|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 72/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11013 — CINVEN VII / OTPP / GROUP.ONE / DOGADO ) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 72/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10821 – YOKOHAMA RUBBER CO. / TRELLEBORG WHEEL SYSTEMS HOLDING) ( 1 ) |
|
|
2023/C 72/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11003 — DTC / IRCP / DIAMOND TRANSMISSION PARTNERS / OFTO BUSINESS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2023/C 72/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11053 — GROUP CREDIT AGRICOLE / MICHELIN / WATEA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 72/12 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11013 — CINVEN VII / OTPP / GROUP.ONE / DOGADO )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/01)
Fil-21 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11013. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/2 |
LISTA MILITARI KOMUNI TAL-UNJONI EWROPEA
adottata mill-Kunsill fi l-20 ta' Frar 2023
(tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi r-regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari)
(li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Frar 2022 (1) )
(PESK)
(2023/C 72/02)
|
Nota 1 |
Termini f’“virgoletti doppji” huma termini definiti. Irreferi għal ’Definizzjonijiet ta’ Termini użati f’din il-Lista’ annessa ma’ din il-Lista. |
|
Nota 2 |
F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS jintwerew biex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti. |
ML1 Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b’kalibru ta’ 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
Nota |
ML1 ma japplikax għal:
|
Nota Teknika
’Arma tan-nar diżattivata' hija arma tan-nar li għamluha inkapaċi li tispara kwalunkwe projettili permezz ta' proċessi definiti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE jew tal-Istat Parteċipanti fil-Ftehim ta' Wassenaar. Dawn il-proċessi jimmodifikaw b'mod irreversibbli l-elementi essenzjali tal-arma tan-nar. Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tista' tiġi attestata b'ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti u jista' jiġi mmarkat permezz ta' timbru fuq parti essenzjali tal-arma tan-nar.
|
a. |
Azzarini u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, mitraljatriċi, sub-mitraljatriċi u volley guns;
|
|
b. |
Armi b’kanna lixxa kif ġej:
|
|
c. |
Armi li jużaw munizzjon mingħajr skartoċċ; |
|
d. |
Aċċessorji ddiżinjati għall-armamenti speċifikati f’ML1.a., ML1.b. jew ML1.c., kif ġej:
|
ML2 Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b’kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta’ 0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Xkubetti, howitzers, kanuni, kanuni tat-tip mortar, armi ta’ kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, kanuni tal-fjammi militari, azzarini, azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura u armi biċ-ċilindru lixx;
|
|
b. |
Projetturi, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
|
|
c. |
Aċċessorji iddiżinjati apposta għal armi speċifikati f’ML2.a., kif ġej:
|
|
d. |
Ma baqax jintuża wara l-2019 |
ML3 Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Munizzjon għall-armi speċifikati f’ML1, ML2 jew ML12; |
|
b. |
Apparati tal-issettjar tal-fjus iddiżinjati apposta għal munizzjon speċifikati f’ML3.a. |
|
Nota 1 |
Komponenti ddiżinjati apposta speċifikati f’ML3 jinkludu:
|
|
Nota 2 |
ML3.a. ma japplika għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
Nota 3 |
ML3.a. ma japplikax għal kartriġis iddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:
|
ML4 Bombi, torpedos, rokits, missili, apparati u kargi splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
N.B.1. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
N.B.2. |
Għal Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c. |
|
a. |
Bombi, torpedos, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, kargi tal-fond, kargi tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis, submunizzjonijiet għalihom u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddiżinjat apposta għal użu militari;
|
|
b. |
Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:
|
|
c. |
Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Inġenji tal-Ajru mill-Missili (AMPS).
|
ML5 Tagħmir għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ttestjar u allinjament u kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Apparat ta’ mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta’ puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi; |
|
b. |
Tagħmir ieħor għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, kif ġej:
|
|
c. |
Tagħmir ta’ kontromiżura għall-oġġetti speċifikati f’ML5.a. jew ML5.b.;
|
|
d. |
Tagħmir ta’ test jew ta’ allinjament fuq il-post, iddiżinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f’ML5.a., ML5.b. jew ML5.c. |
ML6 Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:
|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
Vetturi tal-art u komponenti għalihom, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari;
|
|
b. |
Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:
|
|
N.B. |
Ara wkoll ML13.a.
|
ML7 Aġenti kimiċi, “aġenti bijoloġiċi”, “aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:
|
a. |
“Aġenti bijoloġiċi” jew materjali radjuattivi, magħżulin jew modifikati sabiex ikunu aktar effettivi biex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent; |
|
b. |
Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inkluż:
|
|
c. |
Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin għall-gwerra kimika, kif ġej:
|
|
d. |
“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”, sustanzi kimiċi kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inkluż:
|
|
e. |
Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għad-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
f. |
Tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi kif ġej:
|
|
g. |
Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ materjali speċifikati f’ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;
|
|
h. |
“Bijopolimeri” iddiżinjati jew ipproċessati apposta għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati f’ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelluli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti; |
|
i. |
“Bijokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:
|
ML8 “Materjali enerġetiċi” u sustanzi relatati, kif ġej:
|
N.B.1. |
Ara wkoll 1.C.11. fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
|
N.B.2. |
Għal kargi u tagħmir, ara ML4 u 1.A.8. fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
Noti Tekniċi
|
1. |
Għall-finijiet ta’ ML8, eskluż ML8.c.11. jew ML8.c.12., ’taħlita’ tirreferi għal kompożizzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar b’minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-subpunti ML8. |
|
2. |
Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta’ ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f’applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista’ tintuża wkoll bħala fjuwil jew bħala ossidant.) |
|
3. |
Għall-finijiet ta’ ML8, id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta’ piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta’ kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella. |
|
a. |
“Splussivi” kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:
|
|
b. |
“Propellanti”, kif ġej:
|
|
c. |
“Pirotekniċi”, fjuwils u susta nzi relatati, kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:
|
|
d. |
Ossidanti, kif ġej, u ’taħlitiet’ tagħhom:
|
|
e. |
Bajnders, plastikizzaturi, monomeri u polimeri, kif ġej:
|
|
f. |
“Teknoloġija”, kif ġej:
|
|
g. |
“Prekursuri” kif ġej:
|
|
h. |
Trab u forom ta’ ’materjal reattiv’, kif ġej:
|
ML9 Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:
|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
Bastimenti u komponenti, kif ġej:
|
|
b. |
Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej, iddiżinjati apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari:
|
|
c. |
Apparat ta’ sejbien ta’ taħt l-ilma, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu ddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
d. |
Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
e. |
Ma baqax jintuża wara l-2003; |
|
f. |
Penetraturi u konnetturi tal-buq, iddiżinjati apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari;
|
|
g. |
Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, iddiżinjati apposta għall-użu militari:
|
|
h. |
Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, iddiżinjat apposta għall-bastimenti speċifikati f’ML9.a. u komponenti tagħhom iddiżinjati jew ’modifikati’ apposta għall-użu militari. Nota Teknika Għall-fini ta' ML9.h., 'modifikat' tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet militari ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.
