ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
13 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 94/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 94/02

Kawża C-158/21, Puig Gordi et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – proċeduri kriminali kontra Lluís Puig Gordi et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess għal qorti stabbilita minn qabel bil-liġi – Possibbiltà li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ġdid intiż għall-istess persuna)

2

2023/C 94/03

Kawża C-205/21 Ministerstvo na vatreshnite raboti (Reġistrazzjoni ta’ data bijometrika u ġenetika mill-pulizija): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra V.S. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Direttiva (UE) 2016/680 – Artikolu 4(1)(a) sa (c) – Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali – Limitazzjoni tal-għanijiet – Minimizzazzjoni tad-data – Artikolu 6(a) – Distinzjoni ċara bejn id-data personali ta’ kategoriji differenti ta’ persuni – Artikolu 8 – Legalità tal-ipproċessar – Artikolu 10 – Traspożizzjoni – Ipproċessar ta’ data bijometrika u ta’ data ġenetika – Kunċett ta’ ipproċessar awtorizzat mid-dritt ta’ Stat Membru – Kunċett ta’ ħtieġa konkreta – Setgħa diskrezzjonali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8, 47, 48 u 52 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Limitazzjoni – Reat kriminali intenzjonali suġġett għal prosekuzzjoni ex officio – Persuni mixlija – Ġbir ta’ data fotografika u ta’ marki tas-swaba’ għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha u teħid ta’ kampjun bijoloġiku għall-istabbiliment ta’ profil tad-DNA – Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata tal-ġbir – Natura sistematika tal-ġbir)

4

2023/C 94/04

Kawża C-284/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Anthony Braesch et (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikoli 107 u 108 TFUE – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Settur bankarju – Fażi ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Pjan ta’ ristrutturazzjoni – Impenji meħuda mill-Istat Membru kkonċernat – Miżuri ta’ kondiviżjoni tal-oneri – Konverżjoni ta’ djun subordinat f’kapital – Detenturi ta’ bonds – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Locus standi – Persuna fiżika jew ġuridika direttament u individwalment ikkonċernata – Ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Artikolu 108(2) TFUE – Kunċett ta’ interessat – Regolament (UE) Nru 2015/1589 – Artikolu 1(h) – Kunċett ta’ parti interessata – Miżuri nazzjonali meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea – Inamissibbiltà tar-rikors)

5

2023/C 94/05

Kawża C-403/21, NV Construct: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor – ir-Rumanija) – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti nazzjonali – Kriterji – Indipendenza u natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tal-organu nazzjonali kkonċernat – Stabbiltà tal-membri ta’ dan l-organu – Direttiva 2014/24/UE – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Artikolu 58 – Kriterji ta’ selezzjoni – Possibbiltà li jiġu inklużi, f’dawn il-kriterji, obbligi li jirriżultaw minn regoli speċjali applikabbli għall-attivitajiet marbuta mal-kuntratt inkwistjoni u mhux previsti bħala kriterju ta’ selezzjoni fid-dokumenti tal-kuntratt – Artikolu 63(1) – Offerent li jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti – Impossibbiltà li jiġi impost l-użu ta’ subappalt)

6

2023/C 94/06

Kawża C-469/21, CGCOF: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Consejo General de Colegios Oficiales de Farmacéuticos de España (CGCOF) vs Administración General del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Regolament Delegat (UE) 2016/161 – Sistema repożitorja b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà – Ħolqien ta’ interface integrat fir-repożitorju nazzjonali u amministrat mill-awtoritajiet pubbliċi – Obbligu li tintuża applikazzjoni speċifika għal ċerti prodotti mediċinali)

7

2023/C 94/07

Kawża C-613/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 – Il-Parlament Ewropew vs Fernando Carbajo Ferrero (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura għall-ħatra għal pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti u avviż ta’ reklutaġġ – Ċaħda tal-kandidatura tal-kandidat u ħatra ta’ kandidat ieħor – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament)

8

2023/C 94/08

Kawża C-682/21, HSC Baltic et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – HSC Baltic UAB, Mitnija UAB, Montuotojas UAB vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 57(4)(g) – Raġuni fakultattiva għal esklużjoni marbuta man-nuqqasijiet fil-kuntest ta’ kuntratt preċedenti – Kuntratt mogħti lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi – Xoljiment ta’ dan il-kuntratt – Inklużjoni awtomatika tal-membri kollha tal-grupp f’lista ta’ fornituri mhux affidabbli – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 1(1) u (3) – Dritt għal rimedju effettiv)

8

2023/C 94/09

Kawża C-410/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Słupsku – il-Polonja) – KL et vs Skarb Państwa – Sąd Okręgowy w Koszalinie, Sąd Rejonowy w Szczecinku et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

9

2023/C 94/10

Kawża C-476/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Bydgoszczy – il-Polonja) – D.-F. sp. z o.o. vs D. L. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

10

2023/C 94/11

Kawża C-580/22 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2022 minn bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-83/20 – bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

10

2023/C 94/12

Kawża C-696/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Novembru 2022 – C SPRL vs AJFP Cluj, DGRFP Cluj-Napoca

11

2023/C 94/13

Kawża C-701/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Novembru 2022 – SC AA SRL vs MFE

12

2023/C 94/14

Kawża C-723/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Citadines Betriebs GmbH vs MPLC Deutschland GmbH

13

2023/C 94/15

Kawża C-725/22 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 minn AO Nevinnomysskiy Azot, AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK Azot mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-865/19, Nevinnomysskiy Azot and NAK Azot vs il-Kummissjoni

13

2023/C 94/16

Kawża C-728/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

14

2023/C 94/17

Kawża C-729/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Concessionari Bingo – Ascob Srl et vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

16

2023/C 94/18

Kawża C-730/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Coral Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

17

2023/C 94/19

Kawża C-731/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-25 ta’ Novembru 2022 – IJ und PO GesbR, IJ vs Agrarmarkt Austria

17

2023/C 94/20

Kawża C-734/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs GM

18

2023/C 94/21

Kawża C-736/22 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2022 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-95/21, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

19

2023/C 94/22

Kawża C-754/22 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2022 minn OG, OH, OI, u OJ mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-101/22, OG et vs Il-Kummissjoni

20

2023/C 94/23

Kawża C-755/22, Nárokuj: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud Praha-západ (ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Nárokuj s.r.o. vs EC Financial Services

21

2023/C 94/24

Kawża C-761/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bochum (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Verband Wirtschaft im Wettbewerb Verein für Lauterkeit in Handel und Industrie e.V. vs Roller GmbH & Co. KG

22

2023/C 94/25

Kawża C-767/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Diċembru 2022 – 1Dream OÜ, DS, DL, VS, JG vs Latvijas Republikas Saeima

23

2023/C 94/26

Kawża C-768/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

23

2023/C 94/27

Kawża C-783/22 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn Trebor Robert Bilkiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-273/21 – The Bazooka Companies vs EUIPO

24

2023/C 94/28

Kawża C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2022 – R GmbH vs Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck

25

2023/C 94/29

Kawża C-6/23 Baramlay: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-2 ta’ Jannar 2023 – X vs Agrárminiszter

25

2023/C 94/30

Kawża C-29/23 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 minn Ferriera Valsabbia SpA u Valsabbia Investimenti SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-655/19, Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni

26

2023/C 94/31

Kawża C-30/23 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 minn Alfa Acciai SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-656/19, Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni

27

2023/C 94/32

Kawża C-31/23 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2023 minn Ferriere Nord SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

28

2023/C 94/33

Kawża C-47/23: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

30

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 94/34

Kawża T-640/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri – Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża – Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Multi – Preskrizzjoni – Kunċett ta’ impriża – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda – Motivazzjoni)

32

2023/C 94/35

Kawża T-163/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Capitani vs Il-Kunsill (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill – Dokumenti li jikkonċernaw proposta leġiżlattiva li għandha bħala suġġett l-emenda tad-Direttiva 2013/34/UE dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi – Rifjut parzjali tal-aċċess – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali)

32

2023/C 94/36

Kawża T-528/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Neratax vs EUIPO – Intrum Hellas et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea ELLO u MORFAT u figurattivi ELLO ERMOL, Ello creamy u MORFAT Creamy – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

33

2023/C 94/37

Kawża T-666/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Società Navigazione Siciliana vs Il-Kummissjoni (Għajnuna tal-Istat – Trasport marittimu – Eżenzjoni parzjali tad-drittijiet ta’ reġistrazzjoni dovuti għat-trasferiment ta’ attività bejn impriżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Benefiċjarju tal-għajnuna – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Tul eċċessiv tal-proċedura)

34

2023/C 94/38

Kawża T-703/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FALUBAZ – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sr l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

35

2023/C 94/39

Kawża T-805/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – NS vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Assenjazzjoni mill-ġdid – Interess tas-servizz – Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg – Telf ta’ primjum – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura)

35

2023/C 94/40

Kawża T-320/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Scania CV vs EUIPO (V8) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V8 – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru deskrittiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001)

36

2023/C 94/41

Kawża T-351/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Dietrich Process Systems vs EUIPO – Koch-Glitsch (SCHEIBEL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SCHEIBEL – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

36

2023/C 94/42

Kawża T-352/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Dietrich Process Systems vs EUIPO – Koch-Glitsch (KARR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KARR – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

37

2023/C 94/43

Kawża T-675/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Flynn vs BĊE

37

2023/C 94/44

Kawża T-804/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Gemelli vs Il-Parlament

38

2023/C 94/45

Kawża T-805/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Graziani vs Il-Parlament

39

2023/C 94/46

Kawża T-806/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Iacono vs Il-Parlament

40

2023/C 94/47

Kawża T-807/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Lombardo vs Il-Parlament

41

2023/C 94/48

Kawża T-808/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Mantovani vs Il-Parlament

41

2023/C 94/49

Kawża T-809/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Napoletano vs Il-Parlament

42

2023/C 94/50

Kawża T-810/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Nobilia vs Il-Parlament

43

2023/C 94/51

Kawża T-811/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Pettinari vs Il-Parlament

44

2023/C 94/52

Kawża T-812/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2022 – Viola vs Il-Parlament

44

2023/C 94/53

Kawża T-813/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Sbarbati vs Il-Parlament

45

2023/C 94/54

Kawża T-814/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Ventre vs Il-Parlament

46

2023/C 94/55

Kawża T-815/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Aita vs Il-Parlament

47

2023/C 94/56

Kawża T-816/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Arroni vs Il-Parlament

47

2023/C 94/57

Kawża T-817/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Bonsignore vs Il-Parlament

48

2023/C 94/58

Kawża T-818/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Carollo vs Il-Parlament

49

2023/C 94/59

Kawża T-819/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Catasta vs Il-Parlament

50

2023/C 94/60

Kawża T-820/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Coppo Gavazzi vs Il-Parlament

50

2023/C 94/61

Kawża T-821/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Di Meo vs Il-Parlament

51

2023/C 94/62

Kawża T-822/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Di Prima vs Il-Parlament

52

2023/C 94/63

Kawża T-823/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Dupuis vs Il-Parlament

53

2023/C 94/64

Kawża T-824/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Dicembru 2022 – Filippi vs Il-Parlament

53

2023/C 94/65

Kawża T-825/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 – Cucurnia vs Il-Parlament

54

2023/C 94/66

Kawża T-826/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 – Gallenzi vs Il-Parlament

55

2023/C 94/67

Kawża T-12/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2023 – Beauty Boutique vs EUIPO – Lightningbolt Europe (Rappreżentazzjoni ta’ sajjetta)

56

2023/C 94/68

Kawża T-15/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

56

2023/C 94/69

Kawża T-23/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Noyan Abr Arvan vs Il-Kunsill

57

2023/C 94/70

Kawża T-24/23: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2023 – UF vs Il-Kummissjoni

58

2023/C 94/71

Kawża T-25/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)

59

2023/C 94/72

Kawża T-26/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (Feed.)

