|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 51/01 |
||
|
2023/C 51/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10995 — INFINITE ELECTRONICS INTERNATIONAL / CABLE CONNECTIVITY GROUP) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 51/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 51/04 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2023/C 51/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 51/06 |
||
|
2023/C 51/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/1 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprevedu akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti (1) fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja (PEM)
(2023/C 51/01)
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost il-Partijiet Kontraenti applikanti, il-Partijiet Kontraenti applikanti kkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ mal-Partijiet Kontraenti applikanti l-oħra.
Ta’ min ifakkar li l-akkumulazzjoni djagonali (tat-tħaddim, tal-ipproċessar u/jew tal-materjali) tista’ tiġi applikata biss jekk il-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li fihom regoli tal-oriġini identiċi, mal-Partijiet Kontraenti applikanti kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus oriġinarju.
Prodotti li joriġinaw f’Parti Kontraenti applikanti li ma tkunx ikkonkludiet ftehim mal-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u/jew tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinarji.
Abbażi tan-notifiki li jsiru mill-Partijiet Kontraenti applikanti lill-Kummissjoni Ewropea, it-tabelli mehmuża jispeċifikaw:
|
|
Tabella 1 – ħarsa ġenerali simplifikata lejn il-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni fil-1 ta’ Frar 2023. |
|
|
Tabella 2 – id-data li fiha l-akkumulazzjoni djagonali ssir applikabbli. |
Fit-Tabella 1, “X” tindika l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn żewġ sħab li jkun fih ir-regoli tal-oriġini li jippermettu l-akkumulazzjoni bbażata fuq ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini. Għall-użu ta’ akkumulazzjoni djagonali ma’ sieħeb terz, jenħtieġ li jkun hemm “X” fl-intersezzjonijiet kollha tat-tabella bejn it-tliet sħab.
Fit-Tabella 2, id-dati msemmija jirreferu għad-data tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali abbażi tal-Artikolu 8 tal-Appendiċi A għal kull protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’“(T)”.
Lista ta’ Partijiet Kontraenti applikanti li jkunu għażlu li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tar-regoli tranżizzjonali previsti fl-Appendiċi A tal-protokolli bilaterali dwar ir-regoli tal-oriġini fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 unilateralment, tinsab fl-Anness I.
Il-kodiċijiet għall-Partijiet Kontraenti applikanti elenkati fit-tabelli huma mogħtija hawn taħt.
|
UE |
||
|
|
||
|
IS |
||
|
CH (+ LI) |
||
|
NO |
||
|
FO |
||
|
|||
|
JO |
||
|
PS |
||
|
|||
|
AL |
||
|
BA |
||
|
KO |
||
|
MK |
||
|
RS |
||
|
ME |
||
|
GE |
||
|
MD |
||
Dan l-avviż jissostitwixxi l-avviż 2022/C 405/04 (ĠU C 405, 21.10.2022, p. 56).
Tabella 1
Ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni djagonali skont ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja fil-1 ta’ Frar 2023
|
|
UE |
CH (+LI) |
IS |
NO |
FO |
JO |
PS |
AL |
BA |
KO |
MK |
RS |
ME |
GE |
MD |
|
UE |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
CH (+LI) |
X |
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
IS |
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
NO |
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
FO |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JO |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PS |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AL |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
BA |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
KO |
X |
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
X |
|
MK |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
RS |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
|
ME |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
|
GE |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MD |
X |
|
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
Tabella 2
Data tal-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprevedu akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja
|
|
UE |
CH (+LI) |
IS |
NO |
FO |
JO |
PS |
AL |
BA |
KO |
MK |
RS |
ME |
GE |
MD |
|
UE |
|
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.9.2021 |
|
(T) 15.10.2022 |
(T) 9.9.2021 |
(T) 6.12.2021 |
(T) 9.2.2022 |
(T) 1.9.2021 |
(T) 16.11.2021 |
|
CH (+LI) |
(T) 1.9.2021 |
|
(T) 1.11.2021 |
(T) 1.11.2021 |
|
|
|
(T) 1.1.2022 |
|
|
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.4.2022 |
|
|
|
IS |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.11.2021 |
|
(T) 1.11.2021 |
|
|
|
(T) 1.1.2022 |
|
|
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.4.2022 |
|
|
|
NO |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.11.2021 |
(T) 1.11.2021 |
|
|
|
|
(T) 1.1.2022 |
|
|
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.4.2022 |
|
|
|
FO |
(T) 1.9.2021 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
JO |
(T) 1.9.2021 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PS |
(T) 1.9.2021 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AL |
(T) 1.9.2021 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.1.2022 |
|
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
BA |
|
|
|
|
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
KO |
(T) 15.10.2022 |
|
|
|
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
MK |
(T) 9.9.2021 |
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.4.2022 |
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
RS |
(T) 6.12.2021 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.1.2022 |
(T) 1.1.2022 |
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
(T) 1.2.2023 |
|
ME |
(T) 9.2.2022 |
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.4.2022 |
(T) 1.4.2022 |
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
|
(T) 1.2.2023 |
|
GE |
(T) 1.9.2021 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MD |
(T) 16.11.2021 |
|
|
|
|
|
|
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
(T) 1.2.2023 |
|
|
(1) “Parti Kontraenti applikanti” tfisser Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni PEM li tinkorpora r-regoli tranżizzjonali tal-oriġini tal-PEM fil-ftehimiet kummerċjali preferenzjali bilaterali tagħha ma’ Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni PEM
(2) L-Iżvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.
(3) Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS I
Lista ta’ Partijiet Kontraenti applikanti li jkunu għażlu li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3)
A.
