ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
27 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 112/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 112/02

Kawża C-342/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjentali – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qabża sistematika u kostanti tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni tas-Slovakkja – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu li matulu jinqabżu dawn il-valuri ta’ limitu l-iqsar possibbli – Miżuri adegwati)

2

2023/C 112/03

Kawża C-402/21, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid et (Irtirar tad-dritt ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs S u E, C vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Deċiżjoni Nru 1/80 – L-Artikoli 6 u 7 – Ċittadini Torok diġà integrati fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti u li jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza korrelattiv – Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jirtiraw id-dritt ta’ residenza ta’ ċittadini Torok li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru kkonċernat għal iktar minn 20 sena minħabba li huma jirrappreżentaw theddida attwali, reali u suffiċjentement serja għal interess fundamentali tas-soċjetà – Artikolu 13 – Klawżola ta’ standstill – Artikolu 14 – Ġustifikazzjoni – Raġunijiet ta’ ordni pubbliku)

3

2023/C 112/04

Kawża C-453/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – X-FAB Dresden GmbH & Co. KG vs FC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 38(3) – Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data – Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu – Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja – Artikolu 38(6) – Kunflitt ta’ interess – Kriterji)

4

2023/C 112/05

Kawża C-482/21, Euler Hermes: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Euler Hermes SA Magyarországi Fióktelepe vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Valur taxxabbli – Tnaqqis – Assiguratur li jħallas kumpens lill-persuni assigurati għal debiti mhux imħallsa, inkluża l-VAT – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta lil dan l-assiguratur, bħala suċċessur legali, it-tnaqqis tal-valur taxxabbli – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Prinċipju ta’ effettività)

4

2023/C 112/06

Kawża C-555/21, UniCredit Bank Austria: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2014/17/UE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi relatati ma’ proprjetà immobbli residenzjali – Artikolu 25(1) – Rimbors antiċipat – Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu li tikkonsisti fl-interessi u fl-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu residwali tal-kuntratt – Artikolu 4(13) – Kunċett ta’ spiża totali tal-kreditu lill-konsumatur – Spejjeż li ma humiex dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt)

5

2023/C 112/07

Kawża C-560/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ZS vs Zweckverband Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 38(3) – Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data – Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu – Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)

6

2023/C 112/08

Kawża C-635/21, LB GmbH (Air loungers): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Bremen – il-Ġermanja) – LB GmbH. vs Hauptzollamt D (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestatura 9401 – Portata – Sufani li jintefħu (air loungers))

6

2023/C 112/09

Kawża C-668/21, Druvnieks: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – Druvnieks SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Regoli komuni – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 60 – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kunċett ta’ kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment – Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni)

7

2023/C 112/10

Kawża C-688/21, Confédération paysanne et (Mutaġenesi każwali in vitro): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi ġenetikament modifikati – Direttiva 2001/18/KE – Artikolu 3(1) – Punt 1 tal-Anness I B – Kamp ta’ applikazzjoni – Eżenzjonijiet – Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u li s-sikurezza tagħhom ilha ppruvata għal żmien twil – Mutaġenesi każwali in vitro)

8

2023/C 112/11

Kawża C-708/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Évariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Regolament (KE) Nru 1183/2005 – Artikolu 2b u Artikolu 9(2) – Deċiżjoni 2010/788/PESK – Artikolu 3(2) u Artikolu 9(2) – Żamma tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati – Deċiżjoni (PESK) 2019/2109 – -Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2101)

9

2023/C 112/12

Kawża C-713/21, Finanzamt X (Provvista ta’ servizzi tal-proprjetarju ta’ stalla: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi bi ħlas – Provvista ta’ servizzi waħda li tinkludi l-akkomodazzjoni u t-taħriġ ta’ żwiemel kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom f’kompetizzjonijiet – Remunerazzjoni permezz tal-assenjazzjoni ta’ 50 % tal-premju fi flus li jikkorrispondi għall-qligħ provenjenti minn premji miksuba miż-żwiemel waqt kompetizzjonijiet)

9

2023/C 112/13

Kawża C-788/21, Global Gravity: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Retten i Esbjerg – id-Danimarka) – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi 7616 99 90 u 8609 00 90 – Tubular Transport Running-system (TubeLock) – Kunċett ta’ kontejner)

10

2023/C 112/14

Kawża C-53/22, VZ (Offerenti definittivament eskluża): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – VZ vs CA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 1(3) – Interess ġuridiku – Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni – Nuqqas professjonali serju minħabba ftehim antikompetittiv – Operatur ieħor li huwa definittivament eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ikkonċernat fl-assenza ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti minimi meħtieġa)

11

2023/C 112/15

Kawżi magħquda C-341/21 P u C-357/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea (C-341/21 P) vs KM, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-357/21 P) vs KM, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew (Appell – Artikolu 182 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Servizz pubbliku – Pensjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 tal-Anness VIII – Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti – Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar – Żwieġ iċċelebrat wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal – Artikolu 18 tal-Anness VIII – Żwieġ iċċelebrat qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 21(1) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Artikolu 52(1) – Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea)

12

2023/C 112/16

Kawża C-82/22 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Jean-François Jalkh vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – It-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità Parlamentari – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

13

2023/C 112/17

Kawża C-527/22 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2022 minn quinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-493/21, Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

13

2023/C 112/18

Kawża C-649/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – XXX vs Randstad Empleo SA, Serveo Servicios SA, Axa Seguros Generales SA de Seguros y Reaseguros

14

2023/C 112/19

Kawża C-673/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – CCC vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

14

2023/C 112/20

Kawża C-687/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2022 – Julieta, Rogelio vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

15

2023/C 112/21

Kawża C-704/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-651/20, KL vs BEI

16

2023/C 112/22

Kawża C-705/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-751/20, KL vs BEI

16

2023/C 112/23

Kawża C-708/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-16 ta’ Novembru 2022 – Asociación Española de Productores de Vacuno de Carne – ASOPROVAC vs Administración General del Estado

16

2023/C 112/24

Kawża C-726/22 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawżi Magħquda T-371/20 u T-554/20, Pollinis France vs Il-Kummissjoni

17

2023/C 112/25

Kawża C-741/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Casino de Spa SA et

18

2023/C 112/26

Kawża C-747/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Bergamo (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – KH vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

20

2023/C 112/27

Kawża C-758/22, Bayerische Ärzteversorgung et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Bayerische Ärzteversorgung, Bayerische Architektenversorgung, Bayerische Apothekerversorgung, Bayerische Rechtsanwalts- und Steuerberaterversorgung, Bayerische Ingenieurversorgung-Bau m. Psychotherapeutenversorgung vs Deutsche Bundesbank

20

2023/C 112/28

Kawża C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Sächsische Ärzteversorgung vs Deutsche Bundesbank

22

2023/C 112/29

Kawża C-763/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Marseille (Franza) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Procureur de la République vs OP

23

2023/C 112/30

Kawża C-766/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – WD vs Allane SE

23

2023/C 112/31

Kawża C-771/22, HDI Global: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (l-Awstrija) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Bundesarbeitskammer vs HDI Global SE

24

2023/C 112/32

Kawża C-774/22, FTI Touristik GmbH: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2022 – JX vs FTI Touristik GmbH

25

2023/C 112/33

Kawża C-788/22, flightright: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

25

2023/C 112/34

Kawża C-785/22 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2022 minn Eulex Kosovo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-242/17 RENV, SC vs Eulex Kosovo

26

2023/C 112/35

Kawża C-35/23, Greislzel: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Missier vs Omm

27

2023/C 112/36

Kawża C-44/23 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 minn Kurdistan Workers’ Party (PKK) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-316/14 RENV u T-148/19, PPK vs Il-Kunsill

27

2023/C 112/37

Kawża C-304/22, PM: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – PM vs Senatsverwaltung für Justiz, Vielfalt und Antidiskriminierung, Fil-preżenza ta’: CM

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 112/38

Kawża T-295/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Aquind et vs Il-Kummissjoni (Enerġija – Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej – Regolament (UE) Nru 347/2013 – Regolament Delegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE – Rifjut ta’ Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal proġett ta’ interkonnessjoni tal-elettriku bil-għan tal-għoti tal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni – Nuqqas ta’ inklużjoni mill-Kummissjoni tal-proġett fil-lista emendata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija)

30

2023/C 112/39

Kawża T-522/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Carpatair vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Miżuri implimentati mir-Rumanija favur l-Ajruport ta’ Timișoara – Miżuri implimentati mill-Ajruport ta’ Timișoara favur Wizz Air u l-kumpanniji tal-ajru li jużaw dan l-ajruport – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur l-Ajruport ta’ Timișoara u l-kumpanniji tal-ajru li jużaw dan tal-aħħar – Tariffi tal-ajruport – Rikors għal annullament – Att regolatorju – Inċidenza individwali – Inċidenza sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inċidenza diretta – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Artikolu 107(1) FUE – Natura selettiva – Vantaġġ – Kriterju ta’ operatur privat)

31

2023/C 112/40

Kawża T-538/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – PBL u WA vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna lil klabb tal-futbol – Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ ilment ippreżentat minn wieħed mill-membri ta’ klabb tal-futbol – Kwalità ta’ parti interessata)

32

2023/C 112/41

Kawża T-787/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – UniSkin vs EUIPO – Unicskin (UNISKIN by Dr. Søren Frankild) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea UNISKIN by Dr. Søren Frankild – Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali UNICSKIN YOUR EFFECTIVE SOLUTION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

32

2023/C 112/42

Kawża T-24/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Bensoussan vs EUIPO – Lulu’s Fashion Lounge (LOULOU STUDIO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LOULOU STUDIO – Trade mark verbali internazzjonali preċedenti LULU’S – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

33

2023/C 112/43

Kawża T-141/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Sport1 vs EUIPO – SFR (SFR SPORT1) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SFR SPORT 1 – Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali sport1 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru distintiv miksub bl-użu – Interdipendenza ta’ fatturi)

34

2023/C 112/44

Kawża T-778/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2023 – Folkertsma vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni – Kuntratt ta’ assistenza teknika biex jappoġġja t-tranżizzjoni għal Bangsamoro (Subatra) – Talba mill-Kummissjoni sabiex ir-rikorrent jiġi ssostitwit bħala espert – Terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-kontraent u r-rikorrent – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ksur biżżejjed ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti dritt lill-individwi – Rabta kawżali – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

