ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 123

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
5 ta' April 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 123/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10997 — NB / ARDIAN / MEDIOLANUM / NEOPHARMED) ( 1 )

1

2023/C 123/02

Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11085 — FRASERS / GO SPORT) ( 1 )

2

2023/C 123/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11028 — THE HANWHA GROUP / DAEWOO SHIPBUILDING MARINE ENGINEERING) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 123/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' April 2023

4

2023/C 123/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2023/C 123/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2023/C 123/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

 

L-Awtorità Ewropea dwar Is-Sigurtà fl-Ikel

2023/C 123/08

Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

8

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2023/C 123/09

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

9

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

2023/C 123/10

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

12

2023/C 123/11

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

13

2023/C 123/12

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

14


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 123/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11027 – HSBC / AXA / INTU MILTON KEYNES) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 123/14

Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika fis-settur tax-xorb spirituż, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1235

17

2023/C 123/15

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

32


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10997 — NB / ARDIAN / MEDIOLANUM / NEOPHARMED)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 123/01)

Fit 27 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10997. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/2


Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11085 — FRASERS / GO SPORT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 123/02)

Fi 21 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fi 30 ta’ Marzu 2023, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat in-notifika tagħha.


(1)  ĠU C 114, 29.3.2023, p. 8.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11028 — THE HANWHA GROUP / DAEWOO SHIPBUILDING MARINE ENGINEERING)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 123/03)

Fit 31 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11028. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' April 2023

(2023/C 123/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0901

JPY

Yen Ġappuniż

144,94

DKK

Krona Daniża

7,4513

GBP

Lira Sterlina

0,87333

SEK

Krona Żvediża

11,2525

CHF

Frank Żvizzeru

0,9954

ISK

Krona Iżlandiża

149,30

NOK

Krona Norveġiża

11,2345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,418

HUF

Forint Ungeriż

376,83

PLN

Zloty Pollakk

4,6718

RON

Leu Rumen

4,9330

TRY

Lira Turka

20,9609

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6154

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4641

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5569

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7336

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4467

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 434,69

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

19,4414

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5034

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 251,48

MYR

Ringgit Malażjan

4,8030

PHP

Peso Filippin

59,436

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,314

BRL

Real Brażiljan

5,5121

MXN

Peso Messikan

19,6561

INR

Rupi Indjan

89,5900


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 123/05)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Lussemburgu

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-175 anniversarju tal-Parlament Lussemburgiż

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbieha tal-Gran Duka Henri u fuq in-naħa tal-lemin il-bini tal-Kamra tad-Deputati. Id-data “1848” u t-test “Chambre des députés” jidhru fuq il-bini u fuq il-lemin tiegħu. Fiċ-ċentru tal-qiegħ, huma rrappreżentati l-isem tal-pajjiż emittenti “LUXEMBOURG” kif ukoll id-data tas-sena tal-ħruġ “2023”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Data tal-ħruġ: Frar 2023


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 123/06)

Image 2

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Serje Bundeslander – Hamburg

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri s-sala tal-kunċerti Elbphilarmonie, l-aktar simbolu arkitettoniku reċenti f’Hamburg. Ir-rappreżentazzjoni impressjonanti u dettaljata tas-sala tal-kunċerti fl-isfond tal-pajsaġġ urban marittimu tirrappreżenta l-Land ta’ Hamburg b’mod eċċezzjonalment konvinċenti. Il-parti tax-xellug tat-taqsima interna tal-munita tinkludi l-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja, “D”, is-sena “2023” u l-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”). In-nofs tal-lemin fih l-inizjali tal-artist, u l-parti t’isfel fiha l-iskrizzjoni “HAMBURG”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 30 000 000

Data tal-ħruġ: Jannar 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p 1 għan-naħat nazzjonali tal-muniti kollha maħruġa fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 123/07)

Image 3

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-1275 anniversarju mit-twelid ta’ Karlu Manju (748–814), Re tal-Franki u Imperatur Ruman Qaddis

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn jikkombina żewġ elementi kontemporanji: il-monogramma personali ta’ Karlu Manju u l-ottagonu tal-Katedral ta’ Aachen. Iż-żewġ motifi huma amalgamati b’ċerta ħila f’opra tal-arti distintiva. Il-qawwa tad-disinn tinsab fil-kwalità dinamika u tridimensjonali tiegħu. B’mod ġenerali, huwa tribut innovattiv lil figura prominenti tal-istorja Ewropea. Iċ-ċirku intern tal-munita fih ukoll l-iskrizzjoni “KARL DER GROßE” (“Karlu Manju”) fin-naħa ta’ fuq u, fil-parti tan-nofs t’isfel, is-sena tal-ħruġ “2023”, id-dati “748–814”, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja “D”, il-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) u l-inizjali tal-artist (“TW”).

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 20 000 000

Data tal-ħruġ: Marzu 2023


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


L-Awtorità Ewropea dwar Is-Sigurtà fl-Ikel

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/8


Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2023/C 123/08)

Regolament (KE) Nru 178/2002 (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.”

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2)); u

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl-23 ta’ Marzu 2023 –

https://www.efsa.europa.eu/en/events/94th-management-board-web-meeting; u

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti – http://www.efsa.europa.eu/en/partnersnetworks/scorg.

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu.


(1)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, tal-1.2.2002, p. 1).

(2)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, tal-24.12.2004, p. 64), kif l-aħħar emendat.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/9


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni

(2023/C 123/09)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

Fl-20 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li temenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 u li tħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 u (UE) Nru 1260/2013 (1).

Il-Proposta fiha dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal sorsi ta’ data disponibbli li jtejbu l-proċessi ta’ produzzjoni u l-kwalità ġenerali tal-istatistika soċjali. F’dan il-kuntest, l-EDPS iqis li l-premessi tal-Proposta għandhom jagħmlu referenza speċifika għall-konformità mas-salvagwardji relatati mal-ipproċessar għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 89 tal-GDPR (2) u l-Artikolu 13 tal-EUDPR (3). Barra minn hekk, il-Proposta għandha tiċċara li fil-prinċipju d-data anonimizzata jew psewdonimizzata biss se tintuża u tiġi kondiviża għal finijiet statistiċi.

Hija meħtieġa statistika ta’ kwalità għolja biex tappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, inklużi l-politiki dwar id-drittijiet fundamentali. L-EDPS jirrikonoxxi wkoll li approċċi innovattivi ġodda jistgħu jippromettu għal statistika u riċerka. Madankollu, l-EDPS għandu tħassib serju dwar l-indikazzjoni li l-informazzjoni relatata ma’ persuni speċifiċi tista’ tinkiseb minn kwalunkwe sors, inklużi traċċi diġitali relatati ma’ persuni speċifiċi. Għalhekk, L-EDPS iqis li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(3) tal-Proposta, li tirreferi għall-użu ta’ kwalunkwe sors xieraq jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi traċċi diġitali relatati mal-persuna, għandha titħassar.

Barra minn hekk, l-EDPS iqis li hija meħtieġa kjarifika ulterjuri rigward is-sorsi u l-kategoriji tad-data li sejrin jiġu aċċessati u użati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (Eurostat), b’mod partikolari rigward is-sorsi tad-data amministrattiva u d-data miżmuma b’mod privat. Data miżmuma b’mod privat tista’ tkun diversa, peress li tinftiehem li tinkludi ammont kbir ta’ data miżmuma minn negozju, inkluża data miġbura permezz ta’ rekords tal-mowbajls, data ta' lokalizzazzjoni, data dwar il-midja soċjali, iżda wkoll permezz tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) u l-provvista ta’ servizzi diġitali. L-EDPS iqis li l-ġbir ta’ data personali minn tali sorsi jista’ ma jkunx proporzjonat għall-għanijiet segwiti, filwaqt li jitqiesu r-riskji potenzjali għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Sakemm il-Proposta tfittex li tipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta ħarsa ġenerali ċara u komprensiva tal-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu pproċessati skont il-Proposta, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tan-neċessità u l-proporzjonalità. Barra minn hekk, is-sorsi li minnhom jistgħu jinkisbu dawk il-kategoriji ta’ data personali għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fil-Proposta nnifisha.

Fir-rigward tal-ġbir tal-istatistika mis-sistemi tal-IT fuq skala kbira (LSITs) fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-EDPS li għandu jiġi emendat l-Artikolu 10 tal-Proposta. B’mod partikolari, il-Proposta għandha tiċċara li l-istatistika għal-LSITs għandha tinġabar (esklussivament) mir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS). F’każ li l-Kummissjoni tkun tixtieq tipprevedi miżuri tranżitorji sakemm is-CRRS ikun kompletament operattiv, għandhom jiġu introdotti miżuri tranżitorji speċifiċi.

L-EDPS jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta tipprevedi l-ittestjar u l-użu ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza li jimplimentaw il-minimizzazzjoni tad-data mid-disinn. L-EDPS huwa konxju tal-potenzjal tat-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza bħala instigaturi tal-kondiviżjoni tad-data li hija kemm favorevoli għall-privatezza kif ukoll ta’ benefiċċju soċjali u jappoġġa bis-sħiħ l-użu ta’ teknoloġiji li jtejbu l-privatezza f’dan il-kuntest. Fl-istess ħin, l-EDPS ifakkar li kwalunkwe kondiviżjoni ta’ data personali trid fi kwalunkwe każ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-GDPR u tal-EUDPR, inkluż l-Artikolu 89(1) tal-GDPR u l-Artikolu 13 tal-EUDPR.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ infrastruttura sigura biex tiġi ffaċilitata din il-kondiviżjoni tad-data, l-EDPS jinnota li l-Proposta ma tispeċifikax ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni (Eurostat) u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. Filwaqt li arranġament dettaljat biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data jista’ jiġi speċifikat permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, l-EDPS iqis li r-rwoli tad-diversi atturi involuti bħala kontrollur, kontrollur konġunt jew proċessur għandhom jiġu speċifikati b’mod ċar fit-termini ta’ promulgazzjoni tal-Proposta.

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fl-20 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħarġet Proposta għal Regolament dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni, li temenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 (4) u li tħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 763/2008 (5) u (UE) Nru 1260/2013 (6) (“il-Proposta”).

2.

L-objettiv tal-Proposta huwa li tiffaċilita l-aċċess għal sorsi ta’ data disponibbli li jtejbu l-proċessi ta’ produzzjoni u l-kwalità ġenerali tal-istatistika soċjali. Fiha ukoll dispożizzjonijiet biex jissaħħu r-rabtiet ma’ u l-konsistenza ġenerali tal-istatistika soċjali kollha tal-UE bbażata fuq il-persuni u l-unitajiet domestiċi, kif ukoll dispożizzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ta’ definizzjoni armonizzata tal-popolazzjoni bbażata fuq kunċetti statistiċi sodi għall-outputs kollha. Il-Proposta fiha wkoll dispożizzjonijiet biex tallinja aktar l-istatistika dwar il-popolazzjoni u l-migrazzjoni internazzjonali mal-istatistika dwar avvenimenti amministrattivi u ġudizzjarji relatati mal-ażil, il-migrazzjoni legali u irregolari skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 (7).

3.

L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Jannar 2023, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR. L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessa 40 tal-Proposta.

5.   KONKLUŻJONIJIET

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(1)

li tiġi inkluża fi premessa tal-Proposta referenza għall-konformità mas-salvagwardji relatati mal-ipproċessar għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 89 tal-GDPR u l-Artikolu 13 tal-EUDPR;

(2)

li jiġi ċċarat fil-Proposta li fil-prinċipju d-data anonimizzata jew psewdonimizzata biss se tintuża u tiġi kondiviża għal finijiet statistiċi;

(3)

li titħassar l-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(3) tal-Proposta, li tirreferi għall-użu ta’ kwalunkwe sors xieraq jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi traċċi diġitali relatati mal-persuna;

(4)

sa fejn il-Proposta tfittex li tipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali, li tipprovdi ħarsa ġenerali ċara u komprensiva tal-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu pproċessati kif ukoll tas-sorsi li minnhom jistgħu jinkisbu dawk il-kategoriji ta’ data;

(5)

li jiġi emendat l-Artikolu 10 tal-Proposta u jiġi ċċarat li l-istatistika għal-LSITs għandha tinġabar b’mod esklussiv mir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) stabbilit mill-istrumenti ta’ strumenti rilevanti. F’każ li l-Kummissjoni tkun tixtieq tipprevedi miżuri tranżitorji sakemm is-CRRS ikun kompletament operattiv, għandhom jiġu introdotti miżuri tranżitorji speċifiċi;

(6)

li jiġu speċifikati r-rwoli tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-infrastruttura sigura li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 13(2) tal-Proposta.

Brussell, is-16 ta’ Marzu 2023

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  COM/2023/31 final.

(2)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(3)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(4)  Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

(5)  Regolament (KE) 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14).

(6)  Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).

