ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 103/01 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 103/02 |
||
2023/C 103/03 |
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 103/04 |
||
2023/C 103/05 |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Marzu 2023
dwar il-Ħżin tal-Enerġija — Insejsu sistema tal-enerġija tal-UE dekarbonizzata u sigura
(2023/C 103/01)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija li għandha l-għan li sal-2050 tikseb in-newtralità klimatika, fost l-oħrajn (1). F’dan il-kuntest, il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” (2) għandu l-għan li sal-2030 inaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 %. Barra minn hekk, u fil-kuntest tal-invażjoni mhux provokata tar-Russja fl-Ukrajna u l-użu tal-provvista tal-enerġija bħala arma, il-Komunikazzjoni (3) u l-pjan (4) REPowerEU jipproponu miżuri biex tintemm malajr id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi u tiġi indirizzata l-kriżi tal-enerġija billi titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ningħaqdu flimkien biex niksbu sistema tal-enerġija aktar reżiljenti. |
(2) |
Peress li l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jammontaw għal aktar minn 75 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni, id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija hija kruċjali biex jintlaħqu dawk il-miri. Biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, is-sistema tal-enerġija għaddejja minn trasformazzjoni profonda kkaratterizzata minn effiċjenza enerġetika mtejba, l-użu massiv u rapidu tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli, aktar atturi, sistemi aktar deċentralizzati, diġitalizzati u interkonnessi u aktar elettrifikazzjoni tal-ekonomija. Tali trasformazzjoni tas-sistema teħtieġ aktar flessibbiltà, mifhuma bħala l-kapaċità tas-sistema tal-enerġija li tadatta ruħha għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-grilja u timmaniġġja l-varjabbiltà u l-inċertezza tad-domanda u tal-provvista tul il-perjodi ta’ żmien rilevanti kollha. Il-mudelli (5) juru relazzjoni diretta, xi kultant esponenzjali, bejn il-ħtieġa għall-flessibbiltà (kuljum, kull ġimgħa u kull xahar) u l-użu ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli. B’riżultat ta’ dan, il-ħtieġa għall-flessibbiltà se tkun partikolarment rilevanti fis-snin li ġejjin peress li s-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku huwa mistenni li jilħaq 69 % sal-2030. |
(3) |
Sfidi operazzjonali ġodda jirrikjedu wkoll servizzi addizzjonali fis-sistema tal-elettriku futura (eż. servizzi anċillari tal-ibbilanċjar u mhux tal-frekwenza (6)) biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-affidabbiltà u fl-aħħar mill-aħħar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. |
(4) |
Teknoloġiji differenti jistgħu jipprovdu lis-sistema tal-enerġija l-flessibbiltà meħtieġa, bħall-ħżin tal-enerġija, ir-rispons għad-domanda, il-flessibbiltà min-naħa tal-provvista u l-interkonnessjonijiet. B’mod partikolari, it-teknoloġiji differenti għall-ħżin tal-enerġija (eż. mekkaniċi, termali, elettriċi, elettro-kimiċi u kimiċi) jistgħu jipprovdu diversi servizzi fuq skali differenti u f’perjodi ta’ żmien differenti. Pereżempju, il-ħżin termali, b’mod partikolari l-ħżin termali kbir fis-sistemi tat-tisħin distrettwali, jista’ jipprovdi servizzi ta’ flessibbiltà u tal-ibbilanċjar lill-grilja tal-elettriku u għalhekk jipprovdi soluzzjoni għall-integrazzjoni ta’ sistema li tiffranka fil-kostijiet billi jassorbi l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli varjabbli (eż. l-enerġija mir-riħ u mix-xemx). Barra minn hekk, it-teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija jistgħu jkunu soluzzjoni teknika biex jipprovdu stabbiltà u affidabbiltà. |
(5) |
Il-ħżin tal-enerġija fis-sistema tal-elettriku huwa definit fl-Artikolu 2(59) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li jkopri teknoloġiji differenti. Id-Direttiva (UE) 2019/944 tindirizza l-parteċipazzjoni tal-ħżin tal-enerġija fis-suq tal-elettriku, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà f’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni ma’ riżorsi oħra tal-enerġija. |
(6) |
Lil hinn mis-sistema tal-elettriku, il-ħżin tal-enerġija, bħall-ħżin termali, jista’ jikkontribwixxi għas-sistema tal-enerġija b’diversi modi. Pereżempju, il-ħżin tal-enerġija li jikkomplementa l-ġeneraturi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli bħala parti minn sistemi ta’ tisħin individwali u distrettwali jippermetti li proporzjon ogħla tad-domanda għat-tisħin ikun kopert minn sorsi rinnovabbli varjabbli u b’temperatura baxxa, bħall-enerġija ġeotermali mhux profonda, termali solari u ambjentali. Il-promozzjoni ta’ dawn is-sistemi ta’ tisħin rinnovabbli hija essenzjali biex nitbiegħdu minn sistemi ta’ tisħin ibbażati fuq il-fjuwils fossili, b’mod partikolari fil-bini. |
(7) |
Il-ħżin tal-enerġija jista’ jkollu rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, filwaqt li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista. Sistema tal-enerġija dekarbonizzata se teħtieġ investiment sinifikanti fil-kapaċità tal-ħżin tal-forom kollha. It-teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija jistgħu jiffaċilitaw l-elettrifikazzjoni ta’ setturi ekonomiċi differenti, b’mod partikolari l-bini u t-trasport. Pereżempju, permezz tal-użu ta’ vetturi elettriċi u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ibbilanċjar tal-grilja tal-elettriku permezz tar-rispons għad-domanda (eż. billi jassorbu l-elettriku eċċessiv fi żminijiet ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli għolja u domanda baxxa). L-enerġija maħżuna fil-batteriji tal-vetturi elettriċi tista’ tintuża wkoll b’mod effettiv bħala elettriku għad-djar u tgħin biex tiġi stabbilizzata l-grilja. |
