ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
20 ta' Frar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 63/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 63/02

Kawża C-246/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Giulia Moi (Appell – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Prinċipju ta’ ne ultra petita – Suġġett tat-tilwima – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 232 TFUE – Modus operandi tal-Parlament – Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Appell inċidentali)

2

2023/C 63/03

Kawża C-279/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – X vs Udlændingenævnet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE – Turkija – Artikolu 9 – Deċiżjoni Nru 1/80 – Artikolu 10(1) – Artikolu 13 – Klawżola ta’ Standstill – Riunifikazzjoni tal-familja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi kundizzjonijiet ġodda iktar restrittivi għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja għall-konjuġi ta’ ċittadini Torok li għandhom permess ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru kkonċernat – Impożizzjoni fuq il-ħaddiem Tork ta’ rekwiżit li jgħaddi minn eżami li jikkonferma ċertu livell ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru – Ġustifikazzjoni – Għan li tiġi żgurata integrazzjoni b’suċċess)

2

2023/C 63/04

Kawża C-288/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Universität Koblenz-Landau vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Programmi Tempus IV – Ftehimiet ta’ sussidju Ecesis, Diusas u Deque – Irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti – Talba għal rimbors sħiħ tal-ammonti mħallsa – Dritt ta’ smigħ – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Talba li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura fl-ewwel istanza – Artikolu 113(2)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

3

2023/C 63/05

Kawża C-332/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – Quadrant Amroq Beverages SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Direttiva 92/83/KEE – Armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku – Dazji tas-sisa – Alkoħol etiliku – Eżenzjonijiet – Artikolu 27(1)(e) – Produzzjoni ta’ ħwawar użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel u ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum – Kamp ta’ applikazzjoni – Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività)

4

2023/C 63/06

Kawżi magħquda C-383/21 u C-384/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Sambre & Biesme SCRL (C-383/21), Commune de Farciennes (C-384/21) vs Société wallonne du logement (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Għoti tal-kuntratt pubbliku mingħajr il-bidu ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet li jappartjenu għas-settur pubbliku – Artikoli 12(3) – Kuntratti pubbliċi li huma s-suġġett ta’ għoti in house – Kunċett ta’ kontroll simili – Kundizzjonijiet – Rappreżentanza tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha – Artikoli 12(4) – Kuntratt bejn awtoritajiet kontraenti li jfittxu li jilħqu għanijiet komuni ta’ interess pubbliku – Kunċett ta’ kooperazzjoni – Kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-termini imposti – Effett dirett)

5

2023/C 63/07

Kawża C-392/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – TJ vs Inspectoratul General pentru Imigrări (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 90/270/KEE – Artikolu 9(3) – Xogħol b’apparat ta’ wiri fuq skrin – Protezzjoni tal-għajnejn u tal-vista tal-għajnejn tal-ħaddiema – Strumenti korrettivi speċjali – Nuċċali – Xiri mill-ħaddiem – Modalitajiet għat-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż mill-persuna li timpjega)

6

2023/C 63/08

Kawża C-404/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Asti – l-Italja) – WP vs Istituto nazionale della previdenza sociale, Repubblica italiana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali tal-pensjonijiet lejn l-iskema tal-pensjonijiet BĊE – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-BĊE – Artikolu 8 tal-Anness IIIa – Assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jew ta’ ftehim konkluż bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-BĊE)

6

2023/C 63/09

Kawża C-553/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt Hamburg vs Shell Deutschland Oil GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/96/KE – Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku – Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 5 – Rati tas-sisa ddifferenzjati skont l-użu professjonali, jew le, ta’ dawn il-prodotti – Eżenzjoni u tnaqqis ta’ taxxi fakultattivi – Preżentazzjoni ta’ talba għal tnaqqis fiskali fakultattiv wara l-iskadenza tat-terminu previst għal dan il-għan iżda qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ likwidazzjoni tat-taxxa kkonċernata – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ effettività – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

7

2023/C 63/10

Kawża C-656/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) IM Gestão de Ativos (IMGA) – Sociedade Gestora de Organismos de Investimento Coletivo SA et vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/7/KE – Artikolu 5(2)(a) – Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital – Taxxa tal-boll fuq is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ishma ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli b’kapital varjabbli)

8

2023/C 63/11

Kawża C-20/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État l – Franza) – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 89/105/KEE – Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard – Artikolu 4 – Twaqqif tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali – Miżura nazzjonali li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali meħuda individwalment – Iffissar ta’ prezz massimu ta’ bejgħ ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-istabbilimenti tas-saħħa)

9

2023/C 63/12

Kawża C-68/22 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Bank Ewropew tal-Investiment vs KL (Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Kunċett ta’ invalidità – Dikjarazzjoni ta’ kapaċità għax-xogħol – Assenza mhux iġġustifikata – Rikors għal annullament u għad-danni)

10

2023/C 63/13

Kawża C-98/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Eurelec Trading SCRL, Scabel SA vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 1(1) – Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali – Azzjoni ta’ awtorità pubblika intiża sabiex jiġu kkonstatati, issanzjonati u mitmuma prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni)

10

2023/C 63/14

Kawża C-204/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úrad pre verejné obstarávanie – is-Slovakkja) – Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou, Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s., Dôvera zdravotná poist’ovňa a.s., Union zdravotná poisťovňa, a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti jew tribunal – Kriterji strutturali u funzjonali – Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi – Obbligu ta’ kooperazzjoni tal-organu tar-rinviju – Direttivi 89/665/KEE u 2014/24/UE – Kuntratti pubbliċi – Korp nazzjonali fil-qasam ta’ kontroll tal-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi – Awtorizzazzjoni sabiex taġixxi ex officio – Setgħa ta’ sanzjoni – Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja – Assenza ta’ tilwima quddiem l-organu tar-rinviju – Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

11

2023/C 63/15

Kawża C-464/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court) (l-Irlanda) – Enniskerry Alliance, Enniskerry Demesne Management Company CLG u Protect East Meath Limited vs An Bord Pleanála, The Attorney General, l-Irlanda u Louth County Council (Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aaarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża mhux projbittiva – Kamp ta’ applikazzjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mal-liġi proċedurali nazzjonali)

11

2023/C 63/16

Kawża C-543/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Save Roscam Peninsula CLG, SC-F, MF, PH, Abbey Park and District Residents Association Baldoyle vs An Bord Pleanála, Galway City Council, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, l-Irlanda, The Attorney General u Fingal County Council (Konvenzjoni ta’ Aarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Rekwiżit ta’ proċedura li ma fihiex spiża b’mod projbittiv – Kamp ta’ applikazzjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt proċedurali nazzjonali)

12

2023/C 63/17

Kawża C-616/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – GY vs An Bord Pleanála, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, Irlande u The Attorney General (Konvenzjoni ta’ Aarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża mhux projbittiva – Kamp ta’ applikazzjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mal-liġi proċedurali nazzjonali)

12

2023/C 63/18

Kawża C-662/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Airbnb Ireland UC vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

13

2023/C 63/19

Kawża C-663/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

14

2023/C 63/20

Kawża C-664/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Google Ireland Limited vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

14

2023/C 63/21

Kawża C-665/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Amazon Services Europe Sàrl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

15

2023/C 63/22

Kawża C-666/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – EG Vacation Rentals Ireland Limited vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

16

2023/C 63/23

Kawża C-667/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Amazon Services Europe Sàrl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

17

2023/C 63/24

Kawża C-671/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Ottubru 2022 – T GmbH vs Bezirkshautpmannschaft Spittal an der Drau

19

2023/C 63/25

Kawża C-714/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Novembru 2022 – S.R.G. Vs Profi Credit Bulgaria EOOD

19

2023/C 63/26

Kawża C-727/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-25 ta’ Novembru 2022 – Friends of the Irish Environment CLG vs Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

20

2023/C 63/27

Kawża C-733/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP vs Valentina Heights EOOD

21

2023/C 63/28

Kawża C-737/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Staten og Kommunernes Indkøbsservice A/S vs BibMedia A/S

22

2023/C 63/29

Kawża C-740/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Itä-Suomen hovioikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Endemol Shine Finland Oy

22

2023/C 63/30

Kawża C-746/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Diċembru 2022 – Slovenské Energetické Strojárne A. S. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

23

2023/C 63/31

Kawża C-777/22 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-502/19, Francesca Corneli vs BĊE

24

2023/C 63/32

Kawża C-781/22 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn LE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-475/20, LE vs Il-Kummissjoni

25

2023/C 63/33

Kawża C-787/22 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 minn Sistem ecologica production, trade and services d.o.o. Srbac mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-81/21, Sistem ecologica production, trade and services d.o.o. vs Il-Kummissjoni

26

2023/C 63/34

Kawża C-789/22 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-502/19, Francesca Corneli vs BĊE

27

2023/C 63/35

Kawża C-797/22P P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2022 mir-Repubblika Ellenika. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-850/19, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 63/36

Kawża T-586/14 REV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina – Artikolu 2(8) sa (10), Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(8) sa (10), Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2016/1036] – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti kunfidenzjali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża)

30

2023/C 63/37

Kawża T-111/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Dicembru 2022 – PT Wilmar Bioenergi Indonesia et vs Il-Kummissjoni (Sussidji – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 – Dazju kumpensatorju definittiv – Punt 1(a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1037 – Kontribuzzjoni finanzjarja – Punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 – Benefiċċju – Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament 2016/1037 – Kalkolu tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli – Punt 1(a)(iv) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 – Azzjoni li tinkariga organu privat bit-twettiq ta’ funzjoni li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja jew li tordnalu jagħmel dan – Remunerazzjoni inqas minn adegwata – Appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet – Artikolu 28(5) tar-Regolament 2016/1037 – Użu tal-informazzjoni disponibbli – Punt 2 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 – Benefiċċju – Artikolu 8(8) tar-Regolament 2016/1037 – Theddida ta’ dannu sostanzjali għall-industrija tal-Unjoni – Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament 2016/1037 – Rabta kawżali – Analiżi ta’ attribuzzjoni – Analiżi ta’ nuqqas ta’ attribuzzjoni)

31

2023/C 63/38

Kawża T-126/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Settur tal-port – Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata minn Spanja għal portijiet fil-provinċja ta’ Biscay – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Għajnuna eżistenti – Vantaġġ – Oneru tal-prova – Natura selettiva – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Miżuri xierqa)

31

2023/C 63/39

Kawża T-138/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kummissjoni (Sussidji – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 – Dazju kumpensatorju definittiv – Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Pressjoni fuq il-prezzijiet – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2016/1037 – Rabta kawżali – Punt 2 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 – Benefiċċju – Punt 1(a)(i) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 – Trasferiment dirett ta’ fondi – Artikolu 7 tar-Regolament 2016/1037 – Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju – Artikolu 8(1) u (8) tar-Regolament 2016/1037 – Theddida ta’ dannu sostanzjali – Drittijiet tad-difiża)

32

2023/C 63/40

Kawża T-143/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo vs Il-Kummissjoni (Sussidji – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 – Dazju kumpensatorju definittiv – Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Pressjoni fuq il-prezzijiet – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2016/1037 – Rabta kawżali – Punt 1(a)(iv u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 – Azzjoni li tinkariga organu privat mit-twettiq ta’ funzjoni li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja jew li tordnalu jagħmel dan – Remunerazzjoni inqas minn adegwata – Appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet – Punt 2 tal-Artikolu 3 u Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 – Benefiċċju – Punt 1(a)(i) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 – Trasferiment dirett ta’ fondi – Artikolu 7 tar-Regolament 2016/1037 – Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju – Artikolu 8(1) u (8) tar-Regolament 2016/1037 – Theddida ta’ dannu sostanzjali – Drittijiet tad-difiża)

33

2023/C 63/41

Kawża T-526/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Devin vs EUIPO – Haskovo Chamber of Commerce and Industry (DEVIN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEVIN – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Isem ġeografiku – Assenza ta’ kuntrarjetà mal-ordni pubbliku – Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku – Artikolu 7(1)(c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c), (f) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) u Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001) – Rikors inċidentali)

33

2023/C 63/42

Kawża T-533/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Green Power Technologies vs Entreprise commune Technologies numériques clés (Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u demostrazzjoni (2007-2013) – Kuntratti ta’ sussidji – Spejjeż eliġibbli – Rapport tal-OLAF li kkonstata natura mhux eliġibbli ta’ ċerti spejjeż esposti – Rimbors tas-somom imħallsa – Oneru tal-prova – Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 – Kontrotalba)

34

2023/C 63/43

Kawża T-687/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Jinan Meide Casting et vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw miċ-Ċina – Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Nuqqas ta’ retroattività – Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1036) – Proporzjonalità – Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet – Artikolu 14(5) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 14(5) tar-Regolament 2016/1036))

35

2023/C 63/44

Kawża T-753/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Green Power Technologies vs Il-Kummissjoni (Kontrotalba – Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) – Kuntratt ta’ sussidju – Spejjeż eliġibbli – Rapport tal-OLAF li kkonstata natura mhux eliġibbli ta’ ċerti spejjeż sostnuti – Rimbors tas-somom imħallsa – Oneru tal-prova – Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Arrikkiment indebitu – Rikors għal annullament – Rapport tal-OLAF – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

36

2023/C 63/45

Kawża T-182/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PKK vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-PKK fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Applikabbiltà għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat – Grupp terroristiku – Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi – Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti – Awtorità ta’ Stat terz – Eżami mill-ġdid – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

36

2023/C 63/46

Kawża T-296/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SU vs EIOPA (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Nuqqas ta’ tiġdid – Proċedura ta’ tiġdid – Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni mhux iffinalizzat – Responsabbiltà – Dannu materjali – Telf ta’ opportunità – Dannu morali – Ġurisdizzjoni sħiħa – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)

37

2023/C 63/47

Kawża T-312/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Rikors għal annullament – Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni – Nuqqas ta’ bażi legali – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Forza maġġuri – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali – Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet – Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni)

38

2023/C 63/48

Kawża T-346/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2023 – Hecht Pharma vs EUIPO – Gufic BioSciences (Gufic) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Gufic – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu pubbliku u lejn l-estern – Importanza tal-użu – Natura u forma tal-użu – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark)

39

2023/C 63/49

Kawża T-358/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2022 – Hotel Cipriani vs EUIPO – Altunis (CIPRIANI FOOD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI FOOD – Użu ġenwin tat-trade mark – Natura tal-użu – Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Importanza tal-użu – Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

40

2023/C 63/50

Kawża T-440/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Dicembru 2022 – TM vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Proċedura biex timtela pożizzjoni [informazzjoni kunfidenzjali redatta] – Kriterji ta’ selezzjoni – Esperjenza professjonali – Ċaħda ta’ kandidatura – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Interess tas-servizz – Responsabbiltà – Danni materjali u morali)

40

2023/C 63/51

Kawża T-490/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Vanhoudt vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda ta’ kandidatura – Nomina ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà)

41

2023/C 63/52

Kawża T-530/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Pierre Lannier vs EUIPO – Pierre Lang Trading (PL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittri kbar P u L superimposti – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta arranġament rifless tal-ittri kbar P u L superimposti – Ammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Locus standi – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

42

2023/C 63/53

Kawża T-553/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Agrarfrost vs EUIPO – McCain (Forma ta’ smiley) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ smiley – Użu ġenwin tat-trade mark – Punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Natura tal-użu – Assenza ta’ tibdil tal-karattru distintiv)

42

2023/C 63/54

Kawża T-636/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Eurol vs EUIPO – Pernsteiner (eurol LUBRICANTS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva eurol LUBRICANTS – Trade mark preċedenti nazzjonali EUROLLUBRICANTS – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikoli 15 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 18 u 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001))

43

2023/C 63/55

Kawża T-18/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-14 ta’ Diċembru 2022 – Nemport Liman İşletmeleri Ve Özel Antrepo Nakliye Ticaret vs EUIPO – Newport Europe (NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Newport – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

