ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
1 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 77/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Frar 2023

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 77/02

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10796 — GOOGLE / PHOTOMATH) ( 1 )

2


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Frar 2023

(2023/C 77/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0619

JPY

Yen Ġappuniż

145,23

DKK

Krona Daniża

7,4443

GBP

Lira Sterlina

0,87701

SEK

Krona Żvediża

11,0780

CHF

Frank Żvizzeru

0,9947

ISK

Krona Iżlandiża

152,30

NOK

Krona Norveġiża

10,9713

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,497

HUF

Forint Ungeriż

377,68

PLN

Zloty Pollakk

4,7125

RON

Leu Rumen

4,9200

TRY

Lira Turka

20,0556

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5760

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4411

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,3351

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7216

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4314

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 401,84

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

19,5518

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3663

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 193,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,7653

PHP

Peso Filippin

58,760

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,485

BRL

Real Brażiljan

5,5280

MXN

Peso Messikan

19,4480

INR

Rupi Indjan

87,7205


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10796 — GOOGLE / PHOTOMATH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 77/02)

1.   

Fil-21 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Google LLC (“Google”, US), ikkontrollata minn Alphabet Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka)

Photomath, Inc. (“Photomath”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Google takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Photomath kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Google hija attiva f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ prodotti, inklużi t-teknoloġija tar-reklamar, it-tiftix fuq l-internet, il-cloud computing, is-software u l-hardware. Fost prodotti u servizzi oħra, Google tipprovdi diversi prodotti edukattivi, inklużi apps, programmi u għodod ta’ litteriżmu diġitali, f’firxa ta’ suġġetti, inklużi ċerti suġġetti tal-matematika.

Photomath jipprovdi verżjonijiet bla ħlas u primium ta’ app ta’ homework li tuża kamera tal-ismartphone biex tiskennja u tirrikonoxxi problemi simboliċi fil-matematika (algebra, calculus, graffs eċċ), u tipprovdi lill-utenti b’soluzzjonijiet pass pass ibbażati fuq il-kapaċitajiet proprjetarji tagħha stess.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10796 GOOGLE / PHOTOMATH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).