Lista ta’ Partijiet Kontraenti applikanti li jkunu għażlu li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) għas-sħab tagħhom kollha li japplikaw ir-regoli tranżizzjonali|
— |
L-Iżlanda |
|
— |
In-Norveġja |
|
— |
L-Iżvizzera (il-Liechtenstein) |
B.
Lista ta’ Partijiet Kontraenti applikanti li jkunu għażlu li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) għal numru limitat ta’ sħab tagħhom li japplikaw ir-regoli tranżizzjonali|
— |
L-Albanija – għall-Istati tal-EFTA |
|
— |
L-Albanija – għall-Istati tal-EFTA |
|
— |
Il-Maċedonja ta’ Fuq – għall-Istati tal-EFTA |
|
— |
Is-Serbja – għall-Istati tal-EFTA |
|
— |
Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova (il-Partijiet għall-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali) — bejniethom |
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10995 — INFINITE ELECTRONICS INTERNATIONAL / CABLE CONNECTIVITY GROUP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 51/02)
Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10995. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-9 ta' Frar 2023
(2023/C 51/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0771 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
140,80 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4419 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88515 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,1390 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9890 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,9123 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,698 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
385,80 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7388 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8935 |
|
TRY |
Lira Turka |
20,2844 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5409 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4423 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,4551 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6906 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4237 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 355,38 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,0134 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2992 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 279,95 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6488 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,659 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,013 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,6165 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,3293 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,8905 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 51/04)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BlackRock, Inc. (BlackRock, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
AT&T Inc. (AT&T, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Gigapower, LLC (Gigapower, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollat minn AT&T. |
BlackRock u AT&T jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Gigapower.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BlackRock hija maniġer tal-investiment. BlackRock Alternatives Management, LLC, is-sussidjarja ta’ Blackrock li se takkwista kontroll bi sħab ta’ Gigapower, tikkontrolla u tiġġestixxi deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ fond li jiffoka fuq investimenti fil-katina tal-valur diġitali, tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastruttura tal-enerġija. |
|
— |
AT&T hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u teknoloġija. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Gigapower se jkunu l-inġinerija, il-kostruzzjoni, is-sjieda u t-tħaddim ta’ networks tal-fibra fl-Istati Uniti tal-Amerka, u se joperaw bħala bejjiegħa bl-ingrossa tal-fibra għall-Fornituri tas-Servizz tal-Internet u negozji oħra fl-Istati Uniti tal-Amerka.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11042 – BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 51/05)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kaufland Immobilien GmbH & Co. KG (“Kaufland”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn SB Kaufland KG (“Kaufland-gruppe”, il-Ġermanja), li jagħmel parti minn Schwarz Gruppe, |
|
— |
Proprjetajiet immobbli f’Cologne, Staßfurt u Waiblingen (flimkien “SCP Real Assets”, il-Ġermanja), kull waħda kkontrollat minn SCP Retail Properties A XII S.à r.l., SCP Retail Properties C XII S.à r.l. u SCP Retail Properties C XXII S.à r.l., li kull waħda minnhom tappartjeni għall-SCP Gruppe ikkontrollat minn Marjorie Brabet-Friel. |
Kaufland se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SCP Real Assets kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Schwarz Gruppe jopera prinċipalment fis-settur tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut permezz ta’ Kaufland u Lidl. Schwarz Gruppe huwa attiv ukoll fil-produzzjoni ta’ soft drinks, prodotti tal-forn, ġelat, għaġin u kafè, kif ukoll fil-ġbir, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjali tar-riċiklaġġ. Dan l-aħħar, Schwarze Gruppe kien qed jipprovdi wkoll servizzi ta’ cloud. |
|
— |
SCP Real Assets huma proprjetajiet immobbli f’Cologne, Staßfurt u Waiblingen fil-Ġermanja, li fihom is-supermarkets Real. SCP Gruppe jinvesti u/jew jagħti pariri primarjament fis-settur tal-proprjetà immobbli, inkluż il-kiri u l-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10992 – KAUFLAND / SCP REAL ASSETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU. L 24 tad-29 ta’ Jannar 2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/12 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2023/C 51/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Savennières”
PDO-FR-A0158-AM02
Id-data tal-komunikazzjoni: 14.11.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Kodiċi ġeografiku uffiċjali
Il-muniċipalitajiet taż-żona ġeografika u taż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati skont il-kodiċi ġeografiku uffiċjali.
Iż-żona ġeografika demarkata nnifisha baqgħet l-istess.
Ġew emendati l-punti 6 u 9 tad-Dokument Uniku.
2. Distanza bejn id-dwieli
Id-distanza minima bejn id-dwieli tnaqqset minn 1 m għal 0,90 m.
Dan jippermetti li d-densità tat-tħawwil tiżdied mingħajr ma tinbidel id-distanza bejn il-flanni.
Żdiedet ukoll dispożizzjoni speċjali għad-dwieli li jinsabu fuq inklinazzjonijiet li huma aktar weqfin minn 10 %, u fejn id-distanza minima awtorizzata bejn id-dwieli hija ta’ 0,80 m.
Dan biex jitqies il-każ partikolari ta’ dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet weqfin, fejn it-tħawwil ikun irid isir b’mod differenti (tħawwil parallel għall-inklinazzjoni pjuttost milli perpendikolari għaliha).
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
3. Żbir
Ir-regoli dwar iż-żbir ġew armonizzati għad-denominazzjonijiet taż-żona ta’ Anjou Saumur fil-Wied tal-Loire.