44

2023/C 63/56

Kawża T-46/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Esedra vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament fi Brussell – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Offerta anormalment baxxa – Konformità ta’ offerta mal-kundizzjonijiet previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

44

2023/C 63/57

Kawża T-735/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri dixxiplinari – Revoka – Deċiżjoni li titnaqqas ir-remunerazzjoni tar-rikorrent – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

45

2023/C 63/58

Kawża T-52/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Tneħħija minn pożizzjoni – Deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni – Talba għal annullament – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Talba għal kumpens – Telf ta’ opportunità li jiġi promoss – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

45

2023/C 63/59

Kawża T-280/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinarja – Revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

46

2023/C 63/60

Kawża T-675/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Leonardo vs Frontex (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizz ta’ sorveljanza mill-ajru – Sistema ta’ inġenju tal-ajru ppilotat mill-bogħod – Rifjut ta’ aċċess – Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa miż-żewġ partijiet prinċipali – Assenza ta’ rinunzja – Amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

47

2023/C 63/61

Kawża T-522/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – XH vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 – Deċiżjoni li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tar-rikorrenti – Deċiżjoni li ma tiġix promossa r-rikorrenti – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Natura ta’ ordni pubbliku – Punt ta’ tluq – Talba għal għajnuna legali – Sospensjoni tat-termini – Komputazzjoni tat-termini – Tardività – Każ fortuwitu jew forza maġġuri – Żball skużabbli – Inammissibbiltà)

47

2023/C 63/62

Kawża T-709/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (Rikors għal annullament – Protezzjoni tad-data personali – Abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija – Soluzzjoni tat-tilwim bejn awtoritajiet superviżorji mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data – Deċiżjoni vinkolanti – Artikolu 60(4) u Artikolu 65(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Nuqqas ta’ inċidenza diretta)

48

2023/C 63/63

Kawża T-717/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi – Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt – Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni lil sptarijiet Ewropej fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 – Kwantità massima tal-prodotti li kellhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas – Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

49

2023/C 63/64

Kawża T-721/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Sunrise Medical u Sunrise Medical Logistics vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika – Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda – Subintestaturi tariffarji – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà)

49

2023/C 63/65

Kawża T-751/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2022 – EMS vs EUIPO (AIRFLOW) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali AIRFLOW – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondata fid-dritt)

50

2023/C 63/66

Kawża T-110/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Kremer vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjoni tal-irtirar – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rikors għal annullament – Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni)

50

2023/C 63/67

Kawża T-111/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Baert vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Pensjoni tal-irtirar – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rikors għal annullament – Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni – Terminu għat-tressiq ta’ ilment – Arrikkiment indebitu – Inammissibbiltà manifesta)

51

2023/C 63/68

Kawża T-116/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Belavia vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

52

2023/C 63/69

Kawża T-264/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Suicha vs EUIPO – Michael Kors (Switzerland) International (MK MARKTOMI MARKTOMI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MK MARKTOMI MARKTOMI – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MK MICHAEL KORS – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

52

2023/C 63/70

Kawża T-311/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2022 – AMO Development vs EUIPO (Strumenti mediċi) (Disinn Komunitarju – Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw strumenti mediċi – Assenza ta’ talba għal tiġdid – Tħassir ta’ disinni fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Rikors għal restitutio in integrum – Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Dmir ta’ diliġenza – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

53

2023/C 63/71

Kawża T-713/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Portumo Madeira et vs Il-Kummissjoni

54

2023/C 63/72

Kawża T-720/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Nova Ship Invest vs Il-Kummissjoni

55

2023/C 63/73

Kawża T-724/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Neottolemo vs Il-Kummissjoni

56

2023/C 63/74

Kawża T-725/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Register.com vs Il-Kummissjoni

56

2023/C 63/75

Kawża T-760/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2022 – TB vs ENISA

57

2023/C 63/76

Kawża T-786/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2022 – Frajese vs Il-Kummissjoni

58

2023/C 63/77

Kawża T-788/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2022 – PT vs Il-Kummissjoni

60

2023/C 63/78

Kawża T-790/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Sberbank Europe vs BĊE

60

2023/C 63/79

Kawża T-797/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2022 – Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles et vs Il-Kunsill

61

2023/C 63/80

Kawża T-798/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 – Ordre des avocats à la cour de Paris u Couturier vs Il-Kunsill

62

2023/C 63/81

Kawża T-803/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2022 – TZ vs Il-Kunsill

64

2023/C 63/82

Kawża T-830/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

64

2023/C 63/83

Kawża T-831/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Dicembru 2022 – TO vs AUEA

65

2023/C 63/84

Kawża T-3/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2023 – UA vs AUEA

66

2023/C 63/85

Kawża T-5/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2023 – Illumina vs Il-Kummisjoni

67

2023/C 63/86

Kawża T-780/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Smith & Nephew USD u Smith & Nephew USD One vs Il-Kummissjoni

68

2023/C 63/87

Kawża T-76/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – Schwa-Medico vs EUIPO – Med-El Elektromedizinische Geräte (STIWELL)

68

2023/C 63/88

Kawża T-443/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – PV vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

68


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 63/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 54, 13.2.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 45, 6.2.2023

ĠU C 35, 30.1.2023

ĠU C 24, 23.1.2023

ĠU C 15, 16.1.2023

ĠU C 7, 9.1.2023

ĠU C 482, 19.12.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Giulia Moi

(Kawża C-246/21 P) (1)

(Appell - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Prinċipju ta’ ne ultra petita - Suġġett tat-tilwima - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 232 TFUE - Modus operandi tal-Parlament - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Appell inċidentali)

(2023/C 63/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: T. Lazian, S. Seyr u M. Windisch, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Giulia Moi (rappreżentanti: M. Pisano u P. Setzu, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell prinċipali.

3)

Giulia Moi hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 228, tal-14 ta’ Ġunju 2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – X vs Udlændingenævnet

(Kawża C-279/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE – Turkija - Artikolu 9 - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 10(1) - Artikolu 13 - Klawżola ta’ Standstill - Riunifikazzjoni tal-familja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi kundizzjonijiet ġodda iktar restrittivi għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja għall-konjuġi ta’ ċittadini Torok li għandhom permess ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru kkonċernat - Impożizzjoni fuq il-ħaddiem Tork ta’ rekwiżit li jgħaddi minn eżami li jikkonferma ċertu livell ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru - Ġustifikazzjoni - Għan li tiġi żgurata integrazzjoni b’suċċess)

(2023/C 63/03)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Udlændingenævnet

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-Iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

leġiżlazzjoni nazzjonali, introdotta wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni fl-Istat Membru kkonċernat, li tissuġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja bejn ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment f’dan l-Istat Membru u l-konjuġi tiegħu għall-kundizzjoni li dan il-ħaddiem jgħaddi minn eżami li jikkonferma ċertu livell ta’ għarfien tal-lingwa uffiċjali tal-imsemmi Stat Membru, tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita l-integrazzjoni b’suċċess ta’ dan il-konjuġi peress li din il-leġiżlazzjoni ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu inkunsiderazzjoni la l-kapaċitajiet ta’ integrazzjoni ta’ dan il-konjuġi stess, u lanqas fatturi, minbarra li jkun għadda minn tali eżami, li juru l-integrazzjoni effettiva tal-imsemmi ħaddiem fl-Istat Membru kkonċernat u, għaldaqstant, il-kapaċità tiegħu li jgħin lill-konjuġi tiegħu sabiex jintegra f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Universität Koblenz-Landau vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA)

(Kawża C-288/21 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Programmi Tempus IV - Ftehimiet ta’ sussidju Ecesis, Diusas u Deque - Irregolaritajiet sistemiċi u rikorrenti - Talba għal rimbors sħiħ tal-ammonti mħallsa - Dritt ta’ smigħ - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Talba li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura fl-ewwel istanza - Artikolu 113(2)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

(2023/C 63/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Universität Koblenz-Landau (rappreżentanti: R. Di Prato u C. von der Lühe, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u N. Sbrilli, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Universität Koblenz-Landau hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 278, tat-12 ta’ Lulju 2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – Quadrant Amroq Beverages SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-332/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Direttiva 92/83/KEE - Armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Dazji tas-sisa - Alkoħol etiliku - Eżenzjonijiet - Artikolu 27(1)(e) - Produzzjoni ta’ ħwawar użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel u ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum - Kamp ta’ applikazzjoni - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività)

(2023/C 63/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Quadrant Amroq Beverages SRL

Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

kemm l-alkoħol etiliku li jintuża għall-produzzjoni ta’ ħwawar użati min-naħa tagħhom fil-preparazzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum kif ukoll l-alkoħol etiliku li diġà ntuża għall-produzzjoni ta’ tali ħwawar jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta l-alkoħol etiliku mqiegħed għall-konsum fi Stat Membru li fih dan ikun eżentat mid-dazji tas-sisa, minħabba li jkun intuża għall-produzzjoni ta’ ħwawar użati fil-preparazzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum, jiġi sussegwentement ikkummerċjalizzat fi Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar għandu jittratta lil dan l-alkoħol etiliku b’mod identiku fit-territorju tiegħu, sakemm l-ewwel Stat Membru jkun applika b’mod korrett l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni u ma jkun hemm l-ebda indizji ta’ frodi, ta’ evitar jew ta’ abbuż.

3)

L-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti, lil operatur ekonomiku li jikkummerċjalizza fit-territorju tiegħu prodotti mixtrija mingħand bejjiegħ li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li fih ikunu ġew immanifatturati, imqiegħda għall-konsum u eżentati mid-dazji tas-sisa konformement ma’ din id-dispożizzjoni, tal-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjoni għall-kundizzjonijiet li dan l-operatur ikollu l-kwalità ta’ destinatarju rreġistrat u li dan il-bejjiegħ ikollu dik ta’ magazzinier awtorizzat, sakemm minn elementi konkreti, oġġettivi u verifikabbli ma jirriżultax li dawn il-kundizzjonijiet ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u diretta ta’ din l-eżenzjoni kif ukoll sabiex jiġu evitati kull frodi, evitar jew abbuż.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Sambre & Biesme SCRL (C-383/21), Commune de Farciennes (C-384/21) vs Société wallonne du logement

(Kawżi magħquda C-383/21 u C-384/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Għoti tal-kuntratt pubbliku mingħajr il-bidu ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet li jappartjenu għas-settur pubbliku - Artikoli 12(3) - Kuntratti pubbliċi li huma s-suġġett ta’ għoti in house - Kunċett ta’ “kontroll simili” - Kundizzjonijiet - Rappreżentanza tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha - Artikoli 12(4) - Kuntratt bejn awtoritajiet kontraenti li jfittxu li jilħqu għanijiet komuni ta’ interess pubbliku - Kunċett ta’ “kooperazzjoni” - Kundizzjonijiet - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-termini imposti - Effett dirett)

(2023/C 63/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sambre & Biesme SCRL (C-383/21), Commune de Farciennes (C-384/21)

Konvenut: Société wallonne du logement

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12(3) u (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipproduċi effetti diretti fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku dwar l-għoti dirett ta’ kuntratti pubbliċi, meta l-Istat Membru kkonċernat ikun astjena milli jittrasponi din id-direttiva fl-ordinament ġuridiku nazzjonali fit-termini stabbiliti.

2)

Il-punt (i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sabiex jiġi stabbilit li awtorità kontraenti teżerċita, flimkien ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, kontroll fuq il-persuna ġuridika li ngħatat il-kuntratt li huwa analogu għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, ir-rekwiżit imsemmi f’din id-dispożizzjoni, marbut mal-fatt li awtorità kontraenti tkun irrappreżentata fil-korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, ma huwiex issodisfatt għar-raġuni biss li fuq il-bord tad-diretturi ta’ din il-persuna ġuridika jpoġġi r-rappreżentant ta’ awtorità kontraenti oħra li jagħmel parti wkoll mill-bord tad-diretturi tal-ewwel awtorità kontraenti.

3)

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma huwiex eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva kuntratt pubbliku li permezz tiegħu awtorità kontraenti tiġi fdata missjonijiet ta’ servizz pubbliku li jaqgħu fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti oħra, meta, permezz tat-twettiq ta’ tali missjonijiet, l-awtorità kontraenti li lilha ġew fdati dawn il-missjonijiet ma tfittix li tilħaq għanijiet li hija taqsam mal-awtoritajiet kontraenti l-oħra, iżda tillimita ruħha sabiex tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ għanijiet li huma komuni biss għal dawn l-awtoritajiet kontraenti l-oħra.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – TJ vs Inspectoratul General pentru Imigrări

(Kawża C-392/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 90/270/KEE - Artikolu 9(3) - Xogħol b’apparat ta’ wiri fuq skrin - Protezzjoni tal-għajnejn u tal-vista tal-għajnejn tal-ħaddiema - Strumenti korrettivi speċjali - Nuċċali - Xiri mill-ħaddiem - Modalitajiet għat-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż mill-persuna li timpjega)

(2023/C 63/07)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TJ

Konvenut: Inspectoratul General pentru Imigrări

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-“istrumenti korrettivi speċjali”, previsti f’din id-dispożizzjoni, jinkludu nuċċali tal-vista intiż speċifikament għall-korrezzjoni u għall-prevenzjoni ta’ diffikultajiet viżivi fir-rigward ta’ xogħol li jinvolvi apparat ta’ wiri fuq skrin. Barra minn hekk, dawn l-“istrumenti korrettivi speċjali” ma humiex limitati għal strumenti użat esklużivament fil-kuntest professjonali.

2)

L-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 90/270

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-obbligu li jiġi pprovdut lill-ħaddiema kkonċernati strument korrettiv speċjali, previst f’din id-dispożizzjoni, impost fuq il-persuna li timpjega, jista’ jiġi ssodisfatt jew permezz tal-provvista diretta tal-imsemmi strument minn dan tal-aħħar, jew permezz tar-rimbors tal-ispejjeż neċessarji sostnuti mill-ħaddiem, iżda mhux bil-ħlas ta’ allowance ġenerali mas-salarju lill-ħaddiem.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Asti – l-Italja) – WP vs Istituto nazionale della previdenza sociale, Repubblica italiana

(Kawża C-404/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali tal-pensjonijiet lejn l-iskema tal-pensjonijiet BĊE - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-BĊE - Artikolu 8 tal-Anness IIIa - Assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jew ta’ ftehim konkluż bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-BĊE)

(2023/C 63/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Asti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WP

Konvenuti: Istituto nazionale della previdenza sociale, Repubblica italiana

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 45 u 48 TFUE, l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8(a) tal-Anness IIIa tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-9 ta’ Ġunju 1998, dwar l-adozzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, kif emendata fil-31 ta’ Marzu 1999,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li

huma ma jipprekludux, fin-nuqqas ta’ ftehim konkluż bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Istat Membru kkonċernat, leġiżlazzjoni jew prattika amministrattiva ta’ dan l-Istat Membru li ma tippermettix lil membru tal-persunal tal-BĊE jittrasferixxi lill-iskema ta’ pensjoni tiegħu ammont li jikkorrispondi għad-drittijiet għal pensjoni li akkwista taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-imsemmi Stat Membru.

