|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2023/C 156/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 156/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 156/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 156/04 |
||
|
2023/C 156/05 |
||
|
2023/C 156/06 |
||
|
2023/C 156/07 |
||
|
2023/C 156/08 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ April 2023
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
(BĊE/2023/12)
(2023/C 156/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022, il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, KPMG, intemm permezz ta’ ftehim reċiproku. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għażel lil Deloitte Audit Ltd bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit Ltd għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 24 ta’ April 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/2 |
STATUTI TAL-ACTRIS ERIC
(2023/C 156/02)
PREAMBOLU
BILLI x-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja teħtieġ fehim tal-varjabbiltà spazjali u temporali tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira;
BILLI fehim aktar profond tal-forzi xprunaturi tat-tibdil fil-klima u tat-tniġġis tal-arja jeħtieġ osservazzjoni tad-distribuzzjoni b’erba’ dimensjonijiet tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira;
BILLI fehim aktar profond tal-varjabbiltà atmosferika tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira jeħtieġ għarfien tal-proċessi kumplessi li jixprunaw l-interazzjonijiet tagħhom;
BILLI x-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja teħtieġ aċċess garantit għad-data ta’ osservazzjoni fit-tul ipprovduta bi preċiżjoni u b’kopertura ġeografika adegwata;
BILLI t-titjib tal-għarfien u tat-teknoloġiji għax-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja jeħtieġ aċċess għal pjattaformi ta’ riċerka strumentati ħafna f’atmosferi naturali u kkontrollati;
BILLI L-ACTRIS tipprovdi għarfien espert uniku fil-metroloġija tal-aerosols, tas-sħab u tal-gassijiet traċċa reattivi, fil-forniment tad-data relatata mal-varjabbiltà tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira u fil-proċeduri għall-aċċess ta’ din l-informazzjoni;
BILLI l-prodotti tad-data tal-ACTRIS huma meħtieġa għall-kompletezza tas-sistema ta’ osservazzjoni tad-dinja għall-kwalità tal-klima u tal-arja u jikkontribwixxu biex isolvu l-inċertezzi fil-mudelli tas-sistema tal-klima u tad-dinja lejn l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għar-rispons għall-isfidi ambjentali;
BILLI L-ACTRIS għandha l-ħsieb li tgħolli l-livell tat-teknoloġija użata fl-infrastruttura tar-riċerka distribwita u tal-kwalità tas-servizzi offruti lil komunità wiesgħa ħafna ta’ utenti, bl-involviment tas-sħab mis-settur privat;
BILLI L-ACTRIS tippromwovi wkoll it-taħriġ tal-operaturi u tal-utenti u ssaħħaħ ir-rabta bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tax-xjenza atmosferika u klimatika;
GĦALHEKK
il-membri u l-osservaturi elenkati fl-Anness I
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
ELEMENTI ESSENZJALI
Artikolu 1
Isem
Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa (ACTRIS) hija stabbilita bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009, bl-isem ta’ “ACTRIS ERIC”.
Artikolu 2
Kompiti u attivitajiet
1. L-għan tal-ACTRIS huwa li tipproteġi settijiet tad-data integrati ta’ kwalità għolja fil-qasam tax-xjenzi atmosferiċi u li tipprovdi servizzi, inkluż l-aċċess għal pjattaformi strumentati, imfassla għall-użu xjentifiku u teknoloġiku.
2. Il-kompitu ewlieni tal-ACTRIS ERIC huwa li jistabbilixxi u jopera l-infrastruttura tar-riċerka distribwita u li jikkoordina l-iżvilupp strateġiku u finanzjarju u l-operat fit-tul tal-ACTRIS.
3. Fit-twettiq tal-kompitu ewlieni tiegħu, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn l-Istatuti, l-ACTRIS ERIC għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
jikkoordina u jimmonitorja l-forniment adegwat tad-data mill-Faċilitajiet Nazzjonali; |
|
(b) |
jikkoordina u jimmonitorja l-attivitajiet fil-Faċilitajiet Ċentrali u l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp tas-servizzi; |
|
(c) |
jiżgura l-aċċess miftuħ u f’waqtu għad-data u għall-prodotti tad-data tal-ACTRIS permezz taċ-Ċentru tad-Data; |
|
(d) |
jopera aċċess fiżiku u mill-bogħod għaċ-Ċentri Tematiċi, għaċ-Ċentru tad-Data u għall-Faċilitajiet Nazzjonali. |
4. L-ACTRIS ERIC jista’ jwettaq ukoll l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
jippromwovi l-ACTRIS lill-komunitajiet tax-xjenza, lis-settur privat u lill-pubbliku ġenerali; |
|
(b) |
jimplimenta l-iżviluppi soċjetali u teknoloġiċi relatati mal-kompitu u mal-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(3) tal-Istatuti; |
|
(c) |
jiżviluppa attivitajiet konġunti mal-gruppi ta’ utenti inkluż l-industrija; |
|
(d) |
jippromwovi t-trasferiment tal-għarfien lill-industrija, lis-soċjetà u lil dawk li jfasslu l-politika; |
|
(e) |
jarmonizza l-implimentazzjoni tal-ACTRIS mal-prijoritajiet u mal-istrateġiji nazzjonali; |
|
(f) |
jippromwovi r-riżorsi tal-ACTRIS għal finijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ; |
|
(g) |
jikkollabora u jkun interoperabbli ma’ infrastrutturi oħra tar-riċerka f’oqsma relatati u komplementari; |
|
(h) |
irawwem it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali; |
|
(i) |
jipparteċipa bħala sieħeb iffinanzjat jew ta’ finanzjament f’attivitajiet ta’ riċerka xjentifika rilevanti għall-kompitu tiegħu; u |
|
(j) |
iwettaq kwalunkwe azzjoni relatata oħra meħtieġa biex jikseb il-kompitu tiegħu. |
5. L-ACTRIS-ERIC għandu jwettaq il-kompitu ewlieni tiegħu fuq bażi mhux ekonomika. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-ACTRIS ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, dment li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompitu ewlieni tiegħu u ma jipperikolawx l-ilħuq tiegħu. L-ACTRIS ERIC għandu jżomm rekord tal-kostijiet u tad-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu separatament, u għandu jitlob prezzijiet tas-suq għalihom, jew, jekk dawn ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, il-kostijiet totali flimkien ma’ marġni raġonevoli. Kwalunkwe introjtu ġġenerat minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi limitati għandu jintuża mill-ACTRIS ERIC biex itejjeb u jsaħħaħ il-kompitu tiegħu.
Artikolu 3
Post u sede statutorja
1. L-ACTRIS ERIC se jkun infrastruttura tar-riċerka distribwita b’sede statutorja f’Ħelsinki, fil-Finlandja, u f’unitajiet tal-Uffiċċju Prinċipali li jinsabu fil-Finlandja u fl-Italja.
2. L-infrastruttura tar-riċerka distribwita għandha tinkludi Ċentru tad-Data, Ċentri Tematiċi u Faċilitajiet Nazzjonali li jinsabu f’pajjiżi differenti. Iċ-Ċentru tad-Data, iċ-Ċentri Tematiċi u l-Faċilitajiet Nazzjonali għandhom ikunu kkonnettjati mal-ACTRIS ERIC permezz ta’ ftehimiet magħmula mal-organizzazzjonijiet li jospitaw il-faċilitajiet.
Artikolu 4
Durata u stralċ
1. L-ACTRIS ERIC għandu jiġi stabbilit għal perjodu indefinit, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istralċ tal-ERIC.
2. L-istralċ tal-ACTRIS ERIC għandu jseħħ wara deċiżjoni f’dan ir-rigward mill-Assemblea Ġenerali, f’konformità mal-Artikolu 18(8) tal-Istatuti.
3. L-assi li jifdal wara l-pagament tad-djun tal-ACTRIS ERIC għandhom jitqassmu bejn il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni annwali rispettiva tagħhom lill-ACTRIS ERIC, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali.
4. Mingħajr dewmien bla bżonn wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ stralċ, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem wara tali adozzjoni, l-ACTRIS ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan. Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, l-ACTRIS ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan.
5. L-ACTRIS-ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Responsabbiltà u assigurazzjoni
1. L-ACTRIS ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
2. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi għad-djun tal-ACTRIS ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ipprovduti lill-ACTRIS ERIC.
3. L-ACTRIS ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u għall-operat tal-ACTRIS ERIC.
Artikolu 6
Politika ta’ aċċess għall-utenti
1. L-ACTRIS ERIC għandu jipprovdi aċċess effettiv għad-data, għall-għodod u għas-servizzi. Il-prijoritizzazzjoni mhux diskriminatorja għandha tiġi applikata abbażi tal-mertu xjentifiku, il-fattibbiltà teknika u/jew kriterji rilevanti oħra pertinenti għall-għan tal-ACTRIS.
2. L-aċċess għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess miftuħ li jsegwu l-kriterji, il-proċeduri u l-modalitajiet stabbiliti fil-politika tad-data tal-ACTRIS ERIC u fid-dokumenti ta’ politika dwar l-aċċess u s-servizz approvati mill-Assemblea Ġenerali. Il-proċeduri u l-kriterji tal-evalwazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-ACTRIS ERIC. L-ACTRIS ERIC għandu jipprovdi gwida lill-utenti inkluż permezz tal-portal web tiegħu biex jiffaċilita l-aċċess għad-data, għall-għodod u għas-servizzi.
Artikolu 7
Politika ta’ evalwazzjoni
L-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC għandhom jiġu evalwati kull sena mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni. Barra minn hekk, is-servizzi, l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tal-ACTRIS għandhom jiġu evalwati mill-inqas kull 5 snin minn evalwaturi esterni indipendenti, li ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni, maħtura mill-Assemblea Ġenerali u li jirrapportaw lilha.
Artikolu 8
Politika dwar it-tixrid
1. L-ACTRIS ERIC għandu jippromwovi x-xjenza miftuħa u l-innovazzjoni u jħeġġeġ lill-utenti jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli għall-pubbliku. L-użu tad-data, tas-servizzi u tal-infrastruttura tal-ACTRIS għandu jiġi rikonoxxut fil-pubblikazzjonijiet u fi kwalunkwe dokument ieħor. Għandhom jiġu pprovduti aktar dettalji fir-regoli interni tal-ACTRIS ERIC.
2. L-ACTRIS ERIC għandu juża diversi kanali biex jilħaq lill-udjenzi fil-mira, inkluż il-portal web, il-media soċjali, il-bullettini, il-workshops, il-parteċipazzjoni f’konferenzi, l-artikli fir-rivisti u l-gazzetti ta’ kuljum.
Artikolu 9
Politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
1. Soġġett għat-termini ta’ kwalunkwe kuntratt bejn l-ACTRIS ERIC u l-utenti, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali maħluqa mill-utenti tal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu proprjetà ta’ dawk l-utenti.
2. Id-data tal-ACTRIS, kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għarfien ieħor li jiġi prodott u żviluppat fi ħdan l-ACTRIS, għandhom jappartjenu għall-entità jew għall-persuna li tkun iġġenerathom. L-użu tad-data tal-ACTRIS għandu jingħata lill-ACTRIS ERIC mill-fornituri tad-data f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-politika tad-data tal-ACTRIS u fid-dokumenti ta’ politika tal-aċċess u tas-servizz.
3. Id-data tal-ACTRIS għandha tkun disponibbli skont il-prinċipji tax-xjenza miftuħa u tal-aċċess miftuħ stabbiliti f’aktar dettall fir-regoli interni.
Artikolu 10
Politika dwar l-impjiegi
1. Il-politika dwar l-impjiegi tal-ACTRIS ERIC għandha tkun regolata mil-liġijiet tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-persunal.
2. Il-proċeduri tal-għażla, ir-reklutaġġ u l-impjieg mal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu trasparenti u mhux diskriminatorji u jirrispettaw l-opportunitajiet ugwali. Ir-regoli dettaljati dwar ir-reklutaġġ tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli interni.
Artikolu 11
Politika tal-akkwist
L-ACTRIS ERIC għandu jittratta lill-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunux ibbażati fl-Unjoni jew le. Il-politika tal-akkwist tal-ACTRIS ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. Ir-regoli dettaljati u kriterji dwar il-proċeduri tal-akkwist għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli interni.
KAPITOLU 2
SĦUBIJA U STATUS TA’ OSSERVATUR
Artikolu 12
Membri, osservaturi permanenti, osservaturi u entitajiet rappreżentanti
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri tal-ACTRIS ERIC bi drittijiet tal-vot jew jistgħu jsiru osservaturi permanenti jew osservaturi mingħajr drittijiet tal-vot tal-ACTRIS ERIC:
|
(a) |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
il-pajjiżi assoċjati kif definiti fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009”; |
|
(c) |
il-pajjiżi terzi, kif definiti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, għajr il-pajjiżi assoċjati; |
|
(d) |
l-organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
2. Il-kundizzjonijiet biex isiru membru, osservatur permanenti jew osservatur huma stipulati fl-Artikolu 13. Is-sħubija fl-ACTRIS ERIC trid tinkludi mill-inqas Stat Membru wieħed tal-Unjoni Ewropea u mill-inqas żewġ pajjiżi oħra li huma jew Stati Membri jew pajjiżi assoċjati.
3. Fi kwalunkwe ċirkostanza, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot b’mod konġunt fl-Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali għandha tiżgura li l-ACTRIS ERIC jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit f’kull ħin.
4. Kwalunkwe membru, osservatur permanenti jew osservatur imsemmi fil-paragrafi 12(1)(a) sa (c) jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew aktar minn waħda fl-Assemblea Ġenerali, inkluż ir-reġjuni jew l-entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu stess. Tali membri, osservaturi permanenti jew osservaturi għandhom jinformaw lill-President tal-Assemblea Ġenerali dwar kwalunkwe tibdil fl-entità rappreżentanti, dwar t-tmiem tal-mandat tagħha, jew dwar kwalunkwe tibdil fid-drittijiet u fl-obbligi speċifiċi ddelegati lill-entità rappreżentanti.
5. Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi tal-ACTRIS ERIC u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom huma elenkati fl-Anness I. L-Anness I għandu jinżamm aġġornat mill-president tal-Assemblea Ġenerali, jew minn kwalunkwe persuna awtorizzata minnu/minnha.
6. F’każijiet fejn l-ACTRIS ERIC iqis li huwa ta’ benefiċċju, huwa jista’ jidħol ukoll fi ftehim ma’ partijiet terzi, pereżempju pajjiżi li ma jistgħux ikunu membru, osservatur permanenti jew osservatur tal-ERIC.
Artikolu 13
Kundizzjonijiet biex wieħed isir membru, osservatur permanenti jew osservatur
1. L-entitajiet li ffirmaw it-talba uffiċjali biex jistabbilixxu l-ACTRIS ERIC għandhom isiru membri jew osservaturi bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 723/2009.
2. Soġġett għall-Artikolu 13(1), l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) li jkunu lesti li jsiru membri tal-ACTRIS ERIC għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea Ġenerali. Dik l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-entità se tikkontribwixxi għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC deskritti fl-Artikolu 2 u kif se tissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 15.
3. Soġġett għall-Artikolu 13(1), l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) li huma lesti jikkontribwixxu għall-ACTRIS ERIC iżda li ma humiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala membri, jistgħu japplikaw biex ikunu osservatur permanenti jew osservatur. L-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-president tal-Assemblea Ġenerali. Dik l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC deskritti fl-Artikolu 2 u kif se tissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 16.
Artikolu 14
Irtirar ta’ membru, ta’ osservatur permanenti jew ta’ osservatur u terminazzjoni tal-istatus ta’ membru jew ta’osservatur
1. Membru jew osservatur permanenti ma għandux jirtira matul l-ewwel 5 snin tal-ACTRIS ERIC.
2. Wara l-ewwel 5 snin tal-istabbiliment tal-ACTRIS ERIC, membru jew osservatur permanenti jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja, dment li dan jinnotifika dwar l-irtirar tiegħu billi jibgħat talba uffiċjali 6 xhur bil-quddiem lill-president tal-Assemblea Ġenerali.
3. Osservatur jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja dment li dan jinnotifika bl-irtirar tiegħu billi jibgħat talba uffiċjali 6 xhur bil-quddiem lill-president tal-Assemblea Ġenerali.
4. Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi għandhom jissodisfaw l-obbligi finanzjarji u l-obbligi l-oħrajn kollha qabel ma l-irtirar ikun jista’ jsir effettiv.
5. L-Assemblea Ġenerali tista’ titwaqqaf is-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur f’dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
membru, osservatur permanenti jew osservatur jikser b’mod serju obbligu wieħed jew iktar skont dawn l-istatuti; |
|
(b) |
membru, osservatur permanenti jew osservatur ikun naqas milli jirregola tali ksur fi żmien 6 xhur minn meta jirċievi notifika bil-miktub dwar il-ksur mill-president tal-Assemblea Ġenerali. |
6. Il-membru, l-osservatur permanenti jew l-osservatur imsemmi fl-Artikolu 14(5) hawn fuq għandu jkollu d-dritt li jispjega lill-Assemblea Ġenerali l-pożizzjoni tiegħu, qabel ma l-Assemblea Ġenerali tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kwistjoni.
7. Il-membru, l-osservatur permanenti jew l-osservatur li jirtira jew li s-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur tiegħu jitwaqqfu, la għandu jkollu d-dritt għal restituzzjoni u lanqas għal rimborż ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni jkun għamel.
8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14(1) – 14(3), il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi li huma pajjiżi terzi, għajr il-pajjiżi assoċjati jew l-organizzazzjonijiet intergovernattivi, jistgħu jirtiraw mill-ACTRIS ERIC wara bidliet fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 li jaffettwaw materjalment id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-ACTRIS ERIC. Dawn il-bidliet jitqiesu bħala materjali meta jimplikaw żieda fit-tariffi (inkluż il-kontribuzzjonijiet annwali), jemendaw l-ishma tal-vot, jimponu rekwiżiti li jmorru kontra l-liġijiet applikabbli skont l-Artikolu 31 ta’ dawn l-istatuti, ineħħu d-dritt ta’ rappreżentazzjoni fl-Assemblea Ġenerali jew f’korpi oħrajn stabbiliti mill-ACTRIS ERIC, jew jibdlu d-drittijiet tagħhom relatati mar-rappreżentazzjoni jew mal-użu tas-servizzi u tal-faċilitajiet tal-ACTRIS.
Ir-responsabbiltajiet u l-effetti tal-irtirar mill-ACTRIS ERIC, għandhom jiġu deċiżi inizjalment f’konformità mal-Artikolu 14(4), soġġett għal vot unanimu tal-Assemblea Ġenerali.
Minkejja l-Artikoli 14(1) – 14(3), il-membru affettwat u l-osservatur permanenti għandhom (fi żmien 6 xhur mill-bidla rilevanti fir-Regolamenti ERIC) jibagħtu avviż ta’ mill-inqas 3 xhur lill-Assemblea Ġenerali dwar l-irtirar tagħhom biex dan jidħol fis-seħħ fi kwalunkwe żmien wara 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-istatuti.
Minkejja l-Artikoli 14(1) – 14(3), l-osservatur affettwat għandu (fi żmien 6 xhur mill-bidla rilevanti fir-Regolamenti ERIC) jipprovdi avviż mill-inqas 3 xhur qabel lill-Assemblea Ġenerali dwar l-irtirar tiegħu.
KAPITOLU 3
DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI
Artikolu 15
Membri
1. Mingħajr preġudizzju għal drittijiet oħra stabbiliti f’dawn l-istatuti, f’politiki interni jew f’liġijiet applikabbli, kull membru għandu d-dritt li:
|
(a) |
jipparteċipa u jivvota fl-Assemblea Ġenerali; |
|
(b) |
jipparteċipa f’avvenimenti u f’attivitajiet tal-ACTRIS ERIC; |
|
(c) |
ikollu aċċess għall-appoġġ mill-ACTRIS ERIC u miċ-Ċentri Tematiċi tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita għall-Faċilitajiet Nazzjonali tiegħu; |
|
(d) |
jaħtar entitajiet rappreżentanti f’konformità mal-Artikolu 12; |
|
(e) |
jeleġġi u jiġi elett għall-korpi ta’ governanza tal-ACTRIS ERIC permezz tad-delegati tiegħu fl-Assemblea Ġenerali; |
|
(f) |
jospita unità ta’ Faċilità Ċentrali, u jmexxi Faċilità Ċentrali; |
|
(g) |
jixtri oġġetti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti in natura għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-ACTRIS ERIC li huma biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC (u li huma mniżżlin bħala tali fil-kontijiet tal-ACTRIS ERIC). |
2. Kull membru għandu:
|
(a) |
jipprovdi l-kontribuzzjonijiet annwali f’konformità mal-Artikolu 26; |
|
(b) |
jagħti s-setgħa lir-rappreżentanti tiegħu bl-awtorità sħiħa li jivvutaw fuq il-kwistjonijiet kollha mqajma matul laqgħa tal-Assemblea Ġenerali; |
|
(c) |
jimpenja ruħu li jwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC kif definiti fl-Artikolu 2; |
|
(d) |
iħeġġeġ l-adozzjoni tal-istandards tal-ACTRIS fil-komunitajiet xjentifiċi nazzjonali tal-ACTRIS tiegħu; |
|
(e) |
imexxi Faċilitajiet Nazzjonali ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jipprovdu s-servizzi lill-ACTRIS. |
Artikolu 16
Osservaturi permanenti u osservaturi
1. Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu d-dritt li:
|
(a) |
jattendu l-Assemblea Ġenerali mingħajr vot; |
|
(b) |
jipparteċipaw fl-avvenimenti u fl-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC; |
|
(c) |
ikollhom aċċess għall-appoġġ mill-ACTRIS ERIC u miċ-Ċentri Tematiċi tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita għall-Faċilitajiet Nazzjonali tiegħu; |
|
(d) |
jaħtru entitajiet rappreżentanti f’konformità mal-Artikolu 12. |
2. Kull osservatur għandu:
|
(a) |
jipprovdi l-kontribuzzjonijiet annwali f’konformità mal-Artikolu 26; |
|
(b) |
jimpenja ruħu li jwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC kif definiti fl-Artikolu 2; |
|
(c) |
iħeġġeġ l-adozzjoni tal-istandards tal-ACTRIS fil-komunitajiet xjentifiċi nazzjonali tal-ACTRIS tiegħu; |
|
(d) |
jipprovdi l-infrastruttura teknika neċessarja biex l-aċċess isir possibbli. |
3. Osservatur għandu jiddaħħal għal massimu ta’ 3 snin bil-possibbiltà ta’ estensjonijiet ta’ sentejn abbażi tal-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.
4. Osservatur li jipprevedi parteċipazzjoni dejjiema fil-konsorzju iżda li ma jkunx f’pożizzjoni li jsir membru, jista’ jingħata l-istatus ta’ osservatur permanenti abbażi tal-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali. L-osservaturi permanenti għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-membri kif iddikjarat fl-Artikolu 15(1), 15(2) u 26, ħlief id-dritt li jivvotaw fl-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 17
Sospensjoni tad-drittijiet tal-membri, tal-osservaturi u tal-osservaturi permanenti
1. Jekk membru jkollu jħallas kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 26, li jammontaw għal jew li jaqbżu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn dak il-membru għas-sena preċedenti, id-drittijiet tal-vot tiegħu fl-Assemblea Ġenerali għandhom jiġu sospiżi awtomatikament sakemm jitħallsu l-kontribuzzjonijiet.
