ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
20 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 104/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 104/02

Deċiżjoni tal Qorti tal Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2023 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 104/03

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 dwar il-vaganzi ġudizzjarji

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 104/04

Kawżi magħquda C-649/20 P, C-658/20 P u C-662/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja (C-649/20 P), Lico Leasing SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión SA (C-658/20 P) Caixabank SA et (C-662/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Skema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni-finanzjament għall-akkwist ta’ bastimenti (skema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Kundizzjoni dwar is-selettività – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Irkupru tal-għajnuna)

4

2023/C 104/05

Kawża C-208/21, Towarzystwo Ubezpieczeń Ż (Kuntratti standard ta’ assigurazzjoni qarrieqa): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – il-Polonja) – K.D. vs Towarzystwo Ubezpieczeń Ż S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 5 – Obbligu ta’ tfassil ċar u li jinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Artikolu 3 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 7 – Ommissjoni qarrieqa – Artikolu 13 – Sanzjonijiet – Kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ fond ta’ kapital għal poloz marbuta ma’ unitajiet – Informazzjoni dwar in-natura u l-istrutturazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar ir-riskji marbuta ma’ dan il-prodott – Kuntratti standard qarrieqa – Entità responsabbli – Konsegwenzi legali)

5

2023/C 104/06

Kawża C-372/21, Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR vs Bildungsdirektion für Vorarlberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Status tal-Knejjes u tal-assoċjazzjonijiet jew tal-komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 17(1) TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 49 TFUE – Restrizzjonijiet – Ġustifikazzjoni – Proporzjonalità – Sussidji għal skola privata – Talba mressqa minn soċjetà reliġjuża stabbilita fi Stat Membru ieħor – Stabbiliment irrikonoxxut minn din is-soċjetà bħala skola bbażata fuq twemmin reliġjuż)

6

2023/C 104/07

Kawża C-676/21, Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö (Taxxa fuq il-vetturi): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxi interni – Artikolu 110 TFUE – Vetturi bil-mutur – Taxxa fuq il-vetturi – Vetturi użati importati minn Stati Membri oħra – Vetturi użati esportati lejn Stati Membri oħra – Rimbors ta’ din it-taxxa fil-mument tal-esportazzjoni – Limitazzjoni ta’ dan ir-rimbors għal vetturi li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni inqas minn għaxar snin ilu)

7

2023/C 104/08

Kawża C-806/21, TF (Prekursuri ta’ drogi): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra TF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prekursuri ta’ drogi – Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI – Artikolu 2(1)(d) – Persuna involuta fit-trasport u d-distribuzzjoni ta’ prekursuri użati għall-produzzjoni jew għall-fabbrikazzjoni illeċiti ta’ drogi – Regolament (KE) Nru 273/2004 – Sustanzi skedati – Artikolu 2 – Kunċett ta’ operatur – Artikolu 8(1) – Ċirkustanzi li jissuġġerixxu li sustanzi skedati jistgħu jiġu ddevjati għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi – Obbligu ta’ notifika ta’ dawn iċ-ċirkustanzi – Kunċett ta’ ċirkustanza – Portata)

7

2023/C 104/09

Kawżi magħquda C-859/19, C-926/19 u C-929/19, FX et (Effett tas-sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali III) et: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-korruzzjoni – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 325(1) TFUE – Konvenzjoni PIF – Deċiżjoni 2006/928/KE – Proċeduri kriminali – Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja – Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) – Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet – Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

8

2023/C 104/10

Kawża C-104/21, RegioJet: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře – ir-Repubblika Ċeka – RegioJet a.s. vs České dráhy a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti – Kriterji strutturali u funzjonali – Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi – Direttiva 2012/34/UE – Artikoli 55 u 56 – Organu ta’ kontroll nazzjonali individwali tas-settur ferrovjarju – Awtorità ta’ kontroll settorjali indipendenti – Awtorizzazzjoni li tittieħed azzjoni ex officio – Setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet – Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu suġġett ta’ rikors ġudizzjarju – Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

9

2023/C 104/11

Kawża C-260/21, Corporate Commercial Bank: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa' Awla) tal-15 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) kif ukoll l-Artikoli 94 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Proċeduri ta’ insolvenza – Tpaċijiet reċiproċi mwettqa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt proċedura ta’ falliment – Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dawn it-tpaċijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali ddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni – Sitwazzjoni purament interna – Inammissibbiltà manifesta)

10

2023/C 104/12

Kawża C-459/21 The Navigator Company u Navigator Pulp Figueira: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – The Navigator Company SA, Navigator Pulp Figueira SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 176 – Esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT – Sistema inqas favorevoli meta mqabbla mal-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-infiq previst għal taxxa diretta rregolata mid-dritt nazzjonali – Prinċipju ta’ ekwivalenza – Inapplikabbiltà)

10

2023/C 104/13

Kawża C-566/21, S (Modifika ta’ klawżola inġusta): Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – S vs AA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta għad-domanda preliminari li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza jew li ma tħalli ebda dubju raġonevoli – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 6(1) – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija (frank Svizzeru) – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Setgħa tal-qorti nazzjonali – Projbizzjoni, bħala prinċipju, li tikkompleta l-kuntratt billi tirrevedi l-kontenut tal-klawżola inġusta)

11

2023/C 104/14

Kawża C-669/21, Gencoal: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim – il-Portugall) – Gencoal S.A. vs Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

12

2023/C 104/15

Kawża C-250/22, Fallimento Villa di Campo: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Fallimento Villa di Campo Srl vs Agenzia delle Entrate (Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija mitluba l-interpretazzjoni tagħhom u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

12

2023/C 104/16

Kawża C-709/22, Syndyk Masy Upadłości A: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-17 ta’ Novembru 2022 – Syndyk Masy Upadłości A vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

13

2023/C 104/17

Kawża C-745/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Micreos Food Safety BV vs Eniaios Foreas Elegchou Trofimon (E.F.E.T.)

14

2023/C 104/18

Kawża C-753/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2022 – QY vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

14

2023/C 104/19

Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

15

2023/C 104/20

Kawża C-1/23, Afrin: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-2 ta’ Jannar 2023 – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge

16

2023/C 104/21

Kawża C-17/23 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2023 minn Asociación Liberum u 926 appellant ieħor mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-476/22, Asociación Liberum et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

16

2023/C 104/22

Kawża C-19/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju tad-Danimarka vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

17

2023/C 104/23

Kawża C-43/23 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2023 minn DL (*) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-586/22, DL (*) vs Il-Parlament u Il-Kunsill

18

2023/C 104/24

Kawża C-59/23 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2023 mir-Repubblika tal-Awstrija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-101/18, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2023/C 104/25

Kawża C-153/21, Ministre de l’Immigration et de l’Asile: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif – il-Lussemburgu) – A, B, C, irrappreżentati legalment mill-ġenituri tagħhom vs Ministre de l’Immigration et de l’Asile

20

2023/C 104/26

Kawża C-380/21, INPS: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Ryanair DAC

20

2023/C 104/27

Kawża C-774/21 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2022 – NB vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20

2023/C 104/28

Kawża C-776/21, Alltours Flugreisen: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – EVvs Alltours Flugreisen GmbH

21

2023/C 104/29

Kawża C-805/21, ZhU (Konfiska ta’ mezzi strumentali): Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZhU, RD

21

2023/C 104/30

Kawża C-41/22, Helvetia schweizerische Lebensversicherung: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Erfurt – il-Ġermanja) – XXX vs Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

21

2023/C 104/31

Kawża C-202/22, TAP – Transportes Aéreos Portugueses: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Juízo Local Cível da Maia – il-Portugall) – WH, NX vs TAP – Transportes Aéreos Portugueses, SGPS, SA

21

2023/C 104/32

Kawża C-362/22, Ryanair: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – VS, TU, RW vs Ryanair DAC

22

2023/C 104/33

Kawża C-373/22, NE: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra NE

22

2023/C 104/34

Kawża C-388/22, flightright: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Transportes Aéreos Portugueses SA (TAP)

22

2023/C 104/35

Kawża C-578/22, flightright: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs TAP Portugal

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 104/36

Kawża T-164/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – BG vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għall-assistenza – Ċaħda tat-talba – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kumitat konsultattiv fuq il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jitratta lmenti li jopponu assistenti parlamentari akkreditati ma’ membri tal-Parlament – Dritt għal smigħ – Rifjut ta’ komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat konsultattiv – Responsabbiltà – Dannu morali)

