ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2023/C 134/01 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2023/C 134/02 |
||
2023/C 134/03 |
||
2023/C 134/04 |
||
2023/C 134/05 |
||
2023/C 134/06 |
||
2023/C 134/07 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2023/C 134/08 |
||
2023/C 134/09 |
||
2023/C 134/10 |
||
2023/C 134/11 |
||
2023/C 134/12 |
||
2023/C 134/13 |
||
2023/C 134/14 |
||
2023/C 134/15 |
||
2023/C 134/16 |
||
2023/C 134/17 |
||
2023/C 134/18 |
||
2023/C 134/19 |
||
2023/C 134/20 |
||
2023/C 134/21 |
||
2023/C 134/22 |
||
2023/C 134/23 |
Kawża T-71/23: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2023 – ABLV Bank vs BĊE u SRB |
|
2023/C 134/24 |
Kawża T-102/23: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2023 – SBK Art vs Il-Kunsill |
|
2023/C 134/25 |
||
2023/C 134/26 |
||
2023/C 134/27 |
Kawża T-107/23: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Myforest Foods vs EUIPO (MYBACON) |
|
2023/C 134/28 |
||
2023/C 134/29 |
||
2023/C 134/30 |
||
2023/C 134/31 |
Kawża T-120/23: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2023 – UJ et vs Il-Kummissjoni |
|
2023/C 134/32 |
Kawża T-123/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2023 – VA vs Il-Kummissjoni |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2023/C 134/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/2 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2022 minn Luís Miguel Novais mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-195/22, Novais vs Il-Portugall
(Kawża C-507/22 P)
(2023/C 134/02)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellant: Luís Miguel Novais (rappreżentanti: C. Almeida Lopes, Á. Oliveira, advogados)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża
Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell bħala manifestament infondat u li tikkundanna lil Luís Miguel Novais għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/2 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2022 minn Luís Miguel Novais mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-4 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-287/22, Novais vs Il-Portugall
(Kawża C-592/22 P)
(2023/C 134/03)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellant: Luís Miguel Novais (rappreżentanti: C. Almeida Lopes, Á. Oliveira, advogados)
Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża
Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell bħala manifestament infondat u li tikkundanna lil Luís Miguel Novais għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/2 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2022 minn SB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-217/21, SB vs eu-LISA
(Kawża C-648/22 P)
(2023/C 134/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: SB (rappreżentant: H. Tagaras, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
Permezz ta’ digriet tad-9 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż.
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-16 ta’ Jannar 2023 – XXX vs État belge, irrappreżentat mis-Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
(Kawża C-14/23, Perle)
(2023/C 134/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XXX
Konvenut: État belge, irrappreżentat mis-Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE, tal-Artikoli 14 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 3, 5, 7, 11, 20, 34, 35 u 40 tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (1) u tal-premessi 2 u 60 tagħha, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza, il-possibbiltà ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal residenza, mogħtija lill-Istat Membru mill-Artikolu 20(2)(f) tad-direttiva, għandha, sabiex tintuża mill-imsemmi Stat, tkun espressament prevista mil-leġiżlazzjoni tiegħu? Jekk dan huwa l-każ, ir-raġunijiet serji u oġġettivi għandhom ikunu ppreċiżati mil-leġiżlazzjoni tiegħu? |
2) |
L-eżami tal-applikazzjoni għal viża għal studji, jeżiġi li l-Istat Membru jivverifika l-volontà u l-intenzjoni tal-barrani li jagħmel l-istudji tiegħu, minkejja li l-Artikolu 3 tad-direttiva jiddefinixxi l-istudent bħala dak li huwa ammess fi stabbiliment ta’ tagħlim superjuri u li r-raġunijiet ta’ ċaħda tal-applikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 20(2)(f) huma fakultattivi u mhux vinkolanti bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tad-direttiva? |
3) |
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipju ta’ effettività u l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2016/801, jeħtieġu li r-rimedju, organizzat mid-dritt nazzjonali kontra deċiżjoni li tirrifjuta talba għal ammissjoni fit-territorju għal finijiet ta’ studji, jippermetti lill-qorti tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-awtorità amministrazzjoni b’dik tagħha u li tirriforma d-deċiżjoni ta’ dik l-awtorità, jew stħarriġ tal-legalità li jippermetti lill-qorti tiċċensura illegalità, b’mod partikolari żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva huwa suffiċjenti? |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/3 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2023 minn Trasta Komercbanka AS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-698/16, Trasta Komercbanka et vs BĊE
(Kawża C-90/23 P)
(2023/C 134/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Trasta Komercbanka AS (rappreżentant: O Behrends, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Ir-Repubblika tal-Latvja, Il-Kummissjoni Ewropea, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-529900WIP0INFDAWTJ81/2 WOANCA-2016-0005 tal-BĊE tal-11 ta’ Lulju 2016 (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”) fir-rigward tal-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-appellanti u dawk ta’ dan l-appell; u |
— |
sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx f’pożizzjoni li tiddeċiedi fuq il-mertu, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji fir-rigward tal-kwistjoni tar-rappreżentanza tal-appellanti, li l-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) eżaminat fis-sentenza tagħha tal-5 ta’ Novembru 2019, BĊE et vs Trasta Komercbanka et , C-663/17 P, C-665/17 P u C-669/17 P, EU:C:2019:923.