Dan biex jittejjeb l-għarfien tal-operaturi u jiġu ssimplifikati l-kontrolli. Din l-emenda tippermetti lill-vitikulturi jadattaw għall-ġlata li dejjem qiegħda tiġi aktar tard.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
4. Ħsad
Huwa stipulat li l-għeneb irid jinqata’ bl-idejn.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
5. Tikkettar
Il-qafas regolatorju li jirregola t-termini fakultattivi ġie ċċarat.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
6. Miżuri tranżizzjonali
Tħassru l-miżuri tranżizzjonali li ma għadhomx fis-seħħ.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
7. Bidliet editorjali
Sar ċertu għadd ta’ bidliet editorjali għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn il-bidliet ma jirrikjedu l-ebda bidla għad-Dokument Uniku.
8. Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Ir-referenza għall-korp ta’ kontroll ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi Speċifikazzjonijiet tal-Prodott oħrajn. Din hija biss bidla editorjali.
Din il-bidla ma tirrikjedi l-ebda bidla għad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Savennières
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Karatteristiċi tal-prodott
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed huma nbejjed bojod mhux frizzanti, xotti, xotti mezzana, ħelwin mezzana jew ħelwin, li l-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom huma dawn li ġejjin: — L-inbejjed xotti għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11,5 %. — L-inbejjed l-oħra għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 12,5 %. — Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed xotti jkollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mhux aktar minn 4 g għal kull litru, jew ta’ 8 g għal kull litru meta l-aċidità totali espressa fi grammi ta’aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 g għal kull litru taħt il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli. — Wara l-arrikkiment, jenħtieġ li l-inbejjed xotti ma jaqbżux l-qawwa alkoħolika totali ta’ 13 %. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Deskrizzjoni
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed huma bojod u ħafna drabi xotti, għalkemm xi drabi jista’ jkun fihom zokkor fermentabbli. Il-kulur tagħhom ivarja minn isfar ċar għal isfar dehbi. L-aroma normalment tkun ikkaratterizzata minn irwejjaħ jew noti ta’ fjuri (akaċja, tilju, eċċ.) flimkien ma’ noti ta’ frott li jfakkru fil-lanġas, il-ħawħ, l-isfarġel, il-lewż mixwi, l-għeneb imnixxef jew l-għasel, dan kollu ikkomplementat minn togħma kemxejn minerali. L-attakk fuq il-palat huwa mimli u qawwi, li jiżvela l-kumplessità aromatika sħiħa tal-inbid. Il-finitura hija taħlita ta’ freskezza, togħma minerali u ħjiel ta’ mrar, li jagħtu lill-inbid armonija u bilanċ. Wara bosta snin fil-flixkun, dawn l-inbejjed jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. L-inbejjed li fihom zokkor fermentabbli għandhom kapaċità eċċellenti li jitqaddmu.
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Prattika enoloġika speċifika
L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit; wara l-arrikkiment, jenħtieġ li l-inbejjed xotti ma jaqbżux ikollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 13 %. Għall-inbejjed l-oħra, kull tip ta’ arrikkiment huwa pprojbit. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki kollha ta’ vinifikazzjoni segwiti jridu jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
L-inbejjed iridu jitqaddmu sa mill-inqas il-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
2. Densità tat-tħawwil — Wisa’
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 4 000 dielja għal kull ettaru. Il-flanni tad-dwieli ma jridux ikunu aktar minn 2,50 m ’il bogħod minn xulxin. Id-dwieli fi flann iridu jkunu mill-inqas 0,90 m ’il bogħod minn xulxin. L-irqajja’ art bil-vinji fejn id-distanza bejn id-dwieli fl-istess flann tkun inqas minn 0,90 m iżda mill-inqas 0,80 m, u fejn l-inklinazzjoni tkun akbar minn 10 %, huma intitolati li jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata għall-ħsad tagħhom. Id-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata tista’ tintuża għall-ħsad minn irqajja’ art bil-vinji b’densità ta’ inqas minn 4 000 – iżda mill-inqas 3 300 – dielja għal kull ettaru, dment li jkunu konformi ma’ ċerti regoli dwar it-tħarriġ tad-dwieli u l-għoli tal-faxxina stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn l-irqajja’ art ma jistax ikollhom wisa’ bejn il-flanni ta’ aktar minn 3 m, u d-dwieli fuq l-istess flann iridu jkunu mill-inqas metru bogħod minn xulxin.
3. Żbir u tħarriġ tad-dwieli
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru (żbir li jħalli rimjiet twal, żbir li jħalli rimjiet qosra, jew żbir imħallat) sa mhux aktar minn 12-il rimja għal kull dielja.
Huma jista’ jkollhom żewġ rimjiet addizzjonali għal kull dielja, bil-kundizzjoni li, fl-istadju fenoloġiku, li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (rimjiet separati tal-fjuri), l-għadd ta’ fergħat li jrendu l-frott fis-sena għal kull dieja ma jkunx aktar minn 12.
Il-faxxina fuq il-kannizzata trid tilħaq għoli ta’ mill-inqas 0,6 darba aktar mid-distanza bejn il-flanni. L-għoli jitkejjel mit-tarf l-aktar baxx tal-faxxina (li jrid ikun mill-inqas 0,40 m ’il fuq mill-art), u l-ogħla tarf ta’ friegħi miżbura (li jrid ikun mill-inqas 0,20 m ’il fuq mill-ogħla fil tal-kannizzata).