23

2023/C 104/37

Kawża T-659/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – SJ vs Il-Kummissjoni (Direttiva 2014/25/UE – Proċeduri tal-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25 għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ)

23

2023/C 104/38

Kawża T-354/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1224/2009 – Dokumenti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sajd fid-Danimarka u fi Franza – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Interess pubbliku superjuri – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Regolament (KE) Nru 1367/2006)

24

2023/C 104/39

Kawża T-365/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – TJ vs SEAE (Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda ta’ kandidatura – Artikolu 98 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kunċett ta’ membru tal-persunal tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri – Responsabbiltà)

25

2023/C 104/40

Kawża T-470/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Klymenko vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Preskrizzjoni – Inammissibbiltà parzjali – Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dannu morali – Realtà tad-dannu – Rabta ta’ kawżalità)

25

2023/C 104/41

Kawża T-558/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cyprus Halloumi Cheese – Trade mark kollettiva verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

27

2023/C 104/42

Kawża T-565/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Papouis Halloumi – Trade mark kollettiva verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

27

2023/C 104/43

Kawża T-568/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Harbaoui vs EUIPO – Google (GC GOOGLE CAR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GC GOOGLE CAR – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOOGLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Profit indebitament mislut mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2023/C 104/44

Kawża T-569/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Harbaoui vs EUIPO – Google (GOOGLE CAR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOOGLE CAR – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOOGLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Profit indebitament mislut mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

29

2023/C 104/45

Kawża T-671/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-1 ta’ Frar 2023 – NFL Properties Europe vs EUIPO – Groupe Duval (DUUUVAL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropa – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DUUUVAL – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea GROUPE DUVAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

29

2023/C 104/46

Kawża T-772/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Brobet vs EUIPO – Efbet Partners (efbet) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea efbet – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin – Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)

30

2023/C 104/47

Kawża T-253/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainability through Quality – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2023/C 104/48

Kawża T-319/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Krematorium am Waldfriedhof Schwäbisch Hall vs EUIPO (aquamation) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea aquamation – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2023/C 104/49

Kawża T-349/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Hacker-Pschorr Bräu vs EUIPO – Vandělíková (HACKER SPACE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HACKER SPACE – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HACKER-PSCHORR u figurattiva preċedenti Hacker Pschorr u trade marks nazzjonali verbali preċedenti HACKERBRÄU u HACKER – Raġuni relattiva għal rifjut – Identifikazzjoni tal-motiv li fuqu hija bbażata l-oppożizzjoni – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625)

32

2023/C 104/50

Kawża T-325/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2023 – Jeronimo Martins Polska vs EUIPO – Aldi Einkauf (Vitalsss plus) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2023/C 104/51

Kawża T-708/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – NO vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ksur tad-dritt tal-Unjoni minn ċerti awtoritajiet Irlandiżi – Għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà parzjali – Akkordji – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali)

33

2023/C 104/52

Kawża T-15/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Motel One vs EUIPO – Apartment One (APART MENT ONE SLEEP CLEVER.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva APART MENT ONE SLEEP CLEVER. – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti be one u motel one – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2023/C 104/53

Kawża T-706/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Saħħa pubblika – Irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

34

2023/C 104/54

Kawża T-771/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2022 – NO vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 104/55

Kawża T-827/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 104/56

Kawża T-6/23: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2023 – UC vs Il-Kunsill

36

2023/C 104/57

Kawża T-28/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – D&G Laboratories vs EUIPO – Holpindus (aleva NATURALS)

38

2023/C 104/58

Kawża T-30/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Fly Persia and Barmodeh vs EUIPO – Dubai Aviation (flyPersia)

39

2023/C 104/59

Kawża T-32/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Tradias vs EUIPO – Triodos Bank (Tradias)

39

2023/C 104/60

Kawża T-34/23: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 – Roche Diagnostics vs EUIPO – SAS Di’X (AVENIO)

40

2023/C 104/61

Kawża T-42/23: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Häcker Küchen vs EUIPO – Moura & Moura (MH Cuisines)

41

2023/C 104/62

Kawża T-50/23: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – W.B. Studio vs EUIPO – E.Land Italy (BELFE)

41

2023/C 104/63

Kawża T-51/23: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – OSR Enterprises vs EUIPO – Möckel u Gramann (evolver)

42

2023/C 104/64

Kawża T-54/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – W.B. Studio vs EUIPO – E.Land Italy (BF BELFE)

43

2023/C 104/65

Kawża T-623/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros y Reaseguros a Prima Fija vs SRB

44

2023/C 104/66

Kawża T-776/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2023 – JIB Overseas vs Il-Kummissjoni

44

2023/C 104/67

Kawża T-781/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2023 – EEA vs Il-Kummissjoni

44

2023/C 104/68

Kawża T-782/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2023 – EAA vs Il-Kummissjoni

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 104/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 94, 13.3.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 83, 6.3.2023

ĠU C 71, 27.2.2023

ĠU C 63, 20.2.2023

ĠU C 54, 13.2.2023

ĠU C 45, 6.2.2023

ĠU C 35, 30.1.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/2


DEĊIŻJONI TAL QORTI TAL ĠUSTIZZJA

tas-7 ta’ Frar 2023

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2023/C 104/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu stabbiliti d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

id-9 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara l-Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2023 u l-31 ta’ Ottubru 2024, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2023: mit-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023 sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2024: mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2024 sal-Ħadd 7 ta’ April 2024, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2024: mit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2024 sas-Sibt 31 ta’ Awwissu 2024, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta’ Frar 2023.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Il-Qorti Ġenerali

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/3


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tal-15 ta’ Frar 2023

dwar il-vaganzi ġudizzjarji

(2023/C 104/03)

IL-QORTI ĠENERALI,

wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,

TIDDEĊIEDI:

Artikolu 1

Għas-sena ġudizzjarja li tibda mill-1 ta’ Settembru 2023, id-dati tal-vakanzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Il-Milied 2023: mit-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023 sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, biż-żewġ ġranet inklużi;

L-Għid 2023: mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2024 sal-Ħadd 7 ta’ April 2024, biż-żewġ ġranet inklużi;

Is-sajf 2023: mit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2024 sas-Sibt 31 ta’ Awwissu 2024, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Frar 2023.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. VAN DER WOUDE


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja (C-649/20 P), Lico Leasing SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión SA (C-658/20 P) Caixabank SA et (C-662/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-649/20 P, C-658/20 P u C-662/20 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Skema fiskali applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni-finanzjament għall-akkwist ta’ bastimenti (skema Spanjola ta’ leasing fiskali) - Kundizzjoni dwar is-selettività - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Irkupru tal-għajnuna)

(2023/C 104/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta, A. Gavela Llopis, I. Herranz Elizalde u S. Jiménez García, aġenti) (C-649/20 P), Lico Leasing SA, Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión SA (rappreżentanti: J. M. Rodríguez Cárcamo u M. A. Sánchez, abogados) (C-658/20 P), Caixabank SA, Asociación Española de Banca, Unicaja Banco SA, Liberbank SA, Banco de Sabadell SA, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA, Banco Santander SA, Santander Investment SA, Naviera Séneca AIE, Industria de Diseño Textil SA (Inditex), Naviera Nebulosa de Omega AIE, Abanca Corporación Bancaria SA, Ibercaja Banco SA, Naviera Bósforo AIE, Joyería Tous SA, Corporación Alimentaria Guissona SA, Naviera Muriola AIE, Poal Investments XXI SL, Poal Investments XXII SL, Naviera Cabo Vilaboa C-1658 AIE, Naviera Cabo Domaio C-1659 AIE, Caamaño Sistemas Metálicos SL, Blumaq SA, Grupo Ibérica de Congelados SA, RNB SL, Inversiones Antaviana SL, Banco de Albacete SA, Bodegas Muga SL, Aluminios Cortizo SAL (rappreżentanti: E. Abad Valdenebro, J. L. Buendía Sierra, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados) (C-662/20 P)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía, V. Di Bucci, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġents)

Intervenjent insostenn tal-appellanti (C-662/20 P): Decal España SA (rappreżentant: M.-J. Silva Sánchez, abogado)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Settembru 2020, Spanja et vs Il-Kummissjoni (T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, EU:T:2020:434), hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi sa fejn dawn talbu l-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, sa fejn jindika lill-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri tagħhom bħala l-uniċi benefiċjarji tal-għajnuna prevista f’din id-deċiżjoni, u tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn jordna lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-ammont kollu tal-għajnuna prevista f’din l-istess deċiżjoni mingħand l-investituri tal-gruppi ta’ interess ekonomiku li bbenefikaw minnha.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/200 huwa annullat sa fejn jindika lill-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri tagħhom bħala l-uniċi benefiċjarji tal-għajnuna prevista f’din id-deċiżjoni.

