-jum, filwaqt li billejl jinżlu għal 18-20 °C. Fix-xitwa, it-temperaturi huma ferm aktar baxxi, u jvarjaw minn massimu medju ta’ bejn 10 °C u 15 °C għal minimu medju ta’ bejn -2 °C u 2 °C.

Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi jippermettu li l-perżut jinxef fi kmamar tat-tnixxif naturali. Il-qatgħat jiddendlu u jiġu esposti għall-kundizzjonijiet klimatiċi tal-madwar, filwaqt li l-livelli meħtieġa ta’ temperatura u umdità jinkisbu sempliċiment billi jinfetħu u jingħalqu t-twieqi. Dan l-istadju jirriżulta fl-istabbiltà tal-kulur u jnixxef il-perżut sal-grad li jiżgura l-istabbiltà finali tiegħu. Barra minn hekk jinkoraġġixxi l-formazzjoni ta’ komposti responsabbli għat-togħma (aċidi amminiċi liberi) u l-aroma (il-proċessi tal-proteoliżi u tad-degradazzjoni tal-lipidi) tal-perżut. Għal dan il-għan, il-perżut huwa espost għal temperaturi progressivament ogħla u umdità relattiva aktar baxxa; wieħed għandu jżomm f’moħħu li din il-fażi normalment tikkoinċidi mal-istaġun tas-sajf, li jirriżulta f’żidiet gradwali fit-temperatura minn 15-18 °C għal 28-30 °C u umdità relattiva ta’ 60-80 %. Din iż-żieda fit-temperatura żżid id-diffużjoni tal-melħ u d-deidratazzjoni, li jwassal għal livelli bbilanċjati ta’ melħ u għal disponibbiltà tal-ilma bejn iż-żoni esterni u interni, u jirrilaxxa prodotti tal-proteoliżi, li jimpedixxu l-attività tal-ilma (aw).

Fl-aħħar nett, il-prieżet u l-ispalel jiġu mċaqalqa lejn l-imħażen fejn isir l-aħħar stadju tal-preservazzjoni, u fejn jimmaturaw bil-mod. F’dan l-aħħar stadju, il-proċess kimiku li jkun beda fl-istadju preċedenti jkompli, bħalma jkomplu r-reazzjonijiet li jiġġeneraw il-komposti responsabbli għat-togħma u l-aroma karatteristiċi tal-laħam. It-temperatura, l-umdità relattiva u l-aw aktar baxxi jikkawżaw il-kondensazzjoni tal-prodotti tal-idroliżi intensa tal-lipidi u l-proteini. Dawn huma komposti b’piż molekulari baxx u b’potenzjal għoli ta’ togħma u aroma: peptidi, aċidi amminiċi u ammini mill-idroliżi tal-proteini, u aċidi xaħmin liberi, aldeidi, ketoni, alkoħols, esteri u idrokarburi mill-idroliżi tal-lipidi u l-ossidazzjoni. Kif ġie spjegat hawn fuq, hemm ukoll firxa ta’ idrokarburi ramifikati minn prodotti tal-pjanti, ġandar u ħaxix, li jagħmlu parti mid-dieta tal-ħnieżer.

Fl-aħħar nett, dawn il-fatturi tal-proċess tal-produzzjoni (prinċipalment it-temperatura, l-attività tal-ilma u l-konċentrazzjoni tal-melħ) jiddeterminaw il-popolazzjoni mikrobika fuq il-wiċċ tal-prieżet u l-ispalel ippreservati, li jikkonsistu prinċipalment minn ħmira, moffa u micrococcaceae, li huma l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali milħuqa. Dawn jinfluwenzaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali permezz tal-prodotti volatili li jiġġeneraw. F’dan ir-rigward, hemm evidenza xjentifika li turi r-rwol li għandhom il-mikroorganiżmi fil-proċessi proteolitiċi u lipolitiċi li jseħħu matul il-maturazzjoni tal-perżut tal-ħnieżer Iberiċi (Núñez et al., 1998, Rodríguez et al., 1998) u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-aroma u t-togħma tal-laħam (Martín et al., 2004, 2006; Andrade, 2009).

u bl-istess kontenut fit-Taqsima 5, “Rabta maż-żona ġeografika”, tad-Dokument Uniku, bl-eċċezzjoni tad-disa’ paragrafu, li ġie fformulat b’mod aktar konċiż:

“Iż-żona ġeografika ddefinita (li tikkonsisti minn muniċipalitajiet li jinsabu fil-Valle de Los Pedroches, il-Valle del Guadiato u s-Sierra de Córdoba, kollha ogħla minn 300 metru u b’altitudni medja ta’ madwar 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar) għandha l-klima tagħha, distinta minn dik tal-bqija tal-provinċja u tal-Andalusija, li hija r-riżultat tan-natura iżolata tagħha minħabba s-sriebet tal-muntanji tas-Sierra Morena u l-Cordilleras Béticas.”

Raġuni:

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiġi enfasizzat l-impatt li ż-żona u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni preżenti fiż-żona għandhom matul il-produzzjoni fl-ambjent naturali, u l-influwenza li għandhom fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott finali, flimkien mal-importanza tad-dehesas u s-sistema ta’ trobbija estensiva li fiha jseħħ it-tismin finali tal-ħnieżer, li diġà kienet enfasizzata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott l-oriġinali. Dawn l-aspetti relatati mal-istadju tal-preservazzjoni, li għandhom impatt li ma jistax jiġi nnegat fuq il-karatteristiċi tal-prodott finali (kif huwa enfasizzat fi studju u rapport tekniku dwar l-“Influwenza taż-żona tal-produzzjoni fuq il-preservazzjoni tal-perżut Iberiku tad-DOP “Los Pedroches” mid-dipartiment tar-RŻI taċ-Ċentru tat-Teknoloġija CICAP) bi żball kienu tħallew barra mit-taqsima dwar ir-rabta fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott l-oriġinali.

L-emenda sservi wkoll biex tiġi stabbilita b’mod ċar ir-rabta ta’ kawżalità bejn il-prodott u l-fatturi preżenti fiż-żona ġeografika filwaqt li jiġu evitati referenzi li huma ġeneriċi jew vagi wisq.

5.6.   Tikkettar

1.

L-indikazzjoni tar-razza tal-ħnieżer u tal-għalf fuq it-tikkettar tal-prodotti ġiet inkluża. Il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima H, “Tikkettar”):

[...] li jrid ikollha l-kliem “Denominación de Origen Protegida Los Pedroches” u turi l-grad li għalih tappartjeni l-qatgħa, il-perżut jew l-ispalla, flimkien mal-kategorija tal-għalf.

u l-paragrafu li ġej tad-Dokument Uniku (it-Taqsima 4.8, “Tikkettar”):

[...] bil-kliem “Denominación de Origen ‘Los Pedroches’” u l-kategorija li għaliha tappartjeni l-qatgħa inkwistjoni.

ġew issostitwiti b’dan li ġej (it-Taqsima H, “Tikkettar”, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott il-ġdida u Taqsima 3.6, “Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar”, tad-Dokument Uniku l-ġdid):

[...] bil-kliem “Denominación de Origen Protegida ‘Los Pedroches’” u l-grad li għalih tappartjeni l-qatgħa inkwistjoni (perżut jew spalla), flimkien mal-kategorija tar-razza u tal-għalf.

Raġuni:

L-Istandard ta’ Kwalità jimponi obbligu li jiġi indikat il-perċentwal tar-razza Iberika tal-ħanżir fuq it-tikkettar tal-prodotti, li b’riżultat tiegħu ġiet inkluża referenza għar-razza.

2.

Il-logo uffiċjali tad-DOP, li jidentifika l-prieżet u l-ispalel protetti kollha, ġie riprodott kemm fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll fid-Dokument Uniku:

It-tikketta jrid ikollha wkoll il-logo uffiċjali tad-DOP (riprodott hawn taħt):

Image 1C1602023MT1510120230505MT0004.0001221276Ftehimli jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Piła, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor,kif ukoll(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet,u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta’ Radowo Małe u Osina u l-muniċipalitajiet urbani ta’ Maszewo, Nowogard, Płoty, Golczewo, Gryfice, Dobra, Łobez, Resko u Węgorzyno fil-Provinċja ta’ Zachodniopomorskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1691055,17219674,192692737,14221619,123693771,09224785,264695846,05233241,525697800,71239098,786689034,77237808,887688700,54245043,478687684,41264181,999684723,09259134,4510673948,18266614,0911675598,09237055,2012673865,95223383,3013673409,40219824,2914677185,11213499,7815687174,95217946,8716685637,43221987,2017688367,49223047,4218689636,16219042,50bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 23 li ġejjin:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]19679335,20223870,9520679746,86224268,3121679040,45224478,5522678251,69224485,6323678251,81224056,04b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Karboniferi u Permjani, iwettaq attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Karboniferi u Permjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa’ fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata.5.Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taqa’ d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta’ użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt m’għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Kartuzy (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Kartuzy).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b’tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjati skont it-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta’ kuntatt għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul.2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m’għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq l-indirizz ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovdut l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b’mod sħiħ, parzjalment, b’mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.F’każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x’azzjoni għandhom jieħdu.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt MinerarjuC1602023MT2810120230505MT0005.0001341396Ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor),u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet, u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Kolbudy, Przywidz, Stężyca, Chmielno, Sierakowice, Somonino, Przodkowo, Linia, Szemud, Wejherowo, Łęczyce u Luzino, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Żukowo u Kartuzy u l-bliet ta’ Gdynia u Gdańsk fil-Provinċja ta’ Pomorskie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 5 li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1709648,50467438,932709994,91434842,343737770,93435133,014737259,22467502,295720361,13467514,79b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;–soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Kartuzy (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Kartuzy).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ UżufruttC1602023MT4010120230505MT0006.0001461516Ftehimli jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Gorzów Wielkopolski S, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor,u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet,u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’Lubiszyn, Bogdaniec, Deszczno, Santok, Krzeszyce u Bledzew, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Witnica, Lubniewice u Skwierzyna, u l-bliet ta’ Gorzów Wielkopolski fil-Provinċja ta’ Lubuskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1549450,19244711,632546785,65241113,573540242,75241894,164540873,53247572,855546430,59247861,286547712,18259199,827540414,53256580,458531745,15262931,159531753,26263057,7410521496,05262559,1911521556,67262436,4412521365,66247695,3113528872,38239725,6114528621,24236900,9215527049,18228863,0816540948,98229635,4917547125,25229978,7018550209,91230150,11bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 26 li ġejjin:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]19537338,87235938,8620537381,70235451,8921537161,68235262,6122536191,17234978,9123535945,30236140,7924536032,11236456,8425536631,59236671,4426537053,67236400,94b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 4000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Gorzów Wielkopolski S fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Permjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Permjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 691.38 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat, fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Gorzów Wielkopolski S (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Gorzów Wielkopolski S).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Ministry of Climate and the Environment], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt MinerarjuC1602023MT5210120230505MT0007.0001571626Ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor),u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju ……., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet, u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Korytnica, Wierzbno, Liw, Grębków, Sokołów Podlaski, Bielany, Dobre, Jakubów, Cegłów, Kotuń, Mokobody, Siedlce, Skórzec, Suchożebry, Wiśniew u Wodynie, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Kałuszyn u ta’ Mrozy, u l-bliet ta’ Sokołów Podlaski, ta’ Węgrów u ta’ Siedlce fil-Provinċja ta’ Mazowieckie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 4 u li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1508667,07687397,042508667,07722038,063474026,06722038,064474026,06687397,04b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-art tas-superfiċje u taħt f’fond ta’ 3500 m, diment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W fi żmien sena mid-data tal-konklużjoni tal-Ftehim.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’:1)f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 1200,00 km2.5.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jagħtu d-dritt lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni li juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet kollha neċessarji għal dan l-għan f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġin skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt għall-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;–soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt għall-estrazzjoni taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Siedlce W (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni b’rabta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt

5.7.   Verifiki tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

1.