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ċaħdet l-allegazzjoni tal-appellanti dwar in-nuqqas tal-BĊE li jinnotifika d-Deċiżjoni kkontestata lill-appellanti minħabba li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti tal-kawża f’dan ir-rigward u naqset milli tikkunsidra l-implikazzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 72 tas-sentenza tagħha tat-8 ta’ Lulju 1999, Hoechst vs Il-Kummissjoni, C-227/92 P, EU:C:1999:360.
Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-allegazzjoni tal-appellanti dwar l-assenza ta’ rappreżentanza tal-appellanti matul il-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti tal-kawża billi naqset milli tikkunsidra li d-Deċiżjoni kkontestata tiddikjara espressament li l-appellanti ma kinitx involuta fil-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni kkontestata u, fl-opinjoni tal-BĊE, ma kellhiex għalfejn tkun involuta fil-proċedura.
Fl-aħħar l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-allegazzjoni tal-appellanti li d-dritt tal-appellanti għal smigħ kien miksur u li dan l-iżball kien ibbażat ukoll fuq in-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li kkunsidrat li l-appellanti ma kinitx involuta fil-proċedura li twassal għad-Deċiżjoni kkontestata.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fir-rigward tal-mod li bih il-Qorti Ġenerali ttrattat id-deċiżjoni tal-BĊE qabel l-istħarriġ mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami tal-BĊE (iktar 'il-quddiem il-“BAR”), minn naħa, u d-deċiżjoni tal-BĊE wara r-rieżami mill-BAR, min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-aspettattivi leġittimi, li hija kienet ħolqot permezz tad-digriet tagħha tas-17 ta’ Novembru 2021, Trasta Komercbanka vs BĊE, (T-247/16 RENV, mhux ippubblikat, EU:T:2021:809).
It-tielet aggravju, ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali bi żball tiċħad il-motiv tal-appellanti dwar ksur tal-Artikolu 24(7) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1) billi assumiet bi żball li din id-dispożizzjoni tipprevedi deċiżjoni b’effett ex tunc. Din il-fehma tal-Qorti Ġenerali tqieset żbaljata wkoll mill-Kummissjoni (ara l-punt 37 tad-digriet tas-17 ta’ Novembru 2021, Trasta Komercbanka vs BĊE, T-247/16 RENV, mhux ippubblikat, EU:T:2021:809).
