ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2023/C 138/01 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 138/02 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2023/C 138/03 |
Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 138/04 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 138/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11087 – PAI PARTNERS / GEGENBAUER GROUP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2023/C 138/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11097 – ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 138/07 |
||
2023/C 138/08 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta’ April 2023
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
(BĊE/2023/10)
(2023/C 138/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, Mazars Réviseurs d’Entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023. |
(3) |
In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażlu lil KPMG Bedrijfsrevisoren/KPMG Réviseurs d’Entreprises BV/SRL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2028, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li KPMG Bedrijfsrevisoren/KPMG Réviseurs d’Entreprises BV/SRL għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2023 sa 2028.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 13 ta’ April 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta' April 2023
(2023/C 138/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0944 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
147,46 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4524 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88153 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,3280 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9810 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,50 |
NOK |
Krona Norveġiża |
11,6040 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,502 |
HUF |
Forint Ungeriż |
377,68 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6110 |
RON |
Leu Rumen |
4,9308 |
TRY |
Lira Turka |
21,2348 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6290 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4757 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,5907 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7763 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4599 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 450,34 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,8552 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5298 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 364,81 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8564 |
PHP |
Peso Filippin |
61,429 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,609 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,5484 |
MXN |
Peso Messikan |
19,8156 |
INR |
Rupi Indjan |
89,9365 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/3 |
Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 138/03)
Stat Membru |
Franza |
||||||
Rotta kkonċernata |
Rodez — Pariġi (Orly) |
||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-20 ta’ Jannar 2024 – sad-19 ta’ Jannar 2028 |
||||||
Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti |
Il-21 ta’ Ġunju 2023, qabel nofsinhar (ħin lokali) |
||||||
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Email: smaeroport-rodez-aveyron@orange.fr Indirizz tal-profil tax-xerrej: https://www.e-occitanie.fr |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/4 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(2023/C 138/04)
1. |
Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt. |
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. |
Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11087 – PAI PARTNERS / GEGENBAUER GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 138/05)
1.
Fl-14 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
PAI Partners SAS (“PAI Partners”, Franza), |
— |
Gegenbauer Holding SE &Co. KG (il-Ġermanja) u Gegenbauer Holding Verwaltung SE (il-Ġermanja) (flimkien imsejħa “Gegenbauer Group” (il-Ġermanja)). |
PAI Partners se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Gegenbauer Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
PAI Partners hija kumpanija ta’ ekwità privata li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Franza li timmaniġġa u/jew tagħti pariri lil fondi li huma s-sidien ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi tan-negozju inklużi s-servizzi tan-negozju, l-ikel u l-prodotti tal-konsumatur, l-industriji ġenerali u l-kura tas-saħħa, |
— |
Gegenbauer Group huwa attiv fil-ġestjoni tal-faċilitajiet għall-bini u l-faċilitajiet tekniċi inklużi attivitajiet relatati u anċillari. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11087 – PAI PARTNERS / GEGENBAUER GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11097 – ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 138/06)
1.
Fit-13 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Rocky Industrial LLC (“Rocky”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn GIC (Realty) Private Limited (“GIC Realty”, Singapore), |
— |
Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
INDUS Realty Trust, Inc. (“INDUS”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Rocky u Centerbridge se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ INDUS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Rocky hija sussidjarja indiretta ta’ GIC Realty li hija stabbilita f’Singapore u tiffoka fuq is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’isem il-gvern ta’ Singapore. L-attivitajiet ta’ Rocky huma limitati għall-Istati Uniti tal-Amerka. |
— |
Centerbridge hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment, li tinvesti f’kumpaniji globalment. Centerbridge tuża approċċ flessibbli bejn id-dixxiplini tal-investiment - mill-ekwità privata għall-kreditu u strateġiji relatati, u l-proprjetà immobbli - fi sforz biex issib l-aktar opportunitajiet attraenti għall-investituri u s-sħab kummerċjali tagħha. |
— |
INDUS hija negozju immobiljari involut fl-iżvilupp, l-akkwist, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetajiet industrijali u loġistiċi ta’ kwalità għolja fl-Istati Uniti. INDUS hija kumpanija kkwotata fil-Borża NASDAQ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11097 – ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/9 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 138/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
Toro
PDO-ES-A0886-AM05
Data tal-komunikazzjoni: 2.2.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Titjib fil-formulazzjoni
Deskrizzjoni
Fir-rigward tal-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli inklużi, ir-referenza għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġiet sostitwita b’referenza ġenerika għal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-punt 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Raġuni
Sabiex jiġi evitat il-bżonn li tiġi emendata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jekk jinbidel ir-Regolament imsemmi qabel.
2. Inklużjoni ta’ tipi ġodda ta’ nbid: nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu fil-Kategorija 1 - Inbid
Deskrizzjoni
Minbarra l-inbid xott, li diġà kien inkluż, ġew miżjuda nbejjed nofshom misjurin, ħelwin mezzana u ħelwin (skont il-kontenut taz-zokkor), flimkien mad-deskrizzjonijiet analitiċi u organolettiċi.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) u (b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD (emenda li tikkonċerna d-Dokument Uniku). Din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fl-aħħar nett, il-karatteristiċi u l-profil deskritti fil-ħolqa jibqgħu l-istess, u huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani.
Raġuni
Dawn it-tipi ġodda ta’ nbid ġew inklużi bħala riżultat tal-emenda preċedenti għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li żiedet varjetajiet storiċi ta’ għeneb abjad bħal Moscatel de Grano Menudo u Albillo Real, kif ukoll l-għażla li jiġu prodotti nbejjed ta’ varjetà waħda mill-Garnacha Tinta. Dawn l-inbejjed diġà kienu qed jiġu prodotti mill-kantini tal-inbid fiż-żona, bl-użu ta’ għeneb imkabbar f’vinji inklużi fid-DOP, iżda ma setgħux jitqiegħdu fis-suq bid-DOP Toro msemmija fuq it-tikketta.
