|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 116/01 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Emendi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti ( 1 ) |
|
|
2023/C 116/02 |
||
|
2023/C 116/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11044 — DERICHEBOURG / ELIOR) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2023/C 116/04 |
Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill — Lulju – Diċembru 2022 (qasam soċjali) |
|
|
2023/C 116/05 |
||
|
2023/C 116/06 |
||
|
2023/C 116/07 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 116/08 |
||
|
2023/C 116/09 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2023/C 116/10 |
Naħa nazzjonali ġdida tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2023/C 116/11 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2023/C 116/12 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 116/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11099 - CINVEN / MBCC DIVESTMENT BUSINESS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 116/14 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Emendi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 116/01)
1.
Matul is-snin, ir-regoli tal-Unjoni Ewropea (“UE”) dwar il-kompetizzjoni kienu strumentali għall-protezzjoni tal-proċess kompetittiv fis-suq intern tal-UE (1). L-infurzar ta’ dawn ir-regoli, jiġifieri l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), “iservi lill-Ewropa sew billi jikkontribwixxi għal ambjent ekwu fejn is-swieq iservu lill-konsumaturi” (2). Barra minn hekk, jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li jmorru lil hinn mill-benessri tal-konsumatur, bħall-pluralità f’soċjetà demokratika (3).
2.
F’dan l-isfond, huwa ferm importanti li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jiġu applikati bis-sħiħ u b’mod effettiv. Dan huwa aktar u aktar meħtieġ fi żminijiet ta’ tbatija ekonomika, u fid-dawl tal-konċentrazzjoni tas-suq li qiegħda tiżdied f’diversi industriji.
3.
L-Artikolu 102 TFUE jipprojbixxi l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti minn impriżi li joperaw fis-Suq Intern. Dan kien strumentali fid-dixxiplina tal-imġiba ta’ impriżi dominanti, li għandhom responsabbiltà partikolari li ma jippreġudikawx, bl-aġir tagħhom, il-kompetizzjoni effettiva u mhux distorta fis-suq intern (4).
4.
Fil-5 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 102 TFUE) għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti (“Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar”) (5).
5.
Dik il-Komunikazzjoni stabbiliet il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ abbużi esklużjonarji ta’ dominanza sabiex tipprovdi aktar ċarezza u prevedibbiltà fir-rigward tal-qafas ġenerali ta’ analiżi tal-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta’ jekk għandhiex issegwi bħala kwistjoni ta’ prijorità, ċerti kawżi ta’ mġiba esklużjonarja (6). Il-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar kienu ta’ kontribut għat-trawwim ta’ infurzar tal-Artikolu 102 TFUE kkonċentrat fuq il-kapaċità ta’ imġiba partikolari li tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni, permezz tal-analiżi tad-dinamika tas-suq, li ġiet deskritta bħala l-approċċ ibbażat fuq l-effetti (7).
6.
Il-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, madankollu, ma kinux iddettati mil-liġi u ma pprovdewx interpretazzjoni tal-kunċett ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti, iżda sempliċiment stabbilew l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għażla tal-kawżi li hija trid issegwi bħala kwistjoni ta’ prijorità (8).
7.
Il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni evolvew maż-żmien, bis-saħħa tal-esperjenza akkumulata permezz tal-prattika tal-Kummissjoni li qieset l-evoluzzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni (9), kif ukoll l-iżviluppi tas-suq. B’mod partikolari, il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni kkonfermat approċċ ibbażat fuq l-effetti għall-Artikolu 102 TFUE kif ukoll iċċarat it-tifsira u l-ambitu ta’ ċerti kunċetti inklużi fil-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar.
8.
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, din il-Komunikazzjoni temenda partijiet mill-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar li ma għadhomx jirriflettu l-approċċ tal-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta’ jekk għandhiex issegwi ċerti kawżi bħala kwistjoni ta’ prijorità. L-emendi jsiru f’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u bil-ħsieb li tissaħħaħ it-trasparenza dwar il-prinċipji li jirfdu l-azzjoni ta’ infurzar tal-Kummissjoni.
9.
L-emendi tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar huma elenkati fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.
(1) Id-dritt tal-kompetizzjoni huwa wieħed mill-komponenti għall-kisba tas-suq intern, li “jinkludi sistema li tassigura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta”, ara l-Protokoll 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(2) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa, COM(2020) 67 final, p. 8.
(3) Is-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android), il-Kawża T-604/18, EU:T:2022:541, il-punt 1028.
(4) Is-Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, Intel vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kawża C-413/14 P, EU:C:2017:632, il-punt 135 u l-ġurisprudenza ċċitata; is-sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt.Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, il-Kawża C-680/20, EU:C:2023:33, il-punti 28 u 38.
(6) Il-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, il-paragrafu 2.
(7) Ara l-istqarrija għall-istampa tat-3 ta’ Diċembru 2008, Antitrust: il-benessri tal-konsumaturi fil-qalba tal-ġlieda tal-Kummissjoni kontra l-abbużi minn impriżi dominanti, IP/08/1877.
(8) Is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Post Danmark, C-23/14, EU:C:2015:651, il-punt 52.
(9) Mill-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, il-Kummissjoni adottat 27 deċiżjoni bbażati fuq l-Artikolu 102 TFUE (relatati mal-imġiba esklużjonarja), u l-qrati tal-Unjoni ħarġu 32 sentenza.
ANNESS tal-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Emendi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE għal imġiba esklużjonarja abbużiva minn impriżi dominanti
1.
Meta titqies l-esperjenza akkumulata permezz tal-prattika ta’ infurzar tal-Kummissjoni u l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “esklużjoni antikompetittiva” (Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, il-paragrafu 19) jirreferi mhux biss għall-każijiet fejn l-imġiba tal-impriża dominanti tista’ twassal għall-esklużjoni sħiħa jew il-marġinalizzazzjoni tal-kompetizzjoni iżda wkoll għall-każijiet li fihom tkun kapaċi twassal biex iddgħajjef il-kompetizzjoni, u b’hekk ixxekkel l-istruttura kompetittiva tas-suq għall-vantaġġ tal-impriża dominanti u għad-detriment tal-konsumaturi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prattika ta’ infurzar tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat li mhuwiex xieraq li jintuża l-element ta’ profittabbiltà tal-imġiba tal-impriża dominanti sabiex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni, jiġifieri li ssegwi kawżi bħala kwistjoni ta’ prijorità biss meta fihom l-impriża dominanti tista’ żżomm prezzijiet suprakompetittivi b’mod profittabbli jew tinfluwenza b’mod profittabbli parametri oħra tal-kompetizzjoni, bħall-produzzjoni, l-innovazzjoni, il-varjetà jew il-kwalità tal-oġġetti jew tas-servizzi. Għaldaqstant, fil-paragrafu 19 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, it-tieni sentenza hija sostitwita bit-test li ġej:“F”dan id-dokument, it-terminu “esklużjoni antikompetittiva” jintuża biex jiddeskrivi sitwazzjoni li fiha l-imġiba tal-impriża dominanti jkollha impatt li jippreġudika ż-żamma ta’ struttura ta’ kompetizzjoni effettiva (1a) u b’hekk tippermetti lill-impriża dominanti tinfluwenza b’mod negattiv, favur tagħha u għad-detriment tal-konsumaturi, id-diversi parametri tal-kompetizzjoni, bħall-prezzijiet, il-produzzjoni, l-innovazzjoni, il-varjetà jew il-kwalità tal-oġġetti jew tas-servizzi (1b).
(1a) Is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt.Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, il-Kawża C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 36."
(1b) Is-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android), T-604/18, EU:T:2022:541, il-punt 281."
2.
Meta titqies l-esperjenza akkumulata permezz tal-prattika ta’ infurzar tal-Kummissjoni u l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, mhuwiex xieraq, fir-rigward tal-imġiba esklużjonarja bbażata fuq il-prezz ta’ impriża dominanti, li tiġi segwita bħala kwistjoni ta’ prijorità biss imġiba li tista’ twassal għall-ħruġ mis-suq jew il-marġinalizzazzjoni tal-kompetituri li jkunu daqstant effiċjenti daqs l-impriża dominanti f’termini tal-istruttura tal-kostijiet tagħhom. Huwa minnu li f’ċerti ċirkostanzi, il-kompetizzjoni ġenwina tista’ tiġi wkoll minn impriżi li jkunu inqas effiċjenti mid-ditta dominanti, f’termini tal-istruttura tal-kostijiet tagħhom. Għalhekk, kif stabbilit hawn taħt, qegħdin isiru żewġ emendi tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar:|
(a) |
Fil-paragrafu 23 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, l-aħħar sentenza hija sostitwita bit-test li ġej: “Bil-għan li tiġi pprevenuta l-esklużjoni antikompetittiva, il-Kummissjoni ġeneralment tintervjeni meta l-imġiba kkonċernata tkun diġà qiegħda xxekkel jew hija kapaċi xxekkel il-kompetizzjoni minn kompetituri meqjusa daqstant effiċjenti daqs l-impriża dominanti (1). (1) (1) Is-Sentenza tat-3 ta’ Lulju 1991, AKZO Chemie vs Il-Kummissjoni, il-Kawża 62/86, EU:C:1991:286, il-punt 72, li fiha, b’rabta mal-ipprezzar taħt il-kost totali medju (ATC, average total cost ), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddikjarat: ‘Prezzijiet bħal dawn jistgħu jeskludu mis-suq impriżi li possibbilment huma daqstant effiċjenti daqs l-impriża dominanti iżda li, minħabba r-riżorsi finanzjarji tagħhom fuq skala iżgħar, ma humiex kapaċi jirreżistu għall-kompetizzjoni li ssir fil-konfront tagħhom’; ara wkoll is-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, T-271/03, EU:T:2008:101, il-punt 194, ikkonfermata fl-appell mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni, C-280/08 P, EU:C:2010:603). Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-kunċett ta’ kompetitur ‘daqstant effiċjenti’ jirreferi għall-effiċjenza u l-interess għall-konsumaturi mill-perspettiva b’mod partikolari tal-prezzijiet, tal-għażla, tal-kwalità jew tal-innovazzjoni, ara s-Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, Intel Corp. vs Il-Kummissjoni, C-413/14 P, EU:C:2017:632, il-punt 134, u s-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 37.”" |
|
(b) |
Fil-paragrafu 24 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, l-ewwel sentenza hija sostitwita bit-test li ġej: “Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tagħraf li f’ċerti ċirkostanzi kompetitur inqas effiċjenti jista’ jeżerċita wkoll restrizzjoni li għandha tiġi meqjusa meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat jekk imġiba partikolari bbażata fuq il-prezz twassalx għal esklużjoni antikompetittiva (1a). (1a) (1a) Is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet, C-23/14, EU:C:2015:651, il-punti 59-60; is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 57.”" |
3.