59

2023/C 94/73

Kawża T-27/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (THE FEED)

60

2023/C 94/74

Kawża T-29/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Vobro vs EUIPO – Mieszko (CHERRY Passion)

61

2023/C 94/75

Kawża T-31/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – QN vs eu-LISA

62

2023/C 94/76

Kawża T-33/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Domator24 vs EUIPO – Acer (PREDATOR)

63

2023/C 94/77

Kawża T-35/23: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 – Daimler Truck vs EUIPO (YOUR PERFORMANCE PLUS)

64


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 94/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 83, 6.3.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 71, 27.2.2023

ĠU C 63, 20.2.2023

ĠU C 54, 13.2.2023

ĠU C 45, 6.2.2023

ĠU C 35, 30.1.2023

ĠU C 24, 23.1.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – proċeduri kriminali kontra Lluís Puig Gordi et

(Kawża C-158/21 (1), Puig Gordi et))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ aċċess għal qorti stabbilita minn qabel bil-liġi - Possibbiltà li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ġdid intiż għall-istess persuna)

(2023/C 94/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-proċeduri kriminali kontra

Lluís Puig Gordi, Carles Puigdemont Casamajó, Antoni Comín Oliveres, Clara Ponsatí Obiols, Meritxell Serret Aleu, Marta Rovira Vergés, Anna Gabriel Sabaté

fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado, Partido político VOX

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma għandhiex il-possibbiltà li tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew billi tibbaża ruħha fuq motiv għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni li ma jirriżultax mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, iżda li tirriżulta biss mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità ġudizzjarja tista’ tapplika dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tiġi rrifjutata meta din l-eżekuzzjoni twassal għal ksur ta’ dritt fundamentali stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, sakemm il-portata ta’ din id-dispożizzjoni ma teċċedix il-portata tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-Artikolu 1(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tivverifika jekk mandat ta’ arrest Ewropew kienx inħareġ minn awtorità ġudizzjarja li kienet kompetenti għal dan il-għan u tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew biss meta hija tqis li dan ma huwiex il-każ.

3)

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/299, ikkunsidrat flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jkun interpretat fis-sens li:

l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni mitluba tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax tirrifjuta li teżegwixxi lil dan tal-aħħar għall-motiv li din il-persuna tirriskja, wara l-konsenja tagħha lill-Istat Membru emittenti, li tiġi ġġudikata minn qorti nieqsa minn kompetenza għal dan il-għan ħlief jekk,

minn naħa, din l-awtorità ġudizzjarja għandha elementi oġġettivi, affidabbli, preċiżi u debitament aġġornati li juru l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati tal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti jew ta’ nuqqasijiet li jaffettwaw il-protezzjoni ġudizzjarja ta’ grupp oġġettivament identifikabbli ta’ persuni li tappartjeni għalih il-persuna kkonċernata, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ qorti stabbilita bil-liġi, li jimplikaw li l-partijiet fil-kawża kkonċernati huma, b’mod ġenerali, imċaħħda, f’dan l-Istat Membru, minn rimedju ġuridiku effettiv li jippermetti li tiġi mistħarrġa l-kompetenza tal-qorti kriminali mitluba li tiġġudikahom, u

min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtorità ġudizzjarja tikkonstata li jeżistu, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża inkwistjoni, motivi serji u pprovati sabiex wieħed jemmen li, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi prodotti mill-persuna li hija s-suġġett ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew dwar is-sitwazzjoni personali tagħha, in-natura tar-reat li għaliha din hija akkużata, il-kuntest fattwali li fih l-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew jaqa’ jew f’kull ċirkustanza oħra rilevanti, il-qorti probabbilment mitluba sabiex tieħu konjizzjoni tal-proċedura li għaliha ser tkun suġġetta din il-persuna fl-Istat Membru, hija manifestament nieqsa minn kompetenza għal dan il-għan.

Il-fatt li l-persuna kkonċernata setgħet, quddiem il-qrati tal-Istat Membru emittenti, tinvoka d-drittijiet fundamentali tagħha sabiex tikkontesta l-kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u l-mandat ta’ arrest Ewropew li hija suġġetta għalih ma huwiex ta’ importanza deċiżiva f’dan ir-rigward.

4)

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/299, ikkunsidrat flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

f’sitwazzjoni fejn persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tallega li hija tirriskja, wara l-konsenja tagħha lill-Istat Membru emittenti, li tiġi ġġudikata minn qorti li ma għandhiex kompetenza għal dan il-għan, l-eżistenza ta’ rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja li ma jirrigwardax direttament is-sitwazzjoni ta’ din il-persuna ma tistax tiġġustifika, fiha nnifisha, li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li teżegwixxi dan il-mandat ta’ arrest Ewropew, iżda tali rapport jista’, min-naħa l-oħra, jittieħed inkunsiderazzjoni minn din l-awtorità ġudizzjarja, fost elementi oħrajn, sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati tal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja ta’ dan l-Istat Membru jew ta’ nuqqasijiet li jaffettwaw il-protezzjoni ġudizzjarja ta’ grupp identifikabbli oġġettivament ta’ persuni li tappartjeni għalih l-imsemmija persuna.

5)

L-Artikolu 15 (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-motiv li l-persuna li hija s-suġġett tiegħu tirriskja, wara l-konsenja tagħha lill-Istat Membru emittenti, li tiġi ġġudikata minn qorti li ma għandhiex kompetenza għal dan il-għan, mingħajr ma tkun talbet minn qabel lill-awtorità ġudizzjarja emittenti informazzjoni komplementari.

6)

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma tipprekludix il-ħruġ ta’ diversi mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi kontra persuna mfittxija sabiex tikseb il-konsenja tagħha minn Stat Membru wara li l-eżekuzzjoni tal-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew li jirrigwarda lil din il-persuna ġiet irrifjutata minn dan l-Istat Membru, sakemm l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ġdid ma twassalx għal ksur tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, u li l-ħruġ ta’ dan l-aħħar mandat ta’ arrest Ewropew huwa ta’ natura proporzjonata.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra V.S.

(Kawża C-205/21 Ministerstvo na vatreshnite raboti (Reġistrazzjoni ta’ data bijometrika u ġenetika mill-pulizija)) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva (UE) 2016/680 - Artikolu 4(1)(a) sa (c) - Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali - Limitazzjoni tal-għanijiet - Minimizzazzjoni tad-data - Artikolu 6(a) - Distinzjoni ċara bejn id-data personali ta’ kategoriji differenti ta’ persuni - Artikolu 8 - Legalità tal-ipproċessar - Artikolu 10 - Traspożizzjoni - Ipproċessar ta’ data bijometrika u ta’ data ġenetika - Kunċett ta’ “ipproċessar awtorizzat mid-dritt ta’ Stat Membru” - Kunċett ta’ “ħtieġa konkreta” - Setgħa diskrezzjonali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8, 47, 48 u 52 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Limitazzjoni - Reat kriminali intenzjonali suġġett għal prosekuzzjoni ex officio - Persuni mixlija - Ġbir ta’ data fotografika u ta’ marki tas-swaba’ għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha u teħid ta’ kampjun bijoloġiku għall-istabbiliment ta’ profil tad-DNA - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata tal-ġbir - Natura sistematika tal-ġbir)

(2023/C 94/03)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

V.S.

fil-preżenza ta’: Ministerstvo na vatreshnite raboti, Glavna direktsia za borba s organiziranata prestapnost,

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal Kunsill 2008/977/ĠAI, moqri fid-dawl tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-ipproċessar ta’ data bijometrika u ġenetika mill-awtoritajiet tal-pulizija fid-dawl tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni tagħhom għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità u ż-żamma tal-ordni pubbliku, huwa awtorizzat mid-dritt ta’ Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 10(a) ta’ din id-direttiva, sakemm id-dritt ta’ dan l-Istat Membru jkollu bażi legali suffiċjentement ċara u preċiża sabiex tawtorizza l-imsemmi pproċessar. Il-fatt li l-att leġiżlattiv nazzjonali li jinkludi tali bażi legali jirreferi, barra minn hekk, għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), u mhux għad-Direttiva 2016/680, ma huwiex ta’ natura, fih innifsu, li jikkontesta l-eżistenza ta’ tali awtorizzazzjoni, sakemm jirriżulta, b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u inekwivoku mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tad-dritt nazzjonali li l-ipproċessar ta’ data bijometrika u ġenetika inkwistjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, u mhux ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2016/680, kif ukoll tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ rifjut tal-persuna mixlija għal reat intenzjonali li huwa suġġett għal prosekuzzjoni ex officio, li tikkoopera b’mod volontarju għall-ġbir ta’ data bijometrika u ġenetika li tikkonċernaha għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha, il-qorti kriminali kompetenti hija obbligata li tawtorizza miżura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ dan il-ġbir, mingħajr ma għandha s-setgħa tevalwa jekk jeżistux motivi serji sabiex jitqies li l-persuna kkonċernata wettqet ir-reat li għalih hija ġiet mixlija, sa fejn id-dritt nazzjonali jiggarantixxi sussegwentement l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tal-kundizzjonijiet ta’ din l-imputazzjoni, li minnhom tirriżulta l-awtorizzazzjoni għat-twettiq tal-imsemmi ġbir.

3)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2016/680, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1)(a) sa (c), kif ukoll mal-Artikolu 8(1) u (2) ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ġbir sistematiku tad-data bijometrika u ġenetika ta’ kull persuna mixlija għal reat intenzjonali li huwa suġġett għal prosekuzzjoni ex officio għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha, mingħajr ma tipprevedi l-obbligu, għall-awtorità kompetenti, li tivverifika jew turi, minn naħa, jekk dan il-ġbir huwiex verament meħtieġ sabiex jintlaħqu għanijiet konkreti intiżi u, min-naħa l-oħra, jekk dawn l-għanijiet jistgħux jintlaħqu permezz ta’ miżuri li huma ta’ ndħil inqas għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Anthony Braesch et

(Kawża C-284/21 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 107 u 108 TFUE - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Settur bankarju - Fażi ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Pjan ta’ ristrutturazzjoni - Impenji meħuda mill-Istat Membru kkonċernat - Miżuri ta’ kondiviżjoni tal-oneri - Konverżjoni ta’ djun subordinat f’kapital - Detenturi ta’ bonds - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Locus standi - Persuna fiżika jew ġuridika direttament u individwalment ikkonċernata - Ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Artikolu 108(2) TFUE - Kunċett ta’ “interessat” - Regolament (UE) Nru 2015/1589 - Artikolu 1(h) - Kunċett ta’ “parti interessata” - Miżuri nazzjonali meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Inamissibbiltà tar-rikors)

(2023/C 94/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u A. Bouchagiar, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Anthony Braesch, Trinity Investments DAC, Bybrook Capital Master Fund LP, Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP, Bybrook Capital Badminton Fund LP (rappreżentanti: A. Champsaur, avukata, kif ukoll minn G. Faella, L. Prosperetti u M. Siragusa, avvocati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Frar 2021, Braesch et vs Il-Kummissjoni (T-161/18, EU:T:2021:102), hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza minn Anthony Braesch, Trinity Investments DAC, Bybrook Capital Master Fund LP, Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP u Bybrook Capital Badminton Fund LP, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4690 final tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47677 (2017/N) – L-Italja, għajnuna ġdida u pjan ta’ ristrutturazzjoni mmodifikat tal-Banca Monte dei Paschi di Siena, huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Anthony Braesch, Trinity Investments DAC, Bybrook Capital Master Fund LP, Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP u Bybrook Capital Badminton Fund LP huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-appell.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor – ir-Rumanija) – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş

(Kawża C-403/21, NV Construct) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Kriterji - Indipendenza u natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tal-organu nazzjonali kkonċernat - Stabbiltà tal-membri ta’ dan l-organu - Direttiva 2014/24/UE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Artikolu 58 - Kriterji ta’ selezzjoni - Possibbiltà li jiġu inklużi, f’dawn il-kriterji, obbligi li jirriżultaw minn regoli speċjali applikabbli għall-attivitajiet marbuta mal-kuntratt inkwistjoni u mhux previsti bħala kriterju ta’ selezzjoni fid-dokumenti tal-kuntratt - Artikolu 63(1) - Offerent li jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti - Impossibbiltà li jiġi impost l-użu ta’ subappalt)

(2023/C 94/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC NV Construct SRL

Konvenut: Judeţul Timiş

fil-preżenza ta’: SC Proiect – Construct Regiunea Transilvania SRL

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza ggarantiti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-awtorità kontraenti għandha l-possibbiltà li timponi bħala kriterji ta’ selezzjoni obbligi li jirriżultaw minn regoli speċjali applikabbli għal attivitajiet li jistgħu jitwettqu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku u li ma għandhomx importanza sinjifikattiva.

2)

Il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza ggarantiti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li d-dokumenti tal-kuntratt jiġu awtomatikament ikkompletati permezz ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni li jirriżultaw minn regoli speċjali applikabbli għal attivitajiet relatati mal-kuntratt li għandu jingħata li ma kinux previsti f’dawn id-dokumenti u li l-awtorità kontraenti ma kellhiex l-intenzjoni li timponi fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

3)

L-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li offerent jiġi eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt minħabba li ma indikax is-subappaltatur li lilu huwa għandu l-intenzjoni li jafda l-eżekuzzjoni ta’ obbligi li jirriżultaw minn regoli speċjali applikabbli għall-attivitajiet relatati mal-kuntratt inkwistjoni u mhux previsti fid-dokumenti tal-kuntratt, meta dan l-offerent ikun ippreċiża fl-offerta tiegħu li huwa kien ser jeżegwixxi dawn l-obbligi billi juża l-kapaċitajiet ta’ entità oħra mingħajr madankollu ma jkun marbut ma’ din tal-aħħar permezz ta’ kuntratt ta’ subappalt.