L-analiżi wriet li dawn l-inbejjed għandhom togħma qawwija ta’ fjuri jew ta’ frott u huma intensi fil-palat: għandhom struttura. Dan kollu huwa marbut mat-territorju. Dawn il-karatteristiċi huma speċifiċi għall-inbejjed koperti mid-DOP. Fil-qosor, huma jżommu l-karattru speċifiku tal-inbejjed koperti mid-DOP Toro iżda b’varjazzjonijiet sottili minħabba l-kontenut ogħla ta’ zokkor tagħhom.
Bl-istess mod, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi bażiċi tagħhom, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
3. Adattament tar-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-inbid (prattiki enoloġiċi: restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid) sabiex jiġu inklużi t-tipi ġodda ta’ nbid
Deskrizzjoni
Il-qawwa alkoħolika probabbli minima ġiet rinunzjata għall-għeneb maħsub għal inbejjed nofshom misjurin, ħelwin mezzana u ħelwin li ma jistgħu jintużaw għall-ebda skop ieħor. Ġie speċifikat il-metodu tal-produzzjoni għall-inbejjed ħelwin.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3.b.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD (emenda li tikkonċerna d-Dokument Uniku). Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, l-inbid bid-DOP Toro, jirriżultaw mit-taħlita tal-fatturi naturali u umani. L-emenda ma tinvolvix bidliet f’dawn il-karatteristiċi peress li l-inbejjed il-ġodda li ġew inklużi jżommu l-karattru speċifiku tal-inbejjed miż-żona, iżda b’varjazzjonijiet sottili minħabba l-kontenut ogħla ta’ zokkor tagħhom. L-emenda ma taffettwax ir-rabta u għaldaqstant ma hijiex ikkunsidrata li taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) 1308/2013.
Raġuni
Jeħtieġ li l-prattiki enoloġiċi jiġu adattati biex jitqiesu l-metodi l-ġodda ta’ produzzjoni għall-inbejjed nofshom misjurin, ħelwin mezzana u ħelwin. Dawn ir-rekwiżiti ġodda huma konformi mal-leġiżlazzjoni u mal-preferenzi tas-suq.
4. Żidiet mar-rabta għall-inbejjed nofshom misjurin, ħelwin mezzana u ħelwin
Deskrizzjoni
Peress li huma involuti tipi ġodda ta’ nbid, huwa meħtieġ li dawn jiġu deskritti. Għalhekk żdiedu referenzi għal dawn l-inbejjed mas-sottotaqsimiet li ġejjin: b) Dettalji tal-prodott u c) Rabta kawżali. Dawn l-inbejjed huma magħmula mill-istess varjetajiet bħall-inbejjed xotti. Iżommu l-istess profil sensorjali, fiżiku u kimiku, b’varjazzjonijiet sottili minħabba l-preżenza taz-zokkor.
Saru wkoll korrezzjonijiet għar-referenzi għall-varjetà bajda Malvasía, li issa tidher bl-isem sħiħ tagħha Malvasía Castellana sabiex tiġi evitata l-konfużjoni ma’ varjetajiet oħra li wkoll huma magħrufa bħala Malvasía.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD (emenda li tikkonċerna d-Dokument Uniku). Filwaqt li l-formulazzjoni fit-taqsima dwar ir-rabta ġiet estiża, ir-rabta kawżali tibqa’ l-istess u ma hijiex affettwata. It-taqsima qiegħda tiġi estiża biss biex tinkludi d-deskrizzjoni tal-inbejjed il-ġodda u biex tispjega r-rabta kawżali b’mod speċifiku għal dawn l-inbejjed. Għalhekk, din l-emenda ma tista’ tiġi kklassifikata taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Raġuni
Dawn l-inbejjed minn dejjem kienu jsiru fiż-żona iżda ma kinux ikkumerċjalizzati bid-DOP Toro. Kien meħtieġ li dawn l-inbejjed jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li jirrappreżentaw prodott ta’ kwalità għolja, u huma espressjoni eċċellenti tal-karattru awtentiku tal-inbejjed Toro, imsaħħaħ mill-kontenut taz-zokkor.
5. Emenda għad-dispożizzjonijiet dwar l-ibbottiljar
Deskrizzjoni u raġunijiet
L-ippakkjar isir fi fliexken tal-ħġieġ biss, u t-tip ta’ għeluq huwa soġġett għal regolamentazzjoni.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8.b.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD. Il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, l-inbid bid-DOP Toro, jirriżultaw mit-taħlita tal-fatturi naturali u umani. L-emenda ma tinvolvix bidliet f’dawn il-karatteristiċi. L-emenda ma tħassarx ir-rabta u għaldaqstant ma hijiex ikkunsidrata li taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Raġuni
Jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta’ materjal użat fl-ibbottiljar, u t-tip ta’ għeluq użat, sabiex jiġu ppreservati l-kwalità u l-immaġni tal-inbejjed bid-DOP Toro, f’konformità mar-rekwiżiti attwali tas-suq għall-inbejjed ta’ kwalità.
6. Titjib fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar
Deskrizzjoni
Din hija emenda fil-formulazzjoni biss. Ma tinvolvix bidliet fid-dispożizzjonijiet tat-tikkettar.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8.b.3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD (emenda li tikkonċerna d-Dokument Uniku). Peress li l-bidla taffettwa biss il-forma, u mhux il-kontenut, ma hijiex ikkunsidrata li taqa’ f’xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Raġuni
Titjib fil-formulazzjoni.
