ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
3 ta' Frar 2023


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il–Kunsill

2023/C 41/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 41/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10522 — HAPAG-LLOYD / EUROGATE / EUROGATE CONTAINER TERMINAL WILHELMSHAVEN) ( 1 )

13


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2023/C 41/03

Opinjoni tal- Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2022 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq biex jipproteġi liċ-ċittadini u lill-ekonomija minn prezzijiet eċċessivament għoljin (CON/2022/44)

14


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 41/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-2 ta' Frar 2023

17

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2023/C 41/05

Ir-Rapport Speċjali 02/2023: — L-adattament tar-regoli tal-politika ta' koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19 – Il-fondi jintużaw b'mod aktar flessibbli, iżda hija meħtieġa riflessjoni dwar il-politika ta' koeżjoni bħala għodda ta' reazzjoni għall-kriżijiet

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 41/06

Avviż tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata dwar is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku, li jrid jiġi ppubblikat skont l-Artikoli 61 u 62 tal-Att dwar is-Suq tal-Gass (Il-Gazzetta Uffiċjali, Nru 18/18 u 23/20)

19

2023/C 41/07

Avviż tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata dwar is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku, li jrid jiġi ppubblikat skont l-Artikoli 61 u 62 tal-Att dwar is-Suq tal-Gass (Il-Gazzetta Uffiċjali, Nru 18/18 u 23/20)

20


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 41/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10973 — VODAFONE GROUP / ALTICE LUXEMBOURG / FIBRECO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2023/C 41/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11009 — PON.BIKE / VWFS / GLINICKE / DML) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23

2023/C 41/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11018 — COMPAGNIA SIDERURGICA ITALIANA / STEELAG DEUTSCHLAND) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

2023/C 41/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11010 – INEOS / SINOPEC / ETHYLENE JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

26

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 41/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

28

2023/C 41/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

33


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il–Kunsill

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Jannar 2023

dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva

(2023/C 41/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 153(1), punt (j), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja, din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali u li tikseb livelli għolja ta’ impjiegi billi tippromwovi appoġġ adegwat għall-introjtu, b’mod partikolari permezz ta’ introjtu minimu, u aċċess effettiv għas-servizzi ta’ sostenn u servizzi essenzjali għal persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti u billi trawwem l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jistgħu jaħdmu, f’konformità mal-approċċ ta’ inklużjoni attiva.

(2)

Skont l-Artikolu 151 TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom bħala objettivi, fost oħrajn, il-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, protezzjoni soċjali xierqa u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

(3)

L-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) jipprovdi li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta l-intitolamenti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali. Hija tipprevedi wkoll li kull min jirrisjedi u jmur minn post għal ieħor legalment fl-Unjoni jkun intitolat għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għall-vantaġġi soċjali u li, sabiex jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal assistenza soċjali u assistenza għall-akkomodazzjoni sabiex tiġi żgurata eżistenza deċenti għal dawk li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE (2) dwar kriterji komuni rigward riżorsi suffiċjenti u assistenza soċjali fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tirrikkomanda li l-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt bażiku ta’ persuna li jkollha biżżejjed riżorsi u assistenza soċjali biex tgħix b’mod kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem, bħala parti minn sforz komprensiv u konsistenti sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali, u tirrakkomanda li s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom jiġu adattati, kif meħtieġ. Fid-dawl tal-kontenut ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, huwa xieraq li r-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE tiġi sostitwita.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE (3) dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol tistipula strateġija komprensiva biex tiffaċilita l-integrazzjoni f’impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità ta’ dawk li jistgħu jaħdmu, u biex tipprovdi lil dawk li ma jistgħux jaħdmu, riżorsi li jkunu biżżejjed biex jgħixu ħajja dinjituża, kif ukoll appoġġ għall-parteċipazzjoni soċjali. Dan l-appoġġ integrat, ibbażat fuq taħlita ta’ tliet linji ta’ politika: appoġġ adegwat għall-introjtu, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta’ kwalità, huwa partikolarment importanti għall-persuni l-aktar imbegħda mis-suq tax-xogħol jew esklużi mis-soċjetà.

(6)

F’Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (4), li jistipula 20 prinċipju biex jiġu appoġġati swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw sew. Il-Prinċipju 14 jiddikjara li “kull min ma għandux riżorsi suffiċjenti għandu d-dritt għal benefiċċji minimi ta’ introjtu adegwati li jiżguraw ħajja f’dinjità fl-istadji kollha tal-ħajja, u għal aċċess effettiv li jippermetti prodotti u servizzi u li, għal dawk li jistgħu jaħdmu, jenħtieġ li l-benefiċċji ta’ introjtu minimu jitħalltu ma’ inċentivi għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol.

(7)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2021 bit-titolu ‘Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali’ (5) il-Kummissjonitistipula l-ambizzjoni għal Ewropa soċjali b’saħħitha. F’Ġunju 2021, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-mira soċjali tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-faqar f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Porto, iffirmata mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fit-8 ta’ Mejju 2021, skont liema, l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali jenħtieġ li jitnaqqas b’tal-inqas 15-il miljun sal-2030, meta mqabbel mal-2019, fejn tal-inqas ħames miljuni minnhom jenħtieġ li jkunu tfal. Il-Kunsill Ewropew laqa’ wkoll il-miri ewlenin dwar l-impjiegi, jiġifieri li jkun hemm tal-inqas 78 % tal- popolazzjoni bejn l-20 u l-64 sena b’impjieg, u tal-inqas 60 % tal-adulti kollha li jieħdu sehem f’taħriġ kull sena. Tabella ta’ valutazzjoni soċjali riveduta u qafas ta’ parametraġġ referenzjarju dwar l-introjtu minimu, maqbulin mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, isaħħu l-bażi analitika tas-Semestru Ewropew, tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

(8)

L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-għanijiet tagħha jenfasizzaw li t-tkabbir ekonomiku sostenibbli jenħtieġ li jimxi id f’id mal-qerda tal-faqar u deprivazzjonijiet oħra, tnaqqis fl-inugwaljanza u l-aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi.

(9)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2017 (6) dwar politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda għal ġlied kontra l-faqar, il-Parlament Ewropew appella lill-Istati Membri jintroduċu introjtu minimu adegwat, filwaqt li enfasizza r-rwol tal-protezzjoni tal-introjtu minimu bħala għodda għall-ġlieda kontra l-faqar. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar “It-Tisħiħ tal-Protezzjoni tal-Introjtu Minimu għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali matul il-Pandemija tal-COVID-19 u Lil Hinn Minnha” (7), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tibda aġġornament tal-qafas tal-Unjoni sabiex tappoġġa u tikkomplementa b’mod effettiv il-politiki tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-introjtu minimu nazzjonali. Matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini appellaw għal qafas komuni tal-Unjoni dwar l-introjtu minimu.

(10)

Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq is-sejbiet tal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 2008/867/KE. Il-valutazzjonijiet ikkonfermaw il-validità tal-approċċ ta’ inklużjoni attiva, iżda enfasizzaw sfidi speċifiċi dwar adegwatezza baxxa, adozzjoni limitata u l-kopertura limitata tal-introjtu minimu, diżinċentivi potenzjali li jirriżultaw minn sistemi ta’ taxxa u ta’ benefiċċji u aċċess problematiku għal servizzi ta’ kwalità li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, fost l-oħrajn. Il-valutazzjonijiet appellaw ukoll għal aktar enfasi fuq appoġġ adegwat għall-inklużjoni soċjali ta’ persuni li ma jistgħux jaħdmu.

(11)

Minkejja progress miksub fit-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali fl-Unjoni f’dawn l-aħħar għaxar snin, fl-2021 aktar minn 95,4 miljun persuna għadhom fir-riskju tal-faqar jew esklużjoni soċjali u dak ir-riskju kien ogħla għan-nisa. Żieda fir-riskju tal-faqar għal persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi (kważi) mingħajr impjieg u deterjorament tal-faqar f’ħafna Stati Membri, flimkien ma’ tnaqqis fl-impatt tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar, qed joħolqu preokkupazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jagħmlu aktar sforzi biex effettivament jgħinu lill-persuni l-aktar vulnerabbli u żvantaġġati.

(12)

L-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità huma l-aħjar mod kif wieħed joħroġ mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali. Fl-istess ħin, l-iżgurar tal-preżenza ta’ aktar nies fis-suq tax-xogħol jikkontribwixxi għall-finanzjament tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u jsaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom li jikkontribwixxi għall-ġustizzja interġenerazzjonali u jippromwovi l-koeżjoni soċjali. Sabiex jintlaħqu livelli ogħla ta’ impjieg, huwa ferm importanti li n-nies jiġu appoġġati fi tranżizzjonijiet ta’ suċċess fis-suq tax-xogħol.

(13)

Il-vantaġġi soċjali u ekonomiċi ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali adegwati u mmirati saru saħansitra aktar importanti matul il-lockdowns tal-pandemija tal-COVID-19. Il-miżuri ta’ trażżin tal-COVID-19 kellhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa u fuq il-gruppi żvantaġġati, b’mod partikolari f’termini ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa, kemm għal raġunijiet fiżiċi kif ukoll għal raġunijiet ta’ saħħa mentali, għall-edukazzjoni u għal servizzi rilevanti, li aggravaw ukoll il-limitazzjonijiet preeżistenti fl-aċċess għall-impjiegi (8). It-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 enfasizzaw ukoll l-importanza ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali adegwati, komprensivi u reżiljenti, li huma strumenti risponsivi għax-xokkijiet u preventivi, u li jappoġġaw l-irkupru.

(14)

Ix-xejriet makroekonomiċi assoċjati mal-globalizzazzjoni, mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, mat-tibdil fid-demografiji u fix-xejriet tax-xogħol ikomplu jsawru l-Unjoni. Xbieki ta’ sikurezza soċjali komprensivi u robusti, li jiżguraw appoġġ adegwat għall-introjtu u jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż appoġġ għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet, jistgħu jgħinu sabiex dawk il-proċessi jkunu ġusti u inklużivi. Il-bidliet fix-xejriet tal-karriera, flimkien ma’ żieda fil-forom ta’ impjieg atipiċi, jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-persuni b’introjtu baxx biex jaċċessaw sistemi ta’ protezzjoni soċjali bbażati fuq l-assigurazzjoni u jistgħu jwasslu għal domanda akbar għal miżuri alternattivi ta’ appoġġ, bħall-introjtu minimu. Barra minn hekk, wara l-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u inflazzjoni sussegwenti qed jaffettwaw unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u introjtu baxx-medju inferjuri. Il-miżuri ta’ introjtu jistgħu jkunu mmirati lejn gruppi vulnerabbli u huma kompatibbli mal-preservazzjoni ta’ inċentivi għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika.