Madankollu, l-Artikolu 4(3) TUE jeżiġi, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit f’din id-dispożizzjoni, li Stat Membru li jiġi propost mill-BĊE l-konklużjoni ta’ ftehim taħt dan l-Artikolu 8(a) tal-Anness IIIa, dwar it-trasferiment, għall-iskema ta’ pensjoni tal-BĊE, tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mill-membri tal-persunal tiegħu fi ħdan l-iskema tal-pensjoni ta’ dan l-Istat Membru, jipparteċipa b’mod attiv u in bona fide fin-negozjati intiżi sabiex jikkonkludu tali ftehim miegħu wara l-ftuħ tan-negozjati.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lill-qorti ta’ Stat Membru adita minn membru tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tordna t-trasferiment għall-iskema tal-pensjoni tagħha tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mill-persuna kkonċernata taħt l-iskema tal-pensjoni ta’ dan l-Istat Membru, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jew ta’ ftehim, konkluż bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-BĊE, li jipprevedi tali trasferiment. Min-naħa l-oħra, meta, minħabba l-ksur, minn dan l-Istat Membru, tal-obbligu tiegħu, li jirriżulta mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, li jipparteċipa b’mod attiv u in bona fide fin-negozjati mal-BĊE sabiex jiġi konkluż ftehim dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, dan il-membru tal-persunal tal-BĊE jinsab fl-impossibbiltà li jittrasferixxi, fl-iskema tal-pensjoni tal-BĊE, id-drittijiet għall-pensjoni li huwa jkun kiseb fl-iskema tal-pensjoni tal-imsemmi Stat Membru, din id-dispożizzjoni teżiġi li tali qorti tieħu l-miżuri kollha previsti mir-regoli proċedurali nazzjonali sabiex tiżgura l-osservanza ta’ dan l-obbligu mill-awtorità kompetenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt Hamburg vs Shell Deutschland Oil GmbH

(Kawża C-553/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku - Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 5 - Rati tas-sisa ddifferenzjati skont l-użu professjonali, jew le, ta’ dawn il-prodotti - Eżenzjoni u tnaqqis ta’ taxxi fakultattivi - Preżentazzjoni ta’ talba għal tnaqqis fiskali fakultattiv wara l-iskadenza tat-terminu previst għal dan il-għan iżda qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ likwidazzjoni tat-taxxa kkonċernata - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2023/C 63/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Hamburg

Konvenuta: Shell Deutschland Oil GmbH

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96, li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, rati ta’ tassazzjoni ddifferenzjati bejn il-użu għan-negozju u dak li ma huwiex tal-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku msemmija minn din id-direttiva, huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru huma obbligati li jirrifjutaw, awtomatikament u mingħajr eċċezzjoni, talba għal eżenzjoni mit-taxxa ppreżentata fit-terminu ta’ likwidazzjoni tat-taxxa inkwistjoni, previst mil-liġi nazzjonali, għar-raġuni unika li l-applikant ma rrispettax il-limitu ta’ żmien stabbilit minn din il-liġi għall-introduzzjoni ta’ tali talba.


(1)  ĠU C 490, 06.12.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) IM Gestão de Ativos (IMGA) – Sociedade Gestora de Organismos de Investimento Coletivo SA et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-656/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/7/KE - Artikolu 5(2)(a) - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa tal-boll fuq is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ishma ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli b’kapital varjabbli)

(2023/C 63/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IM Gestão de Ativos (IMGA) – Sociedade Gestora de Organismos de Investimento Coletivo SA, IMGA Rendimento Semestral, IMGA Ações Portugal Cat A, IMGA Ações América Cat A, IMGA Mercados Emergentes, IMGA Eurofinanceiras, IMGA Eurocarteira, IMGA Rendimento Mais, IMGA Investimento PPR, IMGA Alocação Moderada Cat A, IMGA Alocação Dinâmica Cat A, IMGA Global Equities Selection Cat A, IMGA Liquidez Cat A, IMGA Money Market Cat A, IMGA Euro Taxa Variável Cat A, IMGA Dívida Pública Europeia, IMGA Retorno Global Cat A, IMGA Poupança PPR, IMGA Alocação Conservadora Cat A, IMGA Iberia Equities ESG Cat A, IMGA Iberia Fixed Income ESG Cat A, IMGA Alternativo, CA Curto Prazo, IMGA Ações Europa, IMGA Flexível Cat A, CA Monetário, CA Rendimento, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida 35-44, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida 45-54, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida + 55, Eurobic Seleção Top, IMGA European Equities Cat A

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa tal-boll, minn naħa, fuq ir-remunerazzjoni li tirċievi istituzzjoni finanzjarja mingħand kumpannija ta’ ġestjoni ta’ fondi komuni ta’ investiment għall-provvista ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-finijiet ta’ kontribuzzjonijiet ġodda ta’ kapital intiżi għas-sottoskrizzjoni ta’ ishma ta’ fondi li jkunu għadhom kif inħarġu kif ukoll, min-naħa l-oħra, fuq l-ammonti li din il-kumpanija ta’ ġestjoni tirċievi minn fondi komuni ta’ investiment sa fejn dawn l-ammonti jinkludu r-remunerazzjoni li l-imsemmija kumpannija ta’ ġestjoni ħallset lill-istituzzjonijiet finanzjarji għal dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État l – Franza) – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-20/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard - Artikolu 4 - Twaqqif tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali - Miżura nazzjonali li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali meħuda individwalment - Iffissar ta’ prezz massimu ta’ bejgħ ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-istabbilimenti tas-saħħa)

(2023/C 63/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM)

Konvenut: Ministre des Solidarités et de la Santé

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali” ma japplikax għal miżura li l-għan tagħha huwa li tikkontrolla l-prezzijiet ta’ ċerti prodotti mediċinali kkunsidrati individwalment.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Bank Ewropew tal-Investiment vs KL

(Kawża C-68/22 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Kunċett ta’ “invalidità” - Dikjarazzjoni ta’ kapaċità għax-xogħol - Assenza mhux iġġustifikata - Rikors għal annullament u għad-danni)

(2023/C 63/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u I. Zanin, aġenti, assistiti minn A. Duron, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: KL (rappreżentanti: A. Champetier u L. Levi, avocates)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawn sostnuti minn KL.


(1)  ĠU C 213, 30.5.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Eurelec Trading SCRL, Scabel SA vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-98/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Azzjoni ta’ awtorità pubblika intiża sabiex jiġu kkonstatati, issanzjonati u mitmuma prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni)

(2023/C 63/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurelec Trading SCRL, Scabel SA

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Fil-preżenza ta’: Groupement d’achat des centres Édouard Leclerc (GALEC), Association des centres distributeurs Édouard Leclerc (ACDLEC),

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma jinkludix l-azzjoni ta’ awtorità pubblika ta’ Stat Membru kontra kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor għall-finijiet li jiġu rrikonoxxuti, ippenalizzati u mwaqqfa prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fir-rigward ta’ fornituri stabbiliti fl-ewwel Stat Membru, meta din l-awtorità pubblika teżerċita setgħat ta’ investigazzjoni jew setgħat ġudizzjarji eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli tad-dritt komuni applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi.


(1)  ĠU C 198, 16.05.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úrad pre verejné obstarávanie – is-Slovakkja) – Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou, Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s., Dôvera zdravotná poist’ovňa a.s., Union zdravotná poisťovňa, a.s.

(Kawża C-204/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” - Kriterji strutturali u funzjonali - Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi - Obbligu ta’ kooperazzjoni tal-organu tar-rinviju - Direttivi 89/665/KEE u 2014/24/UE - Kuntratti pubbliċi - Korp nazzjonali fil-qasam ta’ kontroll tal-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi - Awtorizzazzjoni sabiex taġixxi ex officio - Setgħa ta’ sanzjoni - Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja - Assenza ta’ tilwima quddiem l-organu tar-rinviju - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2023/C 63/14)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Úrad pre verejné obstarávanie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuti: Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou, Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s., Dôvera zdravotná poist’ovňa a.s., Union zdravotná poisťovňa, a.s.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2022 mill-Úrad pre verejné obstarávanie (l-Awtorità Regolatorja tal-Kuntratti Pubbliċi, is-Slovakkja) hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 16/3/2022


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court) (l-Irlanda) – Enniskerry Alliance, Enniskerry Demesne Management Company CLG u Protect East Meath Limited vs An Bord Pleanála, The Attorney General, l-Irlanda u Louth County Council

(Kawża C-464/22) (1)

(Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aaarhus - Aċċess għall-ġustizzja - Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża mhux projbittiva - Kamp ta’ applikazzjoni - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mal-liġi proċedurali nazzjonali)

(2023/C 63/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enniskerry Alliance, Enniskerry Demesne Management Company CLG u Protect East Meath Limited

Konvenuti: An Bord Pleanála, The Attorney General, l-Irlanda u Louth County Council

Dispożittiv

B’digriet tat-8 ta’ Diċembru 2022, il-President tad-Disa’ Awla ordna li l-kawża C-464/22 titħassar mir-Reġistru tal-Qorti.


(1)  Data tal-preżentata: 11/07/2022


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Save Roscam Peninsula CLG, SC-F, MF, PH, Abbey Park and District Residents Association Baldoyle vs An Bord Pleanála, Galway City Council, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, l-Irlanda, The Attorney General u Fingal County Council

(Kawża C-543/22) (1)

(Konvenzjoni ta’ Aarhus - Aċċess għall-ġustizzja - Rekwiżit ta’ proċedura li ma fihiex spiża b’mod projbittiv - Kamp ta’ applikazzjoni - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt proċedurali nazzjonali)

(2023/C 63/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Save Roscam Peninsula CLG, SC-F, MF, PH u Abbey Park and District Residents Association Baldoyle

Konvenuti: An Bord Pleanála, Galway City Council, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, l-Irlanda, The Attorney General u Fingal County Council

Dispożittiv

B’digriet tat-8 ta’ Diċembru 2022, il-President tad-Disa’ Awla ordna li l-Kawża C-543/22 titħassar mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 11.8.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – GY vs An Bord Pleanála, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, Irlande u The Attorney General

(Kawża C-616/22) (1)

(Konvenzjoni ta’ Aarhus - Aċċess għall-ġustizzja - Rekwiżit ta’ proċedura ta’ spiża mhux projbittiva - Kamp ta’ applikazzjoni - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mal-liġi proċedurali nazzjonali)

(2023/C 63/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GY

Konvenuti: An Bord Pleanála, The Minister for Housing, Local Government and Heritage, l-Irlanda u The Attorney General

Dispożittiv

B’digriet tat-8 ta’ Diċembru 2022, il-President tad-Disa’ Awla ordna li l-kawża C-616/22 titħassar mir-Reġistru tal-Qorti.


(1)  Data tal-preżentata: 23/09/2022


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Airbnb Ireland UC vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-662/22)

(2023/C 63/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ammisnistrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Airbnb Ireland UC

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tippromwovi l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, timponi fuq fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

2)

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2) tobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?

3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (3) jipprekludi l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, sabiex jippromwovu l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħar-reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

4.

Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (4) jipprekludu l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, sabiex jippromwovu l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħar-reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

5.

L-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE jobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?


(1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.

(2)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(3)  ĠU 2000, L 178, p. 1.

(4)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-663/22)

(2023/C 63/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Expedia Inc.

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1.

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew miżura adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti – bħal dawk imsemmija fil-parti ddedikata għall-motivi – li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online stabbiliti barra mill-pajjiż jippreżentaw dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni mhux relatata mal-għanijiet tar-regolament?

2.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mitluba permezz tat-trażmissjoni tal-IES (dikjarazzjoni ekonomika sistematika) tista’ titqies li hija rilevanti u utli għall-implimentazzjoni adegwata u effettiva tar-Regolament (UE) 2019/1150?


(1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Google Ireland Limited vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-664/22)

(2023/C 63/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Google Ireland Limited

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-legge 30 dicembre 2020, n. 178 (il-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020), li jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor, iżda li joperaw fl-Italja, oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħall-obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru speċifiku u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja? B’mod partikolari, tali dispożizzjoni nazzjonali tmur kontra l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (1), li tipprovdi li fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – f’dan il-każ Google Ireland Limited – huwa suġġett esklużivament għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit?

2.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020, li jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja? B’mod partikolari, il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll il-prinċipji analogi li jirriżultaw mid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) u mid-Direttiva 2000/31/KE, jipprekludu miżura nazzjonali li, għall-eżerċizzju tal-istess attività, timponi fuq l-intermedjarji li joperaw fl-Italja, iżda li ma humiex stabbiliti hemmhekk, oneri addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk previsti fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom?

3.

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (3), kien jimponi fuq l-Istat Taljan l-obbligu li jikkomunika lill-Kummissjoni l-introduzzjoni tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-ROC, impost fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online? B’mod partikolari, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li individwu, stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex l-Italja, jista’ jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri adottati mill-leġiżlatur Taljan (fl-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020), li jistgħu jirrestrinġu l-moviment liberu ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni, meta tali miżuri ma jkunux ġew ikkomunikati konformement ma din id-dispożizzjoni?

4.

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (4) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew miżura adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li timponi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online li joperaw fi Stat Membru obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi tal-komunikazzjoni (ROC), segwit minn sensiela ta’ obbligi formali u proċedurali, obbligi ta’ kontribuzzjoni u projbizzjonijiet li jsiru profitti ogħla minn ċertu ammont?


(1)  ĠU 2000, L 178, p. 1.

(2)  ĠU 2006, L 376, p. 36.

(3)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(4)  ĠU 2019, L 186, p. 57.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Amazon Services Europe Sàrl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-665/22)

(2023/C 63/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amazon Services Europe Sàrl

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1.

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, bil-għan speċifiku li tiġi ggarantita l-implimentazzjoni adegwata u effettiva ta’ dan l-istess regolament, b’mod partikolari bil-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, timponi fuq fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu li jittrażmettu perjodikament informazzjoni importanti fuq id-dħul tagħhom?

2.

Skont ir-Regolament (UE) Nru 2019/1150, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fid-dikjarazzjoni ekonomika sistematika, li tirrigwarda prinċipalment d-dħul magħmul, tista’ titqies li hija rilevanti u utli sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mir-Regolament?

3.

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2) tobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu li jittrażmettu perjodikament informazzjoni importanti fuq id-dħul tagħhom, li l-ksur tiegħu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?

4.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (3) jipprekludi l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, bil-għan iddikjarat li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2019/1150, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor, iżda li joperaw fl-Italja, oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħall-obbligu li jittrażmettu dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni importanti fuq id-dħul tagħhom, li l-ksur tiegħu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji?

5.

Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (4) u d-Direttiva 2000/31/KE jipprekludu l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, bil-għan iddikjarat li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2019/1150, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħall-obbligu li jittrażmettu dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni importanti fuq id-dħul tagħhom, li l-ksur tiegħu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji?

6.

L-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE jobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu li jittrażmettu dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni importanti fuq id-dħul tagħhom, li l-ksur tiegħu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?


(1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.

(2)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(3)  ĠU 2000, L 178, p. 1.

(4)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – EG Vacation Rentals Ireland Limited vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-666/22)

(2023/C 63/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EG Vacation Rentals Ireland Limited

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-legge 30 dicembre 2020, n. 178 (il-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020), li jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor, iżda li joperaw fl-Italja, oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħall-obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru speċifiku u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja? B’mod partikolari, tali dispożizzjoni nazzjonali tmur kontra l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (1), li tipprovdi li fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni […] tal-Istat Membru li fih il-fornitur huwa stabbilit?

2.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk tal-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020, li jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja? B’mod partikolari, il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikolu 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji analogi li jirriżultaw mid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) u mid-Direttiva 2000/31/KE, jipprekludu miżura nazzjonali li, għall-eżerċizzju tal-istess attività, timponi fuq l-intermedjarji li joperaw fl-Italja, iżda li ma humiex stabbiliti hemmhekk, ir-reġistrazzjoni f’reġistru li tirriżulta f’oneri addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk previsti fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom?

3.

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (3), kien jimponi fuq l-Istat Taljan l-obbligu li jikkomunika lill-Kummissjoni l-introduzzjoni tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-ROC, impost fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online? B’mod partikolari, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li individwu, stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex l-Italja, jista’ jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri adottati mill-leġiżlatur Taljan (fl-Artikolu 1(515), (516) u (517) tal-Liġi Nru 178 tat-30 ta’ Diċembru 2020), li jistgħu jirrestrinġu l-moviment liberu ta’ servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni, meta tali miżuri ma jkunux ġew ikkomunikati konformement ma’ din id-dispożizzjoni?

4.