L-irqajja’ art bil-vinji b’densità tat-tħawwil ta’ inqas minn 4 000 – iżda mill-inqas 3 300 – dielja għal kull ettaru huma wkoll soġġetti għar-regoli tal-irbit li ġejjin: il-pilastri tal-kannizzata jridu jkunu għoljin mill-inqas 1,90 m ’il fuq mill-art, irid ikun hemm erba’ fili orizzontali, u l-fil ta’ fuq irid ikun mill-inqas 1,85 m ’il fuq mill-art.
4. Irrigazzjoni
Metodu tal-kultivazzjoni
L-irrigazzjoni ma hijiex permessa.
5. Ħsad
Metodu tal-kultivazzjoni
L-għeneb jintgħażel għanqud għanqud bl-idejn b’mod selettiv mid-dielja. L-użu ta’ magni tal-ħsad tal-għeneb huwa pprojbit.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Inbejjed xotti u xotti mezzana 50 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Inbejjed oħra 35 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021: Bouchemaine, La Possonnière u Savennières.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli tal-inbid
Chenin B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1.
(a) Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tinsab fuq in-naħa tal-lemin tax-Xmara Loire, madwar 15-il km mill-belt ta’ Angers. Din hija kkaratterizzata minn firxa ta’ għoljiet b’orjentazzjoni lejn in-Nofsinhar u x-Xlokk, li jvarjaw minn 500 m sa 1 500 m fil-wisa’ u li jestendu għal madwar 6 km tul il-Loire. Fit-Tramuntana taż-żona ġeografika tinsab medda art twila u kbira, li hija aktar kiesħa u aktar esposta għar-riħ, li tintuża l-aktar għat-tkabbir taċ-ċereali u għat-trobbija tal-bhejjem.
Is-sodda ta’ blat hija magħmula minn formazzjonijiet ta’ shales u ramlija-skistuża mill-perjodu Ordoviċjan ta’ Fuq sad-Devonjan ta’ Taħt, b’passaġġi vulkaniċi lokalizzati (rijoliti u spiliti). Fit-tarf tal-medda ta’ art, xi ramel miġjub mir-riħ tal-perjodu Kwaternarju ġie ddepożitat f’saff li jvarja fil-ħxuna tiegħu. Fl-għoljiet, is-sodda ta’ blat ħafna drabi tkun qrib is-superfiċe.
Iż-żona ġeografika testendi fuq it-territorju ta’ tliet muniċipalitajiet: Bouchemaine, La Possonnière u Savennières.
Il-klima hija oċeanika. Fiż-żona ta’ Mauges, li tinsab fil-Punent tal-vinji, il-karatteristiċi oċeaniċi jinbidlu b’effett ta’ fœhn. Ix-xita medja annwali hija ta’ 650 mm, li jirrifletti n-nuqqas ta’ esponiment taż-żona għal irjieħ umdi, filwaqt li taqbeż it-800 mm fuq l-għoljiet ta’ Mauges. Din id-diskrepanza hija aktar saħansitra akbar matul iċ-ċiklu veġetattiv tad-dielja, b’mod partikolari mix-xahar ta’ Ġunju sal-perjodu tal-ħsad. It-temperatura medja annwali hija relattivament għolja f’madwar 12-il °C. Ix-Xmara Loire għandha rwol ewlieni fir-regolazzjoni tat-temperatura tal-għoljiet fil-viċinanza, li jinsabu fid-direzzjoni tal-irjieħ dominanti, u b’hekk jinżammu temperaturi għoljin billejl. Il-Loire għandha rwol importanti wkoll billi l-preżenza tagħha tfisser illi ċ-ċpar ta’ filgħodu – li huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-moffa nobbli – huwa okkorrenza komuni fil-perjodu tal-ħsad.
(b) Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta
Il-kultivazzjoni tad-dwieli, li inizjalment kienet limitata għall-artijiet qrib l-abbaziji kbar ta’ Angers, gradwalment infirxet madwar iż-żona tal-viċinat, imbagħad għall-għoljiet ta’ Pruniers u Bouchemaine fis-seklu 4. Lejn is-sena 1130, il-patrijiet tal-Abbaye Saint-Nicolas d’Angers ħawlu vinja fuq għolja li kienet tagħti fuq il-Loire, li tat isimha lil La Roche aux Moins. Fl-1140, fil-belt ta’ La Possonnière, is-sorijiet Benedittini bnew kunvent bl-isem ta’ Le Prieuré. Dak iż-żmien kien hemm firxa kbira ta’ vinji mad-dawra tal-bini tagħhom. Minn dak iż-żmien ’il hawn, Savennières beda jintgħażel min-nies nobbli – b’mod notevoli fis-seklu 15, mill--hekk imsejjaħ “Re Twajjeb” (René I ta’ Anjou), li, wara li xorob tazza nbid li kien ġej minn roqgħa art fil-Punent tal-belt filwaqt li kien għaddej mill-muniċipalità, huwa ddeskriviha bħala goutte d’or (qatra deheb). Minn dak iż-żmien, din ir-roqgħa art saret magħrufa bħala Clos de la Goutte d’Or.