4)

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2014/200 huwa annullat sa fejn jordna lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-ammont kollu tal-għajnuna prevista f’din id-deċiżjoni mingħand l-investituri tal-gruppi ta’ interess ekonomiku li bbenefikaw minnha.

5)

Ir-Renju ta’ Spanja, Lico Leasing SA u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión SA kif ukoll Caixabank SA, Asociación Española de Banca, Unicaja Banco SA, Liberbank SA, Banco de Sabadell SA, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA, Banco Santander SA, Santander Investment SA, Naviera Séneca AIE, Industria de Diseño Textil SA (Inditex), Naviera Nebulosa de Omega AIE, Abanca Corporación Bancaria SA, Ibercaja Banco SA, Naviera Bósforo AIE, Joyería Tous SA, Corporación Alimentaria Guissona SA, Naviera Muriola AIE, Poal Investments XXI SL, Poal Investments XXII SL, Naviera Cabo Vilaboa C-1658 AIE, Naviera Cabo Domaio C-1659 AIE, Caamaño Sistemas Metálicos SL, Blumaq SA, Grupo Ibérica de Congelados SA, RNB SL, Inversiones Antaviana SL, Banco de Albacete SA, Bodegas Muga SL u Aluminios Cortizo SAU għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż kollha tagħhom stess, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-okkażjoni tal-appelli li kienu s-suġġett tal-Kawża C-128/16 P u tal-Kawżi magħquda C-649/20 P, C-658/20 P u C-662/20 P.

6)

Decal España SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minnha fl-ewwel istanza kif ukoll fl-okkażjoni tal-appelli li kienu s-suġġett tal-Kawża C-128/16 P u tal-Kawżi magħquda C-649/20 P, C-658/20 P u C-662/20 P.


(1)   ĠU C 110, 29.3.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – il-Polonja) – K.D. vs Towarzystwo Ubezpieczeń Ż S.A.

(Kawża C-208/21, Towarzystwo Ubezpieczeń Ż (Kuntratti standard ta’ assigurazzjoni qarrieqa)) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 5 - Obbligu ta’ tfassil ċar u li jinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 7 - Ommissjoni qarrieqa - Artikolu 13 - Sanzjonijiet - Kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ fond ta’ kapital għal poloz marbuta ma’ unitajiet - Informazzjoni dwar in-natura u l-istrutturazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar ir-riskji marbuta ma’ dan il-prodott - Kuntratti standard qarrieqa - Entità responsabbli - Konsegwenzi legali)

(2023/C 104/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.D.

Konvenut: Towarzystwo Ubezpieczeń Ż S.A.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali)

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-tfassil, minn impriża ta’ assigurazzjoni, ta’ kuntratt kollettiv standard unit-linked li ma jippermettix lill-konsumatur li jaderixxi għal dan il-kuntratt kollettiv fuq proposta ta’ impriża oħra, detentriċi tal-polza, li jifhem in-natura u l-istrutturazzjoni tal-prodott ta’ assigurazzjoni propost kif ukoll ir-riskji marbuta miegħu, jista’ jikkostitwixxi “prattika kummerċjali żleali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li din l-impriża ta’ assigurazzjoni għandha tinżamm responsabbli għal din il-prattika kummerċjali żleali.

2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/29, moqri flimkien mal-Artikolu 13 tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tagħti lill-konsumatur li jkun ikkonkluda kuntratt minħabba prattika kummerċjali żleali ta’ kummerċjant id-dritt li jitlob l-annullament ta’ dan il-kuntratt.


(1)   ĠU C 289, 19.7.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR vs Bildungsdirektion für Vorarlberg

(Kawża C-372/21 (1), Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Status tal-Knejjes u tal-assoċjazzjonijiet jew tal-komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 17(1) TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Restrizzjonijiet - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Sussidji għal skola privata - Talba mressqa minn soċjetà reliġjuża stabbilita fi Stat Membru ieħor - Stabbiliment irrikonoxxut minn din is-soċjetà bħala skola bbażata fuq twemmin reliġjuż)

(2023/C 104/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR

Konvenut: Bildungsdirektion für Vorarlberg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux l-effett li jneħħi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sitwazzjoni li fiha Knisja, assoċjazzjoni jew komunità reliġjuża li għandha l-istatus ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku fi Stat Membru u li tirrikonoxxi u ssostni fi Stat Membru ieħor, bħala skola bbażata fuq twemmin reliġjuż, skola privata, titlob l-għoti ta’ sussidju għal din l-iskola, li huwa rriżervat lill-Knejjes, lill-assoċjazzjonijiet u lill-komunitajiet reliġjużi rrikonoxxuti skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor.

2)

L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 17(1) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ sussidji pubbliċi intiżi għall-iskejjel privati rrikonoxxuti bħala skejjel ibbażati fuq twemmin reliġjuż bil-kundizzjoni li l-Knisja jew is-soċjetà reliġjuża li tippreżenta l-applikazzjoni għal sussidju għal tali skola tkun irrikonoxxuta skont id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż meta din il-Knisja jew is-soċjetà reliġjuża tkun irrikonoxxuta skont id-dritt tal-Istat Membru tal-oriġini tagħha.


(1)   C 382, 20.9.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn A

(Kawża C-676/21 (1), Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö (Taxxa fuq il-vetturi))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Vetturi bil-mutur - Taxxa fuq il-vetturi - Vetturi użati importati minn Stati Membri oħra - Vetturi użati esportati lejn Stati Membri oħra - Rimbors ta’ din it-taxxa fil-mument tal-esportazzjoni - Limitazzjoni ta’ dan ir-rimbors għal vetturi li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni inqas minn għaxar snin ilu)

(2023/C 104/07)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

fil-preżenza ta’: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikk

Dispożittiv

Id-dritt primarju tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 110 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi li taxxa fuq il-vetturi, inkorporata fil-valur ta’ kull vettura, ma tiġix irrimborsata lill-proprjetarju ta’ vettura bil-mutur fil-każ tal-esportazzjoni definittiva ta’ din il-vettura għall-użu tagħha fi Stat Membru ieħor, meta l-imsemmija vettura tkun tqiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni għall-ewwel darba mill-inqas għaxar snin qabel din l-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li tali vettura kienet intiża li tintuża essenzjalment fit-territorju tal-Istat Membru li ġabar it-taxxa fuq il-vetturi b’mod permanenti u li din il-vettura intużat ukoll effettivament b’dan il-mod.


(1)   ĠU C 57, 31.01.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra TF

(Kawża C-806/21 (1), TF (Prekursuri ta’ drogi))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prekursuri ta’ drogi - Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI - Artikolu 2(1)(d) - Persuna involuta fit-trasport u d-distribuzzjoni ta’ prekursuri użati għall-produzzjoni jew għall-fabbrikazzjoni illeċiti ta’ drogi - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Sustanzi skedati - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “operatur” - Artikolu 8(1) - Ċirkustanzi li jissuġġerixxu li sustanzi skedati jistgħu jiġu ddevjati għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi - Obbligu ta’ notifika ta’ dawn iċ-ċirkustanzi - Kunċett ta’ “ċirkustanza” - Portata)

(2023/C 104/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

TF

fil-preżenza ta’: Openbaar Ministerie,

Dispożittiv

L-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

persuna li tipparteċipa, fil-kuntest ta’ attività illegali, fit-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi skedati fl-Unjoni ma tikkostitwixxix “operatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)   ĠU C 138, 28.3.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19),

(Kawżi magħquda C-859/19, C-926/19 u C-929/19 (1), FX et (Effett tas-sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali III) et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-korruzzjoni - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Artikolu 325(1) TFUE - Konvenzjoni PIF - Deċiżjoni 2006/928/KE - Proċeduri kriminali - Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja - Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) - Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet - Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