(1)  ĠU C 401, 4.10.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Consejo General de Colegios Oficiales de Farmacéuticos de España (CGCOF) vs Administración General del Estado

(Kawża C-469/21 (1), CGCOF)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament Delegat (UE) 2016/161 - Sistema repożitorja b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà - Ħolqien ta’ interface integrat fir-repożitorju nazzjonali u amministrat mill-awtoritajiet pubbliċi - Obbligu li tintuża applikazzjoni speċifika għal ċerti prodotti mediċinali)

(2023/C 94/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consejo General de Colegios Oficiales de Farmacéuticos de España (CGCOF)

Konvenut: Administración General del Estado

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/161 tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-karatteristiki tas-sigurtà li jkunu jidhru fuq il-pakketti tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, b’mod partikolari l-Artikoli 25, 31, 32, 35, 36 u 44 tiegħu,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li l-għan tagħha jkun li toħloq interface, bħala għodda ta’ aċċess għar-repożitorju nazzjonali, proprjetà ta’, u amministrat minn, l-awtoritajiet pubbliċi.

2)

Ir-Regolament Delegat 2016/161, b’mod partikolari l-Artikoli 25, 31, 32, 35, 36 u 44 tiegħu,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, timponi fuq l-ispiżeriji li jużaw interface proprjetà ta’, u amministrat minn, l-awtoritajiet pubbliċi kull darba li jipprovdu prodotti mediċinali ffinanzjati mis-sistema nazzjonali tas-saħħa u, min-naħa l-oħra, iġġiegħel lill-entità ta’ amministrazzjoni tar-repożitorju nazzjonali tintegra l-imsemmi interface f’dan ir-repożitorju.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 – Il-Parlament Ewropew vs Fernando Carbajo Ferrero

(Kawża C-613/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura għall-ħatra għal pożizzjoni ta’ direttur - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti u avviż ta’ reklutaġġ - Ċaħda tal-kandidatura tal-kandidat u ħatra ta’ kandidat ieħor - Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament)

(2023/C 94/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. González Argüelles, R. Schiano u I. Terwinghe, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Fernando Carbajo Ferrero (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn F. Carbajo Ferrero.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “HSC Baltic” UAB, “Mitnija” UAB, “Montuotojas” UAB vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija

(Kawża C-682/21 (1), HSC Baltic et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4)(g) - Raġuni fakultattiva għal esklużjoni marbuta man-nuqqasijiet fil-kuntest ta’ kuntratt preċedenti - Kuntratt mogħti lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi - Xoljiment ta’ dan il-kuntratt - Inklużjoni awtomatika tal-membri kollha tal-grupp f’lista ta’ fornituri mhux affidabbli - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(1) u (3) - Dritt għal rimedju effettiv)

(2023/C 94/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“HSC Baltic” UAB, “Mitnija” UAB, “Montuotojas” UAB

Konvenut: Vilniaus miesto savivaldybės administracija

Fil-preżenza ta’:“Active Construction Management” UAB, fi stralċ, “Vilniaus vystymo kompanija” UAB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tipprovdi li, meta l-awtorità kontraenti xxolji kuntratt pubbliku mogħti lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi minħabba nuqqasijiet sinjifikattivi jew persistenti li jkunu kkawżaw in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu essenzjali fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, kull membru ta’ dan il-grupp jiġi awtomatikament inkluż f’lista ta’ fornituri mhux affidabbli u b’dan il-mod prekluż, fil-prinċipju, milli jipparteċipa fi proċeduri ġodda għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

2)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

operatur ekonomiku li huwa membru ta’ grupp li ngħata kuntratt pubbliku jista’, fil-każ ta’ xoljiment ta’ dan il-kuntratt minħabba nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu essenzjali, jinvoka, sabiex jistabbilixxi li l-inklużjoni tiegħu f’lista ta’ fornituri mhux affidabbli ma hijiex iġġustifikata, kull element, inkluż fir-rigward ta’ terzi, bħalma huwa s-sieħeb mexxej ta’ dan il-grupp, li jista’ juri li huwa ma kienx il-kawża tan-nuqqasijiet li wasslu għax-xoljiment tal-imsemmi kuntratt u li ma setax jiġi raġonevolment mistenni minnu li jagħmel iktar minn dak li għamel sabiex jirrimedja dawn in-nuqqasijiet.

3)

L-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

Stat Membru li jipprevedi, fil-kuntest tal-iffissar ta’ kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-raġuni fakultattiva għal esklużjoni prevista fl-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24, li l-membri ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħata kuntratt pubbliku huma, fil-każ ta’ xoljiment ta’ dan il-kuntratt minħabba nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu essenzjali, inklużi f’lista ta’ fornituri mhux affidabbli u li b’hekk huma temporanjament esklużi, fil-prinċipju, mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ġodda għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għandu jiggarantixxi d-dritt ta’ dawn l-operaturi li jippreżentaw rikors effettiv kontra l-inklużjoni tagħhom f’din il-lista.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Słupsku – il-Polonja) – KL et vs Skarb Państwa – Sąd Okręgowy w Koszalinie, Sąd Rejonowy w Szczecinku et

(Kawża C-410/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 94/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Słupsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KL et

Konvenuti: Skarb Państwa – Sąd Okręgowy w Koszalinie, Sąd Rejonowy w Szczecinku et

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy Wydział Cywilny w Słupsku (il-Qorti Reġjonali, Sezzjoni Ċivili, ta’ Słupsk, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 20.6.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Bydgoszczy – il-Polonja) – D.-F. sp. z o.o. vs D. L.

(Kawża C-476/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 94/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Bydgoszczy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D.-F. sp. z o.o.

Konvenut: D. L.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Wydział Cywilny w Bydgoszczy (il-Qorti Distrettwali, Sezzjoni Ċivili, ta’ Bydgoszcz, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Ġunju 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 15.7.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/10


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2022 minn bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-83/20 – bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-580/22 P)

(2023/C 94/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH (rappreżentant: T. Wendt, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Bayerischer Rundfunk, Hessischer Rundfunk, Mitteldeutscher Rundfunk, Norddeutscher Rundfunk, Rundfunk Berlin-brandenburg, Saarländischer Rundfunk, Südwestrundfunk, Westdeutscher Rundfunk Köln, Radio Bremen

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tammetti l-appell;

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-83/20, u, fid-dawl tal-fatt li l-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża, bi prosegwiment tal-proċedura, tiddikjara r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 237 543 b’effett mill-15 ta’ Novembru 2017, inkluż għas-servizzi “trażmissjoni ta’ aħbarijiet u ta’ programmi ta’ attwalità”;

tikkundanna lill-proprjetarji tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura tar-rikors fl-ewwel istanza u għal dawk ta’ din il-proċedura;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq żewġ aggravji.

L-ewwel, id-deċiżjoni kkontestata titlaq mill-premessa żbaljata li l-indipendenza tal-avukat li jirrappreżenta parti, li għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tal-Artikolu 19(3) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tkun manifestament ippreġudikata jekk il-persuna rrappreżentata tkun persuna ġuridika li l-amministratur tagħha jkun il-proprjetarju ta’ uffiċċju tal-avukati li jimpjega lill-avukat li jirrappreżentaha.

Id-deċiżjoni kkontestata titlaq mill-premessa żbaljata li l-indipendenza tal-avukat li jirrappreżenta parti, li għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tal-Artikolu 19(3) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tkun ukoll manifestament ippreġudikata jekk, minkejja li l-klijent ikun persuna ġuridika li l-amministratur tagħha jkun il-proprjetarju ta’ uffiċċju tal-avukati li jimpjega lill-avukat li jirrappreżentaha, is-suġġett tal-kawża jirrigwarda madankollu dritt popolari li għandu kulħadd u li t-twettiq tiegħu huwa fl-interess ġenerali.

Id-deċiżjoni kkontestata ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-eżerċizzju ta’ dritt popolari jikkostitwixxi fattur li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, waħdu jew flimkien ma’ fatturi oħra, huwa ta’ natura li jikklassifika s-sitwazzjonijiet u jippermetti li tingħata deċiżjoni dwar jekk l-indipendenza tar-rappreżentant ġietx ippreġudikata.

It-tieni, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li parti tiġi informata bil-fatt li, skont il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, ma hijiex debitament irrappreżentata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 51(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali flimkien mal-Artikolu 19(3) u (4) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, qabel ma tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-ewwel istanza jew l-appell, sabiex din tingħata l-possibbiltà li tiġi debitament irrappreżentata.

Ammissibbiltà tal-appell

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tat-30 ta’ Jannar 2023, l-appell ġie ammess fl-intier tiegħu.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Novembru 2022 – C SPRL vs AJFP Cluj, DGRFP Cluj-Napoca

(Kawża C-696/22)

(2023/C 94/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C SPRL

Konvenuti: AJFP Cluj, DGRFP Cluj-Napoca

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 63, 64 u 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu prassi amministrattiva tal-awtorità fiskali, bħal dik f’din it-tilwima, li stabbilixxiet l-obbligu ta’ ħlas supplimentari mill-persuna taxxabbli, kumpannija professjonali b’responsabbiltà limitata (KPRL) li permezz tagħha l-prattikanti tal-insolvenza jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, li jiddeterminaw il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà fil-mument li fih ġew ipprovduti s-servizzi fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza, fil-każ fejn l-onorarji tal-prattikant tal-insolvenza kienu ġew iffissati mill-ġudikant fl-insolvenza jew mill-assemblea tal-kredituri, bil-konsegwenza li l-persuna taxxabbli hija meħtieġa toħroġ fatturi mhux iktar tard mill-ħmistax-il jum tax-xahar ta’ wara dak li matulu tnissel il-fatt taxxabbli tal-VAT?

2)

L-Artikoli 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu prassi amministrattiva tal-awtorità fiskali, bħal dik f’din it-tilwima, li tikkonsisti f’li jiġu stabbiliti obbligi ta’ ħlas supplimentari mill-persuna taxxabbli, kumpannija professjonali b’responsabbiltà limitata (KPRL) li permezz tagħha l-prattikanti tal-insolvenza jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, minħabba li ħarġet fatturi u ġabret il-VAT biss fid-data li fih tħallset tas-servizzi pprovduti fi proċeduri ta’ insolvenza, għalkemm l-assemblea ġenerali tal-kredituri kienet stabbilixxiet li l-ħlas tal-onorarji tal-prattikant tal-insolvenza kien suġġett għall-eżistenza ta’ likwidità fil-kontijiet tad-debituri?

3)

Fil-każ ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni (co-branding) bejn uffiċċju tal-avukati u l-persuna taxxabbli, għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għal tnaqqis huwa biżżejjed li l-persuna taxxabbli, sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn ix-xiri magħmul mill-persuna taxxabbli fi stadju preċedenti u t-tranżazzjonijiet fi stadju sussegwenti, tipprova, wara l-ftehim, iż-żieda fid-dħul mill-bejgħ/fil-valur tat-tranżazzjonijiet taxxabbli, mingħajr dokumenti oħra ta’ sostenn? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema huma l-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata b’mod konkret il-portata tad-dritt għal tnaqqis?

4)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jirrispetta d-drittijiet tad-difiża għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk, fi ħdan proċeduri amministrattivi nazzjonali għar-riżoluzzjoni ta’ lment kontra avviż ta’ stima li stabbilixxa l-ħlas ta’ VAT supplimentari, jirriżultaw argumenti ġodda ta’ dritt u ta’ fatt fir-rigward ta’ dawk fir-rapport ta’ kontroll fiskali li kien il-bażi għall-ħruġ tal-avviż ta’ stima u l-persuna taxxabbli bbenefikat minn miżuri ġurisdizzjonali ta’ protezzjoni provviżorja, sad-deċiżjoni tal-qorti fuq il-mertu, billi ssospendiet it-titolu tad-dejn, il-qorti adita fuq il-mertu tal-kawża tista’ ssib li dan il-prinċipju ma kienx miksur mingħajr ma tivverifika jekk il-proċedura setax kellha riżultat differenti fl-assenza ta’ din l-irregolarità?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Novembru 2022 – SC AA SRL vs MFE

(Kawża C-701/22)

(2023/C 94/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC AA SRL

Konvenut: MFE

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba għandu jiġi interpretat fis-sens li, flimkien mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, jipprekludi li persuna ġuridika li topera negozju bi skop ta’ lukru u li hija benefiċjarja ta’ finanzjament mhux rimborsabbli mill-FEŻR, tista’ tikseb mill-awtorità pubblika ta’ Stat Membru interessi moratorji (interessi ta’ penali) relatati mal-ħlas tardiv tal-ispejjeż eliġibbli għal perijodu meta kien fis-seħħ att amministrattiv li jeskludi r-rimbors u li iktar tard ġie annullat b’deċiżjoni tal-qorti?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, huwa rilevanti, għal dak li jirrigwarda l-ammont tal-interessi moratorji, in-nuqqas min-naħa tal-benefiċjarju tal-finanzjament ikkonstatat minn tali deċiżjoni, peress li l-istess awtorità pubblika b’setgħat fil-ġestjoni tal-fondi Ewropej iddikjarat, fl-aħħar mill-aħħar, insegwitu għall-għoti tal-imsemmija deċiżjoni, li l-ispejjeż kollha kienu eliġibbli?