7. Aġġornament għat-taqsima dwar il-kontrolli
Deskrizzjoni
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti u tal-korp delegat ġew aġġornati. Ir-referenza għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġiet sostitwita b’referenza ġenerika għal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 a) u b.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: STANDARD (l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku). Ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Raġuni
Il-Bord Regolatorju għad-DOP Toro kiseb akkreditazzjoni skont l-istandard ISO/IEC 17065:2012. Wara din l-akkreditazzjoni, l-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut ta’ Kastilja u León tat-Teknoloġija Agrikola] se jiddelega l-kompiti relatati mal-verifiki tal-konformità lill-Bord Regolatorju f’konformità mal-Artikolu 116a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Toro
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. INBID – INBEJJED BOJOD U ROŻÈ XOTTI
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod
Dehra viżiva: lewn isfar ċar sa isfar dehbi, mhux maħmuġ. Riħa: intensa b’aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ ħaxix u b’intensità medja sa medja-għolja. Togħma: mhux korpuża ħafna, b’togħma li ddum ammont medju sa twil fil-ħalq, b’aċidità medja sa medja-għolja u b’bilanċ tajjeb bejn l-alkoħol u l-aċidità.
Inbejjed bojod iffermentati fil-btieti jew imqaddma fil-btieti
Dehra viżiva: lewn isfar ċar sa isfar dehbi, mhux maħmuġ. Riħa: intensa b’aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ ħaxix u aromi terzjarji li huma tipiċi tat-tqaddim fil-btieti. Intensità medja sa medja-għolja. Togħma: togħma li ddum ammont medju sa twil fil-ħalq, b’aċidità medja-għolja u b’korpożità medja sa robusta. Aromi terzjarji bbilanċjati tal-injam.
Inbejjed rożè
Dehra viżiva: lewn roża ċar sa lewn is-salamun, mhux maħmuġ. Riħa: palat intens ta’ frott frisk aħmar jew iswed (mhux misjur iżżejjed), b’intensità medja sa medja-għolja. Togħma: mhux korpuża ħafna, b’togħma li ddum ammont medju sa twil fil-ħalq, b’aċidità medja sa medja-għolja u b’bilanċ tajjeb bejn l-alkoħol u l-aċidità.
(*) |
Jekk il-proporzjon ta’ zokkor residwu fl-inbejjed ikun ta’ 5 grammi/litru jew aktar, l-ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit li jista’ jkun fihom huwa ta’ 250 milligramma/litru. |
(**) |
Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima jridu jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fir-regoli tal-UE. |
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. INBID – INBEJJED ĦOMOR XOTTI
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbid aħmar mhux imqaddem
Dehra viżiva: kulur aħmar lewn iċ-ċirasa sa lewn aħmar rubin, mhux maħmuġ. Riħa: intensa, b’aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed u b’intensità medja sa medja-għolja. Togħma: korpożità medja sa robusta, li ddum ammont medju sa twil fil-ħalq u b’bilanċ tajjeb bejn l-alkoħol u l-aċidità.
Inbid aħmar imqaddem fil-btieti (inkluż dak immarkat “Roble” [Ballut], “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”)
Dehra viżiva: kulur aħmar lewn iċ-ċirasa sa lewn it-terrakotta, mhux maħmuġ. Riħa: intensa, b’aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed u/jew misjur u b’intensità medja. Aromi terzjarji tipiċi tat-tqaddim fil-btieti, b’intensità medja sa medja-għolja, skont it-tqaddim. Togħma: korpożità medja sa robusta u b’togħma li ddum ammont medju sa twil fil-ħalq u b’bilanċ tajjeb.
(*) |
Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fir-regoli tal-UE. |
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12,5 |
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
3. INBEJJED NOFSHOM MISJURIN, ĦELWIN MEZZANA U ĦELWIN (BOJOD, ROŻÈ U ĦOMOR)
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod: lewn isfar ċar sa isfar dehbi, mhux maħmuġ. Intensi, b’aromi ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ ħaxix u b’intensità medja sa medja-għolja. Korpożità: medja (inbejjed nofshom misjurin), medja sa medja-robusta (inbejjed ħelwin mezzana) u robusta (inbejjed ħelwin); togħma li ddum tintiegħem għal ammont minn medju sa twil ta’ ħin; aċidità medja sa medja-għolja (inbejjed nofshom misjurin u ħelwin mezzana) u medja (inbejjed ħelwin); b’bilanċ bejn l-alkoħol u l-aċidità.
Inbejjed rożè: ta’ lewn roża ċar sa lewn is-salamun, mhux maħmuġ, intensi, b’aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed frisk (mhux misjura żżejjed), b’intensità medja sa għolja (inbejjed nofshom misjurin) u b’intensità medja sa medja-għolja (ħelwin mezzana u ħelwin). Korpożita: medja (inbejjed nofshom misjurin), medja sa medja-robusta (inbejjed ħelwin mezzana) u robusta (inbejjed ħelwin); finitura: medja sa twila (inbejjed nofshom misjurin u ħelwin) u medja sa medja-twila (inbejjed ħelwin mezzana); aċidità: medja sa medja-għolja (inbejjed nofshom misjurin u ħelwin mezzana) u medja (inbejjed ħelwin); u b’bilanċ bejn l-alkoħol u l-aċidità.
Inbejjed ħomor: kulur aħmar lewn iċ-ċirasa sa lewn aħmar rubin, mhux maħmuġ. Intensi, b’aromi ta’ frott aħmar u/jew iswed, b’intensità medja sa għolja (inbejjed nofshom misjurin) u medja (inbejjed ħelwin mezzana u ħelwin). Korpożità: medja (inbejjed nofshom misjurin u ħelwin mezzana) u robusta (inbejjed ħelwin); b’togħma li ddum minn ammont medju sa twil fil-ħalq, b’bilanċ bejn l-alkoħol u l-aċidità.