(15)

L-enfasi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni hija fuq “persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti” li tfisser persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’riżorsi monetarji u materjali insuffiċjenti, irregolari jew inċerti, li huma indispensabbli għas-saħħa u għall-benessri tagħhom u għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, xbieki ta’ sikurezza soċjali robusti għandhom jiffaċilitaw ir-(ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ speċifiċi li jikkombinaw miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, appoġġ fit-tfittix ta’ impjieg, edukazzjoni u taħriġ. Għal dawk li huma fil-bżonn, inkluż dawk li ma jistgħux jaħdmu, dawn jiżguraw appoġġ adegwat għall-introjtu u servizzi ta’ sostenn. Għalhekk, ix-xbieki ta’ sikurezza soċjali ma humiex għodda passiva iżda jaġixxu, kemm jista’ jkun, bħala xprunatur għall-integrazzjoni soċjoekonomika u għall-mobbiltà soċjali għall-aħjar, u b’hekk itejbu l-inklużjoni u l-prospetti tal-impjiegi.

(16)

Ix-xbieki ta’ sikurezza soċjali jinkludu firxa ta’ benefiċċji monetarji u in natura li jipprovdu appoġġ għall-introjtu u aċċess għas-servizzi ta’ sostenn u servizzi essenzjali. Komponenti importanti tal-appoġġ għall-introjtu huma l-benefiċċji tal-introjtu minimu, definiti bħala benefiċċji monetarji mhux kontributorji u soġġetti għal test tal-mezzi tal-aħħar rikors li għandhom l-għan li jnaqqsu l-lakuna sabiex jintlaħaq ċertu livell globali ta’ introjtu f’unitajiet domestiċi fejn sorsi oħra ta’ introjtu jew ta’ benefiċċji jkunu ġew eżawriti jew ma jkunux adegwati sabiex jiżguraw ħajja dinjituża. F’xi Stati Membri, il-benefiċċji tal-introjtu minimu jistgħu jiġu kkombinati ma’ benefiċċji monetarji oħra pprovduti lill-unità domestika u lill-membri tagħha bħal benefiċċji tat-tfal u tal-familja, benefiċċji għall-akkomodazzjoni, benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji tad-diżabilità, benefiċċji marbuta mal-età jew benefiċċji relatati max-xogħol. Huma jistgħu jissupplimentaw ukoll il-pensjonijiet minimi u l-introjtu mix-xogħol. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza prinċipalment il-kwistjoni tal-introjtu minimu u hija mingħajr preġudizzju għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (9).

(17)

L-introjtu minimu huwa element ewlieni fl-istrateġiji għall-ħruġ mill-faqar u mill-esklużjoni u jista’ jservi bħala stabbilizzatur awtomatiku. Fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika, jista’ jikkontribwixxi għall-appoġġ ta’ rkupru sostenibbli u inklużiv, jgħin sabiex jittaffa t-tnaqqis fl-introjtu tal-unitajiet domestiċi u jrażżan il-livell ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, jenħtieġ li l-introjtu minimu jinkludi inċentivi adegwati u kondizzjonalità adattata u proporzjonata għal (ri)integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-introjtu minimu jitfassal flimkien ma’ inċentivi għax-xogħol sabiex jiġu evitati effetti ta’ istereżi fis-suq tax-xogħol u sabiex jiġu appoġġati livelli għolja ta’ impjieg, intensità għolja tax-xogħol, tranżizzjoni sostenibbli għas-suq tax-xogħol u mobbiltà b’introjtu ogħla.

(18)

Il-benefiċċji in natura jistgħu jikkomplimentaw benefiċċji monetarji billi jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi speċifiċi bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 (10) li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, l-akkomodazzjoni soċjali, l-impjiegi u t-taħriġ kif ukoll għal servizzi essenzjali. L-għoti ta’ tali benefiċċji in natura jista’ jgħin fil-kuntestwalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-appoġġ għall-introjtu. Ċerti benefiċċji in natura pprovduti permezz ta’ skemi mmirati u li jappoġġaw il-konsum ġenerali (pereżempju vouchers tal-ikel jew il-kumpens ta’ kostijiet relatati direttament mal-akkomodazzjoni, inkluż tnaqqis fit-tariffi tal-enerġija) lil persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti, jistgħu jiġu kkunsidrati meta tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-appoġġ għall-introjtu sa fejn dawn il-benefiċċji jikkontribwixxu direttament biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-introjtu tal-benefiċjarji tal-introjtu minimu.

(19)

Impenji akbar fl-implimentazzjoni ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali integrati u robusti għandhom il-potenzjal mhux biss li jtejbu l-eżiti soċjali u tas-saħħa għal dawk l-aktar imbegħdin mis-suq tax-xogħol, iżda wkoll li jwasslu għal benefiċċji soċjali u ekonomiċi dejjiema għall-Unjoni, jagħtu spinta lill-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jirriżultaw f’soċjetajiet aktar ekwi, koeżivi u reżiljenti. Huma meħtieġa sforzi kontinwi sabiex jittejjeb l-aċċess għas-sistema ta’ protezzjoni soċjali bbażata fuq l-assigurazzjoni għal persuni b’introjtu baxx, sabiex tgħinhom jiksbu drittijiet ta’ protezzjoni soċjali, b’mod partikolari permezz tal-iffaċilitar ta’ impjiegi ta’ kwalità, u sabiex jiġi kkoordinat l-għoti ta’ appoġġ għall-introjtu skont l-iskemi rispettivi. Jenħtieġ li dawk ix-xbieki ta’ sikurezza soċjali jgħinu wkoll biex jiżdied l-aċċess għall-kura tas-saħħa u ikel tajjeb għas-saħħa għal dawk fil-faqar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jfittxu li jżidu l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom, inkluż billi jappoġġaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol, b’mod ġenerali sabiex jevitaw li n-nies jisfaw foqra jew ikollhom bżonn jiddependu fuq introjtu minimu fit-tul.

(20)

Għalkemm l-Istati Membri kollha għandhom xbieki ta’ sikurezza soċjali fis-seħħ, il-progress sabiex isiru aċċessibbli u adegwati kien irregolari. It-tfassil tagħhom ivarja fost l-Istati Membri, u jirrifletti tradizzjonijiet nazzjonali differenti u l-arkitettura globali tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u l-interazzjoni bejn benefiċċji monetarji u dawk in natura. Minkejja l-punti li ssemmew hawn fuq, l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi simili. Filwaqt li seħħet xi konverġenza, ir-riformi adottati sa issa mhux dejjem kienu biżżejjed jew l-implimentazzjoni tagħhom kienet bil-mod, kif rifless fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti li ilhom jinħarġu għal kull pajjiż fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Il-pjanijiet nazzjonali taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jipprevedu appoġġ għar-riformi u għall-investimenti fl-Istati Membri kkonċernati sabiex isaħħu l-effettività, it-tfassil u r-reżiljenza tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom, inkluż permezz tat-titjib fit-tfassil tal-introjtu minimu u l-iżgurar ta’ konverġenza ’l fuq fl-adegwatezza u fil-kopertura tiegħu. Diversi investimenti jiffokaw ukoll fuq il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku u fuq it-titjib tal-aċċess għas-servizzi essenzjali għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

(21)

L-appoġġ għall-introjtu jitqies adegwat meta jiżgura ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja. Sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-appoġġ globali għall-introjtu hija meħtieġa metodoloġija soda u trasparenti biex l-introjtu minimu jiġi stabbilit, rieżaminat f’intervalli regolari u, kull meta jkun rilevanti, u jiġi aġġustat kull sena, abbażi ta’ indikaturi rilevanti u b’kont meħud tal-bżonnijiet speċifiċi tal-unità domestika. Il-valuri ta’ referenza, bħal-limitu nazzjonali tar-riskju ta’ faqar jew il-metodoloġiji bbażati fuq basket ta’ oġġetti u servizzi definit fil-livell nazzjonali li jirriflettu l-għoli tal-ħajja u l-bżonnijiet ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti fi Stat Membru partikolari jew f’reġjun partikolari, jistgħu jgħinu sabiex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza. L-adegwatezza tista’ titqabbel ukoll mal-introjtu mix-xogħol, bħall-introjtu ta’ ħaddiem b’paga baxxa jew ħaddiem b’paga minima, filwaqt li jiġi rrispettat il-limitu tar-riskju ta’ faqar jew jittieħed kont tal-għoli tal-ħajja u l-bżonnijiet tal-persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti. Filwaqt li jidher ċar li l-introjtu mix-xogħol (fil-livell tal-paga minima) jenħtieġ li jkun ogħla mill-introjtu mill-benefiċċji, ma hemm l-ebda evidenza ta’ impatt negattiv sinifikanti bħala medja fuq il-probabbiltà li persuni li jirċievu appoġġ għal introjtu minimu jsibu impjieg. Minħabba d-disparitajiet fl-adegwatezza bejn il-pajjiżi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiksbu livelli adegwati ta’ appoġġ globali għall-introjtu b’mod progressiv. Meta jiddeterminaw u jaġġustaw il-livell tal-introjtu minimu, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw il-livell tal-inflazzjoni (speċjalment dak tal-ikel u l-enerġija), iż-żidiet fl-għoli tal-ħajja, u l-iżviluppi fil-pagi.

(22)

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-introjtu minimu jistgħu jkunu ostaklu għall-aċċess minn ċerti gruppi. Fil-prinċipju, it-tfal huma koperti bħala parti mill-unità domestika. Madankollu, il-limitu tal-età stabbilit għal applikanti ta’ ’l fuq minn 18-il sena jista’ jillimita l-aċċess għall-adulti żgħażagħ. Ir-restrizzjonijiet relatati mat-tul minimu tar-residenza legali jistgħu jillimitaw l-aċċess għal persuni barranin, filwaqt li n-nuqqas li wieħed ikollu indirizz permanenti jagħmilha diffiċli li persuni mingħajr dar jew persuni li jgħixu f’żoni żvantaġġati (eż. f’insedjamenti tar-Rom) jibbenefikaw minn introjtu minimu. Filwaqt li l-ittestjar tal-mezzi huwa element essenzjali sabiex jiġi żgurat l-immirar adatt tal-introjtu minimu, il-kopertura tista’ wkoll tirriżulta insuffiċjenti meta limitu għall-valur totali massimu tal-introjtu u tal-assi matul l-ittestjar tal-mezzi jiġi stabbilit f’livell baxx, u b’hekk jeskludi lil xi unitajiet domestiċi anki jekk ikunu foqra. L-introduzzjoni ta’ kriterji nondiskriminatorji għall-aċċess għal introjtu minimu ma għandhiex taffettwa l-eċċezzjonijiet mit-trattament ugwali stipulati jew permessi mil-liġi tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(23)

Jenħtieġ li jiġu indirizzati l-lakuni fil-kopertura tal-introjtu minimu u li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kopertura matul fażijiet differenti tal-ħajja billi jiġu stabbiliti kriterji ta’ aċċess trasparenti u mhux diskriminatorji. Jenħtieġ li l-età, l-eżistenza ta’ indirizz permanenti jew ir-rekwiżit ta’ residenza legali ta’ tul sproporzjonat ma jkunux ta’ ostaklu għall-aċċess għal introjtu minimu. L-ittestjar tal-mezzi normalment jinkludi diversi tipi ta’ introjtu (bħal minn xogħol jew benefiċċji diġà mogħtija) u ċerti assi (bħal proprjetà). Jenħtieġ li l-limiti għall-ittestjar tal-mezzi u t-tipi ta’ introjtu u assi esklużi mill-ittestjar tal-mezzi jirriflettu ħajja dinjituża għal tipi u daqsijiet differenti ta’ unitajiet domestiċi fi Stat Membru partikolari. Jenħtieġ li l-qligħ baxx mix-xogħol (bħal introjti ta’ darba jew irregolari) jiġi ttrattat proporzjonalment fl-ittestjar tal-mezzi b’mod li jissalvagwardja l-inċentivi għax-xogħol għal dawk li jistgħu jaħdmu u ma jeskludix lill-applikanti milli jirċievu benefiċċji (possibbilment aktar baxxi). L-aċċess għall-introjtu minimu jenħtieġ li jingħata malajr mingħajr dewmien bla bżonn u jenħtieġ li l-intitolament ikun mingħajr limitu dment li l-applikanti jkomplu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ kondizzjonalità speċifika, soġġett għal rieżamijiet perjodiċi. Il-limitu ta’ żmien previst ta’ 30 jum biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni mill-preżentazzjoni tagħha jista’ jiġi interrott f’każ li jkun hemm il-bżonn li jiġu stabbiliti l-fatti kollha dment li, fejn ikun possibbli, il-persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti jirċievu assistenza proviżorja xierqa.