(7)  COM(2023) 31 final, p. 3.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/12


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2023/C 123/10)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-7 ta’ Diċembru 2022

Il-Każ Nru

89612

Id-Deċiżjoni Nru

224/22/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Qafas Temporanju għall-Kriżijiet - Emenda għall-iskema ta’ għotjiet relatata maż-żieda eċċezzjonalment qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija

Il-bażi ġuridika

Deċiżjoni Parlamentari li tawtorizza l-miżura u l-baġit tagħha, kif stabbilit f’Innst. 34 s (2022–2023), u r-regolament dwar l-amministrazzjoni tagħha li għandu jiġi adottat mill-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Jingħata appoġġ lin-negozji biex jadattaw għal spejjeż ogħla tal-enerġija u biex jiġu stimulati jinvestu fl-iffrankar tal-enerġija u fil-produzzjoni tal-enerġija

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet

Il-baġit

NOK 2.8 biljun

L-intensità

Sa 50 %

Għal kemm żmien

Mill-1 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Is-setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha, ħlief l-industriji tal-estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat u l-industriji li jużaw ħafna enerġija, u l-impriżi li jwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 35.1 u 35.3 tal-SN 2007

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Enova SF

Indirizz tal-posta:

Postboks 5700 Torgarden

7437 Trondheim

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/13


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2023/C 123/11)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-7 ta’ Diċembru 2022

Il-Każ Nru

89590

Id-Deċiżjoni Nru

219/22/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Estensjoni u emendi għall-iskema Norveġiża ta’ innovazzjoni u żvilupp għall-media tal-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti

Il-bażi ġuridika

Regolament emendat dwar l-innovazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp għall-media tal-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kontenut editorjali u l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda għall-produzzjoni, il-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta’ kontenut editorjali, inklużi proġetti bil-għan li jiżdied il-konsum ta’ tali kontenut fil-popolazzjoni inġenerali jew għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni.

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju

Il-baġit

NOK 30 miljun

L-intensità

40 % (75 % għall-aħbarijiet lokali żgħar u l-media tal-ġrajjiet kurrenti)

Għal kemm żmien

Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2028.

Is-setturi ekonomiċi

Livelli ta’ gruppi NACE:

 

J58.1 - Pubblikazzjoni ta’ kotba, perjodiċi u attivitajiet oħra ta’ pubblikazzjoni

 

J58.1.3 - Pubblikazzjoni ta’ gazzetti

 

J60.1 - Xandir bir-radju

 

J60-2 - Programmi tat-televixin u attivitajiet tax-xandir

 

J63.9.9 - Attivitajiet ta’ servizzi oħra marbuta mal-informatika m.k.b.

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

The Norwegian Media Authority, Nygata 4,

NO-1607

FREDRIKSTAD

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/14


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2023/C 123/12)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-7 ta’ Diċembru 2022

Il-Każ Nru

89585

Id-Deċiżjoni Nru

220/22/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Skema ta’ finanzjament lill-media għall-produzzjoni tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti 2023 – 2029

Il-bażi ġuridika

L-Att Nru 153 tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sostenn ekonomiku lill-media u regolament ġdid dwar skema ta’ għotjiet lill-media għall-produzzjoni tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Id-diversità u l-pluralità tal-media

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet

Il-baġit

NOK 400 miljun fis-sena.

Għal kemm żmien

Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2028.

Is-setturi ekonomiċi

Il-livell tal-grupp NACE:

J58.1.3 - Pubblikazzjoni ta’ gazzetti.

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Medietilsynet (l-Awtorità Norveġiża tal-Media)

Nygata 4

NO-1607 Fredrikstad

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11027 – HSBC / AXA / INTU MILTON KEYNES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 123/13)

1.   

Fit-28 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HSBC Bank plc (“‘HSBC’”, ir-Renju Unit);

AXA S.A. (“‘AXA’”, Franza);

intu Milton Keynes Limited (“‘intu MK’”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn intu Shopping Centres plc (f’amministrazzjoni, “ISC”).

AXA u HSBC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ intu MK kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

HSBC, parti mill-grupp HSBC attiv globalment, hija kumpanija tas-servizzi bankarji u finanzjarji;

AXA huwa grupp tal-assigurazzjoni globali, attiv fl-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investiment;

intu MK tippossjedi u timmaniġġja ċ-ċentru kummerċjali Midsummer Place f’Milton Keynes, ir-Renju Unit. Intu MK se tkun attiva biss fir-Renju Unit u mhu se jkollha l-ebda attività fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11027 – HSBC / AXA / INTU MILTON KEYNES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/17


Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika fis-settur tax-xorb spirituż, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1235

(2023/C 123/14)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1235 (1).

“Eau-de-vie de Cognac / Eau-de-vie des Charentes / Cognac”

Nru tal-UE: PGI-FR-02043-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 10.1.2023

1.   Emenda

1.1.   Raġunijiet għaliex l-emendi jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “emenda standard” kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787

L-emendi li qegħdin isiru ma jinvolvux bidla fl-isem, ma jibdlux l-isem ġuridiku jew il-kategorija tax-xorb spirituż, ma joħolqux riskju għall-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra ta’ dik ix-xarba spirituża u ma jinolvux restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

1.2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

1.   Referenza għar-Regolament

Deskrizzjoni

Ir-referenza għar-Regolament 110/2008 inbidlet għar-Regolament 2019/787.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Ir-regoli nbidlu

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

2.   Żona ġeografika

Deskrizzjoni

Iż-żona ġeografika ġiet riveduta biex tiġi deskritta f’termini ta’ muniċipalitajiet aktar milli ta’ cantons (li jistgħu jinbidlu maż-żmien). Dan l-aġġornament huwa purament editorjali u ma wassal għall-ebda bidla fiż-żona tal-produzzjoni.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Din l-emenda saret minħabba li maż-żmien id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika f’termini ta’ muniċipalitajiet issir aktar stabbli.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

3.   Miżuri agroambjentali

Deskrizzjoni

Żdiedu xi miżuri agroambjentali:

Il-kontroll totali bil-kimika tal-ħaxix ħażin fl-irqajja’ huwa pprojbit.

Bejn il-flanni kollha, il-veġetazzjoni naturali u/jew imħawla tiġi mmaniġġata b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi.

Il-kontroll bil-kimika tal-ħaxix ħażin fil-biċċiet tal-art mhux imħawla fit-truf huwa pprojbit.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Ix-xewqa li jiġi limitat l-użu tal-erbiċidi kimiċi sabiex tittejjeb id-diversità bijoloġika fir-roqgħa art wasslet lill-ODG biex jintroduċi dawn il-miżuri agroambjentali li jikkorrispondu għall-aspettattivi tas-soċjetà ta’ rispett aħjar għall-ambjent.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

4.   Miżuri tranżitorji

Deskrizzjoni

Tħassru l-miżuri tranżitorji li skadew.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Bidla editorjali

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

5.   Referenza regolatorja nazzjonali

Deskrizzjoni

It-testi obsoleti li ġejjin tħassru:

Il-liġi tal-20 ta’ Frar 1928 li tirregola l-kelma “fine” fil-kummerċ tal-ispirti;

Il-liġi tal-4 ta’ Lulju 1934 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini “Cognac” u “Armagnac”;

Żdiedet referenza għad-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tikkettar ta’ xorb spirituż, il-kompożizzjoni tiegħu u l-kundizzjoni ta’ produzzjoni tiegħu.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Aġġornament regolatorju

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

6.   Tqaddim

Deskrizzjoni

Żdiedet kategorija ta’ tqaddim: “XXO” u “Extra Extra Old” li jikkorrispondu għal spirti mqaddma għal mill-inqas 14-il sena.

Din iż-żieda biddlet ir-regoli tat-tikkettar.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Iż-żieda tal-kategorija XXO għall-ispirti ta’ aktar minn 14-il sena tikkorrispondi għal segmentazzjoni naturali fis-suq tal-Cognac minħabba li l-istandard għoli kulma jmur dejjem jitjieb.

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

7.   Riżerva klimatika

Deskrizzjoni

L-ispeċifikazzjoni ġiet emendata biex tiddefinixxi l-kunċett ta’ riżerva klimatika individwali, il-ġestjoni tagħha u l-metodi ta’ monitoraġġ tagħha.

Din l-emenda twassal ukoll għal emenda tar-rekwiżiti ta’ rapportar.

Din ir-riżerva tidderoga mill-prinċipju li l-alkoħol jiġi mqaddem għal mhux aktar minn xahar wieħed wara li jintemm l-istaġun tad-distillazzjoni.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Ir-riżerva klimatika individwali hija riżerva ta’ tip interprofessjonali li tagħmilha possibbli li jinbena stokk ta’ alkoħol li jkun jista’ jintuża f’każ ta’ perikli klimatiċi li żdiedu f’dawn l-aħħar snin.

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

8.   Qawwa alkoħolika skont il-volum

Deskrizzjoni

Il-qawwa alkoħolika massima skont il-volum tal-ispirti wara d-distillazzjoni ġiet aġġustata minn 72,4 % għal 73,7 %.

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Din l-emenda qed issir f’kuntest ta’ temperaturi li qed jogħlew minħabba t-tibdil fil-klima, li jwassal għal żieda fil-qawwa alkoħolika skont il-volum tal-inbejjed

L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku

9.   Punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati

Deskrizzjoni

Il-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati ġew armonizzati wara l-bidliet dwar ir-riżerva klimatika

Sommarju tar-raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-emenda

Bidla editorjali

L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku

2.   Dokument Uniku

2.1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

“Eau-de-vie de Cognac / Eau-de-vie des Charentes / Cognac”

2.2.   Kategorija/kategoriji tax-xarba spirituża

4.

Spirtu tal-inbid

2.3.   Pajjiż applikant

Franza

2.4.   Lingwa tal-applikazzjoni:

Il-Franċiż

2.5.   Deskrizzjoni tax-xorb spirituż

Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kif ukoll karatteristiċi speċifiċi tal-prodott meta mqabbel ma’ xorb spirituż tal-istess kategorija

1   Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

Meta jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur, l-ispirti għandu jkollhom qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta’ 40 %, kontenut minimu ta’ sustanzi volatili ta’ 200 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur u kontenut massimu ta’ metanol ta’ inqas minn 100 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur.

Il-kulur tagħhom jikkorrispondi għal assorbiment minimu f’420 nm ta’ 0,1 għal raġġ ottiku ta’ 10 mm.

2.   Żewġ karatteristiċi organolettiċi:

L-ispirti tal-Cognac għandhom bilanċ u karatteristiċi aromatiċi li huma speċifikament tagħhom. Il-profil sensorjali tagħhom, ikkaratterizzat minn kumplessità u finezza jevolvi huma u jitqaddmu.

L-ispirti l-inqas imqaddma għandhom noti ta’ fjuri u ta’ frott, bħall-fjura tad-dielja jew tal-akaċja, l-għeneb, il-lanġas jew ċertu frott eżotiku. F’kuntatt mal-injam tal-ballut, jiksbu noti karatteristiċi, fosthom il-vanilla, il-ġewż tal-Indi jew aromi tal-inkaljar.

It-tqaddim tagħhom ifisser ukoll li l-profil aromatiku tagħhom huwa arrikkit u dejjem aktar kumpless, inklużi b’mod partikolari noti ta’ konfettura, ħwawar, injam, tabakk jew frott imnixxef. Dawn in-noti kollha jikkostitwixxu profil aromatiku kumpless u speċifiku, deskritt fil-letteratura bħala “rancio Charentais” (Flanzy, 1998).

Dan l-iżvilupp aromatiku takkumpanjah evoluzzjoni fit-togħma. Dan jirriżulta fi tħaffif tal-perċezzjonijiet fil-palat, l-iżvilupp ta’ rotondità u volum karatteristiċi, kif ukoll żieda sinifikanti fil-persistenza aromatika.

Jeżistu xi differenzi sottili bejn il-crus differenti u dawn servew bħala l-bażi għad-demarkazzjoni stabbilita minn COQUAND fi tmiem is-seklu 19.

Il-Grand Champagne jagħti lok għal spirti fini ħafna, b’ħafna distintività u persistenza, b’aroma predominanti ta’ fjuri. Jimmatura bil-mod, u l-ispirti tiegħu jirrikjedu tqaddim fit-tul fi btieti tal-ballut sabiex jilħqu maturità sħiħa.

L-ispirti tal-Petite Champagne għandhom sostanzjalment l-istess karatteristiċi bħal dawk tal-Grande Champagne, filwaqt li fl-istess ħin jiksbu l-aħjar kwalità tagħhom wara maturazzjoni iqsar mill-ispirti tal-Grande Champagne.

Il-“Cognac” ippreżentat taħt l-isem ġeografiku addizzjonali “Fine Champagne” għandu karatteristiċi organolettiċi li jirriżultaw mit-taħlit tal-ispirti tal-Grande Champagne (mill-inqas nofs) u tal-Petite Champagne.

Il-vinji ta’ Borderies jipproduċu spirti rotondi, ifuħu u ħelwin, ikkaratterizzati minn fwieħa tal-fjura tal-vjola. Huma għandhom ir-reputazzjoni li jiksbu l-aħjar kwalità tagħhom wara perjodu ta’ maturazzjoni iqsar mill-ispirti ta’ “Champagne”.

Il-Fins Bois, li jirrappreżentaw l-akbar vinja, jipproduċu spirti rotondi u flessibbli li jiqdiemu relattivament malajr u li l-fwieħa tal-frott tagħhom tfakkar fl-għeneb magħsur.

Il-Bois (Bons Bois, Bois Ordinaires jew Bois à terroirs) jipproduċu spirti b’aromi ta’ frott li jiqdiemu malajr.

Il-kulur tal-ispirti jevolvi wkoll huma u jitqaddmu. Minn isfar ċar, dan gradwalment jintensifika biex jilħaq isfar dehbi, imbagħad isfar ambra u kawba għall-eqdem spirti.

Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kif ukoll karatteristiċi speċifiċi tal-prodott meta mqabbel ma’ xorb spirituż tal-istess kategorija

L-“Esprit de Cognac” għandu qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ bejn 80 % u 85 %.

2.6.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-istadji kollha tal-produzzjoni li jikkwalifikaw għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cognac”, “Eau-de-vie de Cognac” jew “Eau-de-vie des Charentes” isiru fiż-żona ġeografika inizjalment demarkata fid-Digriet emendat tal-1 ta’ Mejju 1909, li l-konfini tiegħu jkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali fl-1 ta’ Jannar 2020.

Id-département ta’ Charente, il-muniċipalitajiet ta’:

 

Agris, Aigre, Ambérac, Ambleville, Anais, Angeac-Champagne, Angeac-Charente, Angeduc, Angoulême, Ars, Asnières-sur-Nouère, Aubeterre-sur-Dronne, Aunac-sur-Charente, Aussac-Vadalle, Baignes-Sainte-Radegonde, Balzac, Barbezières, Barbezieux-Saint-Hilaire, Bardenac, Barret, Bassac, Bazac, Bécheresse, Bellevigne, Bellon, Berneuil, Bessac, Bessé, Birac, Blanzaguet-Saint-Cybard, Boisbreteau, Boisné-La Tude, Bonnes, Bonneuil, Bors (Canton de Tude-et-Lavalette), Bors (Canton de Charente-Sud), Bouëx, Bourg-Charente, Bouteville, Boutiers-Saint-Trojan, Brettes, Bréville, Brie, Brie-sous-Barbezieux, Brie-sous-Chalais, Brossac, Bunzac, Cellettes, Chadurie, Chalais, Challignac, Champagne-Vigny, Champmillon, Champniers, Chantillac, La Chapelle, Charmé, Charras, Chassors, Châteaubernard, Châteauneuf-sur-Charente, Châtignac, Chazelles, Chenon, Cherves-Richemont, Chillac, Claix, Cognac, Combiers, Condéon, Coteaux-du-Blanzacais, Coulgens, Coulonges, Courbillac, Courcôme, Courgeac, Courlac, La Couronne, Criteuil-la-Magdeleine, Curac, Deviat, Dignac, Dirac, Douzat, Ébréon, Échallat, Édon, Les Essards, Étriac, Feuillade, Fléac, Fleurac, Fontclaireau, Fontenille, Fouquebrune, Fouqueure, Foussignac, Garat, Gardes-le-Pontaroux, Genac-Bignac, Gensac-la-Pallue, Genté, Gimeux, Gond-Pontouvre, Les Gours, Grassac, Graves-Saint-Amant, Guimps, Guizengeard, Gurat, Hiersac, Houlette, L’Isle-d’Espagnac, Jarnac, Jauldes, Javrezac, Juignac, Juillac-le-Coq, Juillé, Julienne, Lachaise, Ladiville, Lagarde-sur-le-Né, Laprade, Lichères, Ligné, Lignières-Sonneville, Linars, Longré, Lonnes, Louzac-Saint-André, Lupsault, Luxé, Magnac-Lavalette-Villars, Magnac-sur-Touvre, Maine-de-Boixe, Mainxe-Gondeville, Mainzac, Mansle, Marcillac-Lanville, Mareuil, Marsac, Marthon, Médillac, Mérignac, Merpins, Mesnac, Les Métairies, Mons, Montboyer, Montignac-Charente, Montignac-le-Coq, Montmérac, Montmoreau, Mornac, Mosnac, Moulidars, Mouthiers-sur-Boëme, Mouton, Moutonneau, Nabinaud, Nanclars, Nercillac, Nersac, Nonac, Oradour, Oriolles, Orival, Palluaud, Passirac, Pérignac, Pillac, Plassac-Rouffiac, Poullignac, Poursac, Pranzac, Puymoyen, Puyréaux, Raix, Ranville-Breuillaud, Reignac, Réparsac, Rioux-Martin, Rivières, La Rochefoucauld-en-Angoumois, La Rochette, Ronsenac, Rouffiac, Rougnac, Rouillac, Roullet-Saint-Estèphe, Ruelle-sur-Touvre, Saint-Amant-de-Boixe, Saint-Amant-de-Nouère, Saint-Aulais-la-Chapelle, Saint-Avit, Saint-Bonnet, Saint-Brice, Saint-Ciers-sur-Bonnieure, Saint-Cybardeaux, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-le-Né, Saint-Fraigne, Saint-Front, Saint-Genis-d’Hiersac, Saint-Germain-de-Montbron, Saint-Groux, Saint-Laurent-de-Cognac, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Martial, Saint-Médard, Saint-Même-les-Carrières, Saint-Michel, Saint-Palais-du-Né, Saint-Preuil, Saint-Quentin-de-Chalais, Saint-Romain, Saint-Saturnin, Sainte-Sévère, Saint-Séverin, Saint-Simeux, Saint-Simon, Sainte-Souline, Saint-Sulpice-de-Cognac, Saint-Vallier, Saint-Yrieix-sur-Charente, Salles-d’Angles, Salles-de-Barbezieux, Salles-de-Villefagnan, Salles-Lavalette, Sauvignac, Segonzac, Sers, Sigogne, Sireuil, Souffrignac, Souvigné, Soyaux, Le Tâtre, Torsac, Tourriers, Touvérac, Touvre, Triac-Lautrait, Trois-Palis, Tusson, Val-d’Auge, Val-de-Bonnieure, Val des Vignes, Valence, Vars, Vaux-Lavalette, Vaux-Rouillac, Verdille, Verrières, Verteuil-sur-Charente, Vervant, Vibrac, Vignolles, Moulins-sur-Tardoire, Villebois-Lavalette, Villefagnan, Villejoubert, Villognon, Vindelle, Vœuil-et-Giget, Vouharte, Voulgézac, Vouzan, Xambes, Yviers.

Id-département ta’ Charente-Maritime, il-muniċipalitajiet ta’:

 

Agudelle, Aigrefeuille-d’Aunis, Ile d’Aix, Allas-Bocage, Allas-Champagne, Anais, Angliers, Angoulins, Annepont, Annezay, Antezant-la-Chapelle, Arces, Archiac, Archingeay, Ardillières, Ars-en-Ré, Arthenac, Arvert, Asnières-la-Giraud, Aujac, Aulnay, Aumagne, Authon-Ébéon, Avy, Aytré, Bagnizeau, Balanzac, Ballans, Ballon, La Barde, Barzan, Bazauges, Beaugeay, Beauvais-sur-Matha, Bedenac, Belluire, Benon, Bercloux, Bernay-Saint-Martin, Berneuil, Beurlay, Bignay, Biron, Blanzac-lès-Matha, Blanzay-sur-Boutonne, Bois, Le Bois-Plage-en-Ré, Boisredon, Bords, Boresse-et-Martron, Boscamnant, Bougneau, Bouhet, Bourcefranc-le-Chapus, Bourgneuf, Boutenac-Touvent, Bran, La Brée-les-Bains, Bresdon, Breuil-la-Réorte, Breuillet, Breuil-Magné, Brie-sous-Archiac, Brie-sous-Matha, Brie-sous-Mortagne, Brives-sur-Charente, Brizambourg, La Brousse, Burie, Bussac-sur-Charente, Bussac-Forêt, Cabariot, Celles, Cercoux, Chadenac, Chaillevette, Chambon, Chamouillac, Champagnac, Champagne, Champagnolles, Champdolent, Chaniers, Chantemerle-sur-la-Soie, La Chapelle-des-Pots, Chartuzac, Le Château-d’Oléron, Châtelaillon-Plage, Chatenet, Chaunac, Le Chay, Chenac-Saint-Seurin-d’Uzet, Chepniers, Chérac, Cherbonnières, Chermignac, Chevanceaux, Chives, Cierzac, Ciré-d’Aunis, Clam, Clavette, Clérac, Clion, La Clisse, La Clotte, Coivert, Colombiers, Consac, Contré, Corignac, Corme-Écluse, Corme-Royal, La Couarde-sur-Mer, Coulonges, Courant, Courcelles, Courcerac, Courçon, Courcoury, Courpignac, Coux, Cozes, Cramchaban, Cravans, Crazannes, Cressé, Croix-Chapeau, La Croix-Comtesse, Dampierre-sur-Boutonne, La Devise, Dœuil-sur-le-Mignon, Dolus-d’Oléron, Dompierre-sur-Charente, Dompierre-sur-Mer, Le Douhet, Échebrune, Échillais, Écoyeux, Écurat, Les Éduts, Les Églises-d’Argenteuil, L’Éguille, Épargnes, Esnandes, Les Essards, Étaules, Expiremont, Fenioux, Ferrières, Fléac-sur-Seugne, Floirac, La Flotte, Fontaine-Chalendray, Fontaines-d’Ozillac, Fontcouverte, Fontenet, Forges, Le Fouilloux, Fouras, Geay, Gémozac, La Genétouze, Genouillé, Germignac, Gibourne, Le Gicq, Givrezac, Les Gonds, Gourvillette, Le Grand-Village-Plage, Grandjean, La Grève-sur-Mignon, Grézac, La Gripperie-Saint-Symphorien, Le Gua, Le Gué-d’Alleré, Guitinières, Haimps, L’Houmeau, La Jard, Jarnac-Champagne, La Jarne, La Jarrie, La Jarrie-Audouin, Jazennes, Jonzac, Juicq, Jussas, Lagord, La Laigne, Landes, Landrais, Léoville, Loire-les-Marais, Loiré-sur-Nie, Loix, Longèves, Lonzac, Lorignac, Loulay, Louzignac, Lozay, Luchat, Lussac, Lussant, Macqueville, Marennes-Hiers-Brouage, Marignac, Marsais, Marsilly, Massac, Matha, Les Mathes, Mazeray, Mazerolles, Médis, Mérignac, Meschers-sur-Gironde, Messac, Meursac, Meux, Migré, Migron, Mirambeau, Moëze, Mons, Montendre, Montguyon, Montils, Montlieu-la-Garde, Montpellier-de-Médillan, Montroy, Moragne, Mornac-sur-Seudre, Mortagne-sur-Gironde, Mortiers, Mosnac, Le Mung, Muron, Nachamps, Nancras, Nantillé, Néré, Neuillac, Neulles, Neuvicq, Neuvicq-le-Château, Nieul-lès-Saintes, Nieul-le-Virouil, Nieul-sur-Mer, Nieulle-sur-Seudre, Les Nouillers, Nuaillé-d’Aunis, Nuaillé-sur-Boutonne, Orignolles, Ozillac, Paillé, Pérignac, Périgny, Pessines, Le Pin, Essouvert, Pisany, Plassac, Plassay, Polignac, Pommiers-Moulons, Pons, Pont-l’Abbé-d’Arnoult, Port-d’Envaux, Port-des-Barques, Les Portes-en-Ré, Pouillac, Poursay-Garnaud, Préguillac, Prignac, Puilboreau, Puy-du-Lac, Puyravault, Puyrolland, Réaux sur Trèfle, Rétaud, Rivedoux-Plage, Rioux, Rochefort, La Rochelle, Romazières, Romegoux, Rouffiac, Rouffignac, Royan, Sablonceaux, Saint-Agnant, Saint-Aigulin, Saint-André-de-Lidon, Saint-Augustin, Saint-Bonnet-sur-Gironde, Saint-Bris-des-Bois, Saint-Césaire, Saint-Christophe, Saint-Ciers-Champagne, Saint-Ciers-du-Taillon, Saint-Clément-des-Baleines, Sainte-Colombe, Saint-Coutant-le-Grand, Saint-Crépin, Saint-Cyr-du-Doret, Saint-Denis-d’Oléron, Saint-Dizant-du-Bois, Saint-Dizant-du-Gua, Saint-Eugène, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-Gironde, Saint-Froult, Sainte-Gemme, Saint-Genis-de-Saintonge, Saint-Georges-Antignac, Saint-Georges-de-Didonne, Saint-Georges-de-Longuepierre, Saint-Georges-des-Agoûts, Saint-Georges-des-Coteaux, Saint-Georges-d’Oléron, Saint-Georges-du-Bois, Saint-Germain-de-Lusignan, Saint-Germain-de-Vibrac, Saint-Germain-du-Seudre, Saint-Grégoire-d’Ardennes, Saint-Hilaire-de-Villefranche, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-d’Angély, Saint-Jean-d’Angle, Saint-Jean-de-Liversay, Saint-Julien-de-l’Escap, Saint-Just-Luzac, Saint-Laurent-de-la-Prée, Saint-Léger, Sainte-Lheurine, Saint-Loup, Saint-Maigrin, Saint-Mandé-sur-Brédoire, Saint-Mard, Sainte-Marie-de-Ré, Saint-Martial, Saint-Martial-de-Mirambeau, Saint-Martial-de-Vitaterne, Saint-Martial-sur-Né, Saint-Martin-d’Ary, Saint-Martin-de-Coux, Saint-Martin-de-Juillers, Saint-Martin-de-Ré, Saint-Médard, Saint-Médard-d’Aunis, Sainte-Même, Saint-Nazaire-sur-Charente, Saint-Ouen-d’Aunis, Saint-Ouen-la-Thène, Saint-Palais-de-Négrignac, Saint-Palais-de-Phiolin, Saint-Palais-sur-Mer, Saint-Pardoult, Saint-Pierre-La-Noue, Saint-Pierre-d’Amilly, Saint-Pierre-de-Juillers, Saint-Pierre-de-l’Isle, Saint-Pierre-d’Oléron, Saint-Pierre-du-Palais, Saint-Porchaire, Saint-Quantin-de-Rançanne, Sainte-Radegonde, Sainte-Ramée, Saint-Rogatien, Saint-Romain-de-Benet, Saint-Saturnin-du-Bois, Saint-Sauvant, Saint-Sauveur-d’Aunis, Saint-Savinien, Saint-Seurin-de-Palenne, Saint-Sever-de-Saintonge, Saint-Séverin-sur-Boutonne, Saint-Sigismond-de-Clermont, Saint-Simon-de-Bordes, Saint-Simon-de-Pellouaille, Saint-Sorlin-de-Conac, Saint-Sornin, Sainte-Soulle, Saint-Sulpice-d’Arnoult, Saint-Sulpice-de-Royan, Saint-Thomas-de-Conac, Saint-Trojan-les-Bains, Saint-Vaize, Saint-Vivien, Saint-Xandre, Saintes, Saleignes, Salignac-de-Mirambeau, Salignac-sur-Charente, Salles-sur-Mer, Saujon, Seigné, Semillac, Semoussac, Semussac, Le Seure, Siecq, Sonnac, Soubise, Soubran, Soulignonne, Souméras, Sousmoulins, Surgères, Taillant, Taillebourg, Talmont-sur-Gironde, Tanzac, Ternant, Tesson, Thaims, Thairé, Thénac, Thézac, Thors, Le Thou, Tonnay-Boutonne, Tonnay-Charente, Torxé, Les Touches-de-Périgny, La Tremblade, Trizay, Tugéras-Saint-Maurice, La Vallée, Vanzac, Varaize, Varzay, Vaux-sur-Mer, Vénérand, Vergeroux, Vergné, La Vergne, Vérines, Vervant, Vibrac, Villars-en-Pons, Villars-les-Bois, La Villedieu, Villedoux, Villemorin, Villeneuve-la-Comtesse, Villexavier, Villiers-Couture, Vinax, Virollet, Virson, Voissay, Vouhé, Yves.