* |
Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżiċi u kimiċi stabbiliti f’din it-taqsima għandhom jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE. |
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1.
— |
Qawwa alkoħolika minima probabbli tal-għeneb: 10,5 %, ħlief għall-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ nbejjed nofshom misjurin, ħelwin mezzana u ħelwin fejn din tkun 9 %. L-għeneb imsemmi hawn fuq ma jistax jintuża biex isir xi tip ieħor ta’ nbid. |
— |
Rendimenti massimi għal kull ettaru: 72 litru għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb. |
— |
L-inbejjed ħelwin isiru billi tinżamm parti miz-zokkrijiet naturali fl-għeneb billi tiġi interrotta l-fermentazzjoni alkoħolika, bl-użu ta’ metodi awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dawn ma jinkludux iż-żieda tal-alkoħol. |
2.
L-inbejjed bojod huma prodotti esklużivament mill-varjetajiet tad-dwieli bojod (Malvasía Castellana, Verdejo, Moscatel de Grano Menudo u Albillo Real).
L-inbejjed rożè huma prodotti minn varjetajiet tad-dwieli ħomor u bojod awtorizzati (il-varjetajiet tad-dwieli ewlenin u sekondarji).
L-inbejjed ħomor huma prodotti esklużivament mill-varjetajiet Tinta de Toro u Garnacha Tinta, u l-produzzjoni hija limitata għal żewġ tipi ta’ nbid aħmar: inbid aħmar magħmul minn minimu ta’ 85 % għeneb Garnacha Tinta u nbid aħmar magħmul minn minimu ta’ 75 % għeneb Tinta de Toro.
3.
— |
Densità minima tat-tħawwil: 500 dielja/ettaru |
— |
Id-dielja tista’ tiġi mħarrġa bl-użu tal-metodi gobelet jew espalier. |
— |
Il-pjantaġġuni mħallta li ma jippermettux ħsad separat għal kull varjetà ma humiex permessi. |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. |
Garnacha Tinta, Malvasía Castellana (Doña Blanca), Verdejo, Albillo Real u Moscatel de Grano Menudo. 9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
2. |
64,80 ettolitru għal kull ettaru |
3. |
Tinta de Toro 7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
4. |
54 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika tad-DOP “Toro” tinsab fl-aktar parti tal-Punent tar-reġjun ta’ Castile u Leon, fix-Xlokk tal-provinċja ta’ Zamora, u tinkludi parti miż-żoni naturali ta’ Tierra del Vino, Valle del Guareña u Tierra de Toro. Tmiss mal-pjanuri ta’ Tierra del Pan u Tierra de Campos, li jkopru 62 000 ettaru ta’ art.
Tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:
Fil-Provinċja ta’ Zamora:
Argujillo, La Bóveda de Toro, Morales de Toro, El Pego, Peleagonzalo, El Piñero, San Miguel de la Ribera, Sanzoles, Toro, Valdefinjas, Venialbo u Villabuena del Puente.
Fil-Provinċja ta’ Valladolid:
San Romn de Hornija, Villafranca del Duero, id-distretti ta’ vitikultura ta’ Villaester de Arriba u Villaester de Abajo u l-muniċipalità ta’ Pedrosa del Rey.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
DOÑA BLANCA – MALVASÍA CASTELLANA
TEMPRANILLO – TINTA DE TORO
VERDEJO
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Il-kundizzjonijiet klimatiċi huma kesħin ħafna fix-xitwa b’ħafna sigħat ta’ xemx u temperaturi estremi, li jillimitaw il-produttività tad-dwieli. It-tipi differenti ta’ ħamrija (trab ġulġlieni ramli) jiddeterminaw liema mill-varjetajiet iħawlu l-vitikulturi. Dawn il-fatturi, il-pH newtrali, il-materja organika limitata u l-prodotti li jtejbu l-ħamrija miżjuda mill-vitikulturi jiddeterminaw l-aroma, l-istruttura u l-qawwa alkoħolika tal-inbejjed, li hija għolja. Barra minn hekk, il-kontenut għoli ta’ ħadid fil-ħamrija, flimkien mal-użu tas-sistema ta’ tħarriġ għad-dwieli gobelet u l-età konsiderevoli tal-vinja, jikkontribwixxu għall-ammont impressjonanti ta’ pigment f’dawn l-inbejjed.
Barra minn hekk, għall-inbejjed ħelwin u ħelwin mezzana, snin ta’ esperjenza fil-produzzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ nbid fid-DOP Toro taw prova tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. L-inbejjed isiru skont l-aktar standards ta’ kwalità stretti u jżommu l-profil organolettiku klassiku tal-inbejjed Toro tradizzjonali. Dawn l-inbejjed huma espressjoni eċċellenti tal-karattru awtentiku tal-inbejjed Toro, imsaħħaħ mill-kontenut taz-zokkor.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid jinkludi l-ibbottiljar u l-maturazzjoni sussegwenti tal-inbejjed. Għalhekk, il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi deskritti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jistgħu jiġu ggarantiti biss jekk l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġar tal-inbid iseħħu fiż-żona ta’ produzzjoni. L-ibbottiljar tal-inbejjed koperti mid-DOP “Toro” huwa wieħed mill-fatturi kritiċi għall-ksib tal-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. B’konsegwenza ta’ dan, u bil-għan li tiġi żgurata l-kwalità u tiġi pprovduta garanzija fir-rigward tal-oriġini u tal-kontroll, l-ibbottiljar irid isir fil-kantini tal-inbid li jinsabu fl-impjanti tal-ibbottiljar irreġistrati fiż-żona ta’ produzzjoni.
