ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
3 ta' April 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 121/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 121/02

Kawża C-483/22, KI (Trasferiment ta’ uffiċċju nutarili Portugiż): Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Coimbra – Juízo do Trabalho da Figueira da Foz – il-Portugall) – KI vs YB, JN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u leġislattiv tal-kawża prinċipali – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

2

2023/C 121/03

Kawża C-123/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

2

2023/C 121/04

Kawża C-724/22, Investcapital: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de León (Spanja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Investcapital Ltd vs G.H.R

3

2023/C 121/05

Kawża C-743/22, DISA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – DISA SUMINISTROS Y TRADING S.L.U. (DISA) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

4

2023/C 121/06

Kawża C-765/22, Air Berlín: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Luis Carlos et vs Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Fergħa fi Spanja

4

2023/C 121/07

Kawża C-770/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – OSTP Italy Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle Dogane di Genova 1, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle dogane di Genova 2 e Agenzia delle Entrate – Riscossione – Genova

5

2023/C 121/08

Kawża C-772/22, Air Berlin: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Victoriano et vs Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, fergħa fi Spanja, Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG

5

2023/C 121/09

Kawża C-16/23: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fis-16 ta’ Jannar 2023 – FA.RO. di YK & C. Sas vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

6

2023/C 121/10

Kawża C-39/23, Keva et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-26 ta’ Jannar 2023 – Keva, Landskapet Ålands pensionsfond u Kyrkans Centralfond vs Skatteverket

7

2023/C 121/11

Kawża C-70/23 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 minn Westfälischen Drahtindustrie GmbH et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-23 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-275/20, Westfälische Drahtindustrie GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

2023/C 121/12

Kawża C-97/23 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 minn WhatsApp Ireland Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-709/21, WhatsApp Ireland vs Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

8

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 121/13

Kawża T-62/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – SunPower vs EUIPO – ZO (*1) (Pannelli solari (parti minn -))

10

2023/C 121/14

Kawża T-63/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – SunPower vs EUIPO – ZO (*1) (Pannelli solari (parti minn -))

10

2023/C 121/15

Kawża T-73/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 – Tertianum vs EUIPO – DPF (TERTIANUM)

11

2023/C 121/16

Kawża T-74/23: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2023 – Oriflame Cosmetics vs EUIPO – Caramé Holding (Rappreżentazzjoni ta’ O stilizzata)

12

2023/C 121/17

Kawża T-76/23: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2023 – DDP Specialty Electronics Materials US 8 vs EUIPO – Taniobis (AMBERTEC)

13

2023/C 121/18

Kawża T-77/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 – Jaw de Croon vs CPVO – Belgicactus (Belsemred1)

13

2023/C 121/19

Kawża T-78/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Google vs EUIPO – EPay (GPAY)

14

2023/C 121/20

Kawża T-79/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)

15

2023/C 121/21

Kawża T-82/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Nextrend vs EUIPO – Xiamen Axent Corporation and Axent Switzerland (Toilet units (part of -))

15

2023/C 121/22

Kawża T-87/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – Biogena vs EUIPO (THE GOOD GUMS)

16

2023/C 121/23

Kawża T-91/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Ofree vs EUIPO – Gamigo (gamindo)

17

2023/C 121/24

Kawża T-92/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Timothy Jacob Jensen Studios vs EUIPO (DESIGNERS TRUST)

17


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 121/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 112, 27.3.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 104, 20.3.2023

ĠU C 94, 13.3.2023

ĠU C 83, 6.3.2023

ĠU C 71, 27.2.2023

ĠU C 63, 20.2.2023

ĠU C 54, 13.2.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Coimbra – Juízo do Trabalho da Figueira da Foz – il-Portugall) – KI vs YB, JN

((Kawża C-483/22, KI (Trasferiment ta’ uffiċċju nutarili Portugiż)) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u leġislattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 121/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Coimbra – Juízo do Trabalho da Figueira da Foz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KI

Konvenuti: YB, JN

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Coimbra – Juízo do Trabalho da Figueira da Foz (il-Qorti Distrettwali ta’ Coimbra – il-Qorti Industrijali ta’ Figueira da Foz, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 19.7.2022.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/2


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-123/22)

(2023/C 121/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Azéma, L. Grønfeldt, A. Tokár u J. Tomkin, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 260 TFUE billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex teżegwixxi d-dispożittiv tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża C-808/18, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Akkoljenza ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali);