3)

Fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalenza fir-rigward tal-mument tal-għoti tal-interessi moratorji lill-benefiċjarju tal-finanzjament mhux rimborsabbli mill-FEŻR, hija rilevanti regola tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ irregolarità, l-unika konsegwenza hija n-nuqqas ta’ għoti tal-benefiċċju finanzjarju rispettiv jew, skont il-każ, l-irtirar tiegħu (il-ħlas lura tal-ammonti mhux dovuti), fil-livell li fih ikunu ngħataw, mingħajr ma jintalbu l-interessi, minkejja li l-benefiċjarju tagħhom gawda mill-vantaġġ tal-użu tagħhom sal-ħin tal-ħlas lura, u huwa biss jekk dan il-ħlas lura ma seħħx fit-terminu legalment stabbilit, ta’ 30 jum mill-komunikazzjoni tat-titolu ta’ kreditu, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42(1) u (2) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 66/2011 privind prevenirea, constatarea şi sancţionarea neregulilor apărute în obţinerea şi utilizarea fondurilor europene şi/sau a fondurilor publice naţionale aferente acestora (id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 66/2011 dwar il-Prevenzjoni, il-Konstatazzjoni u s-Sanzjoni tal-Irregolaritajiet li Jirriżultaw fil-Qasam tal-Kisba u tal-Użu ta’ Fondi Ewropej u/jew ta’ Fondi Pubbliċi Nazzjonali Relatati Magħhom) jippermettu l-ġbir tal-interessi wara l-iskadenza tat-terminu msemmi?

4)

Id-dispożizzjonijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk f’din il-kawża, li regola nazzjonali testendi l-applikabbiltà tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) fil-każ ta’ kuntratt dwar l-għoti ta’ finanzjament FEŻR mhux rimborsabbli konkluż bejn l-awtorità pubblika b’setgħat fil-ġestjoni tal-fondi Ewropej u persuna ġuridika li topera negozju bi skop ta’ lukru?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Citadines Betriebs GmbH vs MPLC Deutschland GmbH

(Kawża C-723/22)

(2023/C 94/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Citadines Betriebs GmbH

Konvenut: MPLC Deutschland GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li bis-saħħa tagħhom il-provvista ta’ installazzjonijiet intiżi sabiex jippermettu jew sabiex issir komunikazzjoni, bħalma huma settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar jew fis-sala tal-isport ta’ lukanda, tikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku meta, filwaqt li s-sinjal huwa, barra minn hekk, trażmess mill-ġdid lill-installazzjonijiet permezz ta’ network ta’ distribuzzjoni bil-kejbil li huwa tal-lukanda, din it-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil isseħħ b’mod legali taħt liċenzja miksuba mil-lukanda?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/13


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 minn AO Nevinnomysskiy Azot, AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-865/19, Nevinnomysskiy Azot and NAK “Azot” vs il-Kummissjoni

(Kawża C-725/22 P)

(2023/C 94/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AO Nevinnomysskiy Azot, AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” (rappreżentanti: P. Vander Schueren, avukata, A. de Moncuit u T. Martin-Brieu, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Fertilizers Europe

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (1) f’dak li jirrigwarda kemm l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ parti tal-ewwel motiv, kif ukoll l-ewwel u r-raba’ parti tar-raba’ motiv invokati mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li l-istadju tal-proċeduri jippermetti dan;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq allegat żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Bażiku”).

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali ddikjarat b’mod żbaljat l-allegat ksur tal-Artikolu 2(3) sa (5) tar-Regolament Bażiku mill-Kummissjoni inammissibbli, eċċediet is-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha, naqset milli tindirizza l-ilment tal-appellanti u żbaljat fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(10) u/jew tal-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Bażiku.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1), 5(3), 5(6), 5(9) u 7(2)(a) tar-Regolament Bażiku.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza jew żnaturat il-provi meta ddeċidiet li l-ilment indika l-eżistenza ta’ sistema ta’ prezz doppju fir-Russja.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali żnaturat it-tifsira ċara tal-provi prodotti u kisret id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha meta ddeċidiet li xiri ta’ gass naturali ssussidjat f’Trinidad u Tobago ma jikkostitwixxix sistema ta’ prezz doppju fis-sens tal-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Bażiku u wettqet żball ta’ interpretazzjoni.


(1)  ĠU 2019 L 258, p. 21, rettifika fil-ĠU 2019, L 259, p. 86)

(2)  ĠU 2016, L 176, p. 21.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-728/22)

(2023/C 94/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Associazione Nazionale Italiana Bingo – Anib, Play Game Srl

Appellati: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), kif ukoll il-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mit-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikoli 15, 16, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 49, 56, 12, 145 u 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw fil-konfront ta’ konċessjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ logħob tal-Bingo li jkunu ngħataw bi proċedura ta’ għażla fl-2000, li skadew u li sussegwentement ġew ripetutament estiżi fl-effettività tagħhom permezz ta’ dispożizzjonijiet legali li daħlu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u wara li kien skada l-perijodu għat-traspożizzjoni tagħha?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-Direttiva 2014/23/UE tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li ċċaħħad lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (2), kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE, tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, li jċaħħdu lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernti, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

5)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

6)

B’mod iktar ġenerali, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi mingħand l-amministraturi tas-swali tal-Bingo l-ħlas ta’ miżata oneruża kull xahar għall-estensjoni teknika mhux prevista mill-atti ta’ konċessjoni oriġinali, ta’ ammont identiku għat-tipi kollha ta’ operatur u emendata minn żmien għal żmien mil-leġiżlatur mingħajr ebda relazzjoni pprovata mal-karatteristiki u mal-andament tar-relazzjoni konċessjonarja individwali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 114, p. 24, u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Associazione Concessionari Bingo – Ascob Srl et vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-729/22)

(2023/C 94/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Associazione Concessionari Bingo – Ascob Srl et

Appellati: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), kif ukoll il-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mit-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikoli 49 u 56 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw fil-konfront ta’ konċessjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ logħob tal-Bingo li jkunu ngħataw bi proċedura ta’ għażla fl-2000, li skadew u li sussegwentement ġew ripetutament estiżi fl-effettività tagħhom permezz ta’ dispożizzjonijiet legali li daħlu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u wara li kien skada l-perijodu għat-traspożizzjoni tagħha?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-Direttiva 2014/23/UE tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li ċċaħħad lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (2), kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE, tipprekludi interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, li jċaħħdu lill-amministrazzjoni mis-setgħa diskrezzjonali li tagħti bidu, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, għal proċedura amministrattiva intiża biex tibdel il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-konċessjonijiet, permezz jew mingħajr proċedura ta’ għoti ġdida skont jekk in-negozzjar mill-ġdid tal-bilanċ kuntrattwali jikkwalifikax jew le bħala bidla sostanzjali, fil-każijiet fejn iseħħu avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

5)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u tal-effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ regoli legali interni, jew prattiki ta’ implimentazzjoni abbażi ta’ dawk ir-regoli, b’mod li l-leġiżlatur jew l-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet tal-logħob għall-kundizzjoni tas-sħubija mill-konċessjonarju mas-sistema ta’ estensjoni teknika, anki fil-każ fejn tkun eskluża l-possibbiltà ta’ negozzjar mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-konċessjoni bil-għan li jiġu bbilanċjati mill-ġdid, bħala konsegwenza ta’ avvenimenti mhux imputabbli għall-partijiet, li ma jkunux previsti u lanqas prevedibbli, li jkollhom impatt sinjifikattiv fuq il-kundizzjonijiet normali ta’ riskju operattiv, sakemm jibqgħu jeżistu tali kundizzjonijiet u għaż-żmien neċessarju biex eventwalment jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju oriġinali tal-konċessjonijiet?

6)

B’mod iktar ġenerali, l-Artikoli 49 u 56 TFUE u l-prinċipji ta’ ċertezza u ta’ effettività tal-protezzjoni legali, kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi mingħand l-amministraturi tas-swali tal-Bingo l-ħlas ta’ miżata oneruża kull xahar għall-estensjoni teknika mhux prevista mill-atti ta’ konċessjoni oriġinali, ta’ ammont identiku għat-tipi kollha ta’ operatur u emendata minn żmien għal żmien mil-leġiżlatur mingħajr ebda relazzjoni pprovata mal-karatteristiki u mal-andament tar-relazzjoni konċessjonarja individwali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015 L 114, p. 24, u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Coral Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-730/22)

(2023/C 94/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Coral Srl

Appellati: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), sa fejn hija applikabbli u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mill-Artikoli 26, 49, 56 u 63 TFUE, kif interpretati u applikati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, tal-obbligu ta’ proporzjonalità u tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-kapital, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali li permezz tagħhom il-leġiżlatur nazzjonali jew l-amministrazzjoni pubblika jistgħu, matul l-hekk imsejħa “estensjoni teknika” mġedda kemm-il darba matul l-aħħar għaxar snin fis-settur tal-konċessjonijiet tal-logħob, jaffettwaw b’mod unilaterali r-relazzjonijiet fis-seħħ, billi jintroduċu l-obbligu ta’ ħlas ta’ miżati tal-konċessjoni, li oriġinarjament ma kinux dovuti, u billi jżidu b’mod suċċessiv u kemm-il darba l-istess miżati, dejjem stabbiliti b’mod fiss għall-konċessjonarji kollha mingħajr distinzjoni skont id-dħul mill-bejgħ, u billi jimponu wkoll limitazzjonijiet ulterjuri fuq l-attivitajiet tal-konċessjonarji, bħall-projbizzjoni ta’ trasferiment tal-ħwienet u billi jissuġġettaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura futura għall-għoti mill-ġdid tal-konċessjonijiet għall-isħubija tal-operaturi mal-istess estensjoni?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 114, p. 24, u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-25 ta’ Novembru 2022 – IJ und PO GesbR, IJ vs Agrarmarkt Austria

(Kawża C-731/22)

(2023/C 94/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IJ und PO GesbR, IJ

Konvenut: Agrarmarkt Austria

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li żona għandha titqies bħala amministrata mill-bidwi u għad-dispożizzjoni tiegħu jekk, għalkemm din iż-żona tkun tappartjeni lill-bidwi u huwa jwettaq ukoll ix-xogħol inizjali fil-ħamrija, it-tħawwil u t-tisqija kontinwa tal-uċuħ tar-raba’, iż-żona, maqsuma f’biċċiet ta’ art ta’ daqsijiet differenti, tiġi mgħoddija lil diversi utenti għall-manutenzjoni u għall-ħsad mill-bidu tal-istaġun f’April/bidu ta’ Mejju sal-aħħar tal-istaġun f’Ottubru, inkambju għal ħlas fiss, mingħajr mal-bidwi jkun involut direttament fis-suċċess tal-ħsad?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs GM

(Kawża C-734/22)

(2023/C 94/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Konvenut: GM

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1) huwa direttament applikabbli għall-pretensjonijiet tar-Repubblika tal-Awstrija li permezz tagħhom hija titlob, tramite d-dritt privat, ir-rimbors tal-għajnuna li hija allokat kuntrattwalment lil applikanti fil-kuntest ta’ programm li jikkostitwixxi miżura agroambjentali fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2), minħabba li l-benefiċjarju tal-għajnuna naqas milli jwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi fl-ewwel domanda, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm investigazzjoni jew proċeduri legali li jinterrompu l-perijodu ta’ preskrizzjoni anki meta, wara li tkun għamlet l-ewwel talba ekstraġudizzjarja għal rimbors, il-parti li tkun allokat l-għajnuna titlob mill-ġdid lill-benefiċjarju tal-għajnuna, skont il-każ anki diversi drabi, iwettaq ir-rimbors, u tintimah ekstraġudizzjarjament minflok ma tinvoka l-pretensjoni tagħha ġudizzjarjament?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena previst fid-dritt ċivili nazzjonali fir-rigward ta’ pretensjonijiet ta’ rimbors li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340

(2)  ĠU 2010 L 286M, p. 26, rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/19


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2022 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-95/21, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-736/22 P)

(2023/C 94/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: P. Barros da Costa, L. Borrego u A. Soares de Freitas, aġenti, assistiti minn M. Gorjão-Henriques u A. Saavedra, advogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2022, fil-Kawża T-95/21, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, EU:T:2022:567, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-Repubblika Portugiża li talbet l-annullament tal-Artikolu 1, flimkien mal-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) applikata mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeira (ŻĦM) – Skema III (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-Repubblika Portugiża, flimkien mal-ispejjeż relatati mal-kawża għal miżuri provviżorji (T-95/21 R).