Id-département ta’ Dordogne, il-muniċipalitajiet ta’:

 

Parcoul-Chenaud, La Roche-Chalais, Saint Aulaye-Puymangou.

Id-département ta’ Deux-Sèvres, il-muniċipalitajiet ta’:

 

Beauvoir-sur-Niort, Le Bourdet, La Foye-Monjault, Granzay-Gript, Mauzé-sur-le-Mignon, Plaine-d’Argenson, Prin-Deyrançon, La Rochénard, Val-du-Mignon, Le Vert.

Id-dokumenti kartografiċi li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-Internet tal-Institut national de l’origine et de la qualité (l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità).

2.7.   Żona tal-NUTS

1.

FR531 — Charente

2.

FR532 — Charente-Maritime

3.

FR53 — Poitou-Charentes

4.

FR533 — Deux-Sèvres

5.

FR6 — LBIĊ

6.

FR5 — PUNENT

7.

FR611 — Dordogne

8.

FR — FRANZA

2.8.   Il-metodu ta’ produzzjoni tax-xarba spirituża

L-inbejjed maħsuba għall-produzzjoni tal-ispirti jinkisbu mill-varjetà ta’ dwieli li ġejjin:

colombard B, folle blanche B, montils B, sémillon B, ugni blanc B;

folignan B, li jirrappreżenta massimu ta’ 10 % tal-vinji.

(a)   - Densità ta’ tħawwil

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 2 200 pjanta għal kull ettaru.

(b)   - Wisa’

Il-wisa' massima bejn il-flanni hija ta’ 3,50 m.

(c)   - Tip ta’ żbir

Iż-żbir huwa obbligatorju kull sena. Il-modi kollha ta’ żbir huma awtorizzati.

(d)   - Għadd ta’ għejun għal kull ettaru

L-għadd ta’ għejun huwa limitat għal 80 000 għajn għal kull ettaru.

(e)   - Dħul fil-produzzjoni ta’ dwieli żgħar

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cognac” tista’ tingħata biss għal spirti ta’ nbejjed magħmula minn dwieli żgħar mit-tieni sena wara dik li fiha jkun sar it-tħawwil qabel il-31 ta’ Lulju.

(f)   - Pjanti mejta jew nieqsa

Għad-dwieli li d-densità tat-tħawwil inizjali tagħhom jew id-densità tagħhom wara l-ipproċessar tar-roqgħa art tkun inqas minn jew ugwali għal 2 500 pjanta għal kull ettaru, il-perċentwal ta’ pjanti mejta jew nieqsa msemmi fl-Artikolu D.645-4 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għandu jiġi stabbilit għal 20 %.

Għad-dwieli li d-densità tat-tħawwil inizjali tagħhom jew id-densità tagħhom wara l-ipproċessar tar-roqgħa art tkun iżjed minn 2 500 pjanta u inqas minn jew ugwali għal 2 900 pjanta għal kull ettaru, il-perċentwal ta’ pjanti mejta jew nieqsa msemmi fl-Artikolu D.645-4 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għandu jiġi stabbilit għal 25 %.

Għad-dwieli li d-densità tat-tħawwil inizjali tagħhom jew id-densità tagħhom wara l-ipproċessar tar-roqgħa art tkun iżjed minn 2 900 pjanta għal kull ettaru, il-perċentwal ta’ pjanti mejta jew nieqsa previst fl-Artikolu D.645-4 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għandu jiġi stabbilit għal 35 %.

(g)   - Miżuri agroambjentali

Il-kontroll totali bil-kimika tal-ħaxix ħażin fl-irqajja’ huwa pprojbit.

Bejn il-flanni kollha, il-veġetazzjoni naturali u/jew imħawla tiġi mmaniġġata b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi.

Ir-rendiment annwali massimu awtorizzat għandu jikkorrispondi għall-kwantità massima ta’ għeneb jew il-volum ekwivalenti ta’ nbid jew most miġbur għal kull ettaru, espress f’ettolitri ta’ nbid għal kull ettaru b’qawwa alkoħolika ta’ referenza ta’ 10 %. Dan għandu jiġi stabbilit fil-limitu ta’ rendiment massimu ta’ 160 ettolitru ta’ nbid għal kull ettaru f’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ referenza ta’ 10 %.

L-użu ta’ pompi ċentrifugi bil-paletti huwa pprojbit għat-trasferiment tal-ħsad.

L-użu ta’ pressa tal-vit ta’ Archimedes, magħrufa bħala pressa kontinwa, huwa pprojbit.

Il-metodi kollha ta’ arrikkiment huma pprojbiti.

L-użu tad-diossidu tal-kubrit huwa pprojbit fil-vinifikazzjoni matul il-perjodi ta’ fermentazzjoni.

Fil-mument tad-distillazzjoni tagħhom, l-inbejjed għandu jkollhom qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta’ 7 % u qawwa alkoħolika massima skont il-volum ta’ 12 %. Il-kontenut tal-aċidità volatili tagħhom huwa inqas minn jew ugwali għal 12,25 milliekwivalenti għal kull litru.

(a)   - Perjodu ta’ distillazzjoni

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cognac” tapplika biss għall-ispirti miksuba mid-distillazzjoni tal-inbejjed tas-sena tal-inbid attwali.

Id-distillazzjoni għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad.

(b)   - Prinċipju ta’ distillazzjoni

Id-distillazzjoni għandha titwettaq skont il-prinċipju ta’ distillazzjoni sempliċi mhux kontinwa, magħrufa bħala distillazzjoni f’żewġ stadji (“à la repasse”) jew doppja. Dan il-metodu jikkonsisti f’żewġ stadji sussegwenti magħrufa bħala “tisħin” (“chauffes”):

l-ewwel “tisħin” jirreferi għad-distillazzjoni tal-inbid u jagħmilha possibbli li jinkiseb l-ispirtu mill-ewwel parti tad-distillazzjoni (“brouillis”);

it-tieni “tisħin” jew “repasse” jew “bonne chauffe” tfisser id-distillazzjoni tal-brouillis u tagħmilha possibbli li jinkiseb l-ispirtu tal-Cognac, wara li jitneħħew il-prodotti fil-bidu u fit-tmiem tad-distillazzjoni (magħrufa wkoll bħala “flegmes”);

matul l-ewwel jew it-tieni chauffe, il-frazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem tad-distillazzjonijiet preċedenti mhux magħżula bħala spirti tal-Cognac jistgħu jiżdiedu mal-inbid jew mal-brouillis.

(c)   - Deskrizzjoni tat-tagħmir tad-distillazzjoni

Il-lampik imsejjaħ “Charentais” jikkonsisti f’bojler imsaħħan bi fjamma mikxufa, kapitell, għonq mgħawweġ, b’ħiter tal-inbid jew mingħajru, u serpentina b’apparat refriġeranti.

Il-bojler, il-kapitell, l-għonq mgħawweġ, is-serpentina u l-frejm miftuħ tal-miter tal-alkoħol iridu jkunu tar-ram.

Il-kapaċità totali tal-bojler ma tridx taqbeż it-30 ettolitru (b’tolleranza ta’ 5 %) u l-volum tat-tagħbija għandu jkun limitat għal 25 ettolitru (b’tolleranza ta’ 5 %) għal kull tisħin.

Madankollu, jistgħu jintużaw bojlers b’kapaċità akbar mill-massimu stabbilit fis-subparagrafu preċedenti, sakemm dawn ikunu riżervati esklussivament għall-ewwel operazzjoni ta’ tisħin biex jinkiseb il-brouillis u li, barra minn hekk, jissodisfaw il-kundizzjoni li l-kapaċità totali tal-bojler ma taqbiżx il-140 ettolitru (b’tolleranza ta’ 5 %) u l-volum tal-inbid użat ikun limitat għal 120 ettolitru (b’tolleranza ta’ 5 %) għal kull tisħin.

(d)   - Qawwa alkoħolika tal-ispirti

Wara distillazzjoni doppja, il-qawwa alkoħolika skont il-volum tal-ispirti ma għandhiex tkun iżjed minn 73,7 % f’temperatura ta’ 20 °C, fil-kontenitur ta’ kuljum tal-ispirti.

(e)   - L-iżvilupp tal-“Esprit de Cognac”

Dan il-prodott jiġi prodott wara distillazzjoni addizzjonali tat-tieni tisħin f’lampik kif deskritt hawn fuq. Il-qawwa alkoħolika tiegħu skont il-volum għandha tkun bejn 80 % u 85 %.

(f)   - Il-proċess tad-distillazzjoni waqt bidliet fil-crus

“Crus” tfisser l-ismijiet ġeografiċi supplimentari li ż-żona ġeografika tagħhom hija ddefinita fil-parti relatata mal-indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali.

Meta d-distillazzjoni tinvolvi nbejjed magħmula minn crus differenti, il-frazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem tad-distillazzjoni ta’ “bonne chauffe” jistgħu jiġu inkorporati fil-brouillis jew fl-inbejjed li jikkorrispondu għal cru ieħor għajr il-kundizzjonijiet li ġejjin:

qabel il-bidla, l-aħħar “bonne chauffe” tal-cru matul id-distillazzjoni għandu jsir bl-użu ta’ massimu ta’ 33 % tal-kapaċità tat-tagħbija tad-distillerija meta jkun fih mill-inqas tliet lampiki;

l-inkorporazzjoni tal-frazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem tad-distillazzjoni ta’ “bonne chauffe” hija limitata għal volum massimu ta’ 8 % tat-tagħbija tal-lampik użata.

L-assemblaġġ ta’ spirti ta’ etajiet u profili differenti huwa prattika inerenti fil-produzzjoni tal-“Cognac”. Dan jagħmilha possibbli li dejjem jinkiseb prodott bil-karatteristiċi organolettiċi preċiżi u armonjużi mfittxija.

Il-metodi li ġejjin biss huma awtorizzati:

adattament tal-kulur bil-karamella E150a (karamella naturali);

it-taħlil permezz tal-prodotti definiti fil-punt 3(a) tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 sabiex tinkiseb it-togħma finali;

iż-żieda ta’ infużjoni ta’ laqx tal-ballut fl-ilma sħun.

L-effett tagħhom fuq l-oskurazzjoni tal-ispirtu jkun inqas minn 4 % vol jew daqsu. L-oskurazzjoni, espressa f’% vol, tinkiseb bid-differenza bejn il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum u l-qawwa alkoħolika grossa skont il-volum.

Iż-żieda tal-infużjoni tal-laqx tal-injam hija metodu tradizzjonali: l-ispeċi tal-injam użata għandha tikkonforma ma’ dik tad-djar u elenkata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u, fejn xieraq, l-infużjoni għandha tiġi stabbilizzata biż-żieda ta’ spirtu li jikkorrispondi għall-ispirtu destinatarju.

L-ispirti tal-Cognac jitqaddmu mingħajr interruzzjoni esklussivament f’kontenituri tal-injam tal-ballut.

Sabiex jitwasslu għall-konsum dirett mill-bniedem, l-ispirti jridu jiġu mmaturati għal mill-inqas sentejn. Dawn l-ewwel sentejn ta’ tqaddim iseħħu fiż-żona.

