ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 83

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
6 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 83/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 83/02

Kawża C-632/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Relazzjonijiet esterni – Ftehim ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, minn naħa oħra – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2018/1971 – Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) – Artikolu 35(2) – Parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja tal-Kosovo f’dan il-korp – Kunċetti ta’ pajjiż terz u ta’ Stat terz – Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea)

2

2023/C 83/03

Kawżi Magħquda C-680/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Pożizzjoni dominanti – Imputazzjoni lill-produttur tal-aġir tad-distributuri tiegħu – Eżistenza ta’ rabtiet kuntrattwali bejn il-produttur u d-distributuri – Kunċett ta’ unità ekonomika – Kamp ta’ applikazzjoni – Operat abbużiv – Klawżola ta’ esklużività – Ħtieġa li jintwerew l-effetti fuq is-suq)

3

2023/C 83/04

Kawża C-147/21, CIHEF et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF) et vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prodotti bijoċidali – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Artikolu 72 – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikolu 34 TFUE – Possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar – Modalitajiet ta’ bejgħ li ma jaqgħux taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE – Ġustifikazzjoni – Artikolu 36 TFUE – Għan ta’ preservazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent – Proporzjonalità)

3

2023/C 83/05

Kawża C-162/21, Pesticide Action Network Europe et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Pesticide Action Network Europe, Nature et Progrès Belgique ASBL, TN vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Artikolu 53(1) – Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-protezzjoni tal-pjanti – Deroga – Kamp ta’ applikazzjoni – Żrieragħ ittrattati permezz ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Neonikotinojdi – Sustanzi attivi li huma ta’ riskju kbir għan-naħal – Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-użu estern taż-żrieragħ ittrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom tali sustanzi attivi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/784 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/785. – Nuqqas ta’ applikabbiltà tad-deroga – Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent – Prinċipju ta’ prekawzjoni)

5

2023/C 83/06

Kawża C-292/21, CNAE et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Administración General del Estado, Confederación Nacional de Autoescuelas (CNAE), UTE CNAE-ITT-FORMASTER-ECT vs Asociación para la Defensa de los Intereses Comunes de las Autoescuelas (AUDICA), Ministerio Fiscal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Artikolu 2(2)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Servizzi fil-qasam tat-trasport – Provvista ta’ kors ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ mill-ġdid dwar is-sigurtà fit-toroq għall-irkupru ta’ punti ta’ liċenzja tas-sewqan – Konċessjoni ta’ servizz pubbliku – Artikolu 15 – Rekwiżiti – Tqassim tat-territorju rilevanti f’ħames lottijiet – Limitu kwantitattiv u territorjali ta’ aċċess għall-attività kkonċernata – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Ġustifikazzjoni – Sigurtà fit-toroq – Proporzjonalità – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali)

6

2023/C 83/07

Kawżi Magħquda C-495/21 u C-496/21, Bundesrepublik Deutschland (Qtar għall-imnifsejn) et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – L. GmbH (C-495/21), H. Ltd (C-496/21) vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Mezzi mediċi – Direttiva 93/42/KEE – Artikolu 1(2)(a) – Definizzjoni – Artikolu 1(5)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Il-punt 2 tal-Artikolu 1 – Definizzjoni tal-kunċett ta’ prodott mediċinali – Artikolu 2(2) – Kuntest ġuridiku applikabbli – Klassifikazzjoni bħala mezz mediku jew bħala prodott mediċinali)

6

2023/C 83/08

Kawża C-506/22, SNI: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Câmpina – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra SNI (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit li tiġi indikata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom qiegħdha tintalab l-interpretazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

7

2023/C 83/09

Kawża C-137/22 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2022 minn Georgios Theodorakis et Maria Theodoraki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-495/14, Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill

8

2023/C 83/10

Kawża C-691/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2022 – RTL Belgium SA u RTL BELUX SA & Cie SECS vs Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

8

2023/C 83/11

Kawża C-692/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2022 – RTL Belgium SA u RTL BELUX SA & Cie SECS vs Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

9

2023/C 83/12

Kawża C-716/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire d’Auch (Franza) fit-23 ta’ Novembru 2022 – EP vs Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)

10

2023/C 83/13

Kawża C-738/22 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2022 minn Google LLC, Alphabet, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-604/18, Google u Alphabet vs Il-Kummisjoni

11

2023/C 83/14

Kawża C-23/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

13

2023/C 83/15

Kawża C-26/23 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2023 minn Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-158/21, Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 83/16

Kawża T-617/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni (Responabbiltà mhux kuntrattwali – Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni – Investigazzjoni tal-OLAF – Spezzjoni fuq il-post – Irregolaritajiet u nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-Kummissjoni – Dritt għal smigħ – Dannu morali – Rabta kawżali)

15

2023/C 83/17

Kawża T-537/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni (Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni – Sussidju – Investigazzjonijiet tal-OLAF – Sanzjoni amministrattiva – Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sentejn – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi – Ġurisdizzjoni sħiħa – Proporzjonalità tas-sanzjoni)

15

2023/C 83/18

Kawża T-626/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Dicembru 2022 – Landwärme vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Suq tal-bijogass – Eżenzjonijiet fiskali li jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni – Deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 – Kumulu ta’ għajnuna – Għajnuna mogħtija minn diversi Stati Membri – Bijogass importat – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 110 TFUE)

16

2023/C 83/19

Kawża T-746/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Grünig vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazji antidumping definittivi – Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ użu finali – Rikors għal annullament – Natura diviżibbli – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inċidenza diretta – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dazju impost b’mod nondiskriminatorju – Ugwaljanza fit-trattament)

17

2023/C 83/20

Kawża T-747/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EOC Belgium vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazji antidumping definittivi – Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ użu finali – Rikors għal annullament – Natura diviżibbli – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inċidenza diretta – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Dazju impost b’mod nondiskriminatorju – Ugwaljanza fit-trattament)

18

2023/C 83/21

Kawża T-33/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq mir-Rumanija – Programm nazzjonali għall-iżvilupp rurali 2007-2013 – Metodi ta’ kalkolu tar-rati ta’ sostenn relatati mas-submiżura 1a tal-miżura 215 – Pagamenti għall-benesseri tal-ħnieżer għas-simna u ħnieżer qabel ir-refgħa – Żieda ta’ mill-inqas 10 % tal-ispazju disponibbli allokat lil kull annimal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Artikolu 12(6) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qafas tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità u ta’ clearance tal-kontijiet)

18

2023/C 83/22

Kawża T-187/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Firearms United Network vs Il-Kummissjoni (REACH – Regolament (UE) 2021/57 – Aġġornament tal-Anness XVII tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Restrizzjoni fuq iċ-ċomb – Użu taċ-ċomb mill-kaċċa fl-artijiet mistagħdra jew madwarhom – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Preżunzjoni ta’ innoċenza)