|
ML10 “Inġenji tal-ajru”, “vetturi eħfef mill-arja”, “Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ” (“UAVs”), aeromagni u tagħmir għall-“inġenji tal-ajru”, tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:
|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
“Inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” b’ekwipaġġ, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom; |
|
b. |
Ma baqax jintuża wara l-2011 |
|
c. |
“Inġenji tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ u “vetturi eħfef mill-arja”, u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
d. |
Magni aeronawtiċi bi propulsjoni u komponenti ddiżinjati apposta għalihom; |
|
e. |
Tagħmir għall-għoti tal-fjuwil fl-ajru ddiżinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalih:
|
|
f. |
Tagħmir tal-art iddiżinjat apposta għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati f’ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati f’ML10.d.;
|
|
g. |
Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta’ emerġenza, mhux speċifikati f’ML10.a., iddiżinjati għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati f’ML10.a.;
|
|
h. |
Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
i. |
Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku, iddiżinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut. |
|
Nota 1 |
ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” jew varjanti ta’ dawk l-“inġenji tal-ajru” ddiżinjati apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:
|
|
Nota 2 |
ML10.d. ma japplikax għal:
|
|
Nota 3 |
Għall-finijiet ta’ ML10.a. u ML10.d., komponenti ddiżinjati apposta u tagħmir relatat għal “inġenji tal-ajru” mhux militari jew aeromagni modifikati għall-użu militari, japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari. |
|
Nota 4 |
Għall-finijiet ta’ ML10.a., l-użu militari jinkludi: ġlied, tkixxif militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari. |
|
Nota 5 |
ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” li għandhom dan kollu li ġej:
|
|
Nota 6 |
ML10.d ma japplikax għal aeromagni bi propulsjoni li ġew immanifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946. |
ML11 Tagħmir elettroniku, “inġenji spazjali” u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:
|
a. |
Tagħmir elettroniku ddiżinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddiżinjati apposta għalih;
|
|
b. |
Tagħmir ta’ ġġammjar iddiżinjat jew modifikat biex ifixkel ir-riċeviment, it-tħaddim jew l-effettività tas-servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ navigazzjoni jew ta’ determinazzjoni tal-ħin ipprovduti minn “sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita”, u komponenti ddiżinjati apposta għalih; |
|
c. |
“Inġenji spazjali” ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-“inġenji spazjali” ddiżinjati apposta għall-użu militari. |
ML12 Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika ddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall; |
|
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijanjostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projettili u sistemi tal-enerġija kinetika.
|
ML13 Tagħmir, kostruzzjonijiet, komponenti, u aċċessorji blindati jew protettivi, kif ġej:
|
a. |
Pjanċa metallika jew mhux metallika blindata, li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
b. |
Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, iddiżinjati apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom; |
|
c. |
Elmi u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom, kif ġej:
|
|
d. |
Korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv, u komponenti għalihom, kif ġej:
|
|
Nota 1 |
ML13.b. jinkludi materjali ddiżinjati apposta sabiex jiffurmaw blindaġġ reattiv għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari. |
|
Nota 2 |
ML13.c. ma japplikax għall-elmi li jissodisfaw dan kollu li ġej:
|
|
Nota 3 |
ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess. |
|
Nota 4 |
L-uniċi elmi ddiżinjati apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati f’ML13.c huma dawk iddiżinjati apposta għall-użu militari. |
|
Nota 5 |
ML13.d.1. ma japplikax għal xedd tal-għajnejn protettiv.
|
|
N.B. 1 |
Ara wkoll l-entrata 1.A.5. fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
|
N.B. 2 |
Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta’ korazzi tal-ġisem u elmi, ara l-entrata 1.C.10. fil-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju. |
ML14 ’Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari, jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulaturi ddiżinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom.
Nota Teknika
It-terminu 'tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari' jinkludi tipi militari ta' trejners ta' attakk, ta' trejners ta' titjir operattiv, ta' trejners għall-bersall radar, ta' ġeneraturi ta' bersall radar, ta' apparati ta' taħriġ fl-isparar, ta' trejners għall-gwerra antisottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' trejners radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfigħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' “inġenji tal-ajru” telegwidati, ta' trejners tal-armamenti, ta' trejners għall-gwida ta' “ inġenji tal-ajru” mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.
|
Nota 1 |
ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għal simulaturi, meta ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari. |
|
Nota 2 |
ML14 ma japplikax għal tagħmir iddiżinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports. |
ML15 Tagħmir ta’ immaġni jew kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Rekorders u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni; |
|
b. |
Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli; |
|
c. |
Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni; |
|
d. |
Tagħmir għal immaġni bl-infra-aħmar jew għal immaġni termali; |
|
e. |
Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar; |
|
f. |
Tagħmir ta’ kontromiżura jew ta’ kontro-kontromiżura, għat-tagħmir speċifikat f’ML15.a. sa ML15.e.
|
ML16 Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddiżinjati apposta għal oġġetti speċifikati f’ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.
|
Nota |
ML16 japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni. |
ML17 Tagħmir, materjal u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
a. |
Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
|
|
b. |
Tagħmir tal-kostruzzjoni ddiżinjat apposta għall-użu militari; |
|
c. |
Aċċessorji, kisjiet u trattamenti, għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
d. |
Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddiżinjat apposta għall-użu f’żona ta’ ġlied; |
|
e. |
“Robots”, kontrolluri tar-“robots” u “tagħmir tat-tarf” tar-“robots”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
f. |
f. “Libreriji” ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari b’sistemi, tagħmir jew komponenti, speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
g. |
Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, mhux speċifikat xi mkien ieħor, iddiżinjati apposta għall-użu militari u komponenti għalihom iddiżinjati jew ’modifikati’ apposta għall-użu militari;
|
|
h. |
Tagħmir jew materjal, miksi jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjat apposta għall-użu militari, mhux speċifikat xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
i. |
Simulaturi ddiżinjati apposta għal “reatturi nukleari” militari; |
|
j. |
Ħwienet tat-tiswija mobbli ddiżinjati jew ’modifikati’ apposta għall-manutenzjoni ta’ tagħmir militari; |
|
k. |
Ġeneraturi ta’ fuq il-post iddiżinjati jew “modifikati” apposta għall-użu militari; |
|
l. |
Kontejners intermodali jew xassijiet tal-vetturi li jiżżarmaw (jiġifieri swap bodies) tal-istandard ISO, iddiżinjati jew “modifikati” apposta għall-użu militari; |
|
m. |
Laneċ, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u pontuni, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
n. |
Mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ oġġetti speċifikati f’ML4, ML6, ML9 jew ML10; |
|
o. |
Tagħmir ta’ protezzjoni mil-“laser” (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddiżinjat apposta għall-użu militari; |
|
p. |
“Ċelloli tal-fjuwil”, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddiżinjati apposta jew ’modifikati’ għall-użu militari. Nota Teknika
|
ML18 Tagħmir ta’ ’produzzjoni’, faċilitajiet għal testijiet ambjentali u l-komponenti tagħhom, kif ġej:
|
a. |
Tagħmir ta’ ’produzzjoni’ ddiżinjat jew modifikat apposta għall-’produzzjoni’ ta’ prodotti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti ddiżinjati apposta għalih; |
|
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali ddiżinjati apposta u tagħmir iddiżinjat apposta għalihom, mhux speċifikati xi mkien ieħor, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ prodotti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE. Nota Teknika Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu 'produzzjoni' jinkludi tfassil, eżami, manifattura, ittestjar u verifika.