(2023/C 104/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19)

Fil-preżenza ta’: Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia Națională Anticorupție (C-859/19, C-926/19 u C-929/19), Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată și Terorism – Structura Centrală (C-926/19), Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Secția pentru Investigarea Infracțiunilor din Justiţie (C-926/19), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (C-926/19 u C-929/19), HX (C-926/19), IY (C-926/19), SC Uranus Junior 2003 SRL (C-926/19), SC Complexul Energetic Oltenia SA (C-929/19),

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmata fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema s-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ma jkunux ngħataw, fl-ewwel istanza, minn kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam jew, fl-appell, minn kulleġġi ġudikanti li l-membri kollha tagħhom inħatru bix-xorti, huma nulli b’mod assolut b’tali mod li l-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikkonċernati għandhom, jekk meħtieġ wara rikors straordinarju kontra sentenzi finali, jiġu eżaminati mill-ġdid fl-ewwel u/jew fit-tieni istanza, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ din il-prattika nazzjonali hija ta’ natura li toħloq riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali. L-obbligu li jiġi żgurat li tali reati jkunu s-suġġett ta’ sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva ma jeżentax lill-qorti tar-rinviju milli tivverifika r-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali ma tiġix applikata meta din tkun ta’ natura li toħloq tali riskju sistemiku ta’ impunità.

2)

L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiggarantixxi l-indipendenza tal-imsemmija Qorti Kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, kif jeħtiġilha minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kull nuqqas ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali mill-qrati nazzjonali ordinarji huwa ta’ natura li tiġi skattata r-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom.

3)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema l-qrati ordinarji nazzjonali huma marbuta b’deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, minħabba f’hekk u taħt piena li jikkommettu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikati, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet, minkejja li huma jikkunsidraw li, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għall-Artikolu 325(1) TFUE jew għad-Deċiżjoni 2006/928.


(1)   ĠU C 201, 15.6.2020.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře – ir-Repubblika Ċeka – RegioJet a.s. vs České dráhy a.s.

(Kawża C-104/21 (1), RegioJet)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Kriterji strutturali u funzjonali - Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi - Direttiva 2012/34/UE - Artikoli 55 u 56 - Organu ta’ kontroll nazzjonali individwali tas-settur ferrovjarju - Awtorità ta’ kontroll settorjali indipendenti - Awtorizzazzjoni li tittieħed azzjoni ex officio - Setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet - Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu suġġett ta’ rikors ġudizzjarju - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2023/C 104/10)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RegioJet a.s.

Konvenut: České dráhy a.s.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (l-Uffiċċju għall-Aċċess għall-Insfrastruttura tat-Trasport, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)   ĠU C 148, 26.4.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa' Awla) tal-15 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD

(Kawża C-260/21, Corporate Commercial Bank) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) kif ukoll l-Artikoli 94 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proċeduri ta’ insolvenza - Tpaċijiet reċiproċi mwettqa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt proċedura ta’ falliment - Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dawn it-tpaċijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali ddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 104/11)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Vidin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Corporate Commercial Bank, fi stralċ

Konvenut: Elit Petrol AD

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli ġenerali dwar it-tpaċija fil-kuntest ta’ falliment ta’ bank, anki jekk ikunu retroattivi.

2)

L-ewwel sar-raba’ u s-sitt domanda magħmula mill-Okrazhen sad Vidin (il-Qorti Reġjonali ta’ Vidin, il-Bulgarija) huma manifestament inammissibbli.


(1)   ĠU C 252 du 28.06.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – The Navigator Company SA, Navigator Pulp Figueira SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-459/21 (1) The Navigator Company u Navigator Pulp Figueira)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 176 - Esklużjonijiet mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT - Sistema inqas favorevoli meta mqabbla mal-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-infiq previst għal taxxa diretta rregolata mid-dritt nazzjonali - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Inapplikabbiltà)

(2023/C 104/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Navigator Company SA, Navigator Pulp Figueira SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, miżmuma bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u li tistabbilixxi esklużjoni totali jew parzjali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT imħallsa fir-rigward ta’ spejjeż marbuta ma’ ċerti vetturi, ċaqliq u soġġorn kif ukoll infiq ta’ rappreżentanza, anki jekk tali spejjeż jibbenefikaw minn sistema allegatament iktar favorevoli, fir-rigward tat-tnaqqis tagħhom, fil-kuntest ta’ taxxa diretta rregolata mid-dritt nazzjonali.


(1)   ĠU C 11, 10.1.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – S vs AA

(Kawża C-566/21 (1), S (Modifika ta’ klawżola inġusta))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta għad-domanda preliminari li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza jew li ma tħalli ebda dubju raġonevoli - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija (frank Svizzeru) - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Setgħa tal-qorti nazzjonali - Projbizzjoni, bħala prinċipju, li tikkompleta l-kuntratt billi tirrevedi l-kontenut tal-klawżola inġusta)

(2023/C 104/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S

Konvenut: AA

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi lill-qorti nazzjonali, li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur u li t-tħassir tagħha ma jipprekludix li l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ, milli timmodifika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-klawżola, b’tali mod li l-għażla, prevista biss għall-benefiċċju tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, li tipproċedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-konverżjoni f’munita nazzjonali tal-munita li fiha kien iddenominat dan il-kuntratt, hija ssostitwita b’obbligu li jsir hekk fuq talba tal-konsumatur.


(1)   ĠU C 2, 3.1.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim – il-Portugall) – Gencoal S.A. vs Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT

(Kawża C-669/21, Gencoal) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta”)

(2023/C 104/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gencoal S.A.

Konvenut: Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT

Fil-preżenza ta’: Companhia de Seguros Allianz Portugal SA

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim (il-Qorti Distrettwali ta’ Porto, il-Ħames Awla Ċentrali Civili ta’ Póvoa de Varzim, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)   ĠU C 64, 7.2.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Fallimento Villa di Campo Srl vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-250/22 (1), Fallimento Villa di Campo)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija mitluba l-interpretazzjoni tagħhom u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 104/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fallimento Villa di Campo Srl

Konvenut: Agenzia delle Entrate

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di Cassazione (Il-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-31 ta’ Marzu 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)   ĠU C 266, 11.7.2022


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-17 ta’ Novembru 2022 – Syndyk Masy Upadłości A vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-709/22, Syndyk Masy Upadłości A)

(2023/C 104/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndyk Masy Upadłości A

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310 tat-18 ta’ Frar 2019 li tawtorizza lill-Polonja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1); id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 395 u 273 tagħha, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali kif ukoll prassi nazzjonali li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, ma jippermettux li l-amministratur tal-insolvenza jingħata awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta’ fondi akkumulati fil-kont tal-VAT tal-persuna taxxabbli (mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum) lejn il-kont bankarju indikat mill-imsemmi amministratur?

2)

L-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – dritt għall-proprjetà – moqri flimkien mal-Artikolu 51(1) tal-Karta kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali kif ukoll prassi nazzjonali li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, filwaqt li ma jippermettux li l-amministratur tal-insolvenza jingħata awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta’ fondi akkumulati fil-kont tal-VAT tal-persuna taxxabbli (mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum), iwasslu konsegwentement għall-iffriżar tal-fondi finanzjarji fl-imsemmi kont tal-VAT li jappartjenu lill-persuna taxxabbli insolventi u konsegwentement jipprekludu t-twettiq tal-obbligi tal-amministratur tal-insolvenza fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza?

3)

Il-prinċipju tal-Istat tad-dritt li jirriżulta mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ ċertezza legali li jimplimentah, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta mill-Artikolu 41(1) tal-Karta, fid-dawl tal-kuntest u tal-għanijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2019/310 kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi nazzjonali li billi ma tippermettix li l-amministratur tal-insolvenza jingħata awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta’ fondi akkumulati fil-kont tal-VAT tal-persuna taxxabbli (mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum) din toħnoq l-għanijiet tal-proċedura ta’ insolvenza li l-qorti inkarigata mill-insolvenza tiddefinixxi bħala li hija suġġetta għall-ġurisdizzjoni Pollakka fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (tfassil mill-ġdid) (3), u konsegwentement twassal għal sitwazzjoni li b’riżultat tagħha permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali mhux adegwati t-Teżor jiġi pprivileġġjat bħala debitur għad-detriment tal-korp prinċipali ta’ kredituri?