34

2023/C 112/45

Kawża T-81/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2023 – Euranimi vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja – Dazjiu antidumping definittiv – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibilità)

35

2023/C 112/46

Kawża T-117/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

36

2023/C 112/47

Kawża T-631/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2023 – Beijing Unicorn Technology vs EUIPO – WD Plus (Ċirku b’żewġ ponot li jaqtgħu) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2023/C 112/48

Kawża T-36/23: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2023 – Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni

37

2023/C 112/49

Kawża T-41/23: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)

38

2023/C 112/50

Kawża T-46/23: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2023 – Kaili vs Il-Parlament u L-UPPE

39

2023/C 112/51

Kawża T-47/23: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – Vinet Miłosz Jeleń vs EUIPO – The Animal Store, Food and Accessories (WILD INSPIRED)

40

2023/C 112/52

Kawża T-52/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Olive Line International vs EUIPO – Santa Rita Harinas (SANTARRITA)

40

2023/C 112/53

Kawża T-53/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – TVR Automotive vs EUIPO – TVR Italia (TVR)

41

2023/C 112/54

Kawża T-55/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Tiendanimal vs EUIPO – Salvana Tiernahrung (SALVAJE)

42

2023/C 112/55

Kawża T-56/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ahlberg-Dollarstore (A’PEAL)

43

2023/C 112/56

Kawża T-57/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Goldair Tourism vs EUIPO – Gkolemis Etaireia (Goldair Tourism)

43

2023/C 112/57

Kawża T-58/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Supermac’s vs EUIPO – McDonald’s International Property (BIG MAC)

44

2023/C 112/58

Kawża T-59/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – DEC Technologies vs EUIPO – Tehnoexport (DEC FLEXIBLE TECHNOLOGIES)

45

2023/C 112/59

Kawża T-60/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Ilovepdf vs EUIPO (ILOVEPDF)

46

2023/C 112/60

Kawża T-61/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – Ona Investigación vs EUIPO – Formdiet (BIOPÔLE)

46

2023/C 112/61

Kawża T-64/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Food Intolerance)

47

2023/C 112/62

Kawża T-65/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE)

48

2023/C 112/63

Kawża T-66/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Allergy)

48

2023/C 112/64

Kawża T-68/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – DEC Technologies vs EUIPO – Tehnoexport (Rappreżentazzjoni ta’ forma kwadrangolari bil-kurvi)

49


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 112/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 104, 20.3.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 94, 13.3.2023

ĠU C 83, 6.3.2023

ĠU C 71, 27.2.2023

ĠU C 63, 20.2.2023

ĠU C 54, 13.2.2023

ĠU C 45, 6.2.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-342/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qabża sistematika u kostanti tal-valuri ta’ limitu applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni tas-Slovakkja - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu li matulu jinqabżu dawn il-valuri ta’ limitu “l-iqsar possibbli” - Miżuri adegwati)

(2023/C 112/02)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: S. Ondrášiková, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq:

l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI tagħha, billi qabżet b’mod sistematiku u kostanti l-valur ta’ limitu ta’ kuljum applikabbli għall-mikropartiċelli (PM10) mis-sena 2005 sas-sena 2019 inkluża, bl-eċċezzjoni tas-sena 2016, fiż-żona SKBB01, reġjun ta’ Banskobystrický kraj u, bl-eċċezzjoni tas-snin 2009, 2015 u 2016, fl-agglomerazzjoni SKKO01.1 Košice, u

f’din iż-żona u f’din l-agglomerazzjoni, kif ukoll fiż-żona SKKO02, reġjun ta’ Košice, l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, billi ma pprevedietx miżuri adegwati fil-pjanijiet tagħha relatati mal-kwalità tal-arja sabiex il-perijodu li matulu jinqabeż dan il-valur ta’ limitu jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs S u E, C vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-402/21 (1), Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid et (Irtirar tad-dritt ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - L-Artikoli 6 u 7 - Ċittadini Torok diġà integrati fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti u li jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza korrelattiv - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jirtiraw id-dritt ta’ residenza ta’ ċittadini Torok li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru kkonċernat għal iktar minn 20 sena minħabba li huma jirrappreżentaw theddida attwali, reali u suffiċjentement serja għal interess fundamentali tas-soċjetà - Artikolu 13 - Klawżola ta’ “standstill” - Artikolu 14 - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet ta’ ordni pubbliku)

(2023/C 112/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, E, C

Konvenuti: S, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-Iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jista’ jiġi invokat minn ċittadini Torok li huma intitolati għad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 7 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

L-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/80

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ċittadini Torok li, skont l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, jikkostitwixxu theddida reali, attwali u suffiċjentement serja għal interess tas-soċjetà, jistgħu jinvokaw l-Artikolu 13 ta’ din id-deċiżjoni sabiex jopponu li tiġi applikata għalihom “restrizzjoni ġdida” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li tippermetti lil dawn l-awtoritajiet li jtemmu d-dritt ta’ residenza tagħhom għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku. Tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 14 tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tal-ordni pubbliku mfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – X-FAB Dresden GmbH & Co. KG vs FC

(Kawża C-453/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 38(3) - Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data - Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu - Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja - Artikolu 38(6) - Kunflitt ta’ interess - Kriterji)

(2023/C 112/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-FAB Dresden GmbH & Co. KG

Konvenut: FC

Dispożittiv

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li kontrollur jew proċessur ma jistax ikeċċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li huwa membru tal-persunal tiegħu ħlief għal raġuni serja, anki jekk it-tkeċċija ma hijiex marbuta mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dan l-uffiċjal, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tikkompromettix it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 38(6) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li “konflitt ta’ interessi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ jeżisti meta DPD tingħata kompiti jew dmirijiet oħra, li jwasslu lil dan tal-aħħar sabiex jiddetermina l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali fil-kontrollur jew il-proċessur tiegħu, liema ħaġa għandha tkun il-qorti nazzjonali li tiddetermina, każ b’każ, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-istruttura organizzattiva tal-kontrollur jew tal-proċessur tiegħu u fid-dawl tar-regolamenti applikabbli kollha, inklużi kwalunkwe regoli interni ta’ dawn tal-aħħar.


(1)  ĠU C 490, 06.12.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Euler Hermes SA Magyarországi Fióktelepe vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-482/21 (1), Euler Hermes)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Assiguratur li jħallas kumpens lill-persuni assigurati għal debiti mhux imħallsa, inkluża l-VAT - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta lil dan l-assiguratur, bħala suċċessur legali, it-tnaqqis tal-valur taxxabbli - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ effettività)

(2023/C 112/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Euler Hermes SA Magyarországi Fióktelepe

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha t-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, previst f’din id-dispożizzjoni, ma jiġix applikat fir-rigward ta’ assiguratur li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ debiti kummerċjali, iħallas lill-persuna assigurata, bħala kumpens wara n-nuqqas ta’ ħlas ta’ debitu, parti mill-ammont tal-valur taxxabbli tat-tranżazzjoni taxxabbli inkwistjoni inkluża t-taxxa fuq il-miżjud, anki jekk, skont dan il-kuntratt, din il-parti tad-debitu u d-drittijiet kollha relatati ġew ittrasferiti lil dan l-assiguratur.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-555/21 (1), UniCredit Bank Austria)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2014/17/UE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi relatati ma’ proprjetà immobbli residenzjali - Artikolu 25(1) - Rimbors antiċipat - Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu li tikkonsisti fl-interessi u fl-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu residwali tal-kuntratt - Artikolu 4(13) - Kunċett ta’ “spiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” - Spejjeż li ma humiex dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt)

(2023/C 112/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UniCredit Bank Austria AG

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Dispożittiv

L-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis mill-ispiża totali tal-kreditu fil-każ ta’ rimbors antiċipat tal-kreditu jinkludi biss l-interessi u l-ispejjeż li huma dipendenti fuq it-tul tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

(Kawża C-560/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 38(3) - Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data - Projbizzjoni tat-tneħħija mill-funzjonijiet tiegħu minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu - Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)

(2023/C 112/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS

Konvenuti: Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

Dispożittiv

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li kontrollur jew proċessur ma jistax ikeċċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li huwa membru tal-persunal tiegħu ħlief għal raġuni serja, anki jekk it-tkeċċija ma hijiex marbuta mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dan l-uffiċjal, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tikkompromettix it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 37, 24.01.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Bremen – il-Ġermanja) – LB GmbH. vs Hauptzollamt D

(Kawża C-635/21 (1), LB GmbH (Air loungers))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura 9401 - Portata - Sufani li jintefħu (air loungers))

(2023/C 112/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LB GmbH.

Konvenut: Hauptzollamt D

Dispożittiv

L-intestatura 9401 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix tip ta’ sufan li jintefaħ magħmul minn tubu tal-plastik fuq in-naħa ta’ ġewwa u minn inforra tad-drapp fuq in-naħa ta’ barra.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Druvnieks” SIA

(Kawża C-668/21 (1), Druvnieks)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Regoli komuni - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 60 - Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment” - Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni)

(2023/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

l’Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Druvnieks” SIA

Fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008;

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sitwazzjoni li fiha l-kundizzjonijiet għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna, ippreżentata abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma humiex sodisfatti mill-applikant għall-għajnuna kkonċernata, iżda minn impriża oħra proprjeta tal-istess proprjetarju bħala din tal-aħħar, li l-attività agrikola tagħha ttieħdet mill-applikant, tista’ tkun koperta mill-kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm, minn naħa, miċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha jirriżulta li, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni, l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, li tiġi stabbilita r-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tagħha.