19

2023/C 83/23

Kawża T-330/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EWC Academy vs Il-Kummissjoni (Politika soċjali – Sussidji intiżi għal azzjonijiet previsti li jippromwovu l-inizjattivi fil-qasam tal-governanza tal-impriżi – Sejħa għal proposti VP/2020/008 – Esklużjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej li ma għandhomx personalità ġuridika – Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1046)

20

2023/C 83/24

Kawża T-443/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – YAplus DBA Yoga Alliance vs EUIPO – Vidyanand (YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti yoga ALLIANCE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001)

20

2023/C 83/25

Kawża T-644/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WellBe PHARMACEUTICALS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

21

2023/C 83/26

Kawża T-726/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Rolex vs EUIPO – PWT (Rappreżentazzjoni ta’ kuruna) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – -Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kuruna – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw kuruna u ROLEX – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

22

2023/C 83/27

Kawża T-758/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Dorsum vs EUIPO – id Quantique (Clavis) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Clavis – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLAVIS – Assenza ta’ identifikazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-att ta’ oppożizzjoni – Kundizzjonijiet għall- ammissibbiltà tal-oppożizzjoni)

22

2023/C 83/28

Kawża T-4/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – DN Solutions (PUMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PUMA – Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti PUMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Ħsara lir-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

23

2023/C 83/29

Kawża T-118/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – OM vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda ta’ kandidatura – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

24

2023/C 83/30

Kawża T-166/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Seifert vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Miżuri li jkopru liċ-ċittadini Russi, lill-persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja u lill-persuni ġuridiċi, entitajiet u organi stabbiliti fir-Russja – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

24

2023/C 83/31

Kawża T-500/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2023 – Vleuten Insects u New Generation Nutrition vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Sigurtà tal-prodotti tal-ikel – Ikel ġdid – Regolament (UE) 2015/2283 – Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-larva ta’ Alphitobius diaperinus – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

25

2023/C 83/32

Kawża T-689/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – SN vs Il-Kummissjoni

25

2023/C 83/33

Kawża T-784/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni

26

2023/C 83/34

Kawża T-7/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2023 – Franza vs Il-Kummissjoni

27

2023/C 83/35

Kawża T-13/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Balaban vs EUIPO – Shenzhen Stahlwerk Welding Technology (STAHLWERK)

27

2023/C 83/36

Kawża T-19/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Laboratorios Normon vs EUIPO – Sofar (NORMOCARE)

28

2023/C 83/37

Kawża T-20/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Japan Tobacco vs EUIPO – Dunhill Tobacco of London (FLOW FILTER)

29

2023/C 83/38

Kawża T-21/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Chart vs EUIPO (ABSOLUTEFLOW)

30

2023/C 83/39

Kawża T-22/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Markt-Pilot vs EUIPO (MARKT-PILOT)

30

2023/C 83/40

Kawża T-518/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2023 – GKP vs EUIPO – Cristalfarma (TIARA RUBIS)

31


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 83/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 71, 27.2.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 63, 20.2.2023

ĠU C 54, 13.2.2023

ĠU C 45, 6.2.2023

ĠU C 35, 30.1.2023

ĠU C 24, 23.1.2023

ĠU C 15, 16.1.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-632/20 P) (1)

(Appell - Relazzjonijiet esterni - Ftehim ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, minn naħa oħra - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2018/1971 - Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) - Artikolu 35(2) - Parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja tal-Kosovo f’dan il-korp - Kunċetti ta’ “pajjiż terz” u ta’ “Stat terz” - Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea)

(2023/C 83/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment Centeno Huerta, sussegwentement, A. Gavela Llopis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u T. Ramopoulos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-370/19, EU:T:2020:440), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi hija annullata.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ eventwali arranġamenti ġodda ta’ ħidma konklużi bis-saħħa tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (KE) Nru 1211/2009, bejn il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) u l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Kosovo.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ appell kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 62, 22.02.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawżi Magħquda C-680/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Pożizzjoni dominanti - Imputazzjoni lill-produttur tal-aġir tad-distributuri tiegħu - Eżistenza ta’ rabtiet kuntrattwali bejn il-produttur u d-distributuri - Kunċett ta’ “unità ekonomika” - Kamp ta’ applikazzjoni - Operat abbużiv - Klawżola ta’ esklużività - Ħtieġa li jintwerew l-effetti fuq is-suq)

(2023/C 83/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unilever Italia Mkt. Operations Srl

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Fil-preżenza ta’: La Bomba Snc

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġir adottat mid-distributuri li jagħmlu parti min-network ta’ distribuzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ produttur li jgawdi minn pożizzjoni dominanti jista’ jiġi imputat lil dan tal-aħħar jekk jiġi stabbilit li dan l-aġir ma ġiex adottat b’mod indipendenti mill-imsemmija distributuri, iżda li huwa parti minn politika deċiża unilateralment minn dan il-produttur u implimentata mill-intermedjarju tal-imsemmija distributuri.

2)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ klawżoli ta’ esklużività li jinsabu f’kuntratti ta’ distribuzzjoni, awtorità tal-kompetizzjoni hija obbligata, sabiex tikkonstata abbuż minn pożizzjoni dominanti, li tistabbilixxi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha u fid-dawl, b’mod partikolari, tal-analiżi ekonomiċi prodotti, jekk ikun il-każ, mill-impriża f’pożizzjoni dominanti fir-rigward tan-nuqqas tal-kapaċità tal-aġir inkwistjoni li jeskludi mis-suq il-kompetituri daqstant effettivi daqsha, li dawn il-klawżoli għandhom il-kapaċità li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. L-użu ta’ test hekk imsejjaħ “tal-kompetitur daqstant effettiv” huwa ta’ natura fakultattiva. Madankollu, jekk ir-riżultati ta’ tali test jiġu ppreżentati mill-impriża kkonċernata matul il-proċedura amministrattiva, l-awtorità tal-kompetizzjoni hija obbligata teżamina l-valur probatorju tiegħu.


(1)  ĠU C 79, 8.3.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF) et vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

(Kawża C-147/21 (1), CIHEF et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti bijoċidali - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 72 - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar - Modalitajiet ta’ bejgħ li ma jaqgħux taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE - Ġustifikazzjoni - Artikolu 36 TFUE - Għan ta’ preservazzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent - Proporzjonalità)

(2023/C 83/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni, minbarra dik prevista f’dan l-artikolu, fuq ir-reklamar intiż għal professjonisti favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tal-imsemmi regolament;

u li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar intiż għall-pubbliku ġenerali favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tar-Regolament Nru 528/2012, kif emendat bir-Regolament Nru 334/2014, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi ċerti prattiki kummerċjali bħal skontijiet, riduzzjoni tal-prezz, tnaqqis, differenzi bejn kundizzjonijiet ġenerali u dawk speċjali tal-bejgħ, l-għoti ta’ unitajiet b’xejn u kwalunkwe prattiki ekwivalenti, li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tar-Regolament Nru 528/2012, kif emendat bir-Regolament Nru 334/2014, meta din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni kif ukoll tal-ambjent, li hija xierqa sabiex tiżgura t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaqhom, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju;

u li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar intiż għall-pubbliku ġenerali favur prodotti bijoċidali li jaqgħu taħt tipi ta’ prodotti 2 u 4, inkluż fil-grupp 1 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V ta’ dan ir-regolament, kif ukoll tipi ta’ prodotti 14 u 18, inkluż fil-grupp 3 ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti, li jinsabu fl-Anness V tal-imsemmi regolament, meta din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni kif ukoll tal-ambjent, li hija xierqa sabiex tiżgura t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaqhom, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Pesticide Action Network Europe, Nature et Progrès Belgique ASBL, TN vs État belge