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108(1) TFUE u tar-Regolament (UE) 2015/1589 (2) (Artikolu 1(b)(ii) kif ukoll l-Artikoli 21 sa 23), inkwantu l-għajnuna hija eżistenti u mhux għajnuna ġdida

L-Iskema III taż-ŻĦM tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna eżistenti (u mhux għajnuna ġdida), awtorizzata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2007 u tal-2013. Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi billi teżenta lill-Kummissjoni milli tissuġġetta l-Iskema III taż-ŻĦM għall-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna eżistenti, li għaliha jirreferu l-Artikolu 108(1) TFUE u l-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament (UE) 2015/1589.

2.

Żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżit dwar l-oriġini tal-qliegħ li għalih japplika t-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul applikabbli għall-persuni ġuridiċi ġaladarba l-iskema taż-ŻĦM ġiet eżegwita konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2007 u tal-2013 u mal-Artikoli 107 u 108 TFUE

Ir-rekwiżit li l-qliegħ jirriżulta minn attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż addizzjonali tal-impriżi rreġistrati fiż-ŻĦM marbuta man-natura ultraperiferika, fejn il-benefiċċji fiskali jista’ jkollhom biss effett fuq il-qliegħ tagħhom li jirriżulta minn tranżazzjonijiet direttament suġġetti għal dawn l-ispejjeż addizzjonali u fejn jiġu esklużi l-attivitajiet imwettqa barra minn Madeira minn impriżi b’liċenzja fiż-ŻĦM b’attività internazzjonali.

3.

Żball ta’ liġi minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, motivazzjoni insuffiċjenti jew motivazzjoni kontradittorja – nuqqas ta’ koerenza bejn ir-rekwiżiti legali internazzjonali fil-qasam fiskali tal-OECD u l-interpretazzjoni mogħtija għall-kunċett ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment fir-reġjun”

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball billi ma tispjegax il-koerenza bejn ir-rekwiżiti legali internazzjonali fil-qasam fiskali tal-OECD (u tal-Unjoni Ewropea nnifisha) u l-interpretazzjoni mogħtija lill-kunċett ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment fir-reġjun” fil-kuntest tal-iskema ta’ għajnuna pubblika.

4.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment fir-reġjun” minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iċ-ċentru tal-interessi prinċipali, tal-effett ta’ tixrid tal-għajnuna (spillover effect) u tal-libertajiet fundamentali

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi billi ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iċ-“ċentru tal-interessi prinċipali” ta’ impriża fl-interpretazzjoni ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment fir-reġjun”. Il-Qorti Ġenerali twettaq żball fl-interpretazzjoni tar-regoli tal-Unjoni, li tmur kontra l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-persuni, ta’ servizzi u ta’ kapital, skont l-Artikoli 45 et seq. TFUE, u l-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna pubblika għar-reġjunijiet ultraperiferiċi.

5.

Żbalji ta’ liġi li jikkonsistu f’nuqqas ta’ motivazzjoni, motivazzjoni insuffiċjenti u/jew distorsjoni tal-provi u/jew sostituzzjoni ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni – rekwiżit dwar il-ħolqien u ż-żamma tal-postijiet tax-xogħol

Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma imponietx lill-awtoritajiet Portugiżi l-użu ta’ metodi “ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time” (FTE) u “unitajiet ta’ xogħol annwali” (ALU). Id-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni preliminari ta’ftuħ tal-proċeduri jikkontradixxu din l-interpretazzjoni b’mod dirett.

6.

Sussidjarjament, żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżit dwar il-ħolqien u ż-żamma tal-postijiet tax-xogħol u/jew motivazzjoni kontradittorja u/jew insuffiċjenti

Għall-iskopijiet tal-evalwazzjoni tar-rekwiżit tal-Iskema III taż-ŻĦM fir-rigward tal-ħolqien jew taż-żamma ta’ postijiet tax-xogħol, id-deċiżjoni kkontestata twettaq żball ta’ liġi billi tapplika l-metodoloġija ta’ definizzjoni ta’ postijiet ta’ xogħol f’“FTE” u “ALU”, peress li l-kunċett ta’ post tax-xogħol applikabbli għall-iskema taż-ŻĦM huwa dak li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali industrijali.

7.

Żball ta’ liġi peress li l-awtoritajiet nazzjonali kkomunikaw lill-Kummissjoni “metodu li jista’ jippermetti li jiġu vverifikati r-realtà u l-permanenza tal-postijiet tax-xogħol” skont l-Iskema III

Is-sentenza appellata hija limitata minn żball ta’ liġi inkwantu tqis li l-Kummissjoni sempliċement iddikjarat li l-awtoritajiet nazzjonali ma adottawx metodu li jista’ jippermetti li tiġi vverifikata r-realtà u l-permanenza tal-postijiet tax-xogħol tal-benefiċjarji tal-Iskema III, peress li l-Kummissjoni waslet biss għal konklużjoni tal-allegat nuqqas ta’ twettiq tar-rekwiżit ta’ ħolqien u żamma tal-postijiet tax-xogħol bl-applikazzjoni nieqsa minn evalwazzjoni kritika tal-kunċetti ta’ FTE u ALU.

8.

Żball ta’ liġi minħabba taqlib tar-regoli tal-oneru tal-prova

Il-Qorti Ġenerali taqleb ir-regoli dwar l-oneru tal-prova peress li kellha tkun il-Kummissjoni li tipprova li l-awtoritajiet Portugiżi ma kinux fil-qagħda li jivverifikaw ir-realtà kif ukoll il-permanenza tal-postijiet tax-xogħol iddikjarati. Kienet il-Kummissjoni li kellha tidentifika liema kienu l-impriżi li kellhom liċenzja fiż-ŻĦM li bbenefikaw mill-għajnuna użata b’mod allegatament abbużiv.

9.

Is-sentenza appellata tikser id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni

Is-sentenza appellata tikser id-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Portugiża kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni bħal ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u amministrazzjoni tajba.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) applikata mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeira (ŻĦM) – Skema III.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/20


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2022 minn OG, OH, OI, u OJ mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-101/22, OG et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-754/22 P)

(2023/C 94/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: OG, OH, OI u OJ (rappreżentant: D. Gómez Fernández, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2022, mogħti fil-kawża OG et vs Il-Kummissjoni, T-101/22, mhux ippubblikat, EU:T:2022:661;

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-istat tat-tilwima jkun jippermetti dan, filwaqt li tidħol fil-mertu tal-kawża, tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza u għaldaqstant tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2288 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim (1) u tannulla wkoll l-Artikoli 1 sa 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/503 tad-29 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni tal-minorenni mill-perjodu ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (2).

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-istat tat-tilwima ma jippermettilhiex tidħol fil-mertu tal-kawża, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talbiet imressqa fir-rikorsi għal annullament ippreżentati fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-proċeduri ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jallegaw applikazzjoni żbaljata, mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2022, Kawża T-101/22, tar-rekwiżiti ta’ locus standi attiva previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ibbażata fuq l-argumenti sussegwenti:

1.

Ir-Regolamenti Delegati kkontestati jaffettwaw direttament l-isfera ġuridika tal-appellanti peress li ma humiex l-Istati Membri li ddeċidew li ċ-ċertifikati jiskadu 270 jum mit-tlestija tas-serje ta’ tilqim primarju. Huma r-Regolamenti Delegati approvati mill-Kummissjoni li jiddeċiedu dan u li, barra minn hekk, jikkawżaw dan it-telf awtomatiku ta’ validità.

2.

Ir-Regolamenti Delegati jinvalidaw awtomatikament u mingħajr neċessità ta’ intervent minn ebda Stat Membru l-validità taċ-ċertifikati ta’ tilqim sakemm id-detenturi tagħhom ma jaċċettawx li jitlaqqmu bid-doża booster, fatt li jikkostitwixxi miżura ta’ impożizzjoni indiretta tat-tilqima li jaffettwa l-isfera ġuridika tal-appellanti.


(1)  ĠU 2021, L 458, p. 459.

(2)  ĠU 2022, L 102, p. 8.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud Praha-západ (ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Nárokuj s.r.o. vs EC Financial Services

(Kawża C-755/22, Nárokuj)

(2023/C 94/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud Praha-západ

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nárokuj s.r.o.

Konvenut: EC Financial Services, a.s.

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) hija intiża li tissanzjona kreditur minħabba l-evalwazzjoni inkompleta tiegħu tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, anki fil-każ fejn il-konsumatur irrimborsa kompletament il-kreditu u ma invoka ebda lment kontra l-kuntratt matul ir-rimbors tal-kreditu?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bochum (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Verband Wirtschaft im Wettbewerb Verein für Lauterkeit in Handel und Industrie e.V. vs Roller GmbH & Co. KG

(Kawża C-761/22)

(2023/C 94/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bochum

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verband Wirtschaft im Wettbewerb Verein für Lauterkeit in Handel und Industrie e.V.

Konvenut: Roller GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Jirriżulta diġà direttament mill-punt a tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1) obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, mingħajr ma l-imsemmija dispożizzjoni tkun suġġetta għal riżerva ta’ konkretizzazzjoni permezz ta’ att delegat?

2)

a)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, li jirriżulta diġà direttament mill-punt a tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament 2017/1369 għandu bħala konsegwenza li l-fornituri jew il-bejjiegħa mill-ġdid għandhom, sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda, ċertu marġni ta’ manuvra rigward it-tip ta’ preżentazzjoni?

b)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a):

Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda, liema hija/huma l-possibbiltà/possibiltajiet konformi mad-dritt tal-Unjoni li l-fornituri jew il-bejjiegħa mill-ġdid għandhom sabiex jippreżentaw l-informazzjoni mitluba dwar il-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika? Jekk ikun il-każ, il-kombinazzjoni magħżula mill-konvenuta tal-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u l-arranġament tal-kuluri skont l-Anness K 1 tar-rikors hija suffiċjenti?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-obbligu tal-fornituri jew tal-bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti kkonċernati mill-ittikkettjar tal-enerġija li jirreferu, fir-reklamar tagħhom, għall-klassi ta’ effiċjenza enerġetika u għall-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika, huwa, f’dan ir-rigward, għal kollox sospiż sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati l-ġodda?


(1)  ĠU 2017, L 198, p. 1.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Diċembru 2022 – 1Dream OÜ, DS, DL, VS, JG vs Latvijas Republikas Saeima

(Kawża C-767/22)

(2023/C 94/25)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali: 1Dream OÜ, DS, DL, VS, JG

Konvenut: Latvijas Republikas Saeima.

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha qorti nazzjonali tiddeċiedi dwar il-konfiska ta’ oġġetti miksuba illegalment fi proċedura separata relatata ma’ tali oġġetti miksuba illegalment, li tiġi sseparata mill-proċedura kriminali prinċipali qabel ma jiġi aċċertat li twettaq reat u qabel ma persuna tiġi ddikjarata ħatja ta’ dan ir-reat, u li tipprevedi anki l-konfiska abbażi ta’ dokumentazzjoni separata mill-fajl tal-investigazzjoni tal-proċedura kriminali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (1), b’mod partikolari tal-Artikolu 4 tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (2), b’mod partikolari tal-Artikolu 2 tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għad-dokumentazzjoni dwar l-investigazzjoni fil-proċedura dwar l-oġġetti miksuba illegalment għandha titqies konformi mad-dritt għal proċess ekwu sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42?

3)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi qorti kostituzzjonali ta’ Stat Membru, adita b’rikors kostituzzjonali mibdi kontra leġiżlazzjoni nazzjonali ddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, milli tiddikjara li huwa applikabbli l-prinċipju ta’ ċertezza legali u li l-effetti ġuridiċi ta’ tali leġiżlazzjoni għandhom jinżammu għall-perijodu ta’ validità ta’ din tal-aħħar?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114.