L-informazzjoni fil-paragrafi li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-Taqsima G, “Verifiki tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott”) ġiet aġġornata:

“Il-verifiki tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott qabel ma l-prodott jiġi introdott fis-suq jitwettqu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006.

Il-korp ta’ spezzjoni kompetenti huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Industrija u l-Kwalità Agroalimentari tal-Ministeru tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-Andalusija – C/ Tabladilla, s/n, 41071 Seville; tel. +34 955032278; faks +34 955032112; posta elettronika: dgipa.cap@juntadeandalucia.es.

Informazzjoni dwar il-korpi inkarigati mill-kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tista’ tinstab fl-indirizz li ġej:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/areas-tematicas/industrias-agroalimentarias/calidad-y-promocion-agroalimentaria/denominaciones-de-calidad/jamones-y-paletas.html.”

Dawn ġew issostitwiti bi:

“Qabel ma l-prodott jiġi introdott fis-suq, jiġi soġġett għal verifiki tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

L-awtorità kompetenti maħtura bħala responsabbli għall-verifiki hija d-Direttorat Ġenerali għall-Industrija Agroalimentari, l-Innovazzjoni u l-Katina tal-Provvista tal-Ikel tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ilma u l-Iżvilupp Rurali tal-Gvern tal-Komunità Awtonoma tal-Andalusija, C/ Tabladilla, s/n, 41071 Seville; tel. +34 955032278; faks +34 955032112; posta elettronika: dgiica.cagpds@juntadeandalucia.es.

Informazzjoni dwar il-korpi inkarigati mill-kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tista’ tinstab fl-indirizz li ġej:

https://www.juntadeandalucia.es/organismos/agriculturaganaderiapescaydesarrollosostenible/areas/industrias-agroalimentarias/calidad/paginas/denominaciones-calidad-jamones-paletas.html”

Raġuni:

Din it-taqsima ġiet emendata minħabba bidliet fl-isem tal-awtorità kompetenti, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u r-rabta li tikkonċerna l-informazzjoni dwar l-entitajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.

Fid-Dokument Uniku, it-taqsima “Korp ta’ Spezzjoni” tneħħiet sabiex jiġi allinjat mal-format il-ġdid previst fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014.

5.8.   Rekwiżiti leġiżlattivi

It-taqsima I, “Rekwiżiti leġiżlattivi”, tħassret għax ma hijiex waħda mit-taqsimiet li jridu jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

DOKUMENT UNIKU

“LOS PEDROCHES”

Nru tal-UE: PDO-ES-0506-AM02 - 29.7.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Los Pedroches”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-karatteristiċi tal-prieżet u l-ispalel tad-DOP “Los Pedroches” fit-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni huma kif ġej:

Dehra viżiva: il-forma tkun tawwalija u rqiqa, li tingħata stil u forma ta’ “V” permezz tal-qatgħa magħrufa bħala “corte serrano”. Meta jinbiegħu sħaħ, il-qawqeb jitħalla sabiex ikun iktar faċli li jiġu identifikati.

Piż minimu ta’ 5,75 kg għall-prieżet u 3,7 kg għall-ispalel.

Kulur karatteristiku roża għal aħmar jagħti fil-vjola u dehra meta jinqata’ b’xaħam infiltrat fil-massa muskolari.

It-togħma tal-laħam ma tantx hija mielħa jew ħelwa. It-togħma tal-laħam hija xotta. L-aroma pjaċevoli u qawwija, bi ħjiel ta’ ġewż inkaljat jew imnixxef, kif inhu tipiku għal dan it-tip ta’ prodott.

Il-konsistenza ma hijiex fibruża ħafna.

Ix-xaħam ileqq u huwa ta’ abjad jagħti fir-roża jew bi sfumaturi safranin; huwa aromatiku, b’togħma pjaċevoli; u l-konsistenza tiegħu tvarja skont il-proporzjon ta’ ġandar fid-dieta.

Id-diversi qatgħat huma kklassifikati skont ir-razza u t-tip ta’ għalf li jkunu kielu l-ħnieżer fl-aħħar stadju tat-tismin, kif ġej:

il-prieżet u l-ispalel “Bellota 100 % Ibérico”: minn ħnieżer 100 % Iberiċi msemmna fl-aħħar stadju f’sistema ta’ ragħa f’art imsaġġra fid-dehesa u magħlufa biss bil-ġandar u l-ħaxix.

il-prieżet u l-ispalel “Cebo de Campo 100 % Ibérico”: minn ħnieżer 100 % Iberiċi msemmna bir-ragħa fid-dehesas fir-reġjun tagħna, prinċipalment fuq riżorsi naturali mid-dehesa u supplimentati jekk meħtieġ b’razzjon ta’ kuljum ta’ għalf.

Iż-żmien minimu tal-preservazzjoni huwa ta’ sena għall-ispalel u ta’ sentejn għall-prieżet.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima

Saqajn tal-ħanżir minn:

Ħnieżer “Bellota”: dieta finali bbażata esklużivament fuq il-ġandar u l-ħaxix fid-dehesas taż-żona ġeografika ddefinita. Għalhekk l-għalf jiġi kollu miż-żona ġeografika ddefinita f’dan id-dokument.

Ħnieżer “Cebo de Campo”: fl-aħħar stadju tat-tismin tagħhom il-ħnieżer jitrabbew bir-ragħa fid-dehesas taż-żona ġeografika ddefinita u jintgħalfu prinċipalment bi prodotti naturali bħall-fdalijiet tal-ġandar, il-ħaxix jew il-qasbija taċ-ċereali fir-raba’ tal-ħrit skont l-istaġun. Dan jiġi ssupplimentat bl-għalf fejn meħtieġ. Il-proporzjon tal-għalf li jkun ġej miż-żona ġeografika deskritta f’dan id-dokument għandu jkun mill-inqas ta’ 65 %.

Għalf

L-għalf użat biex jissupplimenta l-ikel tal-ħnieżer “Cebo de Campo” huwa magħmul minn taħlita magħmula prinċipalment minn ċereali (qamħ, xgħir u qamħirrum) u, f’ammont inqas, legumi (piżelli u fażola tas-sojja). Proporzjon sinifikanti tal-ingredjenti jiġi mill-produzzjoni tradizzjonali fi ħdan iż-żona ġeografika, iżda proporzjon żgħir tal-ingredjenti, bħas-sojja, ma jiġix minnha. Dan ifisser li ma huwiex teknikament possibbli li l-għalf jiġi kompletament miż-żona ġeografika ddefinita; għalhekk ġie permess li jiżdied għalf li jiġi minn barra ż-żona.

Kif ġie spjegat fit-Taqsima 5 ta’ dan id-dokument, huma r-riżorsi tal-mergħa tad-dehesa li jiddeterminaw il-kwalità kemm tal-materjal użat biex isiru l-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP, kif ukoll tal-prodott innifsu. Għalhekk, l-użu ta’ għalf li jiġi minn barra ż-żona ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott assoċjat mal-ambjent ġeografiku.

Fi kwalunkwe każ, is-sistema tar-ragħa tradizzjonali meħtieġa mis-sistema tat-trobbija u tat-tismin stess, u l-fatt li ammont żgħir biss ta’ għalf jista’ jiġi prodott barra mit-territorju, jiżguraw li l-perċentwal tal-materja niexfa totali li tittiekel li tkun oriġinat fiż-żona ġeografika – fil-każ tal-ħnieżer “Cebo de Campo” (li l-ikel tagħhom huwa ssupplimentat mill-għalf) – ikun ogħla b’mod sinifikanti mill-minimu permess mil-leġiżlazzjoni applikabbli (l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013).

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni jsiru fiż-żona ġeografika. Dawn huma kif ġej:

It-trobbija u t-tismin tal-ħnieżer, li s-saqajn tagħhom jintużaw biex isir il-prodott kopert.

Il-qatla tal-annimal u t-tqattigħ tal-laħam.

L-istadji kollha tal-preparazzjoni, li jinkludu: it-tmelliħ, il-ħasil, l-istadju fejn jitħalla joqgħod, it-tnixxif/il-maturazzjoni u t-tqaddim fl-imħażen.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tfettit, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-prieżet u l-ispalel tad-DOP “Los Pedroches” jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ bl-għadam imneħħi, bħala qatgħat ċentrali, qatgħat jew porzjonijiet, dment li jkunu ppakkjati u li l-oriġini tagħhom tkun tista’ tiġi identifikata. Din l-operazzjoni tista’ titwettaq minn operaturi li jkunu aċċettaw u jikkonformaw mal-protokoll operattiv stabbilit mill-Bord Regolatorju biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà, l-oriġini, l-identifikazzjoni u l-kwalità finali tal-prodott, u jiddaħħlu għal dan il-għan fir-reġistri tal-Bord Regolatorju.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-Bord Regolatorju jeħtieġlu iwaħħal tikketta sekondarja ma’ kull qatgħa, sabiex tkun viżibbli bis-sħiħ u b’tali mod li tipprevjeni l-użu mill-ġdid, bil-kliem “Denominación de Origen Protegida ‘Los Pedroches’” u l-grad li għalih tappartjeni l-qatgħa inkwistjoni (perżut jew spalla), flimkien mal-kategorija tar-razza u tal-għalf.