(24)

Fi żminijiet ta’ reċessjonijiet ekonomiċi u diversi tipi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-flessibbiltà fit-tfassil tal-introjtu minimu, inkluż permezz ta’ aċċess simplifikat temporanjament, l-illaxkar tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew l-estensjoni tat-tul taż-żmien tal-benefiċċji, jista’ jkollha rwol importanti sabiex ittaffi l-konsegwenzi soċjali negattivi u taqdi rwol ta’ stabbilizzatur fl-ekonomija. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-livelli ta’ protezzjoni aktar milli fit-titjib tal-effettività tal-iskemi jintużaw biss bħala l-aħħar għażla u jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt distribuzzjonali sabiex jittaffew l-effetti negattivi fuq dawk l-aktar żvantaġġati; jenħtieġ li l-livell ta’ protezzjoni fi kwalunkwe każ jibqa’ adegwat.

(25)

Piż amministrattiv sproporzjonat, in-nuqqas ta’ għarfien jew biża’ ta’ stigmatizzazzjoni jew diskriminazzjoni jistgħu jwasslu għall-fatt li dawk eliġibbli għal introjtu minimu ma jitolbux aċċess għalih. L-evitar ta’ skemi frammentati, l-iżgurar ta’ aċċessibbiltà globali u ta’ sempliċità tal-proċeduri ta’ applikazzjoni u l-għoti ta’ appoġġ amministrattiv lill-applikanti potenzjali jistgħu jżidu l-użu tal-introjtu minimu. Huma meħtieġa aktar miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-introjtu minimu minn unitajiet domestiċi b’ġenitur wieħed, prinċipalment immexxijin minn nisa. Barra minn hekk, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-isforzi proattivi sabiex jintlaħqu n-nies jimmiraw b’mod partikolari żoni soċjalment imċaħħda u l-aktar unitajiet domestiċi emarġinati, inkluż ir-Rom. L-aċċessibbiltà baxxa tal-għodod diġitali jew in-nuqqas ta’ ħiliet għall-użu tagħhom jistgħu jikkostitwixxu wkoll ostaklu għal aċċess effettiv, inkluż għal persuni b’diżabilità. Il-monitoraġġ u l-analiżi regolari tad-data rilevanti jistgħu jgħinu sabiex jiġu mifhuma l-kawżi tan-nuqqas ta’ użu u sabiex jittejjeb ir-rispons tal-politika.

(26)

Filwaqt li l-ittestjar tal-mezzi jsir fil-livell tal-unitajiet domestiċi, dan spiss ma jqisx il-pożizzjoni tal-individwi fi ħdan l-unità domestika, il-kondiviżjoni mhux ugwali potenzjali tal-introjtu tal-familja u x-xewqa għall-awtonomija. Dan jaffettwa b’mod partikolari lin-nisa peress li huma aktar probabbli li jkollhom introjtu aktar baxx, paga aktar baxxa u responsabbiltajiet akbar ta’ kura. Mingħajr ma neċessarjament tinbidel il-prattika tal-ittestjar tal-mezzi u jiżdied il-livell ġenerali tal-benefiċċji riċevuti mill-unità domestika, soluzzjonijiet meħudin f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali li jagħmluha aktar faċli li l-membri individwali tal-unità domestika jirċievu s-sehem tagħhom f’appoġġ għall-introjtu, jistgħu jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-indipendenza ekonomika u s-sigurtà tal-introjtu tan-nisa, tal-adulti żgħażagħ u tal-persuni b’diżabilità.

(27)

It-tisħiħ ta’ swieq tax-xogħol inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd huwa importanti sabiex titnaqqas id-dipendenza fit-tul mill-appoġġ għall-introjtu. Ir-rekwiżiti ta’ attivazzjoni u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol jistgħu jħeġġu sforzi akbar għat-tfittix ta’ impjieg u l-aċċettazzjoni ta’ offerti ta’ impjieg, meta jiġu inklużi servizzi ta’ appoġġ bħal konsulenza, ikkowċjar u għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg u miżuri sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi – It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (12), jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-adulti żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEET) li huma fir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali billi jerġgħu jiġu inkorporati fl-edukazzjoni, it-taħriġ jew is-suq tax-xogħol fl-iqsar żmien possibbli, filwaqt li r-riċeviment ta’ appoġġ għall-introjtu jenħtieġ li jkun marbut ma’ miżuri ta’ attivazzjoni partikolarment b’saħħithom. F’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030 (13), jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità. L-opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, appoġġ u gwida personalizzati li jissodisfaw bżonnijiet speċifiċi, l-iżgurar ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-promozzjoni taż-żamma tal-impjiegi u l-possibbiltà ta’ promozzjoni jistgħu jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn l-impjiegi fost l-etajiet kollha. Ir-rieżamijiet regolari tal-inċentivi u tad-diżinċentivi li jirriżultaw mis-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji, l-eliminazzjoni gradwali tal-appoġġ għall-introjtu mill-bidu tal-impjieg jew il-possibbiltà li jiġi kkombinat mar-remunerazzjoni, jistgħu jżidu l-introjtu disponibbli tal-unità domestika, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex ix-xogħol jibda jrodd, il-faqar fost dawk li jaħdmu jitnaqqas u l-impjiegi formali jiġu inċentivati. Fl-istess ħin, il-benefiċċji fuq il-post tax-xogħol jenħtieġ li jitfasslu bir-reqqa sabiex jiġu evitati nases ta’ pagi baxxi.

(28)

L-impjiegi fl-ekonomija soċjali jistgħu jservu bħala pont lejn setturi oħra tas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn l-impjiegi jiġi appoġġat permezz tal-għoti ta’ miżuri dedikati għall-impjegaturi, akkumpanjati b’inċentivi finanzjarji mmirati, fejn neċessarju.

(29)

Is-servizzi ta’ inklużjoni soċjali, pereżempju l-ħidma soċjali, il-konsulenza, l-ikkowċjar, il-mentoraġġ, l-appoġġ psikoloġiku u diversi skemi ta’ riabilitazzjoni, u miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi ta’ sostenn jew essenzjali oħra huma neċessarji wkoll sabiex jinbnew xbieki ta’ sikurezza soċjali robusti. Jenħtieġ li l-isforzi jkomplu jtejbu wkoll il-kwalità tas-servizzi, f’konformità mal-Qafas Ewropew Volontarju ta’ Kwalità għas-Servizzi Soċjali, żviluppat mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (14), u jiżguraw il-kontinwità tal-aċċess għal servizzi essenzjali. Jenħtieġ li jissaħħu wkoll il-miżuri għall-indirizzar tal-ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji li jxekklu l-aċċess ugwali u universali għas-servizzi.

(30)

Appoġġ aktar individwalizzat li għandu l-għan li jidentifika u jindirizza bżonnijiet kumplessi ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti u l-unitajiet domestiċi tagħhom, jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom b’suċċess. Valutazzjoni tal-bżonnijiet hija prerekwiżit biex jiġi konkluż pjan ta’ inklużjoni adattat li jkopri persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti ta’ unità domestika partikolari (b’mod individwali jew konġunt), u li jiddetermina t-tip ta’ appoġġ meħtieġ u l-objettivi miftehmin. Jenħtieġ li l-appoġġ jinkludi miżuri ta’ inklużjoni soċjali sekwenzjati kif xieraq jew miżuri attivi tal-politika tas-suq tax-xogħol, skont is-sitwazzjoni individwali u d-disponibbiltà għax-xogħol, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn inċentivi pożittivi u rekwiżiti ta’ attivazzjoni. Il-ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg konklużi f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (15), jistgħu jservu wkoll dan l-għan u, jekk ikun meħtieġ, jiġu adattati kif xieraq.

(31)

Mekkaniżmi effettivi ta’ governanza huma kruċjali sabiex jiġu pprovduti xbieki ta’ sikurezza soċjali robusti. Jenħtieġ li l-amministrazzjoni tal-benefiċċji u l-forniment ta’ servizzi jisfruttaw l-għodod offruti mit-tranżizzjoni diġitali, filwaqt li jevitaw l-esklużjoni kkawżata mid-distakk diġitali. Jenħtieġ li jsiru sforzi sabiex jiġu żgurati koordinazzjoni u allinjament mill-qrib tal-iskemi u tal-benefiċċji eżistenti, kif ukoll il-koordinazzjoni tagħhom ma’ politiki oħra. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċità operazzjonali tal-istituzzjonijiet involuti kollha. L-iskambju ta’ data u kooperazzjoni eqreb bejn livelli differenti ta’ governanza u servizzi, inkluż permezz ta’ ftehimiet formali jew punti uniċi ta’ servizz, jiffaċilitaw appoġġ integrat aħjar. Monitoraġġ affidabbli u evalwazzjoni regolari tal-impatt tal-politika, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, jistgħu jikkontribwixxu għal aktar effiċjenza, għal tfassil ta’ politika informat u għal trasparenza mtejba tas-sistemi nazzjonali.

(32)

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili spiss jaqdu rwol komplementari importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-attivitajiet dedikati tagħhom jistgħu jappoġġaw lill-awtoritajiet pubbliċi fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ inklużjoni u attivazzjoni. Billi jipprovdu appoġġ kemm materjali kif ukoll psikosoċjali lil dawk l-aktar vulnerabbli, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkontribwixxu għar-restawr tad-dinjità tal-bniedem u jappoġġaw l-inklużjoni soċjali, filwaqt li jiggwidaw lil dawk li jistgħu jaħdmu fit-triq lejn l-impjieg.

(33)

L-apprendiment reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-Unjoni flimkien ma’ ħidma analitika sabiex jiġi elaborat aktar il-qafas eżistenti ta’ parametraġġ referenzjarju tal-Unjoni dwar l-introjtu minimu, inkluż permezz tat-titjib tad-disponibbiltà u l-komparabbiltà tal-indikaturi rilevanti u r-regolarità tad-data jenħtieġ li jappoġġaw lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-riformi nazzjonali.