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (4) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew miżura adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li timponi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online li joperaw fi Stat Membru obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-operaturi tal-komunikazzjoni (ROC), segwit minn sensiela ta’ obbligi formali u proċedurali, obbligi ta’ kontribuzzjoni u projbizzjonijiet li jsiru profitti ogħla minn ċertu ammont?


(1)  ĠU 2000, L 178, p. 1.

(2)  ĠU 2006, L 376, p. 36.

(3)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(4)  ĠU 2019, L 186, p. 57.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-21 ta’ Ottubru 2022 – Amazon Services Europe Sàrl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-667/22)

(2023/C 63/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amazon Services Europe Sàrl

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tippromwovi l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, timponi fuq fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

2)

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2) tobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?

3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (3) jipprekludi l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, sabiex jippromwovu l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħar-reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

4)

Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (4) jipprekludu l-adozzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet li, sabiex jippromwovu l-ekwità u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ linji gwida, il-promozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti, jimponu fuq operaturi stabbiliti f’pajjiż Ewropew ieħor oneri addizzjonali ta’ natura amministrattiva u pekunjarja, bħar-reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza?

5)

L-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE jobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni miżuri li jimponu fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online u ta’ magni tat-tiftix online obbligu ta’ reġistrazzjoni f’reġistru, li jinvolvi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni importanti dwar l-organizzazzjoni tagħhom u l-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-direttiva tippermetti lil individwu jopponi l-applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ miżuri mhux ikkomunikati lill-Kummissjoni?


(1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.

(2)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(3)  ĠU 2000, L 178, p. 1.

(4)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Ottubru 2022 – T GmbH vs Bezirkshautpmannschaft Spittal an der Drau

(Kawża C-671/22)

(2023/C 63/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T GmbH

Konvenut: Bezirkshautpmannschaft Spittal an der Drau

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1.2.2 (Definizzjonijiet ta’ stat ekoloġiku għoli, tajjeb u moderat fil-lagi) tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li “kundizzjonijiet disturbati” fit-tabella “Elementi ta’ kwalità bioloġika”, fil-linja “Fish fauna”, fil-kolonna “Stat għoli” għandhom jinftiehmu esklużivament bħala kundizzjonijiet antropoġeniċi fuq l-elementi ta’ kwalità fiżiċi-kimiċi u idromorfoloġiċi?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

2)

Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li bidla minn stat għoli għall-element ta’ kwalità bioloġika “fish fauna”, li hija dovuta għal kundizzjonijiet disturbati li ma humiex influwenzi antropoġeniċi fuq l-elementi ta’ kwalità fiżiċi-kimiċi u idromorfoloġiċi, twassal sabiex l-element ta’ kwalità bijoloġika għal “fish fauna” ukoll ma jistax jiġi kklassifikat bħala ta’ “stat tajjeb” jew ta’ “stat moderat”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275, rettifika fil-ĠU 2019, L 260, p. 70.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Novembru 2022 – S.R.G. Vs “Profi Credit Bulgaria” EOOD

(Kawża C-714/22)

(2023/C 63/25)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.R.G.

Konvenut:“Profi Credit Bulgaria” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż relatati ma’ servizzi anċillari, miftiehma fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi, bħalma huma t-tariffi li jippermettu d-differiment u t-tnaqqis tal-ħlasijiet, jikkostitwixxu parti mir-rata perċentwali annwali ta’ imposta tal-kreditu?

2)

L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjoni żbaljata tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta f’kuntratt ta’ kreditu, konkluż bejn negozjant u konsumatur debitur, għandha titqies daqslikieku ma ġietx indikata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta fil-kuntratt ta’ kreditu u l-qorti nazzjonali għandha tapplika l-konsegwenzi previsti fid-dritt nazzjonali tagħha fil-każ li ma tkunx ġiet indikata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta fil-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi?

3)

L-Artikolu [23] tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni ta’ nullità tal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi, prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li twassal sabiex ikollu jitħallas lura l-kapital imsellef biss, hija sanzjoni proporzjonata f’dawk il-każijiet fejn il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi ma jkunx fih indikazzjoni preċiża tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta?

4)

L-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż marbuta ma’ sett ta’ servizzi anċillari, li jkunu previsti f’kuntratt addizzjonali għall-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi, li jkun ġie konkluż separatament minn u addizzjonalment għall-kuntratt prinċipali, għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mis-suġġett prinċipali tal-kuntratt u għalhekk ma jkunux jistgħu jiġu suġġetti għal evalwazzjoni dwar in-natura inġusta?

5)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, ikkunsidrat flimkien mal-punt 1(o) tal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li hija inġusta klawżola, f’kuntratt dwar servizzi anċillari għall-kreditu għall-konsumaturi, li tipprevedi l-possibbiltà astratta għall-konsumatur li jiddiferixxi jew jibdel il-ħlasijiet, possibbiltà li għaliha jħallas imposta, u dan anki jekk ma jużax tali possibbiltà?

6)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali taqa’ fuq il-konsumatur fil-każ ta’: (1) sodisfazzjon parzjali ta’ pretensjoni li somma ma hijiex dovuta minħabba li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali […]; (2) impossibbiltà prattika jew diffikultà eċċessiva fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt tal-konsumaturi li jkunu jafu l-ammont preċiż tal-pretensjoni; (3) fil-każijiet kollha fejn ikun hemm klawżola inġusta, inkluż fil-każ li l-eżistenza tal-klawżola inġusta ma jkollhiex impatt dirett fuq l-ammont kollu tal-pretensjoni tal-kreditur, jew fuq parti minnu, jew fil-każ li ma jkollhiex rabta diretta mas-suġġett tat-tilwima?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-25 ta’ Novembru 2022 – Friends of the Irish Environment CLG vs Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

(Kawża C-727/22)

(2023/C 63/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Friends of the Irish Environment CLG

Konvenuti: Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1), moqri flimkien mal-Artikolu 3(2)(a), għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura adottata mill-eżekuttiv ta’ Stat Membru, mhux abbażi ta’ obbligu legali jew amministrattiv, u lanqas abbażi ta’ miżura leġiżlattiva, amministrattiva jew regolatorja, tista’ tikkostitwixxi pjan jew programm irregolat mid-Direttiva, meta l-pjan jew il-programm adottat b’dan il-mod jistabbilixxi qafas li fil-kuntest tiegħu t-twettiq ta’ ċerti proġetti jista’ jiġi awtorizzat jew irrifjutat fil-futur u jissodisfa għalhekk il-kriterju indikat fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva?

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-Artikolu 3(8) u (9) tal-imsemmija Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew programm li jinkludi regoli speċifiċi, għalkemm deskritti bħala “indikattivi”, għall-allokazzjoni tal-fondi għat-twettiq ta’ ċerti proġetti infrastrutturali bil-għan li jsostni l-istrateġija ta’ żvilupp tat-territorju ta’ pjan ieħor, li min-naħa tiegħu jikkostitwixxi l-bażi ta’ strateġija ta’ żvilupp futur tat-territorju, jista’ fih innifsu jikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, il-fatt li pjan li għandu bħala l-għan tiegħu l-allokazzjoni ta’ riżorsi jfisser li għandu jitqies bħala pjan finanzjarju fis-sens tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2001/42?

3)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-Anness I tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun meħtieġa evalwazzjoni ambjentali abbażi tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/42, ir-rapport ambjentali previst fl-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva għandu, meta jiġu identifikati alternattivi raġonevoli għal għażla ppreferuta, jinkludi għal finijiet ta’ paragun evalwazzjoni tal-għażla ppreferuta u tal-alternattivi raġonevoli?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, ir-rekwiżit impost mid-Direttiva 2001/42 ikun issodisfatt meta l-alternattivi raġonevoli jiġu evalwati għal finijiet ta’ paragun qabel is-selezzjoni tal-għażla ppreferuta, u meta mbagħad l-abbozz tal-pjan jew tal-programm jiġi evalwat u titwettaq evalwazzjoni strateġika dwar l-impatt ambjentali (ESA) b’mod iktar iddettaljat biss fir-rigward tal-għażla ppreferuta?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP vs “Valentina Heights” EOOD

(Kawża C-733/22)

(2023/C 63/27)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP

Konvenut:“Valentina Heights” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ikkunsidrat flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rata mnaqqsa tal-VAT prevista f’din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-akkomodazzjoni pprovduta f’lukandi u stabbilimenti simili tista’ tiġi applikata fil-każ li dawn l-istabbilimenti ma jkunux ikklassifikati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 98(2) tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni selettiva tar-rata mnaqqsa abbażi ta’ aspetti konkreti u speċifiċi ta’ kategorija speċifika ta’ servizzi, espressi fir-rekwiżit li l-akkomodazzjoni pprovduta f’lukandi u stabbilimenti simili titwettaq biss f’postijiet li joffru akkomodazzjoni kklassifikati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba jew li jkollhom ċertifikat temporanju maħruġ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ klassifikazzjoni li tkun għadha pendenti?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Staten og Kommunernes Indkøbsservice A/S vs BibMedia A/S

(Kawża C-737/22)

(2023/C 63/28)

Lingwa tal-kawża: il-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staten og Kommunernes Indkøbsservice A/S

Konvenut: BibMedia A/S.

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fitt-trattament sanċiti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) u l-projbizzjoni konsegwenti tan-negozjati jipprekludu offerent li jkun ressaq it-tieni offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża b’rabta ma’ proċedura miftuħa għal lottijiet separati (ara l-Artikoli 27 u 46 id-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku) milli jingħata l-opportunità, wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerta tkun skadiet, u skont it-termini ddeterminati minn qabel fl-ispeċifikazzjonijiet, li jipprovdu s-servizzi proposti f’lott taħt l-istess termini bħal offerent li jkun issottometta l-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża u li, għaldaqstant, jingħata lott ieħor li jinħareġ għall-offerti fl-istess ħin?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Itä-Suomen hovioikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Endemol Shine Finland Oy

(Kawża C-740/22)

(2023/C 63/29)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Itä-Suomen hovioikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Endemol Shine Finland Oy

Domandi preliminari

1)

Komunikazzjoni orali ta’ data personali tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali fis-sens tal-Artikolu 2(1) u tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1)?

2)

Id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti uffiċjali jista’ jiġi kkonċiljat mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali taħt ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, bil-mod imsemmi fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-regolament, fis-sens li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr restrizzjoni informazzjoni li tkun ġejja minn fajl ta’ data personali miżmum minn qorti fir-rigward ta’ kundanni kriminali ta’ persuna fiżika jew fir-rigward ta’ reati mwettqa minnha, meta jintalab li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata oralment lir-rikorrent?

3)

Ir-risposta għat-tieni domanda tiddependi mill-punt dwar jekk ir-rikorrent huwiex kumpannija jew individwu?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Diċembru 2022 – Slovenské Energetické Strojárne A. S. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-746/22)

(2023/C 63/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Slovenské Energetické Strojárne A. S.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE (1) tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2008/9”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet fil-qasam tal-azzjonijiet legali previsti minn din id-direttiva huma osservati anki jekk, fil-kuntest tal-eżami tat-talbiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”), dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 124(3) tal-az adóigazgatási rendtartásról szóló 2017. évi CLI. törvény (il-Liġi Nru CLI tal-2017 dwar l-Organizzazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa”), ma tippermettix lill-applikant, fl-istadju tal-ilment, jallega fatti ġodda, jew jinvoka jew jipproduċi provi ġodda, li huwa kellu għarfien tagħhom qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa tal-ewwel istanza iżda li huwa ma ppreżentax, minkejja li l-awtorità tat-taxxa stednitu jagħmel dan, jew li huwa ma invokax, fatt li jirriżulta f’limitazzjoni materjali tad-dritt għal azzjoni legali li tmur lil hinn mill-kundizzjonijiet formali u t-termini ta’ skadenza tad-Direttiva 2008/9?

2)

Risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda għandha l-effett li tagħti lit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9 n-natura ta’ terminu ta’ dekadenza? Dan huwa konformi mad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), mal-Artikoli 167, 169, 170 u 171(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, kif ukoll mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

3)

Id-dispożizzjoni dwar iċ-ċaħda totali jew parzjali tat-talba għal rimbors, prevista fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/9, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija konformi ma’ dan tal-aħħar dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 49(1)(b) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, li tipprevedi li ma titteħidx azzjoni fuq il-proċedura mill-Awtorità tat-Taxxa meta l-applikant, wara li jkun ġie mistieden mill-Awtorità tat-Taxxa, ma jkun ippreżenta ebda dikjarazzjoni, jew ma jkunx ikkonforma ruħu mal-obbligu tiegħu ta’ aġġustament u li, fl-assenza ta’ tali dikjarazzjoni jew ta’ tali aġġustament, it-talba ma tistax tiġi pproċessata, mingħajr ma jingħata segwitu ex officio għall-proċedura?


(1)  ĠU 2008, L 44, p. 23.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-502/19, Francesca Corneli vs BĊE

(Kawża C-777/22 P)

(2023/C 63/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla, aġenti, M. Lamandini, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Francesca Corneli, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022, mogħtija fil-kawża Francesca Corneli vs BĊE (T-502/19, mhux ippubblikata, EU:T:2022:627), fil-parti fejn annullat id-deċiżjonijiet tal-BĊE tal-1 ta’ Jannar 2019 u tad-29 ta’ Marzu 2019; u għal dan il-għan,

tiddikjara r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali ta’ Francesca Corneli inammissibbli fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE u, konsegwentement, iċċaħdu fl-intier tiegħu.

sussidjarjament, tiddikjara l-legalità tad-deċiżjonijiet tal-BĊE sa fejn suġġett ta’ dan il-ġudizzju u, fejn ikun il-każ, tibgħat lura l-kawża għal Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-motivi tar-rikors mhux eżaminati fis-sentenza appellata, u

tikkundanna lil Francesca Corneli biex tirrimborża l-ispejjeż sostnuti mill-BĊE għaż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew jinvoka żewġ aggravji.

Bl-ewwel aggravju, il-BĊE isostni li l-Qorti Ġenerali jidher li wettqet diversi żbalji ta’ liġi, parzjalment ibbażati fuq użu ħażin, fl-evalwazzjoni tal-legalità li taġixxi u tal-interess li taġixxi ta’ Francesca Corneli, li jidher li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fosthom fl-Artikolu 263(4) TFUE. B’mod partikolari, il-BĊE huwa tal-fehma li l-Qorti Ġenerali:

għamlet użu ħażin tal-fatti rilevanti fejn sostniet li d-deċiżjonijiet annullati kellhom effett fuq id-“drittijiet” li allegatament jeżistu għand Francesca Corneli bħala azzjonista tal-Banca Carige, fil-verità mhux eżistenti u mhux milquta minn tali deċiżjonijiet;

wettqet żball ta liġi meta tat lid-deċiżjonijiet annullati effett dirett fuq is-sitwazzjoni legali ta’ Francesca Corneli, waħda minn iktar minn 35 000 azzjonisti żgħar ta’ Banca Carige fiż-żmien tal-preżentazzjoni tar-rikors;

wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li Francesca Corneli kienet individwalment interessata mid-deċiżjonijiet annullati sa fejn milquta f’kwalità tagħha – li hija azzjonista ta’ Banca Carige – li, skont il-Qorti Ġenerali, kienet tidentifikaha b’mod esklużiv, u li għalhekk kienet individwalment interessata mid-deċiżjonijiet annullati;

wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li Francesca Corneli kellha interess għall-annullament tad-deċiżjonijiet annullati b’mod distint minn dak tad-destinatarja tagħhom, jiġifieri Banca Carige, sa fejn dawn il-konklużjonijiet jidher li ma kinux konformi mal-orjentazzjoni ġurisprudenzjali konsolidata relatata mal-każijiet eċċezzjonali li fihom jista’ jiġi rikonoxxut l-interess li jaġixxi tas-sieħeb.