(2)  ĠU 2005, L 68, p. 49.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-768/22)

(2023/C 94/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P. Caro de Sousa, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 2 tal-Lei n.o 25/2018 de 14 de junho (il-Liġi Nru 25/2018 tal-14 ta’ Ġunju 2018) li jżid is-subparagrafu 7 mal-Artikolu 25 tal-Lei n.o 31/2009 de 3 de julho (il-Liġi Nru 31/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009) fil-verżjoni tagħha skont il-Lei n.o 40/2015 (il-Liġi Nru 40/2015), u li jipprevedi li: “id-detenturi ta’ diploma universitarja fl-inġinerija ċivili li għalihom isir riferiment fl-Anness VI tad-Direttiva 2005/36/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-20 ta’ Novembru 2013, b’taħriġ mibdi fis-snin akkademiċi li għalihom isir riferiment hemmhekk, u li juru li, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-Decreto n.o 73/73, de 28 de fevereiro (id-Digriet Nru 73/73 tat-28 ta’ Frar 1973), kienu ssottomettew, bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-1 ta’ Novembru 2017, proġett ta’ arkitettura li kien jistħoqqlu approvazzjoni muniċipali, jistgħu jfasslu l-proġetti speċifikament previsti fl-imsemmi digriet, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fih u fl-osservanza tas-sistema legali fis-seħħ għall-attività, fejn madankollu jkunu suġġetti għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’din il-liġi u, jekk ikun il-każ, għall-konstatazzjoni ta’ dan permezz tal-entitajiet amministrattivi kompetenti”, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) tal-Anness VI u l-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2005/36, kif ukoll l-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-inġiniera li d-diplomi universitarji tagħhom huma elenkati fl-Anness VI tad-Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, kisbu drittijiet biex iwettqu proġetti ta’ arkitettura fl-Unjoni Ewropea kollha (“drittijiet miksuba”). L-inġiniera jippossjedu drittijiet miksuba biss jekk jitħarrġu sa mhux iktar tard mis-sena akkademika indikata fl-Anness VI tad-Direttiva.

Fl-2018, ir-Repubblika Portugiża adottat leġiżlazzjoni (il-Liġi Nru 25/2018 tal-14 ta’ Ġunju 2018) li llimitat b’mod kunsiderevoli d-drittijiet miksuba minn dawn l-inġiniera, l-aċċess għall-professjoni ta’ perit u l-moviment liberu tal-persuni. B’mod partikolari, l-Artikolu 2 ta’ din il-liġi:

a.

Jillimita d-drittijiet miksuba lill-inġiniera ċivili b’taħriġ mibdi fis-snin akkademiċi li għalihom isir riferiment fid-Direttiva – jiġifieri jeskludi mill-possibbiltà ta’ eżerċizzju tat-drittijiet miksuba tagħhom lill-inġiniera ċivili kollha b’taħriġ mibdi fis-snin akkademiċi preċedenti; u

b.

Jirrikjedi, b’mod diskriminatorju u mingħajr ebda bażi fid-Direttiva, li, biex jitwettaq proġett ta’ arkitettura, inġinier ċivili għandu jkun issottometta, bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-1 ta’ Novembru 2017, proġett ta’ arkitettura li kien jistħoqqlu approvazzjoni muniċipali. Dan ir-rekwiżit huwa partikolarment diffiċli li jiġi ssodisfatt peress li, mill-2015, il-muniċipalitajiet Portugiżi jiċħdu sistematikament proġetti ta’ arkitettura sottomessi minn inġiniera benefiċjarji ta’ drittijiet miksuba taħt id-Direttiva 2005/36.

Fl-24 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Portugiża. Sussegwentement, intbagħtet opinjoni motivata lir-Repubblika Portugiża fid-29 ta’ Frar 2020, li ma ġietx imwieġba mir-Repubblika Portugiża.


(1)  ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28, u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/24


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn Trebor Robert Bilkiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-273/21 – The Bazooka Companies vs EUIPO

(Kawża C-783/22 P)

(2023/C 94/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Trebor Robert Bilkiewicz (rappreżentant: P. Ratnicki-Kiczka, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, The Bazooka Companies, Inc.

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li l-Appellant għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2022 – R GmbH vs Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck

(Kawża C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck)

(2023/C 94/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R GmbH.

Konvenut: Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14(2)(b) flimkien mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola jew interpretazzjoni minn Stat Membru li tgħid liema prodotti tal-ikel għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk l-użu maħsub tagħhom ma huwiex iggarantit, mingħajr ma huma meħtieġa r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 14(5) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq dwar għalfejn il-prodotti tal-ikel saru inaċċettabbli għall-konsum mill-bniedem (kontaminazzjoni b’materjal estraneju jew mod ieħor, putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir)?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

2)

L-Artikolu 14(2)(b) flimkien mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti tal-ikel għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk il-prodotti tal-ikel, meta kkonsmati kif intiż, iwasslu għal qbiż kbir (ħames darbiet għal adult medju li jiżen 70 kg) ta’ valur meqjus mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ta’ addittiv tal-ikel (li jinsab fil-prodotti tal-ikel), bħala l-valur tad-doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2014, L 327, p. 9, u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-2 ta’ Jannar 2023 – X vs Agrárminiszter

(Kawża C-6/23 Baramlay (1))

(2023/C 94/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Agrárminiszter

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 50(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1307/2013”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istat Membru jistabbilixxi bħala kriterju ta’ ammissibbiltà l-fatt li l-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jeżerċita b’mod kontinwu l-attività ta’ bidwi b’mod prinċipali u bħala negozjant individwali mid-data li fiha titressaq it-talba għall-ħlas ta’ 90 % tal-għajnuna sat-tmiem il-perijodu ta’ operazzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, l-imsemmi kriterju ta’ ammissibbiltà għandu jiġi interpretat bħala impenn assunt mill-benefiċjarju?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda preliminari, l-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-impenn jista’ jagħti lok għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva li l-ammont tagħha għandu jiġi ddeterminat, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, abbażi tal-Artikolu 64(4)(b) u tal-Artikolu 77(4)(b) tal-imsemmi regolament, jiġifieri, li d-dispożizzjonijiet imsemmija għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tordna l-irkupru tal-ammont sħiħ tal-għajnuna, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-perijodu kkonċernat min-nuqqas ta’ osservanza?

4)

L-Artikolu 64(2)(e) u l-Artikolu 77(2)(e) [tar-Regolament Nru 1306/2013] għandhom jiġu interpretati fis-sens li “n-nonkonformità […] ta’ natura minuri” tinkludi sitwazzjoni li fiha l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun naqas milli josserva matul 176 jum matul il-perijodu ta’ ħames li huwa s-suġġett tal-impenn tiegħu, id-dispożizzjoni relatata maż-żamma tal-attività b’mod prinċipali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li matul dan il-perijodu kollu huwa eżerċita biss attività agrikola, li minnha joriġina d-dħul tiegħu?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.

(3)  ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/26


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 minn Ferriera Valsabbia SpA u Valsabbia Investimenti SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-655/19, Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-29/23 P)

(2023/C 94/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ferriera Valsabbia SpA, Valsabbia Investimenti SpA (rappreżentanti: D. Fosselard, avocat u avvocato, D. Slater, avocat u solicitor u G. Carnazza, avvocata)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-655/19, Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni;

permezz ta’ deċiżjoni finali, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla, għal dak li jirrigwarda lill-appellanti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (Kawża AT.37956 – Vireg għar-rinfurzar);

konformement mal-Artikolu 138 tar-Regoli tal-Proċedura, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, kemm jekk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

L-ewwel aggravju : ksur tal-Artikolu 266 TFUE. Ksur tal-Artikoli 14 u 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) u tal-Artikoli 11, 12 u 14 tar-Regolament Nru 773/2004 (2). Motivazzjoni żbaljata u kontradittorja. Nuqqas li tingħata deċiżjoni. Żball manifest ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali għamlet żball manifest ta’ liġi u mmotivat is-sentenza tagħha b’mod żbaljat, billi naqset milli tiddeċiedi fuq ċerti ilmenti mqajma mir-rikorrenti f’dik il-kawża, sa fejn iddeċidiet li l-Kummissjoni, billi organizzat smiegħ ġdid dwar il-mertu tal-kawża, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, fl-2018, irrimedjat għad-difett proċedurali ċċensurat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-21 ta’ Settembru 2017, Ferriera Valsabbia et vs Il-Kummissjoni (C-86/15 P u C-87/15 P, EU:C:2017:717).

It-tieni motiv : Interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Żball manifest ta’ liġi u eċċess ta’ poter. Nuqqas li tingħata deċiżjoni u ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

Il-Qorti Ġenerali eskludiet li t-tul tal-proċedura, kemm jekk ikun fir-rigward tal-fażi amministrattiva biss kif ukoll għall-proċedura fit-totalità tagħha, kienet eċċessiva u li dan it-tul ippreġudika d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, u b’dan il-mod wettqet żball ta’ liġi, żball manifest ta’ evalwazzjoni u, f’ċerti aspetti, billi naqset milli tiddeċiedi fuq ċerti ilmenti mqajma mir-rikorrenti f’dik il-kawża kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, immotivat is-sentenza tagħha b’mod żbaljat.

It-tielet motiv : Ksur tal-Artikolu 296 TFUE. Motivazzjoni tas-sentenza żbaljata u kontradittorja. Nuqqas li tingħata deċiżjoni u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet mill-ġdid żball manifest ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni u vvizzjat is-sentenza tagħha b’motivazzjoni żbaljata, billi qieset li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet motivata b’mod suffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/27


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2023 minn Alfa Acciai SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-656/19, Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-30/23 P)

(2023/C 94/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Alfa Acciai SpA (rappreżentanti: D. Fosselard, avocat u avvocato, D. Slater, avocat u solicitor, G. Carnazza, S. D’Ecclesiis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-656/19, Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni;

permezz ta’ deċiżjoni finali, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla, għal dak li jirrigwarda lill-appellanti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (Kawża AT.37956 – Vireg għar-rinfurzar);

konformement mal-Artikolu 138 tar-Regoli tal-Proċedura, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, kemm jekk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju : ksur tal-Artikolu 266 TFUE. Ksur tal-Artikoli 14 u 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) u tal-Artikoli 11, 12 u 14 tar-Regolament Nru 773/2004 (2). Motivazzjoni żbaljata u kontradittorja. Nuqqas li tingħata deċiżjoni. Żball manifest ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali għamlet żball manifest ta’ liġi u mmotivat is-sentenza tagħha b’mod żbaljat, billi naqset milli tiddeċiedi fuq ċerti ilmenti mqajma mir-rikorrenti f’dik il-kawża, sa fejn iddeċidiet li l-Kummissjoni, billi organizzat smiegħ ġdid dwar il-mertu tal-kawża, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, fl-2018, irrimedjat għad-difett proċedurali kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-21 ta’ Settembru 2017, Ferriera Valsabbia et vs Il-Kummissjoni (C-86/15 P u C-87/15 P, EU:C:2017:717).

It-tieni motiv : Interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Żball manifest ta’ liġi u eċċess ta’ poter. Nuqqas li tingħata deċiżjoni u ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

Il-Qorti Ġenerali eskludiet li t-tul tal-proċedura, kemm jekk ikun fir-rigward tal-fażi amministrattiva biss kif ukoll għall-proċedura fit-totalità tagħha, kienet eċċessiva u li dan it-tul ippreġudika d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, u b’dan il-mod wettqet żball ta’ liġi, żball manifest ta’ evalwazzjoni u, f’ċerti aspetti, billi naqset milli tiddeċiedi fuq ċerti ilmenti mqajma mir-rikorrenti f’dik il-kawża kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, immotivat is-sentenza tagħha b’mod żbaljat.

It-tielet motiv : Ksur tal-Artikolu 296 TFUE. Motivazzjoni tas-sentenza żbaljata u kontradittorja. Nuqqas li tingħata deċiżjoni u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet mill-ġdid żball manifest ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni u vvizzjat is-sentenza tagħha b’motivazzjoni żbaljata, billi qieset li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet motivata b’mod suffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/28


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2023 minn Ferriere Nord SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-31/23 P)

(2023/C 94/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, B. Comparini, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

prinċipalment, tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, sa fejn din ċaħdet it-talba prinċipali ta’ Ferriere Nord intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019;

konsegwentement, tannulla dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

b’mod sussidjarju, tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, sa fejn din ċaħdet it-talba sussidjarja ta’ Ferriere Nord intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 u, għaldaqstant, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa;

konsegwentement, tannulla parzjalment dik id-deċiżjoni u, għaldaqstant, tagħti tnaqqis tal-multa;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(A)

Aggravji tal-appell intiżi għall-annullament sħiħ tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet il-motivi ta’ Ferriere Nord intiżi għall-annullament sħiħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2019

I

Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dispożizzjonijiet applikabbli (Artikolu 266 TFUE, Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“Karta”); Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”); Artikoli 14 u 27 tar-Regolament Nru 1/2003 (1); Artikoli 11, 12, 13 u 14 tar-Regolament Nru 773/2004 (2)) għal dak li jirrigwarda s-seduta tat-23 ta’ April 2018 u l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv – Ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza ta’ eżami ta’ provi u fi kwalunkwe każ assenza ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward – Żnaturament manifest, li jidher mill-elementi tal-proċess, tal-fatti u tal-provi – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Evalwazzjonijiet arbitrarji.