Il-vinji ġew żviluppati b’mod speċjali fis-sekli 17 u 18. Fit-Traité sur la nature et la culture de la vigne, li ġie ppubblikat fl-1749, Nicolas Bidet u Henri-Louis Duhamel du Monceau kitbu: “L-għoljiet li jinsabu tul il-Loire, fuq iż-żewġ naħat tax-xmara, jiffurmaw il-vinji differenti ta’ Anjou; dawn l-għoljiet huma bejn nofs jew kwart ta’ lega bogħod minn xulxin, u minn Angers jestendu għal bejn 7 jew 8 legi lejn il-Bretanja. Dawn ma huma xejn ħlief blat, li qabel kien kompletament sterili, miksi bil-ħaxix ħażin, bl-arbuxelli u bis-siġar antiki, u minħabba f’hekk kienu inaċċessibbli, impenetrabbli, u rifuġju għall-annimali selvaġġi u l-ħlejjaq velenużi. L-art, li kienet diffiċli ħafna biex tinqala’, issa hija kompletament ikkultivata u mħawla bid-dwieli, sal-punt fejn l-għolja tibda tiġi ċatta, u ddur fuq in-naħa tat-Tramuntana, li testendi bejn kwart ta’ lega jew nofs lega. L-għoljiet fuq in-naħa tal-lemin tal-Loire, li jinżlu lejn Nantes, iħarsu lejn in-Nofsinhar, u b’hekk l-inbid huwa aħjar u aktar qawwi minn dak mill-għoljiet tax-xellug.” L-għoljiet u l-irqajja’ art qrib il-belt ta’ Savennières kienu miksija bid-dwieli, u kull abitazzjoni rurali kellha bosta strippi ta’ art imħawla bid-dwieli. Ftit qabel ir-Rivoluzzjoni Franċiża, il-lista ta’ lmenti miktuba mill-Ġeneral tal-Art tiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-vinji fuq l-għoljiet. “Savennières: 2 460 abitant, terz tal-art imħawwel bi dwieli ta’ cru eċċellenti. Jien qatt ma rajt l-ebda parroċċa intaxxata aktar minn Savennières,” jikteb is-Sur Dertrou, rappreżentat tal-parroċċa.
8.2.
Is-seklu 19 ra avvanzi sostanzjali fil-vitikultura u fil-ġestjoni tas-saħħa tal-pjanti, li wasslu għal trasformazzjoni tal-industrija tal-inbid permezz tal-isforzi tas-sidien tal-fabbriki tal-inbid bħal Pierre Guillory, li kienu ħerqana li jiksbu nbejjed ta’ kwalità għolja u li jżommu r-reputazzjoni tajba tal-inbid ta’ Savennières. Saru ħafna esperimenti; dawn kienu jinkludu l-użu ta’ varjetajiet differenti ta’ għeneb (b’mod notevoli Verdelho ta’ Madeira – skont il-Professur Maisonneuve, tħawlu 60 dielja fuq il-vinja ta’ Coulée de Serrant) kif ukoll sperimenti fl-għelieqi mtarrġa jew fuq il-kannizzati. Madankollu, il-varjetà Chenin B tibqa’ l-varjetà primarja tal-vinji. Jules Guyot, waqt waħda miż-żjarat tiegħu hemm fl-1865, iddeskriva perfettament il-metodi użati, inkluż iż-żbir li jħalli rimjiet twal, it-tneħħija tal-blanzuni u l-ħsad meta “parti kbira mill-għeneb tkun diġà saret iżżejjed”.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata ta’ Savennières ġiet rikonoxxuta b’digriet fit-8 ta’ Diċembru 1952. Inizjalment, id-digriet kien jiffoka primarjament fuq inbejjed li fihom zokkor fermentabbli, iżda permezz tal-isforzi ta’ presidenti suċċessivi tas-syndicat de défense ta’ Savennières, inkluż Michèle Bazin de Jessey, dan ġie aġġornat biex ikopri nbejjed xotti, bl-għażla wkoll li jiġu inklużi nbejjed li fihom zokkor fermentabbli, li jirrifletti b’mod aktar preċiż il-prattika tal-vinja u l-karatteristiċi distinti tal-ambjent.
Fl-2009 kien hemm 34 vitikultur jużaw il-vinji.
2. Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
L-inbejjed huma bojod u ħafna drabi xotti, għalkemm xi drabi jista’ jkun fihom zokkor fermentabbli. Il-kulur tagħhom ivarja minn isfar ċar għal isfar dehbi.
L-aroma normalment tkun ikkaratterizzata minn irwejjaħ jew noti ta’ fjuri (akaċja, tilju, eċċ.) flimkien ma’ noti ta’ frott li jfakkru fil-lanġas, il-ħawħ, l-isfarġel, il-lewż mixwi, l-għeneb imnixxef jew l-għasel, dan kollu ikkomplementat minn togħma kemxejn minerali.
L-attakk fuq il-palat huwa mimli u qawwi, li jiżvela l-kumplessità aromatika sħiħa tal-inbid. Il-finitura hija taħlita ta’ freskezza, togħma minerali u ħjiel ta’ mrar, li jagħtu lill-inbid armonija u bilanċ.
Wara bosta snin fil-flixkun, dawn l-inbejjed jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. L-inbejjed li fihom zokkor fermentabbli għandhom kapaċità eċċellenti li jitqaddmu.
3. Interazzjonijiet kawżali
Iż-żona tal-irqajja’ art demarkata għall-ħsad tal-għeneb tikkonsisti minn irqajja’ art li jinsabu fuq l-għoljiet imkennija, li huma orjentati lejn in-Nofsinhar u li għandhom ħamrija tal-wiċċ żviluppata fuq il-formazzjonijiet ta’ shales jew ramlija-skistuża tas-sodda ta’ blat, jew ħamrija baxxa żviluppata fuq ir-ramel miġjub mir-riħ. Din il-ħamrija, li ma hijiex fertili ħafna u mimlija ġebel, għandha kapaċità sinifikanti li tiskula l-ilma u riżerva baxxa ta’ ilma.