It-tikketta jrid ikollha wkoll il-logo uffiċjali tad-DOP (riprodott hawn taħt):

Image 2C1602023MT1510120230505MT0004.0001221276Ftehimli jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Piła, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor,kif ukoll(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet,u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta’ Radowo Małe u Osina u l-muniċipalitajiet urbani ta’ Maszewo, Nowogard, Płoty, Golczewo, Gryfice, Dobra, Łobez, Resko u Węgorzyno fil-Provinċja ta’ Zachodniopomorskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1691055,17219674,192692737,14221619,123693771,09224785,264695846,05233241,525697800,71239098,786689034,77237808,887688700,54245043,478687684,41264181,999684723,09259134,4510673948,18266614,0911675598,09237055,2012673865,95223383,3013673409,40219824,2914677185,11213499,7815687174,95217946,8716685637,43221987,2017688367,49223047,4218689636,16219042,50bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 23 li ġejjin:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]19679335,20223870,9520679746,86224268,3121679040,45224478,5522678251,69224485,6323678251,81224056,04b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Karboniferi u Permjani, iwettaq attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Karboniferi u Permjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN… (ammont) (fi kliem: zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taqa’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa’ fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata.5.Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taqa’ d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m’għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta’ użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt m’għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Kartuzy (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Kartuzy).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b’tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjati skont it-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta’ kuntatt għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul.2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m’għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq l-indirizz ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovdut l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b’mod sħiħ, parzjalment, b’mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.F’każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x’azzjoni għandhom jieħdu.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju m’għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt MinerarjuC1602023MT2810120230505MT0005.0001341396Ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru …minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor),u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet, u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Kolbudy, Przywidz, Stężyca, Chmielno, Sierakowice, Somonino, Przodkowo, Linia, Szemud, Wejherowo, Łęczyce u Luzino, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Żukowo u Kartuzy u l-bliet ta’ Gdynia u Gdańsk fil-Provinċja ta’ Pomorskie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 5 li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1709648,50467438,932709994,91434842,343737770,93435133,014737259,22467502,295720361,13467514,79b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Kartuzy fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 900.35 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;–soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Kartuzy (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Kartuzy).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ UżufruttC1602023MT4010120230505MT0006.0001461516Ftehimli jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Gorzów Wielkopolski S, minn hawn ’il quddiem il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor,u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet,u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’Lubiszyn, Bogdaniec, Deszczno, Santok, Krzeszyce u Bledzew, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Witnica, Lubniewice u Skwierzyna, u l-bliet ta’ Gorzów Wielkopolski fil-Provinċja ta’ Lubuskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (18) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1549450,19244711,632546785,65241113,573540242,75241894,164540873,53247572,855546430,59247861,286547712,18259199,827540414,53256580,458531745,15262931,159531753,26263057,7410521496,05262559,1911521556,67262436,4412521365,66247695,3113528872,38239725,6114528621,24236900,9215527049,18228863,0816540948,98229635,4917547125,25229978,7018550209,91230150,11bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 19 sa 26 li ġejjin:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]19537338,87235938,8620537381,70235451,8921537161,68235262,6122536191,17234978,9123535945,30236140,7924536032,11236456,8425536631,59236671,4426537053,67236400,94b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 4000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Gorzów Wielkopolski S fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’:1)f’formazzjonijiet Permjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe xogħol u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Permjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 691.38 km2.5.Id-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f’dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat, fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt minerarju;soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt minerarju taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Gorzów Wielkopolski S (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ Gorzów Wielkopolski S).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Ministry of Climate and the Environment], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt MinerarjuC1602023MT5210120230505MT0007.0001571626Ftehim li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehimkonkluż f’Varsavja fi … bejn:it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u għall-Ambjent, li għalih u f’ismu … jaġixxi permezz tal-prokura Nru … minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-Teżor),u… (isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi … (indirizz sħiħ), irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju ……., irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni,minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala Parti jew flimkien imsejħin il-Partijiet, u jiddikjara kif ġej:Taqsima 11.It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-sottostrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’: Korytnica, Wierzbno, Liw, Grębków, Sokołów Podlaski, Bielany, Dobre, Jakubów, Cegłów, Kotuń, Mokobody, Siedlce, Skórzec, Suchożebry, Wiśniew u Wodynie, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Kałuszyn u ta’ Mrozy, u l-bliet ta’ Sokołów Podlaski, ta’ Węgrów u ta’ Siedlce fil-Provinċja ta’ Mazowieckie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti 1 sa 4 u li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:Punt NruX [PL-1992]Y [PL-1992]1508667,07687397,042508667,07722038,063474026,06722038,064474026,06687397,04b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-art tas-superfiċje u taħt f’fond ta’ 3500 m, diment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W fi żmien sena mid-data tal-konklużjoni tal-Ftehim.2.Jekk il-kundizzjoni tal-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.3.Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’:1)f’formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani, iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;2)fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività li jkunu neċessarji sabiex jikseb aċċess għall-formazzjonijiet Kambrijani, Ordoviċjani u Silurjani.4.L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 1200,00 km2.5.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jagħtu d-dritt lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni li juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll għat-twettiq tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet kollha neċessarji għal dan l-għan f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2022, il-punt 1072, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġin skont dan.Taqsima 2Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 31.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.2.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.3.Id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.Taqsima 4Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, dwar bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, dwar it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, dwar il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq.Taqsima 5Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ minerali u mal-protezzjoni u mal-użu ta’ riżorsi ambjentali.Taqsima 6It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fi ħdan iż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni.Taqsima 71.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt għall-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):a)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ewwel sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;b)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tieni sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;c)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għat-tielet sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;d)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għar-raba’ sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;e)PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għall-ħames sena tal-użufrutt, li tibda tgħodd mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni;–soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt għall-estrazzjoni taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.3.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċizzata mal-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet bl-imnut stabbiliti għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew anqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.4.Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.5.Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.6.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi t-terminu speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.7.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluża l-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze Siedlce W (L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni b’rabta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona Siedlce W).Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.8.It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.9.It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.10.It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.11.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-iżborż, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 81.Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt għall-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni.2.Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni għandhom jiskadu.Taqsima 9Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.Taqsima 101.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.2.Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).3.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jittardja l-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mir-riċevuta tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jintemm b’effett immedjat.4.Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt għall-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.5.Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data ta’ skadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.6.Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, it-terminazzjoni tkun invalida.7.Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.8.It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.Taqsima 111.Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:1)It-Teżor:Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa;2)Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni:(indirizz).2.Il-Partijiet huma obbligati jinformaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lill-indirizz ta’ kuntatt ipprovdut l-aħħar tal-Parti għandha titqies bħala nnotifikata b’mod effettiv lill-Parti l-oħra.3.Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.4.L-ittri reġistrati mibgħutin fuq l-indirizz ipprovdut l-aħħar ta’ Parti u mibgħutin lura mill-uffiċċju postali jew mill-kumpanija tal-kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin jiġu ttrattati bħala nnotifikati b’mod effettiv ladarba jgħaddu erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.Taqsima 121.Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.2.Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.Taqsima 13Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, u jeħtieġlu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.Taqsima 14Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jippreżenta kwalunkwe talba kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni.Taqsima 15Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.Taqsima 16Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat bil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.Taqsima 17Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni għandu jħallas l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.Taqsima 18L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, ikunu invalidi.Taqsima 19Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt għall-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).It-TeżorId-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn jitrabbew u jissemmnu l-ħnieżer li l-qatgħat tagħhom ikunu se jintużaw biex jiġu prodotti l-prieżet u l-ispalel koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Los Pedroches” u fejn iseħħ il-proċess kollu tal-produzzjoni, il-qatla u t-tqattigħ tal-ħnieżer Iberiċi u l-proċess tat-tmelliħ, il-preservazzjoni, it-tnixxif u l-maturazzjoni tal-qatgħat, tikkonsisti fil-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Córdoba:

Alcaracejos, Añora, Belalcázar, Bélmez, Los Blázquez, Cardeña, Conquista, Dos Torres, Espiel, Fuente La Lancha, Fuente Obejuna, La Granjuela, El Guijo, Hinojosa del Duque, Pedroche, Peñarroya-Pueblonuevo, Pozoblanco, Santa Eufemia, Torrecampo, Valsequillo, Villanueva de Córdoba, Villanueva del Duque, Villanueva del Rey, Villaralto u El Viso, u żoni li jinsabu f’altitudnijiet ’il fuq minn 300 metru fil-muniċipalitajiet ta’ Adamuz, Hornachuelos, Montoro, Obejo, Posadas, Villaharta u Villaviciosa.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona ġeografika hija bbażata fuq fatturi naturali, fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u fuq il-metodu tal-produzzjoni speċifiku użat fiż-żona ġeografika ddefinita. Speċifikament, l-ekosistema partikolari taż-żona ġeografika għandha influwenza fuq is-sistema li fiha jitrabbew l-annimali u tippermettilhom jiġu mitmugħa bl-użu ta’ firxa ta’ riżorsi naturali li jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni, prinċipalment l-istadji ta’ tnixxif u maturazzjoni li jseħħu f’ambjent naturali u li jieħdu vantaġġ mill-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona, jiddetermina wkoll l-iżvilupp tal-aroma u t-togħma tal-prodott.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet naturali, fiż-żona magħrufa ġeografikament bħala “Los Pedroches”, u b’mod ġenerali madwar iż-żona kollha fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba, hemm madwar 300 000 ettaru ta’ dehesa ta’ ballut, li jikkostitwixxu 10 % tat-total nazzjonali, li huwa madwar 3 miljun ettaru. Din is-sistema partikolari ta’ agrikoltura, forestrija u ragħa għamlitha possibbli li l-bhejjem jitrabbew f’sistema ta’ trobbija estensiva minn żmien il-qedem, bl-eżempju l-aktar prominenti tagħha jkun it-trobbija tal-ħnieżer Iberiċi, li tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal nutrittiv tal-ġandar. Mingħajr il-preżenza tal-ħnieżer, din l-ekosistema x’aktarx li tisparixxi.