2)

L-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1306/2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li dan jista’ jiġi applikat minkejja li ma tkun ġiet imposta ebda sanzjoni amministrattiva fuq l-applikant għall-għajnuna kkonċernata jew fuq il-proprjetarju ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 37, 24.01.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Confédération paysanne et vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

(Kawża C-688/21 (1), Confédération paysanne et (Mutaġenesi każwali in vitro))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi ġenetikament modifikati - Direttiva 2001/18/KE - Artikolu 3(1) - Punt 1 tal-Anness I B - Kamp ta’ applikazzjoni - Eżenzjonijiet - Tekniki/metodi ta’ modifika ġenetika użati tradizzjonalment u li s-sikurezza tagħhom ilha ppruvata għal żmien twil - Mutaġenesi każwali in vitro)

(2023/C 112/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif Vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Fil-preżenza ta’: Fédération française des producteurs d’oléagineux et de protéagineux

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness I B ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-premessa 17 tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-organiżmi miksuba permezz tal-applikazzjoni ta’ teknika/metodu ta’ mutaġenesi li hija bbażata fuq l-istess modalitajiet ta’ modifika, permezz tal-aġent mutaġeniku, tal-materjal ġenetiku tal-organiżmu kkonċernat bħal teknika/metodu ta’ mutaġenesi tradizzjonalment użata għal diversi applikazzjonijiet u li s-sikurezza tagħha ilha ppruvata għal żmien twil, iżda hija distinta minn din it-tieni teknika/metodu ta’ mutaġenesi permezz ta’ karatteristiċi oħra huma, bħala prinċipju, esklużi mill-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, sakemm ikun stabbilit li dawn il-karatteristiċi jistgħu jinvolvu modifiki tal-materjal ġenetiku ta’ dan l-organiżmu differenti, permezz tan-natura tagħhom jew permezz tar-ritmu li bih huma prodotti, minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tieni teknika/metodu ta’ mutaġenesi msemmija. Madankollu, l-effetti inerenti għall-kultivazzjonijiet in vitro ma jiġġustifikawx, bħala tali, li jiġu esklużi minn din l-eżenzjoni l-organiżmi miksuba bl-applikazzjoni in vitro ta’ teknika/metodu ta’ mutaġenesi li tradizzjonalment intużat għal diversi applikazzjonijiet in vivo u li s-sikurezza tagħha ilha ppruvata għal żmien twil fir-rigward ta’ dawn l-applikazzjonijiet.


(1)  ĠU C 37, 21.01.2022


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 – Évariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-708/21 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Regolament (KE) Nru 1183/2005 - Artikolu 2b u Artikolu 9(2) - Deċiżjoni 2010/788/PESK - Artikolu 3(2) u Artikolu 9(2) - Żamma tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati - Deċiżjoni (PESK) 2019/2109 - -Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2101)

(2023/C 112/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Évariste Boshab (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u S. Lejeune, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Évariste Boshab huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 51, 31.01.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt X

(Kawża C-713/21 (1), Finanzamt X (Provvista ta’ servizzi tal-proprjetarju ta’ stalla)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi bi ħlas” - Provvista ta’ servizzi waħda li tinkludi l-akkomodazzjoni u t-taħriġ ta’ żwiemel kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom f’kompetizzjonijiet - Remunerazzjoni permezz tal-assenjazzjoni ta’ 50 % tal-premju fi flus li jikkorrispondi għall-qligħ provenjenti minn premji miksuba miż-żwiemel waqt kompetizzjonijiet)

(2023/C 112/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt X

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-provvista unika pprovduta mill-proprjetarju ta’ stalla ta’ taħriġ taż-żwiemel tal-kompetizzjoni, li tikkonsisti fl-akkomodazzjoni u fit-taħriġ taż-żwiemel kif ukoll li dawn jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet, meta l-proprjetarju taż-żwiemel iħallas din il-provvista ta’ servizzi billi jassenja 50 % tal-premju fi flus li jikkorrispondi għall-qligħ provenjenti mill-premji li huwa jkollu dritt għalihom f’każ ta’ rebħa jew ta’ klassifikazzjoni importanti taż-żwiemel tiegħu waqt kompetizzjoni.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Retten i Esbjerg – id-Danimarka) – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

(Kawża C-788/21 (1), Global Gravity)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 7616 99 90 u 8609 00 90 - Tubular Transport Running-system (TubeLock) - Kunċett ta’ “kontejner”)

(2023/C 112/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Esbjerg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet Departementet

Konvenuta: Global Gravity ApS

Dispożittiv

Is-subintestatura 8609 00 2013 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jirriżultax minn din tal-aħħar mekkaniżmu ta’ trasport ta’ pajpijiet li huwa kkostitwit minn ċertu numru ta’ pari ta’ profili tal-irfigħ tal-aluminju, li bejniethom jinsabu b’mod perpendikulari l-pajpijiet li huma intiżi li jiġu ttrasportati, peress li dawn il-pari ta’ profili tal-irfigħ huma konnessi bejniethom permezz ta’ żewġ arbli tal-irfigħ tal-azzar, mgħammra b’ħoloq, u li fuqhom jistgħu jitqiegħdu l-pajpijiet l-oħra, bl-istess mod sakemm it-tagħbija tkun b’hekk laħqet in-numru ta’ pajpijiet li għandhom jiġu ttrasportati, it-tagħbija titlesta mbagħad billi jintrabtu l-faxxi tal-azzar mal-arbli tal-irfigħ li jinsabu fl-erba’ kantunieri tat-tagħbija (billi jgħaddu minn dawn il-ħoloq), sabiex jiffaċilita l-immaniġġjar tat-tagħbija, li hi kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 109, 07.03.2022


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – VZ vs CA

(Kawża C-53/22 (1), VZ (Offerenti definittivament eskluża))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(3) - Interess ġuridiku - Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni - Nuqqas professjonali serju minħabba ftehim antikompetittiv - Operatur ieħor li huwa definittivament eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ikkonċernat fl-assenza ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti minimi meħtieġa)

(2023/C 112/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VZ

Konvenut: CA

fil-preżenza ta’: RT, BO, Regione Lombardia, Regione Liguria

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix lil operatur li jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, minħabba li ma kienx jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni previsti mis-sejħa għal offerti kkonċernata u li r-rikors tiegħu kontra l-inklużjoni ta’ din il-kundizzjoni, f’din is-sejħa għal offerti, ġie miċħud b’deċiżjoni li kisbet il-forza ta’ res judicata, li tikkontesta r-rifjut tal-awtorità kontraenti kkonċernata li tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt pubbliku wara l-konferma, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tal-parteċipazzjoni kemm tal-offerent magħżul kif ukoll tal-offerenti l-oħra kollha fi ftehim li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-istess settur bħal dak ikkonċernat mill-proċedura għall-għoti tal-imsemmi kuntratt pubbliku.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea (C-341/21 P) vs KM, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-357/21 P) vs KM, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

(Kawżi magħquda C-341/21 P u C-357/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 182 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Servizz pubbliku - Pensjoni - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 tal-Anness VIII - Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti - Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar - Żwieġ iċċelebrat wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal - Artikolu 18 tal-Anness VIII - Żwieġ iċċelebrat qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal - Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 21(1) - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Artikolu 52(1) - Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea)

(2023/C 112/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

(Kawża C-341/21 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. S. Bohr u B. Mongin, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: KM (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, Rechtsanwalt), Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: J. Van Pottelberge, aġent), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

(Kawża C-357/21 P)

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Alver u M. Bauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: KM (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. S. Bohr u B. Mongin, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: J. Van Pottelberge, aġent)

Dispożittiv

1.

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2021, KM vs Il-Kummissjoni (T-374/20, mhux ippubblikata, EU:T:2021:162), hija annullata.

2.

Ir-rikors ta’ KM fil-Kawża T-374/20 huwa miċħud.

3.

KM hija kkundannata kemm għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kemm fil-Kawża T-374/20 kif ukoll fil-Kawżi C-341/21 P u C-357/21 P.

4.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż sostnuti fil-Kawża T-374/20.


(1)  ĠU C 303, 08.08.2022.

ĠU C 310, 02.08.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Jean-François Jalkh vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-82/22 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità Parlamentari - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2023/C 112/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Jean-François Jalkh (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Dumbrăvan u N. Lorenz, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Jean-François Jalkh huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2022 minn quinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-493/21, Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-527/22 P)

(2023/C 112/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior SL (rappreżentanti: D. Luff, avukat, u R. Sciaudone, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-14 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell ġie miċħud bħala manifestament infondat u li Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – XXX vs Randstad Empleo SA, Serveo Servicios SA, Axa Seguros Generales SA de Seguros y Reaseguros

(Kawża C-649/22)

(2023/C 112/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenuti: Randstad Empleo SA, Serveo Servicios SA, Axa Seguros Generales SA de Seguros y Reaseguros

Domandi preliminari

L-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 TUE u l-Artikoli 3(f) u 5 tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tal-leġiżlazzjoni Spanjola li teskludi mill-kunċett ta’ “kundizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg” kumpens dovut lil ħaddiem li l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ġie mxolji minn aġenzija ta’ xogħol temporanju meta ġie ddikjarat f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità permanenti totali minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol li huwa ġarrab fl-impriża utenti tas-servizzi tiegħu?


(1)  ĠU 2008, L 327, p. 9.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – CCC vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-673/22)

(2023/C 112/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no1 de Sevilla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: CCC

Konvenuti: Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

Il-Juzgado de lo Social no1 de Sevilla jiddeċiedi li:

Jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-ambitu tal-Artikolu 267 TFUE, bid-domandi preliminari li ġejjin, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 u tal-premessa 37 tad-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (1):

1)

L-ommissjoni mil-leġiżlatur Spanjol fl-Artikolu 48(2) tat-Texto Refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores [(Tfassil mill-Ġdid tal-Liġi dwar l-Istatut tal-Ħaddiema)] u fl-Artikoli 177, 178 u 179 tat-Texto Refundido de la Ley General de la Seguridad Social [(Tfassil mil-Ġdid tal-Liġi Ġenerali għas-Sigurtà Soċjali)], ta’ leġiżlazzjoni li tinvolvi evalwazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-familja b’ġenitur wieħed, fil-kuntest tal-konċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja, li għandha effett fuq il-perijodu intiż sabiex persuna tieħu ħsieb tarbija tat-twelid, meta mqabbel ma’ minuri mwieled fi ħdan familja b’żewġ ġenituri li fiha ż-żewġ ġenituri jistgħu jgawdu minn leave mħallas, fil-każ li dawn jissodisfaw, it-tnejn li huma, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-provvista tas-sigurtà soċjali, hija konformi mad-Direttiva 2019/1158, li timponi evalwazzjoni speċifika, b’mod partikolari, tat-twelid tal-wild fi ħdan familja b’ġenitur wieħed, sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal-leave parentali u l-modalitajiet preċiżi ta’ dan tal-aħħar?