(8) |
Il-ħżin tal-enerġija, b’mod partikolari “wara l-miter”, jista’ jgħin lill-konsumaturi, kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll l-industriji, jimmassimizzaw l-awtokonsum ta’ enerġija rinnovabbli awtoprodotta, u b’hekk ikun possibbli li dawn il-konsumaturi jnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. |
(9) |
Għas-sistemi tal-enerġija li huma inqas interkonnessi jew mhux interkonnessi, bħall-gżejjer, iż-żoni remoti jew ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, ir-riżorsi ta’ flessibbiltà, b’mod partikolari l-ħżin tal-enerġija, jistgħu jgħinu b’mod sinifikanti biex jitbiegħdu mill-fjuwils fossili importati u jimmaniġġjaw livelli għoljin ta’ varjabbiltà fuq terminu qasir u staġjonali fil-provvista tal-enerġija rinnovabbli. |
(10) |
Il-ħżin tal-enerġija jiffaċċja għadd ta’ sfidi li jistgħu jaffettwaw l-użu tiegħu sal-livelli meħtieġa biex jappoġġa b’mod sinifikanti t-tranżizzjoni tal-enerġija. Xi wħud minn dawn l-isfidi huma relatati mal-ħtieġa għal viżibbiltà u prevedibbiltà fit-tul tad-dħul biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi. |
(11) |
Is-suq tal-elettriku tal-Unjoni huwa mfassal diġà biex jippermetti li l-ħżin tal-enerġija jipparteċipa fis-swieq kollha tal-elettriku. Dan jipprovdi bażi biex jiġu kkombinati flussi differenti tad-dħul (akkumulazzjoni tad-dħul) sabiex tiġi appoġġata l-vijabbiltà tal-mudell tan-negozju tal-ħżin u jiġi permess il-valur miżjud massimu tal-ħżin tal-enerġija għas-sistema tal-enerġija. |
(12) |
Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija (8) jħeġġu lill-Istati Membri jintroduċu kriterji jew karatteristiċi addizzjonali fil-miżuri tas-sigurtà tal-provvista tagħhom biex jippromwovu l-parteċipazzjoni ta’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi (jew inaqqsu l-parteċipazzjoni ta’ teknoloġiji li jniġġsu) meħtieġa biex jappoġġaw it-twettiq tal-objettivi tal-UE tal-ħarsien tal-ambjent. Tali kriterji jew karatteristiċi huma mistennija jżidu l-proporzjon ta’ ħżin li jibbenefika mill-miżuri ta’ sigurtà tal-provvista. |
(13) |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni huma meħtieġa jqisu l-potenzjal għall-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija fil-pjan tagħhom ta’ 10 snin għall-iżvilupp tan-network (9). Madankollu, il-mudell tipiku tal-operat tal-ħżin tal-enerġija — l-injezzjoni tal-elettriku fil-grilja meta l-livelli ta’ ġenerazzjoni jkunu baxxi u l-konsum tal-elettriku meta jkunu għoljin — jista’ jiġi sfruttat aktar meta jiġu ppjanati n-networks. Il-konsum mill-grilja matul is-sigħat l-aktar intensivi jista’ jitnaqqas permezz ta’ tariffi tan-network u skemi ta’ tariffi mfassla tajjeb li jsaħħu l-użu tal-għodod ta’ flessibbiltà bħall-ħżin tal-enerġija. |
(14) |
Il-kondiviżjoni tal-elettriku maħżun għandha l-potenzjal li tkun aktar ta’ benefiċċju lis-sistema permezz tar-rispons għad-domanda, meta l-klijenti finali jkunu esposti għal sinjali xierqa tal-prezzijiet jew jitħallew jipparteċipaw fl-iskemi ta’ flessibbiltà. Kif previst fid-Direttiva (UE) 2019/944, il-klijenti finali li jaġixxu b’mod konġunt ma għandhomx jiġu esposti għal imposti doppji meta jipprovdu servizzi ta’ flessibbiltà lill-operaturi tas-sistema li jużaw faċilitajiet tal-ħżin quddiem il-miter. |
(15) |
L-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima għall-2021–2030 kif previst fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (10) għandu jinkludi ambizzjoni akbar biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija f’konformità mal-Pakkett tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (11) u r-REPowerEU. L-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima għandu jinkludi wkoll objettivi nazzjonali biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema skont l-Artikolu 4(d)(3) ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom ukoll jippreżentaw politiki u miżuri rilevanti biex jappoġġaw il-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati fir-REPowerEU kif ukoll il-prijorità ewlenija tal-protezzjoni tal-kompetittività u l-attraenza tal-UE fir-rigward tas-sħab globali, filwaqt li jitqiesu l-impatti ambjentali, b’mod partikolari fuq il-ħabitats u l-ekosistemi (12). Il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima huma l-opportunità li jiġu esplorati sinerġiji fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija (13), b’mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji tal-ħżin tal-elettriku, |
TIRRAKKOMANDA:
(1) |
Li l-Istati Membri jqisu r-rwol doppju (ġeneratur-konsumatur) tal-ħżin tal-enerġija meta jiddefinixxu l-qafas u l-proċeduri regolatorji applikabbli, b’mod partikolari meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, sabiex jitneħħew l-ostakli eżistenti. Dan jinkludi l-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja u l-iffaċilitar tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi (14). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw ukoll tali rwol meta jistabbilixxu t-tariffi tan-network u l-iskemi tat-tariffi, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Li l-Istati Membri jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà tas-sistemi tal-enerġija tagħhom fuq terminu qasir, medju u twil, u fl-aġġornamenti tagħhom tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima jsaħħu l-objettivi u l-politiki u l-miżuri relatati li għandhom l-għan li jippromwovu b’mod kosteffettiv l-użu tal-ħżin tal-enerġija, kemm il-ħżin fuq skala utilitarja kif ukoll wara l-miter, ir-rispons għad-domanda u l-flessibbiltà. L-Istati Membri għandhom ukoll jivvalutaw il-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-manifattura għat-teknoloġiji rilevanti tal-ħżin tal-enerġija. |