|
ML19 Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:
|
a. |
Sistemi “laser” iddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall; |
|
b. |
Sistemi b’raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu jew li jisfrattaw il-missjoni tal-bersall; |
|
c. |
Sistemi b’qawwa għolja ta’ Frekwenza Radju (RF) kapaċi li jeqirdu jew li jisfrattaw il-missjoni tal-bersall; |
|
d. |
Tagħmir iddiżinjat apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati f’ML19.a. sa ML19.c.; |
|
e. |
Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti, speċifikati minn ML19; |
|
f. |
Sistemi “laser” iddiżinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti lil viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista.
|
ML20 Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji iddiżinjati apposta għalih:
|
a. |
Tagħmir iddiżinjat apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (- 170o C);
|
|
b. |
Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti jew trasformaturi) iddiżinjat jew konfigurat apposta biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u li kapaċi jaħdem waqt li tkun miexja.
|
ML21 “Software” kif ġej:
|
a. |
“Software” iddiżinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
b. |
“Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat f’ML21.a., kif ġej:
|
|
c. |
“Software”, mhux speċifikat f’ML21.a. jew ML21.b., iddiżinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta’ tagħmir speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE.
|
ML22 “Teknoloġija”, kif ġej:
|
a. |
“Teknoloġija”, barra minn dik speċifikata f’ML22.b, li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, it-tiġdid jew ir-rinnovazzjoni ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
b. |
“Teknoloġija”, kif ġej:
|
|
4. |
Ma baqax jintuża wara l-2013
|
|
5. |
“Teknoloġija”“meħtieġa” esklużivament għall-inkorporazzjoni ta’ “bijokatalisti”, speċifikati f’ML7.i.1., f’sustanzi ta’ ġarr militari jew materjal militari. |
|
Nota 1 |
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, it-tiġdid jew ir-rinnovazzjoni ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE tibqa’ taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
Nota 2 |
ML22 ma japplikax għal:
|
DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DIN IL-LISTA
Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta' termini użati f'din il-Lista, f'ordni alfabetiku.
|
Nota 1 |
Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta’ termini definiti matul il-Lista kollha. |
|
Nota 2 |
Il-kliem u t-termini li jinsabu f’din il-Lista ta’ Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu “bejn virgoletti doppji”. F’postijiet oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet komunament aċċettati tagħhom (tad-dizzjunarju), jekk ma tingħatax definizzjoni lokali għal kontroll partikolari. |
|
ML8 |
“Addittivi” |
Sustanzi użati f’formulazzjonijiet splussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom. |
||||||||||||||||||||||
|
ML1, 8, 10, 14 |
“Inġenju tal-ajru” |
Vettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġeometrija varjabbli, ġwienaħ li jduru (ħelikopter), rotor li jista’ jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML11 |
“Sistemi awtomatizzati ta’ kmand u kontroll” |
Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sotto-unità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trażmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta’ hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddiżinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni militari ta’ kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ sistema awtomatizzata ta’ kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta’ informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta’ riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta’ data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta’ operazzjonijiet permezz tal-kompjuter. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Riċerka xjentifika bażika” |
Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7, 22 |
“Bijokatalisti” |
’Enżimi' għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma' u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta' aġenti kimiċi tal-gwerra. Nota Teknika ’Enżimi' tfisser ''bijokatalisti'' għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Aġenti bijoloġiċi” |
Patoġeni jew tossini, magħżula jew modifikati (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) sabiex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Bijopolimeri” |
Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:
Noti Tekniċi
|
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 10 |
“Inġenju tal-ajru ċivili” |
Dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f’listi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Rispons għal inċidenti ċibernetiċi” |
Il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17, 21, 22 |
“Żvilupp” |
Huwa relatat mal-fażijiet kollha ta’ qabel il-produzzjoni tas-serje, bħal: id-diżinn, ir-riċerka dwar id-diżinn, l-analiżijiet tad-diżinn, il-kunċetti tad-diżinn, l-immontar u l-ittestjar ta’ prototipi, l-iskemi piloti ta’ produzzjoni, id-data tad-diżinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-diżinn fi prodott, id-diżinn ta’ konfigurazzjoni, id-diżinn ta’ integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Kompjuter diġitali” |
Tagħmir li jista', fil-forma ta' varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
Nota Teknika N.B. Modifiki ta' sekwenza maħżuna ta' istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta' apparat b'memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Tagħmir tat-tarf” |
Ħattafa, 'unitajiet attivi ta' għodda' u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa fit-tarf ta' driegħ manipulatur ta' “robot”. Nota Teknika ’Unitajiet attivi ta' għodda' huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, proċessar ta' enerġija jew sensitizzazzjoni lil oġġett li qiegħed isir xogħol fuqu. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Materjali enerġetiċi” |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML6, 13 |
“Standards ekwivalenti” |
Standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8, 18 |
“Splussivi” |
Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta’ sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala karga primarja, booster jew prinċipali f’applikazzjoni ta’ testata, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma meħtieġa li jiddetonaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Vetturi ta’ Espressjoni” |
Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f’ċelloli ospiti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML13 |
“Materjali fibrużi jew filamentari” |
Jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML15 |
“Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” |
Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw fibre optic jew pjanċi b’wiċċ tal-ħġieġ għad-dħul u l-ħruġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi bi pjanċa mikrokanali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Ċellola tal-fjuwil” |
Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f’Elettriku ta’ Kurrent Dirett (DC), bil-konsum ta’ fjuwil minn sors estern. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Fl-isfera pubblika” |
Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni. Nota Restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew “software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 19 |
“Laser” |
Oġġett li jipproduċi dawl koerenti fl-ispazju u fil-ħin permezz ta’ amplifikazzjoni b’emissjoni stimolata ta’ radjazzjoni. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Librerija” (database teknika parametrika) |
Ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
“Vetturi eħfef mill-arja” |
Balloons u “airships” li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu. Nota Teknika “Airship” Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta' gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 17 |
“Reattur nukleari” |
Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma’ reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta’ qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Prekursuri” |
Sustanzi kimiċi ta’ speċjalità użati fil-manifattura ta’ splussivi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML 21, 22 |
“Produzzjoni” |
Tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Propellanti” |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu f’rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 8 |
“Pirotekniku/i” |
Taħlit ta’ fjuwils solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b’rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Meħtieġ” |
Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn prodotti differenti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” |
Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta’ “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.) |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Robot” |
Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista' jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt-għal-punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
“aċċess għal utent programmata” tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b'metodi barra:
Nota Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix l-apparati li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML11 |
“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” |
Sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta’ satelliti, u riċevituri, li tippermetti li l-postijiet tar-riċevitur jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ sinjali li jkunu waslu mis-satelliti. Din tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 11, 21 |
“Software” |
Kollezzjoni ta' “programm” jew “mikroprogramm” wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta' espressjoni. Nota Teknika 1 “Programm” Sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku. Nota Teknika 2 “Mikroprogramm” Sekwenza ta' struzzjonijiet elementari li jinżammu f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tagħha f'reġistru ta' struzzjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML11 |
“Inġenji spazjali” |
Satelliti u inġenji spazjali fuq missjoni ta’ tiftix attivi u passivi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML19 |
“Kwalifikati għall-użu spazjali” |
Iddiżinjati, manifatturati, jew kwalifikati permezz ta' testijiet b'suċċess, għall-operazzjoni f'għoli ta' aktar minn 100 km 'il fuq mill-wiċċ tad-dinja. Nota Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun “kwalifikat għall-ispazju” permezz ta' testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta' produzzjoni jew sensiela ta' mudelli jkunu “kwalifikati għall-ispazju” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment. |
||||||||||||||||||||||
|
ML20 |
“Superkonduttiv” |
Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule). Nota Teknika L-istat “superkonduttiv” ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b'“temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. Nota “Temperatura kritika”(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta' tranżizzjoni) ta' materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Teknoloġija” |
Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' 'data teknika' jew 'assistenza teknika'. “Teknoloġija” speċifika għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija definita f'ML22. Noti Tekniċi
|
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
“Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAV”) |
Kwalunkwe “inġenju tal-ajru” li jista’ jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Divulgazzjoni tal-vulnerabbiltà” |
Il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar, jew komunikazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew l-analiżi tagħha flimkien ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju bl-iskop li tinsab soluzzjoni għaliha. |
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Frar 2023
li taħtar erba' rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
(2023/C 72/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati lill-Kunsill mill-Bulgarija, Franza, l-Italja u l-Litwanja,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, l-istandards xjentifiċi għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Huwa wkoll indispensabbli li tiġi żgurata l-kooperazzjoni tal-EFSA mal-Istati Membri. |
|
(2) |
L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li kull Stat Membru jinnomina membru u membru supplenti bħala r-rappreżentanti tiegħu għall-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA. Il-membri u l-membri supplenti hekk innominati jinħatru mill-Kunsill għal perjodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded, u għandhom id-dritt tal-vot. |
|
(3) |
Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2022 (2), ħatar rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2026. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ Ottubru 2022, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sur Roger GENET, il-membru għal Franza, irtira. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Diċembru 2022, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sur Massimo CASCIELLO, il-membru għall-Italja, irtira. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra datata d-9 ta’ Diċembru 2022, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sur Mantas STAŠKEVIČIUS, il-membru għal-Litwanja, irriżenja. |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Diċembru 2022, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sa Svetlana TCHERKEZOVA, il-membru supplenti għall-Bulgarija, irriżenjat. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li jinħatru erba’ rappreżentanti ġodda biex iservu għall-bqija tal-mandat tal-predeċessuri tagħhom. |
|
(9) |
Ir-rappreżentanti li ġew innominati mill-Bulgarija, Franza, l-Italja u l-Litwanja għandhom esperjenza u għarfien espert rilevanti u estensivi fil-qasam tal-liġi u l-politika tal-katina alimentari, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll fl-oqsma ta’ kwistjonijiet maniġerjali, amministrattivi, finanzjarji u legali. Għaldaqstant, il-ħatra tagħhom tiżgura l-ogħla standards ta’ kompetenza u l-aktar firxa wiesgħa ta’ esperjenza rilevanti disponibbli fi ħdan il-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sat-30 ta' Ġunju 2026:
|
— |
is-Sur Benoît VALLET (Franza), |
|
— |
is-Sur Ugo DELLA MARTA (l-Italja), |
|
— |
is-Sur Egidijus PUMPUTIS (il-Litwanja). |
Artikolu 2
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sat-30 ta' Ġunju 2026:
|
— |
is-Sa Gergana Nikolova BALIEVA (il-Bulgarija). |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' April 2022 li taħtar rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 6).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/40 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta' Frar 2023
(2023/C 72/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0554 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
143,88 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4426 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88073 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,0595 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9929 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
152,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,9635 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,619 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
379,93 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7160 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9198 |
|
TRY |
Lira Turka |
19,9324 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5739 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4334 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2818 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7185 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4246 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 396,00 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,4574 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3378 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 119,69 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7266 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,596 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,045 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,4848 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,3777 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,3360 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/41 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/05)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2023) 1085 |
il-21 ta’ Frar 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”) Nru KE: Nru CAS: |
Takeda Manufacturing Austria AG, Industriestrasse 67, 1220, Vjenna, l-Awstrija Baxalta Belgium Manufacturing SA, Boulevard René Branquart 80, 7860, Lessines, il-Belġju |
REACH/23/3/0 |
Bħala deterġent għall-inattivazzjoni tal-virus permezz ta’ trattament b’solvent jew b’deterġent fil-prodotti mediċinali rikombinanti u derivati mill-plażma elenkati fl-Anness |
l-4 ta’ Jannar 2033 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
REACH/23/3/1 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/42 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/06)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2023) 1078 |
il-21 ta’ Frar 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”) Nru KE: Nru CAS: |
Yposkesi, 26 rue Henri Auguste-Desbruères, 91100 Corbeil-Essonnes, Franza |
REACH/23/4/0 |
Għall-proprjetajiet deterġenti mhux joniċi tiegħu għal-liżi tal-membrana ċellulari u t-tneħħija virali matul l-iżvilupp u l-manifattura ta’ vetturi virali fi prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (Prodott Mediċinali Sperimentali u Awtorizzat għal Terapija Avvanzata) |
l-4 ta’ Jannar 2028 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/43 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/07)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2023) 1077 |
il-21 ta’ Frar 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”) Nru KE: Nru CAS: |
Rousselot bvba, Meulestedekaai 81, 9000 Gent, il-Belġju |
REACH/23/6/0 |
Bħala aġent tensjoattiv fil-manifattura ta’ ġelatina b’endotossina baxxa |
l-4 ta’ Jannar 2033 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/44 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2023/C 72/08)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI
IL-LUSSEMBURGU
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 126, 12.4.2021.