2.

tikkundanna lill-Ungerija tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 5 468,45 kuljum – b’ammont totali minimu ta’ EUR 1 044 000,00 – matul il-perijodu mill-ġurnata meta l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fil-Kawża C-808/18 u l-ġurnata meta l-konvenuta teżegwixxi d-dispożittiv tal-imsemmija sentenza jew il-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża, jekk dan tal-aħħar iseħħ qabel;

3.

fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu msemmi fl-ewwel talba jkompli sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża, tikkundanna lill-Ungerija tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 16 393,16 kuljum matul il-perijodu mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża u l-ġurnata meta l-konvenuta teżegwixxi d-dispożittiv tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-808/18, u

4.

tikkundanna lill-Ungerija tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Fis-sentenza tagħha mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża C-808/18, Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Akkoljenza ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-leġiżlazzjoni Ungeriża fil-qasam tal-ażil kienet inkompatibbli minn diversi aspetti mad-dritt tal-Unjoni. Minkejja li l-Ungerija adottat ċerti miżuri sabiex tikkonforma ruħha mad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza – qabel xejn, għalqet l-imsemmija żoni ta’ tranżitu li kienet stabbilixxiet fil-fruntiera Ungaro-Serba – il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-miżuri ma humiex suffiċjenti sabiex jiġi eżegwit id-dispożittiv tal-imsemmija sentenza.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de León (Spanja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Investcapital Ltd vs G.H.R

(Kawża C-724/22, Investcapital)

(2023/C 121/04)

Lingwa tal-kawża: Spanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Investcapital Ltd

Konvenut: G.H.R.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), jipprekludi li, fl-eżekuzzjoni ta’ titolu li jirriżulta minn proċedura ta’ ordni għal ħlas li fiha sar stħarriġ tal-klawżoli inġusti, isir stħarriġ ġdid ex officio tal-klawżoli inġusti?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, huwa kuntrarju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 li wieħed jeżiġi mill-applikant għall-eżekuzzjoni li l-informazzjoni addizzjonali tippreċiża l-oriġini tal-ammont tad-dejn, inkluż l-ammont prinċipali u, skont il-każ, l-interessi, il-penalitajiet kuntrattwali u ammonti oħrajn, sabiex jitwettaq l-istħarriġ ex officio tan-natura eventwalment inġusta tal-imsemmija klawżoli? L-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà li jintalbu l-imsemmija dokumenti addizzjonali matul l-eżekuzzjoni?

2)

Il-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali li tipprekludi jew ma tipprevedix it-tieni stħarriġ ex officio tal-klawżoli inġusti fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ titolu proċedurali li jirriżulta minn proċedura ta’ ordni għal ħlas [jekk] jitqies li jista’ jkun hemm klawżoli inġusti minħabba stħarriġ imperfett jew inkomplet tan-natura inġusta fil-proċedura preċedenti li fiha nħareġ it-titolu eżekuttiv?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, huwa konformi mal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tkun tista’ teżiġi mill-applikant għall-eżekuzzjoni d-dokumenti neċessarji kollha sabiex tiddetermina l-kunċetti kuntrattwali li joħolqu l-ammont tad-dejn sabiex twettaq stħarriġ tan-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – DISA SUMINISTROS Y TRADING S.L.U. (DISA) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

(Kawża C-743/22, DISA)

(2023/C 121/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DISA SUMINISTROS Y TRADING S.L.U. (DISA)

Konvenut: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola nazzjonali, bħall-Artikolu 50ter tal-Ley 38/1992, de 28 de diciembre, de Impuestos Especiales (il-Liġi 38/1992 tat-28 ta’ Diċembru dwar id-Dazji tas-Sisa), li tawtorizza lill-Komunitajiet Awtonomi jistabbilixxu rati ta’ dazji tas-sisa differenzjati fuq l-idrokarburi għal kull territorju fir-rigward tal-istess prodott?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Luis Carlos et vs Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Fergħa fi Spanja

(Kawża C-765/22, Air Berlín)

(2023/C 121/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Luis Carlos, Severino, Isidora, Angélica, Paula, Luis Francisco, Delfina

Konvenut: Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Fergħa fi Spanja

Domanda preliminari

Fl-elaborazzjoni tal-proċedura universali mitigata stabbilita mir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (1), li tippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri sekondarji li jkunu japplikaw biss għall-assi li jkunu jinsabu fl-Istat tal-ftuħ tal-proċedura,

l-Artikolu 35 u l-Artikolu 7(1) [u 7](2)(g) u (h)[,] moqrija fid-dawl tal-premessa 72, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja għat-“ trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza” tirreferi għat-talbiet li jqumu wara l-ftuħ tal-proċedura prinċipali u mhux ta’ dik sekondarja?