2)

Ir-rekwiżiti dwar it-teħid tal-leave minħabba t-twelid ta’ wild, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-provvista finanzjarja tas-sigurtà soċjali u s-sistema tat-teħid tal-leave parentali u, b’mod partikolari, l-estensjoni possibbli tat-tul ta’ dan tal-aħħar jekk ma jkun hemm ebda ġenitur ieħor ħlief l-omm bijoloġika sabiex tieħu ħsieb il-wild, għandhom jiġu interpretati, fl-assenza ta’ regola speċifika prevista mil-leġiżlatur Spanjol, b’mod flessibbli konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2019, L 188, p. 79.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2022 – Julieta, Rogelio vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

(Kawża C-687/22)

(2023/C 112/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Julieta, Rogelio

Konvenut: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli li jiġi applikat il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi għall-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza) (1) meta l-fatti (bħalma huma f’din il-kawża, meħud kont tad-data tat-talba għall-maħfra tad-dejn) seħħew fil-perijodu intermedju bejn id-dħul fis-seħħ tagħha u d-data ta’ skadenza ta’ traspożizzjoni, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli ([Texto Refundido de la Ley Concursal (Verżjoni mfassla mil-ġdid tal-Liġi dwar l-Insolvenza, iktar ’il quddiem it-“TRLC”)], fit-tfassil tagħha li jirriżulta mir-Real Decreto Legislativo 1/20 [(id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/20)] ma hijiex dik li tittrasponi d-Direttiva 2019/1023 (Ley 16/22 [(il-Liġi Nru 16/22)]?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Spanjola fit-termini previsti mit-TRLC (fit-tfassil tagħha li jirriżulta mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/2020), li ma toffri ebda ġustifikazzjoni għall-esklużjoni tad-dejn pubbliku mill-maħfra tad-djun, hija kompatibbli mal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2019/1023, u mal-prinċipji tagħha li ispiraw il-maħfra tad-djun? Din il-leġiżlazzjoni, sa fejn teskludi d-dejn pubbliku mill-maħfra tad-djun u hija nieqsa minn ġustifikazzjoni dovuta, tikkomprometti jew tippreġudika t-twettiq tal-għanijiet previsti minnha?

3)

L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2019/1023 jinkludi lista eżawrjenti u magħluqa ta’ kategoriji ta’ krediti li jistgħu jiġu esklużi mill-maħfra tad-djun, jew inkella, għall-kuntrarju, din il-lista sempliċement tipprovdi eżempju u l-leġiżlatur nazzjonali għandu l-libertà assoluta sabiex jistabbilixxi l-kategoriji ta’ krediti li jistgħu jiġu esklużi, sa fejn dawn huma debitament iġġustifikati skont id-dritt nazzjonali tiegħu?


(1)  ĠU 2019, L 172, p. 18.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-651/20, KL vs BEI

(Kawża C-704/22 P)

(2023/C 112/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u I. Zanin, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: KL

Permezz tad-digriet tat-30 ta’ Jannar 2023, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-Kawża C-704/22 P mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja u kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-751/20, KL vs BEI

(Kawża C-705/22 P)

(2023/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u I. Zanin, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: KL

Permezz tad-digriet tat-30 ta’ Jannar 2023, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-Kawża C-704/22 P mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja u kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-16 ta’ Novembru 2022 – Asociación Española de Productores de Vacuno de Carne – ASOPROVAC vs Administración General del Estado

(Kawża C-708/22)

(2023/C 112/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación Española de Productores de Vacuno de Carne – ASOPROVAC

Konvenut: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 4 u 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) u l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħar-Real Decreto 41/2021 [(id-Digriet Irjali 41/2021)] li, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet artifiċjali fil-konċessjoni ta’ mergħat permanenti ta’ użu komuni li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku lil benefiċjarji li ma jużawhomx, tistabbilixxi li l-attività tar-ragħa tkun eliġibbli biss jekk din titwettaq b’annimali tal-operat tagħhom?

2)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ippreċitat dwar il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet artifiċjali sabiex tinkiseb l-għajnuna, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Irjali 41/2021 li tistabbilixxi preżunzjoni ta’ ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-għajnuna fil-każijiet li l-attività agrikola ta’ ragħa f’mergħat permanenti li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku u għal użu komuni hija eżerċitata b’annimali li ma humiex tal-operat tal-applikant għall-għajnuna?

3)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Irjali 1075/2014 tad-19 ta’ Diċembru 2014, skont liema r-ragħa taż-żoni agrikoli ma tistax tiġi kklassifikata bħala attività ta’ żamma tal-imsemmija żoni fi stat li jagħmilhom adatti għar-ragħa?

4)

L-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Irjali 1075/2014 tad-19 ta’ Diċembru 2014, skont liema l-persuni li huma sempliċement detenturi ta’ dritt mhux esklużiv ta’ ragħa fuq artijiet li huma ma humiex proprjetarji tagħhom u li jagħtu dan id-dritt lil terz sabiex dan juża l-mergħat sabiex jitma’ lill-bhejjem tiegħu, ma jeżerċitawx attività agrikola li taqa’ taħt dawk imsemmija fil-punt (i) tal-imsemmi Artikolu 4(1)(ċ)?

5)

L-Artikolu 4(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Irjali 1075/2014 tad-19 ta’ Diċembru 2014, skont liema l-persuni li huma sempliċement detenturi ta’ dritt ta’ ragħa mhux esklużiv fuq artijiet għal użu komuni li huma ma humiex proprjetarji tagħhom, ma jistgħux jitqiesu bħala amministraturi tal-mergħat li l-imsemmi dritt ta’ ragħa huwa bbażat fuqhom għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet ta’ żamma tal-imsemmija żoni agrikoli fi stat li jagħmilhom adatti għar-ragħa?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawżi Magħquda T-371/20 u T-554/20, Pollinis France vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-726/22 P)

(2023/C 112/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, C. Ehrbar, G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Pollinis France

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna r-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-Kawżi T-371/20 u T-554/20 kif ukoll dawk li jirriżultaw minn dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji.

1

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni” msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni” sa fejn illimitat l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 għal kwistjonijiet suġġetti għal deliberazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni jew li ser jiġu, b’mod imminenti, suġġetti għal deliberazzjoni.

2

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta evalwat jekk “l-iżvelar tad-dokument serjament [idgħajjifx] il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet l-interpretazzjoni tagħha tad-deċiżjonijiet ikkontestati u adottat raġunament kontradittorju.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ċaħdet ir-relevanza tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kif ukoll tar-Regoli standard ta’ proċedura għall-kumitati sabiex jiġi evalwat jekk “l-iżvelar tad-dokument serjament [idgħajjifx] il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni”.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma applikatx il-kriterji legali adegwati sabiex tevalwa l-fatturi rilevanti u ma evalwatx il-fatturi rilevanti fil-kuntest ta’ korp ta’ provi koerenti.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Casino de Spa SA et

(Kawża C-741/22)

(2023/C 112/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Casino de Spa SA et

Konvenut: État belge (SPF Finances)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jittratta b’mod differenti, jekk wieħed jassumi li huma provvisti ta’ servizzi simili, il-lotteriji online offruti mil-Loterie National (il-lotterija nazzjonali Belġjana), stabbiliment pubbliku, li huma eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud u l-logħob tal-ażżard ieħor online offrut minn operaturi privati li huma suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

Fil-kuntest tad-domanda preċedenti, sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex kwistjoni ta’ żewġ kategoriji simili li huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin u li għandu jkollhom l-istess trattament fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew jekk hijiex kwistjoni ta’ kategoriji distinti li jawtorizzaw trattament differenti, il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra biss il-fatt li ż-żewġ forom ta’ logħob tal-azzard huma jew ma humiex f’kompetizzjoni bejniethom mill-perspettiva tal-konsumatur medju, fis-sens li provvisti ta’ servizzi huma simili meta jkollhom proprjetajiet analogi u jissodisfaw l-istess ħtiġijiet tal-konsumatur, abbażi ta’ kriterju ta’ komparabbiltà fl-użu, u meta d-differenzi eżistenti ma jinfluwenzawx b’mod sinjifikattiv id-deċiżjoni tal-konsumatur medju li jagħmel użu minn provvista waħda jew oħra ta’ servizzi (kriterju ta’ sostituzzjoni) jew għandhom jitqiesu kriterji oħra bħall-eżistenza ta’ setgħa diskrezzjonali min-naħa tal-Istat Membru li jeżenta ċerti kategoriji ta’ logħob u li jissuġġetta oħrajn għall-VAT, il-fatt li l-lotteriji jappartjenu għal kategorija distinta ta’ logħob intiż mill-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva VAT, il-kuntesti legali differenti li japplikaw għal-Loterie Nationale u għal-logħob tal-ażżard ieħor, l-awtoritajiet ta’ kontroll differenti jew l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-soċjetà u tal-lagħaba mfittixija mil-leġiżlazzjoni applikabbli għal-Loterie Nationale?

3)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat UE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 267 tat-Trattat FUE, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT u, jekk ikun il-każ, il-prinċipju tal-effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Qorti Kostituzzjonali ta’ Stat Membru li żżomm, fuq inizjattiva tagħha stess u mingħajr rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern, f’dan il-każ l-Artikolu 8 tal-loi spéciale du 6 janvier 1989 sur la Cour constitutionnelle (il-Liġi Speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti Kostituzzjonali), l-effett għall-imgħoddi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iġġudikati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni nazzjonali u annullati għal din ir-raġuni u li n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mad-dritt tal-Unjoni ġie invokat ukoll insostenn tar-rikors għal annullament quddiem il-qorti nazzjonali, madankollu mingħajr ma dan l-ilment ikun ġie eżaminat minn din tal-aħħar, fuq il-bażi ġeneralment tad-“diffikultajiet baġitarji u amministrattivi li jirriżultaw mir-rifużjoni ta’ taxxi diġà mħallsa”, u b’hekk iċaħħdu kompletament lill-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT mid-dritt għar-rimborż tal-VAT miġbura bi ksur tal-liġi tal-Unjoni?