2. Jekk osservatur jew osservatur permanenti jkollu jħallas kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 26 li jammontaw għal jew li jaqbżu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn dak l-osservatur jew l-osservatur permanenti għas-sena preċedenti, id-dritt tiegħu li jattendi l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali għandu jiġi sospiż awtomatikament sakemm jitħallsu l-kontribuzzjonijiet.
KAPITOLU 4
GOVERNANZA
Artikolu 18
Assemblea Ġenerali
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tkun il-korp ta’ tmexxija tal-ACTRIS ERIC u għandha tkun magħmula mid-delegati tal-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi. Kull membru, osservatur permanenti jew osservatur għandu jkun irrappreżentat minn mhux aktar minn żewġ delegati. Id-delegati għandhom jinħatru minn membru, minn osservatur permanenti jew minn osservatur. L-Assemblea Ġenerali għandha tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u għandha tkun responsabbli għad-direzzjoni u għas-sorveljanza ġenerali tal-ACTRIS ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandha teleġġi president u viċi president għal perjodu ta’ sentejn, liema perjodu jista’ jiġġedded darbtejn. Kull membru, osservatur permanenti jew osservatur għandu jinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-president tal-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar kwalunkwe ħatra jew it-tmiem tal-ħatra tad-delegati tiegħu. Id-delegati jistgħu jkunu akkumpanjati minn mhux aktar minn żewġ esperti bl-għan uniku li jagħtu pariri lid-delegati. L-esperti ma għandhomx jesprimu opinjonijiet matul il-laqgħat sakemm ma jkunux mistiedna jagħmlu dan mill-president. L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta r-regoli interni tagħha stess.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed li għandu jiġi ssupplimentat b’vot addizzjonali wieħed għal membru li jikkontribwixxi għal mill-inqas Faċilità Ċentrali waħda tal-ACTRIS u b’vot ieħor biex jikkontribwixxi għal aktar minn tliet Faċilitajiet Ċentrali differenti tal-ACTRIS. L-osservaturi permanenti u l-osservaturi għandhom jattendu l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali mingħajr id-dritt tal-vot.
3. L-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ u tiġi ppreseduta mill-president. Fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, l-Assemblea Ġenerali għandha tkun ippreseduta mill-viċi president.
4. Laqgħa straordinarja tal-Assemblea Ġenerali tiġi msejħa jekk din tintalab minn terz tal-membri.
5. Membru jista’ jirrappreżenta massimu ta’ membru wieħed ieħor. Il-membru li jkun qiegħed jiġi rrappreżentat għandu jinforma lill-president bil-miktub qabel kwalunkwe laqgħa tal-Assemblea Ġenerali.
6. Id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll fi proċedura bil-miktub. It-termini tal-proċedura bil-miktub huma stabbiliti fir-regoli interni adottati mill-Assemblea Ġenerali.
7. Sabiex issir laqgħa valida, ikun meħtieġ kworum ta’ żewġ terzi kemm tal-membri kif ukoll tal-voti. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, it-tieni laqgħa għandha tissejjaħ mill-aktar fis possibbli wara li ssir stedina ġdida bl-istess aġenda. Fit-tieni laqgħa, il-kworum għandu jitqies li ntlaħaq jekk 50 % tal-membri u tal-voti jkunu preżenti.
8. B’mod partikolari l-Assemblea Ġenerali għandha:
|
|
Tiddeċiedi b’vot unanimu tal-membri preżenti fil-laqgħa dwar l-emenda tal-istatuti tal-ACTRIS ERIC. |
|
|
Soġġett għall-Artikolu 26(2), deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġu (a) maġġoranza ta’ 2/3 tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa u (b) maġġoranza ta’ 60 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tas-Sħubija mħallsa għall-aktar sena finanzjarja sħiħa riċenti:
|
|
|
Soġġett għall-Artikolu 26(2), deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġu maġġoranza ta’ 2/3 tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa:
|
|
|
Tiddeċiedi b’maġġoranza sempliċi:
|
Artikolu 19
Direttur Ġenerali
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Assemblea Ġenerali skont proċedura adottata mill-Assemblea Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun impjegat mill-ACTRIS ERIC. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-ACTRIS ERIC. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet mill-Assemblea Ġenerali u għandu jiżgura l-iżvilupp xjentifiku u strateġiku tal-ACTRIS jissodisfa l-aspettattivi dwar l-impatt soċjoekonomiku, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni. Id-Direttur Ġenerali għandu jikkontribwixxi b’mod attiv għall-bini tal-komunità u għat-trawwim ta’ relazzjonijiet esterni u sħubijiet strateġiċi kif ukoll għandu jissorvelja u jikkoordina l-attivitajiet tal-ACTRIS. Id-Direttur Ġenerali għandu jirrappreżenta lill-ACTRIS ERIC fi kwalunkwe litigazzjoni.
2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali għandu jkun ta’ 5 snin. L-Assemblea Ġenerali tista’ ġġedded it-terminu darba.
3. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun ibbażat fis-sede statutorja tal-ACTRIS ERIC u għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-persunal u tal-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-baġit u mar-regoli interni tal-ACTRIS ERIC.
Artikolu 20
Uffiċċju Prinċipali
L-Uffiċċju Prinċipali għandu jkun il-hub ċentrali tal-ACTRIS, li jikkoordina l-operazzjonijiet tal-ACTRIS u li jippermetti s-servizzi tal-ACTRIS. L-Uffiċċju Prinċipali jappoġġa l-ħidma tal-Assemblea Ġenerali, u l-korpi konsultattivi u l-kumitati tal-ACTRIS ERIC.
Artikolu 21
Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv estern indipendenti Xjentifiku u tal-Innovazzjoni. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali.
2. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni għandu:
|
(a) |
Jimmonitorja l-kwalità xjentifika u operattiva tal-ACTRIS ERIC u l-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita; |
|
(b) |
Jagħti feedback u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp tal-ACTRIS ERIC u tal-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita; |
|
(c) |
Jiltaqa’ u jagħti rakkomandazzjonijiet mill-inqas darba fis-sena lill-Assemblea Ġenerali. |
Artikolu 22
Bord Konsultattiv Etiku
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Etiku indipendenti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Etiku għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali.
2. Il-Bord Konsultattiv Etiku għandu:
|
(a) |
Jagħti feedback u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-aspetti etiċi tal-ACTRIS ERIC u l-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita; |
|
(b) |
Jiltaqa’ u jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Assemblea Ġenerali u lid-Direttur Ġenerali meta jkun meħtieġ. |
Artikolu 23
Kumitat Finanzjarju
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Kumitat Finanzjarju u taħtar il-membri tiegħu.
2. Il-Kumitat Finanzjarju għandu:
|
(a) |
Jappoġġa lill-Assemblea Ġenerali fuq kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ippjanar finanzjarju; |
|
(b) |
Jiltaqa’ u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu meta meħtieġ lill-Assemblea Ġenerali. |
3. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, li għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 24
Korpi, kumitati u gruppi ta’ ħidma oħrajn
L-ACTRIS ERIC jista’ jistabbilixxi aktar korpi, kumitati u gruppi ta’ ħidma, jekk jitqies meħtieġ, u jiddefinixxi l-inkarigu u l-mandat tagħhom.
KAPITOLU 5
FINANZI U KONTRIBUZZJONIJIET
Artikolu 25
Riżorsi finanzjarji
Ir-riżorsi tal-ACTRIS ERIC għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
il-kontribuzzjonijiet tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi skont l-Artikolu 26 u l-Anness II; |
|
(b) |
l-għotjiet u d-donazzjonijiet; u |
|
(c) |
riżorsi oħra fi ħdan il-limiti u skont termini approvati mill-Assemblea Ġenerali. |
Artikolu 26
Kontribuzzjonijiet
1. Il-kontribuzzjoni tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi għandha tiġi kkalkolata f’konformità mar-regoli u l-prinċipji bażiċi stabbiliti fl-Anness II, li huma spjegati aktar fid-dettall fir-regoli finanzjarji interni tal-ACTRIS ERIC.
2. Kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjonijiet trid tiġi approvata mill-membru/i jew mill-osservatur(i) permanenti affettwat(i) mill-bidla qabel ma tkun tista’ tiġi approvata mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 27
Prinċipji baġitarji, kontijiet u verifika
1. Is-sena finanzjarja tal-ACTRIS ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
2. L-ACTRIS ERIC għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-pajjiż fejn ikollu s-sede statutorja tiegħu fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet. Għandhom jiġu pprovduti regoli aktar dettaljati fir-regoli finanzjarji interni tal-ACTRIS ERIC.
3. Il-kontijiet tal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. Ir-rapport annwali u l-baġit annwali għandhom jiġu pprovduti lill-Assemblea Ġenerali.
4. Donazzjonijiet, rigali u kwalunkwe introjtu ieħor mill-membri, mill-osservaturi permanenti, mill-osservaturi jew minn partijiet terzi jistgħu jaslu wara approvazzjoni mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 28
Eżenzjonijiet mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa
1. L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u f’konformità mal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, għandhom jiġu applikati għax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi mill-ACTRIS ERIC u mill-membri tal-ERIC, kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas legali Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC), u fit-tifsira tal-kapitoli 2 u 3 tal-istatuti li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-ACTRIS ERIC, dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. L-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
2. L-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa abbażi tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 għandhom ikunu limitati għal xiri mill-ACTRIS ERIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-ACTRIS ERIC, dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
3. Ix-xiri minn membri tal-persunal ma għandux ikun kopert mill-eżenzjonijiet.
KAPITOLU 6
MIXXELLANJI
Artikolu 29
Rapportar lill-Kummissjoni Ewropea
1. L-ACTRIS ERIC għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività, li b’mod partikolari jinkludi l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali u għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-ACTRIS ERIC.
2. L-ACTRIS ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament il-kisba tal-kompiti tal-ACTRIS ERIC jew li ttellef lill-ACTRIS ERIC milli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 723/2009.
Artikolu 30
Lingwa ta’ ħidma
Il-lingwa ta’ ħidma tal-ACTRIS ERIC għandha tkun l-Ingliż.
Artikolu 31
Liġi applikabbli
Il-funzjonament intern tal-ACTRIS ERIC għandu jkun regolat:
|
(a) |
mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 723/2009 u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(a) u 11(1) tar-Regolament; |
|
(b) |
(b) mid-dritt tal-Istat fejn l-ACTRIS-ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu fil-każ ta’ kwistjonijiet li ma jkunux, jew li jkunu biss parzjalment, regolati bl-atti msemmija fil-punt a); u |
|
(c) |
minn dawn l-istatuti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 32
Tilwim
1. Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi tal-ACTRIS ERIC għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu t-tilwim b’mod amikevoli.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri, l-osservaturi u l-osservaturi permanenti fir-rigward tal-ACTRIS ERIC, bejn il-membri, l-osservaturi u l-osservaturi permanenti u l-ACTRIS ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni Ewropea hija parti għaliha.
3. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-ACTRIS ERIC u partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija l-liġi tal-istat fejn l-ACTRIS ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu li għandha tiddetermina l-ġuriżdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ tali tilwim.
Artikolu 33
Aġġornamenti u disponibbiltà tal-istatuti
L-istatuti għandhom jinżammu aġġornati u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ACTRIS ERIC u fis-sede statutorja.
Artikolu 34
Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment
1. L-ewwel laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ mill-Istat fejn l-ACTRIS ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu mill-aktar fis possibbli wara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC tidħol fis-seħħ.
2. Qabel ma ssir l-ewwel laqgħa u mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC, l-Istat rilevanti għandu jinnotifika lill-membri fundaturi u lill-osservaturi bi kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li jeħtieġ li tittieħed f’isem l-ACTRIS ERIC. Dment li membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien 5 ijiem xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna awtorizzata kif xieraq mill-Istat rilevanti.
ANNESS I
LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI PERMANENTI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM
|
Membri |
Entitajiet rappreżentanti |
|
Ir-Repubblika tal-Awstrija |
Il-Ministeru Federali għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka (Bundesministerium für Bildung, Wissenschaft und Forschung) |
|
Ir-Renju tal-Belġju |
Service public de programmation Politique scientifique (BELSPO) – Autorité fédérale Departement Economie, Wetenscap en Innovatie (EWI) – Vlaamse overheid Service public de Wallonie – Direction Générale opérationelle de l’Economie, de l’Emploi & de la Recherche (EER) – Région wallonne |
|
Ir-Repubblika tal-Bulgarija |
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza |
|
Ir-Repubblika ta’ Ċipru |
Il-Viċi Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Politika Diġitali |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ministeru għall-Edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-Isport |
|
Ir-Renju tad-Danimarka |
L-Aġenzija Daniża għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza |
|
Ir-Repubblika tal-Finlandja |
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kultura Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet |
|
Ir-Repubblika Franċiża |
Centre national de la recherche scientifique (CNRS) |
|
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Il-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura, is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni tal-Konsumatur |
|
Ir-Repubblika Taljana |
Il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka (CNR) |
|
Ir-Renju tan-Norveġja |
Il-Kunsill Norveġiż għar-Riċerka |
|
Ir-Repubblika tal-Polonja |
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza |
|
Ir-Rumanija |
Ministerul Cercetării, Inovării și Digitalizării (RO), Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (MT) |
|
Ir-Renju ta’ Spanja |
Il-Ministeru għax-Xjenza u l-Innovazzjoni |
|
Ir-Renju tal-Iżvezja |
Il-Kunsill Żvediż għar-Riċerka (VR) |
|
Osservaturi |
Entitajiet rappreżentanti |
|
Il-Konfederazzjoni Żvizzera |
L-Uffiċċju Federali għall-Ambjent (FOEN) |
ANNESS II
KONTRIBUZZJONIJIET TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI PERMANENTI U TAL-OSSERVATURI GĦALL-OPERAZZJONIJIET
Daħla
L-għoti tar-riżorsi lill-Faċilitajiet Nazzjonali tal-ACTRIS huwa organizzat fuq livell nazzjonali, u l-finanzjament tagħhom ma għandux jitqies bħala primjum Ospitanti jew kontribuzzjonijiet tas-Sħubija fl-ACTRIS ERIC jew kontribuzzjonijiet Ospitanti għall-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC.
Il-pajjiżi li jospitaw l-unitajiet tal-Faċilità Ċentrali għandhom ikunu responsabbli għall-finanzjament tal-kostruzzjoni tagħhom, f’konformità mal-arranġamenti nazzjonali tagħhom.
L-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC huma parzjalment iffinanzjati permezz tal-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti mill-Pajjiżi Ospitanti u parzjalment permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi tal-ACTRIS ERIC, kif deskritt hawn taħt.
L-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC huma parzjalment iffinanzjati permezz tal-kontribuzzjonijiet Ospitanti mill-Pajjiżi Ospitanti tal-Faċilità Ċentrali u parzjalment mill-ACTRIS ERIC permezz tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija, kif deskritt hawn taħt.
Il-baġit u l-attivitajiet tal-ACTRIS se jiġu aġġustati biex jaqblu mad-dħul.
Prinċipji tal-kontribuzzjonijiet
|
1. |
Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-membri u tal-osservaturi permanenti għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija u, fejn applikabbli, fil-kontribuzzjonijiet Ospitanti u fil-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti. Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-osservaturi għandhom jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet tas-Sħubija biss. |
|
2. |
Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija huma kontribuzzjonijiet fi flus lill-ACTRIS ERIC mill-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi kollha li għandhom jintużaw mill-ACTRIS ERIC biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-kostijiet annwali tal-operat tal-Faċilitajiet Ċentrali. |
|
3. |
Il-kontribuzzjoni primjum Ospitanti hija l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess. |
|
4. |
Il-kontribuzzjoni Ospitanti hija l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess. Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti għandhom jiġu pprovduti kif stabbilit mill-Prinċipju 6 u jistgħu jiġu ttrasferiti kompletament jew parzjalment lill-ACTRIS ERIC biex jintbagħtu lill-istituzzjonijiet rispettivi, f’pajjiżhom stess. |
|
5. |
Il-livell tal-kontribuzzjonijiet Ospitanti u tal-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti huwa maqbul li huwa madwar 70 % tal-kostijiet tal-Faċilità Ċentrali. Il-kontribuzzjoni Ospitanti jew il-kontribuzzjoni primjum Ospitanti massima tal-Faċilitajiet Ċentrali ma tistax taqbeż is-70 % tal-baġit annwali tagħha u ma għandhiex tammonta għal inqas minn 50 %. |
|
6. |
Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti u l-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti jistgħu jiġu pprovduti fi flus jew in natura. Ir-regoli għall-kontribuzzjonijiet fi flus u in natura se jiġu definiti fir-regoli interni. |
|
7. |
Il-kwota tal-kostijiet operazzjonali annwali ta’ kull Faċilità Ċentrali li ma hijiex koperta mill-kontribuzzjoni Ospitanti jew mill-kontribuzzjoni primjum Ospitanti għandha tiġi ffinanzjata mill-ACTRIS ERIC permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija mill-membri tal-ACTRIS ERIC, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi. |
|
8. |
Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija għandhom jiġu pprovduti fi flus biss. |
|
9. |
Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija fl-ACTRIS ERIC għandhom isiru f’Euro. |
|
10. |
Il-kontribuzzjonijiet annwali tas-Sħubija għall-osservaturi permanenti u għall-osservaturi huma bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk għall-membri. |
|
11. |
Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi li jissieħbu fl-ACTRIS ERIC se jħallsu l-kontribuzzjoni annwali pro rata għas-sena tad-dħul, abbażi tax-xahar li fih jissieħbu fl-ACTRIS ERIC. |
|
12. |
Il-kontribuzzjonijiet annwali għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi jiġu deċiżi mill-Assemblea Ġenerali fil-mument li jaċċettaw l-applikazzjoni tagħhom, bħala membru jew osservatur. |
|
13. |
Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija jikkonsistu minn:
|
Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija annwali huma kkalkolati skont l-ekwazzjoni li ġejja, u spjegati fid-dettall fir-Regoli Finanzjarji Interni:
|
L-ekwazzjoni għall-parti ta’ appoġġ ġenerali u ta’ appoġġ operazzjonali: Għal kull Membru/Osservatur ta’ pajjiż i (minn 1 sa N) Kontribuzzjoni tas-sħubija (i) = Parti ġenerali ta’ appoġġ (i) + Parti ta’ appoġġ operazzjonali (i)
Fejn
|
L-ewwel impenji finanzjarji ta’ 5 snin
Għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin tal-ACTRIS ERIC, il-pjan indikattiv għad-dħul u n-nefqa tal-ACTRIS ERIC jidher hawn taħt (Tabella 1).
Għall-ewwel 5 snin, il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija jiġu kkalkolati, skont l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq, abbażi tal-kostijiet għaż-żieda fl-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali, u l-pjan tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi biex il-Faċilitajiet Nazzjonali jinġiebu fl-ACTRIS. Il-Kontribuzzjonijiet tas-sħubija li għandhom jitħallsu mill-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi huma kkalkolati għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin u jidhru fit-Tabella 2.
Il-kontribuzzjonijiet annwali stmati tal-primjum Ospitanti lejn l-ACTRIS ERIC għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin jidhru fit-Tabella 2. Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti indikattivi lejn il-Faċilitajiet Ċentrali, li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, jidhru fit-Tabella 3.
Mill-inqas sena qabel tmiem il-perjodu inizjali ta’ 5 snin, l-Assemblea Ġenerali se tibda l-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-pjan finanzjarju sussegwenti u l-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija.
Tabella 1
Il-pjan għad-dħul u n-nefqa tal-ACTRIS ERIC għall-ewwel 5 snin
|
DĦUL TAL-ACTRIS ERIC |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
|
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
1 475 320 |
2 069 497 |
2 421 496 |
2 720 060 |
3 088 263 |
|
Kontribuzzjoni tal-primjum ospitanti |
889 400 |
924 400 |
951 400 |
993 400 |
1 067 400 |
|
TOTAL |
2 364 720 |
2 993 897 |
3 372 896 |
3 713 460 |
4 155 663 |
|
NEFQIET TAL-ACTRIS ERIC |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
|
Uffiċċju Prinċipali |
1 158 895 |
1 209 290 |
1 241 027 |
1 302 089 |
1 402 081 |
|
Ċentru tad-Data, il-parti tal-ERIC |
78 312 |
78 312 |
82 312 |
82 312 |
86 312 |
|
Kontribuzzjonijiet tas-sħubija mqassmin mill-ġdid lill-Faċilitajiet Ċentrali, li mhumiex parti mill-ACTRIS ERIC |
1 127 512 |
1 706 296 |
2 049 557 |
2 329 059 |
2 667 270 |
|
TOTAL |
2 364 720 |
2 993 897 |
3 372 896 |
3 713 460 |
4 155 663 |
Tabella 2
Il-kontribuzzjonijiet annwali stmati tas-sħubija u l-kontribuzzjonijiet primjum ospitanti lejn l-ACTRIS ERIC għall-ewwel 5 snin
|
Pajjiż |
Kontribuzzjoni |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
|
L-AWSTRIJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
51 000 |
76 742 |
83 486 |
96 865 |
107 141 |
|
IL-BELĠJU |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
86 227 |
110 044 |
120 199 |
128 664 |
140 113 |
|
IL-BULGARIJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
48 581 |
61 336 |
66 783 |
72 739 |
80 954 |
|
ĊIPRU |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
66 946 |
78 713 |
83 726 |
89 401 |
96 941 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
57 901 |
83 624 |
90 523 |
103 485 |
113 181 |
|
ID-DANIMARKA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
43 568 |
57 853 |
63 477 |
70 246 |
93 649 |
|
IL-FINLANDJA |
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, HO |
700 000 |
700 000 |
700 000 |
700 000 |
700 000 |
|
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC |
7 200 |
7 200 |
7 200 |
7 200 |
7 200 |
|
|
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
83 769 |
109 163 |
153 669 |
180 067 |
211 134 |
|
|
FRANZA |
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC |
34 500 |
34 500 |
34 500 |
34 500 |
34 500 |
|
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
210 698 |
262 706 |
294 487 |
315 407 |
347 968 |
|
|
IL-ĠERMANJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
220 163 |
360 321 |
416 454 |
505 778 |
605 431 |
|
L-ITALJA |
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, HO |
111 000 |
146 000 |
169 000 |
211 000 |
281 000 |
|
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC |
13 000 |
13 000 |
17 000 |
17 000 |
21 000 |
|
|
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
128 645 |
248 588 |
297 000 |
320 619 |
344 335 |
|
|
IN-NORVEĠJA |
Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC |
23 700 |
23 700 |
23 700 |
23 700 |
23 700 |
|
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
66 247 |
81 318 |
87 587 |
95 014 |
104 688 |
|
|
IL-POLONJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
74 690 |
101 707 |
121 326 |
142 714 |
169 500 |
|
IR-RUMANIJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
82 255 |
99 041 |
134 294 |
147 967 |
158 643 |
|
SPANJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
145 271 |
175 830 |
190 798 |
204 847 |
223 905 |
|
L-IŻVEZJA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
58 425 |
75 352 |
123 895 |
138 371 |
149 300 |
|
L-IŻVIZZERA |
Kontribuzzjoni tas-sħubija |
50 935 |
87 161 |
93 793 |
107 876 |
141 380 |
|
Total tal-kontribuzzjoni tas-sħubija |
1 475 320 |
2 069 497 |
2 421 496 |
2 720 060 |
3 088 263 |
|
|
Total tal-kontribuzzjoni primjum ospitanti |
889 400 |
924 400 |
951 400 |
993 400 |
1 067 400 |
|
Tabella 3
Il-kontribuzzjonijiet annwali ospitanti indikati, kemm għall-implimentazzjoni kif ukoll għall-attivitajiet operazzjonali tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC (il-parti taċ-Ċentru tad-Data u taċ-Ċentri Tematiċi li ma hijiex tal-ERIC). Dawn il-kontribuzzjonijiet ospitanti ma humiex parti mid-dħul u min-nefqa tal-ACTRIS ERIC ippreżentati fit-Tabella 1
|
Pajjiż |
Kontribuzzjoni għal |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
|
L-AWSTRIJA |
CIS, CREGARS |
437 000 |
520 000 |
402 000 |
432 000 |
319 000 |
|
IL-BELĠJU |
CREGARS |
651 000 |
731 000 |
580 000 |
561 000 |
527 000 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
CAIS-ECAC |
115 000 |
102 000 |
106 000 |
106 000 |
95 000 |
|
IL-FINLANDJA |
DC, CAIS-ECAC, CCRES, CiGas |
1 714 000 |
788 000 |
772 000 |
802 000 |
833 000 |
|
FRANZA |
DC, CAIS-ECAC, CARS, CCRES, CiGas, CREGARS |
2 644 000 |
2 261 000 |
2 430 000 |
2 144 000 |
1 915 000 |
|
IL-ĠERMANJA |
CAIS-ECAC, CARS, CIS, CCRES, CiGas, CREGARS |
4 610 000 |
5 214 000 |
4 219 000 |
4 544 000 |
3 052 000 |
|
L-ITALJA |
HO (*1), DC, CAIS-ECAC, CARS |
2 675 000 |
3 497 000 |
940 000 |
956 000 |
1 198 000 |
|
IN-NORVEĠJA |
DC |
1 256 000 |
1 116 000 |
1 119 000 |
709 000 |
585 000 |
|
IR-RUMANIJA |
CARS |
105 000 |
255 000 |
265 000 |
272 000 |
282 000 |
|
SPANJA |
DC, CARS |
380 000 |
400 000 |
407 000 |
414 000 |
398 000 |
|
L-IŻVIZZERA |
CiGas |
121 000 |
116 000 |
112 000 |
108 000 |
104 000 |
|
Total tal-kontribuzzjoni ospitanti |
14 708 000 |
15 000 000 |
11 352 000 |
11 048 000 |
9 308 000 |
|
(*1) Il-kontribuzzjoni Ospitanti tal-Italja tinkludi l-kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Unità HO fl-2021-2022.