Kif irriżulta mill-prattika tal-infurzar tal-Kummissjoni u l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, it-“test tal-kompetitur daqstant effiċjenti” fir-rigward tal-kost tal-prezz huwa biss wieħed minn għadd ta’ metodi biex jiġi vvalutat, flimkien maċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha, jekk imġiba hijiex kapaċi tipproduċi effetti ta’ esklużjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll li l-użu ta’ “test ta’ kompetitur daqstant effiċjenti” huwa fakultattiv u li test ta’ din ix-xorta jista’ ma jkunx xieraq skont it-tip ta’ prattika jew id-dinamika tas-suq rilevanti (2). Minħabba f’hekk, mhuwiex ġustifikat użu ġeneralizzat ta’ tali test biex jiġi ddeterminat liema kawżi ta’ mġiba esklużjonarja bbażata fuq il-prezzijiet għandhom jiġu segwiti bħala kwistjoni ta’ prijorità u, jekk tali test isir, ir-riżultati tiegħu għandhom fi kwalunkwe każ jiġu vvalutati flimkien maċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha. Għalhekk, kif stabbilit hawn taħt, qegħdin isiru żewġ emendi tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar:|
(a) |
Fil-paragrafu 25 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, l-ewwel sentenza hija sostitwita bit-test li ġej: “Sabiex jiġi determinat jekk huwiex possibbli li anki kompetitur ipotetiku li huwa daqstant effiċjenti daqs l-impriża dominanti f’termini ta’ kostijiet jiġi eskluż minħabba l-imġiba kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ teżamina d-data ekonomika relatata mal-prezzijiet tal-kostijiet u tal-bejgħ, u b’mod partikolari jekk l-impriża dominanti hijiex involuta fi pprezzar taħt il-kost (1b). (1b) Is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet, C-23/14, EU:C:2015:651, il-punt 61; is-Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, Intel Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea, C-413/14 P, EU:C:2017:632, il-punt 141; is-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android), T-604/18, EU:T:2022:541, il-punt 643; is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punti 57, 58 u 62.”" |
|
(b) |
Il-paragrafu 27 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar huwa sostitwit bit-test li ġej: “Meta tanalizza d-data biex tivvaluta jekk kompetitur ugwalment effiċjenti jistax jikkompeti b’mod effettiv mal-imġiba tal-ipprezzar tal-impriża dominanti, il-Kummissjoni se tintegra din l-analiżi fil-valutazzjoni ġenerali tal-esklużjoni antikompetittiva (ara t-Taqsima B hawn fuq), filwaqt li tqis evidenza kwantitattiva u/jew kwalitattiva rilevanti oħra (4).” (4) Is-Sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Generics (UK) vs Oħrajn, C-307/18, EU:C:2020:52, il-punt 154; is-Sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni, T-336/07, EU:T:2012:172, il-punt 175; is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, C-280/08 P, EU:C:2010:603, il-punt 175; is-Sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, TeliaSonera Sverige, C-52/09, EU:C:2011:83, il-punt 28." |
4.
Meta titqies l-esperjenza akkumulata permezz tal-prattika ta’ infurzar tal-Kummissjoni rigward l-aċċess għall-input jew l-assi tal-impriża dominanti u l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni dwar tali aċċess, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet ta’ rifjut dirett ta’ forniment u sitwazzjonijiet fejn il-kumpanija dominanti tagħmel l-aċċess soġġett għal kundizzjonijiet inġusti (“rifjut kostruttiv ta’ forniment”). F’sitwazzjonijiet ta’ rifjut kostruttiv ta’ forniment, mhuwiex xieraq li bħala kwistjoni ta’ prijorità jiġu segwiti biss kawżi li jikkonċernaw l-għoti ta’ input indispensabbli jew l-aċċess għal faċilità essenzjali. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, li ċċarat li każijiet bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala rifjut dirett ta’ forniment u għalhekk il-kriterju tal-indispensabbiltà tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni ma japplikax (3).Għalhekk, fil-paragrafu 79 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, jitħassru l-aħħar żewġ sentenzi.
5.
Meta titqies l-esperjenza akkumulata permezz tal-prattika ta’ infurzar tal-Kummissjoni u l-kjarifiki pprovduti mill-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, mhuwiex xieraq li jiġu segwiti bħala kwistjoni ta’ prijorità kawżi ta’ kompressjoni tal-marġni biss meta dawk il-kawżi jinvolvu prodott jew servizz li huwa oġġettivament meħtieġ għall-kompetizzjoni b’mod effettiv fis-suq downstream. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, li ċċarat li kompressjoni tal-marġni mhijiex tip ta’ rifjut ta’ forniment iżda forma indipendenti ta’ abbuż li hija soġġetta għal kriterji differenti ta’ valutazzjoni. Għalhekk, kif stabbilit hawn taħt, qegħdin isiru erba’ emendi tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar.|
(a) |
It-titolu li jippreċedi l-paragrafu 75 tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet tal-infurzar huwa sostitwit bit-titolu li ġej: “D. Rifjut ta’ forniment”; |
|
(b) |
Il-paragrafu 80, inklużi n-noti 8 u 9 f’qiegħ il-paġna, jitħassar; |
|
(c) |
il-paragrafi 81 sa 90 għall-persuni huma nnumerati mill-ġdid kif ġej: il-paragrafu 81 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 80; il-paragrafu 82 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 81; il-paragrafu 83 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 82; il-paragrafu 84 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 83; il-paragrafu 85 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 84; il-paragrafu 86 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 85; il-paragrafu 87 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 86; il-paragrafu 88 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 87; il-paragrafu 89 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 88; il-paragrafu 90 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 89. |
|
(d) |
Wara l-paragrafu 89 il-ġdid tal-Linji Gwida dwar il-prijoritajiet ta’ infurzar, jiddaħħlu t-titolu u l-paragrafu 90 li ġejjin: “E. Kompressjoni tal-marġni”
(3) Dan jinkludi sitwazzjoni li fiha impriża integrata li tbigħ ‘sistema’ ta’ prodotti kumplimentari tbigħ wieħed mill-prodotti kumplimentari fuq bażi separata mill-pakkett kollu lil kompetitur li jipproduċi l-prodott kumplimentari l-ieħor." (4) Dan l-aġir jikkostitwixxi forma awtonoma ta’ abbuż li hija differenti mir-rifjut ta’ provvista, is-Sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, TeliaSonera Sverige, C-52/09, EU:C:2011:83, il-punt 56." (5) Madankollu f’xi każijiet, l-LRAIC ta’ kompetitur mhux integrat downstream jista’ jintuża bħala parametru referenzjarju, pereżempju meta ma jkunx possibbli li jiġu allokati b’mod ċar il-kostijiet tal-impriża dominanti għall-operazzjonijiet downstream u upstream.”" |
(1a) Is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt.Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, il-Kawża C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 36.
(1b) Is-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android), T-604/18, EU:T:2022:541, il-punt 281.
(1) (1) Is-Sentenza tat-3 ta’ Lulju 1991, AKZO Chemie vs Il-Kummissjoni, il-Kawża 62/86, EU:C:1991:286, il-punt 72, li fiha, b’rabta mal-ipprezzar taħt il-kost totali medju (ATC, average total cost ), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddikjarat: ‘Prezzijiet bħal dawn jistgħu jeskludu mis-suq impriżi li possibbilment huma daqstant effiċjenti daqs l-impriża dominanti iżda li, minħabba r-riżorsi finanzjarji tagħhom fuq skala iżgħar, ma humiex kapaċi jirreżistu għall-kompetizzjoni li ssir fil-konfront tagħhom’; ara wkoll is-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, T-271/03, EU:T:2008:101, il-punt 194, ikkonfermata fl-appell mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni, C-280/08 P, EU:C:2010:603). Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-kunċett ta’ kompetitur ‘daqstant effiċjenti’ jirreferi għall-effiċjenza u l-interess għall-konsumaturi mill-perspettiva b’mod partikolari tal-prezzijiet, tal-għażla, tal-kwalità jew tal-innovazzjoni, ara s-Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, Intel Corp. vs Il-Kummissjoni, C-413/14 P, EU:C:2017:632, il-punt 134, u s-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 37.”
(1a) (1a) Is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet, C-23/14, EU:C:2015:651, il-punti 59-60; is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punt 57.”
(1b) Is-Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet, C-23/14, EU:C:2015:651, il-punt 61; is-Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, Intel Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea, C-413/14 P, EU:C:2017:632, il-punt 141; is-Sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android), T-604/18, EU:T:2022:541, il-punt 643; is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt. Operations, C-680/20, EU:C:2023:33, il-punti 57, 58 u 62.”
(4) Is-Sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020, Generics (UK) vs Oħrajn, C-307/18, EU:C:2020:52, il-punt 154; is-Sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni, T-336/07, EU:T:2012:172, il-punt 175; is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, C-280/08 P, EU:C:2010:603, il-punt 175; is-Sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, TeliaSonera Sverige, C-52/09, EU:C:2011:83, il-punt 28.