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/5 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 minn Firearms United Network, Tomasz Walter Stępień, Michał Budzyński, Andrzej Marcjanik mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-21 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-187/21, Firearms United Network et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-105/23 P)
(2023/C 134/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Firearms United Network, Tomasz Walter Stępnia, Michał Budzyński, Andrzej Marcjanik (rappreżentant: E. Woźniak, adwokat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Reubblika Franċiża, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u tilqa’ t-talbiet li l-appellanti ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tar-rikorsi tagħhom; |
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
— |
ksur tal-Artikolu 88(1) u (2) flimkien mal-Artikolu 91(e) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali flimkien mal-Artikolu 19(1) u (3)(a) TUE kif ukoll mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-talba tal-appellanti fir-rigward tal-ammissibbiltà u l-amministrazzjoni tal-prova ta’ perizja, kif ukoll numru ta’ irregolaritajiet ta’ natura proċedurali dwar evalwazzjoni tal-provi u żbalji fil-konstatazzjonijiet magħmula minnha fis-sentenza; |
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti fir-rikors li wasslu lill-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat li l-appellanti naqsu milli jqiegħdu inkwistjoni l-analiżi u l-affermazzjonijiet li servew bħala bażi għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/57 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (1); |
— |
konstatazzjoni żbaljata fis-sentenza appellata li l-preżunzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/57 hija preżunzjoni konfutabbli. L-appellanti jenfasizzaw li f’kull sistema legali bbażata fuq l-Istat tad-dritt, preżunzjoni li tista’ twassal għal konsegwenzi negattivi għaċ-ċittadin għandha tkun konfutabbli. Konsegwentement, is-sempliċi fatt li tkun konfutabbli ma jneħħix in-natura ta’ illegalità minn din il-preżunzjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ preżunzjoni għandha dejjem tkun iġġustifikata minn raġunijiet ċari. Issa, is-sentenza appellata teskludi l-fatt li r-Regolament (UE) 2021/57 ma japplikax dan il-prinċipju u ma jindika ebda argument li jkun jista’ jikkostitwixxi raġunijiet iġġustifikati għall-preżunzjoni li timponi obbligi proċedurali supplimentari fuq iċ-ċittadin. Applikazzjoni ta’ preżunzjoni b’mod li ma jiġix iggarantit ir-rispett tad-drittijiet proċedurali taċ-ċittadin tista’ min-naħa tagħha toħloq ksur tal-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u tad-drittijiet tad-difiża; |
— |
fid-dawl taċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali tar-rikors ippreżentat kontra r-Regolament 2021/57, li wassal sabiex dan ir-regolament inżamm fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, ksur mill-Qorti Ġenerali tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Artikoli 16, 17(1), 21(1), 45(1), 48(1), 52(1) kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Artikoli 2, 3(2) u (3) u 5(2), (3) u (4); |
— |
użu ħażin ta’ poter permezz taċ-ċaħda tar-rikors u b’hekk iż-żamma fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li effettivament iwassal għal limitazzjoni kunsiderevoli tal-isparar ċivili fit-territorju tal-Unjoni minħabba l-inkapaċità preċedenti tal-Kummissjoni li tipprojbixxi l-possibbiltà ta’ pussess ta’ armi tan-nar minn suġġetti privati. Madankollu fil-fehma tal-appellanti, ir-Regolament 2021/57 ma jillimitax l-użu ta’ munizzjon magħmul biċ-ċomb f’sens ġenerali u għalhekk ma jwettaqx l-għanijiet li għalihom ġie adottat, iżda jikkostitwixxi biss restrizzjoni għall-isparar ċivili mhux proporzjonali meta mqabbel mal-vantaġġi reali. |
Il-Qorti Ġenerali
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/20) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 - Dazju antidumping definittiv - Kalkolu tal-valur normali - Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dannu - Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz”)
(2023/C 134/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Soukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Soukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u G. Luengo, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Tech-Fab Europe eV (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU 2020, L 108, p. 1), sa fejn dan jikkonċernahom.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE u Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Tech-Fab Europe eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-480/20) (1)
(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 - Dazju kumpensatorju definittiv - Kalkolu tal-ammont tas-sussidju - Imputabbiltà tas-sussidju - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Sistemi ta’ rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni - Trattament fiskali tat-telf tal-kambju - Kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz”)
(2023/C 134/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Soukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Soukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Tech-Fab Europe eV (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1), sa fejn jikkonċerna lilhom.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE u Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Tech-Fab Europe eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-540/20) (1)
(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibri tal-ħġieġ b’filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/870 - Dritt kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju kumpensatorju provviżorju - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tas-sussidju - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Sistema ta’ rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Trattament fiskali tat-telf tal-kambju - Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz”)
(2023/C 134/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Soukhna, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Association des producteurs de fibres de verre européens (APFE) (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju kumpensatorju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, u li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu (ĠU 2020, L 201, p. 10), sa fejn jikkonċernaha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
L-Association des producteurs de fibres de verre européens (APFE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – RH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-175/21) (1)
(“Strument ta’ għajnuna qabel l-adeżjoni - Regolament finanzjarju - Investigazzjoni tal-OLAF - Deċiżjoni tal-Kummissjoni timponi sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-FEŻ - Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni - Kondotta professjonali serjament skorretta - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