(Kawża C-162/21 (1), Pesticide Action Network Europe et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Artikolu 53(1) - Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-protezzjoni tal-pjanti - Deroga - Kamp ta’ applikazzjoni - Żrieragħ ittrattati permezz ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Neonikotinojdi - Sustanzi attivi li huma ta’ riskju kbir għan-naħal - Projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-użu estern taż-żrieragħ ittrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom tali sustanzi attivi - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/784 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/785. - Nuqqas ta’ applikabbiltà tad-deroga - Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent - Prinċipju ta’ prekawzjoni)

(2023/C 83/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe, Nature et Progrès Belgique ASBL, TN

Konvenut: État belge

Fil-preżenza ta’: Sesvanderhave SA, Confédération des Betteraviers Belges ASBL, Société Générale des Fabricants de Sucre de Belgique ASBL (Subel), Isera & Scaldis Sugar SA (Iscal Sugar), Raffinerie Tirlemontoise SA

Dispożittiv

L-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jippermettix lil Stat Membru jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għat-trattament taż-żrieragħ, kif ukoll it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ żrieragħ ittrattati permezz ta’ dawn il-prodotti, peress li t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ żrieragħ ittrattati permezz ta’ dawn l-istess prodotti kienu ġew espressament ipprojbiti permezz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Administración General del Estado, Confederación Nacional de Autoescuelas (CNAE), UTE CNAE-ITT-FORMASTER-ECT vs Asociación para la Defensa de los Intereses Comunes de las Autoescuelas (AUDICA), Ministerio Fiscal

(Kawża C-292/21 (1), CNAE et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Artikolu 2(2)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Servizzi fil-qasam tat-trasport - Provvista ta’ kors ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ mill-ġdid dwar is-sigurtà fit-toroq għall-irkupru ta’ punti ta’ liċenzja tas-sewqan - Konċessjoni ta’ servizz pubbliku - Artikolu 15 - Rekwiżiti - Tqassim tat-territorju rilevanti f’ħames lottijiet - Limitu kwantitattiv u territorjali ta’ aċċess għall-attività kkonċernata - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Ġustifikazzjoni - Sigurtà fit-toroq - Proporzjonalità - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali)

(2023/C 83/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administración General del Estado, Confederación Nacional de Autoescuelas (CNAE), UTE CNAE-ITT-FORMASTER-ECT

Konvenuti: Asociación para la Defensa de los Intereses Comunes de las Autoescuelas (AUDICA), Ministerio Fiscal

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-għoti tal-korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ taħriġ mill-ġdid dwar is-sigurtà fit-toroq għall-irkupru ta’ punti ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jsir permezz ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali mfittex, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fit-toroq.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – L. GmbH (C-495/21), H. Ltd (C-496/21) vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawżi Magħquda C-495/21 u C-496/21 (1), Bundesrepublik Deutschland (Qtar għall-imnifsejn) et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Mezzi mediċi - Direttiva 93/42/KEE - Artikolu 1(2)(a) - Definizzjoni - Artikolu 1(5)(ċ) - Kamp ta’ applikazzjoni - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Il-punt 2 tal-Artikolu 1 - Definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodott mediċinali” - Artikolu 2(2) - Kuntest ġuridiku applikabbli - Klassifikazzjoni bħala “mezz mediku” jew bħala “prodott mediċinali”)

(2023/C 83/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L. GmbH (C-495/21), H. Ltd (C-496/21)

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2004,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

japplika mhux biss għall-“prodotti mediċinali minħabba użu”, imsemmija fl-inċiż (b) tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata, iżda wkoll għall-“prodotti mediċinali minħabba preżentazzjoni”, imsemmija fl-inċiż (a) tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva.

2)

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007, kif ukoll il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta l-metodu ta’ azzjoni prinċipali ta’ prodott ma huwiex ikkonstatat xjentifikament, dan il-prodott la jista’ jkun kopert mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “mezz mediku”, fis-sens tad-Direttiva 93/42, kif emendata bid-Direttiva 2007/47, u lanqas minn dik ta’ “prodott mediċinali minħabba użu”, fis-sens tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27. Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw, każ b’każ, jekk il-kundizzjonijiet relatati mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodott mediċinali minħabba preżentazzjoni”, fis-sens tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, humiex issodisfatti.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Câmpina – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra SNI

(Kawża C-506/22 (1), SNI)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li tiġi indikata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom qiegħdha tintalab l-interpretazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 83/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Câmpina

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

SNI

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Câmpina (Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Câmpina, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tat-tressiq: 26.07.2022


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/8


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2022 minn Georgios Theodorakis et Maria Theodoraki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-495/14, Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill

(Kawża C-137/22 P)

(2023/C 83/09)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Georgios Theodorakis u Maria Theodoraki, (rappreżentanti: Vasileios – Spyridon Christianos, Alexandros Politis u Maria Christina Vlachou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-17 ta’ Jannar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2022 – RTL Belgium SA u RTL BELUX SA & Cie SECS vs Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

(Kawża C-691/22)

(2023/C 83/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RTL Belgium SA, RTL BELUX SA & Cie SECS

Konvenut: Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(c) sa 1(f), 2, 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15), moqrija fid-dawl tal-għan li tiġi evitata sitwazzjoni ta’ kompetenza doppja espressa fil-premessi 34 u 35 ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikoli 4(3) TUE u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità regolatorja, li tqis li l-Istat Membru li taqa’ taħtu huwa dak li fih tkun stabbilita l-persuna li għandha titqies bħala l-fornitur ta’ servizz tal-midja, tkun tista’ timponi sanzjoni fuq din il-persuna meta l-ewwel Stat Membru jkun diġà qies li huwa kompetenti fir-rigward ta’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva li għalih ta konċessjoni?

2)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, iggarantit mill-Artikolu 4(3) TUE (li kien l-Artikolu 10 TKE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jeżerċita kompetenza fuq dan is-servizz, meta l-ewwel Stat Membru jkun diġà eżerċitaha, li jitlob lill-ewwel Stat Membru sabiex jirtira l-konċessjoni li jkun ta fir-rigward ta’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva u, fil-każ tar-rifjut min-naħa ta’ dan l-ewwel Stat Membru, li jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-ewwel Stat Membru (l-Artikolu 258 TFUE) jew billi jippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa stess (l-Artikolu 259 TFUE), u li jastjeni minn kwalunkwe att materjali jew legali li jkun l-espressjoni tal-pretensjoni tiegħu ta’ kompetenza fir-rigward ta’ dan is-servizz, ħlief jekk u sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi favur tiegħu?