(3) Dan jinkludi sitwazzjoni li fiha impriża integrata li tbigħ ‘sistema’ ta’ prodotti kumplimentari tbigħ wieħed mill-prodotti kumplimentari fuq bażi separata mill-pakkett kollu lil kompetitur li jipproduċi l-prodott kumplimentari l-ieħor.
(4) Dan l-aġir jikkostitwixxi forma awtonoma ta’ abbuż li hija differenti mir-rifjut ta’ provvista, is-Sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, TeliaSonera Sverige, C-52/09, EU:C:2011:83, il-punt 56.
(5) Madankollu f’xi każijiet, l-LRAIC ta’ kompetitur mhux integrat downstream jista’ jintuża bħala parametru referenzjarju, pereżempju meta ma jkunx possibbli li jiġu allokati b’mod ċar il-kostijiet tal-impriża dominanti għall-operazzjonijiet downstream u upstream.””
(2) Ara pereż. is-Sentenza tad-19 ta’ Jannar 2023, Unilever Italia Mkt.Operations vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, il-Kawża C-680/20, EU:C:2023:33, il-punti 57-58.
(3) Is-Sentenza tal-25 ta’ Marzu 2021, Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni (Slovak Telekom), il-Kawża C-165/19 P, EU:C:2021:239, il-punti 50-51 u s-Sentenza tat-12 ta’ Frar 2023, Lietuvos geležinkeliai AB vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kawża C-42/21 P, EU:C:2023:12, il-punti 81-84 u 91.
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/6 |
L-informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (1)
(2023/C 116/02)
Dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi (2): 1.6.2023.
Dettalji tar-ratifika tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi:
|
Il-Belġju |
6.6.2014 |
|
Il-Bulgarija |
3.6.2016 |
|
Id-Danimarka |
20.6.2014 |
|
Il-Ġermanja |
17.2.2023 |
|
L-Estonja |
1.8.2017 |
|
Franza |
14.3.2014 |
|
L-Italja |
20.2.2017 |
|
Il-Latvja |
11.1.2018 |
|
Il-Litwanja |
14.8.2017 |
|
Il-Lussemburgu |
22.5.2015 |
|
Malta |
9.12.2014 |
|
In-Netherlands |
14.9.2016 |
|
L-Awstrija |
6.8.2013 |
|
Il-Portugall |
28.8.2015 |
|
Is-Slovenja |
15.10.2021 |
|
Il-Finlandja |
19.1.2013 |
|
L-Iżvezja |
26.4.2018 |
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11044 — DERICHEBOURG / ELIOR)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 116/03)
Fl-24 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11044. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/8 |
Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill
Lulju – Diċembru 2022 (qasam soċjali)
(2023/C 116/04)
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2022 |
Is-Sa Viktoria BERGSTRÖM |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Żvezja |
Is-Sa Johanna BENGTSSON RYBERG |
Regeringskansliet |
12.7.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2022 |
Is-Sa Maret MARIPUU |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Estonja |
Is-Sa Meeli MIIDLA-VANATALU |
L-Ispettorat tax-Xogħol tal-Estonja |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2025 |
Is-Sa Stephanie PROPST |
Riżenja |
Supplenti |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sur Tobias SONNWEBER |
Federazzjoni tal-Industriji Awstrijaċi |
17.10.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2025 |
Is-Sa Heidi BOUSSEN |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Netherlands |
Is-Sa Hanneke VAN DEN BOUT |
Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi |
14.11.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2025 |
Is-Sa Lena SØBY |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Danimarka |
Is-Sur Clemens ØRNSTRUP ETZERODT |
Dansk Arbejdsgiverforening |
28.11.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sur Giovanni CALABRÒ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sa Caterina FRANCOMANO |
Ministeru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sa Silvia BOLOGNINI |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Italja |
Is-Sa Cristina BURZI |
Ministeru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sa Helene TANDERUP |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Danimarka |
Is-Sa Maja Kluger DIONIGI |
Konfederazzjoni Daniża ta’ Min Iħaddem |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sa Birgitte NYMARK |
Riżenja |
Supplenti |
Min iħaddem |
Danimarka |
Is-Sa Trine Birgitte HOUGAARD |
Konfederazzjoni Daniża ta’ Min Iħaddem |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sur Stefan MONDORF |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sur Fiete STARCK |
Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitgeberverbände |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sur Michael STIEFEL |
Riżenja |
Supplenti |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sur Arne FRANKE |
Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitgeberverbände |
20.9.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sa Caroline GRAF-SCHIMEK |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sa Christina MARX |
Wirtschaftskammer Österreich |
13.10.2022 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2025 |
Is-Sur Heinz WITTMANN |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Awstrija |
Is-Sa Silvia HOLZMANN-WINDHOFER |
Bundeskanzleramt |
13.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Caroline HIELEGEMS |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Belġju |
Is-Sa Caroline VERDOOT |
FGTB - ABVV |
12.7.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Caroline VERDOOT |
Riżenja |
Supplenti |
Trade unions |
Belġju |
Is-Sur Kris VAN EYCK |
ACV-CSC |
12.7.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Boel CALLERMO |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Żvezja |
Is-Sur Magnus FALK |
Arbetsmiljöverket |
12.7.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Viktoria BERGSTRÖM |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Żvezja |
Is-Sa Johanna BENGTSSON RYBERG |
Regeringskansliet |
12.7.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Maret MARIPUU |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Estonja |
Is-Sa Silja SOON |
L-Ispettorat tax-Xogħol tal-Estonja |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Silja SOON |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Estonja |
Is-Sa Meeli MIIDLA-VANATALU |
L-Ispettorat tax-Xogħol tal-Estonja |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Aija MAASIKAS |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Estonja |
Is-Sur Argo SOON |
Konfederazzjoni tat-Trade Unions Estonjani |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Argo SOON |
Riżenja |
Supplenti |
Trade unions |
Estonja |
Is-Sa Evelin TOMSON |
Konfederazzjoni tat-Trade Unions Estonjani |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Ziedonis ANTAPSONS |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Latvja |
Is-Sur Mārtiņš PUŽULS |
Konfederazzjoni tat-Trade Unions Ħielsa (LBAS) |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Mārtiņš PUŽULS |
Riżenja |
Supplenti |
Trade unions |
Latvja |
Is-Sa Gita OŠKĀJA |
Konfederazzjoni tat-Trade Unions Ħielsa (LBAS) |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Stephanie PROPST |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sur Tobias SONNWEBER |
Industriellenvereinigung |
25.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Cheryl HABER |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Malta |
Is-Sur Anthony AZZOPARDI |
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) |
12.7.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Andreas SOMMER MØLLER |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Danimarka |
Is-Sur Søren FRIIS |
Ministeru għall-Impjiegi |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Vatroslav SUBOTIĆ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Kroazja |
Is-Sa Iva MUSIĆ OREŠKOVIĆ |
Ministarstvo rada, mirovinskoga sustava, obitelji i socijalne politike |
13.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Narcisa MANOJLOVIĆ |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Kroazja |
Is-Sa Inja OGRIZOVIĆ DŽAMONJA |
Ministarstvo rada, mirovinskoga sustava, obitelji i socijalne politike |
13.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Stephanie PROPST |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sur Tobias SONNWEBER |
Industriellenvereinigung |
25.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Guy VAN GYES |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Belġju |
Is-Sur Yves BOLSEE |
Servizz Pubbliku Federali għall-Impjiegi, ix-Xogħol u d-Djalogu Soċjali |