(34)

Hemm disponibbli fondi tal-Unjoni biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Fi ħdan il-Fond Soċjali Ewropew Plus, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), jenħtieġ li kull Stat Membru jalloka tal-inqas 25 % tal-Fond Soċjali Ewropew Plus għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u InvestEU jistgħu jappoġġaw bl-istess mod investimenti fl-infrastruttura soċjali ta’ sostenn, bħall-akkomodazzjoni soċjali u l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, kif ukoll it-tagħmir u l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità. L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza diġà jappoġġaw lill-Istati Membri fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fil-qasam tal-introjtu minimu.

(35)

Is-sostenibbiltà globali tal-finanzi pubbliċi u l-finanzjament adegwat tal-introjtu minimu huma essenzjali għar-reżiljenza, għall-effiċjenza u għall-effettività tagħhom. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni ma taffettwax b’mod sinifikattiv l-ekwilibriju finanzjarju tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-Istati Membri.

(36)

Il-valutazzjoni tal-impatti distribuzzjonali (id-“DIA”) hija għodda utli sabiex jiġi identifikat l-impatt tal-miżuri baġitarji u ta’ riformi u investimenti oħra fuq gruppi ta’ introjtu differenti, inkluż dawk l-aktar żvantaġġati. Għalhekk, id-DIA tista’ tikkontribwixxi għal tfassil aktar effiċjenti u effettiv tar-riformi tat-taxxa u tal-benefiċċji, b’hekk tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2022 bit-titolu ‘Valutazzjoni aħjar tal-impatt distribuzzjonali tal-politiki tal-Istati Membri’ (17) tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif l-aħjar jinkorporaw id-DIA fil-proċessi tat-tfassil tal-politika tagħhom.

(37)

L-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni ma tistax tintuża sabiex jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni provdut fil-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti jew kif spjegat fir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE. L-Istati Membri huma mistiedna jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk rakkomandati hawnhekk.

(38)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddefinixxu u jorganizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI

OBJETTIV

(1)

Bl-għan li tiġi żgurata ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja, din ir-Rakkomandazzjoni timmira li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi tippromwovi appoġġ adegwat għall-introjtu, b’mod partikolari permezz tal-introjtu minimu, aċċess effettiv għas-servizzi ta’ sostenn u dawk essenzjali għal persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti u billi trawwem l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li jistgħu jaħdmu, f’konformità mal-approċċ ta’ inklużjoni attiva.

DEFINIZZJONIJIET

(2)

Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)

“persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti” tfisser persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’riżorsi monetarji u materjali insuffiċjenti, irregolari jew inċerti, li huma indispensabbli għas-saħħa u għall-benessri tagħhom u għall-parteċipazzjoni tagħhom f’ħajja ekonomika u soċjali;

(b)

“appoġġ għall-introjtu” tfisser total tat-tipi kollha ta’ benefiċċji monetarji pprovduti lill-unità domestika u lill-membri tagħha, inkluż benefiċċji ta’ introjtu minimu;

(c)

“introjtu minimu” tfisser xbieki ta’ sikurezza mhux kontributorji u soġġetti għal testijiet tal-mezzi bħala l-aħħar għażla lill-persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti, li joperaw fi ħdan is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali;

(d)

“kopertura” tfisser l-intitolament għall-parteċipazzjoni f’introjtu minimu kif definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(e)

“użu” tfisser il-proporzjon ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti intitolati li jipparteċipaw f’introjtu minimu li fil-fatt jieħdu sehem fihom;

(f)

“servizzi ta’ sostenn” tfisser servizzi mmirati lejn bżonnijiet speċifiċi ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jintegraw fis-soċjetà u, fejn rilevanti, fis-suq tax-xogħol, inkluż servizzi ta’ inklużjoni soċjali, pereżempju ħidma soċjali, konsulenza, ikkowċjar, mentoraġġ, appoġġ psikoloġiku, riabilitazzjoni u servizzi ġenerali oħra ta’ sostenn, inkluż l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-akkomodazzjoni;

(g)

“servizzi essenzjali” tfisser servizzi li jinkludu l-ilma, is-sanità, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali;

(h)

“aċċess effettiv għas-servizzi” tfisser sitwazzjoni fejn is-servizzi rilevanti jkunu faċilment disponibbli, affordabbli, aċċessibbli, ta’ kwalità tajba, ipprovduti f’waqthom u fejn l-utenti potenzjali jkollhom aċċess ugwali għalihom, ikunu konxji tal-eżistenza tagħhom, kif ukoll tal-intitolamenti sabiex jużawhom;

(i)

“pjan ta’ inklużjoni” tfisser ftehim jew sett ta’ ftehimiet konklużi ma’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti, li jimmiraw li jrawmu l-inklużjoni soċjali tagħhom u, għal dawk li jistgħu jaħdmu, l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

ADEGWATEZZA TAL-APPOĠĠ GĦALL-INTROJTU

(3)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jipprovdu u, fejn meħtieġ, isaħħu xbieki ta’ sikurezza soċjali robusti li jiggarantixxu ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja, billi jikkombinaw appoġġ adegwat għall-introjtu - permezz ta’ benefiċċji ta’ introjtu minimu u benefiċċji monetarji oħra li jakkumpanjawhom - u benefiċċji in natura, u jagħtu aċċess effettiv għas-servizzi ta’ sostenn u dawk essenzjali. L-għoti ta’ benefiċċji in natura jista’ jsostni appoġġ robust għall-introjtu.

(4)

Sabiex jiġi żgurat appoġġ adegwat għall-introjtu, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jistabbilixxu l-livell ta’ introjtu minimu permezz ta’ metodoloġija trasparenti u robusta definita f’konformità mal-liġi nazzjonali u billi tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. Huwa rrakkomandat li tali metodoloġija tqis is-sorsi globali tal-introjtu, il-bżonnijiet speċifiċi u s-sitwazzjonijiet żvantaġġati tal-unitajiet domestiċi, l-introjtu ta’ ħaddiem b’paga baxxa jew b’paga minima, l-istandards tal-għajxien u l-kapaċità tal-akkwist, il-livelli tal-prezzijiet u l-iżviluppi relatati tagħhom u elementi rilevanti oħra.

(5)

Filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-inċentivi biex dawk li jistgħu jaħdmu jiġi (ri)integrati fis-suq tax-xogħol u jibqgħu fih, huwa rrakkomandat li l-appoġġ għall-introjtu ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti jilħaq livell li jkun tal-inqas ekwivalenti għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-limitu nazzjonali tar-riskju ta’ faqar; jew

(b)

il-valur fi flus tal-oġġetti u tas-servizzi neċessarji, inkluż nutrizzjoni adegwata, akkomodazzjoni, kura tas-saħħa u servizzi essenzjali, skont id-definizzjonijiet nazzjonali; jew

(c)

livelli oħra komparabbli mal-livelli msemmijin fil-punt (a) jew (b), stabbiliti mil-liġi nazzjonali jew mill-prattika nazzjonali.

(6)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiksbu gradwalment il-livell adegwat ta’ appoġġ għall-introjtu previst fil-paragrafu (5) sa mhux aktar tard mill-2030, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(7)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jirrieżaminaw u, kull fejn rilevanti, jaġġustaw regolarment il-livell tal-introjtu minimu sabiex tinżamm l-adegwatezza tal-appoġġ għall-introjtu, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji in natura.

(8)

Bl-għan li jiġu promossi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-sigurtà tal-introjtu u l-indipendenza ekonomika tan-nisa, tal-adulti żgħażagħ u ta’ persuni b’diżabilità, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw il-possibbiltà li jitolbu li l-introjtu minimu jiġi pprovdut lil membri individwali tal-unità domestika.

KOPERTURA TAL-INTROJTU MINIMU

(9)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni kollhali ma għandhomx biżżejjed riżorsi, inkluż l-adulti żgħażagħ, ikunu koperti minn introjtu minimu stabbilit bil-liġi, billi jiddefinixxu:

(a)

kriterji ta’ eliġibbiltà trasparenti u mhux diskriminatorji, li jissalvagwardjaw l-aċċess effettiv għall-introjtu minimu, irrispettivament mill-eżistenza ta’ indirizz permanenti, filwaqt li jiġi żgurat li t-tul tar-residenza legali jkun proporzjonat;

(b)

limiti tal-ittestjar tal-mezzi li jirriflettu l-istandard tal-għajxien fi Stat Membru għal tipi u daqsijiet differenti ta’ unitajiet domestiċi u jqisu t-tipi l-oħra ta’ introjtu (u ta’ assi) tal-unità domestika b’mod proporzjonat;

(c)

iż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar tal-applikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li d-deċiżjoni tinħareġ mingħajr dewmien bla bżonn u fil-prattika mhux iktar tard minn 30 jum mis-sottomissjoni tagħha;

(d)

il-kontinwità tal-aċċess għall-introjtu minimu sakemm il-persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi, bi frekwenza regolari ta’ rieżamijiet tal-eliġibbiltà, filwaqt li jiġi pprovdut aċċess għal miżuri speċifiċi u proporzjonati għal inklużjoni attiva għall-persuni li jistgħu jaħdmu;

(e)

proċeduri sempliċi, rapidi, imparzjali u mingħajr ħlas għall-ilmenti u għal appelli, filwaqt li jiġi żgurat li l-persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti jkunu informati u jkollhom aċċess effettiv għal proċeduri bħal dawn;

(f)

miżuri li jiżguraw li x-xbieki ta’ sikurezza soċjali jkunu jirrispondu għal diversi tipi ta’ kriżijiet u jkunu kapaċi jtaffu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi ta’ tali kriżijiet.

UŻU TA’ INTROJTU MINIMU

(10)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jinkoraġġixxu jew jiffaċilitaw l-użu sħiħ tal-introjtu minimu permezz ta’:

(a)

tnaqqis tal-piż amministrattiv, inkluż permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ applikazzjoni u l-iżgurar ta’ gwida pass pass għal dawk li jeħtiġuh, filwaqt li tingħata attenzjoni għad-disponibbiltà ta’ għodod diġitali u mhux diġitali;

(b)

żgurar tal-aċċess għal informazzjoni faċli għall-utent, mingħajr ħlas, u aġġornata dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-introjtu minimu;

(c)

komunikazzjoni mal-persuni li ma għandhomx riżorsi suffiċjenti sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom dwar l-introjtu minimu u jiġi ffaċilitat l-użu tiegħu, b’mod partikolari tal-unitajiet domestiċi b’ġenitur waħdu, inkluż permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

(d)

teħid ta’ passi sabiex jiġu miġġielda l-istigmatizzazzjoni u l-preġudizzju inkonsapevoli marbuta mal-faqar u mal-esklużjoni soċjali;

(e)

teħid ta’ passi sabiex jittejbu jew jiġu żviluppati metodoloġiji ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni b’mod regolari tan-nuqqas ta’ użu tal-introjtu minimu skont tali metodoloġiji u, fejn applikabbli, tal-miżuri relatati ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol, identifikazzjoni tal-ostakli u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju.