Għalhekk, il-kundizzjonijiet naturali speċifiċi għaż-żona jaffettwaw l-ewwel nett is-sistema li fiha jitrabbew l-annimali, biex b’hekk ikunu jistgħu jlestu t-tismin tagħhom billi jagħmlu l-aħjar użu, b’mod kompletament naturali u f’sistema ta’ trobbija estensiva, tal-frott tal-ballut, tal-ballut tas-sufra u tal-ballut tal-galla – il-ġandar – u l-mergħat naturali offruti mid-dehesa. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-ħanżir Iberiku, minħabba l-imġiba tiegħu, huwa l-aktar annimal adattat għat-tagħlif permezz tar-ragħa naturali f’art imsaġġra.

L-aktar tipi komuni tal-ħanżir Iberiku fid-distrett huma l-lampiño, in-negra entrepelada, ir-retinta u t-torbiscal. Nixtiequ nenfasizzaw ukoll l-isforzi li qed isiru bħalissa biex jiġi rkuprat it-tip “negro de Los Pedroches”, varjetà indiġena għaż-żona tagħna.

Barra minn hekk, “Los Pedroches” hija l-unika żona tad-dehesa li fiha l-ballut tal-galla jipproduċi l-frott. Il-ġandar ta’ din l-ispeċi jsir madwar 20 jum qabel il-bqija tal-ġeneru “Quercus”, biex b’hekk jippermetti li jitressaq ’il quddiem il-perjodu ta’ ragħa f’art imsaġġra għall-ħnieżer Iberiċi. Dan l-istadju jibda fl-aħħar ta’ Ottubru jew fil-bidu ta’ Novembru, skont is-sena, u jista’ jdum sal-bidu ta’ Marzu. Kif ġie spjegat, l-annimali jtemmu t-tismin permezz tar-riżorsi naturali taż-żona u, f’dan il-każ partikolari, jieklu ħafna mill-ġandar tas-siġar inkwistjoni.

B’dan il-mod, id-dieta tal-annimali li jipprovdu l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel koperti mid-DOP hija kkaratterizzata mit-tip ta’ ġandar li jikkunsmaw, filwaqt li jitfakkar li d-dehesas fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Córdoba fihom l-ogħla perċentwal ta’ ballut, meta mqabbel ma’ speċijiet oħra tal-ġeneru “Quercus”, fil-Peniżola Iberika kollha. Id-dieta tal-annimali hija kkaratterizzata wkoll mill-mergħat, il-ħaxix, il-qasbija fir-raba’ tal-ħrit u sustanzi naturali oħra fid-dehesa.

Fl-aħħar nett, dan it-tip ta’ sistema ta’ ragħa estensiva, li l-karatteristika ewlenija tagħha hija r-ragħa f’art imsaġġra, jipprovdi lill-prieżet u lill-ispalel koperti mid-DOP b’firxa ta’ idrokarburi ramifikati mill-ġandar u mill-ħaxix ikkunsmati mill-ħnieżer, kif ukoll b’xaħam b’punt ta’ tidwib aktar baxx minn xaħmijiet oħra tal-annimali. Dan juri l-impatt li l-fatturi naturali preżenti fiż-żona għandhom fuq il-kwalità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott miksub.

Dawn iċ-ċirkostanzi, flimkien ma’ proċess tal-produzzjoni sussegwenti li jiddependi ħafna fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi naturali fiż-żona, b’mod partikolari l-istadji li jseħħu fil-kmamar tat-tnixxif naturali u fl-imħażen, jagħtu lok għall-komposti responsabbli għat-togħma u l-aroma karatteristiċi tal-prieżet u l-ispalel ta’ “Los Pedroches”, kif huwa spjegat hawn taħt.

Iż-żona ġeografika ddefinita (li tikkonsisti minn muniċipalitajiet li jinsabu fil-Valle de Los Pedroches, il-Valle del Guadiato u s-Sierra de Córdoba, kollha ogħla minn 300 metru u b’altitudni medja ta’ madwar 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar) għandha l-klima tagħha, distinta minn dik tal-bqija tal-provinċja u tal-Andalusija, li hija r-riżultat tan-natura iżolata tagħha minħabba s-sriebet tal-muntanji tas-Sierra Morena u l-Cordilleras Béticas.

Il-klima hija tat-tip Mediterranja subumda, għalkemm hija kkaratterizzata minn natura kontinentali, bi xtiewi twal u kesħin li jġibu ġlata ħarxa u xita irregolari, u sjuf sħan u xotti. L-aspett kontinentali jimmanifesta ruħu prinċipalment fis-sistema tax-xita u fil-varjazzjonijiet fit-temperatura ta’ kuljum u ta’ kull sena, b’dawn tal-aħħar ikunu pjuttost estensivi u b’differenzi notevoli bejn ix-xitwa u s-sajf. Il-jiem bnazzi jew jiem bi ftit sħab jippredominaw, u l-għadd medju ta’ sigħat ta’ xemx huwa ta’ iktar minn 2 500 fis-sena.

It-temperaturi jvarjaw ħafna minn staġun għall-ieħor, u anke matul il-jum. Madankollu, it-temperatura hija uniformi fiż-żona kollha, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 26 °C sa 27 °C fis-sajf u minn 7 °C sa 8 °C fix-xitwa. Matul il-perjodu tas-sajf, u b’mod partikolari f’Lulju u Awwissu, ikun hemm l-ogħla temperaturi, li xi drabi jaqbżu l-35 °C matul il-jum, filwaqt li billejl jinżlu għal 18-20 °C. Fix-xitwa, it-temperaturi huma ferm aktar baxxi, u jvarjaw minn massimu medju ta’ bejn 10 °C u 15 °C għal minimu medju ta’ bejn -2 °C u 2 °C.

Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi jippermettu li l-perżut jinxef fi kmamar tat-tnixxif naturali. Il-qatgħat jiddendlu u jiġu esposti għall-kundizzjonijiet klimatiċi tal-madwar, filwaqt li l-livelli meħtieġa ta’ temperatura u umdità jinkisbu sempliċiment billi jinfetħu u jingħalqu t-twieqi. Dan l-istadju jirriżulta fl-istabbiltà tal-kulur u jnixxef il-perżut sal-grad li jiżgura l-istabbiltà finali tiegħu. Barra minn hekk jinkoraġġixxi l-formazzjoni ta’ komposti responsabbli għat-togħma (aċidi amminiċi liberi) u l-aroma (il-proċessi tal-proteoliżi u tad-degradazzjoni tal-lipidi) tal-perżut. Għal dan il-għan, il-perżut huwa espost għal temperaturi progressivament ogħla u umdità relattiva aktar baxxa; wieħed għandu jżomm f’moħħu li din il-fażi normalment tikkoinċidi mal-istaġun tas-sajf, li jirriżulta f’żidiet gradwali fit-temperatura minn 15-18 °C għal 28-30 °C u umdità relattiva ta’ 60-80 %. Din iż-żieda fit-temperatura żżid id-diffużjoni tal-melħ u d-deidratazzjoni, li jwassal għal livelli bbilanċjati ta’ melħ u għal disponibbiltà tal-ilma bejn iż-żoni esterni u interni, u jirrilaxxa prodotti tal-proteoliżi, li jimpedixxu l-attività tal-ilma (aw).

Fl-aħħar nett, il-prieżet u l-ispalel jiġu mċaqalqa lejn l-imħażen fejn isir l-aħħar stadju tal-preservazzjoni, u fejn jimmaturaw bil-mod. F’dan l-aħħar stadju, il-proċess kimiku li jkun beda fl-istadju preċedenti jkompli, bħalma jkomplu r-reazzjonijiet li jiġġeneraw il-komposti responsabbli għat-togħma u l-aroma karatteristiċi tal-laħam. It-temperatura, l-umdità relattiva u l-aw aktar baxxi jikkawżaw il-kondensazzjoni tal-prodotti tal-idroliżi intensa tal-lipidi u l-proteini. Dawn huma komposti b’piż molekulari baxx u b’potenzjal għoli ta’ togħma u aroma: peptidi, aċidi amminiċi u ammini mill-idroliżi tal-proteini, u aċidi xaħmin liberi, aldeidi, ketoni, alkoħols, esteri u idrokarburi mill-idroliżi tal-lipidi u l-ossidazzjoni. Kif ġie spjegat hawn fuq, hemm ukoll firxa ta’ idrokarburi ramifikati minn prodotti tal-pjanti, ġandar u ħaxix, li jagħmlu parti mid-dieta tal-ħnieżer.

Fl-aħħar nett, dawn il-fatturi tal-proċess tal-produzzjoni (prinċipalment it-temperatura, l-attività tal-ilma u l-konċentrazzjoni tal-melħ) jiddeterminaw il-popolazzjoni mikrobika fuq il-wiċċ tal-prieżet u l-ispalel ippreservati, li jikkonsistu prinċipalment minn ħmira, moffa u micrococcaceae, li huma l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali milħuqa. Dawn jinfluwenzaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali permezz tal-prodotti volatili li jiġġeneraw. F’dan ir-rigward, hemm evidenza xjentifika li turi r-rwol li għandhom il-mikroorganiżmi fil-proċessi proteolitiċi u lipolitiċi li jseħħu matul il-maturazzjoni tal-perżut tal-ħnieżer Iberiċi (Núñez et al., 1998, Rodríguez et al., 1998) u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-aroma u t-togħma tal-laħam (Martín et al., 2004, 2006; Andrade, 2009).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://juntadeandalucia.es/sites/default/files/inline-files/2022/08/Pliego_modificado_Los_Pedroches.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Awtorità kompetenti nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/89


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 160/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Cariñena”

PDO-ES-A0043-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 6.2.2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni ta’ żewġ muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika demarkata għad-DOP

Deskrizzjoni:

Iż-żona ġeografika ġiet estiża biex tinkludi l-muniċipalitajiet Fuendetodos u Vistabella de Huerva, li jmissu maż-żona ġeografika demarkata għad-DOP Cariñena.

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 4 (Demarkazzjoni taż-żona ġeografika) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u t-Taqsima 6 (Definizzjoni taż-żona demarkata) tad-Dokument Uniku.

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 u abbażi tal-kawżi u r-raġunijiet, l-emendi deskritti f’dan id-dokument ma humiex meqjusa bħala emendi tal-Unjoni, minħabba li ma jinkludux bdil fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; ma jikkonsistux f’bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli; jew ma jannullawx ir-rabta u lanqas ma jinvolvu aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hija meqjusa bħala emenda standard.