3)

L-istess prinċipju neċessarjament jimplika li Stat Membru li jixtieq jeżerċita kompetenza fuq servizz tal-midja awdjoviżiva, meta l-ewwel Stat Membru diġà jeżerċita tali kompetenza, għandu, qabel ma jadotta kwalunkwe att materjali jew legali li jkun l-espressjoni tal-pretensjoni tiegħu ta’ kompetenza fir-rigward ta’ dan is-servizz u, indipendentement mill-ftuħ tal-proċeduri msemmija fit-tieni domanda,

a)

jikkonsulta lill-ewwel Stat Membru bil-ħsieb li jaslu, jekk ikun possibbli, għal soluzzjoni komuni?; u/jew

b)

jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kumitat ta’ Kuntatt stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE, iċċitata iktar ’il fuq?; u/jew

c)

jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea?; u/jew

d)

jistieden lill-ewwel Stat Membru, li ta konċessjoni fir-rigward ta’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva, li jirtiraha u, f’każ ta’ rifjut, juża l-proċeduri ġudizzjarji disponibbli u effettivi f’dan l-ewwel Stat Membru sabiex jikkontesta dan ir-rifjut li l-konċessjoni tiġi rtirata?

4)

Ir-risposta li tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda hija influwenzata mill-fatt li r-regolatur awdjoviżiv għandu personalità ġuridika distinta u rimedji differenti mill-Istat Membru li jaqa’ taħtu?

5)

Fis-sitwazzjoni fejn servizz tal-midja awdjoviżiva jkun is-suġġett ta’ konċessjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru, l-Artikolu 344 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mad-Direttiva 2010/13/UE, iċċitata iktar ’il fuq, jipprojbixxi li qorti nazzjonali tat-tieni Stat Membru tiddeċiedi li l-awtorità regolatorja ta’ dan it-tieni Stat Membru ġustament qieset lilha nnifisha kompetenti sabiex tissorvelja dan is-servizz, peress li, billi tagħmel dan, dik il-qorti tkun impliċitament iddeċidiet li l-ewwel Stat Membru interpreta l-kompetenza tiegħu b’mod ħażin u tkun indirettament tat deċiżjoni dwar tilwima bejn żewġ Stati Membri dwar l-interpretazzjoni u/jew l-applikazzjoni tad-dritt Ewropew? F’tali sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali ta’ dan it-tieni Stat Membru għandha sempliċiment tannulla d-deċiżjoni ta’ din l-awtorità regolatorja, għar-raġuni li s-servizz tal-midja awdjoviżiva inkwistjoni diġà kien is-suġġett ta’ konċessjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru?


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2022 – RTL Belgium SA u RTL BELUX SA & Cie SECS vs Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

(Kawża C-692/22)

(2023/C 83/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RTL Belgium SA, RTL BELUX SA & Cie SECS

Konvenut: Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(c) sa 1(f), 2, 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15), moqrija fid-dawl tal-għan li tiġi evitata sitwazzjoni ta’ kompetenza doppja espress fil-premessi 34 u 35 ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikoli 4(3) TUE u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità regolatorja, li tqis li l-Istat Membru li taqa’ taħtu huwa dak li fih tkun stabbilita l-persuna li għandha titqies bħala l-fornitur ta’ servizz tal-midja, tkun tista’ timponi sanzjoni fuq din il-persuna meta l-ewwel Stat Membru jkun diġà qies li huwa kompetenti fir-rigward ta’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva li għalih ta konċessjoni?

2)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, iggarantit mill-Artikolu 4(3) TUE (li kien l-Artikolu 10 TKE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jeżerċita kompetenza fuq dan is-servizz, meta l-ewwel Stat Membru jkun diġà eżerċitaha, li jitlob lill-ewwel Stat Membru sabiex jirtira l-konċessjoni li jkun ta fir-rigward ta’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva u, fil-każ tar-rifjut min-naħa ta’ dan l-ewwel Stat Membru, li jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-ewwel Stat Membru (l-Artikolu 258 TFUE) jew billi jippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa stess (l-Artikolu 259 TFUE), u li jastjeni minn kwalunkwe att materjali jew legali li jkun l-espressjoni tal-pretensjoni tiegħu ta’ kompetenza fir-rigward ta’ dan is-servizz, ħlief jekk u sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi favur tiegħu?

3)

L-istess prinċipju neċessarjament jimplika li Stat Membru li jixtieq jeżerċita kompetenza fuq servizz tal-midja awdjoviżiva, meta l-ewwel Stat Membru diġà jeżerċita tali kompetenza, għandu, qabel ma jadotta kwalunkwe att materjali jew legali li jkun l-espressjoni tal-pretensjoni tiegħu ta’ kompetenza fir-rigward ta’ dan is-servizz u, indipendentement mill-ftuħ tal-proċeduri msemmija fit-tieni domanda,

a)

jikkonsulta lill-ewwel Stat Membru bil-ħsieb li jaslu, jekk ikun possibbli, għal soluzzjoni komuni?; u/jew

b)

jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kumitat ta’ Kuntatt stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE, iċċitata iktar ’il fuq?; u/jew

c)

jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea?; u/jew

d)

jistieden lill-ewwel Stat Membru, li ta konċessjoni relatata ma’ dan is-servizz tal-midja awdjoviżiva, li jirtiraha u, f’każ ta’ rifjut, juża l-proċeduri ġudizzjarji disponibbli u effettivi f’dan l-ewwel Stat Membru sabiex jikkontesta dan ir-rifjut li l-konċessjoni tiġi rtirata?

4)

Ir-risposta li tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda hija influwenzata mill-fatt li r-regolatur awdjoviżiv għandu personalità ġuridika distinta u rimedji differenti mill-Istat Membru li jaqa’ taħtu?

5)

Fis-sitwazzjoni fejn servizz tal-midja awdjoviżiva jkun is-suġġett ta’ konċessjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru, l-Artikolu 344 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mad-Direttiva 2010/13/UE, iċċitata iktar ’il fuq, jipprojbixxi li qorti nazzjonali tat-tieni Stat Membru tiddeċiedi li l-awtorità regolatorja ta’ dan it-tieni Stat Membru ġustament qieset lilha nnifisha kompetenti sabiex tissorvelja dan is-servizz, peress li, billi tagħmel dan, dik il-qorti tkun impliċitament iddeċidiet li l-ewwel Stat Membru interpreta l-kompetenza tiegħu b’mod ħażin u tkun indirettament tat deċiżjoni dwar tilwima bejn żewġ Stati Membri dwar l-interpretazzjoni u/jew l-applikazzjoni tad-dritt Ewropew? F’tali sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali ta’ dan it-tieni Stat Membru għandha sempliċiment tannulla d-deċiżjoni ta’ din l-awtorità regolatorja, għar-raġuni li s-servizz tal-midja awdjoviżiva inkwistjoni diġà kien is-suġġett ta’ konċessjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru?