(1)   ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – OSTP Italy Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle Dogane di Genova 1, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle dogane di Genova 2 e Agenzia delle Entrate – Riscossione – Genova

(Kawża C-770/22)

(2023/C 121/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OSTP Italy Srl

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle Dogane di Genova 1, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ufficio delle dogane di Genova 2, Agenzia delle Entrate – Riscossione – Genova

Domanda preliminari

L-Artikoli 43, 44 u 45 [tar-]Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura immedjatament eżekuttiva tas-sentenzi tal-ewwel istanza tal-qrati nazzjonali li jkollhom l-effett li jannullaw b’mod sħiħ jew parzjali l-avviżi fiskali fir-rigward tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea?


(1)   ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013 L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Victoriano et vs Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, fergħa fi Spanja, Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG

(Kawża C-772/22, Air Berlin)

(2023/C 121/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Victoriano, Bernabé, Jacinta, Sandra, Patricia, Juan Antonio, Verónica

Konvenuti: Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Sucursal en España, Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG

Domandi preliminari

Fid-dawl tat-tfassil tal-proċedura prinċipali ta’ portata universali iżda kkwalifikata implimentata mir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (1), li jippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri sekondarji li japplikaw biss għall-assi li jinsabu fl-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura,

1)

l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2015/848 jist[għu] jiġu interpretati fis-sens li l-assi li jinsabu fl-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja, u li l-effetti tal-proċedura huma limitati għalihom biss, huma biss dawk li jeżistu fil-mument meta tinfetaħ il-proċedura sekondarja u mhux dawk li kienu jeżistu meta nfetħet il-proċedura prinċipali?

2)

l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 jista’ jiġi interpretat fis-sens [li] hija konformi mal-possibbiltà li l-assi tad-debitur jitneħħew mit-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu, id-deċiżjoni tal-prattikant fl-insolvenza tal-proċedura ta’ insolvenza prinċipali li jitneħħew l-assi mingħajr ma jintalab il-ftuħ ta’ proċedura sekondarja jew tiġi evitata tali proċedura billi jiġi offrut impenn unilaterali skont l-Artikoli 36 u 37, meta huwa jikkonstata li jeżistu kredituri lokali bi kredit[i] industrijali rrikonoxxuti permezz ta’ sentenzi kif ukoll sekwestru kawtelatorju ta’ assi mogħti minn qorti industrijali tal-Istat Membru msemmi?

3)

l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2015/848 jista’ jiġi interpretat fis-sens li s-setgħa li jiġu eżerċitati azzjonijiet ta’ nullità għall-interessi tal-kredituri mogħtija lill-prattikant fl-insolvenza tal-proċedura ta’ insolvenza sekondarja tapplika għal sitwazzjoni bħal dik deskritta, li fiha tintalab ir-revoka ta’ att imwettaq mill-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedura ta’ insolvenza prinċipali?


(1)   ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fis-16 ta’ Jannar 2023 – FA.RO. di YK & C. Sas vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-16/23)

(2023/C 121/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FA.RO. di YK & C. Sas

Konvenut: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), kif ukoll l-Artikoli 49 u 56 u l-Artikolu 106(2) TFUE, għandhom jiġu interpretati fil-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq il-permessi ta’ ħwienet tal-prodotti tat-tabakk fuq il-bażi ta’ distanza ġeografika minima bejn il-fornituri u l-popolazzjoni residenti?

2)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, kif ukoll l-Artikoli 49 u 56 u l-Artikolu 106(2) TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-permess ta’ ħwienet tal-prodotti tat-tabakk għall-osservanza ta’ parametri stabbiliti minn qabel ta’ distanza ġeografika minima bejn il-fornituri u l-popolazzjoni residenti, mingħajr ma tippermetti lill-awtorità pubblika kompetenti li tevalwa ċirkustanzi fattwali oġġettivi oħra li, anki fin-nuqqas tar-rekwiżiti msemmija qabel[,] juru fil-każ speċifiku l-eżistenza ta’ rikjesta ta’ servizz?