AĊĊESS GĦAL SWIEQ TAX-XOGĦOL INKLUŻIVI

(11)

Bl-għan li jiġu promossi rati għolja ta’ impjieg u swieq tax-xogħol inklużivi, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri, fejn rilevanti f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jiżguraw l-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol, ineħħu l-ostakli għad-dħul (mill-ġdid) fl-impjieg u għaż-żamma tiegħu, jappoġġaw lil dawk li jistgħu jaħdmu fil-perkorsi tagħhom għal impjiegi ta’ kwalità, jiżguraw inċentivi għax-xogħol, jindirizzaw il-faqar fost dawk li jaħdmu u s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, jinċentivaw l-impjieg formali, jindirizzaw il-problema tax-xogħol mhux iddikjarat u jiffaċilitaw l-opportunitajiet tax-xogħol, billi:

(a)

jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ attivazzjoni jipprovdu biżżejjed inċentivi għad-dħul (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jkunu gradwali u proporzjonati; jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-adulti żgħażagħ sabiex dawn jiġu diretti lura lejn l-edukazzjoni, it-taħriġ jew is-suq tax-xogħol fl-iqsar żmien possibbli;

(b)

itejbu l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ politiki inklużivi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ, filwaqt li jappoġġaw it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, b’mod partikolari ta’ dawk b’livell baxx ta’ ħiliet jew b’ħiliet skaduti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mas-sħab soċjali;

(c)

jipprevedu l-possibbiltà li l-appoġġ għall-introjtu jiġi kkombinat mal-qligħ mix-xogħol, eliminazzjoni gradwali progressiva tal-appoġġ għall-introjtu jew iż-żamma tad-dritt għall-appoġġ għall-introjtu matul perjodi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew xogħol sporadiku, perjodi ta’ prova jew traineeships;

(d)

jirrieżaminaw regolarment l-inċentivi u d-diżinċentivi li jirriżultaw mis-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji;

(e)

jappoġġaw l-opportunitajiet tax-xogħol fis-settur tal-ekonomija soċjali, inkluż permezz tal-provvista ta’ esperjenza prattika tax-xogħol;

(f)

jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-impjiegi billi joffru miżuri lill-impjegaturi u lill-impjegati, bħal inċentivi għar-reklutaġġ, appoġġ ta’ (wara l-)kollokament, mentoraġġ, konsulenza, promozzjoni taż-żamma tal-impjiegi u tal-avvanz.

AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TA’ SOSTENN U SERVIZZI ESSENZJALI

(12)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw:

(a)

l-aċċess effettiv u ugwali għas-servizzi ta’ sostenn, inkluż f’konformità mal-prinċipji ta’ kwalità definiti fil-Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali;

(b)

is-salvagwardja tal-kontinwità tal-aċċess effettiv għas-servizzi essenzjali, inkluż l-enerġija;

(c)

l-indirizzar ta’ ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji għall-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ sostenn u s-servizzi essenzjali.

APPOĠĠ INDIVIDWALIZZAT

(13)

Bl-għan li jiġu indirizzati l-ostakli differenti ta’ persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti għall-inklużjoni soċjali u, għal dawk li jistgħu jaħdmu, għall-impjiegi, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jiżviluppaw approċċ individwalizzat u jikkoordinaw il-forniment ta’ servizzi, billi:

(a)

iwettqu valutazzjoni multidimensjonali tal-bżonnijiet li teżamina l-ostakli għall-inklużjoni soċjali u għall-impjiegi, filwaqt li jidentifikaw is-servizzi ta’ sostenn u s-servizzi essenzjali neċessarji sabiex jindirizzaw dawk l-ostakli u jiddeterminaw l-appoġġ meħtieġ; u

(b)

fuq dik il-bażi, mhux aktar tard minn tliet xhur mill-aċċess għall-introjtu minimu, ifasslu pjan ta’ inklużjoni li jenħtieġ li:

(i)

jiddefinixxi l-objettivi u l-iskedi ta’ żmien konġunti;

(ii)

jiddeskrivi pakkett ta’ appoġġ adattat għall-bżonnijiet individwali, li jinkludi miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u/jew miżuri li jrawmu l-inklużjoni soċjali;

(iii)

jassenja maniġer tal-każijiet jew punt uniku ta’ kuntatt u ta’ servizz li jiżgura appoġġ kontinwu, jorganizza riferimenti puntwali għas-servizzi rilevanti u jissorvelja regolarment il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ inklużjoni;

(c)

għall-persuni li ma għandhomx biżżejjed riżorsi li ilhom qiegħda għal tul ta’ żmien, jiġi rieżaminat u, fejn meħtieġ, adattat il-ftehim eżistenti tal-integrazzjoni f’impjieg f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol sabiex jiġi kkomplementat b’elementi tal-pjan ta’ inklużjoni msemmi fil-punt (b).

GOVERNANZA, MONITORAĠĠ U RAPPURTAR

(14)

Bil-ħsieb tat-tfassil u tal-implimentazzjoni effettivi ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali robusti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jevitaw lakuni, duplikazzjoni u frammentazzjoni tad-diversi benefiċċji u skemi sabiex jipprovdu pakkett koerenti ta’ appoġġ għall-introjtu, miżuri ta’ attivazzjoni u servizzi ta’ sostenn;

(b)

isaħħu l-kapaċità operazzjonali tal-awtoritajiet inkarigati mill-appoġġ għall-introjtu, tas-servizzi tal-impjiegi u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ sostenn u jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom, inkluż permezz tal-kondiviżjoni ta’ data u l-promozzjoni ta’ mudelli ta’ servizzi integrati ulterjorment;

(c)

jagħtu s-setgħa lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi tal-ekonomija soċjali, bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tal-iskemi tal-introjtu minimu;

(d)

jiżguraw finanzjament adegwat tax-xbieki ta’ sikurezza soċjali b’mod koerenti mas-sostenibbiltà globali tal-finanzi pubbliċi.

(15)

Sabiex it-tfassil tal-politika jkun infurmat aħjar, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

jimmonitorjaw kontinwament l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ appoġġ għall-introjtu, b’mod partikolari l-introjtu minimu, u miżuri relatati ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol, tal-aċċess għas-servizzi, inkluż permezz tat-titjib tad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data rilevanti, diżaggregata skont is-sess, l-età u, fejn rilevanti, skont id-diżabilità, fil-livelli kollha ta’ governanza u permezz tat-twettiq ta’ evalwazzjonijiet regolari, u jagħmlu aġġustamenti sabiex l-objettivi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jintlaħqu bl-aktar mod effiċjenti;

(b)

jiżviluppaw jew itejbu, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, mekkaniżmi li jippermettu li jsir segwitu fuq persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti fir-rigward tal-inklużjoni soċjali tagħhom jew tat-tranżizzjoni tagħhom lejn l-impjieg;

(c)

jinformaw lill-Kummissjoni f’intervalli regolari dwar is-sett ta’ miżuri meħuda jew ippjanati biex jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni filwaqt li jibnu, fejn rilevanti, fuq strateġiji, pjanijiet jew rapporti nazzjonali eżistenti, inkluż dawk ippreżentati taħt mekkaniżmi ta’ rappurtar eżistenti, bħall-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, is-Semestru Ewropew u mekkaniżmi ta’ programmazzjoni u rappurtar rilevanti oħra tal-Unjoni; jenħtieġ li l-ewwel rapport jinkludi r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a).

(16)

Il-Kunsill bi pjaċir jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li:

(a)

tkompli taħdem flimkien mal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali fuq il-qafas ta’ parametraġġ referenzjarju dwar l-introjtu minimu u ttejjeb id-disponibbiltà u l-komparabbiltà tal-indikaturi u tad-data rilevanti;

(b)

issaħħaħ l-apprendiment reċiproku u d-disseminazzjoni tar-riżultati u tal-prattiki tajbin fost l-Istati Membri;

(c)

fuq il-bażi tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 15, punt (c), u fi ħdan il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Impjiegi u man-network tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, tirrieżamina regolarment il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal swieq tax-xogħol inklużivi, u tħejji fuq bażi triennali rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni;

(d)

timmonitorja l-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż f’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali;

(e)

tagħmel rendikont tal-azzjonijiet meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħha fuq it-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, taż-żieda fil-livelli ta’ impjieg u tat-titjib tal-parteċipazzjoni fit-taħriġ, u tirrapporta lill-Kunsill sal-2030.

(17)

Ir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE hija sostitwita b’din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar kriterji komuni rigward riżorsi suffiċjenti u assistenza soċjali fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11).

(4)  Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (COM/2021/102 final).

(6)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (2016/2270(INI)) (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156).

(7)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 2020“It-Tisħiħ tal-Protezzjoni tal-Introjtu Minimu għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali matul il-Pandemija tal-COVID-19 u Lil Hinn Minnha”.

(8)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Impjieg, għall-Affarijiet Soċjali u għall-Inklużjoni, Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2022, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14).

(11)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi - It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1).

(13)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030 tat-3 ta’ Marzu 2021 COM/2021/101 final.

(14)  Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali, SPC/2010/10 final.

(15)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013, (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).

(17)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Valutazzjoni aħjar tal-impatt distribuzzjonali tal-politiki tal-Istati Membri”, (COM(2022) 494 final).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/13


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10522 — HAPAG-LLOYD / EUROGATE / EUROGATE CONTAINER TERMINAL WILHELMSHAVEN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 41/02)

Fid-29 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10522. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/14


OPINJONI TAL- BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Diċembru 2022

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq biex jipproteġi liċ-ċittadini u lill-ekonomija minn prezzijiet eċċessivament għoljin

(CON/2022/44)

(2023/C 41/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq biex jipproteġi liċ-ċittadini u l-ekonomija kontra prezzijiet eċċessivament għoljin (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-BĊE, u l-kontribut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”). Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet Ġenerali

Il-BĊE jieħu nota tar-regolament propost u l-objettiv tiegħu li jistabbilixxi mekkaniżmu temporanju ta’ korrezzjoni tas-suq u jirrikonoxxi l-isfidi serji li joħolqu prezzijiet tal-enerġija eċċessivament għoljin għaċ-ċittadini tal-UE u għall-ekonomija tal-Unjoni.

Ir-regolament propost jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq għat-tranżazzjonijiet tal-gass naturali fis-suq tad-derivattivi tat-TTF bl-eqreb skadenza (front-month), li jiġi attivat fejn jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet (“avveniment ta’ korrezzjoni tas-suq”). Ir-regolament propost jistabbilixxi li l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) hija responsabbli għall-monitoraġġ ta’ jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti, u, fejn tosserva li jkun seħħ avveniment ta’ korrezzjoni tas-suq, għandha tippubblika mingħajr dewmien avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“avviż ta’ korrezzjoni tas-suq”) u tinforma lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u lill-BĊE dwar l-avveniment ta’ korrezzjoni tas-suq. Ir-regolament propost jipprevedi wkoll għas-sospensjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq fi kwalunkwe ħin mill-Kummissjoni, jekk iseħħu disturbi mhux intenzjonati fis-suq jew riskji evidenti ta’ tali disturbi, li jaffettwaw b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista, il-flussi intra-UE jew l-istabbiltà finanzjarja (“deċiżjoni ta’ sospensjoni”).