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire d’Auch (Franza) fit-23 ta’ Novembru 2022 – EP vs Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)

(Kawża C-716/22)

(2023/C 83/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire d’Auch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EP

Konvenuti: Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)

Parti oħra fil-proċedura: Commune de Thoux irrappreżentat mis-Sindku ta’ Thoux

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) hija parzjalment invalida sa fejn il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jikser l-Artikoli 1, 7, 11, 21, 39 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52 ta’ din l-istess Karta, peress li ma jinkludix dispożizzjoni li tippermetti li jinżamm id-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet Ewropej għaċ-ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja, li jkunu eżerċitaw il-moviment liberu tagħhom u l-libertà tagħhom li jistabbilixxu ruħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li tawtorizza jew le n-nazzjonalità doppja, b’mod partikolari għal dawk li għexu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal iktar minn ħmistax-il sena u li huma suġġetti għal-liġi tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja msejħa “15 year rule”, u b’hekk jirrendi iktar serja ċ-ċaħda minn kwalunkwe dritt għall-vot, għal persuni li ma kellhomx id-dritt li jivvotaw kontra t-telf taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom u wkoll għal dawk li ħadu ġurament ta’ lealtà lejn il-Kuruna tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja?

2)

Id-Deċiżjoni (UE)2020/135, il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 1 tal-Att dwar l-Elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (2), is-sentenza Spanja vs Ir-Renju Unit C-145/04 tat-12 ta’ Settembru 2006 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 1, 7, 11, 21, 39 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u s-sentenza Préfet du Gers C-673/20 tad-9 ta’ Ġunju 2022 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati bħala li jċaħħdu lill-ex ċittadini tal-Unjoni li jkunu eżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu tagħhom u l-libertà tagħhom li jistabbilixxu ruħhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea mid-dritt għall-vot u ta’ eliġibbiltà għall-elezzjonijiet Ewropej fi Stat Membru, kif ukoll, b’mod iktar speċifiku, lill-ex ċittadini tal-Unjoni li ma għad fadlilhom l-ebda dritt għall-vot minħabba l-eżerċizzju tal-ħajja privata u tal-ħajja tal-familja tagħhom fit-territorju tal-Unjoni għal iktar minn ħmistax-il sena u li ma setgħux jopponu ruħhom permezz ta’ vot kontra l-ħruġ tal-Istat Membru tagħhom mill-Unjoni Ewropea li wassal għat-telf taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom?


(1)  ĠU 2020, L 29, p. 1.

(2)  ĠU 1976, L 278, p. 1.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/11


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2022 minn Google LLC, Alphabet, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-604/18, Google u Alphabet vs Il-Kummisjoni

(Kawża C-738/22 P)

(2023/C 83/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Google LLC, Alphabet, Inc. (rappreżentanti: G. Forwood, J. Killick u N. Levy, avocats, A. Komninos, dikigoros, A. Lamadrid de Pablo, abogado, D. Gregory u H. Mostyn, Barristers, M. Pickford KC, J. Schindler, Rechtsanwalt, u P. Stuart, Barrister-at-Law)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Application Developers Alliance, Computer & Communications Industry Association, Gigaset Communications GmbH, HMD global Oy, Opera Norway AS, preċedentement Opera Software AS, BDZV – Bundesverband Digitalpublisher und Zeitungsverleger eV, preċedentement Bundesverband Deutscher Zeitungsverleger eV, Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC), FairSearch AISBL, Qwant, Seznam.cz, a.s., Verband Deutscher Zeitschriftenverleger eV

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40099 — Google Android) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”);

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

iktar sussidjarjament, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u tiffissa l-ammont tal-multa imposta fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni għal ammont kunsiderevolment inqas għoli; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-appellanti marbuta ma’ dawn il-proċeduri u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw sitt aggravji.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha tar-rabta kawżali bejn il-kundizzjonijiet ta’ preinstallazzjoni tal-Ftehim ta’ Distribuzzjoni tal-Applikazzjonijiet Mobbli (FDAM) u l-allegati effetti ta’ esklużjoni tagħhom.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-legalità tal-kundizzjonijiet ta’ preinstallazzjoni tal-FDAM b’riferiment għall-effetti kkombinati ta’ FDAM ikkontestati u tal-Ftehimiet ta’ Tqassim tad-Dħul (FTD).

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa jekk l-għażliet tal-utenti li ma jniżżlux applikazzjonijiet kompetituri iktar ta’ spiss kinux attribwibbli għal preinstallazzjoni abbużiva iktar milli għal preferenzi tal-utent.

Il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li l-evidenza dwar il-parametru predefinit kienet rilevanti għall-analiżi tal-kundizzjonijiet ta’ preinstallazzjoni tal-FDAM.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-analiżi tagħha tal-kundizzjonijiet ta’ preinstallazzjoni ta’ FDAM billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ kompetizzjoni li kien ikun hemm fl-assenza ta’ tali kundizzjonijiet.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat id-Deċiżjoni minkejja n-nuqqas tagħha li tistabbilixxi kapaċità ta’ esklużjoni ta’ kompetituri daqstant effiċjenti.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tistħarreġ jekk l-abbinament tal-applikazzjoni ta’ tiftix ġenerali (Google Search) mal-portal ta’ bejgħ (Play) setax jeskludi kompetituri daqstant effiċjenti ta’ servizzi ta’ tiftix ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tistħarreġ jekk l-abbinament ta’ browser (Chrome) mal-portal ta’ bejgħ (Play) u mal-applikazzjoni ta’ tiftix ġenerali (Google Search) setax jeskludi kompetituri daqstant effiċjenti ta’ browsers.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi kkonstatat mill-ġdid l-abbuż fid-Deċiżjoni dwar l-obbligi ta’ antiframmentazzjoni u billi attribwixxiet l-allegati effetti ta’ esklużjoni għal aġir li d-Deċiżjoni ma kkonstatatx bħala abbużiv.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi kkonstatat mill-ġdid il-karatterizzazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ aġir abbużiv marbut mal-obbligi ta’ antiframmentazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta attribwixxiet l-allegati effetti ta’ esklużjoni lil aġir li, skont id-Deċiżjoni, ma kienx abbużiv.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-ġustifikazzjonijiet oġġettivi tal-obbligi ta’ antiframmentazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli teżamina n-neċessità tal-obbligi ta’ antiframmentazzjoni kkontestati.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-interess leġittimu ta’ Google fir-rigward tal-protezzjoni tal-ekosistema sħiħa Android, inkluż b’mod partikolari tagħmir mhux GMS.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat id-Deċiżjoni minkejja n-nuqqas tad-Deċiżjoni li tevalwa b’mod korrett il-kundizzjonijiet li fihom Google adottat liċenzja open-source għal Android.

Il-Qorti Ġenerali ma evalwatx b’mod korrett l-evidenza fil-fajl rigward in-neċessità tal-ftehim antiframmentazzjoni, fid-dawl tal-inadegwatezza ta’ soluzzjoni bbażata fuq it-trade mark.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat id-Deċiżjoni minkejja l-esklużjoni tal-abbuż tal-portafoll RSA.

Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta eżerċitat ġurisdizzjoni llimitata sabiex temenda l-multa.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-23/23)

(2023/C 83/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u R. Lindenthal, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika ta’ Malta

Talbiet

tiddikjara li, bl-adozzjoni ta’ sistema ta’ deroga li tippermetti l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi (l-isponsun, Fringilla coelebs, il-ġojjin, Carduelis cannabina, il-gardell, Carduelis carduelis, il-verdun, Carduelis chloris, taż-żebbuġ, Coccothraustes coccothraustes, l-apparell, Serinus serinus, u l-ekru, Carduelis spinus), ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 u taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar l-għasafar”), moqrija flimkien mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar; u

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Filwaqt li invokat l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva dwar l-għasafar, fl-2014 Malta introduċiet sistema ta’ deroga li tawtorizza l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi għal finijiet ta’ rekreazzjoni, li fil-kuntest tagħha awtorizzat l-istaġuni tal-insib fl-2014 u fl-2015. Fis-sentenza tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2018, Il-Kummissjoni vs Malta (C-557/15, EU:C:2018:477), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li din is-sistema ta’ deroga ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Malta neħħiet din is-sistema ta’ deroga.

F’Ottubru 2020, Malta adottat sistema ta’ deroga simili għall-insib għall-istess speċi ta’ għasafar tal-għana. Din id-darba Malta invokat id-deroga prevista fl-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva dwar l-għasafar, filwaqt li argumentat li s-sistema ta’ deroga l-ġdida kellha għanijiet ta’ riċerka. Malta fetħet l-istaġuni tal-insib għall-allegata “riċerka” fl-2020, fl-2021 u fl-2022.

Id-Direttiva dwar l-għasafar tobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma ta’ għasafar selvaġġi, bħalma huma l-għasafar tal-għana inkwistjoni, u l-qabda ta’ għasafar selvaġġi permezz ta’ mezzi mhux selettivi, bħalma huma x-xbiek u n-nases. Kwalunkwe deroga minn dawn il-projbizzjonijiet għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stretti previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-għasafar.

Il-Kummissjoni tqis li Malta ma stabbilixxietx li l-kundizzjonijiet għal deroga skont l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva dwar l-għasafar huma ssodisfatti. L-ewwel, Malta naqset milli tistabbilixxi li s-sistema ta’ deroga tagħha għandha għan ġenwin ta’ riċerka. It-tieni, Malta naqset milli tagħti raġunijiet għall-assenza ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra. It-tielet, Malta naqset milli tistabbilixxi assenza ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra fil-mertu.


(1)  ĠU 2010, L 20, p. 7.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/14


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2023 minn Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-158/21, Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-26/23 P)

(2023/C 83/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” (rappreżentant: T. Hieber, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ungerija, Ir-Repubblika Ellenika u Ir-Repubblika Slovakka.

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-158/21 u tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 171 final tal-14 ta’ Jannar 2021;

jew, sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-158/21 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-assenjazzjoni mill-ġdid tal-kawża lil relatur ġdid kienet tmur kontra l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Ksur tal-Artikolu 9 TUE. Il-Qorti Ġenerali injorat li l-Kummissjoni ma tatx l-istess attenzjoni lill-inizjattivi kollha taċ-ċittadini Ewropej, li setgħu jiġbru mill-inqas miljun firma u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti fir-Regolament IĊE applikabbli.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali injorat il-kompetenzi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Minority SafePack.

Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “żball manifest ta’ evalwazzjoni”. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żiedet rekwiżiti addizzjonali.

Żball manifest ta’ evalwazzjoni. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet l-argument tal-appellant li skontu l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-miżuri mressqa fil-komunikazzjoni kkontestata sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha li tadotta l-proposti 1 u 3 tal-Inizjattiva Minority SafePack.

Ksur tal-oneru tal-prova. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li imponiet b’mod żbaljat l-oneru tal-prova fuq l-appellant.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-Qorti Ġenerali injorat il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-komunikazzjoni kkontestata.

Ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut. Il-motivazzjoni pprovduta mill-Qorti Ġenerali kienet kontradittorja u insuffiċjenti.


Il-Qorti Ġenerali

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-617/17 RENV) (1)

(“Responabbiltà mhux kuntrattwali - Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni - Investigazzjoni tal-OLAF - Spezzjoni fuq il-post - Irregolaritajiet u nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-Kummissjoni - Dritt għal smigħ - Dannu morali - Rabta kawżali”)

(2023/C 83/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Vialto Consulting Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: S. Paliou u A. Skoulikis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, J. Baquero Cruz u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet minħabba illegalitajiet li twettqu, minn naħa, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) waqt spezzjoni li saret fil-bini tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, mill-Kummissjoni Ewropea insegwitu tal-imsemmija spezzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Vialto Consulting Kft. kumpens ta’ EUR 5 000 bħala dannu morali mġarrab.

2)

Il-kumpens li għandu jitħallas lil Vialto Consulting għandu jiżdied b’interessi moratorji, sa mill-għoti ta’ din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmi kumpens, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, b’żieda ta’ żewġ punti perċentwali.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-Kawża C-650/19 P, kif ukoll għal dawk marbuta mal-proċedura inizjali, fil-kuntest tal-Kawża T-617/17, u mal-proċedura ta’ rinviju, fil-kuntest tal-Kawża T-617/17 RENV, quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-537/18) (1)

(“Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni - Sussidju - Investigazzjonijiet tal-OLAF - Sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sentejn - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi - Ġurisdizzjoni sħiħa - Proporzjonalità tas-sanzjoni”)

(2023/C 83/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Vialto Consulting (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Christianos, A. Politis u G. Kelepouri, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2018 li permezz tagħha hija ġiet eskluża għal perijodu ta’ sentejn mill-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, mill-proċeduri tal-għoti ta’ sussidji, mill-proċeduri ta’ strumenti finanzjarji (għall-istrumenti ta’ investiment partikolari u għall-intermedjarji finanzjarji) u mill-proċeduri ta’ prezzijiet irregolati mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), u mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17), u ordnat il-pubblikazzjoni ta’ din l-esklużjoni fuq is-sit internet tagħha, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, hija titlob il-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minnha minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vialto Consulting Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Dicembru 2022 – Landwärme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-626/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq tal-bijogass - Eżenzjonijiet fiskali li jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni - Deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Kumulu ta’ għajnuna - Għajnuna mogħtija minn diversi Stati Membri - Bijogass importat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikolu 110 TFUE”)

(2023/C 83/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Landwärme GmbH (Munich, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: J. Bonhage u M. Frank, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: O. Simonsson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4489 final tad-29 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mmill-Istat SA.56125 (2020/N) – L-Isvezja – Prolongation and modification of SA.49893 (2018/N) – Tax exemption for non-food based biogas and bio-propane in heat generation, u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4487 final tad-29 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56908 (2020/N) – L-Isvezja – Prolongation and modification of biogas scheme for motor fuel in Sweden.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4489 final tad-29 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56125 (2020/N) – L-Isvezja – Prolongation and modification of SA.49893 (2018/N) – Tax exemption for non-food based biogas and bio-propane in heat generation, hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4487 final tad-29 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56908 (2020/N) – L-Isvezja – Prolongation and modification of biogas scheme for motor fuel in Sweden, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Landwärme GmbH.