II

Ksur tal-prinċipju tat-tul raġonevoli tal-proċedura – Ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikoli 41 u 47 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB) – Żnaturament manifest, li jirriżulta mill-proċess, mill-fatti u mill-provi – Nuqqas ta’ motivazzjoni.

III

Motivazzjoni vvizzjata jew żbaljata dwar ir-raġunijiet għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura u tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni (Artikoli 7 u 23 u tar-Regolament Nru 1/2003) – Eċċess ta’ poter – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ksur tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta u tal-Artikolu 6 tal-KEDB – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Żieda inammissibbli ta’ motivi – Assenza ta’ evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Inverżjoni tal-oneru tal-prova.

IV

Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem (Artikolu 50 tal-Karta).

V

Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, imqajma skont l-Artikolu 277 TFUE (Artikoli 41 u 47 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB; Artikolu 5 TUE) – Tmiem tas-setgħa ta’ konstatazzjoni u ta’ sanzjoni (Artikoli 7 u 23 tar-Regolament Nru 1/2003).

(B)

Aggravji tal-appell intiżi għall-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet il-motivi ta’ Ferriere Nord intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2019 u, għaldaqstant, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa.

VI

Illegalità taż-żieda tal-multa għal reċidività minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB; Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003; Artikolu 11 tar-Regolament Nru 773/2004) – Nuqqas ta’ eżami tal-provi u fi kwalunkwe każ nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward – Żnaturament manifest, li jidher mill-atti, mill-fatti u mill-provi. Nuqqas ta’ motivazzjoni

VII

Illegalità taż-żieda tal-multa għal reċidività minħabba raġunijiet oħrajn – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammont eċċessiv – Nuqqas ta’ motivazzjoni.

VIII

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fit-tnaqqis tal-ammont tal-multa għal ċirkustanzi attenwanti. Motivazzjoni tardiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/30


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-47/23)

(2023/C 94/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u M. Noll-Ehlers, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) u taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), fir-rigward tat-tipi ta’ habitat 6510 (mergħat ta’ ħuxlief f’altitudni baxxa) u 6520 (mergħat ta’ ħuxlief tal-muntanji) protetti min-network Natura 2000 sa fejn hija

ġeneralment u strutturalment naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi evitat id-deterjorament tat-tipi ta’ habitat 6510 u 6520 fis-siti identifikati għal dan il-għan, u

ġeneralment u strutturalment naqset milli tibgħat data aġġornata lill-Kummissjoni dwar it-tipi ta’ habitat 6510 u 6520 fis-siti identifikati għal dan il-għan;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset sistematikament milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE li tipproteġi siti ta’ Natura 2000 kontra d-deterjorament tal-habitats naturali inklużi fihom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ żewġ tipi ta’ habitats importanti ta’ interess Komunitarju, jiġifieri mergħat ta’ ħuxlief f’altitudni baxxa (TH 6510) u mergħat ta’ ħuxlief fuq il-muntanji (TH 6520).

Il-ksur sistematiku tal-projbizzjoni ta’ deterjorament jirriżulta, l-ewwel, minn data trażmessa mill-Ġermanja nnifisha, li turi li bejn l-2006 u l-2020, f’iktar minn kwart tas-siti ta’ Natura 2000 identifikati mill-Ġermanja għall-protezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ habitat, madwar nofs iż-żona ta’ dawn il-habitats kienet intilfet.

It-tieni, l-awtoritajiet Ġermaniżi naqsu sistematikament milli jwettqu sorveljanza regolari tal-istat ta’ konservazzjoni taż-żewġ tipi ta’ habitats ġewwa ż-żoni ta’ konservazzjoni identifikati għal dan il-għan.

It-tielet, l-awtoritajiet Ġermaniżi naqsu sistematikament milli jirregolaw il-fatturi prinċipali ta’ pressjoni għaż-żewġ tipi ta’ habitats, jiġifieri l-ħsad bikri u l-fertilizzazzjoni eċċessiva, permezz ta’ miżuri ta’ protezzjoni legalment vinkolanti.

Barra minn hekk, il-Ġermanja naqset sistematikament milli twettaq l-obbligu tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43 li tittrażmetti regolarment data aġġornata għaż-żewġ tipi ta’ habitats.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102


Il-Qorti Ġenerali

13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/16 RENV) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri - Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża - Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Multi - Preskrizzjoni - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda - Motivazzjoni”)

(2023/C 94/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċeduri T-640/16, T-640/16 RENV u C-823/18 P.


(1)  JO C 392, 24.10.2016.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Capitani vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/21) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw proċedura leġiżlattiva pendenti - Gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill - Dokumenti li jikkonċernaw proposta leġiżlattiva li għandha bħala suġġett l-emenda tad-Direttiva 2013/34/UE dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi - Rifjut parzjali tal-aċċess - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”)

(2023/C 94/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Emilio De Capitani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, avukat, u S. Gallagher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt u K. Pavlaki, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M.H.S. Gijzen u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea SGS 21/000067, tal-14 ta’ Jannar 2021, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jagħtih aċċess għal ċerti dokumenti, li għandhom il-kodiċi “WK”, skambjati fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva 2016/0107 (COD), li għandha bħala suġġett l-emenda tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU 2013, L 182, p. 19).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea SGS 21/000067, tal-14 ta’ Jannar 2021, hija annullata.

2)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Emilio De Capitani.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Neratax vs EUIPO – Intrum Hellas et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT)

(Kawża T-528/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea ELLO u MORFAT u figurattivi ELLO ERMOL, Ello creamy u MORFAT Creamy - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 94/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Neratax LTD (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: V. Katsavos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intrum Hellas AE Daicheirisis Apaitiseon Apo Daneia kai Pistoseis, li kienet Piraeus Bank SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P.-A. Koriatopoulou, avukata)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Eurobank Ergasias SA (Ateni), National Bank of Greece SA (Ateni)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2021 (Każijiet R 1295/2020-4, R 1296/2020-4, R 1298/2020-4, R 1299/2020-4 u R 1302/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neratax LTD hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Intrum Hellas AE Daicheirisis Apaitiseon Apo Daneia kai Pistoseis.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Società Navigazione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-666/21) (1)

(“Għajnuna tal-Istat - Trasport marittimu - Eżenzjoni parzjali tad-drittijiet ta’ reġistrazzjoni dovuti għat-trasferiment ta’ attività bejn impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Benefiċjarju tal-għajnuna - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Tul eċċessiv tal-proċedura”)

(2023/C 94/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Società Navigazione Siciliana SCpA (Trapani, l-Italia) (rappreżentanti: R. Nazzini, F. Ruggeri Laderchi, C. Labruna u L. Calini, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz, C.-M. Carrega u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 4268 finali, tas-17 ta’ Ġunju 2021, dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja favur Siremar u x-xerrej tagħha, Società Navigazione Siciliana, sa fejn din iddikjarat inkompatibbli ċerti eżenzjonijiet fiskali stabbiliti mil-Liġi Nru 163, tal-1 ta’ Ottubru 2010, li tikkonverti d-Digriet Legali Nru 125 tal-5 ta’ Awwissu 2010, u ordnat l-irkupru tagħhom u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-kumpens għad-dannu li hija allegatament bagħtiet minħabba t-tul eċċessiv u irraġonevoli tal-proċedura ta’ eżami formali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Società Navigazione Siciliana SCpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)

(Kawża T-703/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FALUBAZ - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sr l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 94/38)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Falubaz Polska S.A. spółka komandytowo-akcyjna (Zielona Góra) (rappreżentant: J. Kurzawski, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1681/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – NS vs Il-Parlament

(Kawża T-805/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg - Telf ta’ primjum - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura”)

(2023/C 94/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NS (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor, L. Darie u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2021, li permezz tagħha hija ġiet assenjata mill-ġdid għall-[données confidentielles occultées] u, sa fejn neċessarju, tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tiċħad l-ilment tagħha, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ rkupru ta’ ħlasijiet indebiti tat-8 ta’ Marzu 2021 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu mġarrab minnha minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 14.2.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Scania CV vs EUIPO (V8)

(Kawża T-320/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V8 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru deskrittiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 94/40)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Scania CV AB (Södertälje, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Langenius, P. Sundin u S. Falkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1868/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 284, 25.7.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Dietrich Process Systems vs EUIPO – Koch-Glitsch (SCHEIBEL)

(Kawża T-351/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SCHEIBEL - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 94/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: De Dietrich Process Systems GmbH (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Körner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Koch-Glitsch LP (Wichita, Kansas, l-Istati Uniti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ April 2022 (Każ R 1107/2021-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ April 2022 (Każ R 1107/2021-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 1.8.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Dietrich Process Systems vs EUIPO – Koch-Glitsch (KARR)

(Kawża T-352/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KARR - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 94/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: De Dietrich Process Systems GmbH (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Körner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Koch-Glitsch LP (Wichita, Kansas, l-Istati Uniti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ April 2022 (Każ R 1105/2021-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ April 2022 (Każ R 1105/2021-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 1.8.2022.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/37


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Flynn vs BĊE

(Kawża T-675/22)

(2023/C 94/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: James T. Flynn (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Dornan, Barrister-at-Law, u K. Winters, Solicitor)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Settembru 2022 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li tirrifjuta l-iżvelar sħiħ tal-korrispondenzi u tal-iskambju ta’ dokumenti bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u Central Bank of Ireland fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2013/211//UE (1) kif mitlub mir-rikorrent.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka t-talbiet li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv fejn huwa allegat li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258/KE (2). Il-konvenut wettaq żball meta rrifjuta aċċess lir-rikorrent għall-informazzjoni mitluba minħabba li l-iżvelar tad-dokumenti, kollha jew parti minnhom, kien jippreġudika l-interess pubbliku li tiġi protetta l-integrità ta’ karti tal-flus euro.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2004/258. Il-konvenut wettaq żball meta rrifjuta aċċess lir-rikorrent għad-dokumenti mitluba, kollha jew parti minnhom, minħabba li l-iskambju ta’ opinjoni bejn BĊE u National Central Banks huwa informazzjoni kunfidenzjali protetta mid-dritt Komunitarju.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/258/KE. Il-konvenut wettaq żball meta ddeċieda li ma kien hemm ebda interess pubbliku superjuri għall-iżvelar, fejn ir-rikorrent talab id-dokumenti bl-għan ta’ għajnuna fil-proċeduri ġudizzjarji, u fejn ir-rifjut ta’ żvelar jipprevjeni jew jimpedixxi l-eżerċizzju tad-dritt għal informazzjoni skont id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tipprovdi raġunijiet adegwati għar-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba.

5.

Il-ħames motiv fejn huwa allegat li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal amministrazzjoni tajba, u d-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea rispettivament.


(1)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2013/211/UE tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (riformulazzjoni) (ECB/2013/10) (ĠU 2013 L 118, p. 37).

(2)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258/KE tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51).

(3)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1).