Raġuni:

L-istudji mwettqa dwar it-terroir, ibbażati prinċipalment fuq l-analiżi tal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima fiż-żewġ muniċipalitajiet, ippermettew li jiġi ddeterminat il-potenzjal agronomiku taż-żona li qed tiġi inkluża fid-DOP. Il-konklużjoni hija li ma hemmx differenzi sinifikanti miż-żona ġeografika eżistenti.

Il-karatteristiċi taż-żoni tal-vitikultura analizzati fi Fuendetodos huma notevolment simili għal waħda mill-unitajiet tat-terroir li jiffurmaw id-DOP Cariñena, b’mod partikolari l-profili tal-ħamrija tal-qortin kalkarju. L-indiċijiet klimatiċi nstabu li kienu konsistenti ma’ dawk taż-żona klimatika D fid-DOP.

Fir-rigward tal-muniċipalità ta’ Vistabella, ġie ddeterminat li hemm żewġ żoni distinti li huma konsistenti ma’ dawk deskritti għad-DOP: ħamrija tal-għoljiet bil-lavanja u l-kwarzit, u ħamrija ta’ nofs l-għoljiet u tal-inklinazzjonijiet. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-istudju hija li d-data klimatika għal din il-muniċipalità wkoll hija simili għal dik ipprovduta fiż-żona klimatika D fid-DOP.

2.   Inklużjoni ta’ varjetà tad-dwieli li trendi nbid abjad (sekondarja)

Deskrizzjoni:

Il-varjetà tad-dwieli Cariñena Blanca żdiedet mal-lista ta’ varjetajiet sekondarji stabbilita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP.

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 6 (Varjetà/varjetajiet tad-dwieli li minnhom isir l-inbid) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat peress li din hija varjetà sekondarja.

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 u abbażi tal-kawżi u r-raġunijiet, l-emendi deskritti f’dan id-dokument ma humiex meqjusa bħala emendi tal-Unjoni, minħabba li ma jinkludux bdil fl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; ma jikkonsistux f’bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli; jew ma jannullawx ir-rabta u lanqas ma jinvolvu aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hija meqjusa bħala emenda standard.

Raġuni:

L-Ordni AGM/1312/2022 tat-13 ta’ Settembru 2022 inkludiet l-isem Cariñena Blanca bħala sinonimu ta’ Carignan Blanc fil-lista tal-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati għall-vinifikazzjoni f’Aragon.

Din il-varjetà hija adattata sewwa għall-kundizzjonijiet speċifiċi tad-denominazzjoni f’termini ta’ rendiment u karatteristiċi enoloġiċi. Hija notevolment aromatika u konsistenti mal-profil sensorju tipiku tal-inbejjed bojod koperti mid-DOP Cariñena.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Cariñena

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod, inbejjed rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar

Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

Riħa: ta’ frott, aroma ta’ injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

Togħma: aċidità medja, ħlewwa baxxa, mingħajr difetti.

*

Diossidu tal-kubrit massimu: 240 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

2.   Inbejjed ħomor

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar, bil-kulur ivarja bejn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata u aħmar lewn iċ-ċirasa.

Riħa: ta’ frott, frott aħmar, aroma ta’ injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

Togħma: aċidità medja, ħlewwa baxxa, astrinġenza medja, mingħajr difetti.

*

Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 180 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

3.   Inbid likur

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar

Inbid abjad: isfar, isfar lewn l-ambra jew isfar lewn id-deheb.

Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata jew aħmar lewn iċ-ċirasa.

Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

Togħma: sensazzjoni sħuna fil-ħalq (l-alkoħol jista’ jiġi nnotat) u ħlewwa, mingħajr difetti.

*

Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ≥ 5 g/l.

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar bil-bżieżaq tad-diossidu tal-karbonju.

Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

Riħa: ta’ frott, mingħajr difetti.

Togħma: sensazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju fil-ħalq (togħma qawwija rinfreskanti), togħma kemxejn aċiduża (friska), mingħajr difetti.

*

Fejn ma ġie speċifikat l-ebda limitu, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

5.   Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar bil-bżieżaq tad-diossidu tal-karbonju.

Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

Riħa: ta’ frott, mingħajr difetti.

Togħma: sensazzjoni ta’ diossidu tal-karbonju fil-ħalq (togħma qawwija rinfreskanti), togħma kemxejn aċiduża (friska), mingħajr difetti.

*

Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

*

Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

7

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (ħsad tard)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar

Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

Togħma: sensazzjoni sħuna fil-ħalq (l-alkoħol jista’ jiġi nnotat), ħlewwa skont il-kontenut taz-zokkor, mingħajr difetti.

*

Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

*

Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

13

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (ħelu b’mod naturali)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: ċar

Inbid abjad: lewn it-tiben jagħti fl-aħdar, isfar ċar, isfar lewn it-tiben jew isfar.

Inbid rożè: lewn il-qoxra tal-basal, roża lewn is-salamun, roża, roża lewn il-frawli jew roża fil-vjola.

Inbid aħmar: lewn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola, aħmar jagħti fil-vjola, granata, aħmar lewn iċ-ċirasa jew aħmar rubin.

Riħa: frott misjur, injam jekk l-inbid kien f’kuntatt miegħu, mingħajr difetti.

Togħma: ħlewwa medja għal għolja. Mingħajr difetti.

*

Inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 180 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 240 mg/l.

*

Inbid aħmar: massimu ta’ diossidu tal-kubrit 140 mg/l: jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, f’dak il-każ 180 mg/l.

**

Fejn ma ġew speċifikati l-ebda limiti, iridu jiġu segwiti dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

13

Aċidità totali minima

4,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Prattika enoloġika speċifika

Għenieqed tal-għeneb b’saħħithom biss li jkunu waslu fi stadju xieraq ta’ maturità u li x’aktarx ikollhom kontenut ta’ alkoħol ta’ mill-anqas 9 % jintużaw biex isiru l-inbejjed koperti mid-DOP.

Għandha tiġi applikata pressjoni suffiċjenti biex jiġi estratt il-most jew l-inbid u jiġi separat mill-karfa tal-għeneb, sabiex ir-rendiment (kombinazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ tneħħija mit-tank u tal-ippressar) ma jkunx aktar minn 74 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil trid tkun ta’ mill-anqas 1 500 dielja għal kull ettaru mqassma b’mod uniformi matul il-pjantaġġun.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Varjetajiet tal-għeneb aħmar

62,9 ettolitru għal kull ettaru

2.

Varjetajiet tal-għeneb aħmar

8 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

Varjetajiet tal-għeneb abjad

66,6 ettolitru għal kull ettaru

4.

Varjetajiet tal-għeneb abjad

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Muniċipalitajiet: Aguarón, Aladrén, Alfamén, Almonacid de la Sierra, Alpartir, Cariñena, Cosuenda, Encinacorba, Fuendetodos, Longares, Mezalocha, Muel, Paniza, Tosos, Villanueva de Huerva u Vistabella de Huerva.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

CABERNET SAUVIGNON

 

CHARDONNAY

 

GARNACHA BLANCA

 

GARNACHA TINTA

 

MACABEO - VIURA

 

MAZUELA - CARIÑENA

 

MERLOT

 

SYRAH

 

TEMPRANILLO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji ta’ Aragona joriġinaw mir-reġjun magħruf bħala Celtiberia, il-lokalità tal-belt Rumana ta’ Carae (illum il-ġurnata, Cariñena), li l-abitanti tagħha huma magħrufa li kienu jixorbu nbid imħallat bl-għasel sa mit-tielet seklu QK. Sa mill-1696, it-tħawwil kien ristrett abbażi tal-kwalità għall-muniċipalitajiet li attwalment huma koperti minn din id-DOP.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija differenti fiż-żona ġeografika, flimkien mal-ammont baxx ta’ xita, it-temperaturi estremi u r-riħ prevalenti mit-Tramuntana magħruf bħala s-“cierzo” jiffurmaw ekosistema selettiva fejn id-dwieli nżammu għal sekli sħaħ, li jirriżulta fi prodott finali li huwa speċifiku u adattat b’mod uniku għall-ambjent minn fejn joriġina.

Il-varjetajiet użati huma adattati sewwa għall-kundizzjonijiet eżistenti tal-ħamrija u tal-klima, li jirriżultaw f’għadd ta’ nbejjed li huma speċifiċi f’termini tal-proprjetajiet fiżikokimiċi u sensorjali tagħhom, li jiffurmaw il-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed prodotti mill-varjetajiet awtorizzati.

INBID

Il-mod li bih il-ħamrija differenti fiż-żona ġeografika evolviet skont il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona lokali, flimkien mal-klima u l-varjetajiet differenti, jingħaqdu biex jipproduċu nbejjed ibbilanċjati tajjeb b’aromi friski u intensi li għandhom struttura tajba u b’finitura twila.

INBID LIKUR

L-inbid likur huwa parti mill-istorja tal-produzzjoni tal-inbid f’din iż-żona ġeografika, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi b’temperaturi għoljin matul il-jum u b’xita skarsa, li jirriżultaw fi ħsad b’kontenut għoli ħafna ta’ zokkor, b’mod partikolari fil-każ tal-vendemmji tardivi.

INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ

Dan il-proċess enoloġiku bbażat fuq il-metodu tradizzjonali ilu jiġi pprattikat fil-fabbriki tal-inbid fiż-żona sa mill-bidu tas-seklu 20. It-temperaturi estremi u r-rikkezza tal-ħamrija tal-ġir jippermettu t-tkabbir ta’ varjetajiet li jagħtu korp u bilanċ lill-inbejjed. Ix-xita skarsa u s-sigħat ta’ xemx iwasslu għal qawwa alkoħolika naturali li tippermetti li jsiru nbejjed frizzanti ta’ kwalità bil-valuri speċifikati tal-kontenut ta’ alkoħol.

INBID SEMISPUMANTI

Il-qawwa alkoħolika naturali, l-aċidità ħafifa u l-intensità tal-aromi tal-frott miksuba fl-inbejjed semifrizzanti huma minħabba s-sigħat ta’ xemx li jippermettu l-aħjar espożizzjoni għax-xemx, flimkien mad-differenzi kbar fit-temperatura minħabba l-klima kontinentali fiż-żona u r-riskju baxx ta’ xita waqt il-maturazzjoni tal-għeneb.