(NB: Din il-lista mhijiex riveduta kompletament)
|
— |
Carte de séjour de membre de famille d’un citoyen de l’Union ou d’un ressortissant d’un des autres Etats ayant adhéré à l’Espace économique européen ou de la Confédération suisse – série M (Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed mill-Istati l-oħra li aċċedew għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera – Serje M) |
|
— |
Carte de séjour permanent de membre de famille d’un citoyen de l’Union ou d’un ressortissant d’un des autres Etats ayant adhéré à l’Espace économique européen ou de la Confédération suisse – série M (Karta ta’ residenza permanenti ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni jew ta’ ċittadin ta’ xi wieħed mill-Istati l-oħra li aċċedew għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera – serje M) |
|
— |
Liste des élèves participant à un voyage scolaire dans l’Union européenne. (Lista ta’ studenti li jipparteċipaw f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea) |
|
— |
Cartes diplomatiques, consulaires et de légitimation délivrées par le Ministère des Affaires étrangères (voir annexe 20) (Karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità u ta’ leġitimmazzjoni konsulari/karti tas-servizz maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (ara l-Anness 20) |
|
— |
Visa long séjour (visa sous forme de vignette avec un code national D). (Viża għal soġġorn twil – stiker tal-viża bil-kodiċi nazzjonali D) |
|
— |
Titres de séjour délivrés aux ressortissants de pays tiers selon le format uniforme dans les catégories suivantes :
(permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini terzi bħala: ħaddiem bil-paga, persuna li taħdem għal rasha, riċerkatur, ħaddiem bil-paga stazzjonat, ħaddiem bil-paga trasferit, ħaddiem bil-paga (l-Artikolu 44bis), ħaddiem staġjonali, fornitur ta’ servizz Ewropew, resident għal żmien twil-UE, membru tal-familja, karta blu, student, ICT – persuna li qed titħarreġ jew impjegata, espert-ICT, apprendist jew impjegat ICT mobbli, espert ICT mobbli, protezzjoni internazzjonali - protezzjoni sussidjarja, protezzjoni internazzjonali - refuġjat rikonoxxut, ħaddiem voluntier, au-pair żagħżugħ/a, raġunijiet privati, sportivi, investitur) |
|
— |
Titres de séjour délivrés aux ressortissants britanniques et aux membres de leur famille, bénéficiaires de l’Accord de retrait, en application de l’Article 18(1) de l’Accord de retrait conclu entre l’Union européenne et le Royaume-Uni (Article 50 TUE) (dokumenti ta’ residenza għal ċittadini Brittaniċi u membri tal-familja tagħhom, benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, maħruġa skont l-artikolu 18(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (“l-Artikolu 50 TUE”)) |
|
— |
Ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni temporanja tal-benefiċjarju — fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, biex tiġi introdotta l-protezzjoni temporanja. (Ċertifikat li jinħareġ lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja - b’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1)) |
IL-PORTUGALL
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-OJ C 126, 12.4.2021.
1. Permessi ta’ residenza maħruġa skont format uniformi stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
TÍTULO DE RESIDÊNCIA
Jagħti l-istatus ta’ residenti fil-Portugall liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Temporanju - validu għal sentejn mid-data tal-ħruġ u jista’ jiġġedded għal perjodi suċċessivi ta’ tliet snin
Permanenti - validu indefinittivament; irid jiġġedded kull ħames snin jew kull meta jkun hemm bidla fid-dettalji tal-identità tad-detentur
Refuġjat - validu għal perjodu ta’ ħames snin
Raġunijiet umanitarji - validu għal perjodu ta’ tliet snin
Il-permessi ta’ residenza elettroniċi nħarġu fil-kuntest ta’ proġett pilota mit-22 ta’ Diċembru 2008 sat-3 ta’ Frar 2009; minn dik id-data d-dokument beda jintuża għalkollox fuq livell nazzjonali.
2. Karti ta’ residenza maħruġa skont id-Direttiva 2004/38 (mhux f’format uniformi)
CARTÃO DE RESIDÊNCIA PERMANENTE Familiar de Cidadão da União Europeia,
Nacional de Estado Terceiro
Dokument maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jkunu legalment residenti flimkien maċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-Portugall għal perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi
Maħruġ wara li persuna jkollha Cartão de Residência para Familiar de Cidadão da União Europeia, Nacional de Estado Terceiro (= karta ta’ residenza għal membru tal-familja li hu ċittadin minn pajjiż terz ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea) (validu għal ħames snin)
Validità Massima – 10 snin
Maħruġ mit-3 ta’ Settembru 2017
CARTÃO DE RESIDÊNCIA Familiar de Cidadão da União Europeia, Nacional de Estado Terceiro
Dokument maħruġ lil membri tal-familja minn pajjiżi terzi ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li qed joqogħdu fil-Portugall għal aktar minn tliet xhur
Maħruġ lil membri tal-familja minn pajjiż terz ta’ ċittadin Portugiż
Validità Massima - 5 snin
Maħruġ lill-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea li mhux il-Portugall, b’data ta’ skadenza identika għal dik taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni fil-pussess tal-membru tal-familja inkwistjoni.
Validità Massima - 5 snin
Maħruġ lil membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea li mhux il-Portugall li għandhom “Cartão de Residência Permanente de Cidadão da União Europeia” (karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea)
Validità Massima - 5 snin
Maħruġ mit-3 ta’ Settembru 2017
CERTIFICADO DE RESIDÊNCIA PERMANENTE CIDADÃO DA UNIÃO EUROPEIA
Dokument maħruġ lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea li ilhom residenti legalment fil-Portugall għal aktar minn ħames snin
Validità Massima – 10 snin
Maħruġ mid-9 ta’ Jannar 2019
TITULOS DE RESIDÊNCIA ESPECIAIS EMITIDOS PELO MINISTÉRIO DOS NEGÓCIOS ESTRANGEIROS
(Permess ta’ residenza speċjali maħruġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin) (Ara l-Anness 20)
DOKUMENTI OĦRA MAĦRUĠA LIL ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI LI GĦANDHOM VALUR EKWIVALENTI GĦAL PERMESS TA’ RESIDENZA
Certificado DE Pedido DE título DE RESIDto NCIA — Artigo 50.° do TUE
(Ċertifikat ta’ applikazzjoni għal permess ta’ residenza — Artikolu 50 TUE)
Dan iċ-ċertifikat jinħareġ liċ-ċittadini tar-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ li applikaw għal permess ta’ residenza u huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
Mingħajr data tal-iskadenza
Maħruġ mill-1 ta’ Novembru 2020
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/48 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10821 – YOKOHAMA RUBBER CO. / TRELLEBORG WHEEL SYSTEMS HOLDING)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/09)
1.
Fis-17 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Yokohama Rubber Co., Ltd (“YRC”, il-Ġappun) |
|
— |
Trelleborg Wheel Systems Holding AB (“TWS”, l-Iżvezja) |
YRC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ TWS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
YRC hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ tyres, inklużi tyres off-highway għal diversi vetturi, inklużi vetturi agrikoli u mhux agrikoli (jiġifieri vetturi industrijali u tal-kostruzzjoni). Hija attiva wkoll fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti oħra bbażati fuq il-lastiku, |
|
— |
TWS hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ tyres, inklużi tyres off-highway għal diversi vetturi inklużi vetturi agrikoli u mhux agrikoli (jiġifieri vetturi industrijali u tal-kostruzzjoni). TWS hija attiva wkoll fis-suq tas-servizzi ta’ sostituzzjoni u ta’ wara l-bejgħ, permezz tas-sussidjarja kollha kemm hi tagħha, Interfit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10821 – YOKOHAMA RUBBER CO. / TRELLEBORG WHEEL SYSTEMS HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/50 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11003 — DTC / IRCP / DIAMOND TRANSMISSION PARTNERS / OFTO BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/10)
1.
Fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Diamond Transmission UK Limited (“DTUK”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Diamond Transmission Corporation Limited (“DTC”, ir-Renju Unit), li hija kkontrollata minn Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), |
|
— |
InfraRed Capital Partners Limited (“IRCP”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Sun Life Financial Inc. (“Sun Life”, il-Kanada), |
|
— |
in-network ta’ trażmissjoni għall-park eoliku fuq il-baħar Hornsea Two li jinsab ’il barra mill-kosta ta’ Yorkshire fil-Baħar tat-Tramuntana fir-Renju Unit (l-“OFTO Business”, ir-Renju Unit). |
DTUK u IRCP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ OFTO Business kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
DTUK hija kumpanija azzjonista kkontrollata minn DTC. DTC hija kumpanija azzjonista li tintegra l-attivitajiet ta’ investiment ta’ MC fis-settur tat-trażmissjoni tal-elettriċità. MC hija kumpanija kummerċjali globali b’attivitajiet relatati mal-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimiċi, l-ikel u l-merkanzija ġenerali, |
|
— |
IRCP hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment fl-infrastruttura attiva fil-konsulenza finanzjarja u l-ġestjoni tal-investimenti f’isem il-fondi ta’ investiment, ikkontrollata minn Sun Life. Sun Life hija kumpanija ta’ servizzi finanzjarji li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ assikurazzjoni, ġestjoni tal-ġid u tal-assi, |
|
— |
L-OFTO Business huwa n-network ta’ trażmissjoni tal-elettriċità għall-park eoliku fuq il-baħar Hornsea Two li jinsab il barra mill-kosta ta’ Yorkshire fil-Baħar tat-Tramuntana fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11003 — DTC / IRCP / DIAMOND TRANSMISSION PARTNERS / OFTO BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/52 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11053 — GROUP CREDIT AGRICOLE / MICHELIN / WATEA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 72/11)
1.
Fil-21 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Crédit Agricole Leasing & Factoring (“CAL&F”, Franza), ikkontrollata mill-Grupp Crédit Agricole (“GCA”, Franza), |
|
— |
Compagnie Financière Michelin (“CFM”, Franza), ikkontrollata mill-Compagnie Générale des Estabilsements Michelin (“Michelin”, Franza), |
|
— |
Watèa (Franza), ikkontrollata minn Michelin. |
GCA, permezz ta’ CAL&F, u Michelin, permezz ta’ CFM, se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Watèa.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
GCA huwa grupp reċiproku li joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u relatati mal-assikurazzjoni globalment u joffri wkoll soluzzjonijiet ta’ finanzjament għall-kiri permezz tas-sussidjarja tiegħu CAL&F attiva fi Franza, il-Belġju, in-Netherlands, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Italja, il-Marokk, Spanja u l-Portugall, |
|
— |
Michelin timmanifattura u tiddistribwixxi tyres għall-industriji tal-karozzi u industriji oħra globalment, |
|
— |
Watèa hija kumpanija maħluqa minn Michelin fl-2021 li toffri servizzi ta’ kiri tal-flotta u ta’ ġestjoni tal-flotta fi Franza bil-għan li tappoġġa gruppi kbar u SMEs fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-flotot tal-vetturi kummerċjali tagħhom lejn mobilità aktar ekoloġika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11053 — GROUP CREDIT AGRICOLE / MICHELIN / WATEA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/54 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 72/12)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Gemlik Zeytini”
Nru tal-UE: PDO-TR-02618 – 10.7.2020
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Gemlik Zeytini”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
It-Turkija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Gemlik Zeytini” huwa żebbuġ tal-mejda li jifforma żebbuġa sħiħa b’kulur minn aħmar klaret, kannella kemxejn skur sa iswed, ikkaratterizzat minn qoxra rqiqa, polpa ħoxna u għadma żgħir u għat-tond. Il-Gemlik Zeytini huwa pproċessat b’żewġ metodi. L-ewwel wieħed huwa bħala “żebbuġ tal-pikles” li l-Gemlik Zeytini jipproċessa fis-salmura bl-użu tal-melħ tal-baħar, l-ilma u bl-applikazzjoni ta’ pressjoni permezz ta’ ġebel tqil. It-tieni wieħed huwa l-Gemlik Zeytini mmellaħ u ppakkjat mingħajr l-użu tal-ilma li jissejjaħ “sele”. It-tip “sele” jinqasam f’“kuru sele” (xott) bl-użu tal-melħ tal-baħar biss u f’“yağlı sele” (żejtni) li jżid xi żjut tal-ħxejjex bħaż-żejt tal-qamħirrum jew iż-żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol. Iż-żjut veġetali msemmija użati fil-“yağlı sele” (żejtni) ma humiex importanti għar-rabta jew l-ispeċifiċità tal-prodott; Il-“Gemlik Zeytini” jitħallat ma’ żejt tal-qamħirrum jew ma’ żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol ta’ bejn 3 % u 5 % tal-piż taż-żebbuġ imqiegħed fil-pakkett u jissejjaħ “yağlı sele”. Iż-żebbuġ jiġi ffermentat b’mod naturali mingħajr l-ebda trattament alkalin. Iż-żebbuġ la jitgħaffeġ u lanqas issirlu ħsara. Ma fihx materjali barranin, irwejjaħ jew insetti. Ma humiex ittollerati difetti fiż-żebbuġ.
Il-polpa hija lixxa, niedja u aromatizzata ħafna, u tissepara faċilment minn mal-għadma. Il-proporzjon tal-piż tal-polpa/għadma huwa bejn 6/1 u 7/1.
Il-qoxra tal-“Gemlik Zeytini” hija rqiqa u teħel mal-polpa.
Il-“Gemlik Zeytini” huwa ta’ daqs minn żgħir sa medju. Id-daqs taż-żebbuġ ivarja bejn 201 – 410 frottiet għal kull kilogramma.
Il-“Gemlik Zeytini” għandu kontenut għoli ta’ żejt ta’ bejn 28 u 35 %.
It-terpeni ewlenin tal-Gemlik Zeytini huma -Ċiklogeranjol (aħdar u ħelu) u (E,E)--Farneżen (tal-injam). Hemm bidla fil-kimika ta’ 4,00 – 5,00 ppm bejn iż-żona ta’ Gemlik u żoni oħra.