Il-BĊE jirrikonoxxi li l-mekkaniżmi mmirati lejn il-moderazzjoni tal-livelli estremi tal-prezzijiet u l-volatilità fis-swieq tal-gass bl-ingrossa jistgħu, fil-prinċipju, itaffu għadd ta’ riskji għall-istabbiltà finanzjarja, inklużi r-riskji esposti matul perijodi ta’ prezzijiet għoljin u volatili tal-gass fl-2022. Madankollu, il-BĊE jqis li t-tfassil attwali tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq propost jista’, f’xi ċirkostanzi, jipperikola l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro. Id-disinn attwali tal-mekkaniżmu jista’ jżid il-volatilità u s-sejħiet għall-marġni relatati, jisfida l-kapaċità tal-kontropartijiet ċentrali li jimmaniġġjaw ir-riskji finanzjarji, u jista’ jinċentiva wkoll il-migrazzjoni miċ-ċentri tan-negozjar għas-suq ta’ barra l-borża (OTC) mhux ikklerjat ċentralment. Dawn il-konsiderazzjonijiet, rilevanti għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, għandhom jitqiesu mill-Kunsill fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar ir-regolament propost.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Ir-rwol tal-BĊE

1.1

Ir-Regolament propost jipprevedi diversi każijiet fejn il-BĊE huwa meħtieġ li, jew jista’, ikollu rwol fl-għoti ta’ opinjonijiet, rapporti, monitoraġġ u assistenza lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont ir-regolament propost.

L-ewwel nett, fir-rigward tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq, fejn, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-ACER, ikun hemm indikazzjonijiet konkreti li avveniment ta’ korrezzjoni tas-suq huwa imminenti, il-Kummissjoni, sabiex tkun tista’ tissospendi malajr l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq, għandha titlob opinjoni mill-BĊE, l-ESMA u, fejn xieraq, min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) u mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Gass stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-impatt ta’ avveniment possibbli ta’ korrezzjoni tas-suq fuq is-sigurtà tal-provvista, il-flussi intra-UE u l-istabbiltà finanzjarja (3).

It-tieni nett, fil-każ ta’ avveniment ta’ korrezzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-BĊE rapport dwar ir-riskju ta’ disturbi mhux intenzjonati għall-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq derivattivi tal-enerġija (4).

It-tielet nett, fir-rigward tas-sospensjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq, il-proposta tirrikjedi li l-ESMA, il-BĊE, l-ACER, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Gass u l-ENTSOG jimmonitorjaw b’mod kostanti l-effetti tal-limitu tal-offerti fuq is-swieq u s-sigurtà tal-provvista (5).

Ir-raba’ nett, meta tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk l-attivazzjoni kontinwa tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq taffettwax l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq derivattivi tal-enerġija, inter alia, abbażi ta’ rapport dwar l-impatt tal-attivazzjoni tal-miżura ta’ korrezzjoni tas-suq mill-ESMA u opinjoni tal-BĊE mitluba mill-Kummissjoni għal dan l-għan. L-opinjoni tal-BĊE għandha tinħareġ mhux aktar tard minn 48 siegħa, jew fl-istess jum f’każijiet urġenti, fuq talba mill-Kummissjoni (6).

Il-ħames nett, l-ACER, il-BĊE, l-ESMA, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u l-ENTSOG huma meħtieġa jassistu lill-Kummissjoni fil-kompiti tagħha stabbiliti mir-regolament propost (7).

Fl-aħħar nett, qabel ma tippreżenta proposta lill-Kunsill għal rieżami tal-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BĊE (8).

1.2

Il-BĊE jfakkar li, skont l-Artikolu 127(5) TFUE u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-SEBĊ hija meħtieġa tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 25.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ joffri pariri lil u jiġi kkonsultat mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-iskop u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. F’dak il-kuntest, u f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali reċiproka skont l-Artikolu 13(2) TUE, il-BĊE jinsab lest, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilu fit-Trattati, li jappoġġa lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha stabbiliti mir-regolament propost. Il-BĊE huwa konxju wkoll mill-importanza u d-diffikultà tas-suġġett tar-regolament propost u l-effetti potenzjali fuq is-swieq finanzjarji.

1.3

Madankollu, il-BĊE jqis li r-referenzi għar-rwol tal-BĊE fl-għoti ta’ opinjonijiet, rapporti, monitoraġġ u assistenza lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont ir-regolament propost għandhom jiġu ċċarati aktar biex jirriflettu b’mod preċiż il-kompiti u l-indipendenza tal-BĊE skont it-Trattati u l-allokazzjoni ċara tal-għarfien espert tekniku u r-responsabbiltajiet skont id-dritt tal-Unjoni (9). L-ewwel nett, tali kjarifika hija meħtieġa biex jiġi żgurat li r-regolament propost, li għandu jiġi adottat bl-Artikolu 122(1) TFUE bħala l-bażi legali tiegħu, ma jagħtix kompiti ġodda lill-BĊE. L-għoti ta’ kompiti jew responsabbiltajiet ġodda lill-BĊE jista’ jseħħ biss f’dawk il-każijiet speċifiċi u limitati enumerati skont it-Trattati, pereżempju skont l-Artikolu 127(6) TFUE, u soġġett għal-limiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet (10). It-tieni nett, tali kjarifika hija meħtieġa biex tirrifletti r-rwoli preskritti għal awtoritajiet u korpi oħra skont id-dritt tal-Unjoni, li jistgħu jkunu aktar rilevanti għas-suġġett tar-regolament propost. Pereżempju, l-ESMA hija responsabbli, inter alia, biex tikkontribwixxi għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji (11). It-tielet nett, il-kjarifika tar-rwol tal-BĊE skont ir-regolament propost tevita involviment formalistiku żżejjed tal-BĊE u tiffaċilita aħjar il-kooperazzjoni effettiva f’perijodi ta’ żmien stretti. Fl-aħħar nett, tali kjarifika hija aktar konformi mal-kompitu mogħti lis-SEBĊ skont l-Artikolu 127(5) TFUE u l-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-SEBĊ biex tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma stabbiliti f’dokument ta’ ħidma tekniku separat, flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni f’dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Diċembru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2022) 668 finali.

(2)  Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).

(3)  L-Artikolu 3(3) tar-regolament propost.

(4)  L-Artikolu 3(8) tar-regolament propost.

(5)  L-Artikolu 5(1) tar-regolament propost.

(6)  L-Artikolu 5(2)(d) u l-Artikolu 5(4) tar-regolament propost.

(7)  L-Artikolu 5(4) tar-regolament propost.

(8)  L-Artikolu 5(6) tar-regolament propost.

(9)  Ara l-paragrafu 1 tal-Opinjoni CON/2018/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew (ĠU C 220, 25.6.2018, p. 2). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq l-EUR-Lex.

(10)  Ara l-paragrafu 3.1 tal-Opinjoni CON/2016/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Marzu dwar (a) proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u (b) proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2); ara l-osservazzjonijiet ġenerali tal-Opinjoni CON/2017/39 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi (ĠU C 385, 15.11.2017, p. 3); ara l-paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2020/22 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar proposti għal regolamenti li jemendaw il-qafas għat-titolizzazzjoni tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU C 377, 9.11.2020, p. 1); u r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/18 għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 212, 1.7.2017, p. 14).

(11)  Ara l-Artikolu 1(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta' Frar 2023

(2023/C 41/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0988

JPY

Yen Ġappuniż

141,12

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,89289

SEK

Krona Żvediża

11,3587

CHF

Frank Żvizzeru

0,9992

ISK

Krona Iżlandiża

153,50

NOK

Krona Norveġiża

10,9535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,809

HUF

Forint Ungeriż

387,20

PLN

Zloty Pollakk

4,7015

RON

Leu Rumen

4,9025

TRY

Lira Turka

20,6766

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5407

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4602

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6183

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6855

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4352

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 345,90

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,7046

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3878

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 360,69

MYR

Ringgit Malażjan

4,6655

PHP

Peso Filippin

59,170

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,030

BRL

Real Brażiljan

5,4859

MXN

Peso Messikan

20,4050

INR

Rupi Indjan

90,3015


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/18


Ir-Rapport Speċjali 02/2023:

“L-adattament tar-regoli tal-politika ta' koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19 – Il-fondi jintużaw b'mod aktar flessibbli, iżda hija meħtieġa riflessjoni dwar il-politika ta' koeżjoni bħala għodda ta' reazzjoni għall-kriżijiet”

(2023/C 41/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Speċjali 02/2023 tagħha: “L-adattament tar-regoli tal-politika ta' koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19 – Il-fondi jintużaw b'mod aktar flessibbli, iżda hija meħtieġa riflessjoni dwar il-politika ta' koeżjoni bħala għodda ta' reazzjoni għall-kriżijiet”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=63210


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/19


Avviż tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata dwar is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku, li jrid jiġi ppubblikat skont l-Artikoli 61 u 62 tal-Att dwar is-Suq tal-Gass (Il-Gazzetta Uffiċjali, Nru 18/18 u 23/20)

(2023/C 41/06)

Is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku għaż-żona tad-distribuzzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni IVAPLIN d.o.o. għad-distribuzzjoni u l-provvista tal-gass, Ulica Krešimira IV 10, Ivanić Grad, ġiet ippubblikata fil-11 ta’ April 2022.

Id-dokumentazzjoni mehmuża mas-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku għaż-żona tad-distribuzzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni IVAPLIN d.o.o. għad-distribuzzjoni u l-provvista tal-gass, Ulica Krešimira IV 10, Ivanić Grad, ġiet ippubblikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata (www.hera.hr).


3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/20


Avviż tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata dwar is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku, li jrid jiġi ppubblikat skont l-Artikoli 61 u 62 tal-Att dwar is-Suq tal-Gass (Il-Gazzetta Uffiċjali, Nru 18/18 u 23/20)

(2023/C 41/07)

Is-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku għaż-żona tad-distribuzzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni Brod-plin d.o.o. għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tan-network tal-gass, għad-distribuzzjoni u l-provvista tal-gass, u għall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-enerġija termali, Trg pobjede 5, Slavonski Brod, ġiet ippubblikata fil-11 ta’ April 2022.