(1)   ĠU 2006, L 376, p. 36.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-26 ta’ Jannar 2023 – Keva, Landskapet Ålands pensionsfond u Kyrkans Centralfond vs Skatteverket

(Kawża C-39/23, Keva et)

(2023/C 121/10)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Keva, Landskapet Ålands pensionsfond u Kyrkans Centralfond.

Konvenut: Skatteverket.

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li d-dividendi mħallsa minn kumpanniji nazzjonali lil istituzzjonijiet tal-irtirar pubbliċi barranin huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi korrispondenti ma humiex intaxxati jekk jakkumulaw lill-Istat proprju permezz tal-fondi ta’ pensjoni ġenerali tiegħu, jikkostitwixxi trattament diskriminatorju negattiv li jinvolvi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital ipprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 63 TFEU?

2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ jekk istituzzjoni tal-irtirar pubblika barranija hijiex f’sitwazzjoni li hija oġġettivament paragunabbli ma’ dik tal-Istat proprju u l-fondi ġenerali ta’ pensjoni tiegħu?

3)

Restrizzjoni potenzjali tista’, għal raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, titqies iġġustifikata?


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/7


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 minn Westfälischen Drahtindustrie GmbH et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fit-23 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-275/20, Westfälische Drahtindustrie GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-70/23 P)

(2023/C 121/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG, Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Duys u N. Tkatchenko, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara invalida l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħha l-Assistent Direttur Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni talbet li Westfälische Drahtindustrie GmbH tħallas lill-Kummissjoni ammont ta’ EUR 12 236 931,69;

konsegwentement tiddikjara li l-ħlasijiet magħmula minn Westfälische Drahtindustrie GmbH lill-Kummissjoni bejn id-29 ta’ Ġunju 2011 u s-16 ta’ Ġunju 2015 fl-ammont ta’ EUR 16 400 000 flimkien mal-interessi kumpensatorji li saru dovuti fl-ammont ta’ EUR 1 420 610, li flimkien jammontaw għal EUR 17 820 610, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-multa awtonoma imposta mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (T-393/10, EU:T:2015:515) b’effett mill-15 ta’ Lulju 2015 u li, minħabba l-ħlas tas-17 ta’ Ottubru 2019 fl-ammont ta’ EUR 18 149 636,24, din il-multa diġà tħallset fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil Westfälische Drahtindustrie GmbH ammont ta’ EUR 1 633 085,17 flimkien mal-interessi kumpensatorji mis-17 ta’ Ottubru 2019, sar-rimbors sħiħ tal-ammont dovut;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, tħallas danni lit-tliet appellanti fl-ammont ta’ EUR 12 236 931,69 bi tpaċija tal-ammont mitlub mill-Kummissjoni lil Westfälische Drahtindustrie GmbH permezz tal-ittra tat-2 ta’ Marzu 2020 u li tħallas lil Westfälische Drahtindustrie GmbH l-ammont ta’ ħlas żejjed li huwa ta’ EUR 1 633 085,17 flimkien mal-interessi kumpensatorji mis-17 ta’ Ottubru 2019 sar-rimbors sħiħ tal-ammont dovut;

sussidjarjament għat-talbiet li jidhru fl-ewwel sat-tielet inċiż, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni;

u f’kull każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedura fl-ewwel istanza u fil-proċedura fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw tliet aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

1.

Is-sentenza appellata tikser id-dritt tal-Unjoni u hija bbażata fuq motivazzjoni kontradittorja. Effettivament, il-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi l-bidla fundamentali u s-sostituzzjoni tal-multa imposta fuq l-appellanti mill-Kummissjoni fis-sena 2010/2011. Madankollu, minkejja ċ-ċarezza tad-dispożittiv kuntrarju u l-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, fis-sentenza appellata huwa sostnut li d-deċiżjoni adottata illegalment mill-Kummissjoni fis-sena 2010/2011 u l-multa mhux ġusta li ġiet imposta fiha baqgħu mhux mibdula u identiċi.