(3) |
Li l-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tal-enerġija jkomplu jivvalutaw il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà tas-sistemi tal-enerġija tagħhom meta jippjanaw in-networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, inkluż il-potenzjal tal-ħżin tal-enerġija (fuq terminu qasir u twil) u jekk il-ħżin tal-enerġija jistax ikun alternattiva aktar kosteffettiva għall-investimenti fil-grilja. Għandhom iqisu wkoll il-potenzjal sħiħ tas-sorsi ta’ flessibbiltà, b’mod partikolari l-ħżin tal-enerġija, meta jivvalutaw il-kapaċità ta’ konnessjoni tagħhom (eż. jikkunsidraw kuntratti ta’ konnessjoni flessibbli) u meta jħaddmu s-sistema. |
(4) |
Li l-Istati Membri jidentifikaw il-lakuni potenzjali fil-finanzjament għall-ħżin tal-enerġija fuq terminu qasir, medju u twil, inkluż wara l-miter (termali u bl-użu tal-elettriku) u strumenti oħra ta’ flessibbiltà, u jekk tiġi identifikata l-ħtieġa għal riżorsi flessibbli addizzjonali biex tinkiseb is-sigurtà tal-provvista u l-objettivi ambjentali, jikkunsidraw il-ħtieġa potenzjali għal strumenti ta’ finanzjament li jipprovdu viżibbiltà u prevedibbiltà tad-dħul. |
(5) |
L-Istati Membri jesploraw jekk is-servizzi tal-ħżin tal-enerġija - b’mod partikolari l-użu tal-flessibbiltà fin-networks tad-distribuzzjoni u l-forniment ta’ servizzi anċillari mhux tal-frekwenza - humiex remunerati biżżejjed, u jekk l-operaturi jistgħux iżidu r-remunerazzjoni ta’ diversi servizzi. |
(6) |
Li l-Istati Membri jikkunsidraw il-proċeduri kompetittivi ta’ offerti jekk ikun meħtieġ biex jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ użu tas-sorsi ta’ flessibbiltà biex jinkisbu sigurtà trasparenti tal-provvista u l-objettivi ambjentali, f’konformità mar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat. Għandu jiġi eżaminat it-titjib potenzjali fit-tfassil tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tas-sorsi ta’ flessibbiltà inkluż il-ħżin tal-enerġija, eż. billi jiġi żgurat li l-fatturi ta’ deklassifikazzjoni jkunu xierqa fid-dawl tal-objettiv tas-sigurtà tal-provvista segwit, filwaqt li jitnaqqas id-daqs minimu tal-kapaċità eliġibbli u d-daqs minimu tal-offerta, tiġi ffaċilitata l-aggregazzjoni, jitnaqqsu l-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2, jew jiġu prijoritizzati t-teknoloġiji aktar ekoloġiċi, f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija. |
(7) |
Li l-Istati Membri jidentifikaw kwalunkwe azzjoni speċifika, regolatorja u mhux regolatorja, meħtieġa biex jitneħħew l-ostakli għall-użu tar-rispons għad-domanda u tal-ħżin wara l-miter, eż. marbuta mal-adozzjoni tal-elettrifikazzjoni tas-setturi tal-użu finali abbażi tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, mal-użu tal-awtokonsum individwali jew kollettiv u mal-irriċarġjar bidirezzjonali permezz tal-użu tal-batteriji tal-vetturi elettriċi. |
(8) |
Li l-Istati Membri jaċċelleraw l-użu tal-faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ għodod oħra ta’ flessibbiltà fil-gżejjer, fiż-żoni remoti u fiż-żoni tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE b’kapaċità insuffiċjenti tal-grilja u konnessjonijiet mal-grilja ewlenija instabbli jew fuq distanzi twal, pereżempju permezz ta’ skemi ta’ appoġġ għal riżorsi flessibbli b’livell baxx ta’ karbonju, inkluż il-ħżin, u jirrevedu l-kriterji tal-konnessjoni tan-network biex jippromwovu proġetti għall-enerġija ibrida (jiġifieri l-ġenerazzjoni u l-ħżin rinnovabbli). |
(9) |
Li l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jippubblikaw data dettaljata dwar il-konġestjoni tan-network, it-tnaqqis tal-enerġija rinnovabbli, il-prezzijiet tas-suq, l-enerġija rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’ħin reali, kif ukoll dwar il-faċilitajiet installati għall-ħżin tal-enerġija, biex jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet ta’ investiment dwar faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-enerġija. |
(10) |
Li l-Istati Membri jkomplu jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-ħżin tal-enerġija, b’mod partikolari l-ħżin tal-enerġija u s-soluzzjonijiet tal-ħżin fit-tul li jgħaqqdu l-elettriku ma’ vetturi oħra tal-enerġija, u jottimizzaw is-soluzzjonijiet eżistenti (eż. effiċjenza, kapaċità, durata, impronta ambjentali u klimatika minima). Għandhom jiġu kkunsidrati l-istrumenti ta’ tneħħija tar-riskji, bħall-programmi li jaċċelleraw it-teknoloġija u l-iskemi ta’ appoġġ dedikati li jiggwidaw it-teknoloġiji innovattivi tal-ħżin tal-enerġija sal-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Kadri SIMSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2019) 640 final. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jinkludi wkoll objettivi lil hinn min-newtralità klimatika, bħat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tat-tniġġis u d-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi permezz ta’ approċċi tal-ekonomija ċirkolari.
(2) COM(2021) 550 final.
(3) COM(2022) 108 final.
(4) COM(2022) 230 final.
(5) Ara t-Taqsima 2.2 tal-SWD(2023) 57
(6) Kif definit fl-Artikolu 2(45) u 2 (49) tad-Direttiva (UE) 2019/944 (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(7) Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022, C/2022/481 (ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(10) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(11) https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/delivering-european-green-deal_mt#documents
(12) Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”, huwa meħtieġ ukoll li jitqiesu kompromessi ambjentali usa’ tal-ħżin tal-enerġija u jiġu pprovduti soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni jew in-newtralizzazzjoni tagħhom.