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Gemelli vs Il-Parlament

(Kawża T-804/22)

(2023/C 94/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vitaliano Gemelli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311148), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/39


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Graziani vs Il-Parlament

(Kawża T-805/22)

(2023/C 94/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo Alberto Graziani (Fiesole, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311142), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Iacono vs Il-Parlament

(Kawża T-806/22)

(2023/C 94/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Francesco Iacono (Forio, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311133), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/41


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Lombardo vs Il-Parlament

(Kawża T-807/22)

(2023/C 94/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaele Lombardo (Catania, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311153), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/41


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Mantovani vs Il-Parlament

(Kawża T-808/22)

(2023/C 94/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mario Mantovani (Arconate, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311144), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Napoletano vs Il-Parlament

(Kawża T-809/22)

(2023/C 94/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pasqualina Napoletano (Anzio, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311128), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Nobilia vs Il-Parlament

(Kawża T-810/22)

(2023/C 94/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mauro Nobilia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311156), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Pettinari vs Il-Parlament

(Kawża T-811/22)

(2023/C 94/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luciano Pettinari (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311127), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2022 – Viola vs Il-Parlament

(Kawża T-812/22)

(2023/C 94/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vincenzo Viola (Palermo, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311141), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/45


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Sbarbati vs Il-Parlament

(Kawża T-813/22)

(2023/C 94/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luciana Sbarbati (Chiaravalle, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311146) tat-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/46


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Ventre vs Il-Parlament

(Kawża T-814/22)

(2023/C 94/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Ventre (Formicola, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311164), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Aita vs Il-Parlament

(Kawża T-815/22)

(2023/C 94/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vincenzo Aita (Campagna, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311174), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Arroni vs Il-Parlament

(Kawża T-816/22)

(2023/C 94/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Aldo Arroni (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311154), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Bonsignore vs Il-Parlament

(Kawża T-817/22)

(2023/C 94/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vito Bonsignore (Torino, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311170), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/49


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Carollo vs Il-Parlament

(Kawża T-818/22)

(2023/C 94/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Carollo (Torri di Quartesolo, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311159), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Catasta vs Il-Parlament

(Kawża T-819/22)

(2023/C 94/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Anna Catasta (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311125), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Coppo Gavazzi vs Il-Parlament

(Kawża T-820/22)

(2023/C 94/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Maria Teresa Coppo Gavazzi (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311149), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/51


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Di Meo vs Il-Parlament

(Kawża T-821/22)

(2023/C 94/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Maria Di Meo (Cellole, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311176), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/52


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Di Prima vs Il-Parlament

(Kawża T-822/22)

(2023/C 94/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Di Prima (Palermo, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311132), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – Dupuis vs Il-Parlament

(Kawża T-823/22)

(2023/C 94/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Olivier Dupuis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311143), irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Dicembru 2022 – Filippi vs Il-Parlament

(Kawża T-824/22)

(2023/C 94/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Livio Filippi (Carpi, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D311124) irċevuta fit-13 ta’ Ottubru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/54


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 – Cucurnia vs Il-Parlament

(Kawża T-825/22)

(2023/C 94/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Fiammetta Cucurnia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D313509) tat-28 ta’ Novembru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/55


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 – Gallenzi vs Il-Parlament

(Kawża T-826/22)

(2023/C 94/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Gallenzi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti, jew sussidjarjament tannulla kompletament, il-miżura li r-rikorrent ġie informat biha permezz tal-Komunikazzjoni adottata mill-Kap tal-Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ikkomunikata b’ittra rreġistrata (Prot. Nru D313497), tat-28 ta’ Novembru 2022, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew stabbilixxa mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha indebitament miżmuma, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jieħu l-inizjattivi, l-atti jew il-miżuri kollha meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit l-istabbiliment mill-ġdid b’mod sħiħ u immedjat tal-ammont oriġinali tal-pensjoni tal-irtirar;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet miksuba, u, għaldaqstant, ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/56


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2023 – Beauty Boutique vs EUIPO – Lightningbolt Europe (Rappreżentazzjoni ta’ sajjetta)

(Kawża T-12/23)

(2023/C 94/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Beauty Boutique sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Nowakowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lightningbolt Europe SA (São Cosme Vale, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “rappreżentazzjoni ta’ sajjetta” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 249 030

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 668/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u (jekk ikun il-każ) lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/23)

(2023/C 94/68)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane, L.-E. Baţagoi, O.-C. Ichim u M. Chicu, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2261 tal-11 ta’ Novembru 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), sa fejn tikkonċerna l-korrezzjonijiet finanzjarji speċifiċi applikati għar-Rumanija minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-pagamenti effettwati matul is-snin 2018 u 2019 li fihom saret applikazzjoni (snin finanzjarji 2019 u 2020) – fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 2 515 141,78;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni eżerċitat b’mod abbużiv is-setgħa tagħha li teskludi ammonti mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea bis-saħħa tal-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013.

Il-Kummissjoni wettqet żball meta kkunsidrat li, fir-rigward tal-miżura 10 (li taħtha jingħataw pagamenti agroambjentali u klimatiċi) u l-miżura 13 (li taħtha jingħataw pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra) tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp Rurali (PNŻR) 2014-2020, l-awtoritajiet Rumeni kisru l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament Nru 640/2014. L-istituzzjoni tal-Unjoni qieset b’mod żbaljat li ż-żona massima eliġibbli ġiet ikkalkolata skont il-konfini amministrattivi tal-unitajiet amministrattivi territorjali (UAT), li wassal għal pagamenti għal żoni ineliġibbli. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball meta kkonstatat li, fir-rigward tal-miżura 8, submiżura 8.1 (li fuq il-bażi tagħha jingħata appoġġ għat-tisġir) tal-PNŻR 2014-2020, l-awtoritajiet Rumeni kisru l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1306/2013 u l-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament Nru 809/2014, peress li kien hemm finanzjament doppju bejn il-pagament relatat mat-telf ta’ dħul agrikolu taħt il-miżura 8, submiżura 8.1, u l-pagament għall-ekoloġizzazzjoni. L-istituzzjoni tal-Unjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li ż-żewġ pagamenti kienu tal-istess natura u jikkumpensaw għall-istess spejjeż.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, peress li ma ġġustifikatx b’mod adegwat l-eżistenza tal-allegati ksur u ma indikatx b’mod sodisfaċenti għaliex l-argumenti imqajma u kostantament imtennija mill-awtoritajiet kompetenti Rumeni fil-kuntest tad-djalogu amministrattiv li ppreċeda l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma setgħux jiġu kkunsidrati.


(1)  Innotifikata lill-awtoritajiet Rumeni fl-14 ta’ Novembru 2022 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2022, L 299, p. 20); iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni 2022/2261”.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/57


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Noyan Abr Arvan vs Il-Kunsill

(Kawża T-23/23)

(2023/C 94/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Noyan Abr Arvan Private JC (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2231 tal-14 ta’ Novembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), sa fejn dan jirrigwarda l-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011;

tiddikjara inapplikabbli r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 359/2011”) sa fejn dan jirrigwarda l-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness I għar-Regolament 359/2011; u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill għamel stqarrija manifestament żbaljata tal-fatti u żball manifest fl-evalwazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikoli 3.1, 3.2 u 12.2 tar-Regolament 359/2011.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-dmir tiegħu ta’ motivazzjoni (adegwata) u li jagħti motivazzjoni li tissodisfa l-istandards ta’ kwalità applikabbli (b’mod partikolari fir-rigward tal-oġġettività ta’ kriterji applikati, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tar-rikorrenti, in-natura proporzjonata tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-fornituri tal-Unjoni Ewropea, it-trattament ugwali tar-rikorrent, l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, l-evitar ta’ natura arbitrarja fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-evitar ta’ abbuż ta’ poter fit-teħid ta’ deċiżjonijiet), kuntrarju għall-Artikoli 263 u 296 TFUE u l-Artikoli 3.1, 3.2 u 12.2 tar-Regolament 359/2011.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kisret id-dritt tad-difiża tar-rikorrent, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, kuntrarju għall-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 12.2 tar-Regolament 359/2011.


(1)  ĠU 2022, L 293I, p. 16.

(2)  ĠU 2011, L 100, p 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 56.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/58


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2023 – UF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/23)

(2023/C 94/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummssjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2022 li tkeċċi lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent somma fissa ex aequo et bono għad-dannu morali kkawżat kif ukoll għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tiegħu tad-difiża, tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(c) tal-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/59


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)

(Kawża T-25/23)

(2023/C 94/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Orgatex GmbH & Co. KG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Jacobs, M. Maybaum u M. Dümenil, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lawrence Longton (Brindle, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Bodenmarkierung” –disinn tal-Unjoni Nru 1112155-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 110/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell, inkluż, b’mod partikolari, l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(a) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/59


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (Feed.)

(Kawża T-26/23)

(2023/C 94/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Feed SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Feed.com, Inc. (Broomfield, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Feed. – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 096 681

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 552/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-kumpannija The Feed.com, Inc. ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti Feed SA, inklużi l-ispejjeż sostnuti għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (THE FEED)

(Kawża T-27/23)

(2023/C 94/73)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Feed SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Feed.com, Inc. (Broomfield, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FEED – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 392 651

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1905/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija;

1.

qieset li l-użu tat-trade mark THE FEED Nru 12 392 651 ġie pprovat għas-“servizzi ta’ ħanut tal-bejgħ bl-imnut online relatat mas-sostituti tal-ikliet, mal-ikel li jagħti l-enerġija, mal-bars nutrittivi, mal-ġels li jagħtu l-enerġija, mal-preparazzjonijiet li jagħtu l-enerġija, mas-supplimenti tal-ikel u max-xarbiet li jagħtu l-enerġija; bejgħ ta’ sostituti tal-ikliet, ikel li jagħti l-enerġija, bars nutrittivi, ġels li jagħtu l-enerġija, preparazzjonijiet li jagħtu l-enerġija, supplimenti tal-ikel u xarbiet li jagħtu l-enerġija”;

2.

tiċħad l-azzjoni għal revoka ppreżentata mir-rikorrenti għas-servizzi ċċitati hawn fuq;

tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex tingħata deċiżjoni dwar ir-revoka tat-trade mark THE FEED Nru 12 392 651 għas-“servizzi ta’ ħanut tal-bejgħ bl-imnut online relatat mas-sostituti tal-ikliet, mal-ikel li jagħti l-enerġija, mal-bars nutrittivi, mal-ġels li jagħtu l-enerġija, mal-preparazzjonijiet li jagħtu l-enerġija, mas-supplimenti tal-ikel u max-xarbiet li jagħtu l-enerġija; bejgħ ta’ sostituti tal-ikliet, ikel li jagħti l-enerġija, bars nutrittivi, ġels li jagħtu l-enerġija, preparazzjonijiet li jagħtu l-enerġija, supplimenti tal-ikel u xarbiet li jagħtu l-enerġija”;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija The Feed.com, Inc. jirrimborsaw in solidum l-ispejjeż sostnuti minn Feed SA fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri u fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/61


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Vobro vs EUIPO – Mieszko (CHERRY Passion)

(Kawża T-29/23)

(2023/C 94/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vobro sp. z o.o. (Brodnica, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (l-EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mieszko S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHERRY Passion – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 204 993

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 2073/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid jew

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx raġunijiet għaliex għandha tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 204 993 CHERRY Passion fir-rigward tal-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-klassi 30 u li t-trade mark għandha tiġi rreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;

Ksur tal-Artikoli 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/62


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – QN vs eu-LISA

(Kawża T-31/23)

(2023/C 94/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QN (rappreżentant: H. Tagaras, avukat)

Konvenut: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors;

tannulla l-atti kkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni fl-ammont ta’ EUR 4 000;

tikkundanna esklużivament lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) tal-5 ta’ Awwissu 2022 li tikkonferma r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2021, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ koerenza tal-atti kkontestati, fir-rigward b’mod partikolari tar-relazzjoni bejn il-punteġġ aritmetiku u l-evalwazzjonijiet litterali tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda l-punteġġ aritmetiku tar-rikorrent, minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni u ta’ koerenza tal-imsemmija evalwazzjoni mal-evalwazzjonijiet litterali tar-rapport.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-istabbiliment tar-rapporti ta’ evalwazzjoni, tal-użu ħażin ta’ proċedura u tal-abbuż ta’ poter, kif ukoll fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, minħabba b’mod partikolari tal-fatt li l-ewwel evalwatur tar-rikorrent emenda l-abbozz ta’ rapport tiegħu skont żviluppi ta’ proċedura oħra li tirrigwarda lir-rikorrent, jiġifieri proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-aspett li t-termini regolatorji għall-istabbiliment tar-rapport kontenzjuż inqabżu.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ kalkolu. Ir-rikorrent iqis f’dan ir-rigward li l-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti u ta’ regoli ta’ arrotondament żbaljati wasslu għal punteġġ globali kumulattiv żbaljat.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ, għar-raġuni li l-iskambju orali bejn ir-rikorrent u l-evalwatur tal-appell tiegħu rrigwarda biss parti mill-osservazzjonijiet ifformulati mir-rikorrent fl-abbozz ta’ rapport.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/63


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Domator24 vs EUIPO – Acer (PREDATOR)

(Kawża T-33/23)

(2023/C 94/76)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Domator24 sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawliczek, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PREDATOR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 757 262

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 381/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2022 (punti 1 u 2 tad-dispożittiv) u tiddeċiedi li f’din il-kawża ma ġewx issodisfatti l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u konsegwentement id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza tibqa’ fis-seħħ, filwaqt li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark EUTM-016757262 “PREDATOR” tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea favur ir-rikorrenti kif ukoll, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ispejjeż essenzjali sostnuti mir-rikorrenti b’rabta mal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

fil-każ li l-parti intervenjenti tintervjeni fil-proċedura, tiddeċiedi li din għandha ssostni l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni kkodifikata);

Ksur tal-prinċipju ta’ evalwazzjoni libera tal-provi kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 55(1) u (2) kif ukoll mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/64


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2023 – Daimler Truck vs EUIPO (YOUR PERFORMANCE PLUS)

(Kawża T-35/23)

(2023/C 94/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler Truck AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea YOUR PERFORMANCE PLUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 464 821

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 527/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u dawk ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.