2.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi legali li jirriżultaw mis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015. Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju li l-obbligu li l-effetti jiġu eliminati, speċifikat fl-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, kellu jiġi implimentat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt proċedurali bażiku tal-appellanti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-forma tat-talba tagħhom għal smigħ xieraq. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi kollha tagħhom bl-istess motivazzjoni li biha l-multa emendata permezz tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015 ma kinitx multa ġdida. Id-deċiżjoni meħuda fis-sentenza appellata rigward in-natura legali tal-multa tqajjem dubji. Barra minn hekk, bejn id-diversi motivi ma teżistix tali rabta mill-qrib li tkun tiġġustifika ċ-ċaħda tagħha permezz ta’ argument legali wieħed. Pjuttost, il-Qorti Ġenerali kellha twettaq eżami individwali u bir-reqqa tal-motivi kollha. Ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit li l-Qorti Ġenerali pprovdiet motivazzjoni suffiċjenti sabiex tiċħad l-motivi kollha fis-sentenza appellata.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/8


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 minn WhatsApp Ireland Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-709/21, WhatsApp Ireland vs Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(Kawża C-97/23 P)

(2023/C 121/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: WhatsApp Ireland Ltd (rappreżentanti: H.-G. Kamann, Rechtsanwalt, F. Louis u A. Vallery, avocats, P. Nolan, B. Johnston u C. Monaghan, Solicitors, P. Sreenan u D. McGrath, Senior Counsel, C. Geoghegan u E. Egan McGrath, Barrister-at-Law)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara r-rikors ippreżentat fil-Kawża T-709/21 bħala ammissibbli;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni; u

tikkundanna lill-appellat ibati l-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, WhatsApp tibbaża fuq żewġ aggravji.

Fl-ewwel aggravju, WhatsApp issostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 263 TFUE billi sostniet li d-Deċiżjoni vinkolanti 1/2021 tal-BEPD tat-28 ta’ Lulju 2021 dwar it-tilwima bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati mnissla mill-abbozz ta’ deċiżjoni dwar WhatsApp elaborat mid-Data Protection Commission (DPC) (Ireland) (l-Awtorità ta’ Sorveljanza fil-Qasam tal-Protezzjoni tad-Data Personali tal-Persuni Fiżiċi, l-Irlanda, iktar ’il quddiem id-“DPC”) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”) hija sempliċi att preparatorju. B’hekk il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li WhatsApp, bħala rikorrenti mhux privileġġjata, kellha turi li d-deċiżjoni kontenzjuża twassal għal bidla sinjifikattiva fil-pożizzjoni legali tagħha. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ukoll meta ddeċidiet li WhatsApp ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni kontenzjuża. Minbarra dan, l-analiżi legali tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata. Il-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li (i) id-deċiżjoni kontenzjuża ma tikkostitwxxix sempliċi att intermedjarju, iżda tistabbilixxi l-pożizzjoni definittiva tal-BEPD fir-rigward ta’ kwistjonijiet indirizzati lejh għad-determinazzjoni taħt l-Artikolu 65 RĠPD (1); (ii) id-deċiżjoni kontenzjuża kellha effetti legali u ġabet magħha bidla sinjifikattiva fil-pożizzjoni legali ta’ WhatsApp; u (iii) WhatsApp kienet direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni kontenzjuża peress li ma ħalliet ebda diskrezzjoni ġenwina lid-DPC li kienet responsabbli mill-implimentazzjoni tagħha.

Fit-tieni aggravju tagħha, WhatsApp issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “deċiżjoni vinkolanti” fis-sens tal-Artikolu 65(1) tal-RĠPD u l-prinċipju ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p 2).


Il-Qorti Ġenerali

3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/10


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – SunPower vs EUIPO –  ZO (*1) (Pannelli solari (parti minn -))

(Kawża T-62/23)

(2023/C 121/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SunPower Corp. (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell:  ZO (*1)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni 2684043-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1588/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li d-disinn kontenzjuż huwa validu;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura lit-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 fir-rigward tas-suġġett tal-protezzjoni;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 fir-rigward tal-karattru individwali tad-disinn kontenzjuż.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/10


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – SunPower vs EUIPO –  ZO (*1) (Pannelli solari (parti minn -))

(Kawża T-63/23)

(2023/C 121/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SunPower Corp. (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell:  ZO (*1)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni 2684043-0002