Qafas legali
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
It-terminu tradizzjonali “DENOMINACIÓN DE ORIGEN” [DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI] u l-inizjali “D.O.” jistgħu jintużaw fuq it-tikketta minflok “DENOMINACIÓN DE ORIGEN PROTEGIDA”.
L-inbejjed jistgħu jinkludu r-referenzi “ROBLE” [BALLUT] u “FERMENTADO EN BARRICA” [IFFERMENTAT FIL-BTIETI] fuq it-tikketta tagħhom. L-inbejjed ħomor jistgħu jużaw it-termini tradizzjonali “CRIANZA”, “RESERVA” u “GRAN RESERVA” sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
www.itacyl.es/documents/20143/342640/PCC+DO+TORO+Rev+en+vigor.docx/38b794e5-f14e-cd14-70d2-bcd031712969
21.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 138/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Cerdo de Teruel”
Nru tal-UE: PGI-ES-2633 — 16.9.2020
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Cerdo de Teruel”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Cerdo de Teruel” tintuża biex tindika l-majjal – jiġifieri l-laħam tal-ħanżir – li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
— |
laħam roża fl-aħmar bi strixxi ta’ xaħam intramuskolari; |
— |
togħma li ma hijiex qawwija wisq, immerrqa u tarija fil-ħalq. |
Il-laħam tal-majjal jista’ jiġi ppreżentat f’qatgħat ewlenin jew bl-imnut jew fi fletti.
Il-laħam tal-majjal “Cerdo de Teruel” jinkiseb ladarba s-sieq u l-ispalla jkunu tneħħew mill-karkassa tal-majjal (is-sieq tista’ tintuża għall-“Jamón de Teruel” u l-ispalla għall-“Paleta de Teruel” – ir-rekwiżiti tal-karkassa għal dawk il-prodotti bid-DOP huma l-istess bħal dawk għal din l-IĠP).
Irid jiġi minn ħnieżer bil-ġenotip li ġej: Landrace (tip “standard”) jew Large White – jew taħlitiet tat-tnejn – bħala l-linja ġenetika tal-omm, u Duroc bħala l-linja ġenetika tal-missier.
Il-karkassi jridu jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin wara l-qatla:
— |
piż sħun ta’ mill-inqas 86 kg; |
— |
ħxuna tax-xaħam tad-dahar, imkejla fiż-żona lumbari allinjata mat-tarf tas-sieq, ta’ bejn 16-il mm u 45 mm. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Id-dieta tal-ħnieżer hija essenzjalment ibbażata fuq iċ-ċereali u hemm perċentwali stabbiliti tal-materja prima li tifforma l-għalf tagħhom: mill-inqas 50 % iridu jkunu ċereali, li, sa fejn ikun possibbli, iridu jiġu miż-żona ġeografika ddefinita.
Jekk il-ħnieżer li jipprovdu l-laħam tal-IĠP jiġu mitmugħin għalf kompost, dan irid ikun ġie prodott minn manifatturi li jinsabu fiż-żona ġeografika jew fil-provinċji ġirien: Zaragoza, Guadalajara, Cuenca, Valencia, Castellón u Tarragona.
Din ir-restrizzjoni ġeografika fuq il-post tal-manifatturi tal-għalf hija meħtieġa minħabba li l-istess karkassi tal-ħnieżer użati għal din l-IĠP jintużaw ukoll biex isiru l-prieżet tad-DOP “Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel”. Ir-rekwiżiti f’dan l-istadju tal-produzzjoni huma l-istess għaż-żewġ tikketti ta’ kwalità minħabba li l-partijiet tal-karkassa li ma humiex koperti mill-IĠP – is-saqajn u l-ispalel – jistgħu jintużaw għall-“Jamón de Teruel” (is-saqajn) u għall-“Paleta de Teruel” (l-ispalel). Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tal-produzzjoni primarja stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP “Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel” ġew replikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Cerdo de Teruel”.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi li ġejjin tal-produzzjoni jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
— |
il-produzzjoni tal-ħnieżer: it-trobbija u s-simna; |
— |
il-qatla; |
— |
Il-qtugħ tal-karkassa biex jitneħħew is-saqajn u l-ispalel |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-prodott jista’ jinqata’, jinqata’ fi fletti, jiġi ppakkjat u ttikkettat f’impjanti tal-ipproċessar tal-laħam irreġistrati mal-korp ta’ ġestjoni u li jinsabu fiż-żona ġeografika, jew fi stabbilimenti barra miż-żona ġeografika taħt ftehimiet ta’ kooperazzjoni ffirmati ma’ operaturi ċċertifikati bl-approvazzjoni minn qabel mill-korp ta’ ġestjoni.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-laħam tal-majjal tal-IĠP “Cerdo de Teruel” jista’ jinbiegħ f’qatgħat ewlenin jew bl-imnut jew fi fletti.
Kull karkassa, mingħajr is-saqajn u l-ispalel, ipprovduta minn operatur irreġistrat trid tkun identifikata b’tikketta speċifika għall-IĠP fuq kull naħa, li jkun fiha l-logo speċifiku tal-IĠP u l-kliem Indicación Geográfica Protegida Cerdo de Teruel [Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cerdo de Teruel”] jew IGP Cerdo de Teruel [IĠP “Cerdo de Teruel”].