INBID MINN GĦENEB MISJUR IŻŻEJJED

Il-prattika li jiġi ttardjat il-ħsad fiż-żona ġeografika għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Cariñena” sabiex jinkiseb għeneb b’kontenut ogħla ta’ zokkor tagħti lil dawn l-inbejjed l-aroma karatteristika tagħhom ta’ frott misjur, kif ukoll in-noti ħelwin jew sħan prevalenti, minħabba l-kontenut tal-alkoħol. Dan il-bilanċ jinkiseb billi l-għeneb jitħalla fix-xemx matul il-perjodu twil ta’ maturazzjoni.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikketti kummerċjali ta’ kull fabbrika tal-inbid irreġistrata jridu jiġu nnotifikati lill-Bord Regolatorju fir-rigward tar-rekwiżiti elenkati f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inklużjoni tagħhom fir-reġistru tat-tikketti.

Fuq it-tikketti trid tiġi stampata waħda mill-espressjonijiet li ġejjin:

Id-“Denominación de Origen Cariñeña” (terminu tradizzjonali skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013) jew “Denominación de Origen Protegida Cariñena”. Il-prodotti maħsuba għall-konsum irid ikollhom siġilli ta’ garanzija, li jkunu nnumerati u maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu fil-fabbrika tal-inbid irreġistrata b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-trasport u l-ibbottiljar barra ż-żona tal-produzzjoni joħolqu riskji għall-kwalità tal-inbid. L-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott.

L-ibbottiljar huwa operazzjoni importanti u jridu jiġu rispettati rekwiżiti stretti. L-ibbottiljar għalhekk irid isir fiż-żona demarkata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex jiġu ppreservati l-proprjetajiet fiżikokimiċi u organolettiċi kollha.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.aragon.es/documents/20127/60698006/Pliego_de_condiciones_DOP_Cari%C3%B1ena_vc_2022.pdf/4c84782b-a115-c455-0319-42216ec432da?t=1666097211187


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/97


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 160/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“Twaróg wędzony”

Nru tal-UE: TSG-PL-2779 – 29.6.2021

Stat Membru jew pajjiż terz: Il-Polonja

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

“Twaróg wędzony”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Dan huwa prodott li

jirriżulta minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel;

huwa manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

It-“twaróg wędzony” (ġobon tal-baqta affumikat) huwa tip partikolari ta’ ġobon abjad mhux immaturat li l-prattika tal-produzzjoni tradizzjonali tiegħu tmur lura madwar 40 sena. Il-metodu tal-preparazzjoni, id-dehra, il-kulur u t-togħma jagħtu lit-“twaróg wędzony” il-karattru tradizzjonali tiegħu.

Il-metodu tal-produzzjoni huwa bbażat fuq proċessi tradizzjonali:

l-affumikar bis-sħana tal-ġobon bid-duħħan mill-ħruq ta’ injam magħżul minn siġar ħorfija,

it-tmelliħ niexef tal-ġobon jew l-immersjoni tal-ġobon fis-salmura.

L-affumikar għandu rwol partikolari fil-proċess tal-produzzjoni, fejn dan il-metodu ma huwiex użat komunement għall-ġobon aċidu (baqta) prodott fil-Polonja minħabba l-kontenut relattivament baxx tiegħu ta’ materja niefa, li jagħmel l-affumikar aktar diffiċli. Huwa permezz tal-affumikar u t-tmelliħ (it-tmelliħ tal-ġobon tal-baqta ma huwiex prattika komuni fil-Polonja) li l-prodott jikseb it-togħma u l-aroma speċifiċi tiegħu.

3.2.   Dan huwa isem

li jintuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku;

li jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

L-isem “twaróg wędzony” użat jirrifletti l-ispeċifiċità tal-prodott li tirriżulta mill-proċess tal-affumikar.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott [l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014), iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 tal-Kummissjoni”]

It-“twaróg wędzony” (ġobon tal-baqta affumikat) huwa tip partioklari ta’ ġobon tal-baqta mhux misjur fil-forma ta’ blokka ċilindrika żgħira li tiżen bejn 250 u 300 g, jew blokka parallelepipedika li tiżen 200-300 g, bil-kulur tipiku ta’ prodotti affumikati b’mod naturali b’injam minn siġar ħorfija (isfar lewn il-krema sa kannella ċar). Il-ġobon isir mill-ħalib tal-baqra. Fil-każ tat-“twaróg wędzony” bil-ħwawar, huma viżibbli partikoli ta’ aromatizzaturi fuq il-wiċċ u s-sezzjoni trasversali tal-ġobon (dawn jistgħu jkunu taħlita ta’ tewm u melħ, tewm, bżar, bżar ħelu, bużbież, niġella jew kemmun). Id-data ta’ skadenza hija 30 jum mid-data tal-produzzjoni.

It-“twaróg wędzony” għandu l-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi li ġejjin:

Karatteristiċi

Rekwiżiti

It-togħma u r-riħa

Ftit aċiduż, minn kemxejn mielaħ sa mielaħ, togħma u riħa ta’ affumikar.

Għall-prodotti li fihom addittivi (ħwawar), it-togħma u r-riħa distintivi tal-ħwawar użati.

Sawra u konsistenza

Pejst uniformi, pejst kemxejn jitfarrak u kemxejn iebes huwa awtorizzat; huma permessi qasmiet bejn il-biċċiet ta’ baqta.

Kulur

Pejst tal-ġobon ta’ kulur minn abjad sa lewn il-krema, għoti ta’ kulur lill-wiċċ tal-ġobon minn isfar lewn il-krema sa kannella ċar, mhux uniformi

Aċidità attiva pH

Inqas minn 4,2

Kontenut tal-melħ f’%

Għal prodott awtopressat: Mhux aktar minn 3,0

Għal prodott ippressat: Mhux aktar minn 2,0

Kontenut tal-ilma f’%

Mhux aktar minn 70 %

Kontenut ta’ xaħam f’%

Għal prodott awtopressat: 17,0 ± 3,0

Għal prodott ippressat: 9,0 ± 1,5

Minbarra li jagħti lill-prodott it-togħma u r-riħa tiegħu ta’ affumikar, il-proċess tal-affumikar itawwallu d-data ta’ skadenza, u dan jiddistingwi dan il-ġobon minn ġobon aċiduż ieħor (tal-baqta). Dan huwa riżultat taż-żieda fit-temperatura waqt l-affumikar, tat-tmelliħ iżda wkoll tal-proprjetajiet tad-duħħan.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott [l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014 tal-Kummissjoni]

STADJU I

Oriġini tal-materja prima

Il-ħalib tal-baqra nej huwa l-materja prima għall-produzzjoni tat-“twaróg wędzony”.

Ħżin tal-ħalib nej

Il-ħalib jista’ jinħażen għal mhux aktar minn 24 siegħa qabel il-produzzjoni f’temperatura ta’ inqas minn 8 °C.

STADJU II

Tisħin tal-ħalib, tneħħija tal-gass, ċentrifugazzjoni u standardizzazzjoni tax-xaħam.

Il-ħalib nej jissaħħan fi skambjatur tas-sħana għal temperatura ta’ madwar 65 °C, fejn jitneħħielu l-gass imbagħad ix-xaħam jiġi sseparat fiċ-ċentrifugu tat-tneħħija tal-gass. Wara ċ-ċentrifugazzjoni, il-kontenut tax-xaħam tal-ħalib jiġi standardizzat għal minimu ta’ 3,5 % fil-każ tal-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” awtopressat jew għal minimu ta’ 1,6 % fil-każ tal-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” ippressat.

Pastorizzazzjoni tal-ħalib

Il-ħalib jiġi ppastorizzat f’temperatura ta’ bejn 74 u 80 °C għal madwar 45 sekonda.

Tkessiħ

Wara l-pastorizzazzjoni, il-ħalib jitkessaħ għal temperatura ta’ madwar 20-30 °C, li tikkorrispondi għat-temperatura użata għall-inokulazzjoni tal-ħalib għall-ġobon tal-baqta (ara l-istadju III). Il-ħalib jittieħed lejn it-tank tat-tibqit.

STADJU III

Inokulazzjoni

Jiżdiedu kulturi tal-batterji tal-aċidu lattiku meżofiliċi mal-ħalib bħala fermenti diretti. Skont l-ispeċifiċità tal-kulturi batteriċi użati u l-istaġun, l-inokulazzjoni titwettaq f’temperatura ta’ 20-30 °C, b’temperaturi aktar baxxi applikati fis-sajf u temperaturi ogħla fix-xitwa. Il-ħalib fit-tank jitħallat għal madwar 15-30 minuta wara ż-żieda tal-fermenti.

Koagulazzjoni

Il-koagulazzjoni tal-ħalib isseħħ fi żmien 12 sa 18-il siegħa skont it-temperatura applikata u t-tip ta’ kulturi batteriċi miżjuda. Il-fermentazzjoni ssir sakemm jintlaħaq pH inqas minn 4,65. It-trattament tal-baqta huwa ppreċedut minn evalwazzjoni tal-kumpattezza tagħha mill-produttur tal-ġobon, li jkisser il-baqta bl-idejn. Jekk il-baqta tkun lixxa meta tinkiser, tkun adattata għat-tqattigħ, li huwa l-istadju li jmiss tal-produzzjoni.

Trattament tal-baqta

Il-baqta tinqata’ b’mod delikat u titħalla fil-ġenb għal ftit minuti. Ix-xorrox jinħeles mill-wiċċ tal-baqta wara l-qtugħ. Wara l-ipproċessar isir it-taħlit, li l-intensità tiegħu tiżdied hekk kif il-baqta tiskula, u l-proċess tat-tisħin jibda b’rata ta’ madwar 1-2 °C/10 min. Ġeneralment, il-massa tal-baqta tissaħħan għal madwar 8-10 °C ogħla mit-temperatura li fiha l-fermenti jiġu miżjuda (inokulazzjoni) filwaqt li titħallat regolarment. Il-produttur tal-ġobon jiddeċiedi meta għandu jieqaf it-tisħin wara evalwazzjoni organolettika tal-grad tat-tnixxif tal-biċċiet tal-baqta. Il-baqta mbagħad titħalla toqgħod għal ftit minuti mingħajr ma titħallat biex ix-xorrox jissepara mill-biċċiet tal-baqta (il-biċċiet jogħlew, u x-xorrox jinġema’ fil-qiegħ tat-tank). B’kollox l-ipproċessar tal-baqta jdum bejn siegħa u nofs, u sagħtejn.

Skular tax-xorrox

Fi tmiem it-tisħin, ix-xorrox jitneħħa fi proporzjon li jikkorrispondi għal 60 % tal-ħalib użat għall-produzzjoni.