Permezz tat-tieni aggravju, il-BĊE ssostni li l-Qorti Ġenerali jidher li wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-bażi legali użata minn BĊE għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet annullati, peress li d-“deterjorament sinjifikattiv ta’ entità ta’ kreditu”, liema espressjoni taċ-ċirkustanzi gravi deskritti b’mod analitiku fid-deċiżjonijiet annullati, ikun prerekwiżit għall-adozzjoni ta’ miżura ta’ amministrazzjoni straordinarja. B’mod partikolari, il-BĊE ssostni li l-Qorti Ġenerali:

tkun ċaħdet l-interpretazzjoni mogħtija mill-qrati nazzjonali lill-Artikolu 70 tal-Att Bankarju Konsolidat u wettqet għalhekk żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni ta’ tali regola u l-firxa tar-referenza tal-istess fl-Artikolu 69q(1)(b) tal-Att Bankarju Konsolidat;

tkun wettqet żball tal-liġi meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali fl-intier tiegħu, li minnu joħroġ ċarament ir-rieda tal-leġiżlatur Taljan li jimplimenta b’mod sħiħ u korrettament id-Direttiva 2014/59/UE (1);

tkun wettqet żball tal-liġi meta ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika tal-Artikolu 69q u 70 tal-Att Bankarju Konsolidat fid-dawl tal-għan tal-miżuri ta’ intervent bikri, inkluża l-amministrazzjoni straordinarja;

tkun wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li l-interpretazzjoni konformi tal-Artikolu 70 tal-Att Bankarju Konsolidat quddiem l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tikkostitwixxi interpretazzjoni contra legem tar-regola Taljana.


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn LE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-475/20, LE vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-781/22 P)

(2023/C 63/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: LE (rappreżentant: M. Straus, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba għall-annullament ta’ sentenza oħra li tirrigwarda tilwima dwar id-Deċiżjoni C(2020)3988 final;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal proċeduri oħra dwar motivi u eċċezzjonijiet imqajma minn LE, f’isem ukoll il-partijiet marbuta miegħu, kontra u fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata;

Sussidjrajament,

tiddeċiedi jew tieħu sentenza interlokutorja sabiex tisma’ x-xhieda jew sabiex jiġu prodotti provi li jsostnu l-kawża qabel tiddeċiedi fuq it-talbiet prinċipali;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-talba għall-annullament ta’ sentenza oħra li tirrigwarda tilwima dwar id-Deċiżjoni C(2020)3988 final, u jekk hekk aċċertat u deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal proċeduri oħra dwar motivi u eċċezzjonijiet kontra u fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata;

b’mod iktar sussidjarju,

tiddeċiedi jew tieħu dawk il-miżuri oħra ulterjuri li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tqis ġusti u xierqa.

Fil- kwistjoni ta’ proċedura

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi d-drittijiet tal-avukati tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka erba’ aggravji, li xi wħud minnhom huma maqsuma f’diversi partijiet. Permezz ta’ dawn l-aggravji, LE jsostni b’mod partikolari li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li:

ibbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-mertu tad-deċiżjoni kkontestata fuq id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea;

l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ evidenza eċċessivament stretti u mhux korretti għad-deċiżjonijiet;

illimitat għall-minimu l-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jsir mill-Qorti Ġenerali;

naqset milli tosserva l-kriterji legali applikabbli relatati mal-prinċipji legali proċedurali u l-prinċipji legali injorati, bħal proċeduri kontradittorji, prinċipji ta’ trattament ugwali, amministrazzjoni tajba, aspettattivi leġittimi u ġurisprudenza favur l-appellant;

ibbażat ruħha fuq provi allegati li ma ġewx ipprovduti jew prodotti lill-appellant qabel id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2022 minn “Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-81/21, “Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-787/22 P)

(2023/C 63/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant:“Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac (rappreżentanti: D. Diris, advocaat, D. Rjabynina, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-81/21;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 263 TFUE, tar-Regolament Nru 883/2013 (1) u tar-Regolament Nru 1049/2001 (2), kif ukoll ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni u ta’ raġunament kontradittorju fl-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament;

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 124 tal-Ftehim bejn il-Bosnja u l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 7(2) u (4) tal-Protokoll 5, l-Artikolu 21 flimkien mal-Artikolu 51 CFR u r-Regolament Nru 883/2013 fl-eżaminazzjoni tal-liġi applikabbli u r-responsabbiltà tal-OLAF b’mod ġenerali u b’mod partikolari matul l-ispezzjoni tal-4 ta’ Diċembru 2019;

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ nemo tenetur se ipsum accusare tal-appellanti matul l-ispezzjoni tal-4 ta’ Diċembru 2019;

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ applikazzjoni jew interpretazzjoni skorretta tar-Regolament Nru 883/2013 fir-rigward tal-mekkaniżmu intern ta’ konsulenza u kontroll tal-OLAF u d-dritt tal-appellant li jagħmel ilment;

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni kontradittorja fir-rigward tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent;

Is-sitt aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-imparzjalità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF;

Is-seba’ aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur, u motivazzjoni kontradittorja fir-rigward, tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 883/2013 fir-rigward tal-kampjunar imwettaq mid-Dwana Kroata fuq talba tal-OLAF.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/27


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-502/19, Francesca Corneli vs BĊE

(Kawża C-789/22 P)

(2023/C 63/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Francesca Corneli, Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) tat-12 ta’ Ottubru 2022, innotifikata lill-Kummissjoni l-istess jum, fil-kawża T-502/19, Francesca Corneli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza sa fejn inammissibbli u barra minn hekk infondat u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi tal-ġudizzju;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tibgħat il-kawża lura għand il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka ħames aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali jidher li kisret l-Artikolu 263 TFUE, billi ssostni b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet appellati fl-ewwel istanza kienu jirrigwardaw direttament u individwalment ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u li din tal-aħħar kellha interess awtonomu li taġixxi għall-annullament tagħhom, u jidher li żnaturat il-fatti.

Bit-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni li, fl-eżami tal-motiv dedott tal-allegat ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 70 tad-Digriet Leġiżlattiv tal-1 ta’ Settembru 1993, nru. 385, test uniku tal-liġijiet fis-suġġett bankarju u ta’ kreditu (iktar ’il quddiem: l-“Att Bankarju Konsolidat”), il-Qorti Ġenerali jidher li kisret l-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Dan il-motiv jidher li ma ġiex ippreżentat fir-rikors tal-ewwel istanza u jidher li ma setax jiġi dedott tardivament fir-replika, għaliex jidher li ma kienx ibbażat fuq elementi ta’ dritt u ta’ fatti li ħarġu matul il-proċediment. Jekk huwa l-każ, il-Qorti Ġenerali jidher li kienet kisret id-dispożittiv ewlieni u l-projbizzjoni li jitqajjem ex officio motiv ta’ annullament rilevanti għal legalità sostanzjali tal-att appellat.

Bit-tielet aggravju, il-Kummissjoni tiddeduċi li l-Qorti Ġenerali jidher li kisret l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) nru. 1024/2013 (1) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 70 tal-Att Bankarju Konsolidat billi interpretat b’mod żbaljat, bl-istess mod bħall-kanoni ermenewtiċi tad-dritt Taljan, il-kundizzjonijiet previsti fit-tieni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għax-xoljiment tal-organi b’funzjonijiet ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ entità ta’ kreditu. Jidher li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni testwali tal-imsemmi Artikolu 70, jidher li ma ħaditx inkonsiderazzjoni n-neċessità li ssir interpretazzjoni sistematika, storika, teleologika u konformi mal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana u jidher barra minn hekk li naqset li tikkunsidra l-ġurisprudenza nazzjonali.

Permezz tar-raba’ aggravju, il-Kummissjoni tiddikjara li l-Qorti Ġenerali jidher li kisret it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, billi ssostni b’mod żbaljat li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 70 tal-Att Bankarju Konsolidat ma setax jiġi interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/1059/UE (2). B’mod partikolari, jidher li l-Qorti Ġenerali kienet tonqos fid-dmir li huwa impost fuq qorti li tistinka fl-aħjar li tista’, fil-limiti tas-setgħa tagħha, billi tieħu inkonsiderazzjoni d-dritt intern fl-intier tiegħu u billi tapplika l-metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti minn din tal-aħħar, bil-għan li tiggarantixxi l-effikaċja sħiħa tad-direttiva inkwistjoni u li tasal għal soluzzjoni konformi għall-iskop imfittex minn din tal-aħħar.

Bil-ħames aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali jidher li kisret l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u t-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, li tipprojbixxi lil Bank Ċentrali Ewropew li tibbaża l-azzjoni tiegħu fuq dispożizzjonijiet ta’ effett dirett tad-Direttivi u li jobbligawh japplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni kuntrarja tad-direttivi stess.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63),

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/28


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2022 mir-Repubblika Ellenika. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-850/19, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-797/22P P)

(2023/C 63/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Leftheriotou, A.-E. Vasilopoulou)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li jintlaqa’ l-appell u l-annullament tas-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-850/19 (1), li biha ġie miċħud ir-rikors tar-Repubblika Ellenika, ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019, li bih talbet l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2019, C (2019) 7094 finali, dwar il-miżuri SA.39119 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2014/CP) implimentati mir-Repubblika Ellenika fil-forma ta’ sussidji tal-imgħax u garanziji marbuta man-nirien tal-2007, li tkopri biss is-settur agrikolu (ĠU 2020, L 76, p. 4), bil-għan li tilqa’ l-imsemmi rikors u tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata tas-sentenza appellata, huwa maqsum f’żewġ partijiet.

Fl-ewwel parti tal-ewwel aggravju huwa argumentat li, bl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-impriżi agrikoli fiż-żoni milquta min-nirien li kienu rċevew self iggarantit mill-Istat Grieg (u dawn l-impriżi biss) kienu kisbu vantaġġ ekonomiku. Barra minn hekk, hija ma mmotivatx biżżejjed din il-konklużjoni.

Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju, huwa argumentat li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE meta kkunsidrat li l-miżuri kkontestati kienu ta’ natura selettiva.

It-tieni aggravju jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jippermettu li l-għajnuna ma tiġix rkuprata, skont il-prinċipji ġenerali ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll motivazzjoni inkompleta u kontradittorja.


(1)  ECLI:ECLI:EU:T:2022:638


Il-Qorti Ġenerali

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-586/14 REV II) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 2(8) sa (10), Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(8) sa (10), Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Dritt ta’ aċċess għal dokumenti kunfidenzjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża”)

(2023/C 63/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (Anhui, iċ-Ċina) (rappreżentanti: Y. Melin u B. Vigneron, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (Tschernitz, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. MacLean, solicitor)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2014, L 142, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Dicembru 2022 – PT Wilmar Bioenergi Indonesia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/20) (1)

(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 - Dazju kumpensatorju definittiv - Punt 1(a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1037 - Kontribuzzjoni finanzjarja - Punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 - Benefiċċju - Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament 2016/1037 - Kalkolu tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli - Punt 1(a)(iv) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 - Azzjoni li ‘tinkariga’ organu privat bit-twettiq ta’ funzjoni li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja jew li ‘tordnalu’ jagħmel dan - Remunerazzjoni inqas minn adegwata - Appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet - Artikolu 28(5) tar-Regolament 2016/1037 - Użu tal-informazzjoni disponibbli - Punt 2 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 - Benefiċċju - Artikolu 8(8) tar-Regolament 2016/1037 - Theddida ta’ dannu sostanzjali għall-industrija tal-Unjoni - Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament 2016/1037 - Rabta kawżali - Analiżi ta’ attribuzzjoni - Analiżi ta’ nuqqas ta’ attribuzzjoni”)

(2023/C 63/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Wilmar Bioenergi Indonesia (Medan, l-Indoneżja), PT Wilmar Nabati Indonesia (Medan), PT Multi Nabati Sulawesi (Sulawesi du Nord, l-Indoneżja) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u T. Martin-Brieu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M.-S. Dibling u L. Amiel, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU 2019, L 317, p. 42), sa fejn dan ir-regolament jikkonċernahom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PT Wilmar Bioenergi Indonesia, PT Wilmar Nabati Indonesia u PT Multi Nabati Sulawesi huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-port - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata minn Spanja għal portijiet fil-provinċja ta’ Biscay - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Għajnuna eżistenti - Vantaġġ - Oneru tal-prova - Natura selettiva - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Miżuri xierqa”)

(2023/C 63/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Autoridad Portuaria de Bilbao (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u X. Codina García-Andrade, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 8676 final tat-8 ta’ Jannar 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38397 (2018/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fi Spanja, fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mir-Renju ta’ Spanja lill-awtoritajiet tal-port tiegħu kienet għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u pproponiet “miżuri xierqa”, skont l-Artikolu 108(1) TFUE, it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 1765 final tas-7 ta’ Marzu 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38397 (2018/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fi Spanja, fejn il-Kummissjoni kkoreġiet il-proposta tagħha għal miżuri xierqa, u, it-tielet, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 8068 final tal-15 ta’ Novembru 2019, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38397 (2018/E) – Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji applikabbli għall-awtoritajiet tal-port fi Spanja – Deċiżjoni li jittieħed nota tal-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti (għajnuna eżistenti), skont l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (ĠU 2015, L 248, p. 9, fejn il-Kummissjoni ħadet nota tal-fatt li r-Renju ta’ Spanja kien aċċetta l-miżuri xierqa proposti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Autoridad Portuaria de Bilbao hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/20) (1)

(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 - Dazju kumpensatorju definittiv - Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 - Twaqqigħ tal-prezzijiet - Pressjoni fuq il-prezzijiet - Artikolu 8(5) tar-Regolament 2016/1037 - Rabta kawżali - Punt 2 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 - Benefiċċju - Punt 1(a)(i) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 - Trasferiment dirett ta’ fondi - Artikolu 7 tar-Regolament 2016/1037 - Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju - Artikolu 8(1) u (8) tar-Regolament 2016/1037 - Theddida ta’ dannu sostanzjali - Drittijiet tad-difiża”)

(2023/C 63/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PT Ciliandra Perkasa (Jakarta Barat, l-Indoneżja) (rappreżentanti: F. Graafsma, J. Cornelis u E. Rogiest, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent, insostenn tal-konvenut: European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: M.-S. Dibling u L. Amiel, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU 2019, L 317, p. 42), sa fejn dan ir-regolament jikkonċernahom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PT Ciliandra Perkasa hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/20) (1)

(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2092 - Dazju kumpensatorju definittiv - Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 - Twaqqigħ tal-prezzijiet - Pressjoni fuq il-prezzijiet - Artikolu 8(5) tar-Regolament 2016/1037 - Rabta kawżali - Punt 1(a)(iv u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 - Azzjoni li ‘tinkariga’ organu privat mit-twettiq ta’ funzjoni li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja jew li ‘tordnalu’ jagħmel dan - Remunerazzjoni inqas minn adegwata - Appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet - Punt 2 tal-Artikolu 3 u Artikolu 6(d) tar-Regolament 2016/1037 - Benefiċċju - Punt 1(a)(i) u l-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2016/1037 - Trasferiment dirett ta’ fondi - Artikolu 7 tar-Regolament 2016/1037 - Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju - Artikolu 8(1) u (8) tar-Regolament 2016/1037 - Theddida ta’ dannu sostanzjali - Drittijiet tad-difiża”)

(2023/C 63/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Pelita Agung Agrindustri (Medan, l-Indoneżja), PT Permata Hijau Palm Oleo (Medan) (rappreżentanti: F. Graafsma, J. Cornelis u E. Rogiest, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M.-S. Dibling u L. Amiel, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (ĠU 2019, L 317, p. 42), sa fejn dan ir-regolament jikkonċernahom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Devin vs EUIPO – Haskovo Chamber of Commerce and Industry (DEVIN)

(Kawża T-526/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEVIN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Isem ġeografiku - Assenza ta’ kuntrarjetà mal-ordni pubbliku - Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku - Artikolu 7(1)(c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c), (f) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) u Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001) - Rikors inċidentali”)

(2023/C 63/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Devin EAD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentanti: B. Van Asbroeck, G. de Villegas, u C. Haine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dimitrova u I. Pakidanska, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2535/2019-1).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2535/2019-1) hija annullata sa fejn din tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea numru 9 408 865 għall-prodotti kollha msemmija ħlief għall-prodott “ilma minerali konformi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-[indikazzjoni ġeografika protetta] Devin Natural Mineral Water” li jaqa’ taħt il-klassi 32.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

3)

Fir-rigward tar-rikors prinċipali, l-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Devin EAD filwaqt li Haskovo Chamber of Commerce and Industry għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

4)

Fir-rigward tar-rikors inċidentali, Haskovo Chamber of Commerce and Industry għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Devin u mill-EUIPO.