(2023/C 134/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RH (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, P. Rossi u R. Pethke, aġenti)
Suġġett
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2021 li teskludiha milli tipparteċipa fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji fil-kuntest tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif ukoll milli tipparteċipa fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi fil-kuntest tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mill-proċedura għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi abbażi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp irregolata mir-Regolament (UE) 2018/1877 u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-dannu mġarrab minnha minħabba dan.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2021 li teskludi lil RH milli tipparteċipa fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji fil-kuntest tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif ukoll milli tipparteċipa fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi fil-kuntest tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mill-proċedura għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi abbażi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp irregolata mir-Regolament (UE) 2018/1877 hija annullata. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Harley-Davidson Europe u Neovia Logistics Services International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-324/21) (1)
(“Unjoni doganali - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali ta’ ċerti muturi mmanifatturati minn Harley-Davidson - Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-revoka ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini adottati minn awtoritajiet doganali nazzjonali - Kunċett ta’ ‘operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ ħidma li ma humiex ekonomikament iġġustifikati’ - Dritt għal smigħ”)
(2023/C 134/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harley-Davidson Europe (Oxford, ir-Renju Unit) u Neovia Logistics Services International (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: O. van Baelen, G. Leburn, avocats, u T. Lyons, KC)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Kocjan, aġenti)
Suġġett
Permezz ta’ dan ir-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/563 tal-31 ta’ Marzu 2021 dwar il-validità ta’ ċerti deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (ĠU 2021, L 119, p. 117), indirizzata lir-Renju tal-Belġju. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea talbet ir-revoka ta’ żewġ deċiżjonijiet fil-qasam ta’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini, adottati favur Neovia għan-nom ta’ Harley-Davidson, li jirrigwardaw l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, tramite l-Belġju, ta’ ċerti kategoriji ta’ muturi mmanifatturati minn Harley-Davidson fit-Tajlandja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Harley Davidson Europe Ltd u Neovia Logistics Services International huma kkundannati għall ispejjeż. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Worldwide Brands vs EUIPO – Wan (CAMEL)
(Kawża T-552/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CAMEL - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ ċerti provi ppreżentati”)
(2023/C 134/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, R. Ahijón Lana u B. Tomás Acosta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eric Guangyu Wan (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: V. Piccarreta u G. Romanelli, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1548/2020-1).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1548/2020-1) hija annullata sa fejn żammet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-“qomos”. |
2) |
L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
3) |
Eric Guangyu Wan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Canai Technology vs EUIPO – Trend Fin (HE&ME)
(Kawża T-25/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva HE&ME - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux ME - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Karattru mhux distintiv ħafna tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Canai Technology Co. Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez, Y. Hernández Viñes u C. Marí Aguilar, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Trend Fin BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Folmer, L. Bekke u T. De Haan, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Novembru 2021 (Każ R 1390/2020-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Canai Technology Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (PERFECT FARMA CERVIRON)
(Kawża T-36/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PERFECT FARMA CERVIRON - Trade mark preċedenti nazzjonali CERVIRON mhux irreġistrata - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2023/C 134/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-M. Dicu, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perfect Care Distribution SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Pop, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Novembru 2021 (Każ R 522/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Romedor Pharma SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
3) |
Perfect Care Distribution SRL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (Cerviron)
(Kawża T-37/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Cerviron - Trade mark preċedenti nazzjonali CERVIRON mhux irreġistrata - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-M. Dicu, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perfect Care Distribution SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Pop, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Novembru 2021 (Każ R 520/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Romedor Pharma SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
3) |
Perfect Care Distribution SRL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (CERVIRON perfect care)
(Kawża T-38/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CERVIRON perfect care - Trade mark nazzjonali mhux irreġistrata preċedenti CERVIRON - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/17)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-M. Dicu, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perfect Care Distribution SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Pop, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Novembru 2021 (Każ R 521/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Romedor Pharma SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
3) |
Perfect Care Distribution SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Transgourmet Ibérica vs EUIPO – Aldi (Gourmet)