Dawn is-sitwazzjonijiet ta’ vitikultura jeħtieġu ġestjoni ottimali tad-dwieli u l-potenzjal ta’ produzzjoni tagħhom. Dan jinkiseb permezz tat-tħarriġ bir-reqqa tad-dwieli, regoli stretti taż-żbir u ħsad selettiv tal-għeneb, għanqud għanqud, inkluż għall-inbejjed xotti.
L-għarfien espert tal-vitikulturi huwa evidenti fil-preferenza kontinwa tagħhom għall-varjetà Chenin B, varjetà b’saħħitha, li f’dan l-ambjent tista’ ssib l-oriġinalità u l-kompletezza tagħha. Huma adattaw għall-karatteristiċi partikolari u l-kumplessità tagħha billi ddiversifikaw il-metodi ta’ produzzjoni tagħhom. Il-kontenut taz-zokkor fermentabbli tal-inbejjed tradizzjonalment varja skont il-post tat-tħawwil, it-tmexxija tad-dwieli u l-kundizzjonijiet klimatiċi tal-vendemmja. Meta l-kundizzjonijiet klimatiċi fi tmiem il-ħsad ikunu favorevoli, bis-saħħa tar-rwol termoregolatorju tal-Loire, l-irjieħ li jgħaddu mix-xmara – li jgħinu fit-tnixxif tal-għeneb – jew iċ-ċpar ta’ filgħodu, l-inbejjed ħelwin mezzana jew ħelwin jiġu prodotti minn għeneb miġbur wara li jitħalla jitqadded fuq id-dielja jew li huma affettwati mill-moffa nobbli (Botrytis cinerea).
Il-vitikulturi malajr żviluppaw ukoll it-tekniki ta’ vinifikazzjoni tagħhom biex jinkludu metodi li jippermettulhom jisiltu l-aħjar mill-għeneb. Il-perjodu ta’ tqaddim fil-kontenituri, wara l-fermentazzjoni, huwa meħtieġ sabiex jinkiseb inbid b’aromi kumplessi. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ġie ddefinit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott perjodu minimu ta’ tqaddim sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Il-kombinazzjoni ta’ ambjent naturali daqshekk partikolari, varjetà li hija perfettament adattata għalih, u vitikulturi li jafu jisfruttaw il-potenzjal kollu tagħha, tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed uniċi u oriġinali li għandhom reputazzjoni storika. André Jullien, f’Topographie de tous les vignobles connus (1816), ma joqgħodx lura milli jikklassifikahom fl-ewwel kategorija, u b’hekk jirrikonoxxi l-oriġinalità, il-kwalità u r-reputazzjoni tagħhom.
Il-vinji ta’ Savennières, li huma simbolu ta’ la douceur angevine, ġew ikklassifikati mill-2001 bħala Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Żona ta’ prossimità immedjata
Qafas legali
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni
Iż-żona fi prossimità immedjata, fejn il-vinifikazzjoni u l-iżvilupp u t-tqaddim tal-inbejjed jistgħu jitwettqu b’deroga, tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021: Angers, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon Blaison-Saint-Sulpice, Brissac Loire Aubance (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Les Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien biss), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux u Valanjou biss), Denée, Doué-en-Anjou (il-muniċipalità delegata ta’ Brigné biss), Les Garennes sur Loire, Mauges-sur-Loire (il-muniċipalità delegata ta’ Saint-Laurent-de-la-Plaine biss), Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Melaine-sur-Aubance, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou u Val-du-Layon.
Tikkettar
Qafas legali
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni
It-termini fakultattivi li l-użu tagħhom, skont ir-regoli tal-UE, jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, jridu jkunu stampati fuq tikketti b’ittri li ma jkunux akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jifformaw id-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata tista’ jkun issupplimentata mill-isem ġeografiku “Val de Loire” f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-isem ġeografiku “Val de Loire” jrid ikun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.
L-inbejjed iridu jiġu deskritti, fuq id-dokumenti kummerċjali u fuq id-dokumenti tat-tbaħħir kif ukoll fuq it-tikketti, bit-termini “nofsu xott”, “ħelu mezzan” jew “ħelu”, li jikkorrispondu għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju), kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Fuq it-tikketta, dawn it-termini jridu jidhru fl-istess post bħad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.
It-tikkettar tal-inbejjed koperti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, dment li: — ikun post irreġistrat; — dan ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7cc8c3cc-9ee0-4faf-aca5-058e37d4206d
|
10.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/19 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 51/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Suruç Narı”
Numru KE: PDO-TR-02850-7.6.2022
IĠP ( ) DOP (X)
1. Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Suruç Narı”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
It-Turkija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott (bħal fl-Anness XI)
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Is-“Suruç Narı” hija frotta ta’ daqs bejn kbir u medju li fuq il-qoxra għandha lwien ħomor u roża fuq sfond prinċipalment isfar. Is-“Suruç Narı” ma għandhiex forma kompletament tonda, hija kemxejn iċċattjata fuq l-assi taz-zokk u tal-kuruna, u l-proporzjon tad-dijametru mat-tul tal-frotta huwa ta’ aktar minn 1. “Suruç Narı”; Din tikkonsisti f’erba’ partijiet ewlenin, jiġifieri il-ħbub, il-qoxra, il-membrana tar-rummien (mesocarpium) u ż-żerriegħa tar-rummien. Is-“Suruç Narı” hija ta’ kulur minn roża sa aħmar ċar, bi ħbub rotob, bi struttura ta’ qoxra medja rqiqa u tiġġebbed, li tikkonsisti minn ilwien ħomor u roża fuq sfond isfar. Il-ħbub tagħha huma kbar u faċli biex jiftarrku. Il-ħbub jikkostitwixxu madwar 60 % tal-frotta. Ġeneralment tiġi kkunsmata bħala rummiena tal-ikel minħabba t-togħma qarsa-ħelwa tagħha.