ANNESS III
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn l-istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ACTRIS” tfisser Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa li tipproduċi data ta’ kwalità għolja li tiddokumenta l-kostitwenti u l-proċessi atmosferiċi b’ħajja qasira li jwasslu għall-varjabbiltà tagħhom f’ambjenti naturali u kkontrollati u tintegra, tarmonizza u tqassam settijiet tad-data, attivitajiet u servizzi pprovduti mill-Faċilitajiet Ċentrali u mill-Faċilitajiet Nazzjonali.
“Data tal-ACTRIS” hija definita fil-politika tad-data tal-ACTRIS kif aċċettata u emendata bid-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali.
“ACTRIS ERIC” tfisser Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa stabbilita bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament (KE) Nru 723/20092.
“Faċilità Ċentrali” tfisser komponent tal-ACTRIS fil-livell Ewropew, Uffiċċju Prinċipali, Ċentru tad-Data jew Ċentru Tematiku, li joffri d-data tal-ACTRIS jew servizzi ta’ riċerka u servizzi oħrajn lill-utenti kif ukoll appoġġ operazzjonali lill-faċilitajiet nazzjonali.
“Kontribuzzjoni għal Faċilità Ċentrali” tfisser li pajjiż ikun qed jikkontribwixxi għal Faċilità Ċentrali jekk jospita parti mill-Faċilità Ċentrali jew jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ din il-parti. Il-kontribuzzjoni għal Faċilità Ċentrali teħtieġ kontribuzzjoni għall-finanzi tal-Faċilità Ċentrali permezz ta’ Kontribuzzjonijiet Ospitanti.
“Ftehim ta’ Kooperazzjoni” tfisser ftehim bejn l-ACTRIS ERIC u Faċilità Nazzjonali jew bejn l-ACTRIS ERIC u Faċilità Ċentrali li ma hijiex inkluża fl-ACTRIS ERIC.
“Ċentru tad-Data” tfisser il-Faċilità Ċentrali responsabbli għall-konservazzjoni, il-preservazzjoni, u d-distribuzzjoni tad-data, tal-prodotti u tal-għodod b’valur miżjud tal-ACTRIS, u l-ospitar tal-portal tad-data tal-ACTRIS.
“Uffiċċju Prinċipali” tfisser il-Faċilità Ċentrali responsabbli għall-koordinazzjoni u għar-rappreżentazzjoni tal-ACTRIS kif ukoll għall-iffaċilitar tal-aċċess għas-servizzi tal-ACTRIS.
“Pajjiż Ospitanti” tfisser kwalunkwe pajjiż fejn tinsab u topera l-unità tal-Faċilità Ċentrali.
“Kontribuzzjoni ospitanti” tfisser appoġġ ipprovdut mill-membri jew mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess.
“Kontribuzzjoni primjum ospitanti” tfisser l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess.
“Proprjetà Intellettwali” tfisser dak li jingħad fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-14 ta’ Lulju 1967 u kif emendata fit-28 ta’ Settembru 1979.
“Kontribuzzjoni tas-sħubija” tfisser l-ammont ta’ flus li l-pajjiżi jħallsu biex jissieħbu fl-ACTRIS ERIC bħala membri, osservaturi permanenti jew osservaturi.
“Faċilità Nazzjonali” tfisser pjattaforma ta’ osservazzjoni jew ta’ esplorazzjoni li għandha relazzjoni kuntrattwali mal-ACTRIS ERIC u li tipprovdi data u/jew aċċess fiżiku/mill-bogħod għall-bini tagħha.
“Ċentru Tematiku” tfisser Faċilità Ċentrali, li jew hija inkluża fl-ACTRIS ERIC jew li għandha relazzjoni kuntrattwali mal-ACTRIS ERIC, li toffri servizzi u appoġġ operazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità/għall-kontroll tal-kwalità tal-kejl u tad-data (inkluż taħriġ, kalibrar, assigurazzjoni tal-kwalità/għodod ta’ kontroll tal-kwalità, u żvilupp ta’ proċeduri standard ta’ operazzjoni u evalwazzjoni).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/22 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
3,50 % fl-1 ta' Mejju 2023
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta' Mejju 2023
(2023/C 156/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0965 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
150,70 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4538 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87868 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,2915 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9841 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,7620 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,587 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
371,98 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5758 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9305 |
|
TRY |
Lira Turka |
21,3508 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6371 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4885 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,6075 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7654 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4646 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 470,32 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,1460 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5791 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 143,37 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8948 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,712 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,478 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,4853 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,6703 |
|
INR |
Rupi Indjan |
89,7515 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/23 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008
(2023/C 156/04)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“Borzag pálinka”
Nru tal-UE: PGI-HU-02845
Ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
“Borzag pálinka”
2. Kategorija tax-xarba spirituża
|
9. |
Spirtu tal-frott |
3. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
Indikazzjoni Ġeografika
4. Deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża
Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi
Magħmul mill-frotta tal-għadma tas-sebuqa salvaġġa jew tal-frotta tas-sebuqa salvaġġa (Sambucus ebulus), li fil-lingwaġġ ta’ kuljum bl-Ungeriż hija magħrufa bħala borzag, “Borzag pálinka”:
|
— |
huwa ċar u ġeneralment bla kulur, għalkemm il-komponenti tal-kulur partikolarment qawwi tal-frotta jistgħu jiġu ttrasferiti għad-distillat finali mid-distillazzjoni u saħansitra jistgħu jipproduċu lewn pallidu jagħti fl-isfar matul il-perjodu fejn jitħalla jistrieħ; |
|
— |
għandu kontenut ta’ metanol permess massimu ta’ 1 000 g/hl ta’ 100 % ta’ volum ta’ alkoħol u kontenut ta’ ċjanur tal-idroġenu li ma jaqbiżx is-7 g/hl ta’ 100 % tal-volum ta’ alkoħol; |
|
— |
għandu karattru uniku u partikolarment prominenti u togħma u aroma qawwija. |
Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)
|
— |
Il-“Borzag pálinka” għandu qawwa alkoħolika ogħla minn 40 % tal-volum, minħabba li l-karatteristiċi aromatiċi tiegħu jipprevalu u jiżviluppaw kif xieraq f’qawwa alkoħolika ogħla; għandu kontenut ta’ sustanzi volatili ta’ mhux inqas minn 350 g/hl ta’ 100 % volum ta’ alkoħol, li huwa dovut għar-rikkezza aromatika tal-materja prima, is-sebuqa salvaġġa, fil-Kontea ta’ Nógrád. |
|
— |
In-noti aromatiċi karatteristiċi tal-“Borzag pálinka” jinkludu ħlewwa (togħma pjaċevoli ta’ ċikkulata, frott u għasel), pikkantezza, possibbilment karattru erbali (nagħniegħ, ħwawar ħodor, vanilja, ħlewwa, ġnibru), filwaqt li jistgħu jidhru wkoll noti ta’ qoxra tal-larinġ u marżipan derivati mill-frott artab tal-għadma. |
5. Definizzjoni taż-żona ġeografika
Iż-żona amministrattiva tal-Kontea ta’ Nógrád
6. Metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża
Il-frotta li toriġina fiż-żona definita tista’ tiġi mgħaffġa, iffermentata, distillata u titħalla tistrieħ f’distillerija li tinsab fiż-żona ġeografika.
L-istadji ewlenin fil-produzzjoni tal-“Borzag pálinka” huma kif ġej:
|
1. |
Għażla u aċċettazzjoni tal-frott |
|
2. |
Immaxxjar |
|
3. |
Fermentazzjoni |
|
4. |
Distillazzjoni |
|
5. |
Perjodu ta’ mistrieħ, ħażna |
|
6. |
Produzzjoni u trattament tal-pálinka |
6.1. Għażla u aċċettazzjoni tal-frott
Il-frott irid ikun misjur u mingħajr ħbub imħassra u materja estranja.
6.2. Immaxxjar
Il-frott b’ħabba żgħira jrid jitneħħielu z-zokk u l-ħbub iridu jiġu mgħaffġa, iżda biss sal-punt li l-għadma ma ssirilhiex ħsara (titnaqqas il-possibbiltà tal-formazzjoni ta’ ċjanur tal-idroġenu). Il-materja prima mbagħad tiddaħħal direttament f’tankijiet tal-fermentazzjoni (tal-azzar inossidabbli, possibbilment tal-plastik).
Skont il-konsistenza tal-frotta, jista’ jkun meħtieġ li jiżdied l-ilma jekk il-frott artab ikun imqadded, minħabba li hekk biss tista’ sseħħ kif xieraq il-fermentazzjoni.
6.3. Fermentazzjoni
L-użu ta’ teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u materjali awżiljarji (fermentazzjoni kontrollata, ħmira kulturata, enzimi pektolitiċi) huwa permess u rakkomandat. Il-pH ottimali tal-maxx huwa bejn 2,8 u 3,5. Il-maxx iffermentat għandu jiġi distillat malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-fermentazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-maxx iffermentat għandu jinħażen f’temperatura bejn 10 u 22 °C.
6.4. Distillazzjoni
Il-“Borzag pálinka” jista’ jiġi prodott permezz ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ distillazzjoni kummerċjalment disponibbli. It-teknoloġija b’apparat ta’ distillazzjoni mhux kontinwa tista’ tissemma speċifikament jekk il-pálinka tkun ġiet prodotta permezz ta’ tagħmir tad-distillazzjoni b’kapaċità massima ta’ 1 000 litru u wiċċ tar-ram, permezz ta’ distillazzjoni frazzjonali ta’ mill-inqas id-doppju.
6.5. Perjodu ta’ mistrieħ, ħażna
Wara r-raffinar/id-distillazzjoni, il-“Borzag pálinka” jrid jitħalla jistrieħ f’kamra protetta mid-dawl, b’temperatura uniformi ta’ inqas minn 20 °C u b’umdità moderata, biex it-togħmiet u l-fwejjaħ kumplessi jitħallew jitħalltu. Id-durata tal-perjodu ta’ mistrieħ trid tkun tal-anqas ta’ 60 jum. Matul dak iż-żmien, ma għandu jsir l-ebda proċess fiżiku jew kimiku fuq il-pálinka.
6.6. Produzzjoni u trattament tal-pálinka
Il-qawwa alkoħolika tad-distillat li jkun tħalla jistrieħ trid tiġi aġġustata għal-livell xieraq għall-konsum, billi jiżdied ilma mrattab, b’minimu ta’ 40 % V/V, minħabba li l-karatteristiċi aromatiċi tal-“Borzag pálinka” jipprevalu u jiżviluppaw kif xieraq b’qawwa alkoħolika ogħla. (Il-qawwa alkoħolika wara d-dilwizzjoni tista’ tvarja b’± 0,3 % V/V mill-valur iddikjarat fuq it-tikketta.)
Il-grad ta’ alkoħol xieraq għall-konsum għandu jiġi stabbilit b’reqqa kbira, f’diversi stadji, billi jiżdied 5–10 % ta’ ilma kull darba, fuq perjodu ta’ bosta ġranet, sabiex tiġi evitata l-opalexxenza u jiġu protetti l-komponenti aromatiċi.
7. Regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar
—
8. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-elementi speċifikati fil-leġiżlazzjoni, it-tikkettar jinkludi wkoll dan li ġej:
|
— |
“Földrajzi jelzés” [indikazzjoni ġeografika] (separata mill-isem) |
|
— |
L-isem “Borzag pálinka” jrid jidher fuq it-tikketti kollha tal-flixkun (fuq quddiem u/jew wara u/jew il-ġenb). |
9. Deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini tagħha
Ir-rabta bejn il-“Borzag pálinka” u ż-żona hija bbażata fuq il-karatteristiċi u r-reputazzjoni tal-prodott.
Il-materja prima għall-“Borzag pálinka” hija l-frotta tal-għadma tas-sebuqa salvaġġa (tuta tas-sebuqa) – magħrufa wkoll bl-Ungeriż bħala borzag – li toriġina fil-Kontea ta’ Nógrád.
Borzag huwa l-isem popolari u oriġinali li jingħata lil Sambucus ebulus L., jew is-sebuqa salvaġġa, mill-Ungeriżi tal-Kontea ta’ Nógrád (Pallas Nagylexikon: https://mek.oszk.hu/00000/00060/html/015/pc001524.html#10), li juri biċ-ċar li l-“Borzag pálinka” joriġina fil-Kontea ta’ Nógrád, peress li huwa hawnhekk biss li s-sebuqa salvaġġa hija magħrufa bħala borzag. Barra minn hekk, fil-ktieb tiegħu dwar il-“Borzag pálinka”, Sándor Póczos jiddikjara li hemm kontea fl-Ungerija, jiġifieri Nógrád, fejn hija magħrufa ħafna s-sebuqa salvaġġa (borzag), u l-ipproċessar tal-pálinka huwa aċċettat u saħansitra naturali.
Il-Kontea ta’ Nógrád tinsab fil-parti tat-Tramuntana tal-Ungerija, fl-intersezzjoni ta’ erba’ meded ta’ muntanji (Börzsöny, Mátra, Cserhát u Karancs-Medves). F’termini tat-topografija tagħha, iż-żona tikkonsisti minn meded ta’ muntanji mifruxa ta’ oriġini volkanika, b’għoli ta’ 400-600 m, inkluż irqajja’ ta’ foresta (li jammontaw għal madwar 40 % tat-territorju tal-kontea). Iż-żona għandha provvista tal-ilma naturali baxxa. Il-ħamrija batuta, aċiduża u iebsa u l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi – żoni friski, umdużi u dellin – taż-żona huma favorevoli għat-tkabbir tal-frotta, li huwa kkonfermat mill-istudji. Il-karatteristiċi li jiddefinixxu s-sebuqa huma influwenzati ħafna mit-temp. Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ambjentali, is-sebuqa salvaġġa li titkabbar fir-reġjun hija rikka ħafna fl-esteri morri tal-glikosidi iridojdi (ebulosid, isoswerosid), fis-saponina, fit-tannina, fil-glikosidi ċjanoġeniċi, fir-raża, fiż-żejt essenzjali u fl-aċidi organiċi. It-togħma morra tal-glikosidi iridojdi tikkontribwixxi ħafna għat-togħma tal-marżipan u l-karattru pikkanti tal-“Borzag pálinka”. Il-frott artab tiegħu fih ukoll proporzjon għoli ta’ żejt essenzjali, zokkor, glikosid ċjanoġeniku u kulurant vjola, li jwasslu għan-noti aromatiċi tiegħu ta’ ħlewwa u l-lewn okkażjonalment pallidu li jagħti fl-isfar tal-pálinka li tkun tħalliet tistrieħ.
Il-produzzjoni tal-“Borzag pálinka” fil-Kontea ta’ Nógrád tmur lura sekli sħaħ. Fid-dawl tat-tradizzjonijiet li ilhom sekli sħaħ, kważi d-distilleriji kummerċjali kollha fil-Kontea ta’ Nógrád jagħmlu l-pálinka mis-sebuqa salvaġġa. Huwa biss f’dawn il-partijiet (il-Kontea ta’ Nógrád) li l-pjanta hija magħrufa bħala borzag; f’partijiet oħrajn, hija magħrufa bħala gyalogbodza [it-terminu Ungeriż standard għas-sebuqa salvaġġa].
Sa min-nofs is-seklu 19, din il-pjanta robusta li ma titlobx wisq attenzjoni kienet saret mifruxa fil-Kontea ta’ Nógrád, kif ifakkar Zoltán Szerémy, li twieled f’Nógrádmegyer fl-1861: “... Iżda l-art kienet aktar diliġenti u ferventi mill-bdiewa tagħha. Kabbret minn rajha sġajra simili għas-sebuqa salvaġġa…” (Zoltán Szerémy: Emlékeim a régi jó időkből [Tifkirieti ta’ ġranet mgħoddija] pp. 27-28. Színészek Szövetsége. Budapest, 1929).
Is-sebuqa salvaġġa hija parti mill-mediċina folkloristika; kienet tintuża biex isir il-ġamm, u flimkien mal-okkorrenzi sporadiċi fir-reġjun abitat min-nies Palóc, l-aktar fil-Kontea ta’ Nógrád, kienet u għadha tintuża għall-produzzjoni tal-pálinka. Dan huwa muri wkoll minn artiklu fin-Nógrád Megyei Hírlap [il-Gazzetta tal-Kontea ta’ Nógrád] bit-titolu Forró az üst, forr a cefre [Il-kaldarun jaħraq u l-maxx qed jagħli] (21 ta’ Settembru 2004, p. 2), li jsemmi t-tliet ingredjenti ewlenin fil-produzzjoni lokali tal-pálinka: tuffieħ, lanġas u, fit-tielet post, is-sebuq salvaġġ (borzag).
Premjijiet li juru r-reputazzjoni tal-“Borzag pálinka”:
|
— |
2012 – L-Ewwel Konkors Nazzjonali tal-Pálinka magħmula minn Frott tal-Foresta u Selvaġġ – Midalja tad-deheb |
|
— |
2013 – It-Tieni Konkors Nazzjonali tal-Pálinka magħmula minn Frott tal-Foresta u Selvaġġ – Midalja tad-deheb |
|
— |
2014 – It-Tielet Konkors Nazzjonali tal-Pálinka magħmula minn Frott tal-Foresta u Selvaġġ – Midalja tal-fidda |
|
— |
2015 – Il-Ħdax-il Konkors tal-Inbid u l-Ispirti ta’ Mátra – Midalja tad-deheb |
|
— |
2016 – Ir-Raba’ Konkors Nazzjonali tal-Pálinka magħmula minn Frott tal-Foresta u Selvaġġ – Midalja tad-deheb |
|
— |
2018 – Il-Kulleġġ tal-Pálinka – il-Premju Fortissimus Spiritus |
|
— |
2020 Il-Konkors Nazzjonali tal-Pálinka u tal-Pálinka tal-Karfa tal-Għeneb – Midalja tal-fidda |
Il-“Borzag pálinka” jista’ jinxtara wkoll fl-aqwa lukanda tar-reġjun b’erba’ stilel bħala kurżità tal-Kontea ta’ Nógrád.
Għadd dejjem akbar ta’ produtturi qegħdin idaħħlu l-“Borzag pálinka” fil-Konkors Nazzjonali annwali tal-Pálinka magħmula minn Frott tal-Foresta u Selvaġġ.
Għalkemm il-“Borzag pálinka” huwa stabbilit u magħruf sew fil-Kontea ta’ Nógrád, sfortunatament jeżistu biss ftit rekords bil-miktub li juru r-reputazzjoni tal-prodott. Biex jiġi rrimedjat dan in-nuqqas, fl-2018 dehret pubblikazzjoni minn Sándor Póczos bl-isem ta’ Palócok pálinkája, a borzag [Borzag (is-sebuqa salvaġġa) – il-pálinka tan-nies ta’ Palóc] li tipprovdi evidenza storika b’appoġġ għall-fama lokali tal-prodott. Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll memorji u deskrizzjonijiet tal-“Borzag pálinka” minn għadd ta’ persuni li jgħixu fil-Kontea ta’ Nógrád jew li joriġinaw minn hemm (magħrufa wkoll bħala n-nies Palóc).
Fil-ktieb tiegħu Palócok pálinkája, a borzag, Sándor Póczos jiddikjara li r-reputazzjoni tal-“Borzag pálinka” hija marbuta maż-żona ġeografika bil-mod li ġej: “Hemm aspett importanti ieħor li jispjega l-firxa tas-sebuqa salvaġġa f’Nógrád. Huwa fatt bażiku li jekk xi ħaġa ma taħdimx xi mkien, mhux se tiġi imposta hemmhekk, għaliex ma tkunx tajba jew sempliċiment mhux se tagħti r-riżultat mistenni. Forsi minħabba li l-materja prima kienet disponibbli fi kwantitajiet relattivament kbar u ma kinitx tirrikjedi xi investiment jew attenzjoni partikolari, huwa probabbli l-produzzjoni tal-‘Borzag pálinka’ ġiet ippruvata wkoll f’partijiet oħrajn tal-pajjiż, iżda mingħajr l-ebda suċċess. Peress li ma kien hemm l-ebda differenza notevoli fit-teknoloġija użata għall-produzzjoni ta’ spirti distillati dak iż-żmien, il-fatturi ambjentali weħidhom jistgħu jikkontribwixxu għall-ispeċifiċità tal-‘Borzag pálinka’ mill-Kontea ta’ Nógrád. Nistgħu nassumu kif xieraq li huma l-affinità ogħla mill-medja tal-art, tal-klima, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas tan-nies Palóc, li jgħollu din l-ispeċjalità tal-pálinka għal valur li jmur ferm lil hinn mill-kontea.”