14.11.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Fernando CATARINO JOSÉ |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Portugall |
Is-Sur Ricardo BERNARDES |
Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DGERT) |
28.11.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali |
31.3.2023 |
Is-Sa Daniela SIMIDCHIEVA |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Bulgarija |
Is-Sa Svetlana DONCHEVA |
Assoċjazzjoni Industrijali Bulgara |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali |
31.3.2023 |
Is-Sa Anita PISARRO |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Italja |
Is-Sur Andrea SIMONCINI |
Ministeru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali |
31.3.2023 |
Is-Sur Pietro TAGLIATESTA |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Italja |
Is-Sa Angela GRIECO |
Ministeru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali |
31.3.2023 |
Is-Sur Ivan ŠÓŠ |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Slovakkja |
Is-Sur Peter DANKO |
OZPSAV |
26.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali |
31.3.2023 |
Is-Sur António LEITE |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Portugall |
Is-Sa Ana Elisa SANTOS |
Ministério do Trabalho, Solidariedade e Segurança Social |
13.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2025 |
Is-Sa Annalise DESIRA |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Malta |
Is-Sur Michael CAMILLERI |
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza |
20.9.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2025 |
Is-Sa Zuzana BRIXOVÁ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Slovakkja |
Is-Sur Marián LIZANEC |
Ministeru għax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka |
17.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2025 |
Is-Sur Ján TOMAŠTÍK |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Slovakkja |
Is-Sa Lucia VLASÁKOVÁ |
Ministeru għax-Xogħol, Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka |
17.10.2022 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi |
31.5.2025 |
Is-Sa Greta TUMĖNIENĖ |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Litwanja |
Is-Sa Milda JANEIKAITĖ |
Ministeru għas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol |
21.11.2022 |
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Marzu 2023
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
(2023/C 116/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet tad-9 ta’ April 2019 (2), tat-8 ta’ Lulju 2019 (3), tas-16 ta’ Settembru 2019 (4) u tat-8 ta’ Novembru 2019 (5), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tas-Cedefop għall-perjodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
Il-membri u l-membri supplenti jibqgħu fil-kariga sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu sostitwiti. |
|
(3) |
Il-membri u l-membri supplenti jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tas-Cedefop għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju (Komunità Fjamming) |
Is-Sur Jeroen BACKS |
Is-Sur Bavo MEERT |
|
Belġju (Komunità Franċiż) |
Is-Sur Guibert DEBROUX |
|
|
Bulgarija |
Is-Sa Vania TIVIDOSHEVA |
Is-Sa Polina ZLATARSKA |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sa Marta STARÁ |
Is-Sa Martina KAŇÁKOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sa Morten HOLM-HEMMINGSEN |
Is-Sur Torben SCHUSTER |
|
Ġermanja |
|
|
|
Estonja |
Is-Sa Rita KASK |
Is-Sur Teet TIKO |
|
Irlanda |
|
|
|
Greċja |
|
|
|
Spanja |
Is-Sa Lydia BERROCOSO RUFO |
Is-Sa María Antonia AGUDO RIAZA |
|
Franza |
Is-Sa Nadine NERGUISIAN |
Is-Sur Gauthier DONNEZAN |
|
Kroazja |
Is-Sur Božo PAVIČIN |
Is-Sa Irena BAČELIĆ |
|
Italja |
Is-Sur Andrea SIMONCINI |
Is-Sa Angela GRIECO |
|
Ċipru |
Is-Sur Yiannis MOUROUZIDES |
Is-Sur Spyros SPYROU |
|
Latvja |
Is-Sa Rūta GINTAUTE-MARIHINA |
Is-Sa Jeļena MUHINA |
|
Litwanja |
Is-Sur Julius JAKUČINSKAS |
Is-Sa Joana VILIMIENĖ |
|
Lussemburgu |
|
|
|
Ungerija |
Is-Sa Krisztina VUJKOV |
Is-Sa Katalin ZOLTÁN |
|
Malta |
Is-Sur Jeffrey PULLICINO ORLANDO |
Is-Sur Mario CARDONA |
|
Netherlands |
Is-Sa Emmelie VAN DEN BERGH |
Is-Sur Wouter VERHEIJ |
|
Awstrija |
Is-Sur Eduard STAUDECKER |
Is-Sur Wolfgang SLAWIK |
|
Polonja |
Is-Sur Piotr BARTOSIAK |
Is-Sa Beata DZIEMIŃSKA-SKOWRON |
|
Portugall |
Is-Sa Ana OLIM |
Is-Sa Ana Elisa SANTOS |
|
Rumanija |
Is-Sa Ana RĂDULESCU |
Is-Sa Dalia-Maria MIRCEA-DĂRĂMUȘ |
|
Slovenja |
Is-Sa Slavica ČERNOŠA |
|
|
Slovakkja |
Is-Sur Karol JAKUBÍK |
|
|
Finlandja |
Is-Sur Kari NYYSSÖLÄ |
Is-Sa Hanna AUTERE |
|
Żvezja |
Is-Sa Carina LINDÉN |
Is-Sur Jacob JOHANSSON |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sa Sarah LAMBRECHTS |
Is-Sur Cédric HEYLEN |
|
Bulgarija |
Is-Sa Leontina ISRAEL |
Is-Sur Adrian ILIEV |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Lukáš NĚMEC |
Is-Sa Gabriela TLAPOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sur Thomas FELLAND |
Is-Sa Maria BJERRE |
|
Ġermanja |
Is-Sur Marion PATUZZI |
Is-Sur Hans Ulrich NORDHAUS |
|
Estonja |
Is-Sur Jaan-Hendrik TOOMEL |
Is-Sa Kaja TOOMSALU |
|
Irlanda |
|
|
|
Greċja |
Is-Sur Konstantinos KALLONIATIS |
Is-Sur Christos GOULAS |
|
Spanja |
Is-Sur Vicente SÁNCHEZ JIMÉNEZ |
Is-Sur Juan Carlos MORALES SAN JUAN |
|
Franza |
Is-Sur Nicolas FAINTRENIE |
|
|
Kroazja |
Is-Sa Dijana ŠOBOTA |
Is-Sur Jere BILAN |
|
Italja |
Is-Sur Francesco LAURIA |
Is-Sa Milena MICHELETTI |
|
Ċipru |
Is-Sur Evangelos EVANGELOU |
Is-Sur Christos KARYDIS |
|
Latvja |
Is-Sa Linda ROMELE |
Is-Sa Anda GRĪNFELDE |
|
Litwanja |
Is-Sa Tatjana BABRAUSKIENĖ |
|
|
Lussemburgu |
Is-Sur Carlo FRISING |
Is-Sa Jeannine KOHN |
|
Ungerija |
Is-Sur László KOZÁK |
Is-Sur Tamás BÉKÉSI |
|
Malta |
Is-Sa Elaine GERMANI |
Is-Sur Josef VELLA |
|
Netherlands |
Is-Sa Isabel COENEN |
|
|
Awstrija |
Is-Sur Bernhard HORAK |
Is-Sur Alexander PRISCHL |
|
Polonja |
Is-Sa Dagmara IWANCIW |
Is-Sa Katarzyna PAWLACZYK |
|
Portugall |
Is-Sur Hugo Filipe RODRIGUES DIONÍSIO |
Is-Sur José Manuel da LUZ CORDEIRO |
|
Rumanija |
Is-Sur Gheorghe SIMION |
|
|
Slovenja |
Is-Sa Laura WEBER |
|
|
Slovakkja |
Is-Sur Peter KOLESÍK |
Is-Sur Peter DANKO |
|
Finlandja |
Is-Sa Riina NOUSIAINEN |
Is-Sa Kirsi RASINAHO |
|
Żvezja |
Is-Sa Hedvig MODIN |
Is-Sa Mia NIKALI |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sa Sandra COENEGRACHTS |
Is-Sur Joris VANDERSTEENE |
|
Bulgarija |
Is-Sa Svetlana DONCHEVA |
|
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Miloš RATHOUSKÝ |
Is-Sa Vladimíra DRBALOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sa Elisabeth LUND NYBORG |
Is-Sa Louise HOEJ LARSEN |
|
Ġermanja |
Is-Sa Barbara DORN |
Is-Sur Christian SPERLE |
|
Estonja |
|
Is-Sa Pillie MEIER |
|
Irlanda |
Is-Sur Tony DONOHOE |
Is-Sur Adam Mark WEATHERLEY |
|
Greċja |
Is-Sur Christos IOANNOU |
Is-Sur Nikos GAVALAKIS |
|
Spanja |
Is-Sur Juan Carlos TEJEDA HISADO |
Is-Sa Sandra MISO GUAJARDO |
|
Franza |
Is-Sa Siham SAÏDI |
Is-Sur Florence GELOT |
|
Kroazja |
Is-Sur Marko JURČIĆ |
Is-Sa Gordana NIKOLIĆ |
|
Italja |
Is-Sur Alfonso BALSAMO |
Is-Sa Paola ASTORRI |
|
Ċipru |
Is-Sa Maria STYLIANOU THEODORU |
Is-Sa Maria PIREA |
|
Latvja |
Is-Sa Ilona KIUKUCĀNE |
Is-Sa Inese STEPIŅA |
|
Litwanja |
|
|
|
Lussemburgu |
Is-Sur Marc GROSS |
Is-Sur Gilles WALERS |
|
Ungerija |
Is-Sa Adrienn BÁLINT |
|
|
Malta |
Is-Sur Robert MICALLEF |
Is-Sa Daniela GRECH |
|
Netherlands |
Is-Sa Hanneke ACKERMANN |
|
|
Awstrija |
Is-Sur Gerhard RIEMER |
Is-Sur Thomas MAYR |
|
Polonja |
Is-Sa Magdalena ZABŁOCKA |
Is-Sur Sławomir SZYMCZAK |
|
Portugall |
Is-Sur Duarte VEIGA DA CUNHA |
Is-Sur Nuno BERNARDO |
|
Rumanija |
Is-Sa Adriana RADA |
Is-Sur Vlad ILIESCU |
|
Slovenja |
Is-Sur Simon OGRIZEK |
|
|
Slovakkja |
Is-Sur Peter BENCKO |
Is-Sur Ľubomír GROMOŠ |
|
Finlandja |
Is-Sur Mikko VIELTOJÄRVI |
Is-Sa Maiju KORHONEN |
|
Żvezja |
Is-Sur Pär LUNDSTRÖM |
Is-Sur Georgios SIDERAS |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar lill-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 136,12.4.2019, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Litwanja (ĠU C 232, 10.7.2019, p. 5).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2019 li taħtar membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għar-Rumanija (ĠU C 316,20.9.2019, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 li taħtar membru u membru upplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Lussemburgu (ĠU C 385, 13.11.2019, p. 6).