Il-“Gemlik Zeytini” pproċessat jiġi kklassifikat skont l-għadd ta’ frott għal kull kg; iż-żebbuġ ta’ 201 – 230 huwa kklassifikat bħala “Kbir ħafna (XL), 231-260 “Kbir” (L); 261-290 “Medju” (M); 291-320 “Żgħir” (S); 321-350 “Żgħir ħafna” (XS); 351-380 “Żgħir 2X” (2XS) u l-aħħar grad huwa 381-410 “Żgħir 3X” (3XS).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-“Gemlik Zeytini” jiġi prodott esklużivament minn frott misjur tal-varjetajiet O. europaea L. “Gemlik”, “Gemlik 21” u “Gemlik 27”. Kwalunkwe varjetà oħra mħallta fi żmien il-ħsad ma tistax taqbeż il-5 %.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni taż-żebbuġ mhux ipproċessat u l-ipproċessar iridu jsiru fiż-żona ġeografika delimitata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. 3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista mil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti jridu jinkludu dan li ġej:
|
— |
L-isem tad-denominazzjoni “Gemlik Zeytini”, |
|
— |
L-isem kummerċjali u l-indirizz jew l-isem qasir u l-indirizz jew il-marka rreġistrata tal-produttur, |
|
— |
Il-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea |
|
— |
Tikketta integrata bl-ologramma, il-logo u l-kodiċi QR tal-awtentiċità |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinkludi d-distretti ta’ Gemlik, İznik, Mudanya u Orhangazi tal-provinċja ta’ Bursa, fin-Nofsinhar tar-reġjun ta’ Marmara fit-Turkija.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Rabta kawżali
Il-“Gemlik Zeytini” jikseb il-karatteristiċi tiegħu mill-kundizzjonijiet klimatiċi (it-temperatura u x-xita), il-ġeografija (l-altitudni), il-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-għarfien fl-ipproċessar taż-żebbuġ tal-mejda li jiġi żviluppat matul is-snin mill-produtturi lokali tad-distretti ta’ Gemlik, Iznik, Mudanya u Orhangazi. Il-varjetajiet O. europaea L. “Gemlik”, “Gemlik 21” u “Gemlik 27” huma adattati tajjeb għar-reġjun u l-frott tal-varjetajiet għandu karattru differenti meta mqabbel ma’ reġjuni oħra.
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi tal-klima li jagħtu liż-żebbuġ Gemlik il-kontenut għoli ta’ żejt, il-laħam lixx u niedi u t-togħma aromatizzata ħafna tiegħu jirriżultaw mill-bajjiet imkenna ta’ Gemlik u Mudanya, u l-fatt li d-distretti ta’ Orhangazi u Iznik it-tnejn jinsabu qrib il-bajja u madwar il-lag, li jwassal biex iż-żebbuġ imkabbar u pproċessat f’dawn l-erba’ distretti juri karatteristiċi ta’ kwalità simili. Il-pjanti taż-żebbuġ jeħtieġu kundizzjonijiet ta’ temperatura medja ta’ 15–20 °C matul il-perjodu tal-fjoritura u tas-sajran tal-frott u minimu ta’ 5 °C mis-sajran sal-perjodu tal-ħsad. Barra minn hekk, iż-żebbuġ jeħtieġ ċertu perjodu ta’ ksieħ li matulu jiġi ffurmat il-blanzun tal-fjura. Iż-żebbuġ huwa sensittiv ħafna għal temperaturi baxxi u ssirlu l-ħsara jekk it-temperatura minima ta’ kuljum taqa’ taħt -7 °C. Bursa għandha klima tranżizzjonali u din il-klima tagħmilha adattata ħafna biex jitkabbar żebbuġ ta’ kwalità tajba. Il-klima tranżizzjonali turi l-karatteristiċi mħallta tal-klima tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed. Tista’ titqies bħala kuritur speċjali bejn il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran f’termini tal-klima. It-temperatura medja ta’ kuljum fiż-żona ġeografika hija ta’ mill-inqas 5,8 °C f’Jannar, u 6,8 °C fi Frar, li hija adatta ħafna għall-perjodu ta’ tkessiħ. It-temperatura medja l-aktar baxxa tkun 16,9 °C f’Mejju, li huwa l-perjodu tal-fjoritura, u t-temperatura medja l-aktar baxxa fil-perjodu ta’ sajran tal-frott tkun 21,1 °C. Dawn il-valuri tat-temperatura huma kundizzjonijiet ta’ tkabbir kważi ottimali għas-siġar taż-żebbuġ u jagħtu rendiment għoli ta’ żebbuġ. It-temperatura tal-arja taffettwa l-ħxuna tal-qoxra u l-adeżività tal-qoxra tal-Gemlik Zeytini. Il-klima tranżizzjonali tikkawża temperatura aktar kiesħa fl-istadju tat-tkabbir taż-żebbuġ. Fir-reġjuni l-oħrajn f’temperatura ogħla, il-frott taż-żebbuġ jiżviluppa mekkaniżmu ta’ difiża billi jħaxxen il-qoxra tiegħu biex jipproteġiha minn temperaturi għoljin. Il-Gemlik Zeytini għandu qoxra rqiqa u l-qoxra teħel ħafna mal-polpa. Minħabba din il-karatteristika tal-Gemlik Zeytini, l-ebda espert jew konsumatur ma jħoss il-qoxra f’ħalqu meta jiekol iż-żebbuġ.
It-temperatura u l-altitudni jaffettwaw l-ammont u t-tip ta’ terpeni (komposti aromatiċi) li jiddistingwu t-togħma tal-varjetajiet L. “Gemlik”, “Gemlik 21” u “Gemlik 27”. Iż-żebbuġ minn reġjuni aktar sħan b’altitudnijiet aktar baxxi fih ammont ogħla ta’ terpeni meta mqabbel ma’ reġjuni aktar kesħin b’altitudnijiet ogħla. Minħabba li ż-żona ġeografika tinsab f’reġjun aktar kiesaħ b’altitudni għolja ta’ 112 m ’l fuq mil-livell tal-baħar, bħala medja l-“Gemlik Zeytini” kkultivat fiż-żona ġeografika jista’ jintgħaraf minn dak ikkultivat f’reġjuni aktar sħan b’kontenut ogħla ta’ terpeni. It-terpeni ewlenin tal-Gemlik Zeytini huma -Ċiklogeranjol (aħdar u ħelu) u (E,E)--Farneżen (tal-injam). Hemm bidla fil-kimika ta’ 4,00 – 5,00 ppm bejn iż-żona ta’ Gemlik u żoni oħra.
Waħda mill-aktar karatteristiċi distintivi tal-Gemlik Zeytini hija l-kulur iswed skur tiegħu. It-temperatura taffettwa l-kulur tal-Gemlik Zeytini. It-temperatura ta’ binhar ottimali għas-sinteżi tal-antoċjanini hija bejn 25-30 °C, iżda ’l fuq minn 30-35 °C is-sinteżi tal-antoċjanini tonqos. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ dawl jittardja t-tibdil tal-kulur u jnaqqas il-formazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi meħtieġa għat-togħma.
Ir-reġim tax-xita tar-reġjun jaffettwa r-rendiment u l-kwalità tal-prodott. Filwaqt li x-xita f’April (61,8 mm) taffettwa r-rendiment, ix-xita f’Settembru (43,7 mm) taffettwa d-daqs u l-kontenut taż-żejt taż-żebbuġ.