(1)  ĠU C 339, 12.10.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Green Power Technologies vs Entreprise commune “Technologies numériques clés”

(Kawża T-533/20) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u demostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratti ta’ sussidji - Spejjeż eliġibbli - Rapport tal-OLAF li kkonstata natura mhux eliġibbli ta’ ċerti spejjeż esposti - Rimbors tas-somom imħallsa - Oneru tal-prova - Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Kontrotalba)

(2023/C 63/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja) (rappreżentanti: A. León González u A. Martínez Solís, avukati)

Konvenut: Entreprise commune “Technologies numériques clés” li kienet Entreprise commune ECSEL (rappreżentanti: O. Lambinet u A. Salaun, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob li jiġi kkonstatat li l-ammonti mħallsa minn Entreprise commune “Technologies numériques clé” b’eżekuzzjoni tal-kuntratti Pollux (Nru 100205), IoE (Nru 269374), Motorbrain (Nru 270693) u AGATE (Nru 325630), konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u demostrazzjoni (2007-2013), bil-għan li jiġu ffinanzjati l-proġetti korrispondenti, u li l-irkupru tagħhom huwa mitlub permezz tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu Nru 4440200016 kienu jikkorrispondu għal spejjeż eliġibbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-kontrotalba ta’ Entreprise commune “Technologies numériques clé” hija milqugħha.

3)

Green Power Technoloġies, SL hija kkundannata tħallas lil Entreprise commune “Technologies numériques clé” is-somma ta’ EUR 204 302,13 mitluba minn din tal-aħħar fil-kuntest tal-kontrotalba.

4)

GreenPower Technoloġies hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Jinan Meide Casting et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-687/20) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw miċ-Ċina - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta’ retroattività - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1036) - Proporzjonalità - Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet - Artikolu 14(5) tar-Regolament Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 14(5) tar-Regolament 2016/1036)”)

(2023/C 63/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina), u l-għaxar rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1210 tad-19 ta’ Awwissu 2020 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-650/17 (ĠU 2020, L 274, p. 20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jinan Meide Casting Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Green Power Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-753/20) (1)

(Kontrotalba - Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratt ta’ sussidju - Spejjeż eliġibbli - Rapport tal-OLAF li kkonstata natura mhux eliġibbli ta’ ċerti spejjeż sostnuti - Rimbors tas-somom imħallsa - Oneru tal-prova - Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Arrikkiment indebitu - Rikors għal annullament - Rapport tal-OLAF - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

(2023/C 63/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja) (rappreżentanti: A. León González u A. Martínez Solís, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u J. Estrada de Solà, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u Á. Ballesteros Panizo, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tar-rapport tal-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) tad-9 ta’ Lulju 2018 bir-referenza B.4(2017)4393 u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, li jiġi kkonstatat, l-ewwel, li l-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ sussidju Nru 2567509, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013), sabiex jiġu ffinanzjati diversi proġetti korrispondenti, fosthom, b’mod partikolari, il-proġett Powair, dwar l-iżvilupp ta’ “batteriji Zinc-flux ta’ arja għan-network ta’ distribuzzjoni ta’ enerġija elettrika” u li l-irkupru tagħhom qiegħed jintalab permezz tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu Nru 3242010798 kienu jikkorrispondu għal spejjeż eliġibbli u, it-tieni, li l-ammonti mitluba mill-Kummissjoni permezz tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu Nru 3242010800, dwar il-penalitajiet kuntrattwali, ma kinux rimborsabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Green Power Technologies, SL hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – PKK vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/21) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-PKK fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Applikabbiltà għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat - Grupp terroristiku - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti - Awtorità ta’ Stat terz - Eżami mill-ġdid - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2023/C 63/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Van Overmeire, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu li huwa bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament:

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/142 tal-5 ta’ Frar 2021 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1132 (ĠU 2021, L 43, p. 14);

tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138 tal-5 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1128 (ĠU 2021, L 43, p. 1);

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1192 tad-19 ta’ Lulju 2021 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/142 (ĠU 2021, L 258, p. 42);

tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1188 tad-19 ta’ Lulju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/138 (ĠU 2021, L 258, p. 14);

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/152 tat-3 ta’ Frar 2022 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1192 (ĠU 2022, L 25, p. 13);

tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/147 tat-3 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1188 (ĠU 2022, L 25, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SU vs EIOPA

(Kawża T-296/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Nuqqas ta’ tiġdid - Proċedura ta’ tiġdid - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni mhux iffinalizzat - Responsabbiltà - Dannu materjali - Telf ta’ opportunità - Dannu morali - Ġurisdizzjoni sħiħa - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali”)

(2023/C 63/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SU (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke u E. Karatza, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) tal-15 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha din tal-aħħar ma ġedditx il-kuntratt tagħha u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2021 li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet l-ilment tagħha u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu materjali u morali li hija ġarrbet minħabba f’hekk.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) tal-15 ta’ Lulju 2020 li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ SU ma jiġġeddidx hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-EIOPA tal-11 ta’ Frar 2021 li tiċħad l-ilment ta’ SU hija annullata.

3)

L-EIOPA hija kkundannata tħallas EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat lil SU.

4)

L-EIOPA hija kkundannata tħallas EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lil SU.

5)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

6)

L-EIOPA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Rikors għal annullament - Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni - Nuqqas ta’ bażi legali - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Forza maġġuri - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali - Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet - Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)

(2023/C 63/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SY (rappreżentant: T. Walberer, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, T. Lilamand u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, l-ewwel, l-annullament tal-addendum għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 (ĠU 2020, C 374A, p. 3), li mmodifika l-modalitajiet tal-eżamijiet ta’ din il-kompetizzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19, tal-konvokazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Novembru 2020 sabiex isir eżami, tal-lista ta’ riżerva stabbilita mill-imsemmija kompetizzjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-deċiżjonijiet dwar ir-reklutaġġ ta’ kandidati abbażi ta’ din il-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li tikkonferma d-deċiżjoni li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva. It-tieni, huwa jitlob, sussidjarjament, li fis-sentenza li ser tingħata tippreċiża r-rekwiżiti konkreti li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni legali li kien jinsab fiha qabel l-illegalità mwettqa mill-imsemmi Bord tal-Għażla, sabiex dan ikun jista’ jinkludi ismu fil-lista ta’ riżerva. It-tielet, huwa jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata l-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 265 TFUE, peress li hija naqset milli tibgħatlu deċiżjoni dwar l-ilment amministrattiv tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2021.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SY għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 310, 2.8.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2023 – Hecht Pharma vs EUIPO – Gufic BioSciences (Gufic)

(Kawża T-346/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Gufic - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu pubbliku u lejn l-estern - Importanza tal-użu - Natura u forma tal-użu - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark”)

(2023/C 63/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hecht Pharma GmbH (Bremervörde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u J. Sachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer, D. Hanf u A. Ringelhann, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gufic BioSciences Ltd. (Mumbaj, l-Indja) (rappreżentanti: A. Wehlau u T. Uhlenhut, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali u t-tibdil tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (każ R 2738/2019-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hecht Pharma għandha tbati l-ispejjeż rispettiva tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Gufic BioSciences Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2022 – Hotel Cipriani vs EUIPO – Altunis (CIPRIANI FOOD)

(Kawża T-358/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI FOOD - Użu ġenwin tat-trade mark - Natura tal-użu - Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Importanza tal-użu - Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 63/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hotel Cipriani SpA (Venise, l-Italja) (rappreżentanti: M. Rieger-Jansen, D. Op de Beeck u W. Pors, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Sociedade unipessoal, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Pomares Caballero, E. Salis u T. Barber Giner, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ April 2021 (Kawża R 1599/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hotel Cipriani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Sociedade unipessoal, Lda.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Dicembru 2022 – TM vs BĊE

(Kawża T-440/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Proċedura biex timtela pożizzjoni [informazzjoni kunfidenzjali redatta] - Kriterji ta’ selezzjoni - Esperjenza professjonali - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Interess tas-servizz - Responsabbiltà - Danni materjali u morali”)

(2023/C 63/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TM (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: B. Ehlers u D. Nessaf, agenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-15 ta’ Diċembru 2020 li huwa ma jinħatarx fil-pożizzjoni [informazzjoni kunfidenzjali redatta] u li jinħatar fil-pożizzjoni [informazzjoni kunfidenzjali redatta] u, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu morali u materjali li huwa ġarrab minħabba l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Vanhoudt vs BEI

(Kawża T-490/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Nomina ta’ kandidat ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

(2023/C 63/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tas-16 ta’ Diċembru 2020, li permezz tagħha dan ċaħad il-kandidatura tiegħu għal pożizzjoni fil-livell 6/5–D/E, u tad-deċiżjoni li permezz tagħha dan innomina lill-kandidat magħżul għal din il-pożizzjoni u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Patrick Vanhoudt huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Pierre Lannier vs EUIPO – Pierre Lang Trading (PL)

(Kawża T-530/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittri kbar ‘P’ u ‘L’ superimposti - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta arranġament rifless tal-ittri kbar ‘P’ u ‘L’ superimposti - Ammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Locus standi - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 63/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Lannier (Ernolsheim-lès-Saverne, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pierre Lang Trading GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1915/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pierre Lannier hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Agrarfrost vs EUIPO – McCain (Forma ta’ smiley)

(Kawża T-553/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ smiley - Użu ġenwin tat-trade mark - Punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Natura tal-użu - Assenza ta’ tibdil tal-karattru distintiv”)

(2023/C 63/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Agrarfrost GmbH & Co. KG (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: McCain GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schmitt u M. Kinkeldey, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1088/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agrarfrost GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Eurol vs EUIPO – Pernsteiner (eurol LUBRICANTS)

(Kawża T-636/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva eurol LUBRICANTS - Trade mark preċedenti nazzjonali EUROLLUBRICANTS - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikoli 15 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 18 u 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark - Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2023/C 63/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eurol BV (Nijverdal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Driessen u G. van Roeyen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: August Wolfgang Pernsteiner (Feldkirchen an der Donau, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Öhlböck, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2403/2020-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eurol BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-14 ta’ Diċembru 2022 – Nemport Liman İşletmeleri Ve Özel Antrepo Nakliye Ticaret vs EUIPO – Newport Europe (NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ)

(Kawża T-18/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NEMPORT LİMAN İŞLETMELERİ - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Newport - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 63/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nemport Liman İşletmeleri Ve Özel Antrepo Nakliye Ticaret AŞ (Izmir, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martin Santos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Newport Europe BV (Moerdijk, il-Pajjiżi Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Novembru 2021 (Kawża R 562/2021-4).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Novembru 2021 (Każ R 562/2021-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Esedra vs Il-Parlament

(Kawża T-46/22) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Offerta anormalment baxxa - Konformità ta’ offerta mal-kundizzjonijiet previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 63/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Esedra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Vastmans, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Pencheva u M. Kazek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2021, intitolata “Proċedura tal-għoti tal-kuntratt PE PERS 2021 027 – Ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament Ewropew fi Brussell, li jinsab f’rue Wayenberg”, li tiċħad l-offerta mressqa minnha fl-ambitu tas-sejħa għal offerti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-dannu li hija sostniet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Esedra għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 109, 7.3.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-735/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Revoka - Deċiżjoni li titnaqqas ir-remunerazzjoni tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 63/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2015, sa fejn tnaqqas ir-remunerazzjoni tiegħu għal perijodu ta’ sitt xhur, kif ukoll, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

CX u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Tneħħija minn pożizzjoni - Deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni - Talba għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talba għal kumpens - Telf ta’ opportunità li jiġi promoss - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 63/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier, L. Radu Bouyon u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tintegrah mill-ġdid fil-grad AD 8, skala 5, fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2018, CX vs Il-Kummissjoni (T-743/16 RENV, mhux ippubblikata, EU:T:2018:937), fejn huwa jallega li sar jaf permezz tan-nota tal- 21 ta’ Marzu 2019, kif ukoll, sa fejn kien hemm bżonn, tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni li huwa kien ġarrab mill-fatt ta’ dan id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal annullament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

3)

CX u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinarja - Revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 63/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2019 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ revoka mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħy għal pensjoni, flimkien ma’, min-naħa l-oħra, sa fejn hemm bżonn, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

CX u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Leonardo vs Frontex

(Kawża T-675/20) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizz ta’ sorveljanza mill-ajru - Sistema ta’ inġenju tal-ajru ppilotat mill-bogħod - Rifjut ta’ aċċess - Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa miż-żewġ partijiet prinċipali - Assenza ta’ rinunzja - Amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 63/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Leonardo SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Esposito, F. Caccioppoli u G. Calamo, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard, T. Knäbe u W. Szmidt, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tal-5 ta’ Ottubru 2020, li permezz tagħha hija ċaħdet it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrenti skont ir- Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Leonardo SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex).


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 - Deċiżjoni li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tar-rikorrenti - Deċiżjoni li ma tiġix promossa r-rikorrenti - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku - Punt ta’ tluq - Talba għal għajnuna legali - Sospensjoni tat-termini - Komputazzjoni tat-termini - Tardività - Każ fortuwitu jew forza maġġuri - Żball skużabbli - Inammissibbiltà”)

(2023/C 63/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: XH (rappreżentant: K. Górny-Salwarowska, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, L. Hohenecker u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2020 li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tagħha, ikkonfermata b’deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha, it-tieni, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 li ma tinkludix isimha fil-lista tal-uffiċjali promossi fl-2020, ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha u, it-tielet, il-kumpens tad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

XH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 20.6.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(Kawża T-709/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Protezzjoni tad-data personali - Abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija - Soluzzjoni tat-tilwim bejn awtoritajiet superviżorji mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data - Deċiżjoni vinkolanti - Artikolu 60(4) u Artikolu 65(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Nuqqas ta’ inċidenza diretta”)

(2023/C 63/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WhatsApp Ireland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis, A. Vallery, avukati, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, solicitors, P. Sreenan, D. McGrath, SC, C. Geoghegan u E. Egan McGrath, barristers)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: I. Vereecken u G. Le Grand, aġenti, assistiti minn G. Ryelandt, E. de Lophem u P. Vernet, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni vinkolanti 1/2021 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tat 28 ta’ Lulju 2021, dwar it-tilwima bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati mnissla mill-abbozz ta’ deċiżjoni dwar WhatsApp elaborat mid-Data Protection Commission (l-Awtorità ta’ Sorveljanza fil-Qasam tal-Protezzjoni tad-Data Personali tal-Persuni Fiżiċi, l-Irlanda).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika tal-Finlandja, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Computer & Communication Industry Association, u lanqas fuq it-talbiet għal kunfidenzjalità li huma qajmu.