Speċifikazzjoni tal-prodott – referenza ta’ pubblikazzjoni
https://gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/27 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 156/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Szabolcsi alma”
Nru tal-UE: PGI-HU-02852 — 22.6.2022
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet tal-IĠP
“Szabolcsi alma”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Ungerija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Szabolcsi alma” tista’ tintuża għat-tuffieħ biex jiġi kkonsmat frisk tal-varjetajiet Gala, Jonathan, Jonagold, Golden Delicious, Red Delicious, Idared u Pinova tal-ispeċijiet Malus domestica u l-varjanti tagħhom (mutanti/kloni) imkabbra fiż-żona ġeografika ddefinita bil-karatteristiċi tal-kwalità speċifikati hawn taħt.
Il-karatteristiċi kwalitattivi ta’ “Szabolcsi alma” huma kif ġej:
|
— |
ikunu aċidużi u ħelwin, b’togħma u riħa rinfreskanti u laħma tqarmeċ; |
|
— |
ikollhom kontenut għoli ta’ zokkor: mill-inqas 12-il °Brix għal Gala, Red Delicious u Idared, u mill-inqas 13-il °Brix għal Jonathan, Jonagold, Golden Delicious u Pinova, skont il-varjetà; |
|
— |
ikollhom ebusija tal-laħma ta’ mill-inqas 5,5 kg/cm2. |
Il-karatteristiċi kwalitattivi relatati mad-daqs (il-forma, il-piż medju, id-dijametru) u l-kulur tal-qoxra, skont il-varjetà, jidhru fit-tabella:
|
Varjetà |
Daqs |
Kulur tal-qoxra |
|
Gala |
Żgħira, sferika jew iċċattjata Piż medju: 150–170 g Dijametru: 65–85 mm |
Il-kulur bażiku meta tkun misjura huwa safrani bi sfumaturi ħomor fuq il-wiċċ, bl-istrixxi fuq xi varjanti. |
|
Jonathan |
Medja għal żgħira b’forma konika-sferika, kemxejn irrigata, simmetrika Piż medju: 120-130 g Dijametru: 65–75 mm |
Il-kulur bażiku meta tkun misjura huwa aħdar safrani, b’qoxra ta’ lewn aħmar jgħajjat u bi strixxi wiesgħa ta’ lewn aħmar skur. |
|
Jonagold |
Kbira, sferika jew kemxejn konika, ibbilanċjata sew, minimament irrigata Piż medju: 220–250 g Dijametru: 70–90 mm |
Il-kulur bażiku huwa aħdar safrani u 40–60 % tal-qoxra hija ta’ lewn aħmar ċar/aħmar skur. |
|
Golden Delicious |
Sferika jew kemxejn tawwalija f’forma ta’ konu maqtugħ Piż medju: 140–180 g Dijametru: 70–85 mm |
Il-kulur bażiku huwa isfar ħadrani, li aktar tard isir isfar. |
|
Red Delicious |
Medja-kbira jew kbira, tawwalija, irrigata ’l fuq mis-sepala Piż medju: 150–170 g Dijametru: 70–90 mm |
Il-kulur bażiku huwa bi sfumaturi b’aħmar skur, bl-istrixxi, u l-wiċċ kollu bi ftit strixxi huwa ta’ lewn aħmar skur ileqq. |
|
Idared |
Medja sa kbira, b’forma sferika ċċattjata u rrigata b’mod fin Piż medju: 170–220 g Dijametru: 70–95 mm |
Il-kulur bażiku huwa aħmar jgħajjat u l-qoxra hija bl-isfumaturi. |
|
Pinova |
Medja, kemxejn tawwalija, forma ta’ kon Piż medju: 150–180 g Dijametru: 65–85 mm |
Il-kulur bażiku huwa isfar, b’aktar minn nofs il-wiċċ miksi jew bi strixxi ta’ kulur vermilju karatteristiku. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
“Szabolcsi alma” tista’ tiġi kkultivata u maħsuda biss fiż-żona ġeografika speċifikata fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-IĠP “Szabolcsi alma” trid tidher b’ittri akbar minn dawk ta’ kwalunkwe kitba oħra fuq it-tikketta tal-pakkett.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
“Szabolcsi alma” tiġi kkultivata u tinħasad fil-konfini amministrattivi tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn “Szabolcsi alma” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità.
“Szabolcsi alma” tista’ tintgħaraf minn tuffieħ ieħor fuq il-bażi tal-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fil-punt 3.2.
Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ “Szabolcsi alma” stabbiliti fil-punt 3.2 huma r-riżultat tar-rabta mill-qrib bejn iż-żona ġeografika, il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima taż-żona tal-produzzjoni, u l-għarfien espert konsiderevoli tal-produtturi tat-tuffieħ.
Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg huma eċċellenti għall-produzzjoni tat-tuffieħ. Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi u topografiċi taż-żoni ġeografiċi naturali tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg għamluha possibbli li t-tuffieħ u speċijiet oħra ta’ frott indiġeni għal klimi moderati jitkabbru b’mod ekonomikament vijabbli fil-kontea (Pethő, 2005).
Il-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg għandha t-tieni l-akbar pjanura alluvjali fl-Ungerija, li titla’ sa għoli ta’ 20 sa 50 metru mill-pjanura tal-għargħar ta’ Transtisza. Il-kontenut ta’ ħumus — madwar 2 % — u l-kontenut għoli ta’ kalċju fil-ħamrija chernozem li żviluppa fuq il-ħamrija tal-loess ramli fuq il-partijiet ċatti tal-pjanura alluvjali, flimkien mar-ramal ħafif iddepożitat mit-tributarji tat-Tisza, huma favorevoli għat-tħawwil tas-siġar tat-tuffieħ.
L-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa bejn 1 950 u 2 050, li huwa madwar 300-400 siegħa aktar milli f’pajjiżi fil-Punent u t-Tramuntana tal-Ungerija. Il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-kontea għalhekk huma favorevoli għall-produzzjoni tat-tuffieħ. Minbarra d-dawl tax-xemx, il-klima tagħha hija influwenzata wkoll minn mases ta’ arja oċeaniċi, kontinentali u Mediterranji. B’riżultat ta’ dan, xi drabi tiddomina influwenza oċeanika u drabi oħra tiddomina influwenza ta’ klima kontinentali.
L-istaġun tat-tkabbir fil-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jibda bejn 6 u 8 ijiem aktar tard milli f’kontej oħra fl-Ungerija. Is-sjuf huma moderatament sħan, b’temperatura medja f’Lulju ta’ 20–23 °C. Fix-xhur tal-ħarifa, it-temperatura medja ta’ kuljum tkun 1–2 °C aktar baxxa milli fil-bqija tal-pajjiż minħabba r-radjazzjoni ogħla billejl, li tippermetti li jitnaqqas ir-ritmu tal-proċess ta’ maturazzjoni.
Il-kwalitajiet interni u l-valur ta’ tgawdija ta’ “Szabolcsi alma” huma ddeterminati primarjament mill-fatturi ambjentali matul is-sajran: it-temperatura, id-dawl tax-xemx u l-indewwa ta’ kmieni filgħodu. L-umdità relattiva tal-arja tkun madwar 75 % matul ix-xhur tas-sajf. L-umdità relattiva ogħla f’Settembru għandha effett estremament ta’ benefiċċju fuq il-kulur tal-frotta u r-ritmu tas-sajran. Il-proċess tas-sajran ta’ “Szabolcsi alma” għalhekk jieħu aktar żmien u kwantità akbar tad-diversi nutrijenti tiġi inkorporata fil-frotta. B’riżultat ta’ dan, “Szabolcsi alma” għandha kontenut għoli ta’ zokkor: mill-inqas 12-il °Brix għal Gala, Red Delicious u Idared, u mill-inqas 13-il °Brix għal Jonathan, Jonagold, Golden Delicious u Pinova, skont il-varjetà. Huwa l-kontenut għoli ta’ zokkor li jagħti lil “Szabolcsi alma” l-karattru aċiduż ħelu tagħha.
F’Settembru, il-ġranet sħan, l-umdità relattiva għolja u t-tkessiħ billejl flimkien mal-formazzjoni tan-nida kmieni filgħodu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kulur vibranti ta’ “Szabolcsi alma” u għall-iżvilupp tal-aċidità għolja u l-aromi, li jirriżultaw f’togħma ħelwa u aċiduża.
Il-kontenut għoli tal-kalċju fil-ħamrija jfisser li l-laħma tal-frotta għandha wkoll kontenut ogħla ta’ kalċju, li jirriżulta fil-polpa tqarmeċ u fl-ebusija ta’ mill-inqas 5,5 kg/cm2 ta’ “Szabolcsi alma”.
Minbarra li għandhom żona ta’ produzzjoni ideali, il-kultivaturi fil-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jibbenefikaw minn għarfien espert li jirriżulta mill-esperjenza akkumulata matul is-sekli, b’impatt pożittiv fuq il-produzzjoni ta’ “Szabolcsi alma”. L-għarfien espert fil-produzzjoni ta’ “Szabolcsi alma” jingħadda minn ġenerazzjoni għal oħra fiż-żona ġeografika ddefinita.
L-għarfien aġġornat tal-produtturi f’termini ta’ varjetajiet, l-użu ta’ materjal ta’ propagazzjoni ċċertifikat u l-kultivazzjoni tat-tuffieħ huma kruċjali għall-karatteristiċi stabbiliti fil-punt 3.2. L-Istazzjon tar-Riċerka ta’ Újfehértó tal-Istitut tar-Riċerka tal-Kultivazzjoni tal-Frott u tal-Pjanti Ornamentali appoġġa dan għal aktar minn 70 sena b’selezzjoni konservattiva tal-varjetajiet, il-produzzjoni ta’ materjal tal-propagazzjoni ċċertifikat u l-għoti ta’ pariri minn esperti. L-istazzjon tar-riċerka jaħdem fuq ir-riċerka fiż-żona tal-produzzjoni ta’ “Szabolcsi alma”, ir-reġistrazzjoni tas-siġar tal-frott, il-kultivazzjoni u l-istudju fiżjoloġiku tal-varjetajiet tat-tuffieħ, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ċertifikazzjoni tal-varjetajiet.
Il-produzzjoni tal-frott għandha tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ fil-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg bis-saħħa tal-kundizzjonijiet ta’ benefiċċju tal-ħamrija u tal-klima. Dan huwa affermat fix-xogħlijiet tal-vjaġġatur famuż Ottoman, Evliya Çelebi, li fil-volumi tiegħu li jiddeskrivu l-vjaġġi li għamel fl-Ungerija bejn l-1660 u l-1666 kiteb dwar ir-rikkezza tal-ġonna tas-siġar tal-frott fi Szabolcs, il-ġid tal-produtturi u l-frott ta’ togħma estremament tajba. Huwa jiddeskrivi wkoll il-produzzjoni ta’ tant abbundanza ta’ frott fiż-żona li pprovdiet sosteniment abbundanti għall-armati Ottomani li kienu jinvadu.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, tnediet skema kbira ta’ pjantaġġuni, li rriżultat fil-ħolqien ta’ kważi 50 % tal-pjantaġġuni tat-tuffieħ tal-pajjiż fil-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg, li jirrappreżentaw aktar minn nofs il-produzzjoni nazzjonali.
Ir-reputazzjoni tal-kultivazzjoni tat-tuffieħ Ungeriż kienet ibbażata fuq “Szabolcsi alma”. L-isem “Szabolcsi alma” sar sinonimu ma’ marka ta’ kwalità għolja. (T. Szabó – Zs. Csoma 2001).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
https://gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/31 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 156/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Sidra da Madeira”
Nru tal-UE: PGI-PT-02641 — 14.10.2020
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Sidra da Madeira”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Is-“Sidra da Madeira” hija x-xarba li tinkiseb permezz tal-fermentazzjoni tal-meraq naturali ppressat mill-frott frisk ta’ varjetajiet tradizzjonali u ta’ varjetajiet oħrajn tat-tuffieħ (Malus domestica Borkh.) u, xi drabi, ta’ taħlitiet ta’ tuffieħ u lanġas (Pyrus communis L.), li jikbru esklużivament fuq il-gżira ta’ Madeira. Dan isir f’konformità mal-metodi ta’ produzzjoni li huma tradizzjonali jew speċifiċi għall-gżira.
Huwa sidru naturali prodott esklużivament permezz tal-fermentazzjoni tal-meraq miksub bil-qtugħ, bit-tħin, bit-tgħaffiġ u bl-ippressar ta’ tuffieħ li jikber lokalment u, xi drabi, lanġas, li jfisser li l-kontenut ta’ zokkor u ta’ diossidu tal-karbonju tiegħu huwa ta’ oriġini purament endoġena. Dan jeżisti wkoll bħala sidru naturali karbonat, li jkun kompletament jew parzjalment ifexfex biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju.
F’termini ġenerali, għandu l-karatteristiċi li ġejjin: qawwa alkoħolika minima ta’ 5 % (b’volum ta’ 20 oC); kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ inqas minn 15-il g/l; aċidità totali minima (f’aċidu maliku) ta’ 3 g/l u sa 10 g/l; aċidità volatili massima (espressa bħala aċidu aċetiku) ta’ 1,8 g/l u kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (espress bħala SO2) ta’ 200 mg/l.
Skont il-kombinazzjoni ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ frott użati, is-“Sidra da Madeira” jvarja minn lewn isfar jgħajjat bħal-lumija għal isfar lewn it-tiben, bi sfumaturi li jagħtu fl-oranġjo, b’dehra ċara jekk jiġi ffiltrat jew b’xi residwi jekk ma jiġix iffiltrat.
Għandu aroma friska u awtentikata, li turi karattru ta’ frott ta’ intensità medja għal qawwija, b’noti sinifikanti ta’ tuffieħ aħdar, tuffieħ misjur, sfarġel u/jew frott taċ-ċitru, li jifforma element bilanċjat u pjaċevoli.
Normalment ikun bla gass, b’togħma ħafifa, mhux ħelwa wisq li tiżviluppa bilanċ armonjuż bejn it-togħma qawwija u morra, b’finitura xotta. Huwa distint permezz ta’ aroma u togħma qawwija ta’ tuffieħ u l-freskezza li jikseb mill-aċidità notevoli tiegħu.
Jinbiegħ bħala sidru fi flixkun jew bħala sidru ppakkjat f’kontenituri xierqa (btieti jew damiġġani) għall-bejgħ fi stabbilimenti tax-xorb u tal-ikel u għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-varjetajiet tradizzjonali li jintużaw għall-produzzjoni tas-“Sidra da Madeira” huma t-tuffieħ “Barral”, “Cara-de-dama”, “Branco”, “Bico de melro”, “Da Festa”, “Domingos”, “Da Ponta do Pargo”, “Calhau”, “Focinho de rato” u “Vime” u, f’xi każijiet, il-lanġas “Do Santo” u “Tenra de São Jorge”.
Il-prattika antika tal-bdiewa ta’ Madiera li jkattru u jaqsmu l-materjal ġenetiku mis-siġar u mill-frott bl-aħjar karatteristiċi għall-konsum frisk u/jew għall-produzzjoni tas-sidru tfisser li xorta għadhom jitkabbru varjetajiet kultivati oħrajn ta’ tuffieħ u lanġas, b’mod partikolari t-tuffieħ “Baunesa”, “Camacha”, “Espelho”, “Parda”, “Rajada”, “Reineta Tenra da Camacha”, “Santa Isabel”, “Ázimo”, “Amarelo”, “Amargo”, “Camoesa”, “De vinho”, “Ouro”, “Pevide”, “Rajado”, “Rijo”, “Riscado” u “Serra” u l-lanġas “Santa Isabel ou de Santana”, “São João”, “Curé” u “Pardas”, li jintuża wkoll, għalkemm fi grad inqas, fil-lottijiet destinati għall-produzzjoni tas-“Sidra da Madeira”.
Minħabba li xi produtturi, sa mill-bidu nett, fittxew li jiddiversifikaw il-ġonna tagħhom b’varjetajiet eżotiċi għall-konsum frisk, bħat-tuffieħ “Golden”, “Fuji”, “Starking”, “Royal Gala” u “Reineta” u l-lanġas “Rocha”, li ħafna minnu diġà kien instab fuq il-gżira minn Vieira Natividade fl-1947, dan il-frott jista’ jintuża wkoll fil-produzzjoni tas-“Sidra da Madeira” jekk ikun disponibbli fl-azjenda jew ikun tkabbar esklużivament fuq il-gżira.
It-taħlit ta’ din il-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet tradizzjonali ta’ tuffieħ u lanġas, u xi drabi anke varjetajiet oħrajn ta’ tuffieħ u lanġas, li jistgħu jkunu ftit jew wisq qawwija, morra jew ħelwin u jitkabbru fuq il-gżira, huwa dak li jipproduċi r-rikkezza tal-kuluri, tal-aromi u tat-togħmiet u l-aċidità rifreskanti li jiddistingwu s-“Sidra da Madeira” prodott f’diversi lokalitajiet fuq il-gżira mid-diversi produtturi differenti.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha biex isir is-sidru, mill-produzzjoni tal-materja prima, l-estrazzjoni tal-meraq naturali u l-fermentazzjoni, sat-tqaddim u l-preservazzjoni, isiru fuq il-gżira ta’ Madeira.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-ippakkjar tas-“Sidra da Madeira” fi fliexken jew f’kontenituri xierqa (btieti jew damiġġani) għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali jsir fuq il-gżira ta’ Madeira sabiex jiġi żgurat li l-kuluri speċifiċi, l-aromi u t-togħmiet ta’ dan is-sidru naturali (xi drabi karbonat) jiġu ppreservati, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe ossidazzjoni jew kontaminazzjoni li tista’ tfixkel il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, u sabiex tiġi ggarantita t-traċċabilità sħiħa tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-gżira ta’ Madeira.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-“Sidra da Madeira” hija bbażata minn naħa waħda fuq ir-rabta bejn il-kulur, il-karatteristiċi tal-aroma u tat-togħma u l-aċidità sinifikanti tiegħu u il-firxa wiesgħa ta’ kombinamenti ta’ frott minn varjetajiet tradizzjonali tat-tuffieħ u tal-lanġas u varjetajiet oħrajn li jikbru esklużivament fuq il-gżira ta’ Madeira li jintużaw biex dan isir u, min-naħa l-oħra fuq il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi fil-lokalitajiet fejn jitkabbar il-frott frisk. Ir-reputazzjoni b’saħħitha tas-“Sidra da Madeira” u l-importanza tiegħu fid-diversi lokalitajiet fuq il-gżira fejn isir ukoll jikkontribwixxu għar-rabta.
Speċifiċità tal-prodott
Dak li jiddistingwi s-“Sidra da Madeira” huwa li hu sidru naturali (xi drabi karbonat) b’firxa wiesgħa ta’ kuluri, aromi u togħmiet u aċidità vibranti, li għamlitu popolari ferm mal-konsumaturi, u li huwa r-riżultat tal-fermentazzjoni tal-meraq naturali ppressat minn “taħlitiet” differenti jew kombinamenti tal-frott frisk ta’ varjetajiet tradizzjonali u ta’ varjetajiet oħrajn tat-tuffieħ u, xi drabi, tal-lanġas li jikber u jinqata’ fil-ġonna mħawla f’diversi lokalitajiet fuq il-gżira ta’ Madeira b’mikroklimi aktar moderati u b’ħamrija aktar aċidika, li minnha l-frott jieħu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu.
Huwa wkoll magħruf sew mill-produtturi u mill-konsumaturi peress li dejjem kien importanti ħafna għall-abitanti tal-lokalitajiet fuq il-gżira fejn il-kundizzjonijiet huma favorevoli għat-tkabbir tal-frott frisk li jsir minnu, fejn ġie żviluppat il-metodu l-aktar tradizzjonali tal-produzzjoni tas-sidru u fejn prattiki ġodda awtorizzati għal din it-tip ta’ xarba ġew introdotti biex tittejjeb u tiġi differenzjata l-produzzjoni tagħha. Dawk il-lokalitajiet għandhom ukoll festivals u avvenimenti folkloristiċi li jsiru kull sena biex jippromwovu s-“Sidra da Madeira” tagħhom u t-tuffieħ u l-lanġas li minnhom isir.
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali. Madeira hija gżira volkanika fir-reġjun subtropikali tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Għandha riżalt tassew mhux livellat b’muntanji weqfin isseparati minn widien fondi, li jiffurmaw medda ta’ muntanji ċentrali mil-Lvant sal-Punent, perpendikolari għall-irjieħ prevalenti, b’altitudnijiet ta’ aktar minn 1 200 m. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, Madeira għandha klima moderata bi fluttwazzjonijiet żgħar biss fit-temperatura, ħlief fuq art ogħla, fejn it-temperaturi huma aktar baxxi. It-terren muntanjuż tal-gżira u l-esponiment għall-irjieħ aliżej ipproduċew varjetà wiesgħa ta’ mikroklimi, billi n-naħa tan-Nofsinhar hija xemxija u kennija filwaqt li n-naħa tat-Tramuntana hija dellija, aktar friska u mxarrba.
Il-karatteristiċi tal-ħamrija bażaltika dominanti jinbidlu biż-żieda tal-altitudni u l-bidla li tirriżulta fil-klima, li ssir aktar imxarrba u aktar kiesħa. Huwa għalhekk li l-frott li jintuża għall-produzzjoni tas-“Sidra da Madeira” jitkabbar prinċipalment fiż-żoni tal-gżira b’mikroklimi aktar moderati u umdi – l-aktar f’altitudnijiet ta’ aktar minn 400 m fin-naħa tan-Nofsinhar u 300 m fin-naħa tat-Tramuntana – fejn jippredominaw il-Cambisols u l-Andosols aċidiċi, b’arjazzjoni u skular tajbin.
Fatturi umani. Fost is-siġar tal-frott li ġew introdotti mill-ewwel insedjamenti mill-Portugall fis-snin 1420 kien hemm diversi varjetajiet ta’ tuffieħ u lanġas li nġiebu mill-Portugall, li sabu kundizzjonijiet ta’ tkabbir ideali fiż-żoni b’mikroklimi aktar moderati u ħamrija li fil-biċċa l-kbira tagħha kienet ramlija u taflija b’aċidità medja sa għolja.
Huwa maħsub li l-produzzjoni tas-“Sidra da Madeira” bdiet hekk kif il-ġonna bdew jipproduċu biżżejjed frott għall-konsum u għall-ipproċessar. Dan huwa kkorroborat mir-rakkonti tal-istoriku Gomes Eanes de Zurara (1410–1474) u minn rekords oħrajn li jindikaw li l-“inbid tat-tuffieħ” seta’ jinstab fost il-provvisti li kienu jiġbru l-flotot Portugiżi mill-gżira ta’ Madeira minn nofs is-seklu 15 ’il quddiem.
Huwa magħruf ukoll li, mill-bidu tas-seklu 17, l-“inbid tat-tuffieħ” kien qiegħed jiġi prodott flimkien mal-inbid ta’ Madeira, bl-użu tal-istess preses u, f’xi każijiet, kien saħansitra jintuża biex jiġi adulterat, sakemm, fil-bidu tas-seklu 20, iddaħħlet projbizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid mit-tuffieħ għall-produzzjoni ta’ Madeira falz. Din il-projbizzjoni kienet tfisser li l-produtturi lokali bdew jiffermentaw il-meraq tat-tuffieħ tagħhom biex jagħmlu “xarba ġdida”, li inizjalment sejħulha “cidra” jew “sidra” u sussegwentement “Sidra da Madeira”, biex jiddistingwuha mis-sidru li jiġi prodott f’postijiet oħrajn.