4)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija negattiva, l-istess dispożizzjonijiet u prinċipji interpretati, b’mod partikolari, fid-dawl tas-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Marks & Spencer, C-309/06, li biha l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, inkluż dak tan-newtralità fiskali, jagħtu lill-operatur ekonomiku li jkun wettaq kunsinni jew servizzi dritt li jirkupra s-somom li jkunu ntalbu mingħandu bi żball minħabba dawn l-istess kunsinni jew servizzi (sentenza tal-10 ta’ April 2008, Marks & Spencer, C-309/06), jimponu fuq l-Istat Membru kkonċernat li jħallas lura lill-persuni taxxabbli l-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni meta din tirriżulta, bħal f’dan il-każ, ulterjorment minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tafferma, b’risposta għad-domandi għal deċiżjoni preliminari, minn naħa, in-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud mad-dispożizzjonijiet nazzjonali mħassra u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li żżomm l-effett għall-imgħoddi tad-dispożizzjonijiet li hija tordna li jiġu annullati?

5)

It-trattament separat stabbilit bl-Artikoli 29, 30, 31, 32, 33 u 34 tal-loi-programme du 1er juillet 2016 (il-Liġi Programm tal-1 ta’ Lulju 2016), li ġew annullati bis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 34/2018 tat-22 ta’ Marzu 2018, iżda li l-effetti tiegħu inżammu wara din id-data għat-taxxi diġà mħallsa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2016 sal-21 ta’ Mejju 201[8], bejn il-lotteriji, kemm jekk fuq l-art jew online, u logħob ieħor online u mħatri joħloq vantaġġ selettiv favorevoli għall-operaturi ta’ dawn il-lotteriji u għalhekk għajnuna mogħtija mill-Istat Belġjan jew permezz tar-riżorsi tal-Istat Belġjan li toħloq jew thedded li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi, inkompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?

6)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija affermattiva, l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jħarsu d-drittijiet tal-individwi affettwati mill-implimentazzjoni illegali tal-għajnuna inkwistjoni, li jirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2006, Transalpine Ölleitung in Österreich, C-368/04, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, inkluż dak tan-newtralità fiskali, li jagħtu lill-operatur ekonomiku li jkun għamel kunsinni jew provvisti ta’ servizzi dritt li jirkupra s-somom li ntalbu mingħandu bi żball għal dawn l-istess provvisti jew servizzi (sentenza tal-10 ta’ April 2008, Marks & Spencer, C-309/06), jippermettu lill-persuni taxxabbli li jkunu ffatturaw il-VAT fuq il-bażi tal-għajnuna mill-Istat illegali li jirkupraw l-ekwivalenti tat-taxxa mħallsa fil-forma ta’ danni sabiex jikkumpensaw għad-dannu subit?


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Bergamo (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – KH vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

(Kawża C-747/22)

(2023/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Bergamo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KH

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Domanda preliminari

L-Artikolu 29 u l-Artikolu 26 [tad-]Direttiva 2011/95 /UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 2(1)(a) [tad-]Digriet-Liġi Nru 4/2019, li, bil-għan li jingħata aċċess għal benefiċċju kontra l-faqar u għall-appoġġ fl-aċċess għax-xogħol u l-inklużjoni soċjali bħalma hu d-“dħul taċ-ċittadinanza” tipprevedi rekwiżit ta’ 10 snin ta’ residenza fl-Istat Taljan, flimkien mar-rekwiżit ta’ sentejn ta’ residenza kontinwa qabel ma ssir it-talba?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Bayerische Ärzteversorgung, Bayerische Architektenversorgung, Bayerische Apothekerversorgung, Bayerische Rechtsanwalts- und Steuerberaterversorgung, Bayerische Ingenieurversorgung-Bau m. Psychotherapeutenversorgung vs Deutsche Bundesbank

(Kawża C-758/22, Bayerische Ärzteversorgung et)

(2023/C 112/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayerische Ärzteversorgung, Bayerische Architektenversorgung, Bayerische Apothekerversorgung, Bayerische Rechtsanwalts- und Steuerberaterversorgung, Bayerische Ingenieurversorgung-Bau m. Psychotherapeutenversorgung

Konvenut: Deutsche Bundesbank

Domandi preliminari

Domandi dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2), moqri flimkien mar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1):

1.

a)

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-punt 3.19 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jeżiġi li l-konsumaturi kollha tal-prodotti ipprovduti mill-produtturi jkunu liberi li jixtru jew li ma jixtrux u li jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-prezzijiet iffatturati?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

b)

Fil-każ li l-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-konsumaturi, mingħajr ma jkollhom tali libertà ta’ deċiżjoni, jirċievu mingħand il-produttur, skont affiljazzjoni legali obbligatorja miegħu, prodotti li jammontaw għal iktar min-nofs il-produzzjoni tal-imsemmi produttur u jkunu obbligati jħallsu kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ammont stabbilit mill-istess produttur, ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni jiġu ssodisfatti meta minorità tal-imsemmija konsumaturi kellha l-possibbiltà li taderixxi volontarjament mal-imsemmi produttur u għamlet użu minn din il-possibbiltà sabiex tirċievi prodotti billi ħallset l-istess kontribuzzjonijiet bħall-affiljati obbligatorji?

2.

Ikun hemm dejjem produzzjoni tas-suq bi prezzijiet ekonomikament sinjifikattivi, fis-sens tal-punti 3.17 sa 3.19 tal-Anness tar-Regolament Nru 549/2013, bil-kundizzjoni li jiġi ssodisfatt il-“kriterju ta’ 50 %” iddefinit fit-tielet u fir-raba’ sentenza tat-tielet subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness, li jikkonsisti f’kopertura ta’ mill-inqas 50 % tal-ispejjeż ta’ produzzjoni għal bejgħ fuq diversi snin, jew għandu jitqies li dan il-kriterju ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti (waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha) iżda pjuttost neċessarja li tapplika flimkien maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti taħt (a) u (b) tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness?

3.

Għall-evalwazzjoni dwar jekk unitajiet istituzzjonali humiex produtturi tas-suq kif iddefinit fil-punt 3.24 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandu jsir mhux biss riferiment għall-punti 3.17, 3.19 u 3.26 tal-Anness A iżda wkoll għar-rekwiżi addizzjonali stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 1.37 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?

4.

(a)

Sabiex unità istituzzjonali tiġi kklassifikata fis-sottosettur S.129, il-punt 2.107 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jeżiġi neċessarjament li l-benefiċċji kollha ta’ din l-unità jiġu pprovduti lill-parteċipanti kollha abbażi ta’ ftehim kuntrattwali?

Jekk dan ikun il-każ:

(b)

Ir-rekwiżit għall-provvista ta’ benefiċċji fuq bażi kuntrattwali huwa diġà ssodisfatt f’dan ir-rigward jekk, minkejja l-fatt li l-affiljazzjoni obbligatorja, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji u l-benefiċċji obbligatorji tal-unità istituzzjonali huma rregolati minn korp pubbliku skont l-istatut tiegħu, membri obbligatorji għandhom ukoll il-possibbiltà li jiksbu drittijiet għal benefiċċji addizzjonali permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali?

5.

Il-punt (f) tat-tielet sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/231 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kunċett ta’ “fondi ta’ pensjoni”, kif iddefinit fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw iż-żewġ kriterji stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, jew din l-eċċezzjoni tkopri wkoll unitajiet istituzzjonali oħra li, skont il-punt 17.43 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandhom jitqiesu bħala skemi ta’ pensjoni tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?

6.

(a)

Il-kunċett ta’ “gvern ġenerali” fil-punt 2.117(b) u fil-punt 17.43 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jirreferi biss għall-unità prinċipali rispettiva, jew jinkludi wkoll istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mil-liġi, organizzati skont affiljazzjoni obbligatorja u ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijeit, u li għandhom id-dritt għall-awtogovernanza u għal kontabbiltà proprja?

F’dan il-każ tal-aħħar:

(b)

L-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji, kif hemm riferiment għalihom fil-punt 2.117(b) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, ifissru l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-ammont, jew huwa biżżejjed jekk il-liġi tippreskrivi r-riskji minimi li għandhom jiġu koperti u l-livell minimu ta’ kopertura, u tirregola wkoll il-prinċipji u l-limiti għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet, filwaqt li tħalli l-evalwazzjoni tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji f’dan il-qafas f’idejn il-fondi ta’ pensjoni?

(c)

Il-kunċett ta’ “unità tal-gvern” fis-sens tal-punt 20.39 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, jinkludi biss unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 20.10 u 20.12 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?


(1)  ĠU 2018 L 45, p. 3, rettifika fil-ĠU 2019 L 132, p. 47ĠU 2013 L 174, p. 1


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Sächsische Ärzteversorgung vs Deutsche Bundesbank

(Kawża C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung)

(2023/C 112/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sächsische Ärzteversorgung

Konvenut: Deutsche Bundesbank

Domandi preliminari

Domandi dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2), moqri flimkien mar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1):

1.

a)

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-punt 3.19 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jeżiġi li l-konsumaturi kollha tal-prodotti ipprovduti mill-produtturi jkunu liberi li jixtru jew li ma jixtrux u li jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-prezzijiet iffatturati?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

b)

Fil-każ li l-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-konsumaturi, mingħajr ma jkollhom tali libertà ta’ deċiżjoni, jirċievu mingħand il-produttur, skont affiljazzjoni legali obbligatorja miegħu, prodotti li jammontaw għal iktar min-nofs il-produzzjoni tal-imsemmi produttur u jkunu obbligati jħallsu kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ammont stabbilit mill-istess produttur, ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni jiġu ssodisfatti meta minorità tal-imsemmija konsumaturi kellha l-possibbiltà li taderixxi volontarjament mal-imsemmi produttur u għamlet użu minn din il-possibbiltà sabiex tirċievi prodotti billi ħallset l-istess kontribuzzjonijiet bħall-affiljati obbligatorji?

2.