(Kawża T-102/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Gourmet - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GOURMET - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Forma li hija differenti minħabba elementi li jibdlu l-karattru distintiv”)
(2023/C 134/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Transgourmet Ibérica, SAU (Gerona, Spanja) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u I. Osinaga Lozano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 862/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 862/2021-2) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż kollha sosntuti minn Transgourmet Ibérica, SAU. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Lifestyle Equities vs EUIPO – Greenwich Polo Club (GREENWICH POLO CLUB GPC 2002)
(Kawża T-217/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GREENWICH POLO CLUB GPC 2002 - Trade mark figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2023/C 134/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lifestyle Equities CV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Terpstra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u T. Frydendahl,)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Greenwich Polo Club, Inc. (Greenwich, Connecticut, l-Istati Uniti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Frar 2022 (Każ R 1063/2021-4).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Lifestyle Equities CV u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Crush Series Publishing vs EUIPO – Mediaproduccion (The Crush Series)
(Kawża T-295/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Crush Series - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CRUSH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Crush Series Publishing s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: D.-M. Belciu, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaitė u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mediaproduccion SLU (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1303/2021-5).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Crush Series Publishing s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Deutsche Bank vs EUIPO – Operación y Auditoria (avanza Tu negocio)
(Kawża T-341/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea avvanza Tu negocio - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Avanza Credit ta’ Deutsche Bank - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 134/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Deutsche Bank, SA Española (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J.-L. Rodriguez Fuensalida, P. Ramells Higueras u A. Figuerola Moure, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Operación y Auditoria, SA de CV, SOFOM, ENR (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1808/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejnha u Operación y Auditoria, SA de CV, SOFOM, ENR.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Deutsche Bank, SA Española hija kkundannata għall-ispejjeż |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2023 – Hansol Paper vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/20) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea t’Isfel - Dazju antidumping definittiv - Regolament (UE) 2016/1036 - Bejgħ imwettaq permezz ta’ kumpanniji konnessi - Kostruzzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet - Kalkolu tal-marġni tad-dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2023/C 134/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hansol Paper Co. Ltd (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u G. Luengo, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: European Thermal Paper Association (ETPA) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Hobbelen u B. Vleeshouwers, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1524 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
2) |
Hansol Paper Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/17 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2023 – ABLV Bank vs BĊE u SRB
(Kawża T-71/23)
(2023/C 134/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara lill-konvenuti responsabbli in solidum bejniethom għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-waqfien tan-negozju tagħha u ta’ dak tas-sussidjarja tagħha fil-Lussemburgu; |
— |
tikkundanna lill-konvenuti in solidum bejniethom sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti għal tali dannu; |
— |
tistabbilixxi d-dannu materjali għal tal-inqas EUR 414 691 000 flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza sal-ħlas intier; |
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-aġir tal-konvenuti kiser b’mod suffiċjentement serju d-dispożizzjonijiet legali intiżi sabiex jagħtu drittijiet lir-rikorrenti, u din tal-aħħar ġarrbet danni bħala konsegwenza diretta ta’ dawn l-azzjonijiet.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti ġarrbet telf finanzjarju minħabba t-terminazzjoni forzata tan-negozju tagħha u ta’ dak tas-sussidjarja tagħha fil-Lussemburgu. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-aġir tal-konvenuti wassal għall-waqfien forzat tan-negozju tar-rikorrenti u ta’ dak tas-sussidjarja tagħha fil-Lussemburgu. L-awtolikwidazzjoni sussegwenti kien pass inevitabbli sabiex jittaffa d-dannu. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/18 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2023 – SBK Art vs Il-Kunsill
(Kawża T-102/23)
(2023/C 134/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: SBK Art OOO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky u P. Goeth, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata li, abbażi tal-Artikolu 263, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbiltà tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2477 (2) u tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1905 (4); |
— |
barra minn hekk, jew indipendentement minn dak li jippreċedi, tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2477 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2476 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (5) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikoli 263 u 277 TFUE, ir-rikorrenti ssostni li l-atti kkontestati huma vvizzjati minħabba i) l-applikazzjoni ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni li jikser it-trattati u l-Istat tad-dritt; ii) il-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti; iii) in-natura sproporzjonata tagħhom; iv) żball ta’ evalwazzjoni, u v) ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, b’mod li l-kriterji ta’ inklużjoni inkwistjoni għandhom jitwarrbu u l-atti kkontestati annullati sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, ĠU 2014, L 78, p. 16.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2477 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ĠU 2022, L 322I, p. 466.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, ĠU 2014, L 78, p. 6.