2.9.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

2.9.1.   Regoli ġenerali

L-isem “Cognac” jista’ jintuża mingħajr il-kliem “appellation contrôlée” peress li mhuwiex assoċjat ma’ xi isem ġeografiku addizzjonali.

2.9.2.   Termini ta’ tqaddim

L-età minima tal-ispirti tal-Cognac ikkonsenjati għandha tikkorrispondi għal:

għan-numru 2 għat-termini: “3 Etoiles”, “Sélection”, “VS”, “De Luxe” u “Very Special”, u “Millésime”;

għan-numru 3 għat-termini: “supérieur”, “Cuvée Supérieure”, “Qualité Supérieure”;

għan-numru 4 għat-termini: “V.S.O.P.”, “Réserve”, “Vieux”, “Rare” u “Royal”;

għan-numru 5 għat-termini: “Vieille Réserve”, “Réserve Rare” u “Réserve Royale”;

għan-numru 6 għat-termini: “Napoléon”, “Très Vieille Réserve”, “Très Vieux”, “Héritage”, “Très Rare”, “Excellence” u “Suprême” ;

għan-numru 10 għat-termini: “XO”, “Hors d’âge”, “Extra”, “Ancestral”, “Ancêtre”, “Or”, “Gold”, u “Impérial”“Extra Old”, “XXO”, “Extra Extra Old”.

It-termini “XXO” u “Extra Extra Old” huma termini speċifiċi għal spirti ta’ 14-il sena jew aktar.

Bl-eċċezzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ tqaddim komposti elenkati hawn fuq li huma marbuta ma’ età partikolari, l-użu fuq l-istess tikketta ta’ diversi speċifikazzjonijiet ta’ tqaddim li jappartjenu għall-istess età ma jbiddilx l-età tal-ġbir.

Meta fuq l-istess tikketta jintużaw diversi speċifikazzjonijiet ta’ tqaddim li jappartjenu għal etajiet differenti, għandha titniżżel b’mod obbligatorju l-età tal-eqdem annata użata.

It-tikkettar tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ tqaddim u l-mod kif isir ma għandhomx ikunu tali li joħolqu konfużjoni min-naħa tax-xerrej jew tal-konsumatur dwar l-età u l-kwalitajiet essenzjali tal-“Cognac”.

2.10.   Deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini ġeografika tagħha, inklużi, fejn xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta

L-“eaux-de-vie de Cognac” għandhom bilanċ u karatteristiċi aromatiċi li huma speċifikament tagħhom, li jikkorrispondu għall-konformità mal-elementi kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini ġeografika tagħhom, il-varjetajiet tad-dwieli, it-tħarriġ tal-vinji, it-tekniki użati biex isiru l-inbejjed, id-distillazzjoni tagħhom u t-tqaddim tal-ispirti.

1)   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali u umani tar-rabta maż-żona

(a)   - Il-klima

Ir-reġjun demarkat ta’ “Cognac”, li jkopri kważi t-totalità ta’ Charente-Maritime, parti kbira minn Charente u xi muniċipalitajiet ta’ Dordogne u Deux-Sèvres, jinsab fit-Tramuntana tal-baċir ta’ Aquitaine, li jmiss mal-Oċean Atlantiku. Jispiċċa lejn il-Punent, bit-truf ta’ Gironde u l-gżejjer (Ré u Oléron) u, lejn il-Lvant, lejn Angoulême, lejn l-ewwel għoljiet tal-Massif Central. Ix-xmara Charente taqsam ir-reġjun, u fiha jidħlu xmajjar żgħar: in-Né, l-Antenne, is-Seugne, eċċ.

Il-klima oċeanika moderata hija pjuttost omoġenja, bl-eċċezzjoni tar-reġjuni kostali, li huma aktar xemxin u għandhom firxa ta’ temperaturi aktar baxxi. Minħabba l-prossimità tal-oċean, għalkemm aktar abbundanti fix-xitwa, ix-xita tista’ tinżel fi kwalunkwe żmien tas-sena. B’riżultat ta’ dan, in-nixfiet huma rari, u jippermettu provvista regolari tal-ilma għad-dielja. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 13 °C, bi xtiewi pjuttost moderati. It-temperaturi huma biżżejjed biex jiżguraw maturazzjoni xierqa tal-għeneb, iżda mhux eċċessivi biex jiġi evitat il-ħruq tal-għeneb.

(b)   - Il-vinja

Henri Coquand (1811-1881), professur tal-ġeoloġija, studja l-ġeoloġija tar-reġjun f’nofs is-seklu 19 u approva klassifikazzjoni taż-żoni differenti skont il-kwalità tal-ispirti li l-ħamrija tagħhom tista’ tipproduċi.

Il-ħidma tiegħu wasslet għad-demarkazzjoni ta’ diversi “crus” madwar l-1860 u serviet bħala l-bażi għad-Digriet tat-13 ta’ Jannar 1938 li jiddefinixxi dawn il-crus. L-ismijiet ġeografiċi addizzjonali għad-denominazzjoni “Cognac” dejjem jintużaw bl-ismijiet storiċi tagħhom: “Grande Champagne”, “Petite Champagne”, “Fine Champagne”, “Borderies”, “Fins bois”, “Bons Bois”, li magħhom għandu jiżdied “Bois ordinaires” jew “Bois à terroir”.

Għandu jiġi ċċarat li l-isem ġeografiku addizzjonali “Fine Champagne” ma jikkorrispondix għal territorju kif inhu.

Madankollu, l-użu tiegħu huwa riżervat għal assemblaġġ ta’ spirti derivati esklussivament miż-żewġ ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Grande Champagne” u “Petite Champagne”, b’mill-inqas 50 % ta’ spirti mill-“Grande Champagne”.

Skont ix-xogħlijiet li saru f’dak iż-żmien, il-karatteristika dominanti tal-ħamrija ta’ dawn l-ismijiet hija kif ġej:

Grande u Petite Champagne : ħamrija taflija u kalkarja pjuttost superfiċjali fuq ġebla tal-ġir ratba, bajdanija u Kretaċja;

Borderies: ħamrija siliko-taflija, bi żnied li jirriżulta mid-dekarbonizzazzjoni tal-ġebla tal-ġir;

Fins Bois: okkupati b’mod predominanti minn “groies”, ħamrija taflija u kalkarija ħamra superfiċjali b’ħafna ċagħaq, u l-parti l-oħra minn ġebla tal-ġir iebsa Ġurassika u minn ħamrija taflija ħafna;

Bois (Bons Bois, Bois ordinaires u Bois à terroirs): ħamrija ramlija fiż-żoni kostali, f’xi widien u fin-Nofsinhar kollu tal-vinja. Dan huwa r-ramel li rriżulta mill-erożjoni tal-Massif Central.

Il-vinji ddedikati għall-produzzjoni tal-“Cognac” issa jkopru madwar 75 000 ettaru, jew 95 % tal-vinji fiż-żona (madwar 9 % taż-żona agrikola fiż-żona demarkata). L-ugni blanc hija l-aktar varjetà tad-dwieli mħawla: issa tammonta għal kważi 98 % tal-vinji ta’ Cognac.

(c)   - L-ekonomija tal-“Cognac”

L-ekonomija tar-reġjun storikament kienet marbuta mal-prosperità tal-“Cognac”, li madwaru żviluppaw ħafna professjonijiet u industriji relatati biex iffurmat komunità professjonali ffukata kompletament fuq l-iżvilupp u l-kummerċ tal-“Cognac”.

Il-kumpaniji involuti fil-produzzjoni tal-“Cognac” (madwar 5 500 produttur tal-inbid, 110 distillatur professjonali u 300 kummerċjant) jiffurmaw komunità professjonali b’saħħitha ta’ madwar 12 000 persuna: buttara, ħaddiema tal-bojlers, fabbriki tal-ħġieġ, tal-kartun, tal-istampar u tat-tappijiet, trasportaturi, laboratorji enoloġiċi, manifatturi ta’ tagħmir agrikolu, eċċ.

2)   Fatturi storiċi relatati mar-rabta maż-żona

Ir-riċerka arkeoloġika mwettqa f’Charentes ipprovdiet evidenza li l-ewwel tħawwil tal-vinji sar fi tmiem l-ewwel seklu AD. Barra minn hekk, l-iskavar wera li r-reġjun kien mimli bini tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari l-vitikultura, fatt li kkonferma l-produzzjoni tal-inbid fir-reġjun sa minn meta l-Imperu Ruman kien fl-aqwa tiegħu.

Fil-Medju Evu, bis-saħħa tax-xmara Charente, tfaċċat mentalità li twassal għall-kummerċ internazzjonali fir-reġjun. Il-belt ta’ Cognac diġà kienet distinta għall-kummerċ tal-inbid tagħha, flimkien mal-attività tal-imħażen tal-melħ tagħha, li ilha magħrufa mis-seklu 11. L-inbejjed mill-vinja Poitou, ittrasportati minn bastimenti Olandiżi li kienu qed ifittxu melħ mill-kosta tal-Atlantiku, kienu apprezzati fil-pajjiżi li jmissu mal-Baħar tat-Tramuntana.

Fis-seklu 15, l-Olandiżi ddeċidew li jiddistillaw l-inbejjed tar-reġjun sabiex jippreservawhom aħjar. Fir-Rinaxximent, il-kummerċ kiber b’mod sinifikanti. Il-bastimenti Olandiżi fittxew f’Cognac u fil-portijiet ta’ Charente l-inbejjed magħrufa ta’ “Champagne” u “Borderies”.

Madankollu, dawn l-inbejjed, li kellhom qawwa alkoħolika baxxa, batew mit-tul tal-vjaġġi bil-baħar. L-għarfien tal-arti tad-distillazzjoni mill-Olandiżi ħeġġiġhom jiddistillaw l-inbid id-dar sabiex jippreservawh aħjar. Huma semmewh “brandwijn” (li litteralment tfisser “inbid maħruq”), li minnu ħareġ l-isem “brandy”, spirtu tal-inbid.

Fil-bidu tas-seklu 15, id-distillazzjoni doppja ppermettiet li l-prodott jivvjaġġa fil-forma ta’ spirtu li ma jinbidilx, li huwa ħafna aktar ikkonċentrat mill-inbid. L-ewwel lampiki, installati f’Charente mill-Olandiżi, ġew immodifikati gradwalment; l-abitanti ta’ Charente kkontrollaw u tejbu t-teknika bil-proċess tad-distillazzjoni doppja.

F’nofs is-seklu 19, twieldu għadd kbir ta’ kumpaniji twieldu li bdew jikkonsenjaw l-ispirti fi fliexken aktar milli fil-btieti.

Din il-forma ġdida ta’ kummerċ fiha nnifisha ħolqot industriji relatati: il-produzzjoni tal-ħġieġ (li wasslet għal għarfien lokali għall-mekkanizzazzjoni tal-proċessi tal-manifattura tal-fliexken), il-manifattura tal-kaxxi u t-tappijiet, u l-istampar.

Madwar l-1875 f’Charente wasal il-Phylloxera vastatrix, insett emitteri li jattakka d-dwieli billi jġebbed is-sugu mill-għeruq tagħhom. Dan qered il-biċċa l-kbira tal-vinji, li spiċċaw ikopru biss 40 600 ettaru madwar l-1893, meta mqabbla mal-280 000 ettaru qabel l-attakk tal-Phylloxera. Bħal bnadi oħra fl-Ewropa, il-vinji ta’ Charente nbnew mill-ġdid permezz ta’ salvaġġi Amerikani. Madankollu, dan l-episodju wassal għall-ħolqien, fl-1888, tal-Kumitat tal-Vitikultura, li sar iċ-ċentru tal-vitikultura fl-1892, struttura interprofessjonali ta’ riċerka kwalitattiva ddedikata għall-“Cognac”.

Din l-istruttura investiet ħafna fir-riċerka dwar il-varjetajiet. B’riżultat tal-ħidma tagħha, l-ugni blanc saret, lejn nofs is-seklu 20, l-aktar varjetà użata. Irriżulta li l-ugni blanc hija aktar reżistenti mid-dwieli tradizzjonali li kienu jintużaw qabel il-kriżi tal-Phylloxera (colombard, folle blanche, eċċ.) imdgħajfa bit-tilqim.

Kienet iffavorita wkoll għall-produttività tagħha (ir-rendiment tagħha huwa bejn 120 u 130 ettolitru volum/ettaru), l-aċidità tagħha u l-kontenut baxx ta’ zokkor tagħha, li jrendi nbid b’qawwa alkoħolika baxxa. Bħala varjetà ta’ għeneb ta’ oriġini Taljana (magħrufa bħala “Trebbiano Toscano”), ma taqbiżx it-Tramuntana tar-reġjun tal-“Cognac”.

3)   Elementi storiċi relatati mar-reputazzjoni tal-prodott

Minn tmiem is-seklu 17, u speċjalment mis-seklu ta’ wara, is-suq ġie organizzat u, sabiex tiġi ssodisfata d-domanda, inħolqu attivitajiet kummerċjali. Il-bankijiet (“comptoirs”), uħud ta’ oriġini Anglo-Sassona, stabbilixxew ruħhom fil-bliet ewlenin tar-reġjun: pereżempju Martell fl-1715, Rémy Martin fl-1724, Delamain fl-1759, Hennessy fl-1765, Godet fl-1782, Hine fl-1791 u Otard fl-1795.