3)

WhatsApp Ireland Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Computer SK Communication Industry Association għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – ICA Traffic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-717/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt - Provvista ta’ robots tad-diżinfezzjoni lil sptarijiet Ewropej fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 - Kwantità massima tal-prodotti li kellhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2023/C 63/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ICA Traffic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hertwig u C. Vogt, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Mantl, B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni, li saret disponibbli għall-pubbliku fi stqarrija tal-istampa tal-21 ta’ Settembru 2021, li tordna 105 robots tad-diżinfezzjoni li jużaw id-dawl ultravjola addizzjonali għall-isptarijiet Ewropej (COVID-19).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ICA Traffic GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Sunrise Medical u Sunrise Medical Logistics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-721/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda - Subintestaturi tariffarji - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

(2023/C 63/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sunrise Medical (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Sunrise Medical Logistics (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hradil u M. Salyková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1367 tas-6 ta’ Awwissu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2021 L 294, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Sunrise Medical BV u Sunrise Medical Logistics BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2022 – EMS vs EUIPO (AIRFLOW)

(Kawża T-751/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali AIRFLOW - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondata fid-dritt”)

(2023/C 63/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: EMS Electro Medical Systems GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Scheib u C. Schulte, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u E. Nicolás Gómez, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Settembru 2021 (Każ R 546/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EMS Electro Medical Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Kremer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni tal-irtirar - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors għal annullament - Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni”)

(2023/C 63/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christiane Kremer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Demoulin, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, b’mod prinċipali, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tagħha sa fejn hija titlob l-annullament tal-avviż tat-13 ta’ Jannar 2017 li jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u, min-naħa l-oħra, li l-fajl tagħha jintbagħat lura quddiem l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni sabiex jiġi ddetermint l-ammont li għandu jitħallas lura lilha u, b’mod sussidjarju, hija titlob il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 55 401,07 abbażi ta’ arrikkiment indebitu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Christiane Kremer hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Baert vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Pensjoni tal-irtirar - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors għal annullament - Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni - Terminu għat-tressiq ta’ ilment - Arrikkiment indebitu - Inammissibbiltà manifesta”)

(2023/C 63/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rhonny Baert (Deinze, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Demoulin, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, prinċipalment, l-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tal-avviż tal-21 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-fajl tiegħu jintbagħat lura lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jitħallas lura lilu u, sussidjarjament, il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 31 066,80 bħala arrikkiment indebitu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Rohnny Baert huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/52


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Belavia vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2023/C 63/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Belavia – Belarusian Airlines AAT (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti essenzjalment titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardawha.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Suicha vs EUIPO – Michael Kors (Switzerland) International (MK MARKTOMI MARKTOMI)

(Kawża T-264/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MK MARKTOMI MARKTOMI - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MK MICHAEL KORS - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 63/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lin Suicha (Wenxi, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Donoso Romero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u I. Stoycheva, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Michael Kors (Switzerland) International GmbH (Manno, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. van Manen, E. van Gelderen u L. Fresco, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1899/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lin Suicha hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti minn Michael Kors (Switzerland) International GmbH.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 244, 27.6.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2022 – AMO Development vs EUIPO (Strumenti mediċi)

(Kawża T-311/22) (1)

(“Disinn Komunitarju - Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw strumenti mediċi - Assenza ta’ talba għal tiġdid - Tħassir ta’ disinni fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Rikors għal restitutio in integrum - Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Dmir ta’ diliġenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 63/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AMO Development LLC (Santa Ana, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1433/2021-3.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

AMO Development LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 276, 18.7.2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/54


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Portumo Madeira et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-713/22)

(2023/C 63/71)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portumo – Madeira – Montagem e Manutenção de Tubaria SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall), Ponticelli – Consultadoria Técnica SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal), Ponticelli Angoil – Serviços Para a Indústria Petrolífera SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u P. Casillas Vázquez, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (innotifikata bin-numru C(2020) 8550) (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab imsemmija fiha;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab imsemmija fiha minħabba l-kalkolu inkorrett użat biex tiġi ddeterminata l-bażi tal-għajnuna;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 fil-Każ N421/2006 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 fil-Każ SA.34160 (2011/N), kif ukoll tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 u tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE flimkien mal-Artikoli 21, 45, 49, 54 u 56 TFUE talli l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni restrittiva għal parti mill-kunċett ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira” u ta’ “ħolqien u żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun”.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE peress li ma ġietx iddikjarata direttament il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna fuq l-istess bażi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-ordni ta’ rkupru li tinsab imsemmija fiha tikser l-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589, inkwantu tikser il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn id-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tal-allegata għajnuna mill-Istat hija inkorretta.


(1)  ĠU 2022, L 217, p. 49.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/55


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Nova Ship Invest vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-720/22)

(2023/C 63/72)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Nova Ship Invest, Unipessol, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u P. Casillas Vázquez, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (innotifikata bin-numru C(2020) 8550) (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab imsemmija fiha;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata u l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna li tinsab msemmija fiha minħabba l-kalkolu inkorrett użat biex tiġi ddeterminata l-bażi tal-għajnuna;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 fil-Każ N421/2006 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2013 fil-Każ SA.34160 (2011/N), kif ukoll tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 u tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE flimkien mal-Artikoli 21, 45, 49, 54 u 56 TFUE talli l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni restrittiva għal parti mill-kunċett ta’ “attivitajiet effettivament u materjalment imwettqa f’Madeira” u ta’ “ħolqien u żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-reġjun”.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE peress li ma ġietx iddikjarata direttament il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna fuq l-istess bażi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-ordni ta’ rkupru li tinsab imsemmija fiha tikser l-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589, inkwantu tikser il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq in-nullità tal-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli fiha metodu inkorrett ta’ determinazzjoni tal-motivazzjoni għall-għajnuna.


(1)  ĠU 2022, L 217, p. 49.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/56


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Neottolemo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-724/22)

(2023/C 63/73)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Neottolemo, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Leite de Campos u M. Clemente, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 sa 3, 4(1) sa (3), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(4), u l-Artikolu 4(5) u (6) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (innotifikata bin-numru C(2020) 8550) (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-kontradizzjoni irreparabbli bejn id-deċiżjoni kkontestata u l-motivi rispettivi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE minħabba ineżistenza ta’ għajnuna mill-Istat f’uħud mill-każijiet imsemmija mid-Deċiżjoni u minħabba arrikkiment indebitu tal-Istat Portugiż, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni li l-parti li twettaq il-ksur tikseb benefiċċju (l-Istat Portugiż).

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 26 TFUE għal dak li jirrigwarda l-promozzjoni tas-suq intern.


(1)  ĠU 2022, L 217, p. 49.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/56


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Register.com vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-725/22)

(2023/C 63/74)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Register.com LP – Sucursal em Portugal (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Leite de Campos u M. Clemente, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 sa 3, 4(1) sa (3), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(4), u l-Artikolu 4(5) u (6) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (1), u, sussidjarjament

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-kontradizzjoni irreparabbli bejn id-deċiżjoni kkontestata u l-motivi rispettivi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE minħabba ineżistenza ta’ għajnuna mill-Istat f’uħud mill-każijiet imsemmija mid-Deċiżjoni u minħabba arrikkiment indebitu tal-Istat Portugiż, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni li l-parti li twettaq il-ksur tikseb benefiċċju (l-Istat Portugiż).

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 26 TFUE għal dak li jirrigwarda l-promozzjoni tas-suq intern.


(1)  ĠU 2022, L 217, p. 49.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/57


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2022 – TB vs ENISA

(Kawża T-760/22)

(2023/C 63/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tħassar iċ-CDR (Rapport ta’ Evalwazzjoni) tal-2020 li jirriżulta mid-Deċiżjoni 8/2022 tad-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA tat-3 ta’ Frar 2022 sa fejn jinkludi l-kummenti li ġejjin:

Taħt il-B.1 “Effiċjenza”, paġna 4 – punt 2) tfassil ta’ politika kontra l-frodi, aġġornament tal-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta kif ukoll tal-kodiċi ta’ kondotta:

“[…] Il-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta ġiet aġġornata mill-PO bħala abbozz ta’ kunċett, però, ma ttiħidx għall-approvazzjoni minn qabel tad-dipartimenti tal-COM, liema approvazzjoni kienet prerekwiżit speċifiku (klawżola ta’ eżami mill-ġdid fid-deċiżjoni tal-MB) sabiex il-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta tiġi eżaminata mill-ġdid. Fir-rigward tal-kodiċi ta’ kondotta għall-ENISA, id-deċiżjoni tal-COM ġiet annessa, fil-forma tal-pubblikazzjoni tagħha (ktieb), mad-Deċiżjoni tal-MB dwar l-Istrateġija kontra l-Frodi. Għaldaqstant, l-MB ma adottax il-kodiċi ta’ kondotta. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija kontra l-Frodi għall-2021 ibassar it-tħejjija ta’ kodiċi ta’ kondotta fil-forma ta’ deċiżjoni tal-MB.”

Taħt il-B. 1 “Effiċjenza”, paġna 4 – punt 3) Tintlaħaq l-aħjar rata ta’ impenn:

“[…] iżda l-ġestjoni tal-baġit jista’ xorta waħda jittejjeb (partikolari għall-monitoraġġ ta’ C8 u riporti).”

Taħt il-Punt B. 2 “Abbiltà”, paġna 4:

“[…] Madankollu, fil-PO, taħt perspettiva ta’ moviment finanzjarju, kien hemm diversi sitwazzjonijiet li wasslu għal eċċezzjonijiet fir-reġistru, prinċipalment bħala impenji a posteriori jew l-użu żbaljat ta’ fondi C8 u C1, b’materjalità ta’ iktar minn EUR 10 000.”

Taħt il-Punt B. 3 “Kondotta”, paġna 6:

“[…] Madankollu, dan wassal ukoll għal xi sitwazzjonijiet fejn aġent temporanju jirrappreżenta lill-aġenzija flimkien ma’ sħab internazzjonali, bħal pereżempju, fir-rigward ta’ komunikazzjoni komuni (tħejjijiet tal-ECSM ma’ sħab Amerikani).”

tħassar, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-26 ta’ Awwissu 2022 li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrent fir-rigward taċ-CDR tal-2020 u tad-Deċiżjoni 8/2022 tad-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA tat-3 ta’ Frar 2022;

tordna l-kumpens għad-danni morali li sofra r-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

Permezz tal-ewwel motiv, jallega li r-Rapport ta’ Evalwazzjoni (CDR) tal-2020 u d-deċiżjoni tal-appell ma sarux skont il-liġi sa fejn ma kien hemm l-ebda djalogu reali u l-proċedura ta’ evalwazzjoni mill-ġdid hija vvizzjata bi ksur tal-Avviż Amministrattiv 1/2021, paġna 9, u tal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Nru MB/2015/15.

2.

Permezz tat-tieni motiv, jallega li ċ-CDR tal-2020 u d-deċiżjoni tal-appell huma vvizzjati bi żbalji ovvji ta’ evalwazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti kif ukoll bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru MB/2015/15 u tal-Avviż Amministrattiv 1/2021, paġni 11 u 12.

3.

Permezz tat-tielet motiv, jallega li ċ-CDR tal-2020 u d-deċiżjoni tal-appell huma vvizzjati bi ksur tar-regoli ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità, bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u bi ksur tad-dmir ta’ diliġenza u assistenza u jallega wkoll ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/58


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2022 – Frajese vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-786/22)

(2023/C 63/76)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giovanni Frajese (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: O. Milanese u A. Montanari, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla

1)

id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Ottubru 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-mediċina għall-użu mill-bniedem “Spikevax – elasomeran” abbażi tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 726/2004 (1) u li tħassar id-deċiżjoni C(2021) 94 (final), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2022; u

2)

Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Ottubru 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-mediċina għall-użu mill-bniedem “Comirnaty – tozinameran, vaccin bl-ARNm (b’nukleosidi modifikata) kontra l-COVID-19” abbażi tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 726/2004 u li tħassar id-deċiżjoni C(2020) 9598 (final), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2022;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza jew in-natura inkompleta tal-istudji ta’ effettività u ta’ sigurtà, bi ksur tar-Regolamenti (KE) Nru 507/2006 (2), (KE) Nru 726/2004, u tad-Direttiva 2001/83/KE (3) kif ukoll tat-trattati u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward:

L-assenza jew in-natura inkompleta tal-istudji. L-obbligi imposti mal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet b’kundizzjonijiet ma ġewx osservati u t-testijiet kliniċi randomizzati kkontrollati kontra paċebo, mingħajr ma l-osservatur kien jaf, qatt ma saru. Fl-annessi tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni kkontestati tinsab dikjarazzjoni espressa tal-assenza ta’ studji kkunsidrati essenzjali u indispensabbli mir-Regolamenti Nru 726/2004 u Nru 507/2006 kif ukoll mid-Direttiva 2001/83 għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ordinarju. Il-mediċini awtorizzati jinkludu eċċipjenti (ALC-0315, ALC-0159 u SM-102) li l-użu tagħhom huwa awtorizzat biss għall-finijiet ta’ riċerka, bi projbizzjoni espressa ta’ użu mill-bniedem jew mill-annimali. Is-sigurtà tat-teknoloġija użati la ntweriet u lanqas ġiet esperimentata u l-aspetti farmakotossikoloġiċi ma ġewx studjati.

It-twettiq jew in-nuqqas ta’ twettiq tal-istudji meta mqabbel mal-kalendarju previst fil-bidu. Ġie kkonstatat matul dawn l-aħħar sentejn li l-mediċini awtorizzati ma għandhomx effett sterilizzanti u lanqas kapaċità li jnaqqsu l-effetti gravi tal-marda. Din il-prova ma għadhiex tista’ tingħata, peress li l-grupp plaċebo ġie vvaċċinat, li jelimina l-gruppi ta’ kontroll. Barra minn hekk, il-mediċini awtorizzati ma humiex siguri, kif juru innumerevoli studji ppubblikati u d-data stess ta’ farmakoviġilanza, relatati maż-żieda enormi tal-mortalità li qiegħda tiġi rreġistata fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-Unjoni Ewropea li fihom kien hemm kampanja intensa għall-vaċċinazzjoni, kif huwa speċifikatament indikat u allegat fir-rikors.

L-assenza ta’ talbiet ta’ konverżjoni ppreżentati mill-kumpanniji. L-awtorizzazzjonijiet ġew ikkonvertiti f’awtorizzazzjonijiet ordinarji skont “data ppreżentata” biss u fl-assenza ta’ talba speċifika ta’ konverżjoni ppreżentata mill-kumpanniji farmaċewtiċi, bi ksur flagranti tal-proċedura.

L-assenza ta’ opinjoni kompleta tal-bord.

L-assenza tal-komunikazzjoni lill-Istati, bi ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament UE/726/2004.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni kkontestati jiksru l-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif ġie ddefinit fid-dikjarazzjoni ta’ Rio de Janeiro tal-1992 u ttrasposta fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw meta fenomenu, prodott jew proċess jista’ jkollu effetti potenzjalment perikolużi u li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat ir-riskju b’ċertezza suffiċjenti. L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji fil-qasam tas-saħħa u tal-innovazzjoni farmaċewtika jimplika li, fejn ikun hemm inċertezza xjentifika, minn fejn tirriżulta l-possibbiltà ta’ riskju gravi u irriversibbli, l-għażla bejn l-użu u n-nuqqas ta’ użu ta’ dan il-prodott għandha neċessarjament tkun tan-nuqqas ta’ użu, inkwantu għandha tipprevali l-protezzjoni tas-saħħa tal-individwu.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2006 tad-29 ta’ Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jagħmlu parti mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2006, L 330M, p. 315).

(3)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/60


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2022 – PT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-788/22)

(2023/C 63/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PT (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa l-kapital aġġornat li jirrappreżenta d-drittijet għal pensjoni tagħha li hija ttrasferiet lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal,

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku.

Ir-rikorrenti tinvoka l-arrikkiment indebitu, sa fejn, hija ttrasferiet id-drittijiet għal pensjoni tagħha lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (iktar ’il quddiem l-“IPIUE”), li wassal għal “akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz” irrikonoxxuti fl-IPIUE. Madankollu, din l-“akkreditazzjoni” ma wasslet għal ebda żieda fl-ammont tal-pensjoni mħallsa lilha, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), li l-kalkolu tagħha huwa bbażat esklużivament fuq is-snin ta’ servizz (bl-esklużjoni tas-snin ta’ servizz irrikonoxxuti bis-saħħa tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ pensjoni).