(13) COM(2015) 80
(14) Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/822 tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar it-tħaffif tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-iffaċilitar tal-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija (ĠU L 146, 25.5.2022, p. 132), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 36).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta' Marzu 2023
(2023/C 103/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0623 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
140,57 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4450 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87488 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,1995 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9858 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,30 |
NOK |
Krona Norveġiża |
11,4218 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,948 |
HUF |
Forint Ungeriż |
395,93 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7045 |
RON |
Leu Rumen |
4,9208 |
TRY |
Lira Turka |
20,1859 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5874 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4584 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,3387 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7014 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4262 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 389,84 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,4988 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3117 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 332,02 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7649 |
PHP |
Peso Filippin |
58,118 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,246 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,5872 |
MXN |
Peso Messikan |
19,9829 |
INR |
Rupi Indjan |
87,7870 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/7 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GHAS-SIGURTA SOCJALI GHALL-HADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2023/C 103/03)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Jannar 2023
Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2023
Janv-23 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
23,9582 |
7,43831 |
|
396,032 |
4,69742 |
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
12,2498 |
3,80321 |
|
202,491 |
2,40179 |
1 CZK = |
0,0417393 |
0,0816338 |
1 |
0,310470 |
|
16,5301 |
0,196067 |
1 DKK = |
0,134439 |
0,262936 |
3,22092 |
1 |
|
53,2422 |
0,631517 |
1 HRK = |
|
|
|
|
|
|
|
1 HUF = |
0,00252505 |
0,00493849 |
0,0604956 |
0,018782 |
|
1 |
0,0118612 |
1 PLN = |
0,212883 |
0,416356 |
5,10030 |
1,58349 |
|
84,3085 |
1 |
1 RON = |
0,203078 |
0,397179 |
4,86538 |
1,51055 |
|
80,4253 |
0,953940 |
1 SEK = |
0,089245 |
0,174546 |
2,13816 |
0,663833 |
|
35,3440 |
0,419222 |
1 GBP = |
1,13363 |
2,21715 |
27,1597 |
8,43228 |
|
448,953 |
5,32513 |
1 NOK = |
0,093328 |
0,182532 |
2,23598 |
0,694206 |
|
36,9611 |
0,438403 |
1 ISK = |
0,00649082 |
0,0126948 |
0,155509 |
0,0482808 |
|
2,57058 |
0,030490 |
1 CHF = |
1,003924 |
1,96348 |
24,0522 |
7,46750 |
|
397,586 |
4,71585 |
Sors: BĊE
Janv-23 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
1 EUR = |
4,92423 |
11,20509 |
0,882123 |
10,71485 |
154,064 |
0,99609 |
1 BGN = |
2,51776 |
5,72916 |
0,451029 |
5,47850 |
78,7727 |
0,509301 |
1 CZK = |
0,205534 |
0,467693 |
0,036819 |
0,447231 |
6,43051 |
0,0415762 |
1 DKK = |
0,662009 |
1,50640 |
0,118592 |
1,44050 |
20,7122 |
0,133914 |
1 HRK = |
|
|
|
|
|
|
1 HUF = |
0,0124339 |
0,0282934 |
0,00222740 |
0,0270555 |
0,389018 |
0,00251518 |
1 PLN = |
1,048284 |
2,38537 |
0,187789 |
2,28101 |
32,7975 |
0,212051 |
1 RON = |
1 |
2,27550 |
0,179139 |
2,17595 |
31,2869 |
0,202284 |
1 SEK = |
0,439463 |
1 |
0,0787252 |
0,95625 |
13,7494 |
0,088896 |
1 GBP = |
5,58224 |
12,7024 |
1 |
12,1467 |
174,651 |
1,12920 |
1 NOK = |
0,459570 |
1,045753 |
0,0823272 |
1 |
14,3785 |
0,092964 |
1 ISK = |
0,031962 |
0,072730 |
0,00572571 |
0,0695482 |
1 |
0,00646545 |
1 CHF = |
4,94355 |
11,24906 |
0,885585 |
10,75690 |
154,668 |
1 |
Sors: BĊE
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal- Islanda.
referenza: Janv-23 |
1 EUR fil-munita nazzjonali |
Unità waħda tal-munità nazzjonali f’EUR |
BGN |
1,95580 |
0,51130 |
CZK |
23,95823 |
0,04174 |
DKK |
7,43831 |
0,13444 |
HRK |
|
|
HUF |
396,03227 |
0,00253 |
PLN |
4,69742 |
0,21288 |
RON |
4,92423 |
0,20308 |
SEK |
11,20509 |
0,08925 |
GBP |
0,88212 |
1,13363 |
NOK |
10,71485 |
0,09333 |
ISK |
154,06364 |
0,00649 |
CHF |
0,99609 |
1,00392 |
Sors: BĊE
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta’ kambju ta’ ammonti ta’ flus f’munita meta mqabbla ma’ Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta’ xahar, matul il-perjodu speċifikat f’paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. |
Il-perjodu ta’ referenza jkun:
|
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/9 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 103/04)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Valencia”
PDO-ES-A0872-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 29.8.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Bidla fil-formulazzjoni tad-deskrizzjoni tal-inbejjed
Deskrizzjoni
Ġie speċifikat li l-inbejjed tal-kategorija 1 jistgħu jkunu bojod, ħomor jew rożè.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament
Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li l-verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata fl-Ordnijiet 13 u 3 tal-2011 (aġġornata biex tinkludi l-emendi minuri li ġew approvati minn dak iż-żmien ’l hawn) kienet għadha fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, li tqiesu nulli mill-Qorti Suprema. Dan ifisser li xi taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iridu jerġgħu jinbidlu lura għall-formulazzjoni użata fil-verżjoni ppubblikata fl-2011.
2. Demarkazzjoni taż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Ċerti muniċipalitajiet li kienu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DOP Utiel-Requena u Alicante tneħħew miż-żona ġeografika.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament
Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li ċerti paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali kienu nulli, għax ma kienx hemm spjegazzjoni dettaljata li tikkonferma r-rabta bejn il-muniċipalitajiet inkwistjoni u l-prodott protett. Għalhekk, il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott trid tiġi allinjata mal-kontenut ta’ dawk is-sentenzi.
3. Inklużjoni ta’ sinonimi fil-varjetajiet tad-dwieli użati għall-produzzjoni tal-inbid
Deskrizzjoni
L-isem ewlieni (Alarije) u sinonimu (Malvasía Riojana) ġew inklużi għall-varjetà Subirat Parent, li diġà kienet fil-lista.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku peress li hija varjetà sekondarja ta’ dwieli.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament
L-inklużjoni ta’ referenzi għall-ismijiet kollha possibbli ta’ varjetà li diġà qiegħda fil-lista tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward tal-varjetajiet użati, peress li s-sinonimu Malvasía Riojana huwa magħruf u użat aktar.
4. Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Id-deskrizzjoni tat-taqsima 7 kollha kemm hi dwar ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet emendata.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament.
Fis-sentenzi 958/2021 u 959/2021, it-Taqsima tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema ddeċidiet li l-verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata fl-Ordnijiet 13 u 3 tal-2011 (aġġornata biex tinkludi l-emendi minuri li ġew approvati minn dak iż-żmien ’l hawn) kienet għadha fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, li tqiesu nulli mill-Qorti Suprema. Dan ifisser li xi taqsimiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iridu jerġgħu jinbidlu lura għall-formulazzjoni użata fil-verżjoni ppubblikata fl-2011.