Il-kompożizzjoni tal-ħamrija hija 63 % trab ġulġlieni tafli, 20 % lom u 17 % tafal. Ġie stabbilit li s-siġar taż-żebbuġ żviluppaw l-aħjar f’ħamrija tal-lom. Din it-tip ta’ ħamrija żżomm l-ilma u tagħmilha possibbli biex is-siġar taż-żebbuġ ikabbru għeruq aktar b’saħħithom biex jipproduċu aktar. Jidher li r-reġjun għandu karatteristiċi tal-ħamrija xierqa għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ. Aktar minn 60 % tal-art agrikola totali tintuża għat-tkabbir taż-żebbuġ fid-distretti ta’ Orhangazi, Gemlik, Mudanya u Iznik.
Il-“Gemlik Zeytini” ilu jiġi kkultivat u pproċessat fil-provinċja ta’ Bursa għal żmien twil ħafna. Barra minn hekk, il-“Gemlik Zeytini” prodott fid-distretti ta’ Gemlik u Mudanya għandu reputazzjoni li tmur lura għal żmien il-qedem. Minn riċerki li saru fl-Arkivji Ottomani, ġie stabbilit li ż-żebbuġ kien jiġi prodott minn dawn id-distretti għall-forza navali u għall-palazz imperjali fi żmien l-Imperu Ottoman u l-produzzjoni taż-żebbuġ inżammet fi żmien l-Imperu Ottoman minħabba t-togħma tajba u l-kwalità taż-żebbuġ tal-mejda iswed prodott fid-distretti ta’ Gemlik, Mudanya Iznik u Orhangazi. Hemm 107 rekords għad-distrett ta’ Gemlik, 86 għad-distrett ta’ Mudanya, 13 għad-distrett ta’ Orhangazi u 11 għad-distrett ta’ Iznik li llum jinżammu fl-arkivji Ottomani.
Minbarra r-reputazzjoni storika tal-“Gemlik Zeytini”, il-metodu tal-ipproċessar li joriġina mill-istess żona u li jissejjaħ “ipproċessar tal-istil/tip Gemlik”, ukoll għandu reputazzjoni. Jiġi ffermentat f’għadajjar tal-ilma u l-melħ mingħajr l-użu ta’ ebda addittiv. Fl-ipproċessar tal-istil Gemlik l-osmosi ssir aktar mgħaġġla. B’riżultat ta’ dan, it-trattib jiġi evitat u s-sawra tal-Gemlik Zeytini ssir aktar iebsa.
Fl-ipproċessar tal-istil Gemlik l-imrar jiġi parzjalment illixxivjat fis-salmura, tinżamm togħma kemxejn morra fiż-żebbuġ kif ukoll togħma ta’ frott. Barra minn hekk, dan il-metodu ta’ pproċessar joħloq togħma kemm kemm aċiduża fil-Gemlik Zeytini.
Fl-ipproċessar tat-tip Gemlik, għaż-żebbuġ tal-istil “Salamura”: Iż-żebbuġ jinħasad meta l-polpa tal-frotta ssir vjola minn 2 mm ’il ġewwa sal-għadma. Jiġi ttrasferit lejn il-faċilità tal-ipproċessar. Wara l-kategorizzazzjoni tad-daqs u l-għażla, iż-żebbuġ jinħasel u jitqiegħed f’vaski magħmula mill-konkrit jew f’tankijiet tal-polietilen, tal-poliester jew tal-fibra tal-ħġieġ. It-tankijiet jimtlew bl-ilma tajjeb għax-xorb (12 % tal-piż totali taż-żebbuġ). Il-konċentrazzjoni tas-salmura tkun madwar 8-14 % melħ tal-baħar. Iż-żebbuġ jitgħatta bi twavel u ġebel tqil (10-25 % tal-piż totali taż-żebbuġ) biex jinżamm mgħaddas fis-salmura waqt il-fermentazzjoni. B’riżultat tal-pressjoni osmotika għolja applikata mill-melħ, iż-żebbuġ jitneħħielu l-imrar u jsir jista’ jiġi kkunsmat fi żmien 6-9 xhur. Il-fermentazzjoni bl-arjazzjoni tista’ tintuża wkoll biex jitħaffef il-proċess tal-fermentazzjoni, u b’hekk jitqassar il-perjodu tal-fermentazzjoni. B’dan il-mod, il-perjodu ta’ fermentazzjoni jieħu madwar 5 xhur. Matul il-fermentazzjoni, is-salmura tiġi ssostitwita wara li jsiru l-kontrolli tal-melħ u tal-pH. Is-salinità fit-tankijiet tiġi ċċekkjata kull jumejn jew tlieta u jekk ikun meħtieġ jiżdied il-melħ. L-għan ta’ din l-applikazzjoni huwa li tinkiseb forma kemxejn ċatta fuq iż-żewġ naħat li hija ppreferuta b’mod speċjali mill-konsumatur.
Iż-żebbuġ tal-istil “Sele”: Iż-żebbuġ maħsud jinħasel, jiġi kklassifikat skont id-daqs u mmellaħ u ppakkjat mingħajr ilma. Iż-żebbuġ u l-melħ (10-14 % melħ tal-piż totali taż-żebbuġ) jitqiegħdu f’kontenituri f’saffi li jalternaw. Dan il-kuntatt dirett tal-frott taż-żebbuġ mal-melħ jippermetti l-penetrazzjoni tal-melħ fil-frott taż-żebbuġ faċilment. Darba kull 2-3 ijiem il-kontenituri tal-plastik jiddawru u jiġu rromblati biex jiżdied il-kuntatt taż-żebbuġ mal-melħ. Din il-fażi tieħu mill-inqas 3 sa 4 xhur. Wara l-proċess tat-tneħħija tal-imrar, il-qoxra taż-żebbuġ titkemmex ħafna.
Speċifiċità tal-prodott
L-ispeċifiċità tal-“Gemlik Zeytini” hija marbuta ma’:
|
— |
Qoxra rqiqa li teħel ħafna mal-polpa. Il-karatteristiċi tal-qoxra jinbidlu wkoll b’tibdil fil-kundizzjonijiet klimatiċi. |
|
— |
Massimu ta’ 410 frottiet għal kull kg |
|
— |
Proporzjon massimu ta’ 14 % melħ (f’sink/tank tas-salmura) |
|
— |
Polpa ħoxna |
|
— |
Forma tonda tal-frott, għadma żgħira |
|
— |
Sawra iebsa |
|
— |
Aroma qawwija ta’ frott |
|
— |
Togħmiet bi mrar u aċidità baxxi |
|
— |
Kulur iswed skur |
Dawn il-karatteristiċi huma influwenzati mill-varjetajiet O. europaea L. “Gemlik”, “Gemlik 21” u “Gemlik 27” li ilhom ikkultivati fir-reġjun għal ġenerazzjonijiet u mill-klima. Filwaqt li l-klima, il-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-ġeografija jaffettwaw id-daqs, il-kulur, il-forma, il-qoxra u l-aroma taż-żebbuġ, il-fatturi umani jaffettwaw is-sawra u t-togħma tal-prodott.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
—