(1)   ĠU 2019, L 51, p. 19.

(2)   ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(3)   ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Micreos Food Safety BV vs Eniaios Foreas Elegchou Trofimon (E.F.E.T.)

(Kawża C-745/22)

(2023/C 104/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Micreos Food Safety BV

Konvenut: Eniaios Foreas Elegchou Trofimon (E.F.E.T.)

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tiegħu stess (u, konsegwentement, id-dħul fis-suq Ewropew tiegħu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11a tar-regolament) prodott bħal-Listex™ P100 tal-kumpannija rikorrenti, li għandu l-karatteristiki deskritti fl-opinjoni relattiva tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tas-7.7.2016 u, barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, jiġi applikat barra mill-binjiet tal-biċċeriji matul l-aħħar fażijiet tal-proċess ta’ produzzjoni u ma huwiex intiż biex jelimina l-kontaminazzjoni superfiċjali fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, iżda biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni.

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda,

2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodott tar-rikorrenti msemmi iktar ‘il fuq jikkostitwixxi addittiv tal-ikel jew għajnuna għall-ipproċessar (Artikolu 3(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1333/2008).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14, rettifika fil-ĠU L 282, 2019, p. 35

(2)   ĠU 2008, L 354, p. 16.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2022 – QY vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-753/22)

(2023/C 104/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QY

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Meta Stat Membru ma jkunx awtorizzat jeżerċita l-fakultà, mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (1), li jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba l-istatus ta’ refuġjat mogħti fi Stat Membru ieħor, għaliex il-kundizzjonijiet tal-ħajja f’dan l-aħħar Stat Membru jkunu jesponu lill-applikant għal riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (3), kif ukoll l-Artikolu 10(2) u (3), u l-Artikolu 33(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istatus ta’ refuġjat diġà mogħti jipprekludi lill-Istat Membru milli jeżamina mingħajr preġudizzji l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li ġiet ippreżentata quddiemu u jobbligah jagħti lill-applikant l-istatus ta’ refuġjat mingħajr ma jivverifika l-kundizzjonijiet sostantivi ta’ din il-protezzjoni?


(1)   ĠU 2013, L 180, p. 60

(2)   ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.

(3)   ĠU 2011, L 337, p. 9.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Meta Platforms Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-757/22, Meta Platforms Ireland)

(2023/C 104/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Meta Platforms Ireland Limited

Konvenut: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domanda preliminari

Ksur tad-dritt “b’riżultat tal-ipproċessar” fis-sens tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), huwa invokat meta assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi tibbaża l-azzjoni tagħha fuq il-fatt li d-drittijiet ta’ persuna kkonċernata huma miksura għaliex l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1), moqrija flimkien mal-Artikolu 13(1)(c) sa (e) tar-Regolament 2016/679 u li jirrigwardaw l-għan tal-ipproċessar tad-data personali ma ġewx osservati?


(1)   ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-2 ta’ Jannar 2023 – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge

(Kawża C-1/23, Afrin (1))

(2023/C 104/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti biss lill-membri tal-familja ta’ persuna li ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat jippreżentaw applikazzjoni għal dħul u residenza quddiem ir-rappreżentanza diplomatika ta’ dan l-Istat, anki fil-każ fejn ikun impossibbli għal dawn il-membri tal-familja li jmorru f’tali rappreżentanza, hija kompatibbli mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (2), eventwalment ikkunsidrat flimkien mal-għan imfittex mill-istess direttiva li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja, mal-Artikoli 23 u 24 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (3), mal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligu li jiġi ggarantit l-effett utli tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.

(3)   ĠU 2011, L 337, p. 9.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2023 minn Asociación Liberum u 926 appellant ieħor mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-476/22, Asociación Liberum et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

(Kawża C-17/23 P)

(2023/C 104/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Asociación Liberum u 926 rikorrent ieħor (rappreżentanti: L. M. Pardo Rodríguez, u F. Feliù Pamplona, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2022, Asociación Liberum et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-476/22, EU:T:2022:714). Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-istat tal-proċedura jippermettilha, tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu jew, sussidjarjament, tiddikjara li l-miżura inkwistjoni taffettwa direttament lill-appellanti u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-effett individwali jew tgħaqqad din il-kwistjoni mal-mertu tal-kawża.

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

tikkonċedi lir-rikorrenti kwalunkwe rimedju addizzjonali ieħor li tqis xieraq fid-dritt.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Permezz tal-ewwel aggravju l-appellanti jinvokaw ksur tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sanċita fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, u ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, inkwantu żnaturat is-suġġett tar-rikors tagħhom meta qieset li dan kien jikkorrispondi għal “obbligu ta’ vaċċinazzjoni”, riprodott fil-punti 4, 8, 7, 9, 10 u 11 tad-digriet appellat. Konsegwentement, l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata.

2.

Permezz tat-tieni motiv l-appellanti jinvokaw ksur tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sanċita fl-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 263 TFUE u mal-Artikolu 19 TUE u, fl-aħħar nett, iqisu li l-Qorti Ġenerali ma interpretatx b’mod korrett l-allegazzjonijiet magħmula mill-appellanti fl-ewwel istanza. Ma huwiex ikkontestat li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jippreżupponi amplifikazzjoni tad-dritt għal rikors tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali interpretat ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE b’mod eċċessivament restrittiv u ma kkunsidratx ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/17


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju tad-Danimarka vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-19/23)

(2023/C 104/22)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Mærtens, M. P. Brøchner Jespersen u J. Farver Kronborg, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Direttiva (UE) 2022/2041 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea;

tannulla l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba prinċipali tiegħu, ir-Renju tad-Danimarka jsostni fl-ewwel lok li, bl-adozzjoni tad-Direttiva kkontestata, il-konvenuti marru lil hinn mill-prinċipju ta’ tqassim tal-kompetenzi u aġixxew bi ksur tal-Artikolu 153(5) TFUE. Id-Direttiva kkontestata taffettwa direttament id-determinazzjoni tal-livell tal-pagi fl-Istati Membri u d-dritt ta’ assoċjazzjoni li, bis-saħħa tal-Artikolu 153(5) TFUE, jaqgħu barra mill-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea.

Insostenn tat-talba prinċipali tiegħu, ir-Renju tad-Danimarka jsostni, fit-tieni lok, li d-Direttiva kkontestata ma setgħetx tiġi adottata validament abbażi tal-Artikolu 153(1)(b) TFUE. Dan għaliex id-Direttiva ssegwi kemm l-għan iddefinit fl-Artikolu 153(1)(b) TFUE kif ukoll l-għan iddefinit fl-Artikolu 153(1)(f) TFUE. Dan l-aħħar għan ma huwiex anċillari għall-ewwel u jippresupponi l-użu ta’ proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni differenti minn dik li ġiet applikata għall-adozzjoni tad-Direttiva kkontestata (ara l-Artikolu 153(2) TFUE). Iż-żewġ proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet huma inkompatibbli peress li l-adozzjoni ta’ atti ġuridiċi taħt l-Artikolu 153(1)(f) TFUE, kuntrarjament għall-Artikolu 153(1)(b) TFUE, teħtieġ unanimità (ara l-Artikolu 153(2) TFUE).

Insostenn tat-talba sussidjarja tiegħu, ir-Renju tad-Danimarka jsostni li, bl-adozzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva kkontestata, il-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ tqassim tal-kompetenzi u aġixxew bi ksur tal-Artikolu 153(5) TFUE. Dawn id-dispożizzjonijiet jaffettwaw direttament id-determinazzjoni tal-livell tal-pagi fl-Istati Membri u d-dritt ta’ assoċjazzjoni li, bis-saħħa tal-Artikolu 153(5) TFUE, jaqgħu barra mill-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni.


(1)   ĠU 2022, L 275, p. 33.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/18


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2023 minn DL (*) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-586/22, DL (*) vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-43/23 P)

(2023/C 104/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: DL (*) (rappreżentant: S. Manna, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla fl-intier tiegħu d-digriet T-586/22 mogħti fit-18 ta’ Novembru 2022 billi l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet diversi żbalji ta’ liġi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell ippreżentat minnu, l-appellant iressaq ħames aggravji:

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-iżball li għamlet il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) minħabba l-iżnaturament tal-motivi li ressaq DL (*). Il-QĠUE ddeċidiet il-kawża daqslikieku DL (*) ibbaża ruħu fuq il-libertà ta’ moviment fl-Unjoni Ewropea, mentri r-rikors tiegħu kien ibbażat fuq id-dritt għas-saħħa u għall-ħajja.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi fir-rigward tal-kundizzjoni li teħtieġ li r-Regolament ikkontestat jipproduċi l-effetti tiegħu direttament fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellant. Il-QĠUE ddeċidiet li r-Regolamenti kkontestati ma kellhom l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellant minħabba li dawn sempliċiment jistabbilixxu qafas tekniku.