4)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Grünig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina - Dazji antidumping definittivi - Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ użu finali - Rikors għal annullament - Natura diviżibbli - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Dazju impost b’mod nondiskriminatorju - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 83/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Grünig KG (Bad Kissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Y. Melin u I. Fressynet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, G. Luengo u M. Gustafsson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grünig KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EOC Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-747/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina - Dazji antidumping definittivi - Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ użu finali - Rikors għal annullament - Natura diviżibbli - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Dazju impost b’mod nondiskriminatorju - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 83/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EOC Belgium (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Melin u I. Fressynet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, G. Luengo u M. Gustafsson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EOC Belgium hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/21) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mir-Rumanija - Programm nazzjonali għall-iżvilupp rurali 2007-2013 - Metodi ta’ kalkolu tar-rati ta’ sostenn relatati mas-submiżura ‘1a’ tal-miżura 215 - Pagamenti għall-benesseri tal-‘ħnieżer għas-simna’ u ‘ħnieżer qabel ir-refgħa’ - Żieda ta’ mill-inqas 10 % tal-ispazju disponibbli allokat lil kull annimal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti - Artikolu 12(6) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qafas tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità u ta’ clearance tal-kontijiet”)

(2023/C 83/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane u L. E. Baţagoi, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, A. Biolan u M. Kaduczak, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Rumanija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2020, L 390, p. 10), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li hija sostniet għas-snin finanzjarji 2017 sa 2019 għal ammont ta’ EUR 18 717 475,08.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din teskludi mill-finanzjament ċertu nfiq li r-Rumanija sostniet taħt il-FAEŻR għas-snin finanzjarji 2017 sa 2019 u għal ammont ta’ EUR 18 717 475,08.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Firearms United Network vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-187/21) (1)

(“REACH - Regolament (UE) 2021/57 - Aġġornament tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Restrizzjoni fuq iċ-ċomb - Użu taċ-ċomb mill-kaċċa fl-artijiet mistagħdra jew madwarhom - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

(2023/C 83/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Firearms United Network (Varsavja, il-Polonja), Tomasz Walter Stępień (Żelechów, il-Polonja), Michał Budzyński (Cegłów, il-Polonja), Andrzej Marcjanik (Złotokłos, il-Polonja) (rappreżentant: E. Woźniak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici,)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: J. Möller, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin u G. Bain, aġenti), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u N. Herbatschek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/57 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (ĠU 2021, L 24, p. 19).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Firearms United Network u MM. Tomasz Walter Stępień, Michał Budzyński u Andrzej Marcjanik għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Firearms United Network u Tomasz Walter Stępień, Michał Budzyński u Andrzej Marcjanik għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – EWC Academy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/21) (1)

(“Politika soċjali - Sussidji intiżi għal azzjonijiet previsti li jippromwovu l-inizjattivi fil-qasam tal-governanza tal-impriżi - Sejħa għal proposti VP/2020/008 - Esklużjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej li ma għandhomx personalità ġuridika - Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1046”)

(2023/C 83/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: EWC Academy GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Däubler-Gmelin, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ April 2021 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet it-talba għal sussidju li hija kienet issottomettiet, bħala koordinatriċi ta’ konsorzju, fil-kuntest tas-sejħa għal proposti VP/2020/008 dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-governanza tal-impriżi.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ April 2021 li tiċħad talba għal sussidju mressqa minn EWC Academy GmbH abbażi tas-sejħa għal proposti VP/2020/008 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn EWC Academy.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – YAplus DBA Yoga Alliance vs EUIPO – Vidyanand (YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL)

(Kawża T-443/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva YOGA ALLIANCE INDIA INTERNATIONAL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti yoga ALLIANCE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 83/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: YAplus DBA Yoga Alliance (Arlington, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant:: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Swami Vidyanand (Villupuram, l-Indja) (rappreżentanti: L. Saglietti u E. Bianco, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Mejju 2021 (Każ R 1062/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

YAplus DBA Yoga Alliance hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 368, 13.9.2021.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS)

(Kawża T-644/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WellBe PHARMACEUTICALS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 83/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M.-P. Dauquaire, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Wellbe Pharmaceuticals S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1423/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pharmadom hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Rolex vs EUIPO – PWT (Rappreżentazzjoni ta’ kuruna)

(Kawża T-726/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - -Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kuruna - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw kuruna u ROLEX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2023/C 83/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rolex SA (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Sueiras Villalobos, P. Tent Alonso u V. Gigante Pérez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PWT A/S (Aalborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: A. Skovfoged Melgaard u C. Barrett Christiansen, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 2389/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rolex SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Dorsum vs EUIPO – id Quantique (Clavis)

(Kawża T-758/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Clavis - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLAVIS - Assenza ta’ identifikazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-att ta’ oppożizzjoni - Kundizzjonijiet għall- ammissibbiltà tal-oppożizzjoni”)

(2023/C 83/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dorsum Informatikai Fejlesztő és Szolgáltató Zrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Hajdu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: id Quantique SA (Carouge, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob ir-riforma jew l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2021 (Każ R 189/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dorsum Informatikai Fejlesztő és Szolgáltató Zrt. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

id Quantique SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 51, 31.1.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – DN Solutions (PUMA)

(Kawża T-4/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PUMA - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2023/C 83/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DN Solutions Co. Ltd., li kienet Doosan Machine Tools Co. Ltd. (Seongsan-gu, Changwon-si, il-Korea ta’ Fuq) (rappreżentanti: R. Böhm u C. Brecht, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1677/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – OM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 83/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OM (rappreżentant: G. Paris, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2021, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u informatu dwar il-ħatra ta’ kandidat ieħor għal din il-pożizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Seifert vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Miżuri li jkopru liċ-ċittadini Russi, lill-persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja u lill-persuni ġuridiċi, entitajiet u organi stabbiliti fir-Russja - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2023/C 83/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Evgenia Seifert (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Seifert, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-punt 9 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 49, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 114, p. 212), sa fejn din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni moqri flimkien mad-dritt tagħha tar-rispett għall-ħajja privata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Evgenia Seifert għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2023 – Vleuten Insects u New Generation Nutrition vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/22 R)

(“Miżuri provviżorji - Sigurtà tal-prodotti tal-ikel - Ikel ġdid - Regolament (UE) 2015/2283 - Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-larva ta’ Alphitobius diaperinus - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2023/C 83/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vleuten Insects vof (Hoogeloon, il-Pajjiżi l-Baxxi), New Generation Nutrition BV (Helvoirt, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: N. Carbonnelle, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħhom abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 3478 finali, tat-2 ta’ Ġunju 2022, li ttemm il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-larva ta’ Alphitobius diaperinus bħala ikel ġdid mingħajr aġġornament tal-lista tal-ikel ġdid tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – SN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/22)