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1905 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ĠU 2022, L 259I, p. 76.
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/18 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Iceland Foods vs EUIPO – Íslandsstofa (Promote Iceland) et (ICELAND)
(Kawża T-105/23)
(2023/C 134/25)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Iceland Foods Ltd (Deeside, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Vos, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Íslandsstofa (Promote Iceland) (Rejkjavik, l-Islanda), Iceland, SA – Business Iceland (Rejkjavik)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ICELAND” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 673 374
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1238/2019-G
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tikkundanna lil Íslandsstofa (Promote Iceland), il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Islandiż u SA – Business Iceland għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/19 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Iceland Foods vs EUIPO – Icelandic Trademark (Iceland)
(Kawża T-106/23)
(2023/C 134/26)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Iceland Foods Ltd (Deeside, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Vos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Icelandic Trademark Holding ehf (Rejkjavik, l-Islanda)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Iceland komposta mill-kuluri abjad, aħmar, oranġjo u isfar – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 565 736
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord il-Kbir tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1613/2019-G
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tibgħat il-każ lura lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tikkundanna lill-Icelandic Trademark Holding ehf għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/20 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Myforest Foods vs EUIPO (MYBACON)
(Kawża T-107/23)
(2023/C 134/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Myforest Foods Co. (Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Martini-Berthon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MYBACON – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 546 358
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 120/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/21 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2023 – Konings vs EUIPO – Manuel Busto Amandi (MAY GOLD)
(Kawża T-112/23)
(2023/C 134/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Konings NV (Zonhoven, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Neefs, S. de Potter u T. Baetens, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manuel Busto Amandi, SA (Villaviciosa, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAY GOLD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 103 268
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1778/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li jiġi miċħud ir-rikors tar-rikorrenti għar-revoka tat-trade mark għal “xarbiet mingħajr alkoħol, jiġifieri xarbiet ta’ meraq tal-frott mhux alkoħoliċi frizzanti; xarbiet tal-frott u meraq tal-frott”, li huma oġġetti li jaqgħu fil-Klassi 32 tal-Ftehim ta’ Nice; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż jew, alternattivament jekk il-parti l-oħra tintervjeni fil-kawża, tikkundanna lill-parti l-oħra u lill-EUIPO flimkien għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta u tal-Artikoli 18, 58(1)(a) u 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, tal-Artikoli 70(2) u 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
— |
Ksur tal-Artikoli 18, 58(1)(a) u 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/21 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2023 – Kantstraße Paris Bar vs EUIPO – Superstudio21 (Bar Paris)
(Kawża T-117/23)
(2023/C 134/29)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Kantstraße Paris Bar GmBH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt u A. Wulff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Superstudio21 GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bar Paris – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 088 718
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 299/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/22 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2023 – House of Prince vs EUIPO – Biały (AROMA KING)
(Kawża T-118/23)
(2023/C 134/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: House of Prince A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: I. Fowler, I. Junkar u B. Worbes, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andrzej Biały (Myszków, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “AROMA KING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 285 909
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 777/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/23 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2023 – UJ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/23)
