ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
6 ta' Frar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 45/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 45/02

Kawża C-144/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Eredi Raimondo Bufarini S.r.l. – Servizi Ambientali vs Ministero dell’Interno, Ministero della Transizione Ecologica, Comitato tecnico regionale delle Marche, Coordinamento per l’uniforme applicazione sul territorio nazionale di cui all’art. 11 del D.Lgs. 105/2015 (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 267 TFUE – Portata tal-obbligu ta’ rinviju tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza – Eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu – Kriterji – Sitwazzjonijiet li fihom l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hija tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli – Kundizzjoni għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza ta’ konvinzjoni li l-istess evidenza tkun vinkolanti wkoll għall-qrati nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra li jiddeċiedu fl-aħħar istanza u għall-Qorti tal-Ġustizzja)

2

2023/C 45/03

Kawża C-236/22 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 minn Beata Sołowicz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-28 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża T-725/21, Sołowicz vs Il-Kummissjoni

3

2023/C 45/04

Kawża C-315/22 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-789/21, Aziz vs EEAS

3

2023/C 45/05

Kawża C-317/22 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-808/21, Aziz vs EEAS

3

2023/C 45/06

Kawża C-357/22 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-31 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-128/22, Aziz vs EDPS

4

2023/C 45/07

Kawża C-419/22 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2022 minn Group Nivelles mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-327/22 – Group Nivelles vs EUIPO

4

2023/C 45/08

Kawża C-550/22 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 minn Compass Tex Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-704/21, Compass Tex Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

4

2023/C 45/09

Kawża C-636/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Lecce (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Proċedimenti kriminali kontra PY

5

2023/C 45/10

Kawża C-653/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ Ottubru 2022 – P. Mali Kerékpárgyártó és Forgalmazó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

5

2023/C 45/11

Kawża C-672/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – BZ vs DKV Deutsche Krankenversicherung AG

6

2023/C 45/12

Kawża C-674/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Gemeente Dinkelland vs Ontvanger van de Belastingdienst/Grote ondernemingen, kantoor Zwolle

7

2023/C 45/13

Kawża C-676/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Novembru 2022 – B2 Energy s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

7

2023/C 45/14

Kawża C-679/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

8

2023/C 45/15

Kawża C-700/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Novembru 2022 – RegioJet a. s., STUDENT AGENCY k.s. vs České dráhy, a.s., Správa železnic, státní organizace, Česká republika, Ministerstvo dopravy

9

2023/C 45/16

Kawża C-711/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-18 ta’ Novembru 2022 – Advance Pharma sp. z o.o. vs Skarb Państwa – Główny Inspektor Farmaceutyczny

9

2023/C 45/17

Kawża C-713/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Novembru 2022 – LivaNova plc vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

10

2023/C 45/18

Kawża C-715/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2022 – QR vs Mercedes-Benz Bank AG

10

2023/C 45/19

Kawża C-717/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Svilengrad (il-Bulgarija) fit-23 ta' Novembru 2022 – SYSTEM LUX OOD vs Teritorialna direktsia Mitnitsa Burgas

11

2023/C 45/20

Kawża C-718/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2022 – HK vs Debeka Lebensversicherungsverein a. G.

12

2023/C 45/21

Kawża C-722/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Proċeduri kriminali

13

2023/C 45/22

Kawża C-749/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – I GmbH vs J R

14

2023/C 45/23

Kawża C-764/22 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2022 minn Airoldi Metalli SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-1/22, Airoldi Metalli SpA vs Il-Kummissjoni

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 45/24

Kawża T-611/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili – Raġuni ta’ invalidità – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

16

2023/C 45/25

Kawża T-579/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2022 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

16

2023/C 45/26

Kawża T-667/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – SBM Développement vs Il-Kummissjoni

17

2023/C 45/27

Kawża T-750/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 – UniSystems Luxembourg u Unisystems systimata pliroforikis vs ESMA

18

2023/C 45/28

Kawża T-761/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2022 – Sboarina vs Il-Parlament

19

2023/C 45/29

Kawża T-765/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 – Azalee Cosmetics vs EUIPO – L’Oréal (UK) (LA CRÈME LIBRE)

21

2023/C 45/30

Kawża T-766/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 – Canel Ferreiro vs Il-Kunsill

22

2023/C 45/31

Kawża T-772/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

23

2023/C 45/32

Kawża T-773/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Contorno Textil vs EUIPO – Harmont & Blaine (GILBERT TECKEL)

24

2023/C 45/33

Kawża T-776/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – TP vs Il-Kummissjoni

24

2023/C 45/34

Kawża T-778/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Desimo vs EUIPO – Red Bull (EL TORO ROJO)

26

2023/C 45/35

Kawża T-779/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Transport Werk vs EUIPO – Haus & Grund Deutschland (Haus & Grund)

26

2023/C 45/36

Kawża T-780/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – TUI Holding vs EUIPO – inCruises International (INCRUISES)

28

2023/C 45/37

Kawża T-781/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Madre Querida et vs Il-Kummissjoni

28

2023/C 45/38

Kawża T-785/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Franza vs Il-Kummissjoni

29

2023/C 45/39

Kawża T-789/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – PB vs SRB

30

2023/C 45/40

Kawża T-792/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – Quatrotec Electrónica vs EUIPO – Woxter Technology (WOXTER)

31

2023/C 45/41

Kawża T-793/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – TU vs Il-Parlament

31

2023/C 45/42

Kawżi magħquda T-790/16 u T-861/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 45/43

Kawża T-154/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 45/44

Kawża T-155/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 45/45

Kawża T-347/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – FLA Europe vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 45/46

Kawża T-351/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Nike European Operations Netherlands et vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 45/47

Kawża T-360/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Jana shoes et vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 45/48

Kawża T-24/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 45/49

Kawża T-124/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Wendel et vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 45/50

Kawża T-126/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 45/51

Kawża T-127/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 45/52

Kawża T-130/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 45/53

Kawża T-131/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 45/54

Kawża T-141/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Deichmann-Shoes UK vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 45/55

Kawża T-142/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Buffalo – Boots vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 45/56

Kawża T-157/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Caprice Schuhproduktion vs Il-Kummissjoni

35

2023/C 45/57

Kawża T-471/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – Eland Oil & Gas vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 45/58

Kawża T-758/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – W.S. Atkins International vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 45/59

Kawża T-771/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – Experian Finance 2012 vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 45/60

Kawża T-781/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Rigid Plastic Containers Finance u RPC Pisces Holdings vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 45/61

Kawża T-782/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – St Schrader Holding Company UK vs Il-Kummissjoni

36

2023/C 45/62

Kawża T-614/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – KPMG Advisory vs Il-Kummissjoni

37

2023/C 45/63

Kawża T-806/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2022 – NT vs EMA

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 45/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 35, 30.1.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 24, 23.1.2023

ĠU C 15, 16.1.2023

ĠU C 7, 9.1.2023

ĠU C 482, 19.12.2022

ĠU C 472, 12.12.2022

ĠU C 463, 5.12.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Eredi Raimondo Bufarini S.r.l. – Servizi Ambientali vs Ministero dell’Interno, Ministero della Transizione Ecologica, Comitato tecnico regionale delle Marche, Coordinamento per l’uniforme applicazione sul territorio nazionale di cui all’art. 11 del D.Lgs. 105/2015

(Kawża C-144/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Portata tal-obbligu ta’ rinviju tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza - Eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu - Kriterji - Sitwazzjonijiet li fihom l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hija tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli - Kundizzjoni għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza ta’ konvinzjoni li l-istess evidenza tkun vinkolanti wkoll għall-qrati nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra li jiddeċiedu fl-aħħar istanza u għall-Qorti tal-Ġustizzja)

(2023/C 45/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Società Eredi Raimondo Bufarini S.r.l. – Servizi Ambientali

Konvenuti: Ministero dell'Interno, Ministero della Transizione Ecologica, Comitato tecnico regionale delle Marche, Coordinamento per l’uniforme applicazione sul territorio nazionale di cui all’art. 11 del D.Lgs. 105/2015

Dispożittiv

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali tista’ tastjeni milli tippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u ssolviha taħt ir-responsabbiltà tagħha meta l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni tkun tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. L-eżistenza ta’ tali possibbiltà għandha tiġi evalwata abbażi tal-karatteristiċi proprji tad-dritt tal-Unjoni, id-diffikultajiet partikolari li tagħti lok għalihom l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar u r-riskju ta’ diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.