Xi karatteristiċi tas-“Suruç Narı” huma kif ġej.
|
— |
Proporzjon tal-qoxra; bejn 39,4 % u 40,3 %, |
|
— |
Proporzjon tal-meraq; minimu ta’ 45 %, |
|
— |
Densità tal-meraq; bejn 1 072 u 1 075 g/cm3, |
|
— |
Proporzjon ta’ solidi li jinħallu fl-ilma; minimu ta’ 15 %, |
|
— |
Aċidità titratabbli (f’ekwivalenti ta’ aċidu ċitriku); inqas minn 1 % għal dawk ħelwin, 1-2 % għal dawk qarsa.) |
|
— |
Kontenut totali ta’ zokkor; minimu ta’ 12,8 %, |
|
— |
Kontenut ta’ rmied; bejn 0,52 u 0,55 %, |
|
— |
valur pH; bejn 2,9 u 3,3 |
|
— |
Kontenut ta’ antoċjanini; massimu ta’ 110 mg ta’ meraq tal-frott Cy.3 Gl/L, |
|
— |
Kontenut fenoliku totali; minimu ta’ 1 300 mg ta’ aċidu galliku/mL ta’ meraq, |
|
— |
L-aċidi organiċi l-aktar preżenti; aċidu ċitriku (medja ta’ 10,4 ± 0,68 g/L), aċidu askorbiku (medja ta’ 6,1 ± 2,83 g/L) u aċidu maliku (medja ta’ 0,26 ± 0,16 g/L), |
|
— |
Il-komposti fenoliċi l-aktar preżenti; kwerċetina (52,9 ± 6,6 mg/L), aċidu kafeiku (46,2 ± 9,5 mg/L), u katekina (11,3 ± 3,8 mg/L). |
|
— |
Il-piż tal-frotta jinsab fil-medda ta’ 250-650 gramma. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha tal-kultivazzjoni tas-“Suruç Narı” jridu jseħħu fil-limitu ġeografiku determinat. Dawn l-istadji huma prinċipalment it-tħawwil, iż-żbir, it-tisqija, il-fertilizzazzjoni, il-ħsad u l-kontrolli agrikoli.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista mil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti jridu jinkludu dan li ġej:
|
— |
L-isem tad-denominazzjoni “Suruç Narı”, |
|
— |
L-isem kummerċjali u l-indirizz jew l-isem qasir u l-indirizz jew il-marka rreġistrata tal-produttur, |
|
— |
Il-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Is-“Suruç Narı” titkabbar fi ħdan il-fruntieri tal-provinċja ta’ Şanlıurfa. Il-pjanuri ta’ Birecik, Suruç, Harran u Ceylanpınar iffurmaw minn kollassi tettoniċi fil-parti tan-Nofsinhar tal-provinċja. Fin-Nofsinhar tal-provinċja hemm il-fruntiera mas-Sirja u fit-Tramuntana tal-provinċja hemm il-Lag tad-Diga ta’ Atatürk. Fil-Lvant tal-provinċja jinsabu l-pjanuri għoljin ta’ Karacadağ, Siverek u Viranşehir, kif ukoll tgħaddi n-Nixxigħa ta’ Cırcıp, u mill-Punent tgħaddi x-xmara Fırat (Ewfrat).
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Şanlıurfa għandha l-aktar altitudni baxxa fit-Turkija. Din għandha struttura tal-wiċċ li tinklina mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. L-altitudni hija taħt il-500 m fin-Nofsinhar, u tista’ titla’ sa 750 m fit-Tramuntana.
Il-karatteristika tal-klima kontinentali tippredomina fir-reġjun. Is-sjuf huma nixfin ħafna u sħan; ix-xtiewi huma bix-xita u relattivament moderati. Id-differenzi fit-temperatura ta’ kuljum u dawk annwali huma estremi. Skont id-data meteoroloġika, it-temperatura medja ta’ kull xahar ma tinżilx għal 0 °C fl-ebda xahar tas-sena. It-temperatura medja f’Jannar, li huwa l-aktar xahar kiesaħ, hija ta’ 5,2 °C. It-temperatura tibda tiżdied kull xahar minn Frar u taqbeż l-20 °C f’Mejju. Minn Ġunju sa Awwissu, it-temperatura spiss togħla aktar minn 40 °C matul il-jum. Minn Marzu sal-aħħar ta’ Settembru, l-għadd medju ta’ jiem b’temperatura medja bejn +20 °C u +25 °C huwa ta’ 177. L-għadd ta’ jiem b’temperatura medja ta’ matul il-jum ta’ +25 °C u ogħla huwa madwar 120.
F’Sanlıurfa, il-preċipitazzjoni tiżdied fix-xitwa u tonqos fis-sajf. L-ammonti ta’ preċipitazzjoni annwali jvarjaw b’mod invers skont it-temperatura, filwaqt li jiżdiedu lejn it-Tramuntana u jonqsu lejn in-Nofsinhar. Il-preċipitazzjoni f’Şanlıurfa ġeneralment tinżel fil-forma ta’ xita. Il-borra hija rari ħafna, u ma ddumx mal-art iżjed minn jum jew jumejn. Fir-rigward tal-umdità, din turi valuri għoljin fiż-żoni saqwija ta’ Şanlıurfa, fin-Nofsinhar, u fil-kontea ta’ Halfeti, u għandha valuri baxxi fiċ-ċentru tal-belt u l-kontea ta’ Suruç.