Id-dokumentazzjoni mehmuża mas-sejħa pubblika għall-offerti biex jintgħażel fornitur tal-gass skont l-obbligu tas-servizz pubbliku għaż-żona tad-distribuzzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni Brod-plin d.o.o. għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tan-network tal-gass, għad-distribuzzjoni u l-provvista tal-gass, u għall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-enerġija termali, Trg pobjede 5, Slavonski Brod, ġiet ippubblikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata (www.hera.hr).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10973 — VODAFONE GROUP / ALTICE LUXEMBOURG / FIBRECO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 41/08)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Vodafone Group Plc (“Vodafone”, ir-Renju Unit)

Altice Luxembourg S.A. (“Altice”, il-Lussemburgu), finalment ikkontrollata minn Patrick Drahi

Vodafone u Altice se jistabbilixxu u jħaddmu impriża bi sħab (joint venture, JV) (“FibreCo”, il-Ġermanja) li fiha se jakkwistaw kontroll bi sħab fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Vodafone hija l-kumpanija azzjonista ta’ grupp involut primarjament fit-tħaddim ta’ networks tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile u l-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile, bħal servizzi tal-vuċi tal-mobile, tal-messaġġi u tad-data f’10 Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, inkluża l-Ġermanja;

Altice hija grupp konverġenti multinazzjonali li jispeċjalizza fit-telekomunikazzjonijiet, il-kontenut, il-media, id-divertiment u r-reklamar u l-konnessjoni tal-klijenti permezz tan-network tal-fibra ottika u l-broadband tal-mobile;

FiberCo se tkun attiva fil-Ġermanja (i) fl-introduzzjoni u t-tħaddim tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet bil-fibra ottika (primarjament iffukati fuq l-istess żona ġeografika (jiġifieri prinċipalment urbana) bħan-network attwali tal-coax cable ta’ Vodafone), u (ii) fl-offerta ta’ aċċess bl-ingrossa fuq bażi ta’ aċċess miftuħ u mhux diskriminatorja bbażata fuq tali networks tal-fibra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10973 — VODAFONE GROUP / ALTICE LUXEMBOURG / FIBRECO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/23


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11009 — PON.BIKE / VWFS / GLINICKE / DML)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 41/09)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PON Holdings B.V. (“PON”, in-Netherlands),

Volkswagen Financial Services Aktiengesellschaft (“VWFS”, il-Ġermanja),

Glinicke Finanz Holding GmbH & Co. KG (“Glinicke”, il-Ġermanja),

Digital Mobility Leasing GmbH (“DML”, il-Ġermanja).

PON, VWFS u Glinicke jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ DML kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Għal PON, l-investiment fit-tul f’firxa ta’ segmenti relatati mal-mobilità, bħal vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali u roti għall-kostruzzjoni tat-toroq u magni li jiskavaw, ġeneraturi u soluzzjonijiet totali għall-industrija tat-tbaħħir,

Għal VWFS, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi oħra, inklużi spare parts u aċċessorji. Volkswagen tinvolvi ruħha wkoll fid-distribuzzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ finanzjament ta’ Volkswagen jirrigwardaw il-finanzjament tan-negozjanti u tal-klijenti, il-kiri, l-attivitajiet bankarji diretti u l-attivitajiet ta’ assikurazzjoni,

Għal Glinicke, attivitajiet ta’ negozjanti ta’ vetturi bil-mutur b’diversi marki tad-ditta fil-Ġermanja kollha, flimkien ma’ servizzi anċillari assoċjati bħall-kiri ta’ karozzi, servizzi ta’ rkupru u kiri ta’ flotot,

Għal DML, attivitajiet relatati ma’ soluzzjonijiet ta’ kiri, primarjament fis-segment tal-e-bike, għal dawk li jaħdmu għal rashom, negozjanti u kumpaniji ta’ daqs medju minn kważi l-industriji kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11009 — PON.BIKE / VWFS / GLINICKE / DML

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/25


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11018 — COMPAGNIA SIDERURGICA ITALIANA / STEELAG DEUTSCHLAND)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 41/10)

1.   

Fis-27 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Compagnia Siderurgica Italiana S.r.l. (“CSI”, l-Italja), ikkontrollata mill-familja Pittini,

STEELAG Deutschland GmbH (“SDE”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Günther Alphei.

CSI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SDE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Is-CSI hija attiva fil-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar bil-karbonju (li tibda mir-ruttam għall-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum) u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti lesti u prodotti derivattivi, prinċipalment maħsuba għall-industrija tal-kostruzzjoni (u, sa ċertu punt, għall-industrija mekkanika),

SDE hija attiva fil-produzzjoni ta’ malji elettroweldjati u prodotti ta’ wire miġbud kiesaħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11018 COMPAGNIA SIDERURGICA ITALIANA / STEELAG DEUTSCHLAND

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/26


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11010 – INEOS / SINOPEC / ETHYLENE JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 41/11)

1.   

Fis-26 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

INEOS AG (“INEOS”, l-Isvizzera),

China Petroleum and Chemical Corporation (“Sinopec”, iċ-Ċina), intrapriża tal-Istat,

INEOS Sinopec Tianjin Petrochemicals Limited (“Ethylene JV”, iċ-Ċina), impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida, ikkontrollata minn INEOS u Sinopec.

INEOS u Sinopec jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ethylene JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

INEOS hija konglomerat ta’ proprjetà privata li tipproduċi firxa ta’ sustanzi kimiċi inklużi petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità u prodotti taż-żejt,

Sinopec huwa grupp petroliferu u petrokimiku bil-kwartieri ġenerali f’Beijing.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Ethylene JV se jkunu l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjant tal-etilen u derivattivi assoċjati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11010 – INEOS / SINOPEC / ETHYLENE JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/28


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 41/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“NUECES DE NERPIO”

Nru tal-UE: PDO-ES-02786 – 16.7.2021

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Nueces de Nerpio”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.    Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.    Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ġewż imnixxef, ippreżentat sħiħ fil-qoxra, bħala qlub sħaħ, nofs qlub jew mitħun, minn frott f’saħħtu bil-fosdqa ta’ barra mneħħija, miksub minn varjetà ta’ siġra tal-ġewż lokali indiġena ta' Nerpio u minn varjetajiet oħra (kultivari) adattati għaż-żona tal-produzzjoni, li kollha jappartjenu għall-ispeċi Juglans regia L.

Varjetajiet awtorizzati:

Varjetà ewlenija: Il-varjetà lokali, is-“siġra tal-ġewż indiġena ta’ Nerpio”, tirriżulta mill-għażliet taż-żrieragħ mill-produtturi f’Nerpio sa mis-seklu 16. Din ipproduċiet ekotip mhux imlaqqam tas-siġar tal-ġewż li huwa adattat b’mod perfett għall-wied tax-Xmara Taibilla. L-imsaġar ta’ siġar indiġeni tal-ġewż ta’ mitt sena jikkostitwixxu l-pajsaġġ u l-wirt ġenetiku tal-pjanti uniċi fiż-żona ta’ Nerpio. Dan l-ekotip jirrappreżenta mill-inqas 80 % tas-siġar kollha ta’ din l-ispeċi fiż-żona tal-produzzjoni.

Varjetajiet sekondarji (kultivari): Franquette, Chandler, Pedro u Fernor, varjetajiet li ilhom ikkultivati f’Nerpio mis-snin disgħin, adattati għall-kundizzjonijiet lokali. Dawn il-varjetajiet sekondarji jridu jitlaqqmu fuq iz-zkuk prinċipali mhux imlaqqma tal-varjetà lokali, is-“siġra tal-ġewż indiġena ta’ Nerpio”. Dan l-istokk joffri lill-varjetajiet sekondarji aktar saħħa, adattament għall-ħamrija tal-ġebla tal-ġir u reżistenza għall-mard tal-ħamrija u l-fgar tal-għeruq. Dawn il-fatturi jgħinu lill-varjetajiet sekondarji jakklimatizzaw għaż-żona tal-produzzjoni.

Karatteristiċi tal-qalba jew taż-żerriegħa:

Il-membrana madwar il-qalba jew iż-żerriegħa hija kemxejn aktar skura: beige-bronż-qastni. Dan huwa marbut mal-konċentrazzjoni għolja ta’ tannini u, bħala tali, mal-karatteristiċi antiossidanti u organolettiċi akbar tiegħu.

Għandu stabbiltà kimika konsiderevoli li tagħmlu reżistenti għat-tranġit (ħajja fuq l-ixkaffa ta’ aktar minn sena, kundizzjonijiet ta’ ħażna tradizzjonali stabbiliti għad-DOP).

Togħma kemxejn morra u sensazzjoni qarsa minħabba livelli għoljin ta’ tannini.

Livelli għoljin ta’ antiossidanti naturali, prinċipalment tannini derivati minn aċidi galliċi u ellaġiċi. Bl-użu tal-metodu ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità antiradikali kontra DPPH, espressa bħala l-kapaċità antiossidanti ekwivalenti għal Trolox (TEAC), l-attività antiossidanti tal-ġewż ta’ Nerpio hija ≥ 110 μmol Trolox/g ta’ ġewż (±10 %). Din hija ferm ogħla minn dik ta’ ġewż ieħor fis-suq.

Tipi tal-prodott

Il-ġewż jista’ jiġi ppreżentat:

“Sħiħ” fil-qoxra

“Qlub Sħaħ” jew żerriegħa

“Nofsijiet” jew nofs qlub

“Mitħun” jew qlub mitħuna

Il-ġewż “Sħiħ” u “Qlub Sħaħ” iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-klassijiet “Extra” u “Klassi I”, kif iddefiniti fl-istandards internazzjonali li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-Ġewż fil-Qoxra (l-istandard tal-UNECE DDP-01) u li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-qlub tal-ġewż (l-istandard tal-UNECE DDP-02).

Id-daqs minimu tal-ġewż “Sħiħ” huwa ta’ 28 mm. Il-ġewż “Qlub Sħaħ” irid ikun ikbar minn malja tax-xibka ta’ 8 mm.

Fil-klassijiet u l-forom kollha, fil-mument tal-ippakkjar, il-ġewż “Sħiħ” irid ikollu kontenut ta’ ilma ta’ inqas minn 7 %. Għall-ġewż “Sħiħ”, “Nofsijiet” u “Mitħun”, il-kontenut massimu tal-ilma huwa ta’ 5 %.

3.3.    Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.    Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tkabbir, il-ħsad, it-tnixxif u l-preparazzjoni tal-frotta jridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni.

3.5.    Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Għall-ġewż ippreżentat bħala “Nofsijiet”, id-daqs tal-qalba għandu jkun bejn 3 mm u 8 mm. Devjazzjonijiet akbar minn 10 %, li ma jikkorrispondux fil-piż, ma għandhomx ikunu permessi. Għall-ġewż “mitħun”, ma għandu jkun hemm l-ebda limitu fid-daqs, ħlief taħt it-3 mm. Għandha tkun permessa devjazzjoni massima ta’ 10 % fil-piż.

Hemm limitu massimu ta’ 25 kg għall-ippakkjar tal-ġewż “Sħiħ”. Għall-ġewż “Sħiħ”, “Nofsijiet” u “Mitħun”, il-massimu huwa ta’ 15 kg.

Il-ħażna, il-klassifikazzjoni u l-ippakkjar iridu jsiru fl-istess post, dejjem fiż-żona tal-produzzjoni. L-ippakkjar mill-ġdid huwa pprojbit. Ir-raġunament wara l-ippakkjar fis-sors huwa bbażat fuq l-iżgurar tal-kundizzjonijiet ambjentali naturali li fihom jiġu mmaniġġjati u ppreservati n-“Nueces de Nerpio”. Ma għandu jkun hemm l-ebda żiffa, l-umdità ma tistax tkun aktar minn 75 %, u t-temperatura ma għandhiex tkun aktar minn 20 °C. Dawn il-kundizzjonijiet huma ggarantiti f’Nerpio, u huma essenzjali biex jippreservaw il-kontenut għoli ta’ tannini li jikkaratterizza l-ġewż kif ukoll għat-tnaqqis tal-proċess tat-tranġit.