Ladarba r-Regolament (UE) 2022/1034 jistabbilixxi qafas tekniku, dan tal-aħħar jipproduċi effetti direttament fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellant u ta’ kull ċittadin tal-Unjoni li jixtieq jibbenefika minn ċertifikat diġitali Ewropew tal-COVID-19.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi fir-rigward tal-kundizzjoni dwar is-setgħa diskrezzjonali tad-destinatarji tal-att ikkontestat. Il-QĠUE ddeċidiet li r-Regolamenti kkontestati sempliċement jistabbilixxu qafas tekniku li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali sabiex japplikawhom u li, għalhekk, ma jistax jingħad li dawn l-imsemmija regolamenti japplikaw b’mod awtomatiku.

Madankollu, il-każ preżenti jirrigwarda regolament ta’ portata ġenerali li jistabbilixxi qafas tekniku li permezz tiegħu kull ċittadin Ewropew jingħata ċertifikat diġitali tal-COVID-19 li japplika direttament fid-dritt nazzjonali. L-Istati Membri ma għandhom l-ebda setgħa diskrezzjonali: jew iċ-ċertifikat nazzjonali tal-COVID-19 tagħhom jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-regolament u ċ-ċittadin jibbenefika miċ-ċertifikat diġitali Ewropew tal-COVID-19, jew ma jissodisfahomx u ċ-ċittadin ma jgawdix miċ-ċertifikat diġitali Ewropew tal-COVID-19.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi dwar l-adegwatezza tar-rikors sabiex il-parti li tkun ppreżentatu tiskeb benefiċċju personali. Il-QĠUE ddeċidiet li permezz tal-annulament tar-Regolamenti kkontestati ċ-ċittadini ma jistgħu jiksbu l-ebda benefiċċju minħabba li r-Regolamenti kkontestati jistabbilixxu biss qafas tekniku. Issa, ma jistax jiġi miċħud li, peress li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti kkontestati jagħtu ċ-ċertifikat diġitali Ewropew tal-COVID-19 lill-persuni mhux skrinjati, l-annullament tagħhom jippermetti l-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-deċiżjoni li jiġi estiż iż-żmien tal-mekkaniżmu sat-30 ta’ Ġunju 2023. Il-QĠUE ddeċidiet li, “fid-dawl tal-inċertezzi li għadhom jeżistu dwar kif ser tiżvolġi l-pandemija” , il-prinċipju ta’ proporzjonalità ġie osservat. Madankollu, il-QĠUE invokat hawnhekk il-prinċipju ta’ prekawzjoni li huwa differenti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità li jeħtieġ ġustifikazzjoni, f’dan il-każ xjentifika, u mhux konġetturi vagi.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/19


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2023 mir-Repubblika tal-Awstrija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-101/18, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-59/23 P)

(2023/C 104/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: M. Klamert u F. Koppensteiner bħala aġenti, kif ukoll H. Kristoferitsch, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

Ir-Repubblika tal-Awstrija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,

tannulla kollha kemm hi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-101/18, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea,

tilqa’ kollha kemm hi t-talba magħmula fl-ewwel istanza għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2112 tas-6 ta’ Marzu 2017 dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 — 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Awstrija tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju: assenza ta’ twettiq ta’ proċedura għall-għoti.

Is-sentenza appellata tidher li hija illegali sa fejn, bil-kontra tal-opinjoni legali tal-Qorti Ġenerali, l-assenza ta’ twettiq ta’ proċedura għall-għoti għandha impatt fuq il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat u tirrendi d-deċiżjoni kkontestata illegali.

It-tieni aggravju: natura sproporzjonata tal-miżura.

Is-sentenza appellata tikkonferma b’mod żbaljat li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni suffiċjenti tal-proporzjonalità. Dan jgħodd iktar u iktar għaliex, minn naħa, ma huwiex ċar f’hiex tikkonsisti eżattament il-miżura ta’ għajnuna u, min-naħa l-oħra, l-ekwivalent ta’ sussidju tagħha ma ġiex stabbilit.

It-tielet aggravju: distorsjoni sproporzjonata tal-kompetizzjoni u ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti.

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ distorsjoni sproporzjonata ta’ kompetizzjoni u l-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti. Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari Paks I kien ser jillibera kapaċitajiet ta’ enerġija li għalihom teżisti kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku lliberalizzat. Barra minn hekk, Paks I u II kienu ser jiġu operati b’mod parallel għal iktar żmien milli ppjanat; l-indipendenza taż-żewġ impriżi ma hijiex iggarantita.

Ir-raba’ aggravju: stabbiliment insuffiċjenti tal-għajnuna.

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat li l-elementi tal-għajnuna kienu ġew stabbiliti b’mod insuffiċjenti. L-assenza ta’ proċedura għall-għoti, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż tal-iffinanzjar estern kif ukoll l-assenza ta’ kalkolu ta’ ekwivalent ta’ sussidju kollha jimmilitaw favur stabbiliment insuffiċjenti tal-ammont tal-għajnuna.


(1)   ĠU 2017, L 317, p. 45.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif – il-Lussemburgu) – A, B, C, irrappreżentati legalment mill-ġenituri tagħhom vs Ministre de l’Immigration et de l’Asile

(Kawża C-153/21 (1), Ministre de l’Immigration et de l’Asile)

(2023/C 104/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal- Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 189, 17.5.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Ryanair DAC

(Kawża C-380/21 (1), INPS)

(2023/C 104/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 349, 30.8.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2022 – NB vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-774/21 P) (1)

(2023/C 104/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 198, 16.5.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – EVvs Alltours Flugreisen GmbH

(Kawża C-776/21 (1), Alltours Flugreisen)

(2023/C 104/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 138 tat-28.03.2022


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZhU, RD

(Kawża C-805/21 (1), ZhU (Konfiska ta’ mezzi strumentali))

(2023/C 104/29)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 138, 28.3.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Erfurt – il-Ġermanja) – XXX vs Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

(Kawża C-41/22 (1), Helvetia schweizerische Lebensversicherung)

(2023/C 104/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 198, 16.5.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Juízo Local Cível da Maia – il-Portugall) – WH, NX vs TAP – Transportes Aéreos Portugueses, SGPS, SA

(Kawża C-202/22 (1), TAP – Transportes Aéreos Portugueses)

(2023/C 104/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 244, 27.6.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – VS, TU, RW vs Ryanair DAC

(Kawża C-362/22 (1), Ryanair)

(2023/C 104/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 368, 26.9.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra NE

(Kawża C-373/22 (1), NE)

(2023/C 104/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 359, 19.9.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Transportes Aéreos Portugueses SA (TAP)

(Kawża C-388/22 (1), flightright)

(2023/C 104/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 318 tat-22.08.2022


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-578/22 (1), flightright)

(2023/C 104/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 441 tal-21/12/2022


Il-Qorti Ġenerali

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – BG vs Il-Parlament

(Kawża T-164/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għall-assistenza - Ċaħda tat-talba - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat konsultattiv fuq il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jitratta lmenti li jopponu assistenti parlamentari akkreditati ma’ membri tal-Parlament - Dritt għal smigħ - Rifjut ta’ komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat konsultattiv - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2023/C 104/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BG (rappreżentanti: A. Tymen, L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch, C. González Argüelles u I. Lázaro Betancor, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2019 li biha l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tagħha ċaħdet it-talba tagħha għall-assistenza u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu morali li hija ġarbet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2019 li tiċħad it-talba għall-assistenza mressqa minn BG hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil BG, bħala dannu morali li ġarbet, ammont ta’ EUR 2 500.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 201, 15.6.2020.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – SJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-659/20) (1)

(“Direttiva 2014/25/UE - Proċeduri tal-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25 għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ”)