Ikun hemm dejjem produzzjoni tas-suq bi prezzijiet ekonomikament sinjifikattivi, fis-sens tal-punti 3.17 sa 3.19 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, bil-kundizzjoni li jiġi ssodisfatt il-“kriterju ta’ 50 %” iddefinit fit-tielet u fir-raba’ sentenza tat-tielet subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness, li jikkonsisti f’kopertura ta’ mill-inqas 50 % tal-ispejjeż ta’ produzzjoni għal bejgħ fuq diversi snin, jew għandu jitqies li dan il-kriterju ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti (waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha) iżda pjuttost neċessarja li tapplika flimkien maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti taħt (a) u (b) tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness?

3.

Għall-evalwazzjoni dwar jekk unitajiet istituzzjonali humiex produtturi tas-suq kif iddefinit fil-punt 3.24 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandu jsir mhux biss riferiment għall-punti 3.17, 3.19 u 3.26 tal-Anness A iżda wkoll għar-rekwiżi addizzjonali stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 1.37 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?

4.

(a)

Sabiex unità istituzzjonali tiġi kklassifikata fis-sottosettur S.129, il-punt 2.107 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jeżiġi neċessarjament li l-benefiċċji kollha ta’ din l-unità jiġu pprovduti lill-parteċipanti kollha abbażi ta’ ftehim kuntrattwali?

Jekk dan ikun il-każ:

(b)

Ir-rekwiżit għall-provvista ta’ benefiċċji fuq bażi kuntrattwali huwa diġà ssodisfatt f’dan ir-rigward jekk, minkejja l-fatt li l-affiljazzjoni obbligatorja, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji u l-benefiċċji obbligatorji tal-unità istituzzjonali huma rregolati minn korp pubbliku skont l-istatut tiegħu, membri obbligatorji għandhom ukoll il-possibbiltà li jiksbu drittijiet għal benefiċċji addizzjonali permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali?

5.

Il-punt (f) tat-tielet sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/231 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kunċett ta’ “fondi ta’ pensjoni”, kif iddefinit fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw iż-żewġ kriterji stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, jew din l-eċċezzjoni tkopri wkoll unitajiet istituzzjonali oħra li, skont il-punt 17.43 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandhom jitqiesu bħala skemi ta’ pensjoni tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?

6.

(a)

Il-kunċett ta’ “gvern ġenerali” fil-punt 2.117(b) u fil-punt 17.43 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 jirreferi biss għall-unità prinċipali rispettiva, jew jinkludi wkoll istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mil-liġi, organizzati skont affiljazzjoni obbligatorja u ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijeit, u li għandhom id-dritt għall-awtogovernanza u għal kontabbiltà proprja?

F’dan il-każ tal-aħħar:

(b)

L-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji, kif hemm riferiment għalihom fil-punt 2.117(b) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, ifissru l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-ammont, jew huwa biżżejjed jekk il-liġi tippreskrivi r-riskji minimi li għandhom jiġu koperti u l-livell minimu ta’ kopertura, u tirregola wkoll il-prinċipji u l-limiti għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet, filwaqt li tħalli l-evalwazzjoni tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji f’dan il-qafas f’idejn il-fondi ta’ pensjoni?

(c)

Il-kunċett ta’ “unità tal-gvern” fis-sens tal-punt 20.39 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, jinkludi biss unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 20.10 u 20.12 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013?


(1)  ĠU 2018 L 45, p. 3, rettifika fil-ĠU 2019 L 132, p. 47, u ĠU 2013 L 174, p. 1


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Marseille (Franza) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Procureur de la République vs OP

(Kawża C-763/22)

(2023/C 112/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire de Marseille

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenut: OP

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) tipprekludi li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tkun tagħti s-setgħa lil awtorità governattiva, mingħajr possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju, sabiex din tiddeċiedi dwar liema bejn mandat ta’ arrest Ewropew u talba għal estradizzjoni konkorrenti mressqa minn Stat terz għandha tiġi eżegwita?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht München (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – WD vs Allane SE

(Kawża C-766/22)

(2023/C 112/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: Allane SE

Domandi preliminari

1.

Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur għal tul ta’ 24 xahar jikkostitwixxu servizzi ta’ “kiri tal-karozzi” u jaqgħu għalhekk taħt l-eċċezzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar skont il-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod konformement mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (2), inkorporati fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (l-Awstrija) fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Bundesarbeitskammer vs HDI Global SE

(Kawża C-771/22, HDI Global)

(2023/C 112/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht für Handelssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesarbeitskammer

Konvenut: HDI Global SE

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pagamenti magħmula mill-vjaġġatur lill-organizzatur qabel il-bidu tal-vjaġġ huma ggarantiti biss meta l-vjaġġ ma jsirx minħabba l-insolvenza tal-imsemmi organizzatur, jew inkella fis-sens li huma wkoll ggarantiti pagamenti magħmula mill-vjaġġatur lill-organizzatur qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza, jekk il-vjaġġatur ixolji l-kuntratt qabel is-seħħ tal-insolvenza u minħabba ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2015/2302?

2)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pagamenti magħmula mill-vjaġġatur lill-organizzatur qabel il-bidu tal-vjaġġ huma ggarantiti meta, jerġa’ qabel is-seħħ tal-insolvenza, il-vjaġġatur ixolji l-kuntratt ta’ vjaġġ minħabba ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, minkejja li l-insolvenza tkun seħħet matul il-perijodu li matulu l-vjaġġ irriżervat kellu jseħħ?

3)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pagamenti magħmula mill-vjaġġatur lill-organizzatur qabel il-bidu tal-vjaġġ huma ggarantiti meta, jerġa’ qabel is-seħħ tal-insolvenza, il-vjaġġatur ixolji l-kuntratt ta’ vjaġġ minħabba ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva u meta l-insolvenza tal-organizzatur tkun seħħet minħabba dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2022 – JX vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-774/22, FTI Touristik GmbH)

(2023/C 112/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JX

Konvenut: FTI Touristik GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali, iżda jinkludi wkoll regola dwar il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti ta’ vjaġġ, li l-qorti adita għandha tosserva, meta l-konsumatur inkwantu vjaġġatur u l-kontroparti tiegħu, l-organizzatur ta’ vjaġġi, ikunu t-tnejn li huma ddomiċiljati fl-istess Stat Membru iżda d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tkunx tinsab f’dan l-Istat Membru iżda barra mill-pajjiż (is-“sitwazzjonijiet interni foloz”), bil-konsegwenza li, flimkien mar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, il-konsumatur jista’ jinvoka quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu drittijiet kuntrattwali kontra l-organizzatur ta’ vjaġġi?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-788/22, flightright)

(2023/C 112/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: TAP Portugal

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru għandu joffri lil passiġġier li ma laħaqx titjira konnessa minħabba ċirkustanza straordinarja, bħala rotta differenti fl-iqsar żmien possibbli, titjira b’konnessjonijiet mingħajr “check-through” li tippermetti lill-passiġġier jasal fid-destinazzjoni tiegħu 5 sigħat u 15-il minuta qabel il-konnessjoni diretta l-għada, u din it-titjira b’konnessjonijiet timplika madankollu għall-passiġġier li huwa jasal fid-destinazzjoni b’dewmien ta’ 18-il siegħa u 15-il minuta, li jieħu tliet titjiriet minflok titjira diretta u li jkollu, f’kull wieħed miż-żewġ ajruporti ta’ konnessjoni, jiġbor il-bagalji tiegħu, joħroġ miż-żona ta’ sigurtà kif ukoll, għal kull waħda mit-titjiriet il-ġodda, jirreġistra ruħu sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst u jirreġistra l-bagalji tiegħu, imbagħad jippreżenta ruħu fiż-żona ta’ sigurtà, fejn tnejn minn dawn it-titjiriet huma operati minn kumpanniji tal-ajru Brażiljani domestiċi u waħda minnhom hija kumpannija tal-ajru hekk imsejħa “low cost”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/26


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2022 minn Eulex Kosovo mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-242/17 RENV, SC vs Eulex Kosovo

(Kawża C-785/22 P)

(2023/C 112/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Eulex Kosovo (rappreżentanti: L.-G. Wigemark, aġent, u E. Raoult, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: SC

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla b’mod sħiħ is-sentenza appellata;

tiċħad it-talba b’mod sħiħ;

tordna lil SC tbati l-ispejjeż tal-proċeduri fil-Kawżi T-242/17, C-730/18, T-242/17 RENV u dawk relatati ma’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka diversi sensiliet ta’ osservazzjonijiet dwar is-sentenza appellata:

osservazzjonijiet fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tat-talba mressqa minn SC;

osservazzjonijiet fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali, fis-sentenza fil-kontumaċja, dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali u dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ SC;

oġġezzjonijiet fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar il-mertu tat-talba; u

osservazzjonijiet fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba għad-danni ta’ SC.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Missier vs Omm

(Kawża C-35/23, Greislzel (1))

(2023/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Missier

Konvenut: Omm

Partijiet oħra fil-proċeduri: Wild L, Avukata (tutur legali)

Domandi preliminari

Il-mekkaniżmu regolamentari previst fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2) sa fejn huwa limitat għal proċeduri fil-kuntest ta’ relazzjonijiet bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea?

Konkretament:

1.

L-Artikolu 10 tar-Regolament Brussell IIa japplika, bil-konsegwenza li tinżamm il-ġurisdizzjoni tal-qrati fl-Istat ta’ residenza preċedenti, fil-każ fejn il-wild kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni (il-Ġermanja) qabel it-tneħħija tiegħu u li l-proċeduri ta’ ritorn taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Den Haag”) żvolġew bejn Stat Membru tal-Unjoni (il-Polonja) u Stat terz (l-Isvizzera), u li f’dawn il-proċeduri, ir-ritorn tal-wild ġie rrifjutat?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2.

Fil-kuntest tal-Artikolu 10(b)(i) tar-Regolament Brussell II a, liema huma r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tiġi stabbilita ż-żamma tal-ġurisdizzjoni?

3.