Din il-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li turi b’mod iddettaljat li l-qrati l-oħra tal-Istati Membri li jiddeċiedu fl-aħħar istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja kienu jagħtu l-istess interpretazzjoni, iżda għandha tkun kisbet, permezz ta’ evalwazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-elementi, il-konvinzjoni li l-istess evidenza tkun vinkolanti wkoll għal dawn il-qrati nazzjonali l-oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja


(1)  Data ta’ preżentata: 28.02.2022.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/3


Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 minn Beata Sołowicz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-28 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża T-725/21, Sołowicz vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-236/22 P)

(2023/C 45/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: Beata Sołowicz (rappreżentant: M. Korpalski, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-23 ta’ Novembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u ddeċidiet li Beata Sołowicz għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/3


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-789/21, Aziz vs EEAS

(Kawża C-315/22 P)

(2023/C 45/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ahmad Aziz (rappreżentant: L. Cuschieri, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Sevizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u kkundannat lill A. Aziz għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/3


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-808/21, Aziz vs EEAS

(Kawża C-317/22 P)

(2023/C 45/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ahmad Aziz (rappreżentant: L. Cuschieri, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u kkundannat lill A. Aziz għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/4


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2022 minn Ahmad Aziz mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-31 ta’ Mejju 2022 fil-Kawża T-128/22, Aziz vs EDPS

(Kawża C-357/22 P)

(2023/C 45/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ahmad Aziz (rappreżentant: L. Cuschieri, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

B’digriet tad-19 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u li Ahmad Aziz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/4


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2022 minn Group Nivelles mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-327/22 – Group Nivelles vs EUIPO

(Kawża C-419/22 P)

(2023/C 45/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Group Nivelles NV (rappreżentant: J.A.M. Jonkhout, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Easy Sanitary Solutions BV

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li Group Nivelles NV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/4


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 minn Compass Tex Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-704/21, Compass Tex Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-550/22 P)

(2023/C 45/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Compass Tex Ltd (rappreżentant: M. Gail, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Lecce (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Proċedimenti kriminali kontra PY

(Kawża C-636/22)

(2023/C 45/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Lecce

Proċedimenti kriminali kontra:

PY.

Domandi preliminari

1)

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tad-[Deċiżjoni Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), interpretat fid-dawl tal-Artikolu 1(3) tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas u tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamental tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik Taljana li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ azzjoni kriminali, tipprojbixxi b’mod assolut u awtomatiku lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli tirrifjuta l-konsenja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jogħoqdu jew jirrisjedu fit-territorju tagħha, indipendentement mir-rabtiet li dawn ikollhom ma’ dan tal-aħħar?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, abbażi ta’ liema kriterji u kundizzjonijiet dawn ir-rabtiet għandhom jitqiesu li huma sinjifikattivi tant li jobbligaw lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta l-konsenja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34 u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ Ottubru 2022 – P. Mali Kerékpárgyártó és Forgalmazó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-653/22)

(2023/C 45/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. P. Mali Kerékpárgyártó és Forgalmazó Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 42(1) tal-imsemmi kodiċi ma jipprekludix l-Artikolu 84(8) tal-az uniós vámjog végrehajtásáról szóló 2017. évi CLII. Törvény (il-Liġi Nru CLII tal-2017, dwar l-Applikazzjoni tad-Dritt Doganali tal-Unjoni; iktar ’il quddiem il-“Liġi Doganali”), li, fil-kuntest tas-sanzjonijiet amministrattivi doganali li japplikaw b’mod obbligatorju fil-każ ta’ lucrum cessans fuq id-dazji doganali mnissla b’konsegwenza ta’ ksur dwar l-eżattezza tad-data li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-merkanzija, ma jippermettix lill-awtoritajiet doganali jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari l-kwistjoni tal-aġir imputabbli lill-operatur li għamel id-dikjarazzjoni doganali, iżda jipprevedi għall-kuntrarju, bħala regola imperattiva, l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva doganali li tikkorrispondi għal 50 % tal-lucrum cessans fuq id-dazji doganali kkonstatati, indipendentement mill-gravità tal-ksur imwettaq u mill-eżami u l-evalwazzjoni tal-imputabbiltà tiegħu lill-operatur li għamel id-dikjarazzjoni doganali?


(1)  ĠU 2013, L269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90, u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – BZ vs DKV Deutsche Krankenversicherung AG

(Kawża C-672/22)

(2023/C 45/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BZ

Konvenut: DKV Deutsche Krankenversicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), moqri mal-Artikolu 12(5) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontrollur (f’dan il-każ, l-assiguratur) għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas tal-persuna kkonċernata (f’dan il-każ, id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni) l-ewwel kopja tad-data personali tagħha pproċessata mill-imsemmi kontrollur meta l-persuna kkonċernata titlob il-kopja mhux għall-finijiet iċċitati fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 63 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jiġifieri li ssir taf bl-ipproċessar tad-data personali tagħha u li tivverifika l-legalità tiegħu, iżda għal fini oħra – li ma għandhiex x’taqsam mal-protezzjoni tad-data iżda li hija madankollu leġittima – (f’dan il-każ, sabiex tiġi vverifikata l-validità taż-żidiet fil-primjums tal-assigurazzjoni għall-mard privata), u dan anki fil-każ li l-informazzjoni mitluba tkun diġà ġiet ikkomunikata lill-persuna assigurata permezz tal-posta fil-kuntest tal-proċedura ta’ żieda fil-primjums skont l-Artikolu 203 tal-Versicherungsvertragsgesetz (il-Liġi dwar il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni, iktar ’il quddiem il-“VVG”)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: id-data li ġejja taqa’ taħt il-kunċett ta’ data personali fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data:

a)

informazzjoni dwar l-aġġustamenti tal-primjums tal-assigurazzjoni għall-mard privata li l-assiguratur wettaq fir-rigward tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, b’mod partikolari dwar l-ammont tal-aġġustament magħmul u t-tariffi ta’ assigurazzjoni kkonċernati, u

b)

il-formulazzjoni tal-motivazzjoni tal-aġġustamenti fil-primjums (Artikolu 203(5) tal-VVG?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv (anki jekk biss parzjalment) għat-tieni domanda: id-dritt tad-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni għall-mard privata li jingħata kopja tad-data personali pproċessata mill-assiguratur jinkludi wkoll id-dritt li jingħata kopja tal-addenda tal-polza ta’ assigurazzjoni li l-assiguratur ikun bagħat lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sabiex jinformah biż-żieda fil-primjums, kif ukoll ittri u annessi mibgħuta fl-istess waqt, jew huwa limitat għall-għoti ta’ kopja tad-data personali tal-persuna assigurata inkwantu tali, u l-assiguratur kontrollur jibqa’ liberu li jiddeċiedi dwar il-mod tal-kompilazzjoni tad-data għad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni kkonċernat?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Gemeente Dinkelland vs Ontvanger van de Belastingdienst/Grote ondernemingen, kantoor Zwolle

(Kawża C-674/22)

(2023/C 45/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Gelderland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gemeente Dinkelland

Konvenut: Ontvanger van de Belastingdienst/Grote ondernemingen, kantoor Zwolle

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjoni legali li interessi moratorji għandhom jiġu rrimborsati għaliex jeżisti d-dritt għal rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ li persuna taxxabbli tkun ingħatat rimbors ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, l-interessi moratorji għandhom jiġu rrimborsati lil din il-persuna taxxabbli fis-sitwazzjoni fejn:

a)

ir-rimbors ikun ir-riżultat ta’ żbalji amministrattivi min-naħa tal-persuna taxxabbli, kif deskritt f’din is-sentenza, u li għalihom l-ispettur ma jista’ bl-ebda mod jitqies responsabbli;

b)

ir-rimbors ikun ir-riżultat ta’ kalkolu mill-ġdid tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni għat-tnaqqis ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fuq infiq ġenerali, fiċ-ċirkustanzi deskritti f’din is-sentenza?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, minn liema ġurnata jeżisti d-dritt għal rimbors tal-interessi moratorji?