Peress li r-rifjut ta’ ħlas lura tad-drittijet għal pensjoni ttrasferiti jibqa’ mingħajr effett meta japplika l-mekkaniżmu tal-ammont minimu ta’ sussistenza indikat fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, dan jagħti lok, skont ir-rikorrenti, għal arrikiment indebitu favur l-Unjoni.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/60


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Sberbank Europe vs BĊE

(Kawża T-790/22)

(2023/C 63/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE ddatata l-21 ta’ Settembru 2022 li permezz tagħha l-BĊE ċaħad it-talba tar-rikorrent għall-aċċess tal-valutazzjoni tal-BĊE li istituzzjoni qiegħda tfalli jew x’aktarx ser tfalli skont ir-regoli li jirregolaw l-aċċess pubbliku għal dokumenti fir-rigward ta’ Sberbank Slovenia (Sberbank banka d.d);

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser id-drittijiet tar-rikorrent billi naqas milli jittratta t-talba tar-rikorrent f’deċiżjoni komprensiva waħda li tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti legali rilevanti kollha u b’mod speċifiku li l-BĊE injora ċerti raġunijiet għal aċċess, li huwa nnewtralizza b’mod artifiċjali ċerti raġunijiet għal aċċess, li huwa interpreta b’mod żbaljat is-sistema ta’ aċċess pubbliku b’mod li jillimita minflok jespandi l-aċċess u t-trasparenza, li huwa naqas milli jinterpreta u japplika s-sistemi ta’ aċċess kollha b’mod koerenti, li huwa naqas milli jipprovdi motivazzjoni suffiċjenti, li huwa żbalja meta adotta deċiżjoni separata dwar dritt potenzjali għal aċċess skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1024/2013 (1) u l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 468/2014 (2), li huwa eskluda b’mod żbaljat minn kunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li huwa assuma b’mod żbaljat obbligu li jżomm it-test mhux redatt tal-valutazzjoni dwar jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew x’aktarx ser tfalli.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata għandha motivazzjoni insuffiċjenti u hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni għaliex ma hemm ebda raġuni dixxernibbli u ebda spjegazzjoni għaliex speċifikament kien hemm bżonn li l-partijiet redatti tal-valutazzjoni dwar jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew x’aktarx ser tfalli jiġu miżmuma.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE interpreta b’mod ħażin u applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-Aċċess Pubbliku (3), l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1024/2013, l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2013/36 (4) u d-deċiżjoni Baumeister (5) tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE interpreta b’mod ħażin u applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-Aċċess Pubbliku.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija proċeduralment ivvizzjata għaliex il-BĊE naqas milli jagħti aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(2)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU 2014, L 141, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (2004/258/EC) (ĠU 2004, L 80, p. 42).

(4)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2020, L 203, p. 95).

(5)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ġunju 2018, Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister (C-15/16, EU:C:2018:464).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2022 – Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles et vs Il-Kunsill

(Kawża T-797/22)

(2023/C 63/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ordre néerlandais des avocats du barreau de Bruxelles (Brussell, Belgique) u għaxar rikorrenti oħra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. de Bandt, T. Ghysels, J. Nowak, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(12) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-Artikolu 1(13) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2474 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn jissostitwixxu u jemendaw rispettivament il-paragrafi 2 u l-paragrafi 4 sa 12, kif ukoll il-paragrafu 2 u l-paragrafi 4 sa 11 tal-Artikolu 5n tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, fir-rigward tas-servizzi ta’ konsulenza legali;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata kif ukoll għall-aċċess għall-ġustizzja, previsti, rispettivament, fl-Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-reġim ġenerali li jipprojbixxi l-provvista ta’ servizzi ta’ pariri legali jikkostitwixxi indħil fid-dritt ta’ kwalunkwe parti f’kawża li tikkuntattja lill-avukat tagħha għal parir legali, kif ukoll mal-prinċipju tas-sigriet professjonali u mal-prinċipju tal-indipendenza tal-avukat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-introduzzjoni ta’ reġim ġenerali li jipprojbixxi l-provvista ta’ servizzi ta’ parir legali ma jkun adattat sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi segwiti mill-Unjoni fil-kuntest tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukraina, u jmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, sa fejn ir-reġim ġenerali stabbilit sabiex jipprojbixxi l-provvista ta’ servizzi ta’ parir legali stabbilit la huwa ċar u lanqas preċiż u ma jippermetti ebda prevedibbiltà dwar l-applikazzjoni tiegħu.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/62


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 – Ordre des avocats à la cour de Paris u Couturier vs Il-Kunsill

(Kawża T-798/22)

(2023/C 63/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ordre des avocats à la cour de Paris et Couturier (Pariġi, Franza), Julie Couturier (Pariġi) (rappreżentant: L. Donnedieu de Vabres, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq dan ir-rikors għal annullament peress li l-ġurisdizzjoni tagħha għall-istħarriġ sħiħ tal-legalità ma hija bl-ebda mod limitata fil-każ ta’ regolament adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 215 TFUE, li jagħti effett lill-pożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea adottati fil-kuntest tal-PESK,

tiddikjara r-rikorsi tagħhom ammissibbli, skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 tat-TFUE,

tannulla l-Artikolu 1(12) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-Artikolu 1(13) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2474 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn jissostitwixxu u jemendaw rispettivament il-paragrafi 2 u l-paragrafi 4 sa 12, imbagħad il-paragrafu 2 u l-paragrafi 4 sa 11 tal-Artikolu 5n tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, fir-rigward tas-servizzi ta’ konsulenza legali; fis-sens li l-imsemmi Artikolu 5n emendat:

jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 tat-TFUE,

jikser:

is-sigriet professjonali tal-avukat, protett mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

id-dritt li jingħata “parir” minn avukat, protett mill-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

mingħajr ma jirrispetta il-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u libertajiet jew josserva l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jimponi l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, previst fl-Artikolu 296 tat-TFUE.

Ir-rikorrenti jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-Kunsill ma jipprovdi ebda spjegazzjoni tar-raġuni għall-projbizzjoni ġenerali li jiġu pprovduti servizzi ta’ pariri legali mhux kontenzjużi. L-unika premessa li tirrigwarda din il-projbizzjoni ġenerali (il-premessa 19 tar-Regolament 2022/1904) tikkonsisti, fil-fatt, biss minn definizzjoni sempliċi tas-servizzi kkonċernati, u fl-ebda każ spjegazzjoni “ċara u mhux ekwivoku” tar-“raġunament tal-istituzzjoni, awtur tal-att”, kif rikjest mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali. Sa fejn ma fiha l-ebda spjegazzjoni tar-raġuni għal din il-projbizzjoni u kif din tippermetti li jintlaħaq l-għan imfittex, din il-premessa għalhekk ma tippermettix lir-rikorrenti jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tas-sigriet professjonali bejn l-avukat u l-klijent.

Skont ir-rikorrenti, avukat li jixtieq jagħti parir lil persuna ġuridika jew entità stabbilita fir-Russja, meta jikkunsidra li tali parir legali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi tal-paragrafu 10 tal-Artikolu 5n emendat bir-Regolament Nru 833/2014, ikun kostrett jitlob l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti, u għaldaqstant, għal dan il-għan, jiżvela lilha informazzjoni, li min-natura tagħha hija strettament kunfidenzjali, mhux biss dwar il-kontenut iżda wkoll dwar l-eżistenza tal-għoti tal-parir li jrid iwettaq u fuq il-klijent potenzjali tiegħu. Dan l-indħil fis-sigriet professjonali tal-avukat la huwa xieraq sabiex jintlaħaq l-għan imfittex u lanqas strettament meħtieġ għal dan l-għan.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt li jingħata “parir” minn avukat.

Skont ir-rikorrenti, billi jċaħħad persuna mid-dritt tagħha għal parir legali mogħti minn avukat, l-Artikolu 5n emendat tar-Regolament Nru 833/2014 jipprevjeniha milli tkun infurmata bil-portata tad-drittijiet tagħha u li tkun tista’ tiddeċiedi li tmur quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni. Madankollu, id-dritt li tingħata parir għandu jkun protett bħala parti minn rimedju effettiv konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta. Dan il-ksur tad-dritt li jingħata “parir” minn avukat la huwa xieraq sabiex jintlaħaq l-għan segwit u lanqas strettament meħtieġ għal dan il-għan.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/64


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2022 – TZ vs Il-Kunsill

(Kawża T-803/22)

(2023/C 63/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TZ (rappreżentant: J. Janssen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imressqa f’dan ir-rikors;

tannulla l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 15 tar-Regolament ikkontestat sa fejn dan jippermetti l-ġbir retroattiv ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-sena 2022; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat ġie adottat b’mod żbaljat abbażi tal-Artikolu 122(1) TFUE u kellu jiġi adottat mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u konformament ma proċedura leġiżlattiva speċjali, peress li r-Regolament ikkontestat jinkludi miżuri fiskali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-Regolament ikkontestat jikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-proprjetà kif sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, sa fejn ir-Regolament ikkontestat jippermetti applikazzjoni retroattiva.


(1)  ĠU 2022, L 261 I, p. 1.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/64


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-830/22)

(2023/C 63/82)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u S. Żyrek, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jinsabu fl-ittri tat-12 ta’ Ottubru 2022 (1) u t-23 ta’ Novembru 2022 (2), dwar it-tpaċija tal-krediti dovuti fir-rigward ta’ pagamenti ta’ penalità kuljum deċiżi fid-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2021 (Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, EU:C:2021:878) għall-perijodu mill-15 ta’ Lulju 2022 sad-29 ta’ Awwissu 2022;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka l-motiv ta’ ksur tal-Artikoli 101 u 102 b’rabta mal-Artikolu 98 tar-Regolament 2018/1046 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) permezz tal-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ rkupru ta’ krediti dovuti permezz ta’ tpaċija minkejja li d-digriet tas-27 ta’ Ottubru 2021 impona pagamenti ta’ penalità kuljum sad-data ta’ eżekuzzjoni tad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2021 (4) u mid-data tal-15 ta’ Lulju 2022 ma baqgħux jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom id-digriet tal-14 ta’ Lulju 2021 kien jirrikjedi s-sospensjoni tal-applikazzjoni.


(1)  Ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2022, Ref. ARES(2022)7041596.

(2)  Ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2022, Ref. ARES(2022)8087579.

(3)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

(4)  Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (C-204/21 R, EU:C:2021:593).


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Dicembru 2022 – TO vs AUEA

(Kawża T-831/22)

(2023/C 63/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (AUEA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u konsegwetement;

tannulla d-deċiżjoni ta’ [kunfidenzjali(1) li tirrexxindi l-kuntratt tar-rikorrenti, bir-referenza [kunfidenzjali], mogħtija minn [kunfidenzjali], li daħlet fis-seħħ fl-istess jum u li ġiet innotifikata lilha fi [kunfidenzjali];

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens provviżorju għad-dannu materjali u morali flimkien ta’ EUR 45 000 bir-riżerva ta’ bidla matul l-istanza;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1d, 1e(2), 12, 12a, 17(1), 22a u 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, applikabbli b’analoġija għall-membri tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikoli 10 u 11 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq ksur tal-Artikoli 8, 31(1), 41(1) u 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji fundamentali u ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fosthom, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li jimponi fuq l-amministrazzjoni l-obbligu li tagħti deċiżjoni biss abbażi ta’ raġunijiet legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, fil-fatt jew fid-dritt, u fuq eċċess u użu ħażin ta’ poter.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u fuq ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur, b’mod partikolari, tal-Artikoli 4, 5, 14, 16(2)(b) u (e), 16(3), 17(1)(e) u (g), 18 u 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.


(1)  Data kunfidenzjali moħbija.

(2)  ĠU 2013, L 248, p. 1.

(3)  ĠU 2018, L 295, p. 39.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/66


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2023 – UA vs AUEA

(Kawża T-3/23)

(2023/C 63/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UA (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (AUEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u konsegwentement;

tannulla d-deċiżjoni Nru 99 bir-referenza [kunfidenzjali(1) adottata mill-Kunsill Amministrattiv tal-AUEA fil-[kunfidenzjali], innotifikat bil-posta fil-[kunfidenzjali] mis-segretarjat tal-Kunsill Amministrattiv, u sa fejn hemm bżonn, l-atti u d-deċiżjonijiet preparatorji u/jew eżekuttivi kollha, li permezz tagħha dan iddeċieda b’mod partikolari li “[kunfidenzjali] huwa kkundannat jikkumpensa d-dannu subit mill-Aġenzija minħabba n-nuqqasijiet personali serji li jinvolvu r-responsabbiltà finanzjarja personali tiegħu b’mod konformi mal-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri u l-metodi li jimplimentaw dan il-kumpens ser jiġu indirizzati separatament fil-[kunfidenzjali]”;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens provviżorju ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali flimkien, mingħajr preġudizzju għal bidla pendente lite;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) applikabbli b’analoġija għall-membri tal-persunal b’mod konformi mal-Artikolu 11 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tal-linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal (responsabbiltà finanzjarja tal-uffiċjali) u b’mod partikolari tal-Artikoli 2.1, 2.3.2 u 3.2 tagħhom, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tal-Artikoli 3, 4 u 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal (dritt għal smigħ) applikabbli abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-Artikoli 41(1) u (2)(a), 48 u 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, fuq in-nuqqas ta’ materjalità tal-fatti lmentati, fuq motivazzjoni insuffiċjenti, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-prinċipju ta’ uniċità tas-servizz pubbliku u ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-ksur tal-bona fide tal-atti u tal-użu ħażin tal-poter.


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali moħbija.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/67


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2023 – Illumina vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-5/23)

(2023/C 63/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, Barrister-at-Law, u F. González Díaz, M. Siragusa u T. Spolidoro, lawyers)

Konvenut: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent(i) jitlob/titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ M.10938 – Illumina/GRAIL (the Decision);

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra sostnuti b’relazzjoni ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjati bi żball ta’ liġi, kif ukoll bi żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, sa fejn hemm meqjus fiha li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri proviżorji skont l-Artikolu 8(5)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) kienu ssodisfatti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata għandha natura sproporzjonata, tinkludi żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, ma hijiex suffiċjentement immotivata u/jew hija vvizzjati b’nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn fiha hemm konkluż li l-miżuri provviżorji kienu neċessarji u kienu jissodisfaw l-għanijiet tal-Artikolu 8(5)(ċ) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata relatati mal-finanzjament għandhom natura sproporzjonata inkwantu huma jillimitaw b’mod mhux xieraq il-kapaċità ta’ Illumina li tivverifika l-proporzjonalità tat-talbiet għal finanzjament.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tiddelega b’mod illegali s-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni lil mandatarju inkarigat bil-monitoraġġ u tobbliga lir-rikorrenti ssostni l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta’ dan tal-aħħar.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata teskludi, b’mod sproporzjonat, l-obbligi prekuntrattwali eżistenti tar-rikorrenti mill-eċċezzjonijiet għall-obbligi ta’ separazzjoni mingħajr ma timmotiva din l-esklużjoni b’mod xieraq.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata timponi restrizzjonijiet eċċessivi, sproporzjonati u probabbilment inapplikabbli għall-attivitajiet ta’ reklutaġġ tal-partijiet matul il-perijodu interim.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/68


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Smith & Nephew USD u Smith & Nephew USD One vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-780/19) (1)

(2023/C 63/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45 tal-10/2/2020.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/68


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – Schwa-Medico vs EUIPO – Med-El Elektromedizinische Geräte (STIWELL)

(Kawża T-76/22) (1)

(2023/C 63/87)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148 tal-4/4/2022.


20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/68


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – PV vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-443/22) (1)

(2023/C 63/88)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 380 tat-3/10/2022.