Skular preliminari u tferrigħ tal-baqta

Il-baqta titqiegħed fi pressa (fil-każ tal-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” ippressat) jew f’tagħmir tal-omoġenizzazzjoni (fil-każ tal-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” awtopressat) fejn ix-xorrox l-ewwel jiġi sseparat mill-biċċiet tal-baqta.

Fil-każ ta’ baqta li jkun fiha l-addittivi, f’dan l-istadju jiżdiedu l-addittivi veġetali jew il-ħwawar. L-addittivi li ġejjin huma permessi, bil-kwantitajiet massimi għal kull 100 kg ta’ prodott lest indikati fil-parentesi:

taħlita ta’ tewm u melħ (0,25 kg),

tewm mitħun imnixxef (0,3 kg),

bżar naturali mitħun jew imfarrak (0,3 kg),

bżar bil-ħwawar (0,5 kg),

ħbub tal-bużbież (0,5 kg),

ħbub tal-kemmun (0,5 kg),

paprika ħelwa jew pikkanti fil-forma ta’ trab (f’diversi daqsijiet, 0,8 kg b’kollox),

ħbub tan-niġella (0,25 kg).

Il-ħbub tal-kemmun jew tal-bużbież iridu jiġu mpoġġija f’ilma jagħli qabel ma jiżdiedu.

It-taħlita tal-addittivi msemmija hawn fuq hija permessa, f’liema każ jiżdiedu l-kwantitajiet massimi ta’ addittivi għal kull 100 kg ta’ prodott lest. Il-piż totali tal-addittivi ma jistax jaqbeż il-1 kg għal kull 100 kg ta’ prodott lest.

F’dan l-istadju, kwantità ta’ melħ sa 1 kg għal kull 100 kg ta’ prodott lest tista’ tiżdied mal-baqta. Jekk tiżdied taħlita ta’ tewm u melħ, il-kwantità ta’ melħ miżjud f’dan l-istadju tal-produzzjoni ma tistax taqbeż iż-0,75 kg għal kull 100 kg ta’ prodott lest.

Awtopressar f’forom jew pressar bi preses

Għall-produzzjoni tat-“twaróg wędzony”, l-awtopressar f’forom: il-biċċiet tal-baqta omoġenizzati jitqiegħdu fil-forom, li mbagħad jitpoġġew fuq xulxin (jitpoġġew waħda fuq l-oħra). Wara tbattil preliminari ta’ mhux aktar minn 30 minuta, il-baqta mqiegħda fil-forom terġa’ tinħareġ u jsir skular tax-xorrox mill-ġdid f’maħżen imkessaħ

Fil-każ tal-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” ippressat, il-baqta titferra bl-idejn fuq ċraret tal-ġobon imqiegħda fuq xulxin taħt il-preses. Il-porzjonijiet ippreparati jiġu ppressati b’forza ta’ madwar 10 N/kg ta’ ġobon, u l-forza tiżdied gradwalment għal 30 N/kg. L-ippressar idum bejn 30 u 60 minuta skont il-grad tat-tnixxif miksub mill-biċċiet tal-baqta waqt il-proċess tat-tisħin. Wara l-ippressar, il-ġobon jitneħħa miċ-ċraret u jitqatta’ f’rettangoli.

F’dan il-pass, il-ġobniet jieħdu l-forma definittiva tagħhom:

għall-baqta awtopressata, ċilindru b’dijametru ta’ madwar 10 cm u piż skont l-unità ta’ 250-300 g;

fil-każ tat-“twaróg wędzony” ippressat, rettangolu parallelepipedu li l-qisien fil-bażi tiegħu jkunu madwar 12 × 8 cm u jiżnu madwar 250 g.

Wara l-awtopressar jew l-ippressar, il-kontenut ta’ ilma tal-ġobon tal-baqta irid ikun inqas minn 70 %.

Il-ġobon imbagħad jitqiegħed f’maħżen imkessaħ. Il-ħin tat-tkessiħ huwa ddeterminat mill-ħin meħtieġ biex il-ġobon jilħaq temperatura taħt il-15 °C, iżda ma jaqbiżx l-24 siegħa.

STADJU IV

Tmelliħ

It-tmelliħ tal-ġobon awtopressat isir fis-salmura. Għalhekk huwa permess li t-“twaróg wędzony” jiġi kkwalifikat b’“salin”. Il-ġobon jiddaħħal kollu kemm hu f’tank tas-salmura u jinżamm għall-ħin meħtieġ biex jinkiseb kontenut tal-melħ ta’ madwar 1,5 %, li normalment jieħu minn madwar tnax-il minuta sa inqas. It-tul tat-tmelliħ jiddependi fuq il-konċentrazzjoni tas-salmura: aktar ma tkun ikkonċentrata, aktar ikun qasir il-ħin tat-tmelliħ. Il-konċentrazzjoni inizjali tas-salmura trid tkun ta’ madwar 21 %.

It-tmelliħ tal-ġobon ippressat jikkonsisti fit-traxxix tal-melħ fuq iż-żewġ naħat tal-ġobon b’mod uniformi u fl-għorik tal-wiċċ tal-ġobon. Il-ġobon imbagħad irid jitkessaħ u jitnixxef bi fluss ta’ arja f’temperatura ta’ 2 sa 8 °C. Waqt it-tkessiħ u t-tnixxif, il-ġobon għandu jinqaleb.

STADJU V

Affumikar

Il-ġobon jitqiegħed fuq trolleys tal-affumikarbixkafef imtaqqba (it-toqob jippermettu li d-duħħan jilħaq ukoll il-wiċċ tal-ġobon f’kuntatt mal-ixkaffa). It-trolleys bil-ġobon jitqiegħdu fil-kmamar tal-affumikar bi provvista tad-duħħan. Għall-affumikar, jintuża d-duħħan mill-kombustjoni tal-injam tal-fagu u tal-alnu: jistgħu jintużaw ġeneraturi tad-duħħan naturali u laqx tal-injam tal-fagu jew tal-alnu għall-affumikar. L-affumikar isir f’temperatura ta’ bejn 40 u 65 °C u jsir sakemm jinkiseb il-kulur tipiku tal-prodott lest.

Tkessiħ

Il-ġobon affumikat fuq trolleys jiġi ttrasportat mill-kmamar tal-affumikar għal imħażen imkessħa separati, fejn jitkessaħ għal temperatura taħt il-15 °C, ġeneralment għal 12-il siegħa sa 24 siegħa.

STADJU VI

Ippakkjar

Wara t-tkessiħ, il-ġobon tal-baqta affumikat jiġi ppakkjat f’atmosfera protettiva (taħlita ta’ nitroġenu u diossidu tal-karbonju) jew f’imballaġġ bi pressjoni mnaqqsa.

Attivitajiet ipprojbiti fil-proċess tal-produzzjoni:

l-użu ta’ preparazzjonijiet tad-duħħan għall-affumikar,

l-affumikar tal-ġobon fil-kesħa.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014)

L-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott għandhom jinkludu l-elementi ewlenin li baqgħu ma nbidlux, b’referenzi preċiżi u dokumentati sewwa.

Il-ġobon tal-baqta (twaróg) (2) huwa prodott tal-ħalib li ilu jsir fil-Polonja għal bosta mijiet ta’ snin billi jiġi aċidifikat il-ħalib, imbagħad jissaħħan, jiġi sseparat ix-xorrox u jiġi ppressat. Il-ġobon tal-baqta huwa prodott tipiku tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. It-terminu Pollakk “twaróg” ma għandu l-ebda ekwivalenti fil-lingwi tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent u l-ġobon tal-baqta Pollakk tipiku ma huwiex magħruf f’dawk il-pajjiżi.

Kif wieħed isib fix-xogħol ta’ Jan Licznerski intitolat “Serowarstwo” (“Il-produzzjoni tal-ġobon”), ippubblikat għall-ewwel darba fl-1922, “il-poplu Pollakk ilu minn żminijiet antiki ħafna jipproduċi l-‘gomółki’ mill-ġobon tal-baqta kullimkien u kienu jnixxfuhom għall-ħażna”. Il-“gomółki” huma bħal blalen iċċattjati jew kejkijiet magħmula minn ġobon tal-baqta li kienu jitnixxfu biex jiġu ppreservati (3)

L-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ġobon fil-Polonja seħħ l-aktar fis-sekli 18 u 19, minħabba l-migrazzjoni tal-“olender” (kif kienu jissejħu dawk ġodda li kienu jaslu min-Netherlands, mill-Prussja u mill-Ġermanja), li xerrdu t-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat u, magħha, diversi prattiki tal-ipproċessar tal-ħalib u tekniki tal-produzzjoni tal-ġobon. L-ekonomija tal-Olenders kienet ibbażata prinċipalment fuq it-trobbija tal-baqar tal-ħalib u l-produzzjoni assoċjata tal-ħalib, b’mod partikolari l-produzzjoni tal-ġobon.

Ma jistax jiġi miċħud li l-ġobon tal-baqta kien l-ewwel prodott magħmul mill-ħalib. Dan it-tip ta’ ġobon aċidifikat, li huwa l-aktar sempliċi biex isir, baqa’ kważi l-istess sal-lum.

L-aktar aspett importanti biex wieħed jifhem l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni tal-ġobon fis-sekli 18 u 19 huwa li t-terminu “twaróg” jirreferi kemm għall-prodott li jirriżulta mill-koagulazzjoni tal-aċidu (li tinvolvi batterji indiġeni tal-aċidu lattiku miż-żieda tal-aċidu) kif ukoll għall-baqta miksuba bl-użu tat-tames mill-istonku tal-għoġġiela. Din tal-aħħar kienet tissejjaħ il-“baqta tal-ħalib ħelu” (4).

Fil-letteratura storika, it-termini ġobon tal-baqta u ġobon tat-tames jintużaw bl-istess mod. Huwa biss permezz ta’ deskrizzjonijiet dettaljati tat-tekniki tal-produzzjoni u tal-manifattura tal-ġobon li nistgħu niġbru informazzjoni preċiża dwar il-prodott inkwistjoni. Fil-ktieb miżmum mill-Mużew Arkeoloġiku u Etnografiku f’Łódź bit-titolu “Z badań nad pożywieniem ludu Łowickiego (1880-1939)” (Mir-riċerka dwar id-dieta tan-nies ta’ Łódź (1880-1939)), Jan Piotr Dekowski jiddeskrivi t-teknoloġija tal-produzzjoni tat-“twaróg” moderna, li jiddeskrivih bħala “ġobon” magħmul minn baqta tal-ħalib li minnu jkun tneħħa x-xorrox. L-awtur iżid li t-“twaróg” li rriżulta kien immellaħ u kultant imħawwar.