5. Inklużjoni tat-terminu tradizzjonali “primero de cosecha” [l-ewwel ħsad]
Deskrizzjoni
It-terminu tradizzjonali “primero de cosecha” (l-ewwel ħsad) reġa’ ddaħħal.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament
Il-verżjoni oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kienet tgħid li dan it-terminu tradizzjonali jista’ jidher fuq it-tikketti tal-inbid iżda dan tħassar bi żball fid-diversi emendi.
6. Inklużjoni tal-varjetà ta’ dwieli fuq it-tikketti tal-inbid
Deskrizzjoni
L-isem tal-varjetà ta’ dwieli jista’ jintuża biss għall-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ mill-inqas 85 % tal-varjetà inkwistjoni (preċedentement 100 %). L-eċċezzjoni hija l-inbid likur Valencia magħmul mill-għeneb Moscatel, fejn ir-rekwiżit huwa li tintuża biss il-varjetà Moscatel de Alejandría.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi ma titqiesx li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunament
Il-possibbiltà li l-varjetà ta’ dwieli tiġi inkluża fuq it-tikketta jekk kienet tammonta għal mill-inqas 85 % tal-kontenut tal-inbid tħassret bi żball f’waħda mid-diversi emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda qiegħda ssir biex tikkoreġi dan l-iżball rigward l-inklużjoni tal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli fuq it-tikketti tal-inbid.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Valencia
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
3. |
Inbid likur |
6. |
Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità |
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jista’ jitqaddem f’kontenituri tal-injam. Riħa nadifa b’intensità tajba u b’noti ta’ fortt. Fil-ħalq, huwa frisk u għandu aċidità tajba u togħma ta’ frott li ddum tintiegħem.
Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Inbid rożè u aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed rożè għandhom tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Riħa qawwija nadifa ddominata minn aromi tal-frott. Fil-ħalq, għandhom aċidità tajba u huma notevoli u bbilanċjati. Togħma li ddum tintiegħem. L-inbejjed ħomor spiss ikunu ta’ kulur skur, b’kuluri prinċipalment ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba u b’noti qawwija ta’ frott.
Diossidu tal-kubrit massimu: Għall-inbejjed rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla; Għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9,5 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Inbejjed bit-termini “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”
DESKRIZZJONI QASIRA
Kuluri iżjed skuri mill-inbid ta’ bażi. Isfar aktar qawwi fil-każ tal-inbejjed bojod. Qrib lewn il-briks fil-każ tal-inbejjed ħomor. Bilanċ bejn l-aromi tal-frott u tal-injam f’termini ta’ riħa. Sensazzjonijiet retronażali tajbin fil-ħalq.
Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Inbid likur abjad, rożè u aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Fil-każ tal-inbid likur abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. L-inbid likur rożè għandu kuluri roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. L-inbid likur aħmar għandu tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew ħjiliet lewn il-granata jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba, b’mod partikolari meta jkun magħmul mill-għeneb Moscatel. Ħelwin u jiftħu l-aptit, ibbilanċjati b’togħma qawwija li tibqa’ fil-ħalq.
Diossidu tal-kubrit massimu: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
Aċidità totali minima |
1,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità abjad, rożè u aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Aċidità u intensità tajbin fil-ħalq. Inbejjed friski bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
6 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
6. Inbid semispumanti abjad, rożè u aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, tonalitajiet primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, tonalitajiet roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, tonalitajiet ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Togħma friska, tal-frott u qawwija, bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.
Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l għaż-żewġ tipi jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun [5 g/l] jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
7 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Inbejjed bojod, rożè u ħomor bit-terminu Petit Valencia fuq it-tikketta
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-karatteristiċi jkunu simili għal dawk deskritti għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor.
Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
4,5 |
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1.
Prattika enoloġika speċifika
Għandha tiġi applikata biżżejjed pressjoni biex l-inbid jiġi estratt u sseparat mill-karfa tal-għeneb, sabiex ir-rendiment ma jaqbiżx it-82 litru ta’ most jew is-76 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb. Il-lottijiet ta’ nbid miksuba bl-applikazzjoni ta’ pressjoni mhux xierqa taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jintużaw biex isiru nbejjed protetti.
Il-kontenituri tal-injam użati fil-proċessi tat-tqaddim iridu jsiru mill-ballut u jkollhom kapaċità li tikkonforma mal-limiti tal-volum stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għall-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. |
Varjetajiet ħomor 9 100 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
2. |
Varjetajiet bojod 12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
3. |
Varjetajiet ħomor 69,16-il ettolitru għal kull ettaru |
4. |
Varjetajiet bojod 91,20 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni koperta mid-DOP Valencia tikkonsisti mill-art li tinsab fil-provinċja ta’ Valencia maqsuma fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar, jew “subżoni”, koperti mid-DOP, li tikkonsisti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:
a) |
Is-subżona ALTO TURIA: Alpuente, Aras de los Olmos, Benagéber, Calles, Chelva, La Yesa, Titaguas u Tuéjar. |
b) |
Is-subżona VALENTINO: Alborache, Alcublas, Andilla, Bétera, Bugarra, Buñol, Casinos, Cheste, Chiva, Chulilla, Domeño, Estivella, Gestalgar, Godella, Godelleta, Higueruelas, Llíria, Losa del Obispo, Macastre, Montserrat, Montroy, Náquera, Paterna, Pedralba, Picaña, Real, Riba-roja de Túria, Torrent, Turís, Vilamarxant, Villar del Arzobispo u Yátova. |
c) |
Is-subżona MOSCATEL DE VALENCIA: Catadau, Cheste, Chiva, Godelleta, Llombai, Montroy, Montserrat, Real, Torrent, Turís u Yátova. |
d) |
Is-subżona CLARIANO: Atzeneta d’Albaida, Agullent, Albaida, Alfarrasí, Anna, Aielo de Malferit, Aielo de Rugat, Ayora, Barx, Bèlgida, Bellreguard, Bellús, Beniatjar, Benicolet, Benigánim, Benissoda, Benisuera, Bicorp, Bocairent, Bolbaite, Bufali, Castelló de Rugat, Carrícola, Chella, Enguera, Fontanars dels Alforins, Guardamar de la Safor, La Font de la Figuera, Guadasequies, La Llosa de Ranes, Llutxent, Mogente, Montaverner, Montesa, Montichelvo, L’Olleria, Ontinyent, Otos, El Palomar, Pinet, La Pobla del Duc, Quatretonda, Ráfol de Salem, Rugat, Salem, Sempere, Terrateig, Vallada u Xàtiva. |
Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi wkoll irqajja’ art imdaħħla fir-reġistru tal-vinji u ġestiti minn membri ta’ kooperattivi jew sidien ta’ kantini tal-inbid imdaħħla fir-reġistri tal-Bord Regolatorju, li tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia u li jinsabu fil-postijiet li ġejjin fil-muniċipalitajiet ta’ Almansa u Caudete fil-provinċja ta’ Albacete: Campillo, Estación, Casa Pino, Casa Pina, Mojón Blanco, Moleta, Molino Balsa, Prisioneros, Canto Blanco, La Venta, Derramador, Montalbana, Casa Alberto, Escribanos, Escorredores, Capitanes, Pandos, Venta del Puerto, Torre Chica, Torre Grande, Casa Blanca, El Pleito, Herrasti u Casa Hondo, fil-muniċipalità ta’ Almansa, u Vega de Bogarra, Derramador u El Angosto, fil-muniċipalità ta’ Caudete.
Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi rqajja’ art li jappartjenu għall-membri tal-kooperattiva tal-inbid La Viña Coop V fil-belt ta’ Villena, li huma mdaħħla fir-Reġistru tal-Inbid u tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
GARNACHA TINTORERA |
|
MACABEO - VIURA |
|
MERSEGUERA |
|
MONASTRELL |
|
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
VERDIL |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Il-klima u x-xita moderati fis-subżona Valentino jirriżultaw fi nbejjed bojod u ħomor b’qawwa alkoħolika ogħla.
Il-karatteristiċi kontinentali ta’ Alto Turia jirriżultaw fi nbid abjad aktar delikat.
Il-prossimità tal-Baħar Mediterran u l-ammont ta’ xita ogħla huma r-raġunijiet għaliex l-inbid Moscatel huwa aromatiku ħafna.
Il-medda tat-temperatura u r-riżalt varjat fis-subżona ta’ Clariano jirriżultaw fi nbejjed ħomor qwwija ħafna u b’togħma ta’ frott.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Id-denominazzjoni VALENCIA trid tidher b’mod prominenti. Tista’ tiġi indikata subżona jekk l-għeneb kollu [użat biex isir l-inbid] ikun tkabbar fiha. L-isem tal-varjetà ta’ dwieli jista’ jintuża biss għall-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ mill-inqas 85 % tal-varjetà inkwistjoni. L-eċċezzjoni hija l-inbid likur Valencia magħmul mill-għeneb Moscatel, fejn ir-rekwiżit huwa li tintuża biss il-varjetà Moscatel de Alejandría.
It-terminu “VINO PETIT VALENCIA” jista’ jidher fuq inbejjed mhux imqaddmin b’kontenut ta’ alkoħol proprju ta’ > 4,5 % u kontenut totali ta’ alkoħol ta’ > 9 % skont il-volum, magħmulin permezz ta’ metodi naturali. It-termini “MOSCATEL DE VALENCIA” jew “VINO DE LICOR MOSCATEL DE VALENCIA” jistgħu jintużaw fuq inbid magħmul 100 % minn għeneb Moscatel de Alejandría u prodott f’konformità mal-Anness XI b, il-punt 3(c), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. It-terminu “VINO DULCE” jista’ jintuża fuq inbejjed likuri prodotti f’konformità mal-Anness XI b, il-punt 3(c), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. It-terminu tradizzjonali “Primero de Cosecha” (L-ewwel ħsad) jista’ jintuża fuq inbejjed ħomor, bojod u rożè magħmulin minn għeneb maqtugħ fl-ewwel 10 ijiem tal-ħsad u bbottiljat fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-ħsad, bl-obbligu li tiġi indikata l-annata fuq it-tikketta.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://agroambient.gva.es/documents/163228750/0/DOPVLC-P2022.pdf/
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/17 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 103/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna”
Nru tal-UE: PGI-IT-02834 — 24.3.2022
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.5. Għaġin;
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Is-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” huma prodotti tal-għaġina friski tondi jew ovali li fihom mili magħmul mill-ingredjenti msemmija hawn taħt fil-punt 3.2 b).
Meta jiġu rilaxxati għall-konsum, is-“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas /Sevadas di Sardegna” jkollhom il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ġejjin:
— |
Forma: il-prodott lest għandu forma tonda jew ovali magħmula minn żewġ folji ta’ għaġina u bi truf immewġa (xi drabi b’mod dekorattiv) jew truf lixxi; għandu ħxuna ta’ bejn 0,5 mm u 3 mm għal kull folja waħda ta’ għaġina; dijametru minn 40 mm sa 180 mm; |
— |
Il-piż tas-“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna” individwali jvarja minn minimu ta’ 30 g sa massimu ta’ 300 g; |
— |
Il-proporzjon skont il-piż tal-għaġina/tal-mili:
|
— |
Total ta’ proteini |
: |
bejn 8,0 u 18,0 % għal kull 100 g ta’ prodott; |
— |
Xaħam |
: |
bejn 5,0 % u 22,0 % għal kull 100 g ta’ prodott, li minnhom 3,0 % sa 9,0 % huma saturati; |
— |
Karboidrati |
: |
bejn 20,0 % u 40,0 % għal kull 100 g ta’ prodott, li minnhom 3,0 % sa 7,0 % huma zokkor. |
— |
Il-konsistenza tal-prodott frisk: ratba, b’għaġina omoġenja; |
— |
Il-kulur tal-għaġina: ivarja minn abjad lewn l-avorju sa isfar lewn it-tiben; |
— |
Il-kulur tal-mili: ivarja minn abjad sa isfar lewn it-tiben, bil-possibilità ta’ strixxi sofor jew oranġjo minħabba l-preżenza tal-qoxra tal-lumi jew tal-larinġ; |
— |
It-togħma: togħma aċiduża u aromatika, b’qawwa li tvarja fuq il-palat skont it-taħlita ta’ ġobnijiet, ħjiel ta’ frott taċ-ċitru, kuntrast bejn togħma ħelwa u mielħa; |
— |
Ir-riħa: aromi tipiċi taż-żjut essenzjali tal-frott taċ-ċitru. |
a) Ingredjenti tal-għaġina:
— |
Dqiq tal-qamħ durum u/jew dqiq tal-qamħ durum mitħun mill-ġdid u/jew dqiq tal-qamħ komuni; |
— |
Xaħam: minn 0 % sa 20 % bħala perċentwal tal-piż tal-għaġina; |
— |
Jista’ jiżdied l-isfar tal-bajd skont il-bżonn; |
— |
Melħ: skont il-bżonn; |
— |
Ilma: skont il-bżonn. |
b) Ingredjenti għall-mili:
— |
Ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż u/jew tal-baqra jew baqta mill-ħalib tal-baqra; |
— |
Qoxra tal-lumi u/jew tal-larinġ skont il-bżonn; |
— |
Jista’ jiżdied iz-zokkor skont il-bżonn. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-ipproċessar kollu tal-ingredjenti fi prodott lest irid isir fiż-żona tal-produzzjoni sabiex jiġu ppreżervati l-kwalità u s-sikurezza tal-prodott.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-prodott jista’ jiġi ppakkjat frisk jew fi ppakkjar b’atmosfera modifikata jew f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali, jew iffriżat f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali. Il-prodotti bl-ingrossa jistgħu jiġu rilaxxati biss biex jiġu kkonsmati friski.