Il-qatgħat u l-fletti jistgħu jintbagħtu biss minn operaturi awtorizzati (jiġifieri dawk awtorizzati li jużaw il-marki ta’ konformità tal-IĠP) u biss ladarba jkunu ġew ittikkettati b’tikketta ta’ ċertifikazzjoni nnumerata li jkun fiha mill-inqas il-logo speċifiku tal-IĠP u l-kliem Indicación Geográfica Protegida [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] u “Cerdo de Teruel”. Din it-tikketta trid titwaħħal direttament mal-qatgħat ewlenin u mal-ippakkjar tal-qatgħat bl-imnut u l-fletti.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li fiha l-ħnieżer jiġu prodotti (tkabbir u tlestija) u maqtula, u fejn is-saqajn u l-ispalel jitneħħew mill-karkassi hija l-Provinċja ta’ Teruel.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reġistrazzjoni ta’ din l-indikazzjoni ġeografika protetta hija bbażata fuq ir-reputazzjoni li kiseb il-prodott.
Hemm referenzi ddokumentati għas-“Cerdo de Teruel” li huma qodma ħafna minħabba li l-provinċja ta’ Teruel għandha assoċjazzjoni storika b’saħħitha mat-trobbija tal-ħnieżer u mal-prodotti tal-majjal bħala sors ta’ introjtu għan-nies lokali.
Diversi dokumenti jenfasizzaw l-importanza tal-ħnieżer u tat-trobbija tal-ħnieżer fil-provinċja. Ir-regoli dwar it-trobbija tal-ħnieżer u l-pagamenti ġew stabbiliti fil-Karta Rjali tal-1177 ta’ Teruel, mogħtija minn Alfonso II (Castañé, J., 1991: El Fuero de Teruel. Edición Crítica con introducción y traducción [“Il-Karta ta’ Teruel. Edizzjoni kritika b’introduzzjoni u traduzzjoni”]).
Fl-Historia de la Economía Política de Aragón [“L-Istorja tal-Ekonomija Politika ta’ Aragona”] (1978), in-naturalist, ġurist u storjografu Jordán de Asso kiteb: “il-ħnieżer imrobbija fid-distrett ta’ Albarracín huma apprezzati ħafna għat-tjubija tagħhom”.
Din l-assoċjazzjoni lokali tradizzjonali mat-trobbija tal-bhejjem wasslet għar-reġistrazzjoni tal-“Jamón de Teruel” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta fl-1984. Dan għen biex il-produzzjoni tal-ħnieżer f’Teruel, bl-użu tal-għarfien mill-passat, tikkonsolida ruħha maż-żmien. Ir-reġistrazzjoni kienet tentattiv biex jiġu ppremjati l-isforzi tal-bdiewa b’kuxjenza biex jippreżervaw is-sistemi tal-produzzjoni li eventwalment kellhom jagħtu isimhom lill-prodotti, l-ewwel bil-prodotti tal-laħam ippreżervati (“Jamón de Teruel” u “Paleta de Teruel”), u issa bil-bqija tal-laħam frisk li jinsab f’karkassa.
Din il-konsolidazzjoni tal-attività tat-trobbija tal-ħnieżer u l-fatt li din l-attività hija mmonitorjata minn korp taċ-ċertifikazzjoni kellhom impatt dirett fuq il-karkassa tal-ħnieżer. Il-fatt li din tiġi minn ħnieżer soġġetti għal selezzjoni ġenetika, id-dieta bbażata fuq iċ-ċereali li jingħataw u ż-żmien tas-simna (biex jingħata piż tal-karkassa ta’ mill-inqas 86 kg) ippermettew li l-laħam frisk jikseb reputazzjoni bħala prodott b’valur miżjud, li jagħti kreditu b’mod partikolari lill-fatturi umani: ir-razza, id-dieta u t-trobbija.
L-ewwel wieħed minn dawn il-fatturi huwa l-ġenetika: il-proċess tal-inkroċjar tar-razez jiggarantixxi li ħanżir “Cerdo de Teruel” ikun dejjem 50 % Duroc (in-naħa tal-missier) u 50 % Large White, Landrace jew taħlita tat-tnejn (in-naħa tal-omm), u dawn ir-razez, meta jiġu inkroċjati kif indikat, jipproduċu laħam frisk bi grad għoli ta’ strixxi ta’ xaħam intramuskolari (Garitano, I. et al., 2013).
It-tieni wieħed huwa d-deċiżjoni li l-ħnieżer jiġu mitmugħin dieta bbażata fuq iċ-ċereali (mill-inqas 50 % ċereali) matul il-perjodu kollu tat-tkabbir – u mhux biss fiż-żminijiet tas-sena meta tkun disponibbli ċerta materja prima – li tiffavorixxi tkabbir aktar gradwali. Pereżempju, it-tmigħ tal-ħnieżer b’dieta li tikkonsisti biss minn xgħir granulat fl-istadju tat-tlestija jista’ jżid il-kontenut tal-aċidu xaħmi tax-xaħam intramuskolari. Barra minn hekk, l-istudji ssuġġerew ukoll (Daza, A. et al., 2010b) u wrew (Daza, A. et al., 2012 u Garitano, I. et al., 2012) li din id-dieta taffettwa wkoll ċerti parametri relatati mal-kwalità tal-laħam, bħall-kulur u l-kapaċità taż-żamma tal-ilma.
It-tielet raġuni hija l-mod kif jitrabbew il-ħnieżer biex jilħqu piżijiet ħajjin ta’ 110-140 kg meta jinqatlu, li huwa aktar mill-istandard kummerċjali ta’ 85-100 kg, biex jiġi żgurat li l-karkassi sħan jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għal din l-IĠP u li l-laħam ikollu strixxi ta’ xaħam. Flimkien ma’ dan hemm il-fatt li l-biċċeriji u l-farms jinsabu qrib xulxin, u dan inaqqas il-ħinijiet tat-trasport, u għalhekk anki l-istress li l-ħnieżer ikunu soġġetti għalih qabel il-qatla, u dan jiffavorixxi l-isfumatura bejn roża u ħamra tal-laħam “Cerdo de Teruel”, li tiddistingwih b’mod ċar minn laħam tal-majjal ieħor aktar dgħif u ċar.