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Novembru 2022 – B2 Energy s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-676/22)

(2023/C 45/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B2 Energy s.r.o.

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domanda preliminari

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2021 Kemwater ProChemie (C-154/20, EU:C:2021:989), fis-sens li talba għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fil-każ tal-provvista ta’ oġġetti lil Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrifjutata mingħajr ma l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom bżonn jipproduċu l-prova li l-fornitur tal-merkanzija kien involut fi frodi tal-VAT, ladarba dan il-fornitur naqas milli jipproduċi l-prova tal-kunsinna tal-merkanzija lil destinatarju speċifiku fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni li għandu l-kwalità ta’ persuna taxxabbli speċifikata fid-dokumenti tat-taxxa, anki jekk, fid-dawl tal-fatti tal-każ u l-informazzjoni pprovduta mill-persuna taxxabbli, hemm data disponibbli sabiex jiġi vverifikat li d-destinatarju attwali fl-Istat Membru l-ieħor tal-Unjoni fil-fatt kellu dik il-kwalità?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/8


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-679/22)

(2023/C 45/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Małecka, L. Malferrari, E. Manhaeve, L. Armati, aġenti)

Konvenut: L-Irlanda

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi (kollha) neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2018/1808 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE (2) dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu, jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva;

tordna lill-Irlanda tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa bbażata fuq ammont ta’ kuljum ta’ EUR 5 544,9 kuljum fejn is-somma f’daqqa minima tkun ta’ EUR 1 376 000;

jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-paragrafu 1 baqa’ għaddej sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-proċedura, tikkundanna lill-Irlanda tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 33 257,2 kuljum mid-data tas-sentenza f’din il-proċedura sad-data tal-konformità mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva; u

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) fid-dawl tal-iżvilupp tar-realtajiet tas-suq. Kemm id-Direttivi tal-2010 kif ukoll tal-2018 jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-midja awdjoviżiva – ix-xandiriet televiżivi tradizzjonali u s-servizzi fuq talba. Id-Direttiva tal-2018 tipprevedi regoli għat-tiswir tal-iżviluppi teknoloġiċi u toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-midja awdjoviżiva emerġenti.

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ intimazzjoni f’ċirkustanzi fejn il-Kummissjoni ma kienet irċeviet l-ebda komunikazzjoni mill-Irlanda dwar l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva. Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Settembru 2021, fl-assenza ta’ kwalunkwe komunikazzjoni ulterjuri dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Irlanda. Madankollu, il-miżuri ta’ traspożizzjoni għadhom ma ġewx adottati mill-Irlanda u, fi kwalunkwe każ, ma ġewx ikkomunikati lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2018, L 303, p. 69.

(2)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15).


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Novembru 2022 – RegioJet a. s., STUDENT AGENCY k.s. vs České dráhy, a.s., Správa železnic, státní organizace, Česká republika, Ministerstvo dopravy

(Kawża C-700/22)

(2023/C 45/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: RegioJet a. s., STUDENT AGENCY k.s.

Appellati: České dráhy, a.s., Správa železnic, státní organizace, Česká republika, Ministerstvo dopravy

Domanda preliminari

L-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri mibdija fuq talba ta’ terz (kompetitur), qorti nazzjonali hija marbuta li tordna lill-benefiċjarju jħallas lura l-għajnuna mogħtija bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk (fid-data tad-deċiżjoni tal-qorti) ikun laħaq skada l-perijodu ta’ preskrizzjoni li fih il-Kummissjoni setgħet teżerċita s-setgħat tagħha sabiex tirkupra l-għajnuna bis-saħħa tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u li minħabba f’hekk l-għajnuna mogħtija titqies li hija għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b)(iv) u tal-Artikolu 17(3) tal-imsemmi regolament?


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-18 ta’ Novembru 2022 – Advance Pharma sp. z o.o. vs Skarb Państwa – Główny Inspektor Farmaceutyczny

(Kawża C-711/22)

(2023/C 45/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Advance Pharma sp. z o.o.

Konvenut: Skarb Państwa – Główny Inspektor Farmaceutyczny

Domand preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 19(1) u (2) TUE, rimedju disponibbli f’ċerti sistemi legali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsisti fil-possibbiltà li tintalab reviżjoni ta’ proċedura li tkun intemmet b’riżultat ta’ sentenza definittiva b’konsegwenza ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li tikkonstata ksur tal-istandards tal-Konvenzjoni, huwa element essenzjali ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’materji ċivili fejn is-sistema legali tal-Istat Membru tipprevedi rimedju legali differenti li jservi ta’ protezzjoni ġudizzjarja għad-drittijiet ta’ parti fi proċedura li tkun intemmet permezz ta’ sentenza definittiva?


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Novembru 2022 – LivaNova plc vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

(Kawża C-713/22)

(2023/C 45/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LivaNova plc

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Presidenza del Consiglio dei ministri

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill [82/891/KEE] tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata (1), li tapplika wkoll (Artikolu 22) għad-diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta’ kumpanniji ġodda, sa fejn jipprovdi li (a) “[m]eta xi parti mill-passiv ma tkunx allokata bl-abbozz ta’ kundizzjonijiet ta’ diviżjoni u meta l-interpretazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet ma tagħmilx possibbli deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tagħha, kull waħda mill-kumpanniji reċipjenti għandha tkun responsabbli flimkien u separatament [in solidum]” u (b) “Stati Membri jistgħu jiddisponu li din ir-responsabbiltà flimkien u separatament [in solidum] tkun limitata għall-attiv nett allokat lil kull kumpannija”, jipprekludi interpretazzjoni tar-regola tad-dritt nazzjonali li tinsab fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2506-bis tal-Kodiċi Ċivili li tfisser ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpannija diviża bħala “parti mill-passiv” mhux attribwit fl-abbozz ta’ kundizzjonijiet, minbarra r-responsabbiltajiet ta’ natura diġà ddeterminata, anki (i) dawk identifikabbli fil-konsegwenzi dannużi, maħluqa wara d-diviżjoni, ta’ aġir (b’azzjoni jew b’nuqqas ta’ azzjoni) li seħħ qabel id-diviżjoni stess jew (ii) ta’ aġir ulterjuri, li huma l-konsegwenza tad-diviżjoni, li għandu n-natura ta’ delitt permanenti, li jiġġenera danni ambjentali, li l-effetti tagħhom, fil-mument tad-diviżjoni, ma jkunux determinabbli b’mod sħiħ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 50.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2022 – QR vs Mercedes-Benz Bank AG

(Kawża C-715/22)

(2023/C 45/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QR

Konvenut: Mercedes-Benz Bank AG

Domandi preliminari

1)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, jekk skont id-dritt nazzjonali, fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu marbut ma’ kuntratt ta’ bejgħ, wara li l-konsumatur ikun effettivament eżerċita d-dritt tiegħu tal-irtirar skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1),

(a)

id-dritt ta’ konsumatur fil-konfront ta’ kreditur għall-ħlas lura tal-pagamenti tas-self magħmula jsir dovut biss meta huwa, min-naħa tiegħu, ikun irritorna l-oġġett mixtri lill-kreditur jew ikun ipproduċa prova li bagħat l-oġġett lill-kreditur?