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Marzu 2023
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
(2023/C 116/06)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2062/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati għall-ħatra ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,
Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet tad-9 ta’ April 2019 (2),tas-6 ta’ Ġunju 2019 (3), tat-8 ta’ Lulju 2019 (4), tal-14 ta’ Ġunju 2021 (5) u tat-2 ta’ Ġunju 2022 (6), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-EU-OSHA għall-perjodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
Il-membri u l-membri supplenti għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġġeddu jew inkella sakemm jiġu sostitwiti. |
|
(3) |
Il-membri u l-membri supplenti jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal- EU-OSHA għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sa Véronique CRUTZEN |
Is-Sa Aurore MASSART |
|
Bulgarija |
Is-Sa Darina KONOVA |
Is-Sur Nikolay ARNAUDOV |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Jaroslav HLAVÍN |
Is-Sa Lucie KYSELOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sa Annemarie KNUDSEN |
Is-Sa Anne-Marie VON BENZON |
|
Ġermanja |
Is-Sur Kai SCHÄFER |
Is-Sur Sebastian HAUS-RYBICKI |
|
Estonja |
Is-Sa Silja SOON |
Is-Sa Marika LIIV |
|
Irlanda |
Is-Sa Marie DALTON |
Is-Sur Stephen CURRAN |
|
Greċja |
Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS |
Is-Sa Aggeliki MOIROU |
|
Spanja |
Is-Sur Carlos ARRANZ CORDERO |
Is-Sa Mercedes TEJEDOR AIBAR |
|
Franza |
Is-Sa Lucie MEDIAVILLA |
Is-Sa Anne AUDIC |
|
Kroazja |
Is-Sa Marina PRELEC |
Is-Sa Žanna JANČIEV |
|
Italja |
Is-Sur Antonio VALENTI |
Is-Sa Laura TOMASSINI |
|
Ċipru |
Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES |
Is-Sur Chrysanthos SAVVIDES |
|
Latvja |
Is-Sur Renārs LŪSIS |
Is-Sa Jolanta GEDUŠA |
|
Litwanja |
Is-Sa Aldona SABAITIENĖ |
Is-Sa Gintarė BUŽINSKAITĖ |
|
Lussemburgu |
Is-Sur Marco BOLY |
Is-Sa Patrice FURLANI |
|
Ungerija |
Is-Sur Attila LUMNICZKY |
Is-Sur Gyula MADARÁSZ |
|
Malta |
Is-Sur Melhino MERCIECA |
Is-Sur Silvio FARRUGIA |
|
Netherlands |
Is-Sa Tanja WESSELIUS |
Is-Sur Martin DEN HELD |
|
Awstrija |
Is-Sa Gertrud BREINDL |
Is-Sa Anna RITZBERGER-MOSER |
|
Polonja |
Is-Sa Agnieszka WOLSKA |
Is-Sa Agnieszka GAJEK |
|
Portugall |
Is-Sur Nelson FERREIRA |
Is-Sa Paula SOUSA |
|
Rumanija |
Is-Sa Elena PERJU |
Is-Sa Veronica HAȘ |
|
Slovenja |
Is-Sur Nikolaj PETRIŠIČ |
Is-Sa Vladka KOMEL |
|
Slovakkja |
Is-Sa Martina KOSTURÁKOVÁ |
Is-Sur Adam ŠULÍK |
|
Finlandja |
Is-Sur Raimo ANTILA |
Is-Sa Liisa HAKALA |
|
Żvezja |
Is-Sur Magnus FALK |
Is-Sa Johanna BENGTSSON RYBERG |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sa Caroline VERDOOT |
Is-Sur Kris VAN EYCK |
|
Bulgarija |
|
|
|
Repubblika Ċeka |
|
|
|
Danimarka |
Is-Sur Ulrik SPANNOW |
Is-Sur Can SARIALTUN |
|
Ġermanja |
Is-Sur Sebastian SCHNEIDER |
Is-Sur Moriz-Boje TIEDEMANN |
|
Estonja |
|
|
|
Irlanda |
Is-Sur Dessie ROBINSON |
Is-Sur Sylvester CRONIN |
|
Greċja |
Is-Sur Andreas STOIMENIDIS |
Is-Sur Markos KONTIZAS |
|
Spanja |
Is-Sa Ana GARCÍA DE LA TORRE |
Is-Sur Rubén PINEL BALLESTEROS |
|
Franza |
Is-Sur Abderrafik ZAIGOUCHE |
|
|
Kroazja |
|
|
|
Italja |
|
Is-Sa Cinzia FRASCHERI |
|
Ċipru |
Is-Sur Evangelos EVANGELOU |
Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU |
|
Latvja |
Is-Sur Mārtiņš PUŽULS |
Is-Sa Gita OŠKĀJA |
|
Litwanja |
Is-Sa Inga RUGINIENĖ |
Is-Sur Ričardas GARUOLIS |
|
Lussemburgu |
|
|
|
Ungerija |
|
|
|
Malta |
Is-Sur Victor CARACHI |
Is-Sur Anthony CASARU |
|
Netherlands |
Is-Sur Wim VAN VEELEN |
|
|
Awstrija |
Is-Sa Julia NEDJELIK-LISCHKA |
Is-Sa Petra STREITHOFER |
|
Polonja |
Is-Sur Tomasz NAGÓRKA |
Is-Sa Paulina BARAŃSKA |
|
Portugall |
Is-Sur Eduardo Manuel NOGUEIRA CHAGAS |
Is-Sa Vanda Teresa ROGADO MADEIRA PEREIRA DA CRUZ |
|
Rumanija |
|
|
|
Slovenja |
|
|
|
Slovakkja |
Is-Sur Peter RAMPAŠEK |
Is-Sur Vladimír KMEC |
|
Finlandja |
Is-Sur Erkki AUVINEN |
Is-Sa Lotta SAVINKO |
|
Żvezja |
Is-Sa Karin FRISTEDT |
Is-Sa Cyrene MARTINSSON WAERN |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sur Kris DE MEESTER |
Is-Sur Marc DE WILDE |
|
Bulgarija |
Is-Sur Georgi STOEV |
Is-Sa Petya GEOREVA |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Jiří PUTNA |
Is-Sur Martin RÖHRICH |
|
Danimarka |
Is-Sur Clemens ØRNSTRUP ETZERODT |
Is-Sur Jens SKOVGAARD LAURITSEN |
|
Ġermanja |
Is-Sur Eckhard METZE |
Is-Sur Stefan ENGEL |
|
Estonja |
Is-Sa Marju PEÄRNBERG |
|
|
Irlanda |
Is-Sur Michael GILLEN |
Is-Sa Katharine MURRAY |
|
Greċja |
Is-Sa Katerina DASKALAKI |
|
|
Spanja |
Is-Sa Miriam PINTO LOMEÑA |
Is-Sa Laura CASTRILLO NÚÑEZ |
|
Franza |
Is-Sur Franck GAMBELLI |
Is-Sur Patrick LÉVY |
|
Kroazja |
Is-Sur Nenad SEIFERT |
Is-Sa Nuša ŽUNEC |
|
Italja |
Is-Sa Fabiola LEUZZI |
Is-Sur Pier Paolo MASCIOCCHI |
|
Ċipru |
Is-Sur Emilios MICHAEL |
Is-Sur Polyvios POLYVIOU |
|
Il-Latvja |
|
|
|
Litwanja |
Is-Sa Rūta JASIENĖ |
|
|
Lussemburgu |
Is-Sur Thierry GRIMÉE |
Is-Sur Marc KIEFFER |
|
Ungerija |
Is-Sur István KOMORÓCZKI |
|
|
Malta |
Is-Sur Martin BONDIN |
Is-Sur Joseph DELIA |
|
Netherlands |
Is-Sur Mario VAN MIERLO |
|
|
Awstrija |
Is-Sa Christa SCHWENG |
Is-Sur Tobias SONNWEBER |
|
Polonja |
|
|
|
Portugall |
Is-Sur Manuel Marcelino PERALTA DA PENA COSTA |
Is-Sur Luís HENRIQUE |
|
Rumanija |
Is-Sa Victorița Mihaela GRIGORE |
|
|
Slovenja |
Is-Sur Jože SMOLE |
|
|
Slovakkja |
Is-Sur Robert MEITNER |
Is-Sa Silvia SUROVÁ |
|
Finlandja |
Is-Sa Auli RYTIVAARA |
Is-Sa Anne SALOMAA |
|
Żvezja |
Is-Sa Cecilia ANDERSSON |
Is-Sur Anders WESTLUND |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 135, 11.4.2019, p. 7).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-gvern tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Greċja, Franza u l-Lussemburgu (ĠU C 195,11.6.2019, p. 4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/963 tas-6 ta’ Ġunju 2019 li taħtar membru supplenti wieħed tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza (ĠU L 156, 13.6.2019, p. 3).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li taħtar membru wieħed tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-Ungerija (ĠU C 232, 10.7.2019, p. 4).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 li taħtar membru wieħed u membru supplenti wieħed tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għal-Latvja (ĠU C 234 I, 17.6.2021, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/896 tat-2 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru wieħed u membru supplenti wieħed tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għar-Rumanija (ĠU L 155, 8.6.2022, p. 49).