L-artiklu ppubblikat fl-1906 mill-agronomu João da Mota Prego (1859–1931), li jiddeskrivi l-metodi li għandhom jintużaw biex “isir is-sidru f’Madeira” u li jistieden lill-produtturi lokali biex jibdew jipproduċu s-sidru, kien ta’ kontribut sinifikanti għall-iżvilupp tiegħu, u bosta produtturi għadhom isegwu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu sal-lum il-ġurnata. Barra minn hekk, meta jiddeskrivi l-iżvilupp tal-frott li kien qiegħed jikber f’Madeira fl-1947, l-agronomu Vieira Natividade (1899–1968) immappja l-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet tat-tuffieħ u tal-lanġas fuq il-gżira u identifika l-parroċċi fejn kompliet it-tradizzjoni tal-produzzjoni tas-sidru.
Il-faċilità li biha jinfirxu s-siġar tal-frott taż-żerriegħa u l-prattika tradizzjonali ta’ Madeira tat-tkattir u l-qsim tal-materja ġenetika mill-frott bl-aħjar karatteristiċi wasslu għall-ħolqien ta’ bosta varjetajiet tradizzjonali tat-tuffieħ u tal-lanġas li ntirtu minn dawk li ġew introdotti inizjalment mill-Portugiżi, u aktar tard mill-Brittaniċi li kienu jgħixu fuq il-gżira bejn is-sekli 16 u 18. Dawn intgħażlu u ġew ippreservati f’partijiet differenti tal-gżira, fejn dawk il-varjetajiet li kienu l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet lokali tal-ħamrija u l-klima u li kienu jipproduċu l-aħjar frott għall-konsum frisk u għall-produzzjoni tas-sidru nżammu u sussegwentement ġew prodotti mill-ġdid permezz tat-tilqim u t-tħawwil f’partijiet oħrajn tal-gżira b’karatteristiċi simili.
Matul is-sekli, din il-prattika mhux biss ippermettiet l-iżvilupp tal-varjetajiet tradizzjonali ewlenin tal-frott taż-żerriegħa iżda wkoll l-introduzzjoni aktar riċenti ta’ varjetajiet eżotiċi tat-tuffieħ u tal-lanġas, li jikbru u jinqatgħu fil-ġonna ta’ Madeira. Dawn il-varjetajiet għandhom ukoll aċidità notevoli u jintużaw ukoll minn xi produtturi biex jagħmlu s-sidri tagħhom, li jinkisbu permezz ta’ metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali jew speċifiċi żviluppati f’lokalitajiet differenti fuq il-gżira.
Għal żmien twil, il-konsum tas-“Sidra da Madeira” kien ristrett għall-postijiet fejn kien jiġi prodott, u s-sidru kien jiġi kkunsmat l-aktar minn dawk li kienu jagħmluh u l-familji tagħhom. F’dawn l-aħħar deċennji, is-sitwazzjoni nbidlet, b’żieda sostanzjali fil-bejgħ fir-ristoranti u fil-bars fis-suq reġjonali, kif ukoll b’żieda fil-bejgħ dirett lill-konsumaturi finali fis-swieq lokali, fil-fieri u fil-festivals jew f’avvenimenti folkloristiċi li jsiru biex jiġi promoss is-sidru u t-tuffieħ li jsir minnu.
L-interess fit-tradizzjoni u fil-kwalità ta’ dan il-prodott wassal biex f’nofs l-2016 tiġi stabbilita l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tas-Sidru ta’ Madeira (APSRAM), li laqqgħet madwar 30 produttur tas-sidru, bl-għan li jippromwovu u jissalvagwardjaw il-kwalità u l-awtentiċità tas-“Sidra da Madeira”, filwaqt li jippromwovu r-riċerka u jippubbliċizzaw il-prodott.
Rabta bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi u r-reputazzjoni tal-prodott
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ħamrija u l-klima tal-lokalitajiet tal-gżira, li kienu jiffavorixxu l-adattament u t-tħawwil ta’ ġonna u siġar individwali ta’ firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ tuffieħ u lanġas, jagħtu lill-frott aċidità unika u karatteristiċi sensorjali distintivi, li, skont il-kombinamenti ta’ frott li jintuża għall-produzzjoni, xi ftit jew wisq jingħaddew ukoll lis-“Sidra da Madeira”.
Bis-saħħa tal-karatteristiċi tal-kulur, tal-aroma u tat-togħma tas-“Sidra da Madeira”, li huma ddeterminati mill-karatteristiċi speċifiċi tat-“taħlitiet” jew tal-kombinamenti ta’ frott ta’ varjetajiet tradizzjonali u ta’ varjetajiet oħrajn tat-tuffieħ u, xi drabi, tal-lanġas użat biex dan isir, kif ukoll tal-aċidità notevoli tiegħu, li hija primarjament ir-riżultat tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima tal-lokalitajiet fejn jitkabbar il-frott, is-“Sidra da Madeira” rebaħ diversi premjijiet nazzjonali, bħall-“Concurso Nacional de Cervejas e Sidras Tradicionais Portuguesas” [il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Birra u s-Sidru Portugiżi Tradizzjonali] u “Great Taste – Portugal”. Madankollu, huma l-konsumaturi lokali u, b’mod dejjem akbar, it-turisti li jżuru l-gżira li jagħtuh ir-reputazzjoni eċċellenti tiegħu.
Ir-rekords storiċi li jixhdu l-importanza tal-produzzjoni tal-“inbid tat-tuffieħ”, tas-“cidra”, tas-“sidra” u tas-“Sidra da Madeira” matul l-aħħar 600 sena wasslu biex il-produtturi lokali jaffermaw li s-sidru kien ilu jsir fuq il-gżira sa mill-ewwel insedjamenti tagħha, fiż-żoni fejn il-kundizzjonijiet huma l-aktar xierqa għat-tħawwil tal-ġonna li jipprovdu l-frott. Huwa għalhekk li hemm tradizzjoni b’saħħitha ta’ produzzjoni tas-sidru u xorb tas-sidru fuq il-gżira kollha, iżda l-aktar f’São Roque do Faial – Santana, Santo António da Serra – Machico, Camacha – Santa Cruz, Jardim da Serra – Câmara de Lobos, Ponta do Pargo – Calheta u Prazeres – Calheta, fejn, minħabba r-rivalità tassew partikolari bejn il-komunitajiet tal-gżira, kull sena jsiru avvenimenti folkloristiċi u soċjokulturali biex jiġu promossi l-produzzjoni u l-konsum tas-“Sidra da Madeira”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://tradicional.dgadr.gov.pt/pt/cat/bebidas-espirituosas/outras-bebidas/1084-sidra-da-madeira-igp
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/35 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 156/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“VORARLBERGER ALPKÄSE”
Nru tal-UE: PDO-AT-1413-AM01 – 5.4.2022
DOP (X) IĠP ()
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Vorarlberger Alpwirtschaftsverein, Montfortstr. 9, 6900 Bregenz, Austria
Tel. +43 5574400350
Faks +43 5574400600
Email: fritz.metzler@lk-vbg.at
L-indirizz oriġinali tal-assoċjazzjoni nbidel u issa ġie kkoreġut kif xieraq. L-applikant jirrappreżenta l-interessi tal-produtturi tad-DOP “Vorarlberger Alpkäse” u għalhekk għandu interess leġittimu biex jitlob emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Awstrija
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta maż-żona ġeografika |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn (bidla fid-dettalji tas-servizz kompetenti, isem il-grupp applikanti oriġinali, il-korp ta’ spezzjoni, ir-rekwiżiti nazzjonali, l-abbozzar tal-emendi) |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☐ |
Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mal-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma tistax tikkwalifika bħala f’konformità mal-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fit-trattament tal-aspetti prattiċi tad-denominazzjoni tal-prodott mill-istabbiliment tagħha, l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li qegħdin jiġu mitluba huma meħtieġa bl-għan li jipprovdu deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kundizzjonijiet kollha importanti tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż id-diversi stadji tal-produzzjoni, biex tiġi żgurata l-kwalità tad-DOP “Vorarlberger Alpkäse”.
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti kienet tikkonsisti minn diversi dokumenti u annessi separati, li ngħaqdu f’dokument wieħed, li ġie rivedut u aġġornat sabiex jipprovdi deskrizzjoni aktar ċara tar-rekwiżiti, b’mod partikolari dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-prova tal-oriġini, u b’hekk jgħin sabiex tinżamm il-kwalità tad-DOP “Vorarlberger Alpkäse”.
B’mod aktar speċifiku, dawn l-emendi jikkonċernaw:
1. Deskrizzjoni tal-prodott
It-test taħt il-punt 5(b) (Deskrizzjoni) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie inkluż taħt il-punt 4.2 (Deskrizzjoni). Dak il-punt, min-naħa tiegħu, ġie diviż fil-punti 4.2.1 (Ġenerali) u 4.2.2 (Karatteristiċi). It-test oriġinali sar aktar speċifiku u strutturat. Il-kontenut tal-FiDM tħassar. Il-piż tal-ġobniet tondi individwali żdied għal 40 kg (minflok 35 kg) u l-perjodu ta’ sajran minimu ġie speċifikat li huwa ta’ 3 xhur (minflok bejn 3 u 6 xhur).
Il-Punt 5b tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Ġobon iebes magħmul minn ħalib naturali mhux ipproċessat (mhux termizzat, mhux sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni, mhux pasturizzat, mingħajr preżervattivi jew stabbilizzaturi, mingħajr addittivi kimiċi, mingħajr tames modifikat bl-inġinerija ġenetika), miksub minn frat li jkunu ragħu fuq l-Alpi jew mergħat Alpini, b’qoxra mnixxfa, granulari, safra tagħti fil-kannella għal kannella. Il-ġobon huwa iebes għal malleabbli, lewn l-avorju, u ġeneralment ikun fih toqob tondi b’daqs ta’ piżella. Il-kontenut tal-FiDM huwa aktar minn 45 %. Il-ġobniet tondi jiżnu sa 35 kg. It-togħma hija ħafifa u aromatika u ssir pikkanti b’aktar tqaddim.
Il-perjodu ta’ maturazzjoni minimu huwa ta’ bejn 3 u 6 xhur, bi proprjetajiet diverġenti possibbli (mingħajr xquq, toqob iżgħar).”
ġie fformulat mill-ġdid kif ġej:
4.2. Deskrizzjoni
4.2.1 Ġenerali
Il-“Voralberger Alpkäse” huwa ġobon iebes li jiġi prodott fuq l-Alpi u l-mergħat Alpini fiż-żona definita permezz ta’ ħalib tal-baqar mhux ipproċessat Alpin, mhux trattat u mingħajr sajlo xieraq għall-produzzjoni ta’ ġobon iebes. Il-ġobniet tondi individwali jiżnu sa massimu ta’ 40 kg u jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur.
4.2.2 Proprjietajiet
Il-ġobon għandu qoxra granulari mnixxfa, safra tagħti fil-kannella għal kannella, u sawra iebsa għal lixxa. Għandu lewn l-avorju. Meta jitqatta’, il-ġobon għandu toqob tondi żgħar distribwiti b’mod indaqs iżda skarsi, b’daqs ta’ madwar piżella, matti għal ileqqu. Ġeneralment it-toqob ikunu tondi b’daqs ta’ piżella. It-togħma tiegħu hija ħafifa u ssir pikkanti b’iktar tqaddim.
Skont il-grad ta’ sajran, il-karatteristiċi deskritti jistgħu jkunu ftit jew wisq qawwija, mingħajr ma jaffettwaw jew jibdlu l-immaġni ġenerali tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
Il-“Vorarlberger Alpkäse” jista’ jiġi kkummerċjalizzat f’porzjonijiet ta’ qisien differenti.
Raġunijiet
Il-kliem “FiDM ta’ aktar minn 45 %” tħassar mingħajr sostituzzjoni minħabba li ma kienx meħtieġ fid-dawl tar-rekwiżiti legali eżistenti. Il-formulazzjoni, li parti minnha tiġi mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li parti minnha ġiet miżjuda, saret aktar preċiża sabiex ġiet iċċarata u mtejba l-kompletezza tad-deskrizzjoni tal-prodott, u b’hekk il-korp ta’ spezzjoni ngħata parametri tal-prodott aktar preċiżi u affidabbli li bihom ikun jista’ jiżgura l-kwalità tal-prodott. Il-perjodu ta’ maturità minimu wkoll ġie ddefinit b’mod aktar preċiż u għalhekk ġie ċċarat.
Is-sitwazzjoni tas-suq u tal-bejgħ, bix-xejra lejn ġobon li jkun ġie msajjar għal żmien itwal, tirrikjedi tolleranza akbar f’termini tal-għoli tal-forma u l-piż tal-ġobniet tondi individwali. Għalhekk il-piż żdied għal massimu ta’ 40 kg. Din il-bidla ma għandhiex effetti negattivi jew ma tinfluwenzax il-kwalità tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
2. Prova tal-oriġini
Il-kummenti preċedenti relatati mal-istorja tal-prodott taħt il-punt 5(d) (Prova tal-oriġini) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali, li kellhom jiġu ppreżentati f’dan il-punt meta ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni inkwistjoni, issa tmexxew għall-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika). Minflokhom, ġew inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur dwar l-iżgurar tat-traċċabilità taħt il-punt 4.4 (Prova tal-oriġini) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata:
“L-assoċjazzjoni tal-applikanti żżomm reġistru ta’ produtturi li fih tiġi elenkata kull Sennalpe (kabina tal-Alpi) fejn jiġi prodott il-‘Vorarlberger Alpkäse’ fiż-żona ġeografika, flimkien mal-isem tal-muntanja tal-Alpi u l-indirizz ta’ kuntatt. Is-Sennalpe għandha tissottometti applikazzjoni speċifika lill-assoċjazzjoni tal-applikanti sabiex tiġi inkluża f’dan ir-reġistru.
It-trasport ulterjuri tal-ħalib użat minn maħleb tal-ġobon Alpin approvat għal ieħor fiż-żona definita huwa permess. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità, il-kwantità ta’ ħalib ittrasportat trid tiġi ddokumentata permezz ta’ nota ta’ konsenja.
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-‘Vorarlberger Alpkäse’ lil hinn mill-ktajjen tal-provvista, tinħareġ marka tal-kaseina mill-assoċjazzjoni tal-applikant fuq talba. Din tinkludi numru tas-serje.
Il-marka tal-kaseina li għandha tintuża tinkludi t-test li ġej:
‘G.U.-VBG
ALPKAESE
XXXXXX’
Għal kull ġobna tonda li tiġi prodotta, is-Sennalpe jeħtiġilha twaħħal marka tal-kaseina li jkun fiha n-numru tas-serje qabel jiġi ppressat il-ġobon u tniżżilha fir-rapport ta’ produzzjoni ta’ kuljum. Ir-rapport ta’ produzzjoni ta’ kuljum jiddokumenta wkoll id-data tal-produzzjoni, il-kwantità ta’ ħalib ipproċessat, it-temperatura tat-tisħin u l-għadd ta’ ġobniet prodott f’dak il-jum. Il-konformità mal-perjodu ta’ maturazzjoni tista’ tiġi ttraċċata permezz tar-rekords/tal-lott tal-produzzjoni. Il-ġobon jista’ wkoll jiġi mmaturat u jinħażen f’kantini tas-sajran reġjonali f’altitudnijiet aktar baxxi fiż-żona definita.
Meta tbigħ il-‘Vorarlberger Alpkäse’, is-Sennalpe jeħtiġilha żżomm rekords li jippermettu t-traċċabilità (eż. noti ta’ konsenja/lottijiet).”
Raġunijiet
Peress li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sa issa ma kinitx tinkludi l-ebda regola dwar il-prova tal-oriġini, huwa meqjus xieraq li tiġi inkluża informazzjoni dwar it-traċċabilità tal-prodott fil-punt 4.4 (Prova tal-oriġini) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din issa tinkludi dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata t-traċċabilità. Barra minn hekk, xi test ġie mmexxi wkoll mill-punt oriġinali 5(h) (Tikkettar) għall-punt 4.4. It-trasport ulterjuri tal-ħalib użat minn maħleb tal-ġobon Alpin approvat għal ieħor fiż-żona definita għandu jkun permess fil-futur peress li, minħabba l-istat attwali tat-teknoloġija, dan ma għadux jaffettwa l-kwalità u jiżgura l-produzzjoni tad-DOP “Vorarlberger Alpkäse”. Dan sar meħtieġ minħabba ż-żieda fid-diffikultà li jinstab persunal minħabba l-intensità kbira ta’ xogħol u l-inċertezza assoċjata biex tinżamm il-produzzjoni tal-ġobon alpin fuq l-Alpi tagħna. Il-kwantità ta’ ħalib ittrasportat trid tiġi ddokumentata.
3. Żona ġeografika
Il-Punt 5c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Żoni magħmula minn Alpi u mergħat Alpini fil-provinċja Awstrijaka ta’ Vorarlberg. L-irziezet Alpini rikonoxxuti uffiċjalment jinsabu f’altitudnijiet ta’ bejn 1 000 m u 1 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar u jitħaddmu biss matul ix-xhur sajfin fil-kuntest tat-transumanza Alpina.”
u l-mappa sottomessa addizjonalment tal-Awstrija
ġew emendati biex jaqraw kif ġej:
4.3. Żona ġeografika
Il-“Vorarlberger Alpkäse” jiġi prodott fil-provinċja ta’ Vorarlberg f’altitudnijiet ta’ bejn 1 000 m u 1 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-farms Alpini rikonoxxuti uffiċjalment joperaw biss matul ix-xhur sajfin fil-kuntest tat-transumanza Alpina.”
Mappa ta’ elevazzjoni taż-żona ġeografika demarkata:
Raġunijiet
It-test tnaqqas. Ir-rekwiżit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar farms Alpini rikonoxxuti uffiċjalment huwa stabbilit fil-punt 4.5 (Metodu tal-produzzjoni) (speċifikament il-punt 4.5.1 (Materja prima – ħalib)). Żdiedet ukoll mappa ġdida taż-żona ġeografika demarkata. Il-mappa issa tinkludi informazzjoni dwar l-altitudni ’l fuq mil-livell tal-baħar. Dan ma jibdilx id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.
4. Metodu tal-produzzjoni
It-test oriġinali tal-punt 5(e) (Metodu tal-produzzjoni) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie fformulat b’mod aktar preċiż u diviż fil-punti 4.5.1 (Materja prima – ħalib), 4.5.2 (Produzzjoni) u 4.5.3 (Għarfien espert – għarfien dwar il-produzzjoni).
Punt 5e tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-ħalib mhux ipproċessat mingħajr silaġġ xieraq għall-produzzjoni ta’ ġobon iebes miksub fuq l-Alpi minn merħliet ta’ baqar ikkontrollati b’mod uffiċjali, li ma huwiex termizzat, pasturizzat jew sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni, jiġi pproċessat fuq il-post mingħajr trasport jew ħżin intermedju. Il-ħalib miksub filgħaxija jiġi ttrasferit minnufih f’kontenituri iżgħar (kazzoli tal-ħalib tal-injam jew tankijiet tal-ħalib) biex il-krema tkun tista’ togħla. L-għada, il-krema (il-butir Alpin) tiġi xkumata manwalment sabiex jinkiseb il-kontenut ta’ xaħam mixtieq tal-prodott. Dan il-ħalib immaturat u xkumat imbagħad jitħallat flimkien mal-ħalib sħiħ li jinkiseb filgħodu, l-aċidu lattiku / il-kolturi tal-batterji u t-tames tal-ġobon Alpin f’bojlers Alpini (tar-ram). Il-baqtiet jitneħħew manwalment permezz ta’ ċraret tal-ġobon u mingħajr l-użu ta’ makkinarju. Il-baqtiet jissaħħnu għal temperatura ta’ bejn 51,5 °C u 52,5 °C, jiġu ppressati u ttrattati regolarment bis-salmura għal formazzjoni tajba tal-qoxra. Il-produzzjoni tal-ġobon isseħħ bis matul ir-ragħa fis-sajf tal-frat (li jiġu mitmugħa biss billi jirgħu fuq mergħat Alpin). Minħabba l-perjodu ta’ ragħa qasir fuq l-Alpini (bejn 3 sa 4 xhur), il-prodott huwa disponibbli biss fi staġuni u fi kwantitajiet limitati.
Iż-żieda tal-ħalib mill-farms tal-widien fi kwalunkwe forma hija madankollu pprojbita.
Hemm fis-seħħ regoli nazzjonali fir-rigward tat-trobbija u tas-saħħa tal-annimali u l-iġjene tal-farms u tal-persunal. L-assigurazzjoni tal-kwalità tiġi pprovduta permezz ta’ spezzjonijiet u taħriġ tal-persunal u dwar l-iġjene.”
ġie emendat biex jaqra kif ġej:
4.5.1. Materja prima (ħalib)
Il-“Vorarlberger Alpkäse” jiġi prodott biss minn ħalib mhux ipproċessat tal-baqar Alpini li jirgħu fuq l-Alpi fis-sajf. Ħlief f’każijiet eċċezzjonali (eż. mard, borra jew estru), ir-ragħa jrid isir kuljum matul ix-xhur tas-sajf. Il-frat ma jistgħux jittieħdu bis-sewqan f’mergħat barra miż-żona tas-Sennalpe. Huwa permess biss il-ħalib tal-baqar minn farms rikonoxxuti uffiċjalment li jinsabu fuq l-Alpi jew il-mergħat Alpini li jinsabu fiż-żona ġeografika definita. Il-ħalib termizzat jew pasturizzat jew il-ħalib sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni ma jridx jintuża għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse”. Iż-żieda tal-ħalib mill-farms tal-widien fi kwalunkwe forma hija pprojbita. Il-ħalib użat għall-“Vorarlberger Alpkäse” huwa kkaratterizzat mill-mergħat taż-żona ġeografika definita, bil-ħaxix u l-ħwawar fini tagħha. Il-baqar jieklu l-ħaxix u l-ħwawar jew friski bħala foraġġ aħdar jew imnixxfin bħala ħuxlief. L-alimentazzjoni b’għalf iffermentat jew b’silaġġ hija espressament ipprojbita.
L-użu ta’ ħbub imfarrkin bħala għalf kompensatorju u komplementari minn żoni oħrajn huwa permess sa proporzjon ta’ 20 % ta’ materja niexfa fis-sena.
Il-ħbub imfarrkin jistgħu jinxtraw minn żoni oħrajn minħabba li ż-żona ġeografika, reġjun muntanjuż tipiku kkaratterizzat minn bwar u minn saff baxx ta’ ħumus, ma hijiex adatta sew għat-tkabbir tal-għelejjel. Dan ifisser li kważi l-ebda ċereali jew għalla simili ma tikber jew tiġi prodotta fiż-żona, għalhekk ikollhom jinxtraw minn żoni oħrajn.