(2023/C 104/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SJ AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Karlsson u M. Johansson, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Baches Opi, P. Ondrůšek u G. Wils, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: M. Salborn Hodgson, H. Eklinder, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, H. Shev, R. Shahsavan Eriksson u O. Simonsson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1193 tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja (ĠU 2020, L 262, p. 18), li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243), kienet tkompli tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u intiżi li jippermettu l-eżekuzzjoni, fit-territorju Svediż, ta’ attivitajiet marbuta mal-provvista ta’ servizzi kummerċjali tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1193 tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C 28, 25.1.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/21) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Dokumenti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sajd fid-Danimarka u fi Franza - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Interess pubbliku superjuri - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Regolament (KE) Nru 1367/2006”)

(2023/C 104/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, T. Oeyen u T. van Helfteren, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, G. Gattinara u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 4348 final tas-7 ta’ April 2021 li tirrigwarda rifjut ta’ aċċess għal ċerti dokumenti mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331) kif ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ClientEarth AISBL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 329, 16.8.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – TJ vs SEAE

(Kawża T-365/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Artikolu 98 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ ‘membru tal-persunal tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri’ - Responsabbiltà”)

(2023/C 104/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TJ (rappreżentanti: A. Véghely, V. Luszcz u D. Karsai, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u L. Lence de Frutos, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-4 ta’ Settembru 2020 li permezz tagħha dan ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ [kunfidenzjali] kif ukoll tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha A ġie maħtur f’din l-istess pożizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni materjali u morali li huwa allegatament ġarrab bħala riżultat ta’ dan.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-4 ta’ Settembru 2020 li tiċħad il-kandidatura ta’ TJ ippreżentata fil-kuntest tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti [kunfidenzjali] hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2020 tas-SEAE li taħtar lil A f’din il-pożizzjoni hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Is-SEAE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn TJ.


(1)   ĠU C 368, 13.9.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-470/21) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà parzjali - Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu morali - Realtà tad-dannu - Rabta ta’ kawżalità”)

(2023/C 104/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u A. Vitro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u M. Carpus Carcea, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu li huwa ġarrab wara l-adozzjoni, l-ewwel, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal- 5 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), it-tielet, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta' Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), ir-raba’, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5), il-ħames, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118), u tar- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta' Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118), is-sitta, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESKdwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), u, is-seba’, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2021, L 77, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2021, L 77, p. 2), li permezz tagħhom ismu nżamm fuq il-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom kienu japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

Oleksandr Viktorovych Klymenko għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 412, 11.10.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino)

(Kawża T-558/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cyprus Halloumi Cheese - Trade mark kollettiva verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 104/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt, avukat, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija) (rappreżentanti A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ April 2021 (Każ R 578/2019-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Papouis Dairies Ltd.


(1)   ĠU C 452, 8.11.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

(Kawża T-565/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Papouis Halloumi - Trade mark kollettiva verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 104/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Milbradt, avukat, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ April 2021 (Każ R 575/2019-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Papouis Dairies Ltd.


(1)   ĠU C 452, 8.11.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Harbaoui vs EUIPO – Google (GC GOOGLE CAR)

(Kawża T-568/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GC GOOGLE CAR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOOGLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Profit indebitament mislut mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 104/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zoubier Harbaoui (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bove, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u C. Schmitt, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 902/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zoubier Harbaoui huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 431, 25.10.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Harbaoui vs EUIPO – Google (GOOGLE CAR)

(Kawża T-569/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOOGLE CAR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOOGLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Profit indebitament mislut mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2023/C 104/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zoubier Harbaoui (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bove, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u C. Schmitt, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 904/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zoubier Harbaoui huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 431, 25.10.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-1 ta’ Frar 2023 – NFL Properties Europe vs EUIPO – Groupe Duval (DUUUVAL)

(Kawża T-671/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropa - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DUUUVAL - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea GROUPE DUVAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 104/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NFL Properties Europe GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske, D. Habel u M. Tillwich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Harrington, J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Groupe Duval (Boulogn-Billancourt, Franza)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 243/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud.

2)

NFL Properties Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 11, 10.1.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Brobet vs EUIPO – Efbet Partners (efbet)

(Kawża T-772/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea efbet - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin - Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

(2023/C 104/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Brobet ltd. (Ta’Xbiex, Malta) (rappreżentant: F. Bojinova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Efbet Partners OOD (Sofia, il-Bulgarija)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2021 (Każ R 624/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brobet ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 73, 14.2.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality)

(Kawża T-253/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainability through Quality - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 104/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Groschopp AG Drives & More (Viersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1076/2020-5)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Groschopp AG Drives & More hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 237, 20.6.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Krematorium am Waldfriedhof Schwäbisch Hall vs EUIPO (aquamation)

(Kawża T-319/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea aquamation - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 104/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Krematorium am Waldfriedhof Schwäbisch Hall GmbH & Co. KG (Schwäbisch Hall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Dehn, L. Maritzen u C. Kleiner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Marzu 2022 (Każ R 2154/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)   ĠU C 276, 18.7.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – Hacker-Pschorr Bräu vs EUIPO – Vandělíková (HACKER SPACE)

(Kawża T-349/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HACKER SPACE - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HACKER-PSCHORR u figurattiva preċedenti Hacker Pschorr u trade marks nazzjonali verbali preċedenti HACKERBRÄU u HACKER - Raġuni relattiva għal rifjut - Identifikazzjoni tal-motiv li fuqu hija bbażata l-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625”)

(2023/C 104/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hacker- Pschorr Bräu GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jana Vandělíková (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ April 2022 (Każ R 1268/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)   ĠU C 284, 25.7.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2023 – Jeronimo Martins Polska vs EUIPO – Aldi Einkauf (Vitalsss plus)

(Kawża T-325/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 104/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jeronimo Martins Polska S.A. (Kostrzyn, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Jaroszyńska-Kozłowska u R. Skubisz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi Einkauf SE & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, C. Fürsen, M. Minkner u A. Starcke, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ April 2021 (Kawżi R 503/2020-1 u R 647/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors

2)

Jeronimo Martins Polska S.A. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Aldi Einkauf SE & Co. OHG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 297, 26.7.2021.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2023 – NO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-708/21) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ksur tad-dritt tal-Unjoni minn ċerti awtoritajiet Irlandiżi - Għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà parzjali - Akkordji - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali)

(2023/C 104/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NO (rappreżentant: E. Smartt, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Barcew, P. Caro de Sousa u L. Nicolae, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 265 TFUE, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea naqset b’mod illegali milli tieħu pożizzjoni dwar l-ilmenti tiegħu mressqa fis-7 u fis-26 ta’ Mejju 2020, dwar l-ittra ta’ informazzjoni tagħha u dwar l-intimazzjoni tiegħu fit-28 ta’ Ġunju 2021.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-konstatazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea ma ħaditx pożizzjoni dwar l-ilmenti kontra l-ksur, mill-Irlanda, tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE].

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

NO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 84, 21.2.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Motel One vs EUIPO – Apartment One (APART MENT ONE SLEEP CLEVER.)

(Kawża T-15/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva APART MENT ONE SLEEP CLEVER. - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti be one u motel one - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 104/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Motel One GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hartmann, S. Fröhlich u H. Lerchl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Apartment One GbR (Grasbrunn, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 564/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejnha u bejn il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, Apartment One GbR.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Motel One GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 84, 21.2.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/22 R)

(“Miżuri provviżorji - Saħħa pubblika - Irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2023/C 104/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nicoventures Trading Ltd (Londra, ir-Renju Unit), u l-ħames partijiet l-oħra li isimhom jidher anness mad-digriet (rappreżentanti: L. Van den Hende, M. Schonberg, J. Penz-Evren u P. Wytinck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Becker u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Bit-talba tagħhom abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, minn naħa, essenzjalment, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna (ĠU L 283, 3.11.2022, p. 4) u, min-naħa l-oħra, l-għoti ta’ kull miżura provviżorja xierqa oħra.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2022 – NO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-771/22)

(2023/C 104/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NO (rappreżentant: E. Smartt, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2022;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha; u

tordna li jiġu rrimborsati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-legalità tal-għajnuna għall-obbligu li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 (2).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrent li jissottometti kummenti dwar l-elementi li jqajmu dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-obbligu tagħha li timmotiva d-deċiżjoni tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja evidenza ta’ nuqqas mill-[Istat Membru] li jiżgura d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, bi ksur tal-Artikolu 19(1) TUE.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni rigward il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, il-proprjetà jew l-istatus u l-moviment liberu tas-servizzi u l-prinċipju ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi. Ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013 jipprovdi eċċezzjoni għall-obbligu ta’ notifika tal-għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 108(3) TFUE, iżda ma jipprovdix eċċezzjoni għar-regoli l-oħra u l-prinċipji tat-TFUE jew id-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 107(1) TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU 2015, L 248, p. 9).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU 2013, L 352, p. 1).