Fit-23 ta’ Jannar 1860, l-iffirmar ta’ trattat kummerċjali bejn Franza u l-Ingilterra, taħt l-impetu ta’ Napuljun III, ippermetta lill-“Cognac” tesperjenza żieda drammatika, li laħqet il-quċċata tagħha fl-1879 (il-ħolqien ta’ kumpaniji kummerċjali: Bisquit fl-1819, Courvoisier fl-1843, Royer fl-1853, Meukow fl-1862, Camus u Hardy fl-1863).

Fl-ewwel nofs tas-seklu 20, ġiet introdotta leġiżlazzjoni dwar il-“Cognac” biex taċċerta ż-żamma tad-drawwiet lokali, leali u kostanti:

1909: id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika tal-produzzjoni;

1936: ir-rikonoxximent tal-“Cognac” bħala denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata;

1938: id-demarkazzjoni tad-denominazzjonijiet reġjonali (crus jew ismijiet ġeografiċi).

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, twaqqaf “Bureau de répartition des vins et eaux-de-vie” (Uffiċċju għat-Tqassim tal-Inbejjed u tal-Ispirti) biex jiġi ssalvagwardjat l-istokk tal-“Cognac”. Dan ġie sostitwit, fil-mument tal-Ħelsien ta’ Franza fl-1946, mill-“Bureau national interprofessionnel du Cognac” (l-Uffiċċju Nazzjonali Interprofessjonali tal-Cognac), li sar parti miċ-ċentru tal-vitikultura mill-1948. Il-vitikulturi u l-kummerċjanti tal-“Cognac” qablu li jiddefinixxu l-kompitu ġenerali tal-BNIC, li huwa li jiżviluppa l-“Cognac” u li jirrappreżenta u jiddefendi l-interessi kollettivi tal-professjonisti. Il-BNIC jintervjeni b’mod partikolari biex jirreklama, jiddefendi u jippromwovi d-denominazzjoni ta’ oriġini “Cognac” jew biex jippromwovi r-relazzjonijiet bejn il-kummerċ u l-vitikultura. Hija għandha wkoll missjoni ta’ servizz pubbliku u, bħala tali, timmonitorja t-tqaddim, il-kontrolli tal-età u l-monitoraġġ tal-kwalità tal-“Cognac” (“suivi aval qualité”) u toħroġ iċ-ċertifikati meħtieġa għall-esportazzjoni.

Magħruf storikament bħala prodott tal-esportazzjoni, aktar minn 95 % tal-“Cognac” issa qed jiġi kkunsmat barra mill-pajjiż minn konsumaturi li jinsabu fi kważi 160 pajjiż differenti. Mil-Lvant Imbiegħed sal-Ewropa u l-kontinent Amerikan, il-“Cognac” huwa magħruf minn dawk li jħobbuh bħala spirtu ta’ kwalità għolja ħafna, simbolu tal-istil tal-ħajja Franċiż.

4)   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott

Il-varjetajiet fir-reġjun, b’mod partikolari l-ugni blanc, huma kkaratterizzati minn produttività għolja u maturazzjoni tardiva, li għandhom ħafna vantaġġi għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ distillazzjoni b’livell baxx ta’ alkoħol u aċidu, żewġ kwalitajiet essenzjali għall-kwalità finali tal-“eaux-de-vie de Cognac”.

L-inbejjed maħsuba għall-produzzjoni tal-“eaux-de-vie de Cognac” għandhom speċifiċità reali, deskritta b’mod konsistenti fil-letteratura xjentifika u teknika għal aktar minn seklu.

It-tfittxija għal inbejjed b’livell baxx ta’ alkoħol u aċidu hija għalhekk karatteristika partikolari u kostanti tal-produzzjoni tal-“eaux-de-vie de Cognac” (Ravaz (1900), Lafon et al (1964), Lurton et al (2011)).

L-aċidità effettivament tippermetti li l-inbid jinħażen b’mod naturali matul ix-xhur tax-xitwa sad-distillazzjoni, u l-qawwa alkoħolika baxxa tippermetti li tinkiseb il-konċentrazzjoni mixtieqa tal-aromi li jinsabu fl-inbejjed.

Rendimenti baxxi għandhom it-tendenza li jirriżultaw f’qawwa alkoħolika ogħla skont il-volum tal-inbejjed, kif ukoll livelli aktar baxxi ta’ aċidità u kontenut aktar baxx ta’ nitroġenu fl-għeneb. Iż-żieda fir-rendiment hija riflessa fix-xejra opposta, tnaqqis fil-qawwa alkoħolika u żieda fl-aċidità.

Madankollu, parametri oħra, bħall-proporzjon tal-aċidu maliku, il-maturazzjoni gradwali inferjuri tat-togħmiet, id-dilwizzjoni tagħhom u l-frekwenza tal-attakki tal-Botrite, li huma ta’ detriment għall-kwalità tal-ispirti, jiżdiedu meta r-rendiment ikun eċċessiv.

Dan is-sett ta’ parametri għalhekk iwassal għad-definizzjoni ta’ żona ta’ rendiment ottimali, li tvarja kull sena skont il-karatteristiċi tal-ħsad.

Barra minn hekk, l-iffissar ta’ rendiment annwali massimu, skont l-evoluzzjoni ta’ dawn il-parametri, jippermetti li l-produzzjoni ssir fiż-żona ta’ rendiment ottimali għall-produzzjoni tal-inbejjed li jipprovdu l-aħjar bilanċ bejn il-parametri differenti ta’ kwalità li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-“eaux-de-vie de Cognac”. Għalhekk dan ir-rendiment annwali jinsab f’firxa ottimali li fiha tinsab ir-riżerva klimatika.

Barra minn hekk, ir-riskju ta’ deprezzament kwalitattiv tal-inbejjed prodotti meta r-rendiment jiżdied b’mod eċċessiv iwassal għall-introduzzjoni ta’ miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-produttività tal-vinji, inkluż l-istabbiliment ta’ limitu massimu tar-rendiment.

Il-kwalità aromatika tal-ispirti tiddependi ħafna mill-karatteristiċi tal-inbejjed użati.

L-għażla tal-varjetajiet tad-dwieli u l-konformità mar-regoli speċifiċi tal-vinifikazzjoni stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni “Cognac” jagħmluha possibbli li jiġu prodotti nbejjed b’aromi fini u delikati, li huma essenzjali għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ kwalità għolja. Dawn l-inbejjed ma jridx ikollhom noti li jnaqqsu l-kwalità bħall-karatteristiċi tal-pjanti, aċetaldeid żejjed (ossidizzat), alkoħols ogħla (toqol) jew ċerti komposti assoċjati mad-deterjorament tal-inbejjed matul il-preservazzjoni tagħhom. Minbarra l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-ħsad u l-għasir, il-proċess tal-fermentazzjoni u l-preservazzjoni tal-inbejjed li qed jistennew id-distillazzjoni huma soġġetti għal rakkomandazzjonijiet imfassla apposta, aġġornati regolarment u distribwiti b’mod mifrux lil min jagħsar l-għeneb fiż-żona tal-produzzjoni.

L-għarfien taż-żbir u tal-vinifikazzjoni:

L-aċidità u l-grad baxx tagħha huma msaħħa mill-metodu taż-żbir magħżul mill-vitikultur abbażi ta’ diversi fatturi:

id-distanza bejn il-flanni;

l-għoli taz-zokk u l-veġetazzjoni;

il-metodu ta’ tħarriġ innifsu: żbir tradizzjonali għat-tul, żbir bis-sistemi tal-cordon (cordons għoljin mdendla jew laxki, eċċ.).

L-għenieqed jitgħasru immedjatament wara l-ħsad fi preses tradizzjonali orizzontali bil-pjanċa jew fil-preses pnewmatiċi. Il-preses kontinwi b’viti Archimedes huma pprojbiti. Il-meraq miksub jitqiegħed għall-fermentazzjoni malajr kemm jista’ jkun. Iż-żieda taz-zokkor hija pprojbita.

L-ippressar u l-fermentazzjoni huma mmonitorjati bir-reqqa peress li jkollhom effett deċiżiv fuq il-kwalità finali tal-ispirtu. Sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-ispirti futuri, ma jista’ jiżdied l-ebda diossidu tal-kubrit mal-inbejjed tad-distillazzjoni matul il-perjodi ta’ fermentazzjoni.

B’riżultat ta’ dan, id-data finali għad-distillazzjoni tal-inbejjed bojod maħsuba għall-produzzjoni tal-“Cognac” hija l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju għall-preservazzjoni tal-inbejjed.

Id-distillazzjoni:

Id-distillazzjoni f’Cognac hija kkaratterizzata mill-prinċipju tad-distillazzjoni definit: id-distillazzjoni diskontinwa, jew distillazzjoni doppja, magħrufa wkoll bħala distillazzjoni “à repasse”, u l-lampik użat: il-lampik imsejjaħ “Charentais”, li l-forma, il-materjal, il-kapaċità u l-metodu tat-tisħin tiegħu ilhom definiti mill-1936 u huma assolutament deċiżivi għall-kwalità tal-ispirti.

Fil-fatt:

il-forma tal-apparat tgħin fl-għażla tas-sustanzi volatili;

it-tisħin bi fjamma mikxufa jiġġenera s-sinteżi tal-aromi addizzjonali meta l-inbid jiġi f’kuntatt mal-qiegħ tal-bojler (fenomenu tat-tisjir);

il-mekkaniżmi tal-lampik f’kuntatt mal-inbid, il-fwar jew id-distillati huma magħmula kompletament mir-ram minħabba l-proprjetajiet fiżiċi ta’ dan il-metall (malleabbiltà, konduzzjoni tajba tas-sħana) u r-reattività kimika tiegħu ma’ ċerti kostitwenti tal-inbejjed.

Dan it-tip ta’ lampiki jinvolvi operazzjoni delikata f’kull distillazzjoni: il-“qtugħ”, li jikkonsisti fil-qsim tal-fluss tad-distillat skont il-qawwa alkoħolika tiegħu skont il-volum (TAV) u l-kompożizzjoni tiegħu f’sustanzi volatili bejn il-qalba u l-partijiet maħsuba għar-riċiklaġġ fid-distillazzjonijiet li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, bħal-limitazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija matul it-tieni tisħin, id-distillazzjoni f’Cognac tibqa’ operazzjoni artiġjanali kkontrollata mill-għarfien espert tad-distillatur. Għalhekk, skont il-kwalità tal-inbejjed (rikkezza tal-inbejjed, TAV, aċidità, eċċ.) u l-objettivi kwalitattivi tagħhom, id-distillaturi se jiddeċiedu meta dawn il-qatgħat ikunu xierqa u kif għandhom jiġu rriċiklati.

Karatteristiċi tal-ispirti skont l-ismijiet ġeografiċi:

L-ispirti miksuba mal-ħruġ tal-lampik huma kkaratterizzati minn diversità analitika u organolettika kbira, li tirriżulta b’mod partikolari mill-oriġini tagħhom. Din id-diversità se timponi l-implimentazzjoni ta’ tekniki differenti ta’ tqaddim għal durati varjabbli.

Il-Grande Champagne:

Il-Grand Champagne jagħti lok għal spirti fini ħafna b’ħafna distintività u tul, b’aroma predominanti ta’ fjuri. Meta jimmatura bil-mod, l-ispirti tiegħu jeħtieġu tqaddim fit-tul fi btieti tal-ballut sabiex jilħqu maturità sħiħa.

Il-Petite Champagne:

L-ispirti tiegħu għandhom sostanzjalment l-istess karatteristiċi tal-Grande Champagne, madankollu mingħajr ma jkunu estremament fini.

Il-Fine Champagne:

Il-“Cognac” ippreżentat taħt l-isem “Fine Champagne” għandu karatteristiċi organolettiċi li jirriżultaw mit-taħlit tal-ispirti tal-Grande Champagne (mill-inqas nofs) u tal-Petite Champagne.

Il-Borderies:

Dawn il-vinji jipproduċu spirti rotondi, ifuħu u ħelwin, ikkaratterizzati minn fwieħa tal-fjura tal-vjola. Huma għandhom ir-reputazzjoni li jiksbu l-aħjar kwalità tagħhom wara perjodu ta’ maturazzjoni iqsar mill-ispirti ta’ “Champagne”.

Il-Fins Bois:

Il-Fins Bois huma l-akbar vinja. Dawn jipproduċu spirti rotondi u flessibbli li jiqdiemu relattivament malajr u li l-fwieħa tal-frott tagħhom tfakkar fl-għeneb magħsur.

Il-Bois (Bons Bois, Bois à Terroir jew Bois Ordinaires):

Il-Bons Bois jipproduċu spirti b’aromi ta’ frott li jiqdiemu malajr.

It-tqaddim:

Il-kwalità tal-inbejjed mil-lampik hija riflessjoni essenzjali tal-kwalità tal-inbejjed li minnhom jiġu prodotti.

It-tqaddim tal-ispirti huwa l-proċess li jippermettilhom jilħqu l-maturazzjoni, jiġifieri l-istadju tal-iżvilupp li jikkorrispondi għall-aktar karatteristiċi organolettiċi armonjużi tagħhom.

Dan isir esklussivament f’kontenituri tal-injam tal-ballut, li waħedhom jippermettu l-maturazzjoni tal-prodotti.