(2023/C 134/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: UJ u 12-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Velardo, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Mejju 2022 li permezz tagħhom ir-rikorrenti ma ġewx inklużi fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/380/19-AD7 u EPSO AD/380/19-AD9; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Lulju 2022, li permezz tagħhom ġiet miċħuda t-talba għal eżami mill-ġdid tan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/380/19-AD7 u EPSO AD/380/19-AD9 għar-rikorrenti UJ, UL, UM u UU; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-ħatra (APN) tal-5 ta’ Novembru 2022, adottati b’mod fittizju wara s-silenzju miżmum mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) għal iktar minn erba’ xhur, li permezz tagħhom ġie miċħud l-appell imressaq b’mod konġunt mir-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-liġijiet li jirregolaw is-sistema lingwistika fl-istituzzjonijiet Ewropej. It-tmexxija tal-eżami bil-miktub u orali f’lingwa differenti (Ingliż u Franċiż) mil-lingwa materna tagħhom ipprekludiet evalwazzjoni korretta tal-kompetenzi tagħhom, peress li r-riżultat tat-testijiet tagħhom kien ikkundizzjonat ukoll mil-livell ta’ għarfien lingwistiku tagħhom. B’hekk inkiser l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati, l-assenza ta’ evalwazzjoni oġġettiva tal-kandidati (ġurisprudenza Glantenay) u ksur tal-Artikolu 5(1) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal. Xi wħud minnhom, fil-fatt, irrepetew it-testijiet bil-miktub, li kellhom livell ta’ diffikultà kjarament inferjuri. Il-paragun bejn il-kandidati matul it-tmexxija tat-testijiet fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni inbidlet għaliex il-kummissjoni ġudikanti ma kinitx ivverifikat minn qabel il-veraċità tad-dikjarazzjonijiet li kienu jinsabu fit-Talent Screener. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju konness ta’ ugwaljanza tal-partijiet fil-kawża (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), għaliex ir-rikorrenti ma kinux f’pożizzjoni li jkunu jafu l-motivazzjoni kompleta għall-esklużjoni tagħhom mill-kompetizzjoni, qabel ma ppreżentaw l-appell. Barra minn hekk dan wassal għall-ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs fil-kawża. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-ħames u tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn il-kummissjoni eżaminatriċi ma inkludietx fil-lista ta’ riżerva almenu d-doppju tal-kandidati fir-rigward tal-postijiet miftuħa għall-kompetizzjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni konsegwenti, għaliex fil-kompetizzjoni AD7 ġiet evalwata wkoll il-leadership tal-kandidati, liema kriterju kien irriżervat biss għall-AD9. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji msemmija fil-ġurisprudenza Di Prospero vs Il-Kummissjoni u ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, sa fejn l-avviż ta’ kompetizzjoni ma ppermettiex il-parteċipazzjoni fiż-żewġ kompetizzjonijiet għal AD7 u AD9, minkejja li ġew ittrasferiti ex officio fil-lista ta’ riżerva AD7, uħud mill-kandidati li kienu applikaw għal AD9. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-kandidati u nuqqas ta’ oġġettività fl-evalwazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta’ stabbilità tal-kummissjoni eżaminatriċi, minħabba l-bidliet frekwenti fil-kompożizzjoni tal-kummissjoni eżaminatriċi u minħabba n-nuqqas ta’ “shadowing” min-naħa tal-president tagħha. |
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/24 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2023 – VA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-123/23)
(2023/C 134/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VA (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-PMO tal-11 ta’ Mejju 2022 li tħassar id-dritt tar-rikorrent li jirċievi, mill-1 ta’ Lulju 2021, l-allowances għall-wild dipendenti u tal-edukazzjoni u tħassar għalhekk it-tnaqqis tat-taxxa marbuta mal-allowance għall-wild dipendenti; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2022 ta’ PMO.1 li tħabbar l-irkupru, b’applikazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta’ EUR 3 500; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent ta’ kumpens ta’ EUR 2 441,84; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2022, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kunċetti ta’ wild dipendenti u ta’ frekwentazzjoni ta’ stabbiliment skolastiku li jagħtu d-dritt lir-rikorrent li jirċievi l-allowances għall-edukazzjoni u għal wild dipendenti sat-tmiem tas-sena skolastika. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ trattament ugwali mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) bejn it-tfal li lestew l-istudji tagħhom fl-ewwel sessjoni u dawk li spiċċaw fit-tieni sessjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2022, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, prinċipalment, ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu d-dritt li jirċievi l-allowances għall-wild dipendenti u għall-edukazzjoni għal bintu għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2021. |
2. |
It-tieni motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li l-ħlas ta’ EUR 3 500 kellu raġuni u ma kienx irregolari. Anki fl-ipoteżi li dan il-ħlas kien irregolari, ir-rikorrent iqis li hemm lok li jiġi kkunsidrat li huwa ma kienx jaf bin-natura irregolari tal-ħlas u li fi kwalunkwe każ l-irregolarità bl-ebda mod ma kienet evidenti b’mod li seta’ leġittimament jaħseb li l-ħlas kien regolari. |