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Marzu 2023
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound)
(2023/C 116/07)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet tad-9 ta’ April 2019 (2), tal-25 ta’ Ġunju 2019 (3), tat-8 ta’ Lulju 2019 (4), tas-16 ta’ Settembru 2019 (5) u tal-14 ta’ Ġunju 2021 (6), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Eurofound għall-perjodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
Il-membri u l-membri supplenti jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm il-ħatra tagħhom tiġġedded jew inkella jiġu sostitwiti. |
|
(3) |
Il-membri u l-membri supplenti jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri u membri supplenti tal-Bord tat-mexxija tal- Eurofound għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sur Yves BOLSÉE |
Is-Sur Alain PIETTE |
|
Bulgarija |
Is-Sur Nenko SALCHEV |
Is-Sa Teodora TODOROVA |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Vlastimil VÁŇA |
Is-Sur Ondřej KRÝSL |
|
Danimarka |
Is-Sur Søren FRIIS |
Is-Sa Lærke Thorø Borch SLOTH |
|
Ġermanja |
Is-Sur Thomas VOIGTLÄNDER |
Is-Sa Ina HINZER |
|
Estonja |
Is-Sa Marian JUURIK |
Is-Sa Marion PAJUMETS |
|
Irlanda |
Is-Sur Marcus BREATHNACH |
Is-Sa Olivia CLARKE |
|
Greċja |
Is-Sa Triantafyllia TOTOU |
Is-Sur Georgios GOURZOULIDIS |
|
Spanja |
Is-Sa Marina GRIÑÓN MONTES |
Is-Sa Gloria María ORTEGA GONZÁLEZ |
|
Franza |
Is-Sa Nathalie VAYSSE |
Is-Sa Lucile CASTEX-CHAUVE |
|
Kroazja |
Is-Sa Iva MUSIĆ OREŠKOVIĆ |
Is-Sa Inja OGRIZOVIĆ DŽAMONJA |
|
Italja |
Is-Sur Romolo de CAMILLIS |
Is-Sa Rosanna MARGIOTTA |
|
Ċipru |
Is-Sur Orestis MESSIOS |
Is-Sur Panayiotis SAVVA |
|
Latvja |
Is-Sa Ineta TĀRE |
Is-Sa Ineta VJAKSE |
|
Litwanja |
Is-Sa Donata ŠLEKYTĖ |
Is-Sa Rita SKREBIŠKIENĖ |
|
Lussemburgu |
Is-Sur Tom OSWALD |
Is-Sur Bob GREIS |
|
Ungerija |
Is-Sa Krisztina PELEI |
Is-Sa Vera Judit ÁCS |
|
Malta |
Is-Sa Diane VELLA MUSCAT |
Is-Sur Christopher GALEA |
|
Netherlands |
Is-Sur Wilm GEURTS |
Is-Sa Alexandra NICOLAI |
|
Awstrija |
Is-Sur Harald FUGGER |
Is-Sa Petra PENCS |
|
Polonja |
Is-Sur Jerzy CIECHAŃSKI |
Is-Sa Magdalena ZAWADZKA |
|
Portugall |
Is-Sa Cristina RODRIGUES |
Is-Sur Ricardo BERNARDES |
|
Rumanija |
Is-Sa Bianca Diana MIHĂIȚĂ |
Is-Sa Ioana DUMITRESCU |
|
Slovenja |
Is-Sa Vladka KOMEL |
Is-Sur Andraž BOBOVNIK |
|
Slovakkja |
Is-Sa Silvia GREGORCOVÁ |
Is-Sur Ján GABURA |
|
Finlandja |
Is-Sur Antti NÄRHINEN |
Is-Sa Maija LYLY-YRJÄNÄINEN |
|
Żvezja |
Is-Sa Aurora LEWÉN |
Is-Sur Håkan NYMAN |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sur Stijn GRYP |
Is-Sa Caroline VERDOOT |
|
Bulgarija |
Is-Sur Todor KAPITANOV |
Is-Sur Veselin MITOV |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Jiří VAŇÁSEK |
Is-Sa Jana MALÁČOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sa Maria BJERRE |
Is-Sa Käthe Munk RYOM |
|
Ġermanja |
Is-Sa Tanja BERGRATH |
Is-Sa Livia HENTSCHEL |
|
Estonja |
Is-Sur Jaan-Hendrik TOOMEL |
Is-Sur Madis IGANÕMM |
|
Irlanda |
Is-Sur David JOYCE |
Is-Sur Ger GIBBONS |
|
Greċja |
Is-Sur Ioannis POUPKOS |
Is-Sur Panagiotis KORDATOS |
|
Spanja |
Is-Sa Valérie PARRA BALAYÉ |
Is-Sur Fernando ROCHA SÁNCHEZ |
|
Franza |
Is-Sur Charles PARMENTIER |
Is-Sur Romain LASSERRE |
|
Kroazja |
Is-Sa Marija HANŽEVAČKI |
Is-Sa Dijana ŠOBOTA |
|
Italja |
Is-Sur Salvatore MARRA |
Is-Sa Rossella BENEDETTI |
|
Ċipru |
Is-Sur Panicos ARGYRIDES |
Is-Sur Evangelos EVANGELOU |
|
Latvja |
Is-Sa Linda ROMELE |
Is-Sur Mārtiņš SVIRSKIS |
|
Litwanja |
Is-Sa Daiva KVEDARAITĖ |
Is-Sa Sigita MYKOLAITYTĖ |
|
Lussemburgu |
Is-Sa Véronique EISCHEN |
Is-Sur Patrick DURY |
|
Ungerija |
Is-Sur Szabolcs BEŐTHY -FEHÉR |
Is-Sa Viktória SZŰCS |
|
Malta |
Is-Sur Joseph BUGEJA |
Is-Sur Paul PACE |
|
Netherlands |
Is-Sur Jan KOUWENBERG |
Is-Sa Lottie Van KELLE |
|
Awstrija |
Is-Sa Dinah DJALINOUS-GLATZ |
Is-Sur Adi BUXBAUM |
|
Polonja |
Is-Sa Katarzyna BARTKIEWICZ |
Is-Sa Katarzyna PIETRZAK |
|
Portugall |
Is-Sa Vanda Teresa ROGADO MADEIRA PEREIRA DA CRUZ |
Is-Sur Hugo Filipe RODRIGUES DIONÍSIO |
|
Rumanija |
Is-Sur Sabin RUSU |
Is-Sa Mihaela DÂRLE |
|
Slovenja |
Is-Sa Maja KONJAR |
Is-Sur Matija DRMOTA |
|
Slovakkja |
Is-Sur Miroslav HAJNOŠ |
|
|
Finlandja |
Is-Sur Juha ANTILA |
Is-Sur Seppo NEVALAINEN |
|
Żvezja |
Is-Sur Håkan GUSTAVSSON |
Is-Sa Carola LÖFSTRAND |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Stat Membru |
Membri |
Membri supplenti |
|
Belġju |
Is-Sur Kris DE MEESTER |
Is-Sur Phillipe VAN WALLEGHEM |
|
Bulgarija |
Is-Sur Dimiter BRANKOV |
Is-Sur Theodor DETCHEV |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sa Vladimíra DRBALOVÁ |
Is-Sa Pavla BŘEČKOVÁ |
|
Danimarka |
Is-Sa Christiane MIßLBECK-WINBERG |
Is-Sa Maja KLUGER DIONIGI |
|
Ġermanja |
Is-Sur Matthias ROHRMANN |
Is-Sur Sebastian HOPFNER |
|
Estonja |
Is-Sa Kristi SÕBER |
Is-Sur Raul EAMETS |
|
Irlanda |
Is-Sa Maeve McELWEE |
Is-Sa Pauline O’HARE |
|
Greċja |
Is-Sur Christos IOANNOU |
Is-Sa Katerina DASKALAKI |
|
Spanja |
Is-Sa Celia FERRERO ROMERO |
Is-Sur Miguel CANALES GUTIÉRREZ |
|
Franza |
Is-Sur Sébastien DARRIGRAND |
Is-Sa Anne VAUCHEZ |
|
Kroazja |
Is-Sa Nuša ŽUNEC |
Is-Sur Dario ĆORIĆ |
|
Italja |
Is-Sa Stefania ROSSI |
Is-Sur Giovanni MORLEO |
|
Ċipru |
Is-Sur Polyvios POLYVIOU |
Is-Sur Georges HADJIKALLIS |
|
Latvja |
Is-Sa Ilona KIUKUCĀNE |
Is-Sa Inese STEPIŅA |
|
Litwanja |
Is-Sa Ineta RIZGELĖ |
Is-Sa Monika GABALYTĖ |
|
Lussemburgu |
Is-Sur Philippe HECK |
Is-Sur Marc KIEFFER |
|
Ungerija |
Is-Sa Adrienn BÁLINT |
Is-Sa Andrea MAGYAR |
|
Malta |
Is-Sur Joseph FARRUGIA |
Is-Sa Marthese MICALLEF |
|
Netherlands |
Is-Sur Mario VAN MIERLO |
Is-Sa Nurcan YILMAZ |
|
Awstrija |
Is-Sur Tobias SONNWEBER |
Is-Sur Josef WIRTH |
|
Polonja |
Is-Sur Andrzej RUDKA |
Is-Sa Katarzyna SIEMIENKIEWICZ |
|
Portugall |
Is-Sur Manuel Marcelino PERALTA DA PENA COSTA |
Is-Sur Luís HENRIQUE |
|
Rumanija |
Is-Sa Adelina DABU |
Is-Sur Radu BURNETE |
|
Slovenja |
Is-Sur Miroslav SMREKAR |
Is-Sa Nataša CVETEK |
|
Slovakkja |
Is-Sa Alexandra ŠARINOVÁ |
Is-Sa Katarína MARENČÁK |
|
Finlandja |
Is-Sa Katja MIETTINEN |
Is-Sa Suvi LAHTI-LEEVE |
|
Żvezja |
Is-Sur Patrik KARLSSON |
Is-Sa Anna BERGSTEN |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) (ĠU C 135, 11.4.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għal-Litwanja, il-Lussemburgu u s-Slovenja (ĠU C 216, 27.6.2019, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għal Franza u l-Ungerija (ĠU C 232, 10.7.2019, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-16 ta’ Settembru 2019 li taħtar membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għal-Lussemburg (ĠU C 314, 18.9.2019, p. 2).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 li taħtar membru supplenti wieħed tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għan-Netherlands (ĠU C 234 I, 17.6.2021, p. 1).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/27 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta' Marzu 2023
(2023/C 116/08)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0886 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
144,42 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4493 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88164 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,3037 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9963 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
148,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,3570 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,547 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
380,63 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6813 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9483 |
|
TRY |
Lira Turka |
20,8653 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6263 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4740 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,5455 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7462 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4465 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 413,65 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,6460 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4898 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 376,04 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8143 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,166 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,252 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5531 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,6843 |
|
INR |
Rupi Indjan |
89,3575 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/28 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2023/C 116/09)
Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti: Il-Finlandja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-Ewwel Att tal-Finlandja dwar il-Konservazzjoni tan-Natura
Deskrizzjoni tad-disinn: It-tema tal-munita hija ħanfusa stilizzata. Fin-naħa ta’ fuq f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bil-Finlandiż u fil-qiegħ f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bl-Iżvediż u s-sena tal-ħruġ “2023”. In-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-ittri “FI”. In-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-marka taz-zekka taz-Zekka tal-Finlandja.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 400 000
Data tal-ħruġ: Ir-rebbiegħa tal-2023
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/29 |
Naħa nazzjonali ġdida tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2023/C 116/10)
Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiki tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż emittenti: Spanja
Suġġett tal-kommemorazzjoni: UNESCO: Cáceres
Deskrizzjoni tad-disinn: Il-Belt l-Antika ta’ Cáceres hija agglomerazzjoni urbana li tinsab fil-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura fil-Punent tal-Peniżola Iberika Din ġiet irreġistrata fil-lista ta’ Siti ta’ Patrimonju Dinji bħala unika minħabba l-karatteristiki storiċi tagħha, li (mill-Medju Evu sal-perjodu klassiku) għandhom it-traċċi ta’ influwenzi differenti u kontradittorji ħafna, bħall-Gotiku tat-Tramuntana, l-Iżlamiku, ir-Rinaxximent Taljan u l-arti tal-Kontinent il-Ġdid.