Meta jiġi eżaminat il-bilanċ tal-ilma ta’ Şanlıurfa, il-preċipitazzjoni tibda takkumula fil-ħamrija minn Novembru. F’Jannar, il-ħamrija tinfaqa’ bl-ilma. L-eċċess ta’ ilma jkompli sa April. Minn Mejju, is-sitwazzjoni tinbidel, u l-evaporazzjoni tal-ilma tibda tkun aktar mill-preċipitazzjoni. In-nuqqas ta’ preċipitazzjoni f’Mejju u f’Ġunju jingħeleb mill-ilma akkumulat fil-ħamrija. Lejn l-aħħar ta’ Mejju, l-ilma akkumulat jibda jispiċċa. Minn Ġunju, ma jkun għad fadal l-ebda ilma akkumulat fil-ħamrija. Din is-sitwazzjoni tkompli sa Novembru. Studji idroġeoloġiċi wrew l-eżistenza ta’ żewġ akwiferi taħt l-art f’Suruç. L-ewwel saff akwifer huwa importanti għaż-żamma tal-umdità tal-ħamrija u huwa wiesa’ madwar 50-80 m mill-wiċċ. Dan huwa s-saff fejn l-ilma tal-wiċċ żejjed jakkumula fix-xitwa u fir-rebbiegħa, u jintuża meta l-kundizzjonijiet jinxfu.
Barra minn hekk, l-irjieħ mid-Deżert Sirjan iħallu ħafna minerali fl-għelieqi agrikoli f’Şanlıurfa bit-trab li jġorru.
Fatturi Umani
Şanlıurfa hija parti minn żona forma ta’ nofs qamar fertili storikament magħrufa bħala l-Mesopotamja, fejn l-agrikoltura hija pprattikata b’mod estensiv. Huwa maħsub li s-Suruç Narı nġiebet fir-reġjun mill-ġonna ta’ Babilonja. Şanlıurfa hija waħda mir-riżorsi ġenetiċi tar-rummien fit-Turkija. Għal din ir-raġuni, il-kultivazzjoni tar-rummien ilha ssir fir-reġjun għal sekli sħaħ. Il-bdiewa ilhom sekli jsegwu mod tradizzjonali ta’ kif titkabbar is-“Suruc Narı”. It-tisqija tibda meta jiffjorixxu nofs is-siġar. Lulju u Awwissu huma xhur kritiċi għat-tisqija li ma għandhomx jiġu ttraskurati fl-interess tal-iżvilupp tal-frott. Il-ħin tat-tisqija jiġi deċiż billi wieħed iqis il-kulur tas-siġar. In-nuqqas ta’ ilma jwassal biex is-siġar jiskuraw u l-qoxra tal-frott tinqasam. L-aħħar tisqija ssir bil-ħasil tas-siġar biex jitneħħew l-insetti u l-għanqbut ġimgħa jew ġimagħtejn biss qabel il-ħsad. Il-ħsad huwa proċedura delikata. Il-frott jinqata’ mal-fergħa li biha jkun imwaħħal mas-siġra. Is-“Suruc Narı” tista’ tinħażen fid-dell f’temperatura ambjentali għal mill-inqas xahrejn.
Speċifiċità tal-prodott
Is-“Suruç Narı” saret famuża fir-reġjun, speċjalment bl-isem tal-kontea ta’ Suruç, u bdiet issir magħrufa. Is-“Suruç Narı” huwa prodott agrikolu li huwa differenti minn rummien ieħor imkabbar fit-Turkija bil-qoxra rqiqa u tiġġebbed tiegħu, il-kulur safrani tal-qoxra, il-ħbub li jitfarrku faċilment, it-togħma ħelwa-qarsa, u r-riħa. Meta tjitqabbel ma’ varjetajiet oħra, il-kontenut għoli ta’ meraq flimkien mal-komposti fenoliċi għoljin u l-materja niexfa li tinħall fl-ilma jagħtu lis-“Suruç Narı” l-uniċità tagħha. B’mod partikolari, il-kontenut għoli ta’ aċidu ċitriku li huwa madwar 10 darbiet ogħla mill-biċċa l-kbira tal-varjetajiet fit-Turkija, u l-aċidità titratabbli għolja (%), jikkontribwixxu għat-togħma ħelwa u qarsa unika tagħha.
Fatturi Każwali
Il-karatteristiċi pomoloġiċi u organolettiċi huma ffurmati mill-klima (it-temperatura għolja, l-għadd kbir ta’ ġranet xemxin, l-umdità relattiva relattivament baxxa), u l-kontenut tal-ilma tal-ħamrija. Billi s-Suruç hija sors ġenetiku ta’ dan ir-rummien, dan jindika l-produzzjoni tagħha matul is-sekli fir-reġjun. L-ilma huwa essenzjali biex is-Suruç Narı tikseb il-karatteristiċi distintivi tagħha, l-akwiferi taħt il-wiċċ tal-ħamrija jissodisfaw ir-rekwiżit tal-ilma tas-Suruç Narı matul l-iżvilupp tal-frott fl-istaġun twil u sħun tas-sajf. Il-jiem xemxin twal flimkien ma’ provvista kontinwa tal-ilma u umdità relattiva relattivament baxxa jagħtu lis-Suruç Narı it-togħma unika, il-kulur, u s-sawra tal-qoxra tagħha. L-esperjenza tradizzjonali biex jiġi deċiż il-ħin tat-tisqija u l-ħasil tas-siġar qabel il-ħsad tikkontribwixxi għal dawn il-karatteristiċi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
—