L-Artikolu 11(6) sa (8) tar-Regolament Brussell II a japplika wkoll fil-każ ta’ implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn skont il-Konvenzjoni ta’ Den Haag fil-kuntest ta’ relazzjonijiet bejn Stat terz u Stat Membru tal-Unjoni, bħala Stat ta’ refuġju, sa fejn il-wild kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni ieħor qabel it-tneħħija?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013 L 82, p. 63.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 minn Kurdistan Workers’ Party (PKK) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-316/14 RENV u T-148/19, PPK vs Il-Kunsill

(Kawża C-44/23 P)

(2023/C 112/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A.M. van Eik, T. Buruma, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawżi magħquda T-316/14 RENV u T-148/19 sa fejn din tirrigwarda ċ-ċaħda tar-rikorsi għal annullament ippreżentati kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta’ Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/513 (2), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 tal-21 ta’ Diċembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1325 (3), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (4), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (5), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (6), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tat-8 ta’ Jannar 2019 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (7), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 (8), sa fejn dawn jirrigwardaw lill-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK jew KONGRA-GEL);

tagħti deċiżjoni finali fil-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tannulla dawn ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni u deċiżjonijiet sa fejn dawn jirrigwardaw lill-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK jew KONGRA-GEL);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kontenzjuż tal-appellant li jirriżultaw minn dan l-appell u mill-kawżi magħquda T-316/14 RENV u T-148/19, flimkien mal-interessi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-deċiżjoni kkontestata fuq il-punti li ġejjin:

I.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (9) (iktar ’il quddiem “PK 931”) fir-rigward b’mod partikolari tal-interpretazzjoni mogħtija għall-“għanijiet” fiha u l-applikazzjoni tagħha għall-kawża. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-motiv li jallega ksur tal-Artikolu 1(3) PK 931 għandu jiġi miċħud.

II.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill seta’ jibbaża ruħu fuq l-ordni tas-Segretarju tal-Istat għall-Intern tar-Renju Unit tad-29 ta’ Marzu 2001 (iktar ’il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit”) bħala d-Deċiżjoni taħt l-Artikolu 1(4) PK 931, peress li ma huwiex ċar jekk l-avvenimenti msemmija fil-motivazzjoni b’konnessjoni mad-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit humiex fil-bażi tad-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit, dawn l-avvenimenti huma skaduti u ma jissostanzjawx il-konklużjoni li l-appellant kien grupp terroristiku fis-sens ta’ dan l-artikolu. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-motiv li jallega ksur tal-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) PK 931, sa fejn il-miżuri kkontestati huma bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit, għandhom jiġu miċħuda.

III.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-istħarriġ tal-Kunsill issodisfa l-obbligi taħt l-Artikolu 1(6) PK 931, li sar b’mod debitu u xieraq u li l-motiv tal-appellant li l-Artikolu 1(6) ġie miksur mill-Kunsill għandu jiġi miċħud fir-rigward tal-miżuri tal-2015 sal-2017 u d-deċiżjonijiet tal-2019.

IV.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u applikatu b’mod żbaljat għall-kawża ineżami.

V.

Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kunsill issodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  ĠU 2015, L 82, p. 1.

(2)  ĠU 2015, L 206, p. 12.

(3)  ĠU 2015, L 334, p. 1.

(4)  ĠU 2016, L 188, p. 1.

(5)  ĠU 2017, L 23, p. 3.

(6)  ĠU 2017, L 204, p. 3.

(7)  ĠU 2019, L 6, p. 6.

(8)  ĠU 2019, L 209, p. 15.

(9)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/29


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – PM vs Senatsverwaltung für Justiz, Vielfalt und Antidiskriminierung, Fil-preżenza ta’: CM

(Kawża C-304/22 (1), PM)

(2023/C 112/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 318, 22.08.2022.


Il-Qorti Ġenerali

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/20) (1)

(“Enerġija - Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Regolament Delegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE - Rifjut ta’ Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal proġett ta’ interkonnessjoni tal-elettriku bil-għan tal-għoti tal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni - Nuqqas ta’ inklużjoni mill-Kummissjoni tal-proġett fil-lista emendata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija”)

(2023/C 112/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind SAS (Rouen, Franza), Aquind Energy Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, solicitors, u E. White, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u B. De Meester, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u S. Costanzo, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Ruiz Sánchez, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, A. Daniel, W. Zemamta u R. Bénard, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU 2020, L 74, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aquind Ltd, Aquind SAS u Aquind Energy Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Carpatair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Miżuri implimentati mir-Rumanija favur l-Ajruport ta’ Timișoara - Miżuri implimentati mill-Ajruport ta’ Timișoara favur Wizz Air u l-kumpanniji tal-ajru li jużaw dan l-ajruport - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur l-Ajruport ta’ Timișoara u l-kumpanniji tal-ajru li jużaw dan tal-aħħar - Tariffi tal-ajruport - Rikors għal annullament - Att regolatorju - Inċidenza individwali - Inċidenza sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inċidenza diretta - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Artikolu 107(1) FUE - Natura selettiva - Vantaġġ - Kriterju ta’ operatur privat”)

(2023/C 112/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Carpatair SA (Timişoara, ir-Rumanija) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u A. Manzaneque Valverde, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati), Societăţii Naţionale “Aeroportul Internaţional Timişoara – Traian Vuia” SA (AITTV) (Ghiroda, ir-Rumanija) (rappreżentanti: V. Power u R. Hourihan, solicitors)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1428 tal-24 ta’ Frar 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31662 – C/2011 (ex NN/2011) implimentata mir-Rumanija għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara – Wizz Air (ĠU 2021, L 308, p. 1; rettifika fil-ĠU 2021, L 327, p. 41), sa fejn tikkonkludi li ċerti miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1428 tal-24 ta’ Frar 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 31662 – C/2011 (ex NN/2011) implimentata mir-Rumanija għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Timișoara – Wizz Air huwa annullat sa fejn jikkonkludi li t-tariffi tal-ajruport li jidhru fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika tal-2010 u l-ftehimiet konklużi bejn Societății Naţionale “Aeroportul Internaţional Timişoara – Traian Vuia” SA (AITTV) u Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) fl-2008 (inklużi l-Ftehimiet ta’ Emenda tal-2010) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Carpatair SA.

3)

Wizz Air Hungary u AITTV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – PBL u WA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna lil klabb tal-futbol - Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ ilment ippreżentat minn wieħed mill-membri ta’ klabb tal-futbol - Kwalità ta’ parti interessata”)

(2023/C 112/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Penya Barça Lyon: Plus que des supporters (PBL) (Bron, Franza) u WA (rappreżentant: J. Branco, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u G. Braga da Cruz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/C.4/AH/mdr 2021(092342) tal-1 ta’ Settembru 2021 dwar l-istatus ta’ ilment ippreżentat dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lill-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain (SA.64489), u, min-naħa l-oħra, l-adozzjoni ta’ diversi ordnijiet indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Penya Barça Lyon: Plus que des supporters (PBL) u WA huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – UniSkin vs EUIPO – Unicskin (UNISKIN by Dr. Søren Frankild)

(Kawża T-787/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea UNISKIN by Dr. Søren Frankild - Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali UNICSKIN YOUR EFFECTIVE SOLUTION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 112/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UniSkin ApS (Silkeborg, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u T. Frydendahl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Unicskin, SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 771/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UniSkin ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 14.2.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Bensoussan vs EUIPO – Lulu’s Fashion Lounge (LOULOU STUDIO)

(Kawża T-24/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LOULOU STUDIO - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti LULU’S - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 112/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ugo Bensoussan (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lulu’s Fashion Lounge LLC (Chico, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, K. Dimidjian-Lecompte u K. Henry, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2021 (Każ R 480/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ugo Bensoussan huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Sport1 vs EUIPO – SFR (SFR SPORT1)

(Kawża T-141/22) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SFR SPORT 1 - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali sport1 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru distintiv miksub bl-użu - Interdipendenza ta’ fatturi)

(2023/C 112/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sport1 GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krekel u C. Otto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société française du radiotéléphone – SFR) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Pasquier, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 2329/2020-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 2329/2020-1) hija parzjalment annullata, fis-sens li l-Bord tal-Appell ikkonkluda li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni għas-servizzi indikati mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni msemmija fil-punti 42 sa 44 u 52 sa 61 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Sport1 GmbH.

4)

Société française du radiotéléphone – SFR għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2023 – Folkertsma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-778/21) (1)

(“Rikors għad-danni - Kuntratt ta’ assistenza teknika biex jappoġġja t-tranżizzjoni għal Bangsamoro (Subatra) - Talba mill-Kummissjoni sabiex ir-rikorrent jiġi ssostitwit bħala espert - Terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-kontraent u r-rikorrent - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur biżżejjed ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti dritt lill-individwi - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 112/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rommert Folkertsma (Zierikzee, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u T. Van Noyen, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu finanzjarju, għad-dannu morali li huwa sofra minħabba wara talba mill-Kummissjoni Ewropea, biex tissostitwixxieh bħala espert fi ħdan il-qafas ta’ proġett ta’ assistenza teknika tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Filippini.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rommert Folkertsma huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2023 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja - Dazjiu antidumping definittiv - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibilità”)

(2023/C 112/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFEU, ir-rikorrenti, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-importaturi, tad-distributuri, tan-negozjanti u tal-proċessuri ta’ azzar mhux integrat, azzar inossidabbli u prodotti tal-metall, titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2012 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU 2021, L 410, p. 153).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (Eurofer).

3)

European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Euranimi, il-Kummissjoni Ewropea u Eurofer għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill

(Kawża T-117/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2023/C 112/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grodno Azot AAT (Grodno, il-Bjelorussja), Khimvolokno Plant (Grodno) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħhom ibbażata fuq l-Artikolu 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 4301, p. 1), sa fejn huma kkonċernati dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2023 – Beijing Unicorn Technology vs EUIPO – WD Plus (Ċirku b’żewġ ponot li jaqtgħu)

(Kawża T-631/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 112/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Beijing Unicorn Technology Co. Ltd (Bejing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u S. Clotten, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: WD Plus GmbH (Hannover, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Lulju 2022 (Każ R 246/2022-2).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Beijing Unicorn Technology Co. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 463, 5.12.2022.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/37


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2023 – Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/23)

(2023/C 112/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matina Stevi (Brussell, il-Belġju) The New York Times Company (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni Konfermattiva tal-Kummissjoni C(2022) 8371 final tal-15 ta’ Novembru 2022 (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1), u speċifikament l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, u ksur tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Billi applikat argument ekstralegali bbażat fuq l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2121 tas-6 ta’ Lulju 2020 dwar il-ġestjoni tar-rekords u l-arkivji (2), il-Kummissjoni warrbet illegalment ir-Regolament Nru 1049/2001 u speċifikament l-Artikolu 3(a) tiegħu, billi qieset li messaġġi testwali mhux irreġistrati ma jikkwalifikawx bħala dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 u/jew billi ma applikatx l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 għall-informazzjoni rikjesta, u kisret ukoll id-dritt fundamentali li wieħed jirċievi informazzjoni protett taħt l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-Regolament Nru 1049/2001 u speċifikament l-Artikolu 2(3) tiegħu.