Id-disinn juri dehra panoramika tal-kumpless monumentali, speċifikament tal-pjazza ewlenija. Fuq nett u b’ittri kapitali hemm il-kelma “ESPAÑA” u s-sena taz-zekka “2023”. Fin-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm il-marka taz-zekka. Isfel nett u b’ittri kapitali hemm il-kelma “CÁCERES”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:1 500 000
Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2023
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għan-naħat nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/30 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2023/C 116/11)
Wiċċ nazzjonali ġdid għall-munita kommemorattiva ta’ 2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mis-Slovakkja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti: Is-Slovakkja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju mill-ewwel trasfużjoni tad-demm fis-Slovakkja
Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri salib ekwilaterali bħala simbolu rikonoxxut internazzjonalment tal-għajnuna medika, ta’ tama u ta’ umanità. Miktub fuq kull driegħ tas-salib hemm wieħed mill-erba’ gruppi tad-demm: A, B, 0, u AB. Fis-salib hemm immartellati żewġ slaleb ekwilaterali oħra, wieħed fl-ieħor, u fiċ-ċentru ta’ din l-immaġni tidher qatra demm. Madwar is-salib ċentrali jidhru l-partijiet ta’ isfel ta’ tmien tubi tat-testijiet spazjati ndaqs, b’kull wieħed ikun fih qatra tad-demm immartellata stilistikament elaborata. Bejn kull tubu hemm qatra demm irkaċċata mill-wiċċ. Fuq il-lemin tat-tubu t’isfel hemm l-inizjali stilizzati “MP”, li jirreferu għad-disinjatur Mária Poldaufová li ħadet ħsieb in-naħa nazzjonali; fuq ix-xellug tiegħu hemm il-marka taz-zekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-ittri “MK” imqegħdin bejn żewġ forom. Madwar il-biċċa l-kbira tat-tarf tal-parti ġewwinija tal-munita hemm l-iskrizzjoni “PRVÁ TRANSFÚZIA KRVI 1923 – 2023” (bl-Ingliż il-kliem ifisser “l-ewwel trasfużjoni tad-demm”). Tul in-naħa t’isfel tal-parti ġewwinija hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “SLOVENSKO”, li għandu tikka fuq kull naħa li tisseparah mill-iskrizzjoni.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000
Data tal-ħruġ: Marzu 2023
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/31 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2023/C 116/12)
Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw il-muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti: Franza
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024
Deskrizzjoni tad-disinn: Mitt sena wara l-Logħob Olimpiku tal-1924 ta’ Pariġi, il-belt kapitali Franċiża se terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf fl-2024. Sena qabel it-tnedija tal-Logħob Olimpiku, il-Monnaie de Paris qed tkompli ċ-ċelebrazzjoni billi tgħodd il-ġranet li jwasslu sal-Logħob u billi tenfasizza l-wirt tagħha u dak ta’ Pariġi. Huwa avveniment b’eku internazzjonali li l-intensità tiegħu tiżdied gradwalment fis-snin ta’ qabel l-avveniment, fejn f’dawn l-aħħar snin ġew iddedikati diversi muniti kommemorattivi taż-EUR 2 għal-Logħob Olimpiku.
Id-disinn tal-munita juri l-figura nazzjonali u l-ikona tan-numismatika Franċiża, il-Mara li Qed Tiżra’, li qed tipprattika l-puġiliżmu, il-prekursur tal-boxing, b’referenza għal-Logħob Olimpiku tal-Antik. Is-siluwett tagħha jinsab fuq quddiem nett, biswit il-Pont-Neuf u l-madwar tiegħu, tipiku taż-żona ta’ Ile de la Cité, wieħed mill-elementi ewlenin tal-pajsaġġ Pariġin. Fl-isfond tidher trakka tal-atletika li fuq in-naħa tal-lemin tagħha hemm l-emblema ta’ Pariġi 2024. Id-data, is-sena, ir-referenza għall-RF u l-marki taz-zekka mdaħħlin taħt l-arkata, fuq il-poġġaman tal-pont u fis-Seine.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 260 000
Data tal-ħruġ: Jannar 2023
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/32 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11099 - CINVEN / MBCC DIVESTMENT BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 116/13)
1.
Fl-24 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cinven, Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (Guernsey), ikkontrollata minn Cinven Partnership LLP (“Cinven”, ir-Renju Unit); |
|
— |
ċerti negozji li jinsabu l-Awstralja, il-Kanada, il-pajjiżi taż-ŻEE, New Zealand, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti (“MBCC Divesment Business”) u attwalment ikkontrollati minn LSF11 Skyscraper Midco 2 S.à.r.l. (il-Lussemburgu). |
Cinven se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-MBCC Divestment Business
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma fl-entitajiet li għandhom l-MBCC Divestment Business.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Cinven, hija impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment. Il-kumpaniji fil-portafoll ta’ investimenti tal-fondi ta’ Cinven huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ sottosetturi, prinċipalment is-servizzi kummerċjali, il-konsumaturi, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industrija u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet; |
|
— |
L-MBCC Divestment Business jinkludi n-negozju tas-sistemi ta’ taħlit tal-MBCC Group fl-Awstralja, il-Kanada, il-pajjiżi taż-ŻEE, New Zealand, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, u n-negozju tas-sistemi tal-kostruzzjoni tal-MBCC Group li jinsab fl-Awstralja u fi New Zealand. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11099 - CINVEN / MBCC DIVESTMENT BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/34 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(2023/C 116/14)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“ Terras da Beira ”
PGI-PT-02355
Data tal-applikazzjoni: 22.3.2017
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Terras da Beira
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid spumanti |
|
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid (abjad, rożè u aħmar)
L-inbejjed bojod għandhom dehra trasparenti, ta’ lewn jgħajjat u minn isfar ċar sa isfar lewn it-tiben. L-aromi primarji tagħhom huma ta’ frott abjad, tropikali u taċ-ċitru; meta jitqaddmu fil-btieti jkollhom aromi ta’ frott misjur. Għandhom togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti minerali.
L-inbejjed rożè għandhom dehra trasparenti u ta’ lewn jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar u aħmar lewn iċ-ċirasa għal roża ċar. Għandhom aromi ta’ frott u ta’ frott aħmar. Għandhom togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti minerali.
L-inbejjed ħomor huma trasparenti u ta’ lewn jgħajjat, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar jgħajjat għal aħmar lewn il-briks. Għandhom aromi ta’ frott aħmar. Għandhom togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti minerali.
Il-karatteristiċi analitiċi li jifdal jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9,0 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Inbid spumanti (abjad, rożè u aħmar)
L-inbid abjad spumanti jvarja minn lewn abjad jagħti fl-aħdar għal isfar lewn it-tiben, u huwa trasparenti bi bżieżaq fini u persistenti. Għandu aromi primarji ta’ frott abjad u tropikali u togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti ta’ tqaddim, fejn applikabbli.
L-inbid rożè spumanti huwa ta’ lewn minn aħmar lewn iċ-ċirasa għal roża ċar, u huwa trasparenti bi bżieżaq fini u persistenti. Għandu aromi primarji ta’ frott aħmar u togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti ta’ tqaddim, fejn applikabbli.
L-inbid aħmar spumanti huwa ta’ lewn minn aħmar jgħajjat għal aħmar lewn ir-rubin, u huwa trasparenti bi bżieżaq fini u persistenti. Għandu aromi primarji ta’ frott aħmar. Għandu togħma ta’ frott, aċiduża u friska, b’noti ta’ tqaddim, fejn applikabbli.
Il-karatteristiċi analitiċi kollha jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Inbid semispumanti (abjad, aħmar u rożè)
L-inbid abjad semispumanti jvarja minn lewn abjad jagħti fl-aħdar għal isfar lewn it-tiben, u huwa trasparenti bi bżieżaq li ma jdumux ħafna. Għandu aromi primarji ta’ frott abjad u tropikali u togħma ta’ frott, aċiduża u friska.
L-inbid rożè semispumanti jvarja minn kulur aħmar lewn iċ-ċirasa għal roża ċar, u huwa trasparenti bi bżieżaq li ma jdumux ħafna. Għandu aromi primarji ta’ frott aħmar u togħma ta’ frott, aċiduża u friska.
L-inbid aħmar semispumanti huwa ta’ lewn minn aħmar jgħajjat għal aħmar aktar ċar, u huwa trasparenti bi bżieżaq li ma jdumux ħafna. Għandu aromi primarji ta’ frott aħmar u togħma ta’ frott, aċiduża u friska.
Il-karatteristiċi analitiċi kollha jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1. Inbid – qawwa alkoħolika naturali skont il-volum – livell minimu
Restrizzjoni relatata mal-produzzjoni tal-inbid
Inbid
Il-most tal-inbejjed li jistgħu jużaw l-IĠ Terras da Beira jrid ikollu qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 9 %.
2. Teknika tal-produzzjoni tal-inbid – inbejjed rożè
Prattika enoloġika speċifika
Inbid, inbid spumanti u nbid semispumanti
L-inbid rożè jrid jiġi prodott bil-proċess mingħajr il-qoxra jew b’fermentazzjoni ħafifa bil-qoxra.
3. Ħamrija u metodi tat-tkabbir
Metodi tat-tkabbir
Inbid, inbid spumanti u nbid semispumanti
Il-prattiki tat-tkabbir użati fil-vinji maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed li huma intitolati jużaw l-IĠ Terras da Beira jridu jkunu l-prattiki tradizzjonali fir-reġjun jew dawk irrakkomandati mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.