L-applikazzjoni kontinwata ta’ dawn it-tliet biċċiet ta’ għarfien miksub għalhekk għamlitha possibbli li jiġi prodott it-tip ta’ laħam li għalih qiegħda tintalab il-protezzjoni, kif huwa deskritt fil-punt 3.2, laħam ikkaratterizzat mill-kulur tiegħu u mill-istrixxi tax-xaħam.
Ir-rikonoxximent tas-“Cerdo de Teruel” għandu l-appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi. Bejn l-2004 u l-2010, il-Kunsill Provinċjali ta’ Teruel iffinanzja riċerka dwar it-titjib u l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tal-produzzjoni għall-ħnieżer li l-laħam tagħhom huwa kopert minn din l-IĠP, skont ftehim ta’ sħubija li ġie ffirmat ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija Agroalimentari ta’ Teruel u l-Bord Regolatorju għad-DOP “Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel”.
Proġetti oħra jeżaminaw l-effetti ta’ fatturi differenti, bħall-kastrazzjoni, it-tmigħ u l-ġenetika, fuq il-karatteristiċi tal-karkassa. Dawn il-proġetti ta’ riċerka jikkonkludu li kemm l-irġiel imsewwija kif ukoll in-nisa ta’ età żgħira huma adatti biex jinkiseb laħam frisk (Latorre et al, 2009a), li dieta bbażata fuq iċ-ċereali tinfluwenza x-xaħam fuq il-karkassa (Daza, A. et al., 2010b) u li l-użu ta’ Duroc bħala l-linja tal-missier għandu impatt pożittiv fuq ir-riżultati tal-produzzjoni, li jġib żieda żgħira fil-kopertura tax-xaħam tal-karkassa (Garitano, I. et al., 2013).
L-istorja tas-“Cerdo de Teruel” u l-importanza tiegħu fis-suq ispiraw ukoll riċerka dwar il-karatteristiċi distintivi tal-laħam tal-majjal: il-Fakultà tal-Mediċina Veterinarja tal-Università ta’ Zaragoza qiegħda tinvestiga l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ta’ ċerti qatgħat tal-majjal (il-lojn u l-parti tan-nofs l-iktar tarja ta’ flett u l-qatgħat magħrufa fi Spanja bħala secreto [minn wara l-ġog tal-ispalla] u presa [midfun fl-ispalla]) minn ħnieżer bil-karatteristiċi meħtieġa għal din l-IĠP (Physicochemical characteristics of muscles from pigs intended for dry-cured ham from Teruel (Spain), Calvo et al, 2011). Ir-riċerka ta’ Dr Virginia Resconi tenfasizza l-valur nutrittiv tal-majjal “Cerdo de Teruel” imrobbi u mitmugħ b’ċertu mod (kif irrappurtat fuq is-sit web Portal Veterinario fl-2011 taħt it-titlu Il-valur nutrittiv tal-majjal ta’ Teruel).
Barra minn hekk, fl-2015, l-Unità tat-Teknoloġija tal-Produzzjoni tal-Bhejjem (parti miċ-Ċentru ta’ Riċerka u Teknoloġija Agroalimentari ta’ Aragona, jew CITA, skont l-akronimu Spanjol tiegħu) ippubblikat ir-riżultati ta’ proġett ta’ riċerka bit-titolu Effect of diet, packaging and exposure time on visual appraisal and intention to purchase 'Cerdo de Teruel' PGI pork (Panea, B. et al, 2015). Fost il-konklużjonijiet ta’ din ir-riċerka tispikka s-sejba li l-grupp ta’ kontroll – il-laħam tal-majjal “Cerdo de Teruel” minn ħnieżer mitmugħin id-dieta tas-soltu tagħhom – kellu punteġġ ogħla mill-gruppi l-oħra, li fihom l-annimali ngħataw tipi differenti ta’ għalf.
Fl-2016 ir-riċerkaturi tas-CITA wettqu proġett, fil-qafas tal-Fond ta’ Investiment ta’ Teruel, intitolat Health management, production and marketing alternatives for 'Cerdo de Teruel' pork: a proposal for sustainability (Panea, B. et al., 2016).
Minn dak iż-żmien, saret aktar riċerka bl-involviment tas-CITA li ġiet ippreżentata lil programmi kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali: Healthy sausages made from pork from Teruel: Reduced content of saturated fat and salt (Panea, B. et al., 2019).
Is-“Cerdo de Teruel” jidher ukoll f’tip ta’ pubblikazzjoni pjuttost differenti, b’udjenza kbira u rikonoxximent mifrux, jiġifieri l-letteratura. Eżempju partikolari huwa kapitlu fir-rumanz Animales urbanos [Annimali Urbani] (Leiz, K. 2018) intitolat Del cerdo de Teruel y del amor [Dwar is-“Cerdo de Teruel” u l-imħabba].
Flimkien mat-tradizzjoni u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u informattivi li jsostnuha, ir-reputazzjoni tas-“Cerdo de Teruel” tidher b’mod ulterjuri mir-rikonoxximent tagħha fis-suq. “Cerdo de Teruel” huwa l-isem użat mill-produtturi u mill-bejjiegħa biex jirreferu għal dan il-laħam tant imfittex, u jintuża b’mod komuni fis-suq u fil-hypermarkets u l-ħwienet tal-laħam madwar Spanja kollha.