It-tul ta’ żmien tiegħu huwa ddeterminat mill-karatteristiċi tal-ispirti waqt it-tqaddim, il-profil tal-kwalità tal-prodott imfittex iżda wkoll mit-tip u l-età tal-kontenituri tal-ballut użati għat-tqaddim.

Dan jinkludi l-estrazzjoni tal-komposti tal-injam kif ukoll l-ossidazzjoni u ħafna żviluppi fiżikokimiċi indispensabbli biex jinkisbu l-karatteristiċi sensorjali tal-ispirti mqaddma, inkluż il-kulur.

It-tqaddim tal-“Cognac” huwa proċess li jibbenefika mhux biss mill-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi għar-reġjun iżda wkoll mill-għarfien espert li żviluppa fir-reġjun matul l-istorja. Matul it-tqaddim, l-ispirtu l-ġdid jibqa’ għal diversi snin (xi drabi diversi deċennji) fl-injam tal-ballut minn meta joħroġ mil-lampik; imbagħad iseħħu fenomeni fiżikokimiċi differenti: l-evaporazzjoni tal-ilma u l-alkoħol, il-konċentrazzjoni ta’ diversi sustanzi, l-estrazzjoni tal-komposti tal-injam, l-ossidazzjoni, eċċ. Dawn il-fenomeni huma ggwidati mill-karatteristiċi inizjali tal-ispirtu (il-qawwa alkoħolika u l-aċidità), mit-tip ta’ kontenitur li jinżamm fih u mill-karatteristiċi fiżiċi tal-kantina li fiha jitqiegħed il-kontenitur (it-temperatura, l-umdità u l-arjazzjoni).

It-tqaddim huwa kkaratterizzat, fi ħdan il-klima oċeanika moderata taż-żona ġeografika tal-“Cognac”, mir-riċerka ta’ esponiment tal-ispirti għal kundizzjonijiet ta’ umdità medja u alternazzjonijiet staġjonali li jevitaw l-estremitajiet. Il-post u l-kostruzzjoni tal-kantini għandhom jiġu adattati biex ikollhom kundizzjonijiet ibbilanċjati sabiex l-ispirtu jsir ħelu mezzan u jiqdiem b’mod armonjuż.

Il-ballut fin (Tronçais) jew aħrax (Limousin), Quercus petraea (sessiliflora jew robur) jew Quercus robur (pedunculata) intgħażel minħabba l-kapaċità tiegħu li jippermetti l-interazzjonijiet bejn l-ispirtu, l-ambjent ta’ barra u l-injam fuq perjodi twal ta’ żmien. L-għadd kbir ta’ buttara li żviluppaw fiż-żona ġeografika kienu kapaċi, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sidien tal-kantini tal-“Cognac”, jiżviluppaw l-aktar kontenitur xieraq għat-tqaddim tal-“Cognac”. Huwa f’idejn is-sidien tal-kantini li jagħżlu l-aktar kontenituri xierqa, skont il-karatteristiċi inizjali tal-ispirti l-ġodda, l-istadju tat-tqaddim u l-objettivi kwalitattivi tagħhom.

Matul il-perjodu ta’ żvilupp sħiħ tal-“Cognac” f’kuntatt mal-injam tal-ballut u mal-arja, huwa gradwalment jitlef frazzjoni tal-ilma u tal-alkoħol li jkun fih bl-evaporazzjoni. Dan il-fwar tal-alkoħol (imsejjaħ “la part des anges”, is-sehem tal-anġli) kull sena jirrappreżenta l-ekwivalenti ta’ diversi miljuni ta’ fliexken u jalimenta faqqiegħ mikroskopiku, Torula compniacensis, viċin tal-kantina, li jkopri u jsewwed il-ġebel tar-reġjun.

It-tqaddim tal-“Cognac” huwa marbut b’mod inseparabbli mal-arti tal-assemblaġġ. Din l-arti tinsab fil-qalba tas-sengħa tal-kantini tal-“Cognac”. Bħal pittur bil-paletta tal-kuluri tiegħu, is-sid tal-kantina jagħżel lottijiet differenti tal-“Cognac” b’diversi oriġini: crus diversifikati, etajiet ta’ tqaddim varjati, “Cognac” imqaddem fi btieti ġodda, ħomor (li diġà kien fihom il-“Cognac”) u ta’ diversi oriġini u f’tipi differenti ta’ kantini (umdi jew xotti).

Fil-fatt, skont il-perkors ta’ tqaddim tiegħu, kull spirtu għandu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu, li jiġu enfasizzati fid-dawl ta’ dawk tal-ispirti l-oħra li magħhom għandhom jiġu assemblati.

Minħabba l-kumplessità tiegħu, dan l-assemblaġġ konvenjenti ma jistax jiġi previst bis-sempliċi applikazzjoni ta’ riċetti tekniċi. Is-sid tal-kantina jistrieħ fuq għarfien empiriku (għarfien tad-diversità tal-materja prima u l-karattru distintiv tad-denominazzjoni, esperjenza tal-interazzjonijiet bejn din il-materja prima u l-fatturi tat-tqaddim, ħakma tat-tekniki meħtieġa) li jeħtieġ monitoraġġ kostanti permezz tad-dewqan u li jesiġu memorja sensorjali vasta tal-ispirti fl-istadji varji tal-produzzjoni.

Dan l-għarfien, li jeħtieġ ħafna snin ta’ tagħlim f’kuntatt ma’ dawk bl-aktar esperjenza fis-sengħa, seta’ jiddistingwi ruħu, iżomm ruħu u jingħadda bis-saħħa tad-densità tan-negozji fiż-żona u l-iskambji li jseħħu fi ħdan il-komunità professjonali tad-denominazzjoni bejn is-sidien tal-kantini, il-vitikulturi, in-negozjanti u s-sensara.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-74d0b925-ab4b-432e-8c31-de7ab38499e9


(1)  ĠU L 270, 29.7.2021, p. 1.


5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/32


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 123/15)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”

Nru tal-UE: PDO-BG-02657 — 4.2.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Repubblika tal-Bulgarija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” huwa prodott tal-ħalib qares magħmul minn ħalib mhux ipproċessat li jinkiseb minn nagħaġ, baqar, bufli, mogħoż jew taħlita tagħhom, u li huwa prodott fil-Bulgarija u huwa kultura starter simbjotika mill-batterji Lactobacillicus delbrueckii ssp.bulgaricus u Streptococcus thermophilus mhux soġġetti għal modifika ġenetika. Huwa kkaratterizzat minn togħma u minn aroma speċifiċi friski tal-aċidu lattiku, li huma dovuti għal 34 tip ta’ sustanza aromatika (aċetaldeid, aċeton, etanol, diaċetil, aċetoina, eċċ.) li jirriżultaw mill-fermentazzjoni tal-ħalib bl-azzjoni kkombinata taż-żewġ batterji. Dawn jittrasformaw il-lattożju f’aċidu lattiku u ammonti żgħar ta’ aċetaldeid u diaċetil, li huma fost il-komponenti ewlenin tat-togħma u l-aroma tal-prodott. Ix-xjenzati jemmnu li t-togħma u l-aroma huma dovuti għall-formazzjoni ta’ aċidi volatili u mhux volatili u komposti karboniliċi matul il-fermentazzjoni. It-taħlita armonjuża ta’ dawn is-sustanzi tagħti lill-prodott it-togħma u l-aroma tipiċi tiegħu.

Il-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” għandu aċidità ogħla minn prodotti simili oħrajn u konsistenza omoġenja u kremuża.

Il-prodott lest fih batterji ħajjin tal-aċidu lattiku:

Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus – 1,0×107 CfU/g (tolleranza – 1,0×106 CfU/g);

Streptococcus thermophilus – 1,0×108 CfU/g (tolleranza – 1,0×107 CfU/g).

Il-valuri jirrappreżentaw il-kontenut obbligatorju minimu taż-żewġ batterji sa tmiem il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa. Il-kontenut għoli ta’ batterji tal-ħalib ħajjin jiddistingwih minn prodotti simili oħrajn.

Indikaturi organolettiċi u fiżikokimiċi

Indikaturi

Karatteristiċi u rekwiżiti

 

“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”

 

Ħalib tal-baqar

Ħalib tan-nagħaġ

Ħalib tal-bufli

Ħalib tal-mogħoż

Ħalib imħallat tal-baqar u tal-bufli

Ħalib imħallat tal-baqar u tan-nagħaġ

Karatteristiċi organolettiċi:

 

Wiċċ

Lixx u jleqq b’saff ta’ xaħam tal-ħalib kemxejn viżibbli jew mingħajru

Kulur

Abjad, bi ħjiel ta’ sfumaturi kulur il-krema skont it-tip ta’ ħalib

Tip ta’ baqta

Robusta u lixxa; hija permessa tiċrita laterali meta l-ippakkjar ikun inklinat, skont it-tip ta’ ħalib u l-kontenut ta’ xaħam

Sawra

Wiċċ lixx, b’sawra mrammla notevoli, jew mingħajrha, għall-ħalib tan-nagħaġ, tal-bufli jew imħallat, bi ftit separazzjoni tas-seru tal-ħalib jew mingħajrha

Sawra wara t-tkissir tal-baqta

Omoġenja, kremuża, b’sawra kemxejn imrammla fil-ħalib tan-nagħaġ, tal-bufli jew imħallat

Togħma u aroma

Karatteristiċi distinti u friski tal-aċidu lattiku tat-tip ta’ ħalib użat u l-proprjetajiet aromatiċi tal-kulturi starter

Karatteristiċi fiżikokimiċi:

 

Materja niexfa (%)

Mhux inqas minn

għall-ħalib mhux xkumat

għall-ħalib semixkumat

11,8

10,3

16,5

-

16,0

-

11,0

-

13,75

-

14,25

-

Kontenut ta’ proteini tal-ħalib (%) ta’ mhux inqas minn:

3,2

5,2

4,2

3,0

3,6

4,10

Kontenut ta’ xaħam (%)

mhux inqas minn:

għall-ħalib b’kontenut għoli ta’ xaħam

għall-ħalib mhux xkumat

għall-ħalib semixkumat

4,5

3,6

2,0

6,5

-

7,0

-

3,0

-

5,0

5,0

Aċidità fi gradi Thörner (°T)

Minn 90,0 sa 150,0

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Kull sena, 80 % tal-għalf tal-annimali tal-ħalib irid ikun ġie prodott fir-Repubblika tal-Bulgarija. L-għalf minn barra ż-żona ġeografika jikkostitwixxi sa 20 % fis-sena. Huwa meħtieġ għalf supplimentari f’kundizzjonijiet klimatiċi avversi fiż-żona ġeografika. L-annimali jingħataw biss ammont żgħir ta’ għalf minn barra ż-żona ġeografika u dan ma jaffettwax il-karatteristiċi tal-prodott li huma dovuti għall-ambjent ġeografiku.

Minbarra l-għalf, l-annimali jieklu fil-mergħat. Il-mergħat huma mifruxa madwar il-pajjiż kollu. Il-perjodu tar-ragħa jdum minn Marzu sa Novembru. Il-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi fil-Bulgarija jiffavorixxu t-trobbija tal-bhejjem u l-għalf tal-annimali matul is-sena kollha b’taħlita ta’ ħaxix, użati kemm friski kif ukoll fil-forma ta’ ħuxlief u silaġġ. Il-perjodu itwal tar-ragħa huwa r-raġuni għad-diversità tal-minerali u l-vitamini fil-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat. Għandu kontenut ibbilanċjat speċifiku tal-ingredjenti ewlenin bħall-potassju, il-manjeżju, il-fosfru u l-kalċju, il-proteini u l-vitamini (A, B, E, D u l-aċidu foliku). Il-kontenut ta’ aċidu foliku tal-prodott finali jiżdied meta mqabbel mal-kwantità fil-ħalib mhux ipproċessat. Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus u Streptococcus thermophilus huma simbjotiċi, u dan jiffaċilita l-fermentazzjoni lattika u jżid il-kontenut ta’ aċidu foliku.

Il-ħalib mhux ipproċessat li jintuża għall-produzzjoni tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” joriġina mir-Repubblika tal-Bulgarija. Karatteristika li tiddistingwi l-ħalib mhux ipproċessat hija l-livell għoli ta’ Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus.

Il-kulturi starter simbjotiċi ma humiex soġġetti għal modifika ġenetika u jridu jiġu prodotti fir-Repubblika tal-Bulgarija.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha fil-proċess tal-produzzjoni tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” jsiru fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

 

Stadju 1 – Aċċettazzjoni, klassifikazzjoni, purifikazzjoni u ħażna tal-ħalib mhux ipproċessat

 

Stadju 2 – Standardizzazzjoni tal-ħalib

 

Stadju 3 – Omoġenizzazzjoni

 

Stadju 4 – Pastorizzazzjoni

 

Stadju 5 – Tkessiħ

 

Stadju 6 – Aċidifikazzjoni

 

Stadju 7 – Ipproċessar u ppakkjar – il-prodott irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika minħabba li l-fermentazzjoni ssir fl-ippakkjar innifsu. L-ippakkjar huwa parti mill-proċess tal-produzzjoni u jrid isir fl-impjant tal-ħalib fir-Repubblika tal-Bulgarija fejn jiġi magħmul il-prodott. Inkella, ikun hemm riskju ta’ bidliet fil-kwalitajiet fiżikokimiċi, mikrobijoloġiċi u tat-togħma tal-prodott.