Il-perċentwal ta’ foraġġ miż-żona ġeografika għalhekk ma jridx ikun inqas minn 80 % tal-materja niexfa totali mitmugħa fis-sena lill-baqar li jreddgħu. Iż-żieda ta’ ħbub imfarrkin li joriġinaw minn xi mkien ieħor hija permessa sa proporzjon ta’ 20 % ta’ materja niexfa tal-porzjon rispettiv.
4.5.2. Produzzjoni
Jista’ jintuża biss ħalib mhux ipproċessat, mingħajr sajlo, mhux termizzat li ma jkunx ġie sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni. Iż-żieda ta’ preżervattivi, stabbilizzaturi, addittivi prodotti kimikament u tames ġenetikament modifikat ma hijiex permessa.
Il-ħalib mhux ipproċessat l-ewwel jiġi xkumat parzjalment u msajjar minn qabel b’koltura ta’ xorrox u/jew batterja ta’ aċidu lattiku. Il-batterja tradizzjonali ta’ aċidu lattiku iżolata u propagata oriġinarjament minn kolturi salvaġġi issa tifforma l-bażi tal-koltura tal-istokk għall-kolturi tal-farm li jintużaw fil-farm. Dan il-ħalib immaturat u xkumat imbagħad jitħallat flimkien mal-ħalib mhux ipproċessat li jinkiseb filgħodu, il-kolturi tal-batterja tal-aċidu lattiku u t-tames tal-ġobon Alpin f’bojlers (tar-ram) Alpini. Il-baqtiet jitneħħew permezz ta’ ċraret tal-ġobon jew billi l-baqta/l-koltura tax-xorrox tiġi ttrasferita f’forom tal-ġobon. Il-ħalib imħaxxen (koagulat) imbagħad jinqata’ għad-daqs mixtieq permezz ta’ apparat għall-qtugħ tal-baqta. Imbagħad iseħħ l-istadju li jmiss tal-formazzjoni tal-ġobon: il-baqtiet jiżviluppaw iktar u sseħħ sinereżi (meta x-xorrox jissepara minn mal-baqtiet). Il-baqtiet jissaħħnu għal temperatura bejn 51 °C u 54 °C imbagħad jiġu ttrasferiti f’forom u jiġu ppressati.
Il-piż massimu tal-ġobon huwa ta’ 40 kg, skont id-daqs tal-ġobna tonda. Il-ġobniet imbagħad jitqiegħdu fi friskatur tas-salmura b’kontenut ta’ melħ ta’ madwar 20 Bé sabiex il-ġobon jassorbi l-melħ, tifforma l-qoxra u tiżviluppa l-istruttura tal-ġobon, li jwassal biex il-ġobon jiġi ssiġillat fuq barra filwaqt li jissajjar sew u b’mod konsistenti fuq ġewwa. Dan iwassal għal konsistenza omoġenja u kompatta tal-“Vorarlberger Alpkäse”. Il-ġobniet imbagħad jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur, skont in-natura tal-qoxra u l-esperjenza tal-proċessur tal-ħalib, f’temperatura ta’ bejn 10 °C u 17-il °C u umdità ta’ aktar minn 80 %. Matul is-sajran, il-ġobniet jiġu ttrattati regolarment (jingħorku jew jinksew) b’ilma mielaħ (kontenut ta’ melħ sa 20 Bé) sa tliet darbiet fil-ġimgħa biex tiġi żgurata l-formazzjoni tipika tal-qoxra u tiġi żviluppata t-togħma. Wara l-perjodu ta’ sajran minimu, il-ġobon “Vorarlberger Alpkäse” jkun lest biex jiġi kkunsmat.
4.5.3. Know-how – għarfien tal-produzzjoni
Il-kwalità tal-“Vorarlberger Alpkäse” hija dovuta b’mod partikolari għall-esperjenza tal-produtturi tal-ġobon lokali fil-ġestjoni tal-produzzjoni u tas-sajran tal-ġobon. L-arti tal-produzzjoni tal-ġobon hija bbażata fuq l-għarfien tal-proċessuri tal-ħalib involuti fil-produzzjoni b’modi differenti skont ir-rwol individwali tagħhom fil-proċess, fejn tinkiseb il-kwalità tipika tal-“Vorarlberger Alpkäse”. Dan jibda bl-użu ta’ kolturi tal-batterja tal-aċidu lattiku. Pereżempju, l-identifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-koltura tal-batterja tal-aċidu lattiku, it-temperatura, il-perjodu ta’ mistrieħ, il-kwantità u l-proporzjon miżjud u l-kundizzjonijiet tal-ħżin tirriżulta mill-esperjenza tal-proċessur tal-ħalib. Karatteristika partikolari tal-esperjenza tagħhom hija l-ħżin speċifiku u l-maturazzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat b’mod favorevoli għall-formazzjoni tal-batterja tal-aċidu lattiku li ttejjeb b’mod sinifikanti l-karatteristiċi tal-ġobon f’termini tal-ħajja fuq l-ixkaffa, ir-riħa u t-togħma. L-użu ta’ tames tal-għoġġiela, il-ħin u l-mod ta’ kif jinqata’ l-ħalib imħaxxen (koagulat) u d-daqs tal-baqtiet, l-iżvilupp tal-ġobon u t-tisħin tal-baqta/tat-taħlita tax-xorrox huma r-riżultat tal-esperjenza speċifika tal-produtturi tal-ġobon u huma ta’ importanza partikolari għall-kwalità tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
Il-produttur tal-ġobon jeħtieġlu jimmonitorja kull stadju tal-produzzjoni tal-ġobon mill-qrib ħafna u jidentifika ż-żmien it-tajjeb għal kull stadju tal-ipproċessar. Pereżempju, it-tisħin b’attenzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse” f’temperatura ta’ 51-54 °C wara li jinqata’ l-ħalib koagulat huwa prerekwiżit importanti għall-ħajja fuq l-ixkaffa twila tal-ġobon. Fl-istess ħin, il-ħalib irid jiġi ttrattat b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li tinżamm parti kbira tal-karatteristiċi u tal-komponenti aromatiċi u mikrobijoloġiċi, u għaldaqstant jinżammu l-kwalitajiet speċifiċi tal-ħalib. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu b’mod naturali tal-għalf fil-mergħat Alpini jfissru li l-ħalib ma għandu l-ebda karatteristika standard, iżda pjuttost il-kwalità tiegħu tvarja (pereżempju, f’termini ta’ kontenut ta’ proteini jew ta’ kompożizzjoni ta’ ħalib ieħor). L-esperjenza vasta tagħhom tippermetti lill-produtturi tal-“Vorarlberger Alpkäs” biex jikkumpensaw sew għal dawn il-fluttwazzjonijiet naturali. It-trattament b’attenzjoni tagħhom tal-istadji kollha fil-proċess huwa kruċjali għall-bqija tal-proċess ta’ maturazzjoni, u b’hekk għall-kwalità tal-prodott aħħari. Matul il-maturazzjoni, trid tingħata attenzjoni partikolari għat-trattament b’attenzjoni tal-ġobon. B’riżultat tal-esperjenza tagħhom, il-produtturi tal-ġobon ikunu jafu minnufih meta l-ġobon irid jiddawwar, jingħorok u jinkesa, u għalhekk ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ġobon.
Laqgħat regolari tar-rgħajja u tal-produtturi tal-ġobon, li fihom jaqsmu l-għarfien li jkunu kisbu, jagħtu bidu għal proċess kostanti ta’ taħriġ, li jgħin biex tinżamm il-kwalità u t-tradizzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
Raġunijiet
Saru bidliet fil-proċess ta’ produzzjoni bil-għan li tiġi assigurata l-kwalità inekwivokabbli tal-“Vorarlberger Alpkäse”, li hija bbażata, b’mod partikolari, fuq l-għarfien tal-produtturi tal-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali. Flimkien mal-formulazzjoni, li issa ġiet emendata, li diġà tinsab fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali, dan il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali huwa deskritt f’aktar dettall, b’mod partikolari billi l-metodu tal-produzzjoni ġie ddefinit b’mod aktar preċiż.
L-emendi individwali huma relatati mal-punti li ġejjin:
|
— |
Materja prima – ħalib L-għalf tal-frat biss permezz tar-ragħa mhux dejjem ikun biżżejjed biex tinżamm is-saħħa tal-annimali peress li avvenimenti tat-temp li qegħdin isiru aktar estremi (nixfa, perjodi twal ta’ xita, eċċ.) u t-tibdil fil-klima assoċjata jesponu lill-baqar tal-ħalib f’terran Alpin għal stress metaboliku u jnaqqsu d-disponibbiltà tal-għalf fil-mergħat. Barra minn hekk, ir-razez differenti tal-baqar li jinżammu fil-mergħat Alpini għandhom rekwiżiti tal-enerġija differenti, u għalhekk jeħtieġu għalf komplementari għall-benesseri tagħhom. B’riżultat ta’ dan, sabiex tinkiseb provvista bilanċjata ta’ nutrijenti meħtieġa għall-benesseri tal-annimali, b’mod indipendenti mill-kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, bħan-nixfiet, sar impossibbli li jinxtraw ħbub imfarrkin li jintużaw bħala għalf kompensatorju u komplementari sa proporzjon ta’ 20 % ta’ materja niexfa fis-sena. Id-deroga ta’ hawn fuq għas-supplimenti tal-għalf ma taffettwax il-kwalità għolja u kostanti tal-ħalib minħabba li ħafna mill-għalf oħxon irid jiġi miż-żona definita. Ir-rekwiżit fil-punt 5(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar farms tal-Alpini rikonoxxuti uffiċjalment f’altitudni ta’ bejn 1 000 m u 1 800 m tmexxa għall-punt 4.5.1 (Materja prima – ħalib) u huwa definit f’aktar dettall. Il-ħalib jista’ jiġi biss minn baqar minn farms li jinsabu fuq l-Alpi jew mergħat Alpini li jkun inħarġilhom numru tal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti (l-Aġenzija Awstrijaka għas-Sikurezza tal-Ikel). Dan huwa ġġustifikat mir-rekwiżiti tal-iġjene speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf tal-Annimali) li l-azjendi li jipproduċu l-ġobon huma meħtieġa jikkonformaw miegħu. L-azjendi approvati huma elenkati u jistgħu jiġu kkonsultati fir-Regolament. Trasport ulterjuri minn maħleb Alpin approvat għal ieħor fiż-żona definita għandu jiġi permess fil-futur peress li, minħabba l-istat attwali tat-teknoloġija, dan ma għadux jaffettwa l-kwalità. Il-kwantità ta’ ħalib ittrasport trid tiġi ddokumentata miż-żewġ imħaleb Alpini permezz ta’ nota ta’ konsenja. |
|
— |
Produzzjoni Il-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse” hija deskritta fil-passi dettaljati tagħha, mill-ipproċessar tal-ħalib mhux ipproċessat għall-istadju ta’ maturazzjoni matul il-ħżin, b’referenza għall-parametri tekniċi li għandhom jiġu osservati sabiex tiġi żgurata l-kwalità. Il-baqta issa tista’ tissaħħan għal temperatura bejn 51 °C u 54 °C (minflok bejn 51,5 °C u 52,5 °C bħal qabel). Ġiet permessa firxa usa’ ta’ temperaturi ta’ tisħin minħabba li ma huwiex possibbli, fil-każ ta’ tisħin manwali, li tiġi stabbilita temperatura preċiża, li jfisser li hija meħtieġa tolleranza usa’. Il-medda ġdida ta’ tolleranza għat-temperatura ta’ tisħin ma għandhiex impatt negattiv fuq il-kwalità tal-prodott. Iż-żieda ta’ preżervattivi, stabbilizzaturi u addittivi prodotti kimikament għadha ma hijiex permessa. Dan sar saħansitra aktar ċar permezz ta’ formulazzjoni aktar preċiża. Fir-rigward tal-kolturi stess tal-farm tax-xorrox jew tal-aċidu lattiku, sar ċar li l-koltura omm storika issa hija prodotta ċentralment u mbagħad tintuża internament għal użu ulterjuri bħala koltura tal-farm għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse”. L-esperjenza tal-proċessuri tal-ħalib għandha rwol kruċjali f’dan ir-rigward. Il-kontenut ta’ melħ ġie ċċarat u adattat għal kriterji li jistgħu jiġu vverifikati b’mod prattiku permezz tal-iskala Baumé (Bé). Il-kontenut ta’ melħ ġie speċifikat bħala li huwa ta’ 20 °Bé. Il-formazzjoni tal-qoxra tipika tal-“Vorarlberger Alpkäse” u l-kwalità assoċjata tal-ġobon ġew iċċarati ulterjorament, u saret referenza għall-ġestjoni mill-produttur tal-ġobon u l-klima tas-sajran. |
|
— |
Għarfien espert – għarfien tal-produzzjoni Billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott eżistenti ma kienet tinkludi l-ebda osservazzjoni ewlenija dwar l-għarfien tradizzjonali tal-produtturi, saret aktar speċifika f’dan ir-rigward, u ġew ipprovduti deskrizzjonijiet tal-kredenzjali tal-ispeċjalisti. Hemm ukoll deskrizzjoni tal-attivitajiet li għaddejjin bl-għan li tingħadda t-tradizzjoni sabiex tiġi żgurata l-kwalità, b’hekk, it-telfien jew it-tnaqqis tal-għarfien espert jistgħu jitrażżnu b’mod effettiv u jista’ jinżamm l-għarfien tradizzjonali tal-prodott. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-informazzjoni inkluża preċedentement taħt il-punt 5(d) (Prova tal-oriġini) tmexxiet għall-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika).
L-informazzjoni inkluża preċedentement taħt il-punt 5(f) (Rabta) ġiet inkluża taħt il-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika). L-effetti tal-fatturi klimatiċi u umani fiż-żona ġeografika huma deskritti b’mod komprensiv, fejn ġiet ipprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-għarfien espert speċifiku tal-produtturi reġjonali, li preċedentement kien jissemma ftit biss fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħall-għarfien tradizzjonali tat-tekniki speċjali tal-ħżin u l-livell għoli ta’ għarfien espert fir-rigward tat-tekniki ta’ produzzjoni u l-ġestjoni tal-maturazzjoni, li hija kruċjali biex jintwerew il-proprjetajiet organolettiċi tal-ġobon.
Raġunijiet
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet adattata għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 billi l-osservazzjonijiet storiċi, bħall-evidenza dokumentarja u t-tradizzjonijiet antiki marbutin mal-“Vorarlberger Alpkäse”, li oriġinarjament ġew deskritti fit-taqsima dwar il-prova tal-oriġini, issa tmexxew għall-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika).
6. Tikkettar
It-test oriġinali tal-punt 5(h) (Tikkettar) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tmexxa għall-punt 4.4 (Prova tal-oriġini) u ġie adattat għar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni attwali.
Pereżempju, ir-rekwiżiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali (fir-rigward tat-twaħħil fuq il-prodott tad-data tal-produzzjoni u l-isem tal-muntanja tal-Alpi u/jew il-mergħa Alpina) saru mhux meħtieġa minħabba d-dokumentazzjoni li issa trid tiġi pprovduta għall-finijiet tal-prova ta’ oriġini. Ġiet iċċarata l-marka tal-kaseina li għandha tintuża. It-twaħħil ta’ din il-marka mal-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-ġobon sar mhux meħtieġ minħabba li fil-każ tal-porzjonijiet, hija ggarantita t-traċċabilità tal-lottijiet.
Ir-regoli dwar tikketti privati stabbiliti fil-punt 5(h) (Tikkettar) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali tmexxew għall-punt 4.8 (Tikkettar).
“L-użu ta’ tikketti privati huwa permess. Madankollu, it-tikketta privata ma tridx tkun tali li tqarraq bil-konsumatur jew tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tajba tad-DOP.”
Raġunijiet
Ir-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-tikketti privati ġew iċċarati u estiżi. It-tikketti privati se jkomplu jiġu permessi.
7. Emendi editorjali
7.1. L-isem u d-dettalji tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membru ġew aġġornati.
7.2. L-indirizz tal-grupp appplikanti ġie kkoreġut.
Raġunijiet
L-indirizz tal-grupp applikanti nbidel minn meta ġiet protetta d-denominazzjoni u ġie aġġornat flimkien tad-dettalji emendati tal-awtorità kompetenti.
7.3. Korp ta’ spezzjoni
It-taqsima li fiha d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni ġiet emendata minħabba li l-korp issa huwa kumpanija privata, jiġifieri Lacon GmbH.
7.4. Bidliet fit-tfassil/fil-preżentazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
In-numerazzjoni mill-ġdid u l-emenda ta’ xi wħud mit-titoli biex l-informazzjoni ssir aktar ċara u aktar preċiża.
7.5. Rekwiżiti nazzjonali
L-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” tħassret mingħajr ma ġiet sostitwita peress li dan huwa meħtieġ fid-dawl tar-rekwiżiti regolatorji.
DOKUMENT UNIKU
“Vorarlberger Alpkäse”
Nru tal-UE: PDO-AT-1413-AM01 – 5.4.2022
DOP (X) IĠP ()
1. Isem/Ismijiet
“Vorarlberger Alpkäse”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Awstrija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1 Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2 Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Voralberger Alpkäse” huwa ġobon iebes li jiġi prodott fuq l-Alpi u l-mergħat Alpini fiż-żona definita permezz ta’ ħalib tal-baqar mhux ipproċessat Alpin, mhux trattat u mingħajr sajlo xieraq għall-produzzjoni ta’ ġobon iebes. Il-ġobniet tondi individwali jiżnu sa massimu ta’ 40 kg u jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur.
Il-ġobon għandu qoxra granulari mnixxfa, safra tagħti fil-kannella għal kannella, u sawra iebsa għal lixxa. Għandu lewn l-avorju. Meta jitqatta’, il-ġobon għandu toqob tondi żgħar distribwiti b’mod indaqs iżda skarsi, b’daqs ta’ madwar piżella, matti għal ileqqu. Ġeneralment it-toqob ikunu tondi b’daqs ta’ piżella. It-togħma tiegħu hija ħafifa u ssir pikkanti b’iktar tqaddim.
Skont il-grad ta’ sajran, il-karatteristiċi deskritti jistgħu jkunu ftit jew wisq qawwija, mingħajr ma jaffettwaw jew jibdlu l-immaġni ġenerali tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
3.3 Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-ħalib ta’ baqar minn azjendi rikonoxxuti uffiċjalment fuq l-Alpi jew il-mergħat Alpini b’ġestjoni tal-bwar biss jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse”. Il-produzzjoni tas-silaġġ u l-għalf bih ma humiex permessi.
L-użu ta’ għalf addizzjonali fil-forma ta’ ħbub imfarrkin huwa permess sa proporzjon ta’ 20 % ta’ materja niexfa fis-sena. Il-ħbub imfarrkin jistgħu jinxtraw ukoll minn żoni oħrajn peress li ż-żona ġeografika, reġjun muntanjuż tipiku, ma hijiex xierqa għall-produzzjoni agrikola. Dan ifisser li kważi l-ebda ċereali jew għalla simili ma tikber jew tiġi prodotta fiż-żona, għalhekk ikollhom jinxtraw minn żoni oħrajn.
Il-perċentwal ta’ foraġġ miż-żona ġeografika għalhekk ma jridx ikun inqas minn 80 % tal-materja niexfa totali mitmugħa fis-sena lill-baqar li jreddgħu. Iż-żieda ta’ ħbub imfarrkin li joriġinaw minn xi mkien ieħor hija permessa sa proporzjon ta’ 20 % ta’ materja niexfa tal-porzjon rispettiv.
3.4 Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-materja prima trid tiġi prodotta, ipproċessata u mmaturata fiż-żona definita.
3.5 Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
---
3.6 Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-ġobon irid jiġi identifikat b’marka tal-kaseina li jkollha numru tas-serje. L-assoċjazzjoni applikanti hija responsabbli għall-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tan-numru tas-serje.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-“Vorarlberger Alpkäse” jiġi prodott fil-provinċja ta’ Vorarlberg f’altitudnijiet ta’ bejn 1 000 m u 1 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-farms Alpini rikonoxxuti uffiċjalment joperaw biss matul ix-xhur sajfin fil-kuntest tat-transumanza Alpina.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-proprjetajiet karatteristiċi tal-“Vorarlberger Alpkäse” huma attribwibbli għall-ħalib użat għall-produzzjoni, l-ingredjenti tiegħu u t-togħma u l-konsistenza, kif huma influwenzati mill-flora Alpina f’Vorarlberg, u għall-kundizzjonijiet klimatiċi u umani (produzzjoni artiġjanali tradizzjonali) tal-proċess tal-produzzjoni. L-azjendi tal-Alpi fuq skala żgħira żammew il-produzzjoni artiġjanali u t-trattament/il-maturazzjoni b’attenzjoni tal-ġobon sal-lum il-ġurnata. Dan jirriżulta fil-kwalità speċjali u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse” juri komponent tat-togħma partikolari minħabba l-veġetazzjoni Alpina taż-żona ta’ produzzjoni u l-użu ta’ għalf għall-annimali li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa aħdar, li, flimkien mal-metodu tal-produzzjoni artiġjanali tradizzjonali, jagħti lill-ġobon il-proprjetajiet karatteristiċi tiegħu. Il-produzzjoni tal-ġobon tagħmel kontribut essenzjali għaż-żamma tal-biedja fil-muntanji ta’ Vorarlberg u hija essenzjali għad-diversità ekoloġika u l-istabbiltà tal-pajsaġġ kulturali Alpin ta’ Vorarlberg.
F’Vorarlberg, l-agrikoltura hija ffukata esklużivament fuq il-ġestjoni tal-bwar. Il-farms Alpini huma soġġetti għal projbizzjoni stretta fuq għalf bis-silaġġ (l-ebda għalf fermentat). Huwa biss bil-projbizzjoni tas-silaġġ li huwa possibbli li jiġi prodott “Vorarlberger Alpkäse” ta’ kwalità għolja.
Il-“Vorarlberger Alpkäse” huwa prodott li ilu prodott u kkunsmat fiż-żona definita għal bosta mijiet ta’ snin. Il-ġobon ilu prodott fil-provinċja tal-lum il-ġurnata ta’ Vorarlberg għal dak iż-żmien kollu. Oriġinarjament, u għal sekli sħaħ, il-ġobon kien jiġi prodott primarjament għall-konsum proprju u l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali. Il-produzzjoni tal-ġobon Alpin hija kontribut essenzjali għaż-żamma tal-biedja fil-muntanji ta’ Vorarlberg u hija essenzjali għad-diversità ekoloġika u l-istabbiltà tal-pajsaġġ kulturali Alpin ta’ Vorarlberg. Matul it-transumanza Alpina bejn il-farms tal-widien, il-mergħat tal-Alpini u l-Alpi, l-ipproċessar ta’ ħalib mhux ipproċessat fuq l-Alpi huwa komponent ekonomiku importanti taż-żamma ta’ farms agrikoli u tal-ħalib f’Vorarlberg.
Id-dokumenti juru li l-metodu tal-produzzjoni tal-ġobon tradizzjonali tar-reġjun diġà kienu qegħdin jintużaw fil-Gwerra ta’ Tletin Sena. Dan il-proċess jifforma l-bażi għall-proċess ta’ produzzjoni tal-lum għall-“Vorarlberger Alpkäse”. Fis-seklu 18, ħafna mill-ħalib tal-Alpini prodott fix-xhur sajfin fil-kuntest tat-transumanza Alpina diġà kien qiegħed jiġi pproċessat f’ġobon tal-Alpini. Id-denominazzjoni “Vorarlberger Alpkäse” ilha tintuża minn dak iż-żmien.