L-ippakkjar irid isir fiż-żona tal-produzzjoni. Peress li ż-żona tal-produzzjoni hija gżira, it-trasport tal-prodott jinvolvi ħinijiet loġistiċi ta’ aktar minn 48 siegħa u jirrikjedi diversi forom ta’ maniġġar, kif ukoll l-użu ta’ diversi mezzi ta’ trasport. It-trasport ta’ għaġina friska u friska ħafna jeħtieġ miżuri speċifiċi u monitoraġġ kontinwu tal-proċess. Il-ħin meħtieġ għall-kunsinna ta’ prodotti bl-ingrossa jew ippakkjati minn qabel jista’ jvarja konsiderevolment skont il-problemi loġistiċi u l-kundizzjonijiet tat-temp. Għalhekk, dan qatt ma jkun ċert u, fl-aħjar każ, il-kwalità tal-prodott tista’ tbati anki meta s-sikurezza tal-prodott ma tkunx ġiet imxekkla. Ir-riskju huwa li l-kwalitajiet sensorji tas-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” bl-ingrossa jiġu kompromessi jew imfixkla mid-diversi passi meħtieġa biex jiġu ttrasportati eluf ta’ kilometri ’l bogħod, li jinkludu l-użu ta’ diversi mezzi ta’ trasport, il-qsim tal-baħar u l-involviment ta’ ħafna nies.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mil-liġi, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja trid tidher fuq l-ippakkjar b’tipa ċara u li tista’ tinqara:
— |
l-isem “Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” jew wieħed jew aktar mill-ismijiet inklużi fid-denominazzjoni, muri separatament u dejjem segwit mir-referenza ġeografika ta’ Sardenja, segwit mill-akronimu PGI (IĠP) b’tipa grassa sewda u s-simbolu tal-Unjoni Ewropea; |
— |
il-kliem fakultattiv “prodotto secondo l’antica ricetta della fusione del ripieno” [prodott f’konformità mar-riċetta antika tal-mili mdewweb], jekk il-mili jissajjar f’temperatura għolja; |
— |
l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-intrapriża produttriċi. Huwa awtorizzat l-użu ta’ ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji u marki privati, sakemm dawn ma jkollhomx għan ta’ tifħir u ma jkunux probabbli li jqarrqu bil-konsumatur. Il-prodott jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum f’pakketti li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew anki bl-ingrossa, dment li l-prodott jitqiegħed f’kontenituri jew f’reċipjenti speċifiċi li jkollhom tikketta li tidher b’mod prominenti li jkun fiha l-istess informazzjoni bħall-ippakkjar. Ir-referenza għas-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” tista’ tintuża wkoll għall-prodott li jiġi prodott f’faċilitajiet tal-catering fiż-żona ġeografika ddefinita. |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tas-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” tkopri t-territorju amministrattiv u fiżiku kollu ta’ Sardenja u l-arċipelagi tagħha.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-IĠP “Sebadas/ Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas /Sevadas di Sardegna” hija ġġustifikata mir-reputazzjoni u l-fama tal-prodott, li tfaċċa f’Sardenja bħala espressjoni tal-kultura agropastorali lokali u li l-produzzjoni tiegħu qatt ma nfirxet lil hinn mill-fruntieri reġjonali.
F’firxa wiesgħa u varjata immens ta’ prodotti, is-“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna” huma fost l-aktar forom distintivi ta’ għaġina mimlija minħabba l-mod kif jintużaw fit-tisjir. Ir-reputazzjoni qawwija tal-prodott hija dovuta għall-fatt li, għalkemm huwa effettivament prodott tal-għaġin, jiġi servut u kkunsmat bħala deżerta. In-natura unika tal-prodott ukoll tinsab f’din il-karatteristika.
Ir-reputazzjoni tas-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” hija ġġustifikata wkoll mill-karatteristiċi organolettiċi li jiddistingwuhom minn prodotti oħra fl-istess kategorija ta’ prodotti: it-togħma, ikkaratterizzata mill-kuntrast bejn il-konsistenza li titfarrak tal-għaġina li tirriżulta mill-preżenza tax-xaħam, u s-sawra pastuża u aċiduża tal-ġobon frisk tal-pastafilata tal-mili. Fit-tradizzjoni kulinari, is-“Sebadas/Seadas/Sabadas/Seattas/Savadas/Sevadas di Sardegna” jinqlew, imbagħad jitraxxax fuqhom l-għasel jew iz-zokkor u jiġu servuti sħan. Ir-reputazzjoni tal-prodott hija għalhekk marbuta wkoll mad-differenza fl-użu, li tinvolvi li l-għaġina li fiha x-xaħam tiġi moqlija minflok tiġi mgħollija fl-ilma u mbagħad tisserva bħala deżerta u mhux bħala l-ewwel platt.
Il-preżenza tal-prodott fuq l-ixkafef tal-ħwienet ewlenin tal-bejgħ bl-imnut barra mir-reġjun tikkonferma r-reputazzjoni tiegħu, li hija xprunata wkoll mill-flussi turistiċi lokali, għalkemm il-produzzjoni dejjem tibqa’ strettament limitata għall-gżira ta’ Sardenja.