(b)

il-konsumatur għandu jirritorna l-vettura lill-kreditur, fl-istabbiliment tiegħu, konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 358(4) u mal-ewwel inċiż tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 357(4) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili)?

(c)

il-kreditur ma joġġezzjonax li jaċċetta l-vettura kemm-il darba l-vettura tiġi rritornata lilu bħal depożitu, iżda ma jaqbilx mal-kundizzjonijiet legali materjali għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar?

(d)

rikors ippreżentat mill-konsumatur għall-ħlas lura tal-pagamenti tas-self magħmula mill-konsumatur wara li l-vettura mixtrija fuq kreditu tkun ġiet irritornata għandu jiġi miċħud bħala attwalment infondat jekk il-kreditur ma jkunx naqas milli jaċċetta l-oġġett mixtri?

2)

Mid-dritt tal-Unjoni jirriżulta li d-dispożizzjonijiet legali nazzjonali u l-prinċipji ġuridiċi deskritti fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel domanda ma għandhomx jiġu applikati jekk ma jkunux jistgħu jiġu interpretati b’mod konformi mad-Direttiva?

3)

Fil-każ li l-eżerċizzju mill-konsumatur tad-dritt tiegħu tal-irtirar skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 ikun jista’ jitqies li huwa abbużiv f’sitwazzjoni fejn waħda mill-indikazzjonijiet obbligatorji previsti fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 ma tkunx ġiet debitament ikkomunikata, la fil-ftehim ta’ kreditu u lanqas sussegwentement:

L-evalwazzjoni bħala eżerċizzju abbużiv ta’ dritt tista’ tkun ibbażata, b’mod partikolari, fuq iċ-ċirkustanzi segwenti:

(a)

Il-konsumatur ikompli juża l-vettura mixtrija bi kreditu sakemm l-effettività tal-irtirar tiġi stabbilita b’mod ċar minn qorti.

(b)

Il-konsumatur jirrifjuta li jħallas kumpens għall-użu tal-vettura.

(c)

Il-kuntratt ikun diġà ntemm qabel il-waqt jew minħabba l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità tiegħu meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu u l-bank ikun irrevoka s-sigurtà tiegħu.


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Svilengrad (il-Bulgarija) fit-23 ta' Novembru 2022 – “SYSTEM LUX” OOD vs Teritorialna direktsia Mitnitsa Burgas

(Kawża C-717/22)

(2023/C 45/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Svilengrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“SYSTEM LUX” OOD

Konvenut: Teritorialna direktsia Mitnitsa Burgas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), li jelenka fid-dettall it-tipi ta’ pieni amministrattivi li jistgħu jiġu applikati għal nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħalma hija dik prevista fl-Artikolu 233(6) taż-Zakon za mitnitsite (il-Liġi Doganali), li tipprevedi bħala piena amministrattiva addizzjonali l-konfiska, jew is-sekwestru favur l-Istat, tas-suġġett tal-ksur? Is-sekwestru tas-suġġett tal-ksur huwa permess f’sitwazzjoni fejn il-proprjetà ssekwestrata tappartjeni lil terza persuna li ma tkunx dik li wettqet il-ksur?

2)

L-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 952/2013, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħalma hija dik prevista fl-Artikolu 233(6) tal-Liġi Doganali, li tipprevedi bħala piena amministrattiva addizzjonali l-konfiska, jew is-sekwestru favur l-Istat, tas-suġġett tal-ksur flimkien mal-impożizzjoni ta’ “multa” punittiva, bħala piena sproporzjonata li tikkostitwixxi ndħil fid-dritt għall-proprjetà, liema ndħil jmur lil hinn mill-għan leġittimu ddikjarat, b’mod ġenerali f’dawk il-każijiet fejn il-proprjetà ssekwestrata, li tkun is-suġġett tal-ksur, tappartjeni lill-persuna li tkun wettqet il-ksur u f’dawk il-każijiet fejn tappartjeni lil terza persuna li ma tkunx dik li wettqet il-ksur u, b’mod partikolari, f’dawk il-każijiet fejn il-persuna li wettqet il-ksur ma tkunx wettqitu intenzjonalment iżda minħabba negliġenza?

3)

Abbażi ta’ raġunament a fortiori, id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/[212]/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (2), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll abbażi tas-sentenza tal-14 ta’ Frar 2021, OM (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet huma rilevanti wkoll meta l-aġir inkwistjoni ma jikkostitwixxix reat iżda ksur amministrattiv, f’sitwazzjoni fejn id-differenza bejniethom tkun biss il-kriterju tad-“daqs kbir” marbut mal-valur tas-suġġett tal-kuntrabandu, kif irrikonoxxut fil-prassi ġudizzjarja? Fit-tali każ, ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212 u l-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “konfiska” jkopri speċifikament piena jew miżura li jkunu ġew ordnati minn qorti u li jipprekludu li tali piena jew miżura jiġu ordnati minn korp amministrattiv, b’tali mod li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħalma hija dik prevista fl-Artikolu 233(6) tal-Liġi Doganali, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 231 tal-Liġi Doganali?


(1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.

(2)  ĠU 2006, L 159M, p. 223.

(3)  C-393/19, EU:C:2021:8.

(4)  ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 144.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2022 – HK vs Debeka Lebensversicherungsverein a. G.

(Kawża C-718/22)

(2023/C 45/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HK

Konvenut: Debeka Lebensversicherungsverein a. G.

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva tal-Assigurazzjoni għall-Ħajja) (1), u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u dwar l-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva tal-Assigurazzjoni għall-Ħajja) (2), moqrija, skont il-każ, flimkien mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-informazzjoni sħiħa lill-konsumatur tiġi pprovduta biss wara li l-konsumatur ikun ressaq talba, jiġifieri mal-polza tal-assigurazzjoni (“mudell tal-polza”)? Fl-affermattiv, dan huwa suffiċjenti sabiex ikun hemm lok għal dritt ta’ kontestazzjoni lill-konsumatur, jiġifieri dritt għax-xoljiment tal-kuntratt tal-assigurazzjoni? L-eċċezzjoni ta’ dekadenza jew ta’ abbuż ta’ dritt tista’ tipprekludi dan id-dritt?

2)

Assiguratur li ma pprovda ebda informazzjoni lill-konsumatur jew li pprovda biss informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ kontestazzjoni tiegħu, huwa prekluż milli jinvoka dekadenza jew abbuż ta’ dritt fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għall-konsumatur, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ kontestazzjoni?

3)

Assiguratur li ma ttrażmetta ebda informazzjoni lill-konsumatur jew biss informazzjoni inkompleta jew żbaljata huwa prekluż milli jinvoka dekadenza jew abbuż ta’ dritt fir-rigward ta’ drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għall-konsumatur, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ kontestazzjoni?

4)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Assigurazzjoni għall-Ħajja, l-Artikolu 31 tat-Tielet Direttiva tal-Assigurazzjoni għall-Ħajja u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (3), moqrija, skont il-każ, flimkien mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni jew ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li fuq id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, wara li jkun eżerċita legalment id-dritt ta’ kontestazzjoni tiegħu, jiġi impost l-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova għall-finijiet tal-kalkolu tal-vantaġġi misluta mill-kumpannija tal-assigurazzjoni nnifisha? Fil-każ fejn tali impożizzjoni tal-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova tkun ammissibbli, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jeżiġi li d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jibbenefika, bħala korrispettiv, mid-drittijiet għall-informazzjoni kontra l-assiguratur jew faċilitajiet oħra li jippermettulu jinvoka d-drittijiet tiegħu?