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1589/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li d-disinn kontenzjuż huwa validu;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura lit-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 fir-rigward tas-suġġett tal-protezzjoni;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 fir-rigward tal-karattru individwali tad-disinn kontenzjuż.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/11


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 – Tertianum vs EUIPO – DPF (TERTIANUM)

(Kawża T-73/23)

(2023/C 121/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tertianum AG (Dübendorf, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Fröhlich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DPF AG (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva “TERTIANUM” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 305 367 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1706/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) moqri flimkien mal-Artikolu 8(2)(a)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2023 – Oriflame Cosmetics vs EUIPO – Caramé Holding (Rappreżentazzjoni ta’ O stilizzata)

(Kawża T-74/23)

(2023/C 121/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oriflame Cosmetics AG (Schaffhausen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: N. Gerling u U. Pfleghar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caramé Holding AG (Sulzbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ O stilizzata) li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 303 496 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 938/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2022 u tirrifjuta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 303 496 li tindika l-Unjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti flimkien mal-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/13


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2023 – DDP Specialty Electronics Materials US 8 vs EUIPO – Taniobis (AMBERTEC)

(Kawża T-76/23)

(2023/C 121/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DDP Specialty Electronics Materials US 8 llc (Collegeville, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Gibbons, SC, R. Minch u A. Bateman, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taniobis GmbH (Goslar, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AMBERTEC – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 104 742

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1988/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-intervenjenti (jekk ikun xieraq) għall-ispejjeż tar-rikorrenti inkluż l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti inkluż il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/13


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 – Jaw de Croon vs CPVO – Belgicactus (Belsemred1)

(Kawża T-77/23)

(2023/C 121/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jaw de Croon Holding BV (Apeldoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Overdijk, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Belgicactus BVBA (Westerlo, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

Proprjetarju tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti kkonċernata: protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti Belsemred1

Proċedimenti quddiem l-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tas-16 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ A024/2021

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lil-CPVO jannulla l-għoti tal-Protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti lill-“Belsemred1”; jew sussidjarjament, tordna lil-CPVO tiġbor iktar provi fir-rigward ta’ kwistjonijiet identifikati mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lil-CPVO għall-ispejjeż tiegħu stess u għall-ħlas/ħlas lura tal-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti mħallsa mill-appellanti skont ir-regoli applikabbli.

Motivi invokati

Ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali.

Ksur tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2100/94 jew ta’ kwalunkwe regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom, inkluż it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/14


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Google vs EUIPO – EPay (GPAY)

(Kawża T-78/23)

(2023/C 121/19)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schmitt u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EPay AD (Sofia, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GPAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 138 507

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1761/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)

(Kawża T-79/23)

(2023/C 121/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chiquita Brands LLC (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Dissmann u L. Jones, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jara 2000, SL (Murcia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CHIQUITA QUEEN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 075 274

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1811/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċeduri quddiem il-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Nextrend vs EUIPO – Xiamen Axent Corporation and Axent Switzerland (Toilet units (part of -))

(Kawża T-82/23)

(2023/C 121/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nextrend GmbH (Flörsheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weiland u C. Corbet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xiamen Axent Corporation Ltd (Haicang, iċ-Ċina), Axent Switzerland AG (Rapperswil-Jona, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 2 769 299-0001

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1604/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara d-disinn kontenzjuż ikkonċernat invalidu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(2) flimkien mal-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – Biogena vs EUIPO (THE GOOD GUMS)

(Kawża T-87/23)

(2023/C 121/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogena GmbH & Co. KG (Salzburg, l-Austrija) (rappreżentant: I. Schiffer, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “THE GOOD GUMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 632 678 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1690/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonċedi r-reġistrazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 632 678 għall-oġġetti kollha li saret applikazzjoni għalihom;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Ofree vs EUIPO – Gamigo (gamindo)

(Kawża T-91/23)

(2023/C 121/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ofree Srl (Treviso, l-Italja) (rappreżentant: L. Sergi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamigo AG (Amburgo, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “gamindo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 105 987

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 632/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-proċedimenti f'din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296(2) TFUE.


3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Timothy Jacob Jensen Studios vs EUIPO (DESIGNERS TRUST)

(Kawża T-92/23)

(2023/C 121/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Timothy Jacob Jensen Studios A/S (Højslev, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “DESIGNERS TRUST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 626 949

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1149/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.