(2023/C 83/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SN (rappreżentanti: L. Levi and P. Baudoux, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-11 ta’ Jannar 2022 sa fejn iżżid, bħala restrizzjoni li għandha tiġi osservata meta r-rikorrent ikun bil-leave għal raġunijiet personali, il-kundizzjoni li ma jkunx involut, jipparteċipa jew jagħti pariri fi proċeduri u/jew materji mwettqa minn jew li jinvolvi lill-Kummissjoni Ewropea u lill-qrati tal-Unjoni u li ma jidħolx f’kuntatti professjonali diretti jew indiretti (inkluż bil-miktub) mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni fil-kuntest tax-xogħol attwali tiegħu,

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-27 ta’ Lulju 2022 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)4048 tad-29 ta’ Ġunju 2018 dwar attività u assenjazzjonijiet esterni u fuq attivitajiet okkupazzjonali wara t-tluq mis-servizz, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Zásilkovna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-784/22)

(2023/C 83/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Zásilkovna s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Kubáč, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 5136 final tal-15 ta’ Lulju 2022 fil-Każ SA.55208 (2020/C) – għoti ta’ kumpens lill-Posta Ċeka għall-obbligu ta’ servizz universali fis-settur tal-posta matul il-perijodu 2018-2022.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit formali essenzjali sa fejn id-deċiżjoni tagħha ma hijiex debitament immotivata. B’mod partikolari, il-motivazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata għal sempliċi dikjarazzjonijiet mhux iddettaljati u tinjora r-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma mmotivatx suffiċjentement din id-devjazzjoni mill-ġurisprudenza u mill-opinjonijiet preliminari li hija kienet esprimiet. Konsegwentement, il-Kummissjoni kisret id-dritt proċedurali essenzjali tar-rikorrenti peress li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea huma obbligati li jimmotivaw l-atti inkwistjoni sabiex ikun żgurat li dawn ikunu jistgħu jiġu mistħarrġa minn qorti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-Posta Ċeka talloka l-ispejjeż tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali (iktar il-Quddiem “OSU” fis-settur postali b’mod separat mill-ispejjeż tal-attivitajiet tagħha (kummerċjali) mhux koperti mill-OSU. Madankollu, ir-rikorrenti hija konvinta li l-ispejjeż marbuta mal-investimenti fl-infrastrutturi u mal-operat tan-network ma humiex kondiviżi proporzjonalment bejn is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (iktar il-quddiem “SIEG”) u l-attivitajiet kummerċjali l-oħra tal-Posta Ċeka peress li wħud mill-ispejjeż li jaqgħu taħt l-OSU (bħalma huma l-persunal, it-tagħmir inklużi l-vetturi, id-databases, etċ.) huma effettivament allokati wkoll għal attivitajiet kummerċjali li ma jaqgħux taħt OSU. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-kalkolu tal-ispiża netta evitata jinkludi biss l-ispejjeż neċessarji sabiex jitwettqu l-OSU ma tfissirx awtomatikament li l-Posta Ċeka ma tużax dawn l-istess spejjeż (per eżempju għall-persunal, għat-tagħmir inklużi l-vetturi, għad-databases, etċ.) ukoll għal attivitajiet kummerċjali mhux marbuta ma OSU. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u b’dan il-mod kisret it-TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi injorat kompletament, jew billi ma indirizzatx suffiċjentement ċerti oġġezzjonijiet tar-rikorrenti fir-rigward tal-eżistenza ta’ kumpens żejjed lill-Posta Ċeka, jiġifieri b’mod partikolari li (i) l-OSU jista’ jitwettaq minn operaturi privati fuq bażi kummerċjali mingħajr ebda għajnuna; (ii) il-perijodi ta’ deprezzament għall-finijiet tal-perijodu tal-mandat huma kompletament infondati, u (iii) jeżistu preżunzjonijiet żbaljati fix-xenarju kontrafattwali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u b’dan il-mod kisret it-TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li s-sussidju inkroċjat lill-Posta Ċeka ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Madankollu, skont ir-rikorrenti, is-sussidju inkroċjat lill-Posta Ċeka fih innifsu jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli taħt l-Artikolu 107(1) TFUE li kienet diġà qed tingħata minn tal-inqas mill-perijodu 2013-2017 (iżda probabbilment saħansitra minn qabel) li kellu jiġi eżaminat fil-fond mill-Kummissjoni fi proċedura amministrattiva separata, u mhux b’mod inċidentali fil-kuntest tal-Każ SA.55208 (2020/C) li huwa limitat għall-perijodu 2018-2022. Madankollu, il-Kummissjoni żbaljatament ikkonkludiet li dan is-sussidju inkroċjat bl-ebda mod ma jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Din il-konklużjoni hija żbaljata kemm mill-perspettiva fattwali kif ukoll minn dik legali. Barra minn hekk, din tikkuntrasta bil-qawwi mal-ġurisprudenza stabbilita sewwa kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u b’dan il-mod kisret it-TFUE.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2023 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/23)

(2023/C 83/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, B. Fodda u E. Leclerc, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Avviż ta’ Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/401/22, Amministraturi (AD 6) fl-oqsma tal-enerġija, tal-klima u tal-ambjent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/27


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2023 – Balaban vs EUIPO – Shenzhen Stahlwerk Welding Technology (STAHLWERK)

(Kawża T-13/23)

(2023/C 83/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shenzhen Stahlwerk Welding Technology Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “STAHLWERK”– Trade mark tal-Unjoni Nru 11 554 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 2060/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Laboratorios Normon vs EUIPO – Sofar (NORMOCARE)

(Kawża T-19/23)

(2023/C 83/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Normon, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: I. Gonzalez-Mogena Gonzalez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sofar SpA (Trezzano Rosa, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NORMOCARE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 767 294

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 916/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, sa fejn ikun xieraq, lil Sofar Spa għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Japan Tobacco vs EUIPO – Dunhill Tobacco of London (FLOW FILTER)

(Kawża T-20/23)

(2023/C 83/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Japan Tobacco, Inc. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dunhill Tobacco of London Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “FLOW FILTER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 002 134

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1774/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tal-prodotti kkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi tal-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Ħames Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Chart vs EUIPO (ABSOLUTEFLOW)

(Kawża T-21/23)

(2023/C 83/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Chart Inc. (Ball Ground, Georgia, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: R. Drożdż u J. Wachinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ABSOLUTEFLOW – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 669 744

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1583/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Markt-Pilot vs EUIPO (MARKT-PILOT)

(Kawża T-22/23)

(2023/C 83/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mark-Pilot GmbH (Beilstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Nielen, avukat, u A. Puff, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MARKT-PILOT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 531 626

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 672/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2023 – GKP vs EUIPO – Cristalfarma (TIARA RUBIS)

(Kawża T-518/22) (1)

(2023/C 83/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 398, 17.10.2022.