Billi applikat argument ekstralegali bbażat fuq l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2021/2121, il-Kummissjoni warrbet illegalment l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi qieset li messaġġi testwali mhux irreġistrati ma jikkwalifikawx bħala dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 u/jew billi interpretat l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 bħala li jwassal għall-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta ma tkunx miżmuma mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

Il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata tiddeċiedi mingħajr ma tipprovdi motivazzjoni li l-informazzjoni rikjesta ma teżistix, u b’dan il-mod tikkontradixxi lill-President tal-Kummissjoni mingħajr ebda bażi, li jikkwalifika bħala amministrazzjoni ħażina.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  ĠU 2021, L 430, p. 30.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)

(Kawża T-41/23)

(2023/C 112/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pollen + Grace Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Johnson, Barrister-at-Law, u L. Buckley, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grace Foods Ltd (Castries, Santa Luċija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “POLLEN + GRACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 099 623

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1815/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawn sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2023 – Kaili vs Il-Parlament u L-UPPE

(Kawża T-46/23)

(2023/C 112/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eva Kaili (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kap Prosekutur Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022, li tordna t-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Jannar 2023 li din it-talba titħabbar fis-sessjoni plenarja tal-Parlament u li tirreferiha lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali;

tordna lill-konvenuti jħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega nuqqas ta’ kompetenza tal-Kap Prosekutur Ewropew li jadotta l-att ikkontestat: skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikolu 9 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew, meta l-Kap Prosekutur Ewropew adottat id-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2022, l-Istati Membri biss kienu awtorizzati jadottaw tali deċiżjoni. Konsegwentement, id-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2022 tal-Kap Prosekutur Ewropew ġiet adottata mingħajr il-kompetenza meħtieġa.

2.

It-tieni motiv jallega ksur ta’ żewġ rekwiżiti formali essenzjali:

Nuqqas ta’ raġunament: l-att tal-Kap Prosekutur Ewropew ma jelaborax dwar i) jekk ir-rikorrenti tinsabx fil-proċess li twettaq reat; u ii) jekk il-privileġġi u l-immunitajiet tar-rikorrenti humiex ta’ ostakolu għall-investigazzjoni tal-irregolaritajiet allegati;

Ksur tad-drittijiet ta’ difiża: la l-Kap Prosekutur Ewropew u lanqas il-President tal-Parlament Ewropew ma awtorizzaw lir-rikorrenti ġġib kopja tad-dokumenti li fuqhom huma bbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li hija ma nstemgħetx qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv jallega nuuqas ta’ raġunament suffiċjenti u xieraq li jikser l-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1) u/jew ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament u tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.

4.

Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ demokrazija u tad-dritt għal smigħ xieraq.


(1)  ĠU 2017 L 283, p. 1.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – Vinet Miłosz Jeleń vs EUIPO – The Animal Store, Food and Accessories (WILD INSPIRED)

(Kawża T-47/23)

(2023/C 112/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vinet Miłosz Jeleń (Mszalnica, il-Polonja) (rappreżentant: M. Bac-Matuszewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EUIPO – The Animal Store, Food and Accessories, SL (Valencia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WILD INSPIRED – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 334 973

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1299/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Olive Line International vs EUIPO – Santa Rita Harinas (SANTARRITA)

(Kawża T-52/23)

(2023/C 112/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Santa Rita Harinas, SLU (Loranca de Tajuña, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SANTARRITA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 236 520

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 577/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni peress li l-kokonvenut, is-sid tat-trade mark opponenti, ma ppruvax l-użu minimu u ġenwin tas-sinjal tiegħu għall-prodott basal moqli;

sussidjarjament u b’mod kumulattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni f’relazzjoni mal-prodotti żebbuġ ipproċessat u basal moqli fil-Klassi 29 peress li huma prodotti differenti;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-każ li tintervjeni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – TVR Automotive vs EUIPO – TVR Italia (TVR)

(Kawża T-53/23)

(2023/C 112/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TVR Automotive Ltd (Walliswood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TVR Italia Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “TVR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 185 922

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1493/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil TVR Italia S.R.L., jekk din tal-aħħar tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 fuq it-trade mark tal-Komunità.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Tiendanimal vs EUIPO – Salvana Tiernahrung (SALVAJE)

(Kawża T-55/23)

(2023/C 112/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tiendanimal Comercio Electronico de Articulos para Mascotas, SL (Malaga, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salvana Tiernahrung GmbH (Klein Offenseth-Sparrieshoop, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SALVAJE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 882 666

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 2192/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 882 666 SALVAJE (u d-disinn) fil-Klassi 31 u parti mis-servizzi fil-Klassi 35; u

tikkundanna lill-konvenut u lil Salvana Tiernahrung GmbH, fil-każ li tiddeċiedi li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ahlberg-Dollarstore (A’PEAL)

(Kawża T-56/23)

(2023/C 112/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ahlberg-Dollarstore AB (Kista, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “A’PEAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 337 467

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 911/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark inkwistjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3 u 5;

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li Ahlberg-Dollarstore AB tiddeċiedi li tintervjeni f’dawn il-proċeduri, lil Ahlberg-Dollarstore AB għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Goldair Tourism vs EUIPO – Gkolemis Etaireia (Goldair Tourism)

(Kawża T-57/23)

(2023/C 112/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Goldair Tourism Touristikes Epicheiriseis AE (Paiania, il-Greċja) (rappreżentant: E. Ventouri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gkolemis Etaireia Aeroporikon Exypiretiseon AE (Marousi, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Goldair Tourism” – Reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 275 928

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1385/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti li taffettwa lir-rikorrenti, jiġifieri, fil-parti li aċċettat it-talba għal kanċellazzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikoli 60(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Supermac’s vs EUIPO – McDonald’s International Property (BIG MAC)

(Kawża T-58/23)

(2023/C 112/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Supermac’s (Holdings) Ltd (Galway, l-Irlanda) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIG MAC” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 62 638

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 543/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jikkonċerna:

“ikel ippreparat mil-laħam u prodotti tat-tajr, sandwiches bil-laħam, sandwiches bit-tiġieġ” fil-Klassi 29 tal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-Trademarks tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat;

“sandwiches li jittieklu, sandwiches bit-tiġieġ” fil-Klassi 30;

“servizzi pprovduti minn, jew assoċjati ma’, ristoranti li huma miftuħa għan-negozju u stabbilimenti jew faċilitajiet oħra li jfornu ikel u xorb ippreparat għall-konsum u għall-faċilitajiet ta’ drive-through; preparazzjoni ta’ ikel li ma jittikilx fil-post” fil-Klassi 42.

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-appell ta’ McDonald’s ikun miċħud fir-rigward tal-beni u s-servizzi kollha, ħlief għal “sandwiches bil-laħam” fil-Klassi 30;

tikkundanna lill-EUIPO, u jekk McDonald’s tintervjeni, lill-McDonald’s International Property Company, Ltd., għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – DEC Technologies vs EUIPO – Tehnoexport (DEC FLEXIBLE TECHNOLOGIES)

(Kawża T-59/23)

(2023/C 112/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DEC Technologies BV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Brtka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tehnoexport d.o.o. (Indjija, is-Serbja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “DEC FLEXIBLE TECHNOLOGIES” – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 194 573

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 2009/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Ilovepdf vs EUIPO (ILOVEPDF)

(Kawża T-60/23)

(2023/C 112/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ilovepdf, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Oriol Asensio, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ILOVEPDF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 142 577

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 641/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata (kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Frar 2021) u tagħti deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi dawk preċedenti sabiex jitkomplew il-proċedimenti għall-pubblikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Bullettin tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, favur l-għoti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ILOVEPDF, u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti u r-rimbors tat-tariffi mħallsa lill-EUIPO għall-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar kwistjoni preliminari proċedurali importanti dwar ir-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet u ripetizzjoni sussegwenti ta’ raġunijiet ta’ ċaħda li tħalliet barra mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – Ona Investigación vs EUIPO – Formdiet (BIOPÔLE)

(Kawża T-61/23)

(2023/C 112/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ona Investigación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: T. Villate Consonni, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formdiet, SA (Alcarras, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIOPÔLE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 157 716

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1097/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tagħti sentenza li tilqa’ t-talbiet tagħha u li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Food Intolerance)

(Kawża T-64/23)

(2023/C 112/61)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aesculap AG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeneas GmbH & Co. KG (Wendelsheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AESKUCARE Food Intolerance – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 918 102

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 21/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2021 ġiet annullata u l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 42 u 44 kienet ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-EUIPO tħallas l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-intervenjenti tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE)

(Kawża T-65/23)

(2023/C 112/62)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aesculap AG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeneas GmbH & Co. KG (Wendelsheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AESKUCARE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 789 025

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 18/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2021 ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni fil-klassijiet 5, 42 u 44;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Allergy)

(Kawża T-66/23)

(2023/C 112/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aesculap AG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeneas GmbH & Co. KG (Wendelsheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AESKUCARE Allergy – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 917 493

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 20/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2021 ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni fil-klassijiet 5, 42 u 44;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – DEC Technologies vs EUIPO – Tehnoexport (Rappreżentazzjoni ta’ forma kwadrangolari bil-kurvi)

(Kawża T-68/23)

(2023/C 112/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DEC Technologies BV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Brtka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tehnoexport d.o.o. (Indjija, is-Serbja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ forma kwadrangolari bil-kurvi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 124 427

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 2012/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.