Kundizzjonijiet reġjonali, bħall-altitudni, il-klima, il-flora u l-fawna u l-istruttura ta’ skala żgħira tal-farms, wasslu f’nofs is-seklu 18 għall-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ ġobon oħxon li tinvolvi tekniki speċifiċi tal-produzzjoni tal-ġobon. Dan ta bidu għal ħajja fuq l-ixkaffa itwal u valur miżjud aħjar.
L-għarfien tekniku u l-ħiliet tal-produzzjoni tal-ġobon akkumulati fiż-żona demarkata (l-għalf tal-annimali, l-ipproċessar tal-ħalib, it-teknoloġija tal-produzzjoni u l-maturazzjoni) ingħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra. Dan l-għarfien u dawn il-ħiliet ġew żviluppati aktar u jservu sal-lum il-ġurnata bħala bażi għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Alpkäse”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://www.patentamt.at/herkunftsangaben/vorarlbergeralpkaese/
Din tista’ tiġi aċċessata wkoll direttament permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Awstrija (www.patentamt.at) billi wieħed jikklikkja fuq dan li ġej: “Trademarks / Indikazzjonijiet ġeografiċi / Lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi Awstrijaċi”. It-test jidher taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ kwalità.
|
3.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/45 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 156/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“VORARLBERGER BERGKÄSE”
Nru tal-UE: PDO-AT-1419-AM01 - 5.4.2022
DOP (X) IĠP ()
1. Grupp applikant u interess leġittimu
ARGE Milch Vorarlberg, Montfortstr. 9, 6900 Bregenz, L-Awstrija
Tel. +43 5574400350
Faks +43 5574400600
Email: fritz.metzler@lk-vbg.at
L-applikant attwali huwa s-suċċessur legali tal-grupp applikant oriġinali fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi kollha li jirriżultaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vorarlberger Bergkäse”. Dan jirrappreżenta l-interessi tal-produtturi tad-DOP “Vorarlberger Bergkäse” u għalhekk għandu interess leġittimu li jitlob emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Awstrija
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta maż-żona ġeografika |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn (bidla fid-dettalji tal-entità kompetenti, isem il-grupp applikanti oriġinali, il-korp ta’ spezzjoni, ir-rekwiżiti nazzjonali, emendi fil-kitba) |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☐ |
Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhomx jikkwalifikaw bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhomx jikkwalifikaw bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
5. Emenda/i
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fit-trattament tal-aspetti prattiċi tad-denominazzjoni protetta minn meta ġiet stabbilita, l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mitluba huma meħtieġa bil-għan li jipprovdu deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kundizzjonijiet importanti kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-istadji varji tal-produzzjoni, u biex tiġi żgurata l-kwalità tad-DOP “Vorarlberger Bergkäse”.
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti, li kienet magħmula minn diversi dokumenti u annessi separati, ġiet magħquda f’dokument wieħed, rivedut u aġġornat sabiex tiġi pprovduta deskrizzjoni aktar ċara tar-rekwiżiti, b’mod partikolari dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-prova tal-oriġini, sabiex tinżamm il-kwalità tad-DOP “Vorarlberger Bergkäse”.
B’mod aktar speċifiku, dawn l-emendi jikkonċernaw:
1. Deskrizzjoni tal-prodott
It-test taħt il-punt 5(b) (Deskrizzjoni) u ż-żidiet li saru f’dak il-punt tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali ġew inklużi taħt il-punt 4.2 (Deskrizzjoni). Min-naħa tagħha, dan il-punt inqasam fil-punti 4.2.1 (Ġenerali) u 4.2.2 (Karatteristiċi). It-test oriġinali sar aktar speċifiku u strutturat. Il-kontenut tal-FiDM tħassar. Il-piż tar-roti tal-ġobon individwali żdied għal 7-40 kg (minflok 8-35 kg) u l-medda tal-għoli tal-forma ġiet estiża għal 8-12 cm (qabel kienet 10-12 cm). Il-perjodu minimu tas-sajran ġie speċifikat li huwa ta’ 3 xhur.
Il-punt 5b tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-‘Vorarlberger Bergkäse’ huwa magħmul minn ħalib naturali mhux ipproċessat (tal-baqra) b’madwar 50 % FiDM u għandu qoxra granulari misjura b’tebgħat għal imnixxfa, minn safra fil-kannella sa kannella. Ir-roti jiżnu bejn 8 kg u 35 kg u għandhom tul ta’ 10-12 cm. It-toqob tondi bejn wieħed u ieħor id-daqs ta’ piżella huma minn matti sa jleqqu u mqassma b’mod uniformi. Il-ġobon huwa minn iebes għal malleabbli u ta’ kulur minn lewn l-avorju sa isfar ċar. It-togħma hija minn pikkanti sa qawwija. Il-materja prima hija l-ħalib minn baqar li jirgħu f’mergħat fuq il-muntanji u fil-widien adatti għall-produzzjoni ta’ ġobon iebes, fejn ma jintuża l-ebda sajlo għat-tagħlif. Jintuża biss it-tames naturali.”
u ż-żidiet mal-punt 5b
“Il-konformità stretta mar-regoli dwar it-tagħlif (ara l-anness), l-imħaleb fuq il-muntanji ta’ skala żgħira, is-sajran manwali bir-reqqa u l-attenzjoni mogħtija lill-‘Vorarlberger Bergkäse’, l-ipproċessar tradizzjonali tal-ħalib mhux ipproċessat naturali u ħieles mill-użu tas-sajlos u l-ħiliet tal-produtturi tal-ġobon huma mingħajr dubju l-aktar karatteristiċi distintivi sinifikanti.
Huma biss l-azjendi b’ġestjoni purament estensiva tal-bwar – mingħajr il-produzzjoni tas-silaġġ jew it-tagħlif bih – li huma awtorizzati jipprovdu l-ħalib. Il-farms imħallta (azjendi li jitimgħu lill-baqar żgħar bis-silaġġ) ma humiex permessi li jipprovdu l-ħalib. Il-ħalib jiġi pprovdut mill-inqas darba kuljum u jiġi pproċessat direttament fil-maħleb.
Il-fatt li l-ġobon jiġi prodott f’azjendi ta’ skala żgħira jiżgura ż-żamma tal-produzzjoni artiġjanali u l-ġestjoni bir-reqqa tal-ġobon. Dan jirriżulta wkoll fil-kwalità speċjali u fuq kemm idum iżomm il-‘Vorarlberger Bergkäse’.”
inkitbu mill-ġdid b’dan il-mod:
4.2. Deskrizzjoni
4.2.1. Ġenerali
Il-“Vorarlberger Bergkäse” huwa ġobon iebes magħmul minn ħalib naturali tal-baqar tal-muntanji jew tal-widien, mingħajr l-użu ta’ sajlos. Il-farms li jitimgħu l-baqar żgħar bis-silaġġ (farms imħallta) ma humiex permessi li jipprovdu l-ħalib.
Ir-roti tal-ġobon jiżnu bejn 7 kg u 40 kg, għandhom tul ta’ 8-12-il cm u jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur.
4.2.2. Proprjetajiet
Il-ġobon għandu qoxra granulari misjura b’tebgħat għal xotta, minn safra fil-kannella sa kannella u sawra minn iebsa sa lixxa. Il-kulur tiegħu huwa minn lewn l-avorju sa isfar ċar. Meta jitqatta’ f’biċċiet, il-ġobon juri toqob tondi bejn wieħed u ieħor id-daqs ta’ piżelli, minn matti sa jleqqu, imqassma b’mod uniformi iżda skars. Jistgħu jiffurmaw qasmiet żgħar (ta’ tul ta’ 0,5-1 cm) fil-ġobon. It-togħma hija pikkanti, u ssir aktar qawwija aktar ma jgħaddi ż-żmien. Skont il-grad ta’ maturazzjoni, il-karatteristiċi deskritti jistgħu jkunu xi ftit jew wisq evidenti, mingħajr ma tiġi affettwata jew mibdula l-immaġni ġenerali tad-DOP “Vorarlberger Bergkäse”.
Il-“Vorarlberger Bergkäse” jista’ jiġi kkumerċjalizzat f’porzjonijiet ta’ daqsijiet differenti.
Raġunijiet
Il-kummenti li ma humiex relatati mad-deskrizzjoni tal-prodott ġew stabbiliti f’aktar dettall fil-punti “Rabta maż-żona ġeografika” u “Metodu ta’ produzzjoni”, li issa huma previsti għal dak il-għan.
Il-meded tat-tolleranza għall-piż u l-għoli tar-roti tal-ġobon żdiedu bħala riżultat tat-telf ta’ sajran ikkawżat minn ħażna aktar fit-tul tal-ġobon u għal raġunijiet tal-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi ż-żgħar. Għal raġunijiet loġistiċi, l-azjendi ż-żgħar jeħtieġu li l-ġobnijiet ikunu itqal. Il-kliem “madwar 50 % FiDM” tneħħa mingħajr ma ġie sostitwit minħabba li huwa superfluwu fid-dawl tar-rekwiżiti legali eżistenti. Il-formolazzjoni tal-kliem, li parti minnha ġejja mill-Ispeċifikazzjoni u parti ġiet miżjuda, saret aktar preċiża (eż. dwar il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni) sabiex ġiet iċċarata u mtejba l-kompletezza tad-deskrizzjoni tal-prodott, u b’hekk il-korp ta’ spezzjoni ngħata parametri tal-prodott aktar preċiżi u affidabbli biex ikun jista’ jiżgura l-kwalità tal-prodott.
2. Prova tal-oriġini
Il-kummenti preċedenti fl-Ispeċifikazzjoni kienu dwar l-istorja tal-prodott fil-punt 5(d) (Prova tal-oriġini), li kellhom jiġu ppreżentati f’dan il-punt meta ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni inkwistjoni, u ż-żidiet li saru f’dak il-punt issa tmexxew għall-punt 4.6. (Rabta maż-żona ġeografika) (ara t-test ta’ dak il-punt). Minflokhom, ġew inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur dwar l-iżgurar tat-traċċabbiltà taħt il-punt 4.4 (Prova tal-oriġini) fl-Ispeċifikazzjoni l-ġdida:
“L-assoċjazzjoni applikanti żżomm reġistru tal-produtturi li fih kull proċessur tal-ħalib li jipproduċi l-‘Vorarlberger Bergkäse’ fiż-żona ġeografika huwa elenkat, flimkien mal-isem tal-azjenda u l-indirizz ta’ kuntatt, irrispettivament minn jekk humiex membri tal-assoċjazzjoni. Il-proċessur tal-ħalib irid jippreżenta applikazzjoni speċifika lill-assoċjazzjoni applikanti sabiex jiġi inkluż f’dan ir-reġistru.
Jiġu konklużi kuntratt ta’ provvista tal-ħalib u ordni ta’ provvista tal-ħalib bejn il-produttur tal-ħalib u l-proċessur tal-ħalib. Dawn il-kuntratti jirregolaw il-kwalità tal-materja prima (ħalib mingħajr l-użu ta’ sajlos), iż-żona ta’ kummerċ u d-dokumentazzjoni relatata mal-provvisti tal-ħalib lill-proċessur tal-ħalib.
Il-produtturi tal-ħalib u l-proċessuri tal-ħalib iridu jiżguraw li l-ħalib mhux ipproċessat għall-ipproċessar ulterjuri f’‘Vorarlberger Bergkäse’ u l-prodott finali nnifsu jinġabru, jinħażnu u jiġu pproċessati separatament minn ħażniet oħra tal-ħalib jew minn varjetajiet ta’ ġobon konvenzjonali.
Il-produtturi tal-ħalib huma meħtieġa jirreġistraw il-kwantitajiet ta’ ħalib li jipproduċu, b’diżaggregazzjoni tal-kwantità ta’ ħalib użata għall-produzzjoni tal-‘Vorarlberger Bergkäse’. Il-proċessuri tal-ħalib iridu jżommu rekords ċari tal-kwantitajiet ta’ ħalib mixtrija u tal-oriġini tagħhom. It-trasport ulterjuri minn proċessur tal-ħalib għal ieħor fiż-żona ġeografika ddefinita huwa permess, u l-kwantità involuta tiġi rreġistrata.
Għall-finijiet tat-traċċabbiltà tal-‘Vorarlberger Bergkäse’ tul il-ktajjen tal-provvista, fuq talba tal-proċessuri tal-ħalib tinħareġ marka tal-kaseina li jkun fiha n-numru tas-serje mill-assoċjazzjoni applikanti. Il-marka tal-kaseina li għandha tintuża tinkludi t-test li ġej:
G.U.-VBG
BERGKAESE
XXXXXX
bin-numru tas-serje. L-assoċjazzjoni applikanti hija responsabbli għall-amministrazzjoni u għall-allokazzjoni tan-numru tas-serje.
Qabel l-ippressar, il-ġobon jiġi identifikat permezz ta’ marka tal-kaseina b’numru tas-serje uniku, li ma għandhiex tkun tista’ titneħħa mir-rota tal-ġobon. Għall-finijiet tat-traċċabbiltà interna, id-data tal-produzzjoni jew in-numru tal-lott jiġu indikati wkoll.
Ir-rapport tal-produzzjoni ta’ kuljum jirreġistra d-data tal-produzzjoni, il-kwantità tal-ħalib ipproċessat, in-numru tas-serje tal-marka tal-kaseina, it-temperatura tat-tisħin u n-numru ta’ roti tal-ġobon. Il-konformità mal-perjodu tal-maturazzjoni tista’ tiġi ntraċċata permezz tar-rekord fl-impjant tal-ipproċessar tal-ħalib. Il-ġobon jista’ wkoll jiġi mmaturat u maħżun barra mill-impjant tal-ipproċessar tal-ħalib f’ċentri ta’ sajran li jkunu jinsabu fiż-żona ddefinita.
Meta jbigħ il-‘Vorarlberger Bergkäse’, il-proċessur tal-ħalib irid iżomm rekords li jippermettu t-traċċabbiltà (eż. noti tal-kunsinna).”
Raġunijiet
Billi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sa issa ma kinitx tinkludi regoli dwar il-prova tal-oriġini, huwa meqjus xieraq li tiġi inkluża informazzjoni dwar it-traċċabbiltà tal-prodott fil-punt 4.4 (Prova tal-oriġini) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Issa tinkludi dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. Barra minn hekk, xi test tmexxa wkoll mil-punt 5(h) (Tikkettar) oriġinali għall-punt 4.4 (Prova tal-oriġini).
3. Żona ġeografika
Punt 5(c) (Żona ġeografika) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali
Żdied ir-reġjun ta’ Walgau. Il-bqija tat-test tqassar għall-informazzjoni meħtieġa għaż-żona ġeografika. L-ortografija “Laiblachtal” inbidlet għal “Leiblachtal”.
Barra minn hekk, il-mapep ta’ Vorarlberg u tal-Awstrija ppreżentati addizzjonalment fil-punt 5(c) (Żona ġeografika) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali ġew sostitwiti b’mappa ġdida.
Il-punt 5c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-‘Vorarlberger Bergkäse’ jiġi prodott esklużivament minn produtturi jew minn proċessuri u bdiewa fir-reġjuni ta’ Bregenzerwald, Kleinwalsertal, Großwalsertal, Laiblachtal (Pfanderstock) u Rheintal minn ħalib mhux ipproċessat prodott f’Vorarlberg.”
u l-mapep ta’ Vorarlberg u l-Awstrija ppreżentati addizzjonalment fil-punt 5c
ġiet irriformulata biex taqra kif ġej:
4.3. Żona ġeografika
Il-“Vorarlberger Bergkäse” jiġi prodott minn ħalib mhux ipproċessat prodott f’Vorarlberg fir-reġjuni li ġejjin fil-provinċja ta’ Vorarlberg: Bregenzerwald, Kleinwalsertal, Großwalsertal, Leiblachtal (Pfänderstock), Walgau u Rheintal.
Mappa taż-żona ġeografika demarkata (iż-żona skura):
Raġunijiet
Ir-reġjun ta’ Walgau ġie miżjud minħabba li jmiss maż-żona demarkata kif deskritta sa issa u huwa soġġett għall-istess kundizzjonijiet ġeoloġiċi, bijoloġiċi u kulturali li jissodisfaw il-kriterji tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-bqija tat-test tqassar għall-informazzjoni meħtieġa għaż-żona ġeografika. L-iżball tipografiku “Laiblachtal” ġie kkoreġut. L-isem korrett tar-reġjun huwa “Leiblachtal”. Barra minn hekk, il-mappa tat-“Tirol/Vorarlberg” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issostitwita b’mappa ġdida taż-żona ġeografika demarkata. Il-mappa l-ġdida hija aktar ċara u tippreżenta ż-żona f’aktar dettall fuq il-bażi tal-kulur skur miżjud.
4. Metodu tal-produzzjoni
It-test oriġinali tal-punt 5(e) (Metodu tal-produzzjoni) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie fformulat b’mod aktar preċiż u nqasam fil-punti 4.5.1 (Materja prima – ħalib), 4.5.2 (Produzzjoni) u 4.5.3 (Għarfien espert – għarfien tal-produzzjoni).
Il-metodu tal-ipproċessar ukoll ġie ddefinit b’mod aktar preċiż. Barra minn hekk, il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali ġie deskritt f’aktar dettall fil-punt 4.5.3 (Għarfien espert – għarfien dwar il-produzzjoni).
Il-punt 5e tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jgħid hekk:
Il-“Vorarlberger Bergkäse” huwa prodott tradizzjonali tipiku.
Komponent essenzjali tal-proċess tal-produzzjoni huwa l-konformità ma’ kriterji stretti tal-produzzjoni tal-ħalib (linji gwida tal-kwalità għall-produtturi tal-ħalib).
B’mod partikolari:
|
— |
huma biss l-azjendi b’ġestjoni purament estensiva tal-bwar – mingħajr il-produzzjoni tas-silaġġ jew it-tagħlif bih – li huma awtorizzati jipprovdu l-ħalib, jew ħalib minn tali farms biss jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”. |
|
— |
Il-ħalib jitwassal fil-maħleb tal-ġobon mill-inqas darba kuljum u jiġi pproċessat direttament hemmhekk (l-ebda trasport ulterjuri minn maħleb għal ieħor). |
Produzzjoni attwali:
|
— |
Il-ħalib mhux ipproċessat ipprovdut (mhux imsaħħan, pasturizzat jew sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni) huwa parzjalment xkumat (b’kontenut ta’ xaħam ta’ madwar 3,3 %). |
|
— |
Jitbaqqat bit-tames tal-għoġol u l-kultura tax-xorrox u tal-aċidu lattiku tal-farm stess (li għalihom l-esperjenza tal-produttur tal-ġobon hija kruċjali għall-valutazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ din il-kultura). B’riżultat tal-użu tal-kulturi tax-xorrox, il-“Vorarlberger Bergkäse” huwa differenti ħafna minn prodotti simili oħrajn. |
|
— |
Imbagħad il-baqta tissaħħan għal bejn wieħed u ieħor 51-52,5 °C u tiġi ppressata. |
|
— |
Imbagħad, ir-roti tal-ġobon jitpoġġew f’banju tas-salmura għal 2-3 ijiem (b’kontenut tal-melħ ta’ madwar 20 %) imbagħad jiġu mmaturati fil-kantini f’temperatura ta’ bejn 12 °C u 15 °C u f’umdità relattiva ta’ bejn 90 % u 95 %. B’dan il-mod, il-ġobnijiet jiġu ttrattati regolarment bis-salmura biex tiġi żgurata l-formazzjoni tipika tal-qoxra u tiżviluppa t-togħma (jiġifieri jinżebgħu jew jintgħorku b’ilma mielaħ (kontenut tal-melħ ta’ madwar 20 %, pH ta’ 5,25) darbtejn fil-ġimgħa). |
|
— |
Il-“Vorarlberger Bergkäse” ikun lest għall-konsum wara bejn 3 u 6 xhur (skont il-grad ta’ sajran, il-karatteristiċi tiegħu jistgħu jvarjaw xi ftit: qasmiet żgħar fil-ġobon (twal 0,5-1 cm), inqas toqob, togħma qawwija). |
L-awtomonitoraġġ u l-assigurazzjoni tal-kwalità kostanti tal-farms jiżguraw il-kwalità għolja tal-ħalib mhux ipproċessat u l-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”. Il-konformità mal-assigurazzjoni tal-kwalità tiġi vverifikata mill-“Qualitätsmanagementverein für Lebensmittel aus Vorarlberg” [l-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal-Kwalità għall-Ikel minn Vorarlberg]. Il-kontrolli fuq l-iġjene tal-farms u tal-persunal u s-saħħa tal-annimali huma meħtieġa mil-liġi.”;
inkiteb mill-ġdid kif ġej:
4.5.1. Materja prima (ħalib)
Fil-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”, jintuża ħalib tal-baqar mhux ipproċessat. Huwa permess biss il-ħalib minn Vorarlberg. Il-ħalib imsaħħan jew pasturizzat jew il-ħalib sterilizzat biċ-ċentrifugazzjoni ma jistax jintuża għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Il-ħalib użat għall-“Vorarlberger Bergkäse” huwa kkaratterizzat mill-mergħat tal-Provinċja ta’ Vorarlberg, bil-ħaxix u l-ħwawar fini tagħha. Il-baqar jieklu l-ħaxix u l-ħwawar jew friski bħala foraġġ aħdar jew imnixxfin bħala ħuxlief. It-tmigħ b’għalf jew b’silaġġ iffermentat hija espressament ipprojbita.
L-użu ta’ ħbub imfarrkin bħala għalf kompensatorju u komplementari minn żoni oħrajn huwa permess sa proporzjon ta’ 30 % ta’ materja niexfa fis-sena.
Il-ħbub imfarrkin jistgħu jinxtraw minn żoni oħrajn minħabba li ż-żona ġeografika, reġjun muntanjuż tipiku kkaratterizzat minn bwar u minn saff baxx ta’ ħumus, ma hijiex adatta sew għat-tkabbir tal-għelejjel. Dan ifisser li kważi l-ebda ċereali jew għalla simili ma tikber jew tiġi prodotta fiż-żona, għalhekk ikollhom jinxtraw minn żoni oħrajn. Għalhekk, il-perċentwal ta’ foraġġ miż-żona ġeografika ma jridx ikun inqas minn 70 % tal-materja niexfa totali mitmugħa fis-sena lill-baqar li jreddgħu. Iż-żieda tal-ħbub imfarrkin li joriġinaw minn xi mkien ieħor hija permessa sa proporzjon ta’ 30 % tal-materja niexfa tal-porzjon rispettiv.