(1)  ĠU 1992 L 360, p. 1

(2)  ĠU 1990, L 330, p. 50

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Proċeduri kriminali

(Kawża C-722/22)

(2023/C 45/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Domanda preliminari

Hija konformi mal-Artikolu 2, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (1), interpretazzjoni ta’ liġi nazzjonali fis-sens li ma hemmx lok li tiġi kkonfiskata bħala mezz strumentali għat-twettiq ta’ reat kriminali vettura bil-mutur tqila (trakk u trejler) użata mill-membri ta’ grupp kriminali organizzat għaż-żamma u għat-trasport ta’ kwantitajiet kbar ta’ prodotti suġġetti għas-sisa (sigaretti) mingħajr timbru fiskali?


(1)  ĠU 2006, L 159M, p. 223.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2022 – I GmbH vs J R

(Kawża C-749/22)

(2023/C 45/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I GmbH

Konvenut: J R

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika li skontha leave annwali mħallas, mitlub minn ħaddiem u mogħti mill-persuna li timpjega, li jikkoinċidi fiż-żmien ma’ kwarantina domestika ordnata wara li leave kien ingħata mill-awtorità kompetenti minħabba suspett ta’ infezzjoni, ma jingħatax, fejn il-ħaddiem ma jkunx inkapaċi għax-xogħol minħabba mard matul il-kwarantina?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/14


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2022 minn Airoldi Metalli SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-1/22, Airoldi Metalli SpA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-764/22 P)

(2023/C 45/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Airoldi Metalli SpA (rappreżentanti: M. Campa, avvocato, D. Rovetta, avocat, P. Gjørtler, advokat, V. Villante, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara ammissibbli dan l-appell;

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża Airoldi Metalli SpA vs Il-Kummissjoni, T-1/22, u tiddikkjara ammissibbli r-rikors ippreżentat minn Airoldi Metalli SpA;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina fil-mertu r-rikors ippreżentat minn Airoldi Metalli SpA;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-kuntest ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji prinċipali.

L-ewwel aggravju: żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u r-rekwiżit u l-kunċett ta’ att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni – kwalifika żbaljata tal-fatti u żnaturament tal-provi.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u b’mod partikolari r-rekwiżit li l-atti regolatorji inkwistjoni għandhom ikunu atti li “jirrigwardaw direttament u individwalment” – kwalifika żbaljata tal-fatti.


Il-Qorti Ġenerali

6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili)

(Kawża T-611/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili - Raġuni ta’ invalidità - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”)

(2023/C 45/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk s.c. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Oleksyn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ESSAtech (Přistoupim, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1070/2020-3).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjon Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1070/2020-3) hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest kemm tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 502, 3.12.2021.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/16


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2022 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/22)

(2023/C 45/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: T. Johnston, Barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab f’ittra tas-6 ta’ Lulju 2022 (iktar ’il quddiem “id-deċiżjoni kkontestata”), li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet talba għal reviżjoni interna, mressqa fit-3 ta’ Frar 2022 mir-rikorrenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Aarhus (1), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 (2), adottat bis-saħħa tar-Regolament (UE) 2020/852 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar il-klassifikazzjoni”) (3); u,

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: id-deċiżjoni kkontestata fiha numru ta’ żbalji ta’ liġi dwar il-portata tal-kompetenza tal-Kummissjoni sa fejn il-Kummissjoni injorat numru ta’ elementi essenzjali tar-Regolament dwar il-klassifikazzjoni meta adottat ir-Regolament Delegat.

2.

It-tieni motiv: id-deċiżjoni kkontestata fiha żewġ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar l-evidenza xjentifika marbuta mal-kombustjoni ta’ bijomassa forestali għall-enerġija.

3.

It-tielet motiv: id-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji ta’ evalwazzjoni dwar il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi.

4.

Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata fiha wkoll żbalji manifesti dwar il-manifattura ta’ plastik organiku.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13; iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Aarhus”).

(2)  Regolament Delegat tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU 2021, L 442, p. 1).

(3)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU 2020, L 198, p. 13, rettifika fil-ĠU 2022, L 156, p. 159).


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/17


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – SBM Développement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/22)

(2023/C 45/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SBM Développement SAS (Ecully, Franza) (rappreżentanti: B. Arash u H. Lindström, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1388 tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Pat’Appât Souricide Canadien Foudroyant imressqa minn Franza u mill-Iżvezja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2022, L 208, p. 7);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Istat tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 48 u ksur tal-artikoli 1(1) u 32 tar-Regolament (UE) 528/2012 (iktar ’il quddiem ir-“RPB”) (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 33, 35 u 36 tar-RPB.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Istat tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Trattati – prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 tar-RPB u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq użu eċċessiv ta’ poter u ksur tal-Istat tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Trattati – prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, ĠU 2012, L 167, p. 1.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 – UniSystems Luxembourg u Unisystems systimata pliroforikis vs ESMA

(Kawża T-750/22)

(2023/C 45/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UniSystems Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) Unisystems systimata pliroforikis monoprosopi anonymi emporiki etairia (Kallithea, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ESMA li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti bħala t-tieni fil-kaskata fis-sejħa għal offerti miftuħa għal Konsulenza tal-ICT – PROC/2021/12 “Provvista Esterna ta’ Servizzi tal-IT”, u li tagħti l-ewwel kuntratt fil-forma ta’ kaskata fl-istess sejħa għal offerti lill-ewwel konsorzju tal-kaskata, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-ESMA tas-17 ta’ Settembru 2022;

barra minn hekk, tikkundanna lill-ESMA tħallas id-danni mġarrba mir-rikorrenti għat-telf ta’ kuntratt bl-ammont ta’ EUR 3 500 000 għall-ewwel sentejn tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Jekk il-kuntratt jittawwal iktar, kif speċifikament previst, ir-rikorrenti jitolbu l-ammont addizzjonali li jikkorrispondi għat-tul sħiħ tal-kuntratt, ibbażat fuq ammont annwali ta’ EUR 1 750 000, bi tnaqqis ta’ kull ammont li eventwalment jikkorrispondi għall-marġni gross ta’ kuntratti speċifiċi li jkunu eżegwiti mir-rikorrenti fil-kwalità tagħhom tat-tieni kuntrattur tal-kaskata, fejn l-ammonti kollha msemmija iktar ’il fuq iġarrbu l-interessi;

sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-rikorrenti ma humiex intitolati għall-kumpens tal-ammont sħiħ tad-danni mġarrba minħabba d-deċiżjonijiet illegali attakkati tal-ESMA, ir-rikorrenti jitolbu d-danni minħabba t-telf ta’ opportunità bl-ammont ta’ EUR 400 000, flimkien mal-interessi;

tikkundanna lill-ESMA għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u għall-ispejjeż l-oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tar-Regolament Finanzjarju (1) u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt: Il-prezz offrut mill-ewwel kuntrattur tal-kaskata huwa anormalment baxx/speċifiku peress li l-profili huma pprezzati taħt is-salarju minimu legali fil-Ġermanja u fil-Greċja. Għall-istess raġunijiet, ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, u tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-dritt għal rimedju effettiv u ta’ rekwiżit formali essenzjali.