Il-platti magħmula mis-“Cerdo de Teruel” huma dejjem preżenti fil-menus tar-ristoranti madwar il-pajjiż kollu.
Barra minn hekk, ir-riċetti li jużaw is-“Cerdo de Teruel” jistgħu jinstabu fuq pjattaformi diġitali meqjusa. Eżempju wieħed huwa riċetta għall-parti tan-nofs l-iktar tarja ta’ flett tal-majjal “Cerdo de Teruel” bil-pruna u l-ġewż tal-arżnu minn El Gran Libro de la Cocina Aragonesa [Il-Ktieb tar-Riċetti l-Kbir ta’ Aragona] (Aneto Publicaciones, SL, 2011), li ttellgħet fit-taqsima tal-ikel u x-xorb ta’ RedAragón, portal fuq l-internet għar-reġjun ta’ Aragona. Il-koki qasmu wkoll riċetti bħal secreto tal-majjal “Cerdo de Teruel” bil-brunġiel u z-zalza taċ-ċikkulata bajda (fuq sit web għall-promozzjoni tal-ikel ta’ Aragona msejjaħ Comparte el Secreto. Aragón, alimentos nobles [Naqsmu s-Sigriet: Aragona, platti nobbli]) u ħaddejn tal-majjal “Cerdo de Teruel” ispirati minn Altamiras [fejn “ispirati minn Altamiras” hija referenza għall-patri u kok tas-seklu 18 Juan Altamiras] (it-taqsima tal-ikel u x-xorb tal-gazzetta Heraldo).
Din ir-referenza speċifika għas-“Cerdo de Teruel” hija riflessa wkoll fil-midja:
— |
Id-dieta ta’ kwalità tajba mitmugħa lill-ħnieżer użati għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Jamón de Teruel” tirriżulta mhux biss fi prieżet eċċezzjonali iżda wkoll f’laħam frisk tal-ogħla kwalità, ta’ kulur roża skur, b’togħma delikata u b’konsistenza tarija u partikolarment immerrqa (2011, Indisa; 2014, A la carta para dos, [Mejda għal tnejn à la carte]); |
— |
Quality, production and marketing of Teruel pork (2016, “Aragón hoy” [“Aragona llum”]). |
Ir-reputazzjoni nobbli tas-“Cerdo de Teruel” wasslet biex dan ingħata prominenza f’ħafna avvenimenti matul is-snin.
F’għadd ta’ okkażjonijiet, is-“Cerdo de Teruel” kellu rwol ewlieni fil-kompetizzjoni tat-tisjir Teruel Gusto Mudéjar [It-Togħmiet tal-Mudejar], li ilha ssir mill-2006 u tinkludi bħala l-attività ewlenija tagħha kompetizzjoni nazzjonali li tiffoka fuq it-tisjir b’“togħma tal-Mudejar”. Ir-riċetta li l-koki professjonali u dawk promettenti fil-gastronomija ġew sfidati jagħtuha interpretazzjoni ġdida fis-sitt edizzjoni ta’ dan l-avveniment kulinari kienet il-patata Cella mimlija bis-“Cerdo de Teruel” bit-tartuf iswed ta’ Périgord (Tuber melanosporum).
Fl-2012 saret l-ewwel edizzjoni tal-Jornada Gastronómica de Cerdo de Teruel, festival tas-“Cerdo de Teruel” li jinvolvi aktar minn 40 stabbiliment fil-provinċja ta’ Teruel. Il-motto tal-avveniment kien “Ħarsa ġdida lejn il-laħam tal-majjal. Modi oħra kif tgawdi l-vjaġġ u aktar….
Fl-2020, is-“Cerdo de Teruel” kien involut fil-fiera internazzjonali “Madrid Fusión” bħala skema tal-kwalità: ’Cerdo de Teruel' pork at the Madrid Fusión food and drink fair (il-gazzetta La Comarca).
Dan kollu – u b’mod partikolari x-xewqa li jiġi ssalvagwardjat prodott b’assoċjazzjonijiet lokali b’saħħithom – wassal lill-produtturi biex iwaqqfu l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tas-“Cerdo de Teruel”, bil-għan li tiġi ssalvagwardjata r-reputazzjoni tal-prodott, jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew u tiġi ġestita l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal tas-“Cerdo de Teruel”.
L-importanza tal-produzzjoni tas-“Cerdo de Teruel” għaż-żona lokali, l-impenn tal-awtoritajiet li jissalvagwardjaw it-tradizzjonijiet u l-prattiki tal-biedja, ix-xogħol li sar fuq dan il-prodott mir-riċerkaturi, id-dedikazzjoni tal-produtturi għall-kisba ta’ prodotti ta’ kwalità għolja u r-reputazzjoni kummerċjali tal-prodott, ifissru li s-“Cerdo de Teruel” jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala laħam b’valur miżjud, li jiddefendi l-interessi tal-produtturi billi jiżgura r-rikonoxximent għall-prodotti tagħhom.
Din it-turija ta’ rikonoxximent tal-isem li għandu jiġi protett – “Cerdo de Teruel” – se tippermetti li tiġi ssalvagwardjata r-reputazzjoni fis-suq tiegħu, filwaqt li jiġu ppreżervati l-kriterji tal-produzzjoni li jagħtu lil-laħam tal-majjal il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, jippermettu lill-konsumaturi jidentifikaw b’mod ċar il-prodott, u jiggarantixxu l-kontroll.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://www.aragon.es/-/indicacion-geografica-protegida-cerdo-teruel
(taħt l-intestatura Propuesta del Documento Único y del Pliego de condiciones [Abbozz tad-Dokument Uniku u tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott] imbagħad Fecha: Junio de 2022 [data: Diċembru 2022]).