It-tentattivi biex jinstabu metodi biex tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-ġobon tal-baqta permezz tat-tnixxif, it-tmelliħ, u l-affumikar u l-ħażna taħt kundizzjonijiet xierqa huma tipiċi tal-perjodu. Nosservaw ukoll forom differenti ta’ titjib kulinari tal-baqta, ġeneralment billi jiżdiedu l-melħ, il-ħwawar u l-ħxejjex.

Insibu l-ewwel referenzi għall-affumikar tal-baqta (li kienet magħrufa dak iż-żmien bħala “ġobon komuni”) fil-pubblikazzjoni ta’ Antoni Waga tal-1837 (5). L-awtur jikteb li l-ġobon komuni jista’ jagħti togħma pjaċevoli bl-affumikar, li tgħin ukoll biex tippreservah mill-moffa u t-taħsir. Iwissi wkoll kontra temperaturi għoljin wisq, li jistgħu jwasslu biex il-prodott ibaqbaq jew idub. Din l-osservazzjoni għadha valida; fil-fatt, l-għażla tat-temperatura xierqa u tal-ħin tal-affumikar tal-baqta jeħtieġu għarfien u esperjenza teknika. Dak iż-żmien, kienu jintużaw iz-zkuk tal-ġnibru. Madankollu, bl-evoluzzjoni tat-teknoloġija, dan l-injam ġie ssostitwit b’dak tas-siġar ħorfija (fagu u alnu). Dan sar minħabba l-progress tekniku: l-affumikar tal-injam tal-koniferi jirriżulta f’togħma morra, kulur skur u depożitu ta’ materjali viskużi li huma ta’ ħsara għas-saħħa.

Fil-manwal tal-1971 tal-awtur Tadeusz Obrusiewicz, intitolat “Technologia mleczarstwa. Część II.” (Teknoloġija tal-prodotti tal-ħalib. Parti II.), jingħad li t-“twaróg wędzony”” jsir b’tali mod sabiex tittawwal il-ħajja fuq l-ixkaffa tiegħu u sabiex jingħata karatteristiċi organolettiċi pjaċevoli ġodda.

Il-produzzjoni industrijali tal-ġobon tal-baqta ġejja mit-tekniki oriġinali użati fil-passat fid-djar u l-workshops agrikoli żgħar.

Il-karattru tradizzjonali tat-teknika tal-produzzjoni tal-ġobon tal-baqta huwa ddeterminat mill-elementi li ġejjin (6):

natura tal-materja prima: ħalib xkumat, kontenut tax-xaħam tal-ħalib standardizzat;

grad tat-trattament bis-sħana tal-ħalib: pastorizzazzjoni normalment qasira f’temperatura ta’ madwar 74 °C għal madwar 12-il sekonda, jew bejn 80 u 85 °C għal perjodu ta’ ftit sekondi sa madwar 12-il sekonda;

metodu ta’ preċipitazzjoni tal-proteini (primarjament il-kaseina): aċidifikazzjoni indiretta bl-aċidifikazzjoni tal-ħalib (sa pH ta’ madwar 4,6) bis-saħħa tal-batterji tal-fermentazzjoni lattika;

metodu ta’ trattament tal-baqta jew tal-massa granulari koagulata: kalibru, grad ta’ tnixxif u firxa tal-bidla fil-pH tal-biċċiet tal-baqta;

grad ta’ trattament finali tal-baqta: tbattil, pressar.

It-teknika tal-produzzjoni tal-baqta għat-“twaróg wędzony” tibqa’ waħda tradizzjonali minħabba l-atti tekniċi speċifiċi deskritti hawn taħt, pereżempju fil-Manwal Nru 342 tal-1976 dwar il-produzzjoni tal-ġobon tal-baqta mhux misjur, ippubblikat mill-Unjoni Ċentrali tal-Kooperattivi tal-Ħalib fil-Polonja:

użu bħala materja prima tal-ħalib b’kontenut standardizzat ta’ xaħam,

pastorizzazzjoni għal żmien qasir,

koagulazzjoni bl-aċidu lattiku prodott minn batterji tal-fermentazzjoni tal-aċidu lattiku - ħin tal-proċess bejn 12 u 18-il siegħa,

qtugħ tal-baqta, taħlit u tisħin/tnixxif tal-grana,

pressar jew awtopressar tal-ġobon.

It-teknika użata biex jiġi prodott il-prodott imsejjaħ “‘twaróg wędzony’” taħt kundizzjonijiet industrijali ġiet introdotta fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20. It-teknika tal-produzzjoni għal dan il-prodott imbagħad ġiet deskritta fil-Manwal Tekniku Nru 256/83 ippubblikat mill-Unjoni Provinċjali tal-Kooperattivi tal-Ħalib f’Poznań, u r-rekwiżiti tal-kwalità ġew iddefiniti fl-Istandard tal-Manifattura Zn-83/CZSMl/A-85, ippubblikat fl-1983 minn WZSMl f’Poznań. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-ekonomija ppjanata fil-livell ċentrali, dan l-istandard kien applikabbli għal workshops li jipproduċu t-“twaróg wędzony” fil-pajjiż kollu. Sal-lum, il-produzzjoni tat-“twaróg wędzony” tosserva l-protokolli tekniċi kollha stipulati fil-manwal imsemmi hawn fuq għall-azzjonijiet li jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu f’termini ta’ tmelliħ u affumikar.

Sorsi oħrajn li jirreferu għat-“twaróg wędzony” huma bbażati fuq l-istandard tal-manifattura u l-manwal tekniku.

Fl-artiklu intitolat “Twarogi kwasowe – przetwórstwo” (Ġobon frisk aċiduż – produzzjoni), ippubblikat fl-istampa speċjalizzata (Przegląd Mleczarski, 2008), l-espert Krzysztof Bohdziewicz josserva li t-tendenza naturali fil-produzzjoni tal-ġobon tal-baqta kienet li tiġi estiża il-ħajja fuq l-ixkaffa tiegħu, u li issa għandha ttejjeb il-kwalitajiet nutrittivi tiegħu u l-attraenza tiegħu fis-suq. It-“twaróg wędzony” fis-sens tal-istandard tal-produzzjoni tal-1983 huwa mniżżel bħala li jagħmel parti minn dan it-tip ta’ prodott. L-artikolu jirreferi wkoll għat-tmelliħ tal-prodott u ż-żieda possibbli tal-ħwawar.

Fir-rigward tal-proċeduri deskritti fil-manwal u l-istandard tal-1983, ġew awtorizzati żewġ tipi ta’ tmelliħ tul is-snin: it-tmelliħ niexef tal-ġobon (għall-ġobon tal-pejst ippressat) u t-tmelliħ bl-immersjoni fis-salmura (għall-ġobon awtopressat). Iż-żewġ tekniki jirreferu għal metodi tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ġobon (7). L-introduzzjoni tal-metodu tat-tmelliħ bl-immersjoni tal-ġobon fis-salmura ppermettiet li jittejbu l-istandards tal-kwalità tal-prodott mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi finali.

L-affumikar, minbarra t-tmelliħ u t-tnixxif, hija meqjusa bħala wieħed mill-eqdem metodi tal-preservazzjoni tal-oġġetti tal-ikel. Fi żmien meta t-tkessiħ, l-iffriżar, il-lijofilizzazzjoni, l-isterilizzazzjoni u l-preservazzjoni jintużaw l-aktar biex jippreservaw l-oġġetti tal-ikel, il-proċess tal-affumikar fil-biċċa l-kbira tilef ir-rwol tiegħu bħala metodu ta’ preservazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, favur it-tisħiħ tar-rwol tradizzjonali tiegħu li jtejjeb il-prodott.

It-“twaróg wędzony” jiġi affumikat bil-kombustjoni taz-zkuk tas-siġar ħorfija. Fil-produzzjoni kummerċjali tat-“twaróg wędzony”, id-duħħan jiġi prodott f’ċumnija mqabbda permezz ta’ kanali tal-affumikar ma’ kamra tal-affumika xierqa, fejn il-ġobon tal-baqta jitqiegħed fuq gradilji speċjali. Maż-żmien beda jintuża tagħmir ġdid tal-affumikar: l-użu ta’ ġeneraturi tad-duħħan naturali u ġie introdott il-laqx għall-affumikar tal-injam tal-fagu jew tal-alnu. Bħala riżultat, il-proċess sar aktar sikur u jippermetti standardizzazzjoni akbar tas-sistema tal-affumikar, filwaqt li żamm il-karatteristiċi u l-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott u l-metodu tradizzjonali tal-affumikar bis-sħana. Dan huwa l-mod kif isir attwalment.

B’dan il-mod, il-karattru oriġinali u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott huma ppreservati, peress li l-proċess tat-tmelliħ tal-baqta u l-affumikar “bis-sħana” bl-injam ta’ siġar ħorfija dejjem tqies bħala fundamentali għall-kwalità unika tal-prodott, li hija tant apprezzata mill-konsumaturi.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  It-terminu Pollakk “twaróg” jirreferi għal massa tal-kaseina koagulata bl-aċidu jew bit-tames u mnixxfa kif xieraq, ġeneralment għal 65-75 % tal-kontenut ta’ ilma tagħha.

(3)  J. Licznerski, “Serowarstwo”, Varsavja, 1922.

(4)  Antoni Waga, fix-xogħol prattiku tiegħu “Teorya gospodarowania wewnętrznego, czyli zbiór wiadomości potrzebnych gospodyniom, dla użytku Instytutów Żeńskich” (It-Teorija tal-Ġestjoni Domestika – Ġabra ta’ Għarfien Meħtieġ għal dawk li Jieħdu Ħsieb id-Dar, għall-Użu tal-Istituzzjonijiet tan-Nisa”, ippubblikat fl-1837, semma dan li ġej:

(5)  Ibid.

(6)  E. Pijanowski, J.Gaweł, “Zarys chemii i technologii mleczarskiej, tom III” (Manwal tal-Kimika u tat-Teknoloġija tal-Prodotti tal-Ħalib, volum III), PWRiR, Varsavja, it-3et edizzjoni, emendata fl-1986, p. 222-223.

(7)  E. Pijanowski, J.Gaweł, “Zarys chemii i technologii mleczarskiej, tom III” (Manwal tal-Kimika u tat-Teknoloġija tal-Prodotti tal-Ħalib, volum III), PWRiR, Varsavja, it-3et edizzjoni, emendata fl-1986, p. 117-123.