L-ewwel parti tat-tieni motiv għal annullament: Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, motivazzjoni insuffiċjenti;

It-tieni parti tat-tieni motiv għal annullament: Ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal rimedju effettiv u ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2022 – Sboarina vs Il-Parlament

(Kawża T-761/22)

(2023/C 45/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gabriele Sboarina (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avvocato)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ “Modifika fl-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-irtirar tal-ex membru Taljan tal-Parlament Ewropew”, ikkomunikata permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Settembru 2022 li waslet fit-28 ta’ Ottubru 2022, tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew u li għandha bħala suġġett “kalkolu ġdid tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-irtirar wara d-Deċiżjoni Nru 150, tat-3 ta’ Marzu 2022, tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati”, ikkomunikata lir-rikorrent u, f’kull każ, tannulla l-istabbiliment il-ġdid u l-kalkolu l-ġdid tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imħallsa lir-rikorrent mill-Parlament Ewropew, kif ukoll kull att preċedenti jew sussegwenti;

tikkonstata u tiddikjara d-dritt tar-rikorrent għaż-żamma tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imħallsa mill-Parlament Ewropew ekwivalenti għall-ammonti mħallsa skaduti u li kellhom jiskadew fil-mument tal-ewwel ħlas;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somom kollha miżmuma indebitament, miżjuda bir-rivalutazzjoni monetarja u l-interessi legali mid-data taż-żamma sal-ħlas tar-rimanenza;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u li jistabbilixxi immedjatament u integralment l-ammont oriġinali tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, dwar ksur tal-kompetenza rriżervata lill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew (Artikolu 25 tar-Regolament Intern tal-Parlament Ewropew).

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali u li ġiet adottata mill-kap tad-diviżjoni “Remunerazzjoni tad-drittijiet Soċjali tad-Deputati”, mingħajr il-parteċipazzjoni dovuta tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew, li huwa l-korp kompetenti sabiex jirregola l-kwistjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi tal-Parlament Ewropew li jikkonċernaw id-deputati, bis-saħħa tal-Artikolu 25 tar-Regolament Intern tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv, dwar ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem il-“Karta”) (1), u dwar insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat.

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex hija insuffiċjentement motivata, bi ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta.

3.

It-tielet motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr bażi legali valida, applikazzjoni żbaljata tal-Anness III tar-Regoli FID (2) (Regoli li jirrigwardaw l-ispejjeż u l-indennizzi tad-deputati tal-Parlament) u tal-Artikoli 74 u 75 tad-Deċiżjoni MAS (3) (deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tad-Deputati fil-Parlament).

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex ġiet adottata mingħajr bażi legali valida, peress li l-Artikolu 2(1) tal-Anness III tar-Regoli FID ġie mħassar wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut tad-Deputati (Artikoli 74 u 75 tad-Deċiżjoni MAS).

4.

Ir-raba’ motiv, dwar interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tad-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ applikazzjoni u tal-Annessi I, II u III tar-Regoli FID. Ksur tal-Artikolu 28 tal-Istatut tad-Deputati u tad-dritt għall-pensjoni tar-rikorrent.

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex il-Parlament Ewropew interpreta u applika ħażin l-Artikolu 75 tad-Deċiżjoni MAS u l-Artikolu 2(1) tal-Anness III tar-Regoli FID. Ir-rikorrent iqis li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-riferiment għall-Annessi I, II u III u għar-Regoli FID li jidhru fl-Artikolu 75 tad-Deċiżjoni MAS u, b’mod partikolari, ir-riferiment għall-Artikolu 2(1) tal-Anness III [tar-Regoli FID] għandu neċessarjament jinftiehem bħala li jikkonċerna l-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni applikabbli meta l-imsemmi Anness III kien fis-seħħ. Bil-kontra, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fis-sens imwettaq mill-Parlament għandhom bħala konsegwenza li l-pensjoni tar-rikorrent tista’ tinbidel numru indeterminat ta’ drabi, bi ksur flagranti tal-Artikolu 28 tal-Istatut tad-Deputati u tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

Fl-aħħar nett, anki jekk wieħed kellu jaċċetta l-interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regoli FID jmur kontra limitu fid-dritt tal-Union u, f’kull każ, jirrigwarda biss l-ammont u l-modalitajiet ta’ ħlas tagħhom, mingħajr ma jaffettwaw id-dritt għall-pensjoni stess. Issa, f’dan il-każ, il-miżura applikata għar-rikorrent, minħabba t-traspożizzjoni awtomatika tad-Deċiżjoni 150/2022 mill-Parlament Ewropew, mhux biss bidlet id-dritt tiegħu għall-pensjoni, billi affettwat l-elementi kostituttivi ta’ dan id-dritt, imma tmur manifestament kontra d-dritt tal-Union.

5.

Il-ħames motiv, dwar ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi [leġittimi], ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u ta’ ugwaljanza.

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex, billi tipprevedi t-traspożizzjoni awtomatika tad-Deċiżjoni 150/2022 u, bħala konsegwenza, il-kalkolu l-ġdid tal-pensjoni tar-rikorrent skont metodu ġdid, retroattiv u ta’ effetti permanenti, li jaffettwa direttament id-dritt għall-pensjoni, il-Parlament Ewropew kiser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jwaqqaf kull attentat kontra d-drittijiet kweżiti, li hija wara kollox konformi mar-ratio legis tal-Artikolu 28 tal-Istatut tad-Deputati u tal-Artikolu 75 tad-Deċiżjoni MAS, kif ukoll mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, li ma jippermettix li jiddgħajfu jew li jiġu ttrasformati l-pensjonijiet. Barra minn hekk, peress li laqat biss lill-ex deputati Ewropej Taljani, l-uniċi destinatarji ta’ miżura li tikkalkola retroattivament mill-ġdid, skont metodu kontributtiv, pensjonijiet miksuba filwaqt li l-metodu kontributtiv ġdid kien għadu ma ġiex introdott fl-Italja, dan il-kalkolu l-ġdid imur manifestament kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza wkoll, għaliex ħoloq diskriminazzjoni illegali fil-konfront tal-ex deputati Ewropej tal-Istati membri l-oħra kif ukoll tad-deputati Ewropej eletti wara l-2009 u kull ċittadin ieħor b’mod ġenerali, li ma batew ebda tnaqqis ta’ dan it-tip.

6.

Is-sitt motiv, dwar ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta, u tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tad-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bnedmin. Assenza ta’ proporzjonalità tas-sagrifiċċju impost.

Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata, li, permezz ta’ kalkolu ġdid, naqqset l-ammont ikkalkolat fl-oriġini tal-pensjoni li għaliha għandu dritt bis-saħħa tal-mandat tiegħu ta’ deputat Ewropew, taffettwa direttament id-dritt tiegħu għall-proprjetà. Huwa jqis ukoll li dan l-indħil ġie impost mingħajr motivazzjoni effettiva u ġie impost fuqu sagrifiċċju sproporzjonat u irraġonevoli.

7.

Is-seba’ motiv, dwar ksur tal-Artikoli 21 u 25 tal-Karta, tal-Artikolu 10 TFUE u tal-Artikolu 15 tal-bażi Ewropea tad-drittijiet soċjali.

Ir-rikorrent iqis li, bid-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew, billi ttraspona miżura li tirrigwarda kalkolu ġdid tal-pensjonijiet li, minħabba l-mod kif ġiet maħsuba, taffettwa prinċipalment l-iktar persuni anzjani, kisret fil-konfront tiegħu l-Artikoli 21 u 25 tal-Karta, l-Artikolu 10 TFUE, l-Artikolu 15 tal-bażi Ewropea tad-Drittijiet soċjali u d-Direttiva 2000/78 (4)


(1)  GU 2016, C 202, p. 389.

(2)  Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza miżjud tal-4 ta’ Novembru 1981; deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-24 u 25 Mejju 1982, emendata fit-13 ta’ Settembru 1995 u fis-6 ta’ Ġunju 2005.

(3)  Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tad-Deputati fil-Parlament Ewropew (GU 2009, C 159, p. 1).

(4)  Direttiva 2000/78/KE tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (GU 2000, L 303, p. 16).