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-827/22)

(2023/C 104/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tad-29 ta’ April 2022 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.63360 (2021/N) – Rumanija COVID-19 – TAROM – Kumpens għal dannu II (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni applikat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE b’mod ħażin u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna għad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li kienu fil-bażi tal-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin 80 (jiġifieri, nondiskriminazzjoni, il-forniment liberu ta’ servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (2) – u stabbiliment liberu).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tniedi proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni.


(1)   ĠU 2022, C 378, p. 2

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2023 – UC vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/23)

(2023/C 104/56)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: UC (rappreżentanti: P. Bekaert u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2398 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2397 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

Eċċess ta’ poter, ksur tal-Artikoli 75 u 215 TFUE, ksur tal-Artikolu 13(1) TUE, ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE u ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 jiksru, rispettivament, l-Artikolu 31 TUE u l-Artikoli 75 u 215 TFUE;

peress li r-rapporti u r-riżultati tal-votazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u ta’ dan ir-regolament, kif ukoll id-deċiżjonijiet u r-regolamenti li jemendaw sussegwenti, u l-atti kkontestati, ma humiex aċċessibbli pubblikament, bid-differenza minn regolamenti u deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill, huma miksura wkoll ir-regoli ta’ trasparenza.

2.

It-tieni inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK kif ukoll l-Artikolu 2b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ effettività. Minbarra dan, l-Artikolu 2b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa mfassal b’mod iktar wiesa’ mill-att ġuridiku li huwa jimplimenta.

it-tieni inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendat bid-Deċiżjoni 2022/2377/PESK tal-5 ta’ Diċembru 2022 u l-Artikolu 2b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) 2022/2373 tal-5 ta’ Diċembru 2022, joħolqu, billi japplikaw kriterju bi kliem li huwa ta’ natura tant ġenerali, kategorija ta’ persuni li hija tant wiesgħa li jinkisru l-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ effettività.

barra minn hekk, il-grupp ta’ persuni msemmi fl-Artikolu 2b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2002 huwa iktar wiesa’ mill-grupp kif iddefinit fl-att ġuridiku li r-Regolament huwa intiż li jimplimenta.

3.

Ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), u tal-Artikolu 296 TFUE (obbligu ta’ motivazzjoni).

ir-raġunijiet mogħtija huma ddefiniti b’mod ġenerali, qasir u vag ħafna, u ma humiex suffiċjentement konkreti u preċiżi. Minbarra dan, ir-rikorrent jikkontesta kull waħda mir-raġunijiet mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata, kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt. Il-Kunsill jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

4.

Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 41(2)(a) u (b) tal-Karta. Ksur tal-Artikolu 215 TFUE.

id-drittijiet tad-difiża, fosthom id-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 41(2)(a) u (b) ġew miskura. Din l-assenza ta’ garanziji legali tikkostitwixxi wkoll ksur tal-Artikolu 215 TFUE.

5.

Ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċpiju ta’ proporzjonalità.

l-iffriżar ta’ riżorsi tar-rikorrent bil-mod l-iktar ġenerali jikser id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent u jillimita dan id-dritt b’mod sproporzjonat, fid-dawl kemm tal-applikazzjoni ġenerali u tat-tul indeterminat tiegħu.

6.

Ksur tal-libertà ta’ moviment tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu ta’ residenza u ta’ stabbiliment kif stabbiliti fl-Artikolu 45(1) tal-Karta u fl-Artikoli 20 u 21 TFUE u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

ir-rikorrent għandu bħala l-unika nazzjonalità dik Belġjana. Sanzjoni fejn huwa ma għadu jista’ jidħol ġewwa l-Unjoni Ewropea, lanqas fi tranżitu, u fejn l-aċċess lilu fit-territorju Belġjan jiġi ostakolat, tikser il-libertà ta’ moviment tar-rikorrent u d-dritt tiegħu ta’ residenza u ta’ stabbiliment, u hija sproporzjonata.

7.

Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’applikazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta.

id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva huma miksura. Ir-rikorrent jitlob lill-Kunsill li jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-partijiet, sabiex il-qorti tal-Unjoni tkun tista’ tistħarreġ, ukoll b’mod konkret u fuq bażi fattwali, ir-raġunijiet mogħtija f’termini ġenerali mill-Kunsill sabiex ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ sanzjonijiet.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/38


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – D&G Laboratories vs EUIPO – Holpindus (aleva NATURALS)

(Kawża T-28/23)

(2023/C 104/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: D&G Laboratories Inc. (North York, Ontario, il-Kanada) (rappreżentant: M.-G. Marinescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Holpindus, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea aleva NATURALS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 794 382

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1078/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Fly Persia and Barmodeh vs EUIPO – Dubai Aviation (flyPersia)

(Kawża T-30/23)

(2023/C 104/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fly Persia IKE (Ateni, l-Greċja), Ali Barmodeh (Ateni) (rappreżentant: R. Marano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dubai Aviation Corp. (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “flyPersia” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 022 526

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1723/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u l-proċedimenti preċedenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Tradias vs EUIPO – Triodos Bank (Tradias)

(Kawża T-32/23)

(2023/C 104/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tradias GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Bär, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Triodos Bank NV (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Tradias” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 262 673

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 734/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din laqgħet l-oppożizzjoni għal “Servizzi Finanzjarji” fil-Klassi 36 u tiċħad l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u, skont il-każ, lil Triodos Bank NV għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/40


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 – Roche Diagnostics vs EUIPO – SAS Di’X (AVENIO)

(Kawża T-34/23)

(2023/C 104/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roche Diagnostics GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SAS Di’X (Avignon, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark AVENIO – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 1 313 134

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1291/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Häcker Küchen vs EUIPO – Moura & Moura (MH Cuisines)

(Kawża T-42/23)

(2023/C 104/61)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Häcker Küchen GmbH & Co. KG (Rödinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Dehn, L. Maritzen, C. Krafft u K. Blükle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Moura & Moura Fabricação e Comercialização de Mobiliário Lda (Sanfins de Ferreira, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “MH Cuisines” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 233 301

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1078/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad l-oppożizzjoni tal-konvenut filwaqt li tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell preċedenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – W.B. Studio vs EUIPO – E.Land Italy (BELFE)

(Kawża T-50/23)

(2023/C 104/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: W.B. Studio Sas di Wivian Bodini & C. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u G. Romanelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E.Land Italy Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BELFE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 139 501

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 869/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u, konsegwentement, tiddikjara r-revoka tat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – OSR Enterprises vs EUIPO – Möckel u Gramann (evolver)

(Kawża T-51/23)

(2023/C 104/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: OSR Enterprises AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Lüken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mathias Möckel (Chemnitz, il-Ġermanja), Torsten Gramann (Chemnitz)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “evolver” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 313 335

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1302/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tinvalida t-trade mark tal-Unjoni Nru 3 313 335 għas-servizzi kollha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-valur indikattiv fl-evalwazzjoni tal-provi.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/43


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – W.B. Studio vs EUIPO – E.Land Italy (BF BELFE)

(Kawża T-54/23)

(2023/C 104/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: W.B. Studio Sas di Wivian Bodini & C. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u G. Romanelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E.Land Italy Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BF BELFE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 139 840

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 870/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u, konsegwentement, tiddikjara r-revoka tat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2023 – Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros y Reaseguros a Prima Fija vs SRB

(Kawża T-623/17) (1)

(2023/C 104/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 437, 18.12.2017.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2023 – JIB Overseas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-776/19) (1)

(2023/C 104/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 45, 10.2.2020.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2023 – EEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-781/21) (1)

(2023/C 104/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba' Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 73, 14.2.2022.


20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2023 – EAA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/21) (1)

(2023/C 104/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)   ĠU C 73, 14.2.2022.