4.5.2. Produzzjoni
Il-ħalib mhux ipproċessat l-ewwel jiġi xkumat parzjalment u mbaqqat bit-tames tal-għoġol u b’kultura ta’ xorrox u/jew batterja tal-aċidu lattiku. Il-batterji tradizzjonali tal-aċidu lattiku minn kulturi selvaġġi issa jiffurmaw il-bażi tal-kultura omm għall-kulturi tal-farms, li għadhom jiġu kkultivati fil-farm. Iż-żieda ta’ preservattivi, stabbilizzaturi u addittivi prodotti kimikament ma hijiex permessa. Il-ħalib magħqud (koagulat) imbagħad jinqata’ għad-daqs mixtieq permezz ta’ apparat għall-qtugħ tal-baqta. Imbagħad iseħħ l-istadju li jmiss tal-formazzjoni tal-ġobon: il-baqtiet jiżviluppaw ulterjorment u sseħħ sinereżi (meta x-xorrox jissepara minn mal-baqtiet). Il-baqtiet jissaħħnu għal temperatura ta’ bejn 51 °C u 54 °C imbagħad jiġu ttrasferiti f’forom u jiġu ppressati. Skont id-daqs tal-ġobon mixtieq, ir-roti jiżnu bejn 7 kg u 40 kg qabel ma jiġu mgħaddsa fis-salmura u jkunu ta’ tul ta’ bejn 8 cm u 12-il cm. Imbagħad, il-ġobnijiet jitpoġġew f’banju tas-salmura b’kontenut tal-melħ ta’ mill-inqas 20 Bé° għal bejn jumejn u tlett ijiem sabiex il-ġobon jassorbi l-melħ, tiġi ffurmata l-qoxra u tiżviluppa l-istruttura tal-ġobon, u b’hekk il-ġobon jiġi ssiġillat fuq in-naħa ta’ barra filwaqt li jsir sew u b’mod uniformi fuq in-naħa ta’ ġewwa. Dan iwassal għall-konsistenza omoġenja u kumpatta tal-“Vorarlberger Bergkäse”. Imbagħad, il-ġobnijiet jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur, skont in-natura tal-qoxra u l-esperjenza tal-proċessur tal-ħalib, f’temperatura ta’ bejn 10 °C u 15 °C u umdità ta’ aktar minn 80 %. Matul il-maturazzjoni, il-ġobnijiet jiġu ttrattati regolarment (miżbugħin jew jintgħorku) b’ilma mielaħ (kontenut tal-melħ sa 20 Bé°) mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex tiġi żgurata l-formazzjoni tipika tal-qoxra u tiżviluppa t-togħma. Wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, il-ġobon “Vorarlberger Bergkäse” jkun lest għall-konsum.
4.5.3. Know-how – għarfien dwar il-produzzjoni
Il-kwalità tal-“Vorarlberger Bergkäse” hija dovuta b’mod partikolari għall-esperjenza tal-proċessuri lokali tal-ħalib fil-ġestjoni tal-produzzjoni u s-sajran tal-ġobon.
L-arti tal-produzzjoni tal-ġobon hija bbażata fuq in-know-how tal-proċessuri tal-ħalib involuti fil-produzzjoni b’modi differenti skont ir-rwol individwali tagħhom fil-proċess, fejn tinkiseb il-kwalità tipika tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Dan jibda bl-użu u bil-kultivazzjoni tal-kulturi tal-batterji tal-aċidu lattiku. Pereżempju, id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kultura tal-batterji tal-aċidu lattiku, it-temperatura, il-perjodi ta’ mistrieħ, il-kwantitajiet u l-proporzjon miżjuda u l-kundizzjonijiet tal-ħażna jirriżultaw mill-esperjenza tal-proċessur tal-ħalib.
Impatt potenzjali partikolari tal-esperjenza tagħhom huwa l-ħżin u l-maturazzjoni speċifiċi tal-ħalib b’mod favorevoli għall-formazzjoni ta’ batterji tal-aċidu lattiku li jtejbu b’mod sinifikanti l-karatteristiċi tal-ġobon f’termini tal-ħajja fuq l-ixkaffa, ir-riħa u t-togħma. Il-kwantità ta’ tames tal-għoġġiela, il-ħin u l-mod tal-qtugħ tal-ħalib imbaqqat (koagulat) u d-daqs tal-baqtiet, l-iżvilupp sussegwenti tal-ġobon u t-tisħin tat-taħlita tal-baqta/xorrox jirriżultaw mill-esperjenza speċifika tal-produttur tal-ġobon, u huma responsabbli għall-kwalità tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Il-produttur tal-ġobon irid jimmonitorja kull stadju tal-produzzjoni tal-ġobon mill-qrib ħafna u jrid jidentifika ż-żmien it-tajjeb għal kull stadju tal-ipproċessar. Pereżempju, it-tisħin bir-reqqa tal-“Vorarlberger Bergkäse” għal 51-54 °C wara l-qtugħ tal-ħalib koagulat huwa prerekwiżit importanti għall-ħajja twila fuq l-ixkaffa tal-ġobon. Fl-istess ħin, il-ħalib irid jiġi mmaniġġat b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li jinżammu l-karatteristiċi u l-komponenti aromatiċi u mikrobijoloġiċi u għaldaqstant il-kwalitajiet speċifiċi tal-ħalib. Barra minn hekk, minħabba l-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu b’mod naturali tat-tagħlif fil-mergħat fuq il-muntanji, il-ħalib ma għandu l-ebda karatteristika standard, iżda pjuttost il-kwalità tiegħu tvarja (pereżempju, f’termini tal-kontenut ta’ proteini jew ta' kompożizzjoni oħra tal-ħalib). L-esperjenza vasta tagħhom tippermetti lill-produtturi tal-“Vorarlberger Bergkäse” jikkumpensaw sew għal dawn il-fluttwazzjonijiet naturali.
L-immaniġġar b’attenzjoni mill-produttur tal-ġobon tal-istadji kollha fil-proċess huwa kruċjali għall-bqija tal-proċess ta’ maturazzjoni u b’hekk għall-kwalità tal-prodott finali. Matul il-maturazzjoni, trid tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-immaniġġar b’attenzjoni tal-ġobon. B’riżultat tal-esperjenza tagħhom, il-produtturi tal-ġobon istintivament jafu meta l-ġobon irid jiddawwar, jitfarfar u jintgħorok, u għalhekk għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ġobon.
Il-laqgħat regolari tal-maniġers tal-proċessuri tal-ħalib u/jew tal-produtturi tal-ġobon, li fihom jaqsmu l-għarfien li jkunu kisbu, jagħtu lok għal proċess kostanti ta’ taħriġ, li jgħin biex jinżammu l-kwalità u t-tradizzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Raġunijiet
Saru emendi għall-proċess tal-produzzjoni bil-għan li tiġi żgurata l-kwalità inekwivokabbli tal-“Vorarlberger Bergkäse”, li hija msejsa, b’mod partikolari, fuq l-għarfien tal-produtturi dwar il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali. Flimkien mal-formulazzjoni – issa emendata – li diġà kienet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali, dan il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali huwa deskritt f’aktar dettall, b’mod partikolari bid-definizzjoni aktar preċiża tal-metodu tal-ipproċessar. Il-kliem “b’kontenut ta’ xaħam ta’ 3,3 %” tneħħa mingħajr ma ġie sostitwit minħabba li ma huwiex meħtieġ fid-dawl tar-rekwiżiti legali eżistenti.
L-emendi individwali jirreletaw mal-punti li ġejjin:
|
— |
Materja prima – ħalib |
Sabiex tiġi żgurata provvista bilanċjata ta’ nutrijenti meħtieġa għall-benessri tal-annimali, indipendentement minn kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, bħal nixfiet, sar possibbli li jinxtraw ħbub imfarrka u jintużaw bħala għalf kompensatorju u komplementari sa proporzjon ta’ 30 % tal-materja niexfa fis-sena. L-għalf supplimentari fil-forma ta’ ħbub imfarrka sa proporzjon ta’ 30 % huwa meħtieġ ukoll għall-benessri tal-annimali sabiex jiġi żgurat it-tagħlif adegwat matul perjodi ta’ rendiment għoli tal-ħalib. Id-deroga msemmija hawn fuq għas-supplimenti tal-għalf ma taffettwax il-kwalità għolja u kostanti tal-ħalib minħabba li ħafna mill-għalf oħxon irid jiġi miż-żona demarkata.
It-trasport ulterjuri minn maħleb għal ieħor fiż-żona ddefinita għandu jkun permess fil-futur peress li, minħabba l-istat attwali tat-teknoloġija, dan ma għadux jaffettwa l-kwalità. Barra minn hekk, il-kunsinna ta’ kuljum tal-ħalib ma hijiex parametru tal-kwalità deċiżiv minħabba l-istat attwali tat-teknoloġija, u għal din ir-raġuni dan it-test tħassar mill-Ispeċifikazzjoni oriġinali. It-trasport tal-ħalib lejn parti kontraenti oħra jrid jiġi ddokumentat ukoll. Il-Linji gwida tal-kwalità għall-produtturi tal-ħalib li jinsabu bħala anness mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tħassru, peress li l-metodu tal-produzzjoni huwa ppreżentat b’mod aktar dettaljat u komprensiv u l-valutazzjoni tal-kwalità issa hija deskritta fil-punt 4.7 (Kontroll). Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal-Kwalità għall-Ikel minn Vorarlberg ġiet stralċjata.
|
— |
Produzzjoni |
Il-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse” hija deskritta fi stadji dettaljati, mill-ipproċessar tal-ħalib mhux ipproċessat sal-istadju tas-sajran matul it-tnixxif naturali. Il-parametri tekniċi li għandhom jiġu osservati sabiex tiġi żgurata l-kwalità huma ċċitati.
Il-baqta issa tista’ tissaħħan sa bejn 51 °C u 54 °C (minflok bejn 51,5 °C u 52,5 °C bħal qabel). Ġiet permessa firxa usa’ ta’ temperaturi tat-tisħin minħabba li ma huwiex possibbli, fil-każ ta’ tisħin manwali, li tiġi stabbilita temperatura preċiża, li jfisser li hija meħtieġa tolleranza akbar. Il-firxa l-ġdida ta’ tolleranza għat-temperatura tat-tisħin ma għandhiex impatt negattiv fuq il-kwalità tal-prodott. Iż-żieda ta’ preservattivi, stabbilizzaturi u addittivi prodotti kimikament għadha ma hijiex permessa. Dan sar saħansitra aktar ċar permezz ta’ formulazzjoni aktar preċiża.
Fir-rigward tal-kulturi tax-xorrox jew tal-aċidu lattiku tal-farm stess, ġie ċċarat li l-kultura bażi storika llum hija prodotta ċentralment u mbagħad tiġi kkultivata internament għal użu ulterjuri fil-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”. L-esperjenza tal-proċessuri tal-ħalib għandha rwol kruċjali f’dan ir-rigward.
Il-kontenut tal-melħ ġie ċċarat u adattat għal kriterji prattikament verifikabbli bl-użu tal-gradi Baumé (°Bé) bħala l-unità tal-kejl. Il-pH tal-banju tal-melħ li oriġinarjament kien fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma huwiex rilevanti fil-prattika minħabba d-diffikultà teknika tal-monitoraġġ, u għalhekk ġie ssostitwit bil-gradi Baumé (°Bé) bħala l-unità ta’ kejl.
B’riżultat tal-progress teknoloġiku, is-sajran ma għadx għandu għalfejn isir fil-kantini tas-sajran tal-produttur tal-ġobon stess, iżda jista’ jsir ukoll fil-kantini esterni li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita, fejn il-kundizzjonijiet għar-regolazzjoni tal-parametri rilevanti għall-kontroll huma ottimali wkoll.
Minħabba l-karatteristiċi differenti tal-kantini tas-sajran u t-tendenza fir-rekwiżiti tal-kwalità tas-suq favur ħinijiet itwal ta’ sajran tal-ġobon, kien meħtieġ li l-firxa tat-temperatura tiġi aġġustata minn 12-15 °C għal 10-15 °C u l-umdità għal aktar minn 80 %. L-għarfien espert speċjali tal-maniġer tal-kantina tal-ġobon jiżgura li tinżamm il-kwalità oriġinali tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Il-formazzjoni tal-qoxra tipika tal-“Vorarlberger Bergkäse” u l-kwalità assoċjata tal-ġobon ġew iċċarati ulterjorment, u saret referenza għall-ġestjoni mill-produttur tal-ġobon u l-klima tas-sajran.
|
— |
Għarfien espert – għarfien dwar il-produzzjoni |
Billi l-Ispeċifikazzjoni preċedenti ma kienet tinkludi ebda osservazzjoni ewlenija dwar l-għarfien tradizzjonali tal-produtturi, l-Ispeċifikazzjoni saret aktar speċifika f’dan ir-rigward, u ngħataw deskrizzjonijiet tal-kredenzjali tal-ispeċjalisti. Hemm ukoll deskrizzjoni tal-attivitajiet kontinwi bil-għan li tingħadda t-tradizzjoni sabiex tiġi żgurata l-kwalità, biex b’hekk it-telfien jew it-tħollija tal-għarfien espert ikunu jistgħu jitrażżnu b’mod effiċjenti, u jkun jista’ jinżamm l-għarfien tradizzjonali tal-prodott. L-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal-Kwalità għall-Ikel minn Vorarlberg ġiet stralċjata. Il-grupp applikant issa huwa responsabbli għat-taħriġ kontinwu u għal kull skambju ta’ informazzjoni. Il-kwalità tal-materja prima u l-ġestjoni tal-kwalità fl-impjant tal-ipproċessar huma regolati mil-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE u mmonitorjati kif xieraq.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-informazzjoni li qabel kienet inkluża fil-punti 5(d) (Prova tal-oriġini) u 5(f) (Rabta) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali u ż-żidiet li saru fiż-żewġ punti nġabru fil-qosor fil-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika).
Kemm il-volum tal-produzzjoni kif ukoll il-biblijografija dwar l-iżvilupp storiku tal-ġobon tħassru.
Raġunijiet
L-Ispeċifikazzjoni ġiet adattata għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 billi l-osservazzjonijiet storiċi, bħall-evidenza dokumentata u t-tradizzjonijiet antiki relatati mal-“Vorarlberger Bergkäse”, li għall-bidu kienu deskritti fil-punt dwar il-prova tal-oriġini, issa tmexxew taħt il-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika).
L-effetti tal-fatturi klimatiċi u umani fiż-żona ġeografika huma deskritti b’mod komprensiv, billi ġiet ipprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-għarfien espert speċifiku tal-produtturi reġjonali, li qabel kien imsemmi biss fil-qosor fl-Ispeċifikazzjoni, bħall-għarfien tradizzjonali tat-tekniki speċjali tal-ħażna u l-livell għoli ta’ għarfien espert dwar it-tekniki tal-produzzjoni u l-ġestjoni tal-maturazzjoni, li huwa kruċjali biex jinħarġu l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon.
It-telf fil-volum tal-produzzjoni huwa dovut għall-bidla kontinwa fil-kwantitajiet prodotti.
L-iżvilupp storiku tal-ġobon issa huwa deskritt fid-dettall fil-punt 4.6 (Rabta maż-żona ġeografika). Għalhekk, il-biblijografija dwar l-iżvilupp storiku tal-ġobon saret superfluwa u għalhekk tħassret, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ leġġibbiltà aħjar.
6. Tikkettar
It-test oriġinali tal-punt 5(h) (Tikkettar) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ż-żidiet li saru fih issa tmexxew għall-punt 4.4 (Prova tal-Oriġini) u ġew adattati għar-rekwiżiti attwali tad-dokumentazzjoni.
Pereżempju, ir-rekwiżiti fl-Ispeċifikazzjoni oriġinali (rigward it-twaħħil fuq il-prodott tad-data tal-produzzjoni u n-numru tal-azjenda) ma għadhomx meħtieġa bħala riżultat tad-dokumentazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-finijiet tal-prova tal-oriġini. Il-marka tal-kaseina li għandha tintuża ġiet iċċarata. It-twaħħil ta’ din il-marka mal-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-ġobon ma għadux meħtieġ minħabba li t-traċċabbiltà tal-lott hija ggarantita fil-każ tal-porzjonijiet.
Ir-regoli dwar it-tikketti privati stabbiliti fil-punt 5(h) (Tikkettar) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali tmexxew għall-punt 4.8 (Tikkettar).
“L-użu ta’ tikketti privati huwa permess. It-tikketta privata ma għandhiex tkun tali li tqarraq bil-konsumatur jew li tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tad-DOP.”
Raġunijiet
Ġew iċċarati u estiżi r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ tikketti privati. Dawn se jibqgħu permessi.
7. Emendi editorjali
7.1. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ġew aġġornati.
7.2. L-isem u l-indirizz tal-grupp applikant ġew aġġornati.
Raġunijiet
ARGE Milch Vorarlberg huwa s-suċċessur legali tal-grupp applikant oriġinali fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vorarlberger Bergkäse”. L-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti ġiet aġġornata.
7.3. Korp ta’ spezzjoni
Il-punt li fih id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni ġie emendat minħabba li dak il-korp issa huwa kumpanija privata, jiġifieri Lacon GmbH.
7.4. Bidliet fit-tfassil/fil-preżentazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
Rinumerazzjoni u emenda ta’ wħud mit-titoli biex l-informazzjoni tkun aktar ċara u preċiża.
7.5. Rekwiżiti nazzjonali
L-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” tneħħiet mingħajr ma ġiet issostitwita peress li dawn ma humiex meħtieġa fid-dawl tar-rekwiżiti regolatorji.
DOKUMENT UNIKU
“Vorarlberger Bergkäse”
Nru tal-UE: PDO-AT-1419-AM01 – 5.4.2022
DOP (X) IĠP ()
1. ISEM/ISMIJIET
“Vorarlberger Bergkäse”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Awstrija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1 Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]
Klassi 1.3. Ġobon
3.2 Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Vorarlberger Bergkäse” huwa ġobon iebes magħmul minn ħalib naturali tal-baqar tal-muntanji jew tal-widien, mingħajr l-użu ta’ sajlos. Il-farms li jitimgħu l-baqar żgħar bis-silaġġ (farms imħallta) ma humiex permessi li jipprovdu l-ħalib użat. Ir-roti tal-ġobon jiżnu bejn 7 kg u 40 kg, għandhom tul ta’ 8-12-il cm u jiġu mmaturati għal mill-inqas 3 xhur.
Il-ġobon għandu qoxra granulari misjura b’tebgħat għal xotta, minn safra fil-kannella sa kannella u sawra minn iebsa sa lixxa. Il-kulur tiegħu huwa minn lewn l-avorju sa isfar ċar. Meta jitqatta’ f’biċċiet, il-ġobon juri toqob tondi bejn wieħed u ieħor id-daqs ta’ piżelli, minn matti sa jleqqu, imqassma b’mod uniformi iżda skars. Jistgħu jiffurmaw qasmiet żgħar (ta’ tul ta’ 0,5-1 cm) fil-ġobon. It-togħma hija pikkanti, u ssir aktar qawwija aktar ma jgħaddi ż-żmien.
3.3 Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Huwa biss il-ħalib minn farms b’ġestjoni tal-bwar – mingħajr il-produzzjoni tas-silaġġ jew it-tagħlif bih – li jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
L-użu ta’ ħbub imfarrkin bħala għalf kompensatorju u komplementari minn żoni oħrajn huwa permess sa proporzjon ta’ 30 % ta’ materja niexfa fis-sena.
Il-ħbub imfarrkin jistgħu jinxtraw minn żoni oħrajn minħabba li ż-żona ġeografika, reġjun muntanjuż tipiku kkaratterizzat minn bwar u minn saff baxx ta’ ħumus, ma hijiex adatta sew għat-tkabbir tal-għelejjel. Dan ifisser li kważi l-ebda ċereali jew għalla simili ma tikber jew tiġi prodotta fiż-żona, għalhekk ikollhom jinxtraw minn żoni oħrajn.
Għalhekk, il-perċentwal ta’ foraġġ miż-żona ġeografika ma jridx ikun inqas minn 70 % tal-materja niexfa totali mitmugħa fis-sena lill-baqar li jreddgħu. Iż-żieda tal-ħbub imfarrkin li joriġinaw minn xi mkien ieħor hija permessa sa proporzjon ta’ 30 % tal-materja niexfa tal-porzjon rispettiv.
3.4 Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-materja prima trid tiġi prodotta, ipproċessata u mmaturata fiż-żona ddefinita.
3.5 Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6 Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-ġobnijiet iridu jiġu identifikati b’marka tal-kaseina li jkollha numru tas-serje. L-assoċjazzjoni applikanti hija responsabbli għall-amministrazzjoni u għall-allokazzjoni tan-numru tas-serje.
4 Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-“Vorarlberger Bergkäse” jiġi prodott minn ħalib mhux ipproċessat prodott f’Vorarlberg fir-reġjuni li ġejjin tal-provinċja: Bregenzerwald, Kleinwalsertal, Großwalsertal, Leiblachtal (Pfänderstock), Walgau u Rheintal.
5 Rabta maż-żona ġeografika
Il-“Vorarlberger Bergkäse” huwa prodott li ilu jiġi prodott u kkunsmat f’dik li llum hija l-provinċja ta’ Vorarlberg għal bosta mijiet ta’ snin. Oriġinarjament, u għal sekli sħaħ, il-ġobon kien prodott primarjament għall-konsum proprju u għall-kummerċjalizzazzjoni reġjonali.
Il-kundizzjonijiet reġjonali, bħall-altitudni, il-klima, il-flora u l-fawna u l-istruttura fuq skala żgħira tal-farms wasslu għall-iżvilupp f’nofs is-seklu 18 tal-produzzjoni tal-ġobon tax-xaħam b’tekniki speċifiċi ta’ produzzjoni tal-ġobon. Dan wassal għal ħajja itwal fuq l-ixkaffa u għal valur miżjud ogħla.
L-għarfien u l-ħiliet tekniċi tal-produzzjoni tal-ġobon akkumulati fiż-żona ġeografika demarkata (it-teknoloġija tal-produzzjoni, il-maturazzjoni, it-tagħlif tal-annimali u l-ipproċessar tal-ħalib) ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Madwar l-1890, l-istabbiliment tal-assoċjazzjonijiet wassal għal ġbir flimkien u tixrid aħjar tal-għarfien. Dawn l-assoċjazzjonijiet sussegwentement ġew issostitwiti minn kooperattivi, li għadhom jeżistu sal-lum.
Il-ħżin u l-maturazzjoni mmirati tal-ħalib iffavorixxew il-batterji tal-aċidu lattiku, li tejbu b’mod sinifikanti l-karatteristiċi tal-ġobon f’termini tal-ħajja fuq l-ixkaffa, ir-riħa u t-togħma. Il-batterji tradizzjonali tal-aċidu lattiku minn kulturi selvaġġi issa jiffurmaw il-bażi tal-kultura omm għall-kulturi tal-farms, li għadhom jiġu kkultivati fil-farm. L-użu tat-tames tal-għoġġiela, iż-żmien u l-mod kif jitqatta’ l-ħalib koagulat u d-daqs tal-baqtiet, l-iżvilupp tal-ġobon u t-tisħin tat-taħlita tal-baqta u x-xorrox huma r-riżultat tal-esperjenza speċifika tal-produttur tal-ġobon u jispjegaw il-kwalità tal-“Vorarlberger Bergkäse”. Dan l-għarfien u dawn il-ħiliet ġew żviluppati ulterjorment u għadhom iservu sal-lum bħala bażi għall-produzzjoni tal-“Vorarlberger Bergkäse”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://www.patentamt.at/herkunftsangaben/vorarlbergerbergkaese/
Tista’ tiġi aċċessata wkoll direttament permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Awstrija (www.patentamt.at) billi wieħed jinnaviga għal: “Trademarks / Geographical indications / List of Austrian geographical indications”. It-test jidher taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.