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/21


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 – Azalee Cosmetics vs EUIPO – L’Oréal (UK) (LA CRÈME LIBRE)

(Kawża T-765/22)

(2023/C 45/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Azalee Cosmetics (Pariġi, Franza) (rappreżentant: I. Tribouillet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “LA CREME LIBRE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 252 904

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 229/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż u għar-rimbors lir-rikorrenti tal-ispejjeż kollha inkorsi għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell, inklużi l-ispejjeż tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/22


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 – Canel Ferreiro vs Il-Kunsill

(Kawża T-766/22)

(2023/C 45/30)

Lingwa tal-kawża: il--Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maria Canel Ferreiro (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: N. Maes, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Novembru 2021 li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Settembru 2022 li tiċħad l-ilment Nru 2022_009 tar-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla l-investigazzjoni amministrattiva EN-2101 u r-rapport ta’ investigazzjoni tat-28 ta’ Mejju 2021 tal-Konsulenti Legali tal-Unità tal-Amministrazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp Organizzattiv u s-Servizzi – Direttorat għar-Riżorsi Umani tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-investigazzjoni amministrattiva. Skont ir-rikorrenti, l-investigaturi marru lil hinn mill-kuntest fattwali u temporali tal-mandat li kien ingħata lilhom mill-Awtorità tal-Ħatra.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment. Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma ġiex osservat u r-rikorrenti ma kellhiex dritt għal trattament imparzjali tal-fajl tagħha

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti ssostni l-assenza ta’ akkuża konkreta fir-rigward tal-fatt li hija akkużata bih.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ provi. Skont ir-rikorrenti, il-ksur tal-Artikoli 12 u 21 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ma huwiex ipprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt, b’tali mod li r-rikorrenti ma tistax tinżamm responsabbli għalih sabiex tiġi ġġustifikata s-sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

(Kawża T-772/22)

(2023/C 45/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fibrecycle Pty Ltd (Helensvale, l-Awstralja) (rappreżentant: T. Stein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “BACK-2-NATURE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 485 655

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1699/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/24


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Contorno Textil vs EUIPO – Harmont & Blaine (GILBERT TECKEL)

(Kawża T-773/22)

(2023/C 45/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Contorno Textil SL (Almedinilla, Spanja) (rappreżentanti: E. Sugrañes Coca u C. Sotomayor Garcia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harmont & Blaine SpA (Caivano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenrali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GILBERT TECKEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 148 635

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 372/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li l-Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 148 635 għandha tiġi aċċettata għall-prodotti kollha fil-klassi 25 minħabba nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, wara teħid inkunsiderazzjoni debitu tad-differenzi bejn is-sinjali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, jew, alternattivament,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – TP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-776/22)

(2023/C 45/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TP (rappreżentanti: T. Faber, F. Bonke u I. Sauvagnac, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-uffiċjal delegat li jawtorizza tal-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Riforma, dwar l-esklużjoni tagħha milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti rregolati mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), milli tintgħażel għall-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni u milli tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), adottata fl-1 ta’ Ottubru 2022 u nnotifikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Ottubru 2022 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”);

sussidjarjament, tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata b’sanzjoni pekunjarja moderata addattata mal-involviment limitat tar-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-proġett;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas kumpens lir-rikorrenti għad-danni mġarrba minħabba d-deċiżjoni kkontestata; u

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 136(1) tar-Regolament 2018/1046 billi tonqos milli tistabbilixxi l-fatti rilevanti neċessarji għall-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ esklużjoni kontra r-rikorrenti, b’mod partikolari billi naqset milli tistabbilixxi li r-rikorrenti – b’mod individwali – kienet ser twettaq nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi prinċipali fl-implimentazzjoni tal-kuntratt, konkluż bejn il-konsorzju li kienet tifforma parti minnu u l-Kummissjoni, kif meħtieġ skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament 2018/1046.

2.

It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 136(3) tar-Regolament 2018/1046 u l-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, sa fejn:

is-sanzjoni ta’ esklużjoni kontra r-rikorrenti ma tilħaqx l-għan tas-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ esklużjoni bikrija stabbilita fir-Regolament 2018/1046,

is-sanzjoni ta’ esklużjoni kontra r-rikorrenti tinjora r-rwol subordinat tagħha fl-eżekuzzjoni tal-proġett ta’ kostruzzjoni ta’ netwerks ta’ drenaġġ u ta’ distribuzzjoni tal-ilma fil-belt ta’ (Ċipru).

3.

It-tielet motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali billi tilqa’ b’mod retroattiv sanzjoni ta’ esklużjoni skont ir-Regolament 2018/1046, li hija iktar severa mis-sanzjoni pekunjarja li l-uffiċjal jawtorizza msemmi iktar ’il fuq kien jadotta skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002. (3)


(1)  ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU L 60, 28.2.2019, p. 36.

(2)  ĠU 2018, L 307, p. 1.

(3)  ĠU 2012 L 298, p. 1.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/26


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Desimo vs EUIPO – Red Bull (EL TORO ROJO)

(Kawża T-778/22)

(2023/C 45/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Desimo Lda (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentant: S. Estima Martins, J. Mioludo u D. Simões, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, L-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea EL TORO ROJO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 026 515

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 326/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad b’mod sħiħ il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B003089768;

tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti u servizzi kollha indikati;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Transport Werk vs EUIPO – Haus & Grund Deutschland (Haus & Grund)

(Kawża T-779/22)

(2023/C 45/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Transport Werk GmbH (Offenbach am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Donath, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haus & Grund Deutschland Zentralverband der Deutschen Haus-, Wohnungs- und Grundeigentümer e.V. (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Haus & Grund” – Trade mark tal-Unjoni Nru 7 161 052

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 84/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jħassar mir-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni t-trade mark verbali tal-Unjoni Nru 7 161 052 “Haus & Grund” għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 42, 45, jiġifieri:

Klassi 9: mezzi tad-data; software għall-akkwist, il-bejgħ, l-amministrazzjoni, il-kiri, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ bini, installazzjonijiet u tagħmir;

Klassi 16: prodotti tal-istampar;

Klassi 35: reklamar; maniġment; amministrazzjoni kummerċjali; servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju; xogħol ta’ uffiċċju; riċerka, ġbir, kompilazzjoni sistematika ta’ informazzjoni, inklużi sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji kif ukoll dispożizzjonijiet ta’ kull tip;

Klassi 36: affarijiet relatati mal-proprjetà immobbli; opinjoni ta’ esperti fis-settur tal-assigurazzjoni, tal-finanzi, tal-proprjetà immobbli u l-affarijiet monetarji;

Klassi 38: għoti ta’ aħbarijiet, inklużi sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji kif ukoll dispożizzjonijiet ta’ kull tip;

Klassi 42: opinjoni ta’ esperti tekniċi, konsulenza teknika; ħolqien ta’ software għall-akkwist, il-bejgħ, il-kiri, il-kostruzzjoni, l-amministrazzjoni u l-operat ta’ bini, installazzjonijiet u tagħmir; ħolqien ta’ software għall-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni, tal-profitabbiltà, tal-użu, tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-konservazzjoni tal-beni immobbli u tat-tagħmir;

Klassi 45: servizzi legali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – TUI Holding vs EUIPO – inCruises International (INCRUISES)

(Kawża T-780/22)

(2023/C 45/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TUI Holding Spain, SLU (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentant: H. Fangmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: inCruises International LLC (San Juan, Puerto Rico, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “INCRUISES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 034 630

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1081/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Madre Querida et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-781/22)

(2023/C 45/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Madre Querida, SL (Burela, Spanja), Hermanos Galdo, SL (Burela), Pesqueras Breogan, SL (Burela), Breso Pesca, SL (Burela), Casariego 99, SL (Ribadeo, Spanja), Pesquerías Mapa, SL (Gozon, Spanja), Virgen de Pastoriza, SL (Burela), Pesca Norte Breogan, SL (Burela), Basanta Frá Hnos, CB (Burela), Armapesca Burela, SL (Burela), Deycon Pesca, SL (Viveiro, Spanja), Larrabaste, SLU (Cariño, Spanja), Pesqueras Canoura, SL (Burela), Pesqueras Luarquesa, SL (Navia, Spanja), Pastor Nauta, CB (Cervo, Spanja), Villaselan 99, SL (Tapia de Casariego, Spanja), Organización de Productores Pesqueros del Puerto de Burela (LUGO) (Burela) (rappreżentanti: Á. Givaja Sanz, A. Lamadrid de Pablo u V. Romero Algarra, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (1);

sussidjarjament, u b’mod inċidentali, tiddikjara l-invalidità tal-paragrafi 6 u 9 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (2), konformement mal-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiksru prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet: jiksru l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn jittrattaw b’mod identiku tagħmir tas-sajd li huwa differenti kif ukoll sa fejn jittrattaw b’mod differenti l-ilmijiet tal-Atlantiku tal-Grigal; jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn imorru lil hinn minn dak li jirriżulta xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd.