Ir-reputazzjoni tal-prodott hija ġġustifikata wkoll mir-rabta mill-qrib tiegħu mat-territorju permezz tal-użu ta’ materja prima preżenti b’mod mifrux f’Sardenja. Din il-materja, speċjalment fl-imgħoddi, kienet espressjoni tal-vokazzjoni agropastorali tal-gżira, li tidher f’dan il-prodott mill-użu tas-smid, il-ġobon u x-xaħam: ingredjenti li kollha mingħajr dubju huma attribwibbli għall-ekonomija agropastorali lokali. L-iżolament għamilha possibbli li jiġu evitati l-influwenzi esterni u, fuq kollox, li jiġi evitat li l-produzzjoni tinfirex barra mill-pajjiż. Għalhekk huwa ċar li r-reputazzjoni tas-“Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna” ma hijiex dovuta esklużivament għall-fatturi naturali jew għall-mikroklima, iżda wkoll għall-fatturi kulturali u soċjoekonomiċi, u għall-metodu ta’ produzzjoni li ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra matul iż-żmien, għall-ewwel f’livell artiġjanali u għall-konsum proprju biss, issa wkoll fuq f’livell industrijali, bi ftit li xejn tibdil fir-rigward tal-proċessi tal-produzzjoni.
Isiru bosta referenzi għall-isem “Sebadas / Seadas / Sabadas / Seattas / Savadas / Sevadas di Sardegna” fi gwidi, pubblikazzjonijiet, gazzetti u kotba jew rivisti tat-tisjir li jixhdu r-reputazzjoni tal-isem u l-produzzjoni tradizzjonali fiż-żona ġeografika. Dawk prinċipali jinkludu l-pubblikazzjonijiet li ġejjin:
|
Letteratura storika: Wagner, Max Leopold, Dizionario Etimologico Sardo [Id-Dizzjunarju Etimoloġiku ta’ Sardenja], ippubblikat l-ewwel darba mis-Società Editoriale Italiana fl-1928, imbagħad mill-ġdid fl-1960 minn Ilisso. Ilisso jipprovdi definizzjoni eżawrjenti fil-paġna 177: Logudorese; Casu, Pietro, Vocabolario Sardo – Logudorese/Italiano [Id-Dizzjunarju tas-Sard ta’ Logudoro/tat-Taljan]; Rubattu, Antonino, Dizionario Universale della Lingua di Sardegna Italiano – sardo – italiano antico e moderno [Id-Dizzjunarju Universali tal-Lingwa ta’ Sardenja – is-Sard – it-Taljan modern u antik]; Deledda, Grazia, “Tradizioni popolari di Nuoro, raccolta di saggi etnografici” [Tradizzjonijiet popolari ta’ Nuoro, ġabra ta’ kitbiet etnografiċi], Rivista delle tradizioni popolari italiane [Il-ġurnal tat-tradizzjonijiet popolari Taljani], editjata minn Angelo de Gubernatis, Firenze, 1893-1895; Nieddu, Gonario, Il pastore sardo e la giustizia, [Ir-ragħaj Sard u l-ġustizzja], 1967, Ilisso Editore, p. 326; Caredda, Gian Paolo, Gastronomia in Sardegna, [Il-Gastronomija f’Sardenja], Sagep Editrice, 1981; |
|
Rivisti speċjalizzati: Guigoni, Alessandra, “Tradizione, innovazione e vintage nei foodscapes contemporanei. Il case study dei dolci sardi” [Tradizzjoni, innovazzjoni u vintage fix-xenarji tal-ikel kontemporanji. L-istudju tal-każ tad-deżerti ta’ Sardenja], Anuac, Vol I, Nru 2 - ISSN 2239-625X, L-Università ta’ Cagliari, Novembru 2012; Bell’Italia Sapori di Sardegna [It-togħmiet tal-Bell’Italia ta’ Sardenja], Editoriale Giorgio Mondadori, Nru 32, Ġunju 2003; Dessi, Maria Antonietta, Sardinews, Ottubru 2006, p. 11; Sardinews Nru 10, 2003, artiklu ta’ Laura Sechi, p. 21, titlu: “Pranzo a Gavoi, tra Santa Rughe e Romagna” [Ikla ta’ nofsinhar f’Gavoi, bejn Santa Rughe u r-Romagna]; Il Messaggero Sardo, f’Ottubru 2009, ippremja bi plakka lis-Sur Alberto Capra għal poeżija li ssemmi, fost affarijiet oħra, is-“Seadas”, p. 17; F’Il Messaggero Sardo ta’ Ottubru 2010, artiklu ta’ Luigi Spano sellem lil Francesco Cossiga minn sħabu s-Sardi. Huwa ġie kkommemorat f’Sydney mis-Sardi li jgħixu fl-Awstralja, p. 28; |
|
Kotba jew gwidi tat-tisjir: Perisi, Giuseppina, Le cucine di Sardegna [Il-kċina ta’ Sardenja], Franco Muzzio Editore, 1989, p. 265; I Sapori della Sardegna – La cucina [It-togħmiet ta’ Sardenja – Il-kċina] Zonza Editori, 1999, p. 200; Paulis, Susanna, I dolci e le feste – la cultura del dolce in Sardegna fra tradizione e innovazione [Il-ħlewwiet u l-festi – il-kultura tal-ħlewwiet f’Sardenja bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni] University press/antropologia, Nru 17, Cuec Editrice, 2011; Diversi awturi, 1000 ricette della cucina italiana: Il più grande libro illustrato dedicato alla tavola del nostro paese, [1000 riċetta mill-kċina Taljana: l-ikbar ktieb illustrat iddedikat għall-kċina ta’ pajjiżna], Rizzoli, 2010; Riċetta għas-Seadas jew is-Sebadas fuq is-sit web tal-Cucchiaio d’Argento; Seadas o Sebadas: un “non dolce” dal cuore della Sardegna [Seadas jew Sebadas: “mhux ħlewwiet” mill-qalba ta’ Sardenja], fuq cafebabel.it; Guaiti, Daniela, Sardegna [Sardenja], Gribaudo, 2010, pp. 118-120. Ir-Reġjun Awtonomu ta’ Sardenja – Ersat: il-Bord Reġjonali għall-Iżvilupp Agrikolu u l-Assistenza Teknika, lista ta’ prodotti tradizzjonali ta’ Sardenja, Għaġin frisk, gallettini, prodotti tal-furnara u tal-ħelu – Sebadas. |
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej:
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335%E2%80%9
Jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.