Id-dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠ Terras de Beira jridu jitħawlu f’ħamrija tat-tipi li ġejjin:
|
— |
ħamrija umika tas-skist litoliku u l-granit |
|
— |
ħamrija tal-granit litoliku |
|
— |
ħamrija tas-skist Mediterranju kannella u ħamra. |
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. Inbid (abjad u rożè), inbid spumanti u nbid semispumanti
90 ettolitru għal kull ettaru
2. Inbid (aħmar)
85 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ġeografika għall-produzzjoni tal-IĠ Terras da Beira tkopri:
|
— |
il-parroċċi kollha fil-muniċipalitajiet kollha tad-distrett ta’ Castelo Branco; |
|
— |
fid-distrett ta’ Guarda, il-muniċipalitajiet ta’ Almeida, Celorico da Beira, Figueira de Castelo Rodrigo (minbarra l-parroċċa ta’ Escalhão), Guarda, Manteigas, Meda (minbarra l-parroċċi ta’ Fonte Longa, Longroiva, Meda u Poço do Canto), Pinhel, Sabugal u Trancoso. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
Alfrocheiro — Tinta-Bastardinha |
|
|
Alicante-Bouschet |
|
|
Alicante-Branco |
|
|
Alvar |
|
|
Alvarelhão — Brancelho |
|
|
Alvarinho |
|
|
Aragonez — Tinta-Roriz; Tempranillo |
|
|
Arinto — Pedernã |
|
|
Arinto-do-Interior |
|
|
Azal |
|
|
Baga |
|
|
Barcelo |
|
|
Bastardo — Graciosa |
|
|
Batoca — Alvaraça |
|
|
Bical — Borrado-das-Moscas |
|
|
Cabernet Franc |
|
|
Cabernet-Sauvignon |
|
|
Caladoc |
|
|
Camarate |
|
|
Campanario |
|
|
Castelão — João-de-Santarém(1); Periquita |
|
|
Cercial — Cercial-da-Bairrada |
|
|
Chardonnay |
|
|
Chasselas |
|
|
Códega-do-Larinho |
|
|
Durif — Petite-Syrah |
|
|
Encruzado |
|
|
Fernão-Pires — Maria-Gomes |
|
|
Folgasão — Terrantez |
|
|
Folha de Figueira — Dona-Branca |
|
|
Fonte Cal |
|
|
Gewürztraminer |
|
|
Gouveio |
|
|
Grand-Noir |
|
|
Jaen — Mencía |
|
|
Loureiro |
|
|
Malvasia-Fina — Boal; Bual |
|
|
Malvasia Fina Roxa |
|
|
Malvasia Preta |
|
|
Malvasia Rei |
|
|
Marufo — Mourisco-Roxo |
|
|
Merlot |
|
|
Monvedro |
|
|
Moreto |
|
|
Moscatel-Galego-Branco — Muscat-à-Petits-Grains |
|
|
Mourisco |
|
|
Nebbiolo |
|
|
Petit-Bouschet |
|
|
Petit-Verdot |
|
|
Pilongo |
|
|
Pinot-Blanc |
|
|
Pinot-Noir |
|
|
Português-Azul — Blauer-Portugieser |
|
|
Rabigato |
|
|
Rabo-de-Ovelha |
|
|
Riesling |
|
|
Rufete — Tinta-Pinheira |
|
|
Sangiovese |
|
|
Sauvignon — Sauvignon-Blanc |
|
|
Semillon |
|
|
Sercial — Esgana-Cão |
|
|
Sercialinho |
|
|
Syrah — Shiraz |
|
|
Síria — Roupeiro, Códega |
|
|
Tamarez — Molinha |
|
|
Terrantez |
|
|
Tinta -Barroca |
|
|
Tinta -Carvalha |
|
|
Tinta-Francisca |
|
|
Tinta-Negra — Mole, Saborinho |
|
|
Tinto-Cão |
|
|
Touriga-Franca |
|
|
Touriga-Fêmea |
|
|
Touriga-Nacional |
|
|
Trincadeira — Tinta-Amarela, Trincadeira-Preta |
|
|
Tália — Ugni-Blanc; Trebbiano-Toscano |
|
|
Uva-Cão |
|
|
Verdejo |
|
|
Verdelho |
|
|
Verdial-Branco |
|
|
Vinhão — Sousão |
|
|
Viognier |
|
|
Viosinho |
|
|
Vital |
|
|
Água -Santa |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Inbid, inbid spumanti u nbid semispumanti
L-IĠ Terras da Beira, li tinsab fiċ-ċentru/fit-Tramuntana tal-parti tal-Portugall li ma tmissx mal-baħar, hija reġjun tal-vitikultura l-aktar fl-għoli fil-Portugall, bi dwieli mħawlin bejn 300 u 750 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-pajsaġġ tar-reġjun huwa ddominat mill-muntanji Estrela, Gardunha, Açor, Marofa u Malcata.
Fit-Tramuntana estrema tagħha, l-IĠ Terras da Beira hija okkupata mill-baċiri idrografiċi ta’ Côa u Águeda, u fin-Nofsinhar estrem mill-baċiri idrografiċi ta’ Zêzere u Alto Tejo (il-parti ta’ fuq tat-Tagus).
Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija toriġina mill-granit, bil-bqija tkun prinċipalment tax-xist, b’xi laqtiet ta’ kwarz bejniethom it-tnejn.
Il-klima tar-reġjun hija ħarxa ħafna, fejn fix-xitwa t-temperatura taqa’ taħt iż-żero u s-sjuf huma sħan u xotti ħafna. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta’ bejn 400 u 700 mm/m2, iżda hija kkonċentrata fix-xhur tax-xitwa u tar-rebbiegħa. Dan normalment iwassal għal ilma żejjed fil-ħamrija matul dan il-perjodu. Fis-sajf, min-naħa l-oħra, ftit li xejn tagħmel xita. Ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu huma l-aktar xotti tas-sena, b’medja ta’ xita ta’ inqas minn 10 mm/m2.
Dan ir-reġjun vast tal-Portugall, li xi darba kien parti integrali mil-Lusitanja Rumana (25 QK), ilu assoċjat mill-qrib mal-vinji u l-produzzjoni tal-inbid minn dak iż-żmien. Il-preżenza tal-mgħasra li huma mnaqqxa fil-granit hija prova ċara li l-inbid ilu jgawdi minn sinifikat u importanza kbira għal dan ir-reġjun minn żmien ir-Rumani. Madankollu, fil-bidu tas-seklu 12, kien taħt idejn il-patrijiet tal-Monasteru ta’ Santa Maria de Aguiar f’Figueira de Castelo Rodrigo li l-vitikultura esperjenzat żviluppi sinifikanti ħafna.
Il-karatteristiċi tal-inbejjed huma attribwibbli għall-firxa ta’ varjetajiet użati fir-reġjun u għall-fatt li dawn huma adattati sew għall-klima u l-ħamrija lokali, li huwa rifless fl-għarfien espert akkumulat matul is-snin kif ukoll minn esperjenzi aktar reċenti.
L-inbejjed bojod huma friski u aromatiċi, b’aċidità u mineralità notevoli.
L-inbejjed rożè għandhom togħma ta’ frott, b’noti minerali, aċidużi u friski.
L-inbejjed ħomor huma robusti, friski, aċidużi, u aromatiċi, b’noti minerali u aromi ta’ frott aħmar.
L-inbejjed spumanti għandhom togħma ta’ frott, friska u aċiduża, bi bżieżaq fini u persistenti.
L-inbejjed semispumanti għandhom togħma ta’ frott, friska u aċiduża.
Ir-rabta bejn il-ħamrija u l-fatturi klimatiċi minn naħa waħda u l-varjetajiet tad-dwieli tar-reġjun min-naħa l-oħra tagħti lok għal inbejjed b’karatteristiċi distintivi, ikkaratterizzati minn mineralità, aċidità u freskezza.
Il-ħamrija tal-granit tar-reġjun tagħti mineralilità distintiva lill-inbejjed, l-inbejjed semispumanti u l-inbejjed spumanti prodotti hawnhekk.
Il-pajsaġġ muntanjuż tar-reġjun jitlob li tiġi pprattikata l-vitikultura fil-muntanji, bid-dwieli mħawla f’altitudnijiet konsiderevoli. Dan idewwem il-proċess tas-sajran, li huwa importanti għall-iżvilupp tal-komposti fenoliċi u l-prekursuri aromatiċi li jinsabu fl-għeneb. B’riżultat ta’ dan, l-inbejjed, l-inbejjed semispumanti u l-inbejjed spumanti huma aktar aromatiċi.
Min-naħa l-oħra, il-varjazzjoni kbira fit-temperaturi ta’ kuljum fis-sajf, b’jiem sħan u xotti u ljieli kesħin, tinfluwenza s-sajran bil-mod u bla xkiel tal-għeneb. Dan jirriżulta f’kontenut ta’ zokkor naturali aktar baxx u jiżgura livell tajjeb ta’ aċidità, li jagħti freskezza karatteristika lill-inbejjed tar-reġjun, l-inbejjed semispumanti u l-inbejjed spumanti.
Il-fattur uman, li jippreżerva t-tradizzjonijiet li ilhom eluf ta’ snin u huwa rifless fl-għażla ta’ varjetajiet li adattaw l-aħjar għall-kundizzjonijiet fiż-żona ġeografika, huwa ta’ importanza deċiżiva fil-produzzjoni tal-għeneb li jagħti lill-inbejjed, l-inbejjed semispumanti u l-inbejjed spumanti tar-reġjun il-karatteristiċi ewlenin tagħhom.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Produzzjoni barra miż-żona ġeografika – deroga
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Huwa permess li jiġu prodotti nbejjed bl-IĠ Terras da Beira minn għeneb prodott f’dik iż-żona ġeografika iżda pproċessat barra minnha, jekk iż-żona fejn jiġu prodotti l-inbejjed tkun tmiss mar-reġjun tat-Terras da Beira.
L-inbejjed kollha bl-IĠ Terras da Beira
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
|
— |
Approvazzjoni minn qabel tat-tikkettar. It-tikketti li għandhom jintużaw fuq il-prodotti tal-IĠ Terras da Beira għandhom l-ewwel jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni. |
|
— |
It-trademark trid tiġi rreġistrata mal-INPI [l-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali], iżda ma hijiex esklużiva għall-IĠ. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.ivv.gov.pt/np4/8616.html