2.

It-tieni motiv, li huwa sussidjarju għall-ewwel motiv, iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-paragrafi 6 u 9 tal-Artikolu 9 tar-Regolament 2016/2336 sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jiksru prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni billi jmorru kontra l-Artikolu 291 TFUE kif ukoll kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (ĠU 2022, L 242, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU 2016, L 354, p. 1).


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/29


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-785/22)

(2023/C 45/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, B. Fodda u E. Leclerc, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/154/22 – assistenti (AST 3) fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja, tal-kontabbiltà u teżor, tal-akkwist pubbliku, tad-disinn grafiku u produzzjoni ta’ kontenut viżwali, tal-media soċjali u diġitali, u tal-webmaster, ippubblikat fit-22 ta’ Settembru 2022 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/30


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – PB vs SRB

(Kawża T-789/22)

(2023/C 45/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PB (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2022;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut sabiex jikkumpensa lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 50 000 bħala dannu kkawżat mill-ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu u tad-drittijiet tad-difiża tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) li t-talba għal assistenza tiegħu tiġi miċħuda, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u ta’ difetti proċedurali. Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, l-impossibbiltà li wieħed jemmen fl-indipendenza tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (iktar ’il quddiem l-“ASTK”) kif ukoll ir-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni u l-provi essenzjali tal-proċess. Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fit-trattament tat-talba għal assistenza tiegħu, l-assenza ta’ osservanza tal-garanziji proċedurali, l-assenza ta’ implimentazzjoni ta’ proċedura ġusta u oġġettiva, u fl-aħħar l-ksur tal-Artikoli 4.2 u 4.3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni dwar il-prevenzjoni tal-fastidju. Fil-kuntest tat-tielet parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-assenza ta’ imparzjalità oġġettiva u suġġettiva kif ukoll il-preżenza ta’ kunflitti ta’ interess li vvizzjaw l-eżami tat-talba għal assistenza tiegħu. Fil-kuntest tar-raba’ parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tad-dritt li jinstema’ b’mod effettiv mill-ASTK.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u ta’ premura kif ukoll fuq amministrazzjoni ħażina.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – Quatrotec Electrónica vs EUIPO – Woxter Technology (WOXTER)

(Kawża T-792/22)

(2023/C 45/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Quatrotec Electrónica, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J. Rodríguez-Fuensalida u Carnicero, P. Ramells Higueras, A. Figuerola Moure u P. Muñoz Moreno, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Woxter Technology Co. Ltd (Causeway Bay, Hong Kong, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva WOXTER – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 217 031

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 0323/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata l-applikazzjoni żbaljata fid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

tirrevoka it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 217 031 WOXTER (figurattiva) għall-prodotti u għas-servizzi kollha fil-klassijiet 9, 37 u 39.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni inkorsi mir-rikorrenti, assoċjati ma’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – TU vs Il-Parlament

(Kawża T-793/22)

(2023/C 45/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TU (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, id-deċiżjoni ta’ [kunfidenzjali(1) li ma jiġġeddidx il-kuntratt tiegħu ta’ assistent parlamentari akkreditat;

tannulla, iċ-ċaħda impliċita, ta’ [kunfidenzjali] u, sussidjarjament, almenu ta’ [kunfidenżjali], tat-talba tiegħu formalment imressqa fi [kunfidenzjali] intiża li jiġi rrikonoxxut fir-rigward tiegħu l-istatus ta’ informatur u li jingħata protezzjoni taħt l-Artikoli 22a, b, u c tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla, sa fejn dan ikun neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu li ġiet innotifikata lilu fi [kunfidenzjali]

tiddikjara lill-Parlament ħati għall-ksur tar-regoli applikabbli għall- u tal-protezzjoni mogħtija mill-istatus ta’ informatur;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 200 000 bħala kumpens għad-dannu subit minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 22a sa 22c tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli interni applikabbli;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

sussidjarjament u, jekk kontra kull probabbiltà r-rikors ippreżentat mir-rikorrent jiġi ddikjarat bħala infondat, tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq assenza ta’ osservanza tal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) matul il-proċedura prekontenzjuża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli ta’ protezzjoni marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ informatur, tal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-Artikolu 3 tar-regoli interni ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu u fuq ksur tad-dmir ta’ għoti ta’ parir u ta’ assistenza lill-informaturi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 tar-regoli interni ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 22c u, sussidjarjament, fuq in-natura illegali tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Parlament fir-rigward ta’ dawn ir-regoli jew fuq in-natura inadegwata u insuffiċjenti tal-imsemmija regoli.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tal-identità tal-informatur.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, fuq diskriminazzjoni pożittiva illegali bejn assistenti parlamentari akkreditati u fuq diskriminazzjoni negattiva illegali mal-informaturi l-oħra, fuq ksur tal-protezzjoni mogħtija lill-informaturi, fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmirijiet ta’ assistenza u ta’ premura kif ukoll fuq ksur tad-dritt li wieħed jibbenefika minn proċedura li, almenu, tkun tidher oġġettiva.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura mwettaq mill-amministrazzjoni sabiex tevita l-obbligu tagħha li tiżgura li r-rikorrent effettivament ma jsofri ebda dannu talli jkun żvela l-informazzjoni b’mod konformi mal-Artikolu 22b tar-Regolamenti tal-Persunal.


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali redatta.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-790/16 u T-861/16) (1)

(2023/C 45/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/17) (1)

(2023/C 45/43)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-155/17) (1)

(2023/C 45/44)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – FLA Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/17) (1)

(2023/C 45/45)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Nike European Operations Netherlands et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-351/17) (1)

(2023/C 45/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Jana shoes et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/17) (1)

(2023/C 45/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/18) (1)

(2023/C 45/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Wendel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-124/18) (1)

(2023/C 45/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Van Haren Schoenen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/18) (1)

(2023/C 45/50)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/18) (1)

(2023/C 45/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/18) (1)

(2023/C 45/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Deichmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/18) (1)

(2023/C 45/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Deichmann-Shoes UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/18) (1)

(2023/C 45/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Buffalo – Boots vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/18) (1)

(2023/C 45/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Caprice Schuhproduktion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-157/18) (1)

(2023/C 45/56)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – Eland Oil & Gas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/19) (1)

(2023/C 45/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – W.S. Atkins International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-758/19) (1)

(2023/C 45/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – Experian Finance 2012 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-771/19) (1)

(2023/C 45/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Rigid Plastic Containers Finance u RPC Pisces Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-781/19) (1)

(2023/C 45/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tat-Tieni Awla ordnat t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2022 – St Schrader Holding Company UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/19) (1)

(2023/C 45/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – KPMG Advisory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-614/21) (1)

(2023/C 45/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2022 – NT vs EMA

(Kawża T-806/21) (1)

(2023/C 45/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 73, 14.2.2022.