 

Stadju 8 – Fermentazzjoni

 

Stadju 9 – Tkessiħ

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-prodott jiġi ppakkjat kif deskritt fl-Istadju 7 f’kontenituri magħmula minn materjali maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel f’termini ta’ migrazzjoni speċifika u globali:

Kontenituri tal-plastik li ma jesgħux iżjed minn 2 kg;

Kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iżjed minn 1 kg;

Kontenituri taċ-ċeramika li ma jesgħux iżjed minn 1 kg.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott il-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” hija r-Repubblika tal-Bulgarija.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Българско кисело мляко /Bulgarsko kiselo mlyako” huwa prodott magħruf b’dan l-isem fil-Bulgarija u madwar id-dinja. Kien is-suġġett ta’ bosta ġurnali, avvenimenti u pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Il-jogurt jiġi prodott fil-pajjiż kollu bl-użu ta’ teknika Bulgara tradizzjonali, fid-djar u f’kundizzjonijiet industrijali. Il-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi favorevoli fil-Bulgarija jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-batterju lattiku Lactobacillicus delbrueckii subsp. bulgaricus li jintuża fil-produzzjoni tiegħu. Fl-1905, fl-Università ta’ Ġinevra, Dr Stamen Grigoroff skopra batterju li għandu forma ta’ virga fil-jogurt mill-Bulgarija. Fl-1907, il-mikroorganiżmu li skoprih Dr Grigoroff ingħata l-isem Bacillus bulgaricus (Grigoroff) warajh, u huwa magħruf skont il-klassifikazzjoni ta’ Bergey bħala Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus (l-isem jenfasizza l-konnessjoni mat-territorju). Ir-rebbieħ tal-Premju Nobel Prof. Ilya Mechnikov ikkonferma l-iskoperta ta’ Dr Grigoroff u żviluppa t-teorija tiegħu tat-tqaddim, marbuta mal-prodott. Minn dak iż-żmien ’l hawn, kiseb fama internazzjonali. Fl-2005 sar Simpożju Internazzjonali dwar il-Jogurt Oriġinali Bulgaru f’Sofija.

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Klima relattivament moderata b’ammonti moderati ta’ sħana u umdità hija tipika għall-Bulgarija, iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”. It-temperatura medja annwali fil-Bulgarija hija bejn 10 °C u 14 °C, li hija tipika għal latitudnijiet moderati. Il-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi jiffavorixxu l-preżenza ta’ mergħat kemm fil-pjanuri kif ukoll fiż-żoni muntanjużi, li min-naħa tagħhom jiffavorixxu l-produzzjoni tal-ħalib. Il-ħaxix, il-legumi, iċ-ċereali u aktar minn 2 000 tip ta’ ħxejjex aromatiċi, bħal trew, Artemisia campestris, ġarġir il-ġemel u oħrajn, jikbru fuq il-bwar u l-mergħat. Dawn jipprovdu dieta bbilanċjata u varjata għall-annimali u jaffettwaw il-kwalità, l-aroma u l-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat. Ir-ragħa tal-annimali u t-tagħlif supplimentari tagħhom b’għalf miż-żona ġeografika jżid il-kontenut tal-minerali u tal-vitamini fil-materja prima.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ batterji tal-aċidu lattiku bħal Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus li ġie iżolat f’partijiet differenti tal-Bulgarija. Fil-paġni 9–10 tal-ktieb tiegħu Българското кисело мляко по света [Il-jogurt Bulgaru fid-dinja] (Sofija, 2002), Dr Todor Minkov jispjega l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona: “Matul l-eluf ta’ snin tal-eżistenza tagħha, il-mikroflora ma nbidlitx b’mod sinifikanti matul il-millennju li ilha teżisti fl-artijiet tagħna u fil-biċċa l-kbira żammet il-karatteristiċi ġenetiċi tagħha minħabba l-klima [...]. Dawn il-karatteristiċi huma prerekwiżit għall-art fertili fir-reġjun kif ukoll għall-forom l-aktar attivi ta’ mikroorganiżmi lattiċi, f’dan il-każ il-Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus.” Il-batterju huwa preżenti b’mod naturali fil-Bulgarija, fejn jinstab fi kwantitajiet kbar, fil-flora u fil-fawna tal-pajjiż, u fin-nida fuq il-ħaxix tal-mergħat u fl-ilmijiet tan-nixxigħat. Il-ġurnal xjentifiku speċjalizzat Scripta Scientifica Pharmaceutica (vol. 1, 2014, p. 25) jinnota li “l-Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus jirriproduċi biss fit-territorju tal-Bulgarija moderna [...]. F’partijiet oħra fid-dinja, jgħaddi minn mutazzjonijiet u jieqaf jirriproduċi wara fermentazzjoni waħda jew tnejn.” Dan il-batterju jaffettwa l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott.

5.2.   Fatturi umani

Il-produzzjoni tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” għandha storja u tradizzjoni li jmorru lura sekli fil-Bulgarija.

Maż-żmien, il-bdiewa tejbu l-ħiliet tagħhom tal-produzzjoni tal-jogurt billi saħħnu tipi differenti ta’ ħalib mhux ipproċessat u żiedu starter. L-etnologa Maria Markova tiddeskrivi n-normi u t-teknoloġiji tradizzjonali relatati mal-jogurt f’partijiet differenti tal-Bulgarija fl-artiklu tagħha “Традиционна технология на българското кисело мляко” [It-teknoloġija tradizzjonali tal-jogurt Bulgaru] (Миналото [Il-Passat], 2006, vol. 2, pp. 48–56). Xi wħud kienu jużaw “xewk qares” (stikek miżmuma fil-bejtiet tan-nemel) bħala starter, filwaqt li oħrajn kienu jużaw in-nida f’Jum San Ġorġ, meta l-konċentrazzjoni tal-batterju Bulgaru kienet tkun fl-ogħla tagħha, kif ukoll diversi qxur ta’ siġar u ħxejjex aromatiċi. Il-metodu ta’ fermentazzjoni l-aktar komuni, li għadu jintuża sal-lum, huwa l-użu ta’ ammont żgħir ta’ jogurt magħmul fil-jiem ta’ qabel, li jiżdied mal-ħalib mgħolli. Il-ħila li jintgħażel starter xieraq u li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-fermentazzjoni ġiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Skont il-“Българско кисело мляко” [Il-Jogurt Bulgaru] (mill-inġiniera tar-riċerka anzjana Maria Kondratenko et al., Sofija, Zemizdat, 1985, pp. 28–29), “F’pajjiżna, għal sekli sħaħ, ir-rgħajja, id-djar u l-produtturi żgħar tal-jogurt Bulgaru użaw taħlitiet ta’ starters naturali, li jirrappreżentaw il-perfezzjoni li tirriżulta minn għażla naturali twila. L-aħjar starters, iddeterminati prinċipalment mit-togħma u l-aroma tagħhom, ġew mgħoddija minn ragħaj għal ragħaj, minn dar għal dar u minn produttur għal produttur.” L-għarfien u l-ħiliet relatati mal-istarters huma essenzjali biex jinkisbu t-togħma, l-aroma u l-konsistenza tal-prodott.

Fit-tieni nofs tas-seklu 20, il-kulturi starter oriġinali Bulgari nħolqu bħala parti mill-bidla lejn il-produzzjoni industrijali bl-użu ta’ teknika stabbilita. L-unità xjentifika mmexxija mill-inġiniera tar-riċerka anzjana Maria Kondratenko wettqet studji biex tiġi stabbilita t-togħma tipika tal-prodott u biex jintgħażlu l-mikroorganiżmi li għandhom jintużaw fil-produzzjoni tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”. Għal sentejn, it-tim ġabar kampjuni minn jogurt magħmul id-dar kif ukoll minn sorsi naturali. L-aħjar razez ta’ Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus u Streptococcus thermophilus ġew iżolati, studjati u magħżula f’kundizzjonijiet tal-laboratorju. Dan kien il-bidu tal-produzzjoni industrijali tal-kulturi starter simbjotiċi għal dan il-prodott.

5.3.   Karatteristiċi tal-prodott

It-togħma u l-aroma distintivi friski tal-aċidu lattiku tal-prodott huma dovuti għas-sustanzi metaboliċi, inklużi 34 tip ta’ riħa. Dawn jintelqu matul il-fermentazzjoni lattika bħala riżultat tal-attività simbjotika tal-Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus u tal-Istreptococcus thermophilus. Hija l-kompożizzjoni tal-istarter li tiddetermina t-togħma u l-aroma tal-prodott. Dan l-istarter huwa responsabbli għad-differenza fit-togħma u fl-aroma tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” meta mqabbel mal-jogurt prodott minn kulturi starter iżolati u prodotti barra mill-Bulgarija.

Fil-paġna 61 tal-ktieb tagħhom Българско кисело мляко [Il-Jogurt Bulgaru] (l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Ħalib fil-Bulgarija, Sofija, 2003), l-inġiniera tar-riċerka anzjana M. Kondratenko u l-Prof. Dr Eng. J. Simov jiddikjaraw li l-ħmira simbjotika Bulgara “tikkontribwixxi għat-tipiċità u l-individwalità stretta tal-jogurt oriġinali Bulgaru. Bis-saħħa tar-relazzjoni bejniethom, it-thermophyllous streptococcus u l-batterju Bulgaru forma ta’ virga [Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus] ibiddlu l-kompożizzjoni tal-ħalib, iżidu l-valur nutrittiv u bijoloġiku tiegħu, jibnu t-togħma u l-aroma tiegħu u jagħtuh il-profil karatteristiku tiegħu. Iż-żewġ mikroorganiżmi jirrilaxxaw sustanzi aromatiċi, li t-taħlitiet kwantitattivi tagħhom jiffurmaw l-aroma eċċezzjonali tal-jogurt oriġinali Bulgaru.”

Il-prodott għandu aċidità ogħla u konsistenza omoġenja u kremuża.

Il-prodott jieħu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu mill-ħalib mhux ipproċessat, kif hemm deskritt fil-paragrafu 3.3. Karatteristika distintiva tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” meta mqabbel ma’ prodotti simili oħra hija l-għadd kbir ta’ batterji Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus u Streptococcus thermophilus ħajjin fil-prodott finali, li jagħmluh probijotiku naturali.

5.4.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi taż-żona ġeografika, ikkaratterizzati minn ammonti moderati ta’ sħana u ndewwa, jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ batterji lattiċi tipiċi tal-mikroflora reġjonali, bħal-Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus. Is-sorsi użati għall-iżolament batteriku huma l-flora, il-fawna, in-nida tal-bwar u l-ilmijiet tan-nixxigħat.

Matul il-fermentazzjoni lattika, iż-żewġ batterji simbjotiċi fil-kulturi starter Bulgari, Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus u Streptococcus thermophilus, jiksbu t-togħma u l-aroma friski speċifiċi tal-aċidu lattiku tal-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”. Il-prodott jieħu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu mill-ħalib mhux ipproċessat, li għandu jiġi miż-żona ġeografika. Ir-ragħa tal-annimali tal-ħalib jaffettwa l-aroma u t-togħma tal-ħalib mhux ipproċessat u l-kontenut għoli ta’ Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus. Il-perjodu itwal tar-ragħa huwa r-raġuni għad-diversità tal-minerali u tal-vitamini fil-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat. Il-ħalib mhux ipproċessat għandu kontenut ibbilanċjat speċifiku tal-ingredjenti ewlenin bħall-potassju, il-manjeżju, il-fosfru u l-kalċju, il-proteini u l-vitamini (A, B, E, D u l-aċidu foliku). Maż-żmien, it-tradizzjoni tal-fermentazzjoni tal-ħalib ġiet żviluppata u baqgħet issir fid-djar. Fil-ktieb tiegħu Българското кисело мляко [Il-Jogurt Bulgaru] (1938), Dr K. Popdimitrov jiddikjara li “l-vantaġġi tal-mikroflora fil-jogurt Bulgaru huma dovuti għall-għażla tal-massa li sseħħ matul il-fermentazzjoni ta’ kuljum tal-ħalib. L-istarter normalment jittieħed mill-jogurt iffermentat l-aħjar, u b’hekk tinħoloq għażla naturali tal-mikroflora.” Din il-ħila tiġi mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako” huwa prodott bl-użu ta’ kulturi starter simbjotiċi Bulgari permezz ta’ teknika stabbilita sew u standardizzata. Dan iwassal ukoll għal karatteristika oħra tal-prodott, jiġifieri l-għadd kbir ta’ batterji Lactobacillicus delbrueckii subsp. bulgaricus u Streptococcus thermophilus bacteria ħajjin u l-effett probijotiku tagħhom.

Dan kollu jiġġustifika d-dikjarazzjoni li l-“Българско кисело мляко / Bulgarsko kiselo mlyako”“huwa l-frott tal-kundizzjonijiet klimatiċi tagħna u tat-tradizzjonijiet tan-nanniet tagħna” (Българско кисело мляко [Il-Jogurt Bulgaru], l-inġiniera tar-riċerka anzjana Maria Kondratenko et al, p. 9).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.mzh.government.bg/bg/politiki-i-programi/politiki-i-strategii/politiki-po-agrohranitelnata-veriga/zashiteni-naimenovaniya/blgarsko-kiselo-mlyako/


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.