3.6.    Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Indikazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Nueces de Nerpio” u/jew tal-logo tad-DOP “Nueces de Nerpio” trid tidher b’mod ċar ħafna fuq it-tikketti u l-ippakkjar kummerċjali użati għal dan il-ġewż.

Image 1

L-ippakkjar li fih il-ġewż jintbagħat għall-konsum għandu jkollu tikketti numerati li ma jistgħux jerġgħu jintużaw.

Il-ġewż jista’ jitqiegħed fis-suq biss bil-marka tal-impjanti rreġistrati tal-immaniġġjar u tal-ippakkjar li jappartjenu għaż-żona tal-produzzjoni.

Bħala parti mit-tikkettar fakultattiv, l-indikazzjoni “De nogales centenarios” [Minn siġar tal-ġewż ta’ 100 sena] għandha tintuża għall-ġewż minn siġar li għandhom aktar minn 100 sena. Barra minn hekk, għall-ġewż minn siġar b’elenkar uffiċjali tal-protezzjoni ambjentali, kemm jekk nazzjonali kif ukoll jekk ibbażat fl-UE, l-indikazzjoni “De nogales singulares” [Minn siġar tal-ġewż distinti] għandha tkun akkumpanjata mill-isem tas-siġra tal-ġewż elenkata.

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandhom jintużaw id-deskritturi tal-forom differenti: “Sħiħ”, “Qlub Sħaħ”, “Nofsijiet” u “Mitħun”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tradizzjonali għall-produzzjoni, l-immaniġġjar u l-ippakkjar tan-“Nueces de Nerpio” tinkludi ż-żona ġeografika naturali madwar iż-żona ta’ qbid tax-Xmara Taibilla u t-tributarji tagħha, demarkata f’altitudni minima ta’ 900 m, li tkopri t-territorji li ġejjin.

Il-Komunità Awtonoma ta’ Castile-La Mancha:

Mill-muniċipalità ta’ Nerpio, il-poligoni katastali u/jew l-irqajja’ tal-art kollha li jinsabu ogħla minn 900 m.

Mill-muniċipalitajiet ta’ Yeste u Letur, il-poligoni katastali u/jew l-irqajja’ tal-art kollha li jinsabu f’aktar minn 900 m u li jappartjenu għaż-żona ta’ qbid tax-Xmara Taibilla.

Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia:

Mill-muniċipalità ta’ Moratalla, il-poligoni katastali u/jew l-irqajja’ kollha li jinsabu ogħla minn 900 m u li jappartjenu għaż-żona ta’ qbid tax-Xmara Taibilla.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Id-DOP “Nueces de Nerpio” hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-materja prima, li huma marbuta mill-qrib mal-oriġini ġeografika permezz ta’ fatturi naturali u umani.

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni, il-baċir tal-Wied ta’ Taibilla, hija parti miż-żona tan-Nofsinhar tas-serbut muntanji ta’ Sierra de Segura, l-intersezzjoni ġeoloġika tar-reġjuni Prebaetiċi u Subbaetiċi tax-Xlokk ta’ Spanja. Iż-żona tal-madwar hija muntanjuża, iffurmata minn ġebel tal-ġir u dolomit f’altitudnijiet ta’ madwar 2000 [m]. Iż-żona tal-produzzjoni tan “Nuez de Nerpio” tinsab fin-nofs, iffurmata minn sistema ta’ widien żgħar bejn il-muntanji f’altitudni ta’ aktar minn 900 m. Ix-Xmara Taibilla, it-tributarja ewlenija tas-Segura, tgħaddi minn din iż-żona. Din iż-żona ta’ muntanji ta’ għoli medju sa għoli ta’ ġebel tal-ġir u blat dolomit tifforma ambjent agroforestali tipiku li fih il-ġewż indiġenu ta’ Nerpio sab speċifiċità ekoloġika naturali, adattata perfettament bħala riżultat tal-għażla suċċessiva mill-bdiewa ta’ Nerpio sa mis-seklu 16. Iż-żona hija ta’ valur ambjentali sinifikanti u tappartjeni għan-network Natura 2000.

Il-klima hija tipika għal żona ta’ muntanji ta’ għoli medju sa għoli. F’termini ġenerali, tista’ tiġi kklassifikata bħala waħda kontinentali/Mediterranja sħuna, Csb skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-klima ta’ Köppen. It-temperaturi medji huma bejn 10 oC u 15-il oC (1981-2010). Hemm varjazzjoni sinifikanti fit-temperatura bejn l-istaġuni, b’massimu assolut ta’ 45,7 oC u minimu assolut ta’ -15,7 oC, u anke varjazzjoni tul il-ġurnata, ta’ massimu ta’ 22 oC fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Dawn il-varjazzjonijiet huma mrawma mill-inverżjonijiet fit-temperatura fil-Wied ta’ Taibilla, li jirriżultaw f’kundizzjonijiet speċifiċi tat-tkabbir tal-għelejjel. Barra minn hekk, ix-xita hija moderata, bejn 400 u 600 mm, bi tnaqqis sinifikanti iktar lejn il-Lvant, bħala konsegwenza tad-deżertifikazzjoni tax-Xlokk ta’ Spanja. L-evapotraspirazzjoni hija għolja, bejn 600 u 800 mm skont l-altitudni.

L-umdità ambjentali hija baxxa, b’medja annwali ta’ 65 %. B’mod ġenerali, is-siġar tal-ġewż huma protetti tajjeb mill-irjieħ, minħabba li jinsabu f’widien bejn il-muntanji.

Il-ħamrija li fiha jitkabbru s-siġar tal-ġewż hija ta’ natura tal-ġebel tal-ġir u tad-dolomit, iffurmata fuq depożiti fluvjali tal-perjodu Kwaternarju u terrazzi mis-sottobaċir tax-Xmara Taibilla. Is-sawra tal-ħamrija tvarja iżda hija prinċipalment tal-lom u tat-trab ġulġlieni tafli. Il-pH huwa għoli ħafna, bejn 8,0 u 8,5, bħala konsegwenza ta’ livelli għoljin ħafna ta’ karbonat tal-kalċju li jitilgħu sa 50 %. Il-livelli tal-materja organika f’din il-ħamrija huma għoljin ħafna, aktar minn 2 % u, f’xi każijiet, jilħqu sa 4 % fis-saff tal-ogħla 20 cm. Hija ħamrija fertili ħafna u bbilanċjata għas-siġar tal-ġewż.

Il-kwalità tal-ilma fiż-żona ta’ qbid tal-Wied ta’ Taibilla hija tajba, minn C2-S1 sa C3-S1, skont il-klassifikazzjoni tal-Università ta’ California, Riverside. L-ilmijiet huma karbonati u alkalini, b’pH ta’ 7,9 sa 8,4, minħabba n-natura tas-sodda tal-blat.

Il-pajsaġġ ta’ Nerpio u l-Wied ta’ Taibilla ilu msawwar mill-kultivazzjoni tas-siġar tal-ġewż minn żmien il-qedem. It-terrazzi ta’ oriġini Għarbija, li jmorru lura mijiet ta’ snin sas-sekli 12 u 13, huma karatteristika notevoli, li tippermetti t-tisqija mill-għargħar fuq terren tant wieqaf. Network dens ta’ fossijiet antiki jserrep madwar l-art, u jidderieġi l-ilmijiet tax-Xmara Taibilla u t-tributarji tagħha, flimkien ma’ nixxigħat iżolati. It-terrazzi jinsabu maġenb ħitan tal-ġebel antiki li jipprovdu appoġġ lill-ġnub tal-għoljiet u l-acecquias (kanali antiki tal-irrigazzjoni). Din il-prattika ta’ kultivazzjoni tradizzjonali, u l-preżenza tas-siġar tal-ġewż antiki, jirrappreżentaw l-elementi fundamentali tal-pajsaġġ u l-wirt tal-kultivazzjoni tal-għelejjel ta’ Nerpio u l-Wied ta’ Taibilla, li jifformaw ambjent ekoloġiku għall-kultivazzjoni tas-siġar tal-ġewż indiġenu, uniku għal Spanja. Huwa ambjent antik bil-pajsaġġ iffurmat f’terrazzi.

Proprjetajiet karatteristiċi

Il-qalba jew iż-żerriegħa tal-ġewż ta’ Nerpio għandha kontenut għoli ta’ tannini, li prinċipalment jirriżulta minn aċidi galliċi u ellaġiċi, li jagħtu lill-prodott karatteristiċi speċifiċi. F’termini ta’ tranġit, huwa stabbli ħafna, b’ħajja fuq l-ixkaffa ta’ aktar minn sena. Għandha togħma kemxejn morra b’sensazzjoni qarsa. Il-qoxra hija kemxejn aktar skura: beige-bronż-qastni. Il-livelli għoljin ta’ tannini jfissru kapaċità antiossidanti ekwivalenti għal Trolox għolja (TEAC ≥ 110 ±10 % μmol Trolox/g ta’ ġewż). Pubblikazzjoni xjentifika mill-Istitut tax-Xaħmijiet u ż-Żjut ta’ Sevilja (CSIC) [il-Kunsill Għoli għar-Riċerka Xjentifika] turi l-proprjetajiet antiossidanti superjuri tal-ġewż ta’ Nerpio meta mqabbel ma’ varjetajiet kummerċjali oħra: “Nutritional composition and antioxidant activity of different walnut varieties (Junglans regia L.) from Nerpio (Spain) in comparison to commercial varieties” (I. Viera-Alcaide, et al. Grasas y Aceites 70 (3) Lulju-Settembru 2019.).

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-ġewż ta’ Nerpio għandu xi karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi uniċi. Huwa meqjus bħala ekotip li joriġina minn Nerpio, b’karatteristiċi speċifiċi li huma diffiċli li jiġu riprodotti barra ż-żona tal-produzzjoni.

Il-karatteristiċi li jiddistingwu l-ġewż ta’ Nerpio jinkludu l-qoxra skura tal-qalba, ħajja twila fuq l-ixkaffa u r-reżistenza għat-tranġit, togħma kemxejn morra u sensazzjoni qarsa. Dawn il-karatteristiċi huma marbuta mal-kontenut għoli tagħhom ta’ tannini, kif ukoll mal-kapaċità antiossidanti għolja tagħhom (TEAC ≥ 110 μmol Trolox/g ta’ ġewż), ferm ogħla minn ta’ ġewż ieħor fis-suq. Dawn il-karatteristiċi huma wkoll relatati direttament mal-fatturi naturali u umani: l-għażla tal-materjal tal-pjanti, il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi speċifiċi għall-kultivazzjoni, flimkien mat-tnixxif naturali u l-ħżin tal-ġewż.

1)    L-għażla varjetali tas-siġar tal-ġewż indiġeni

Ix-xogħol tal-għażla tas-siġar tal-ġewż f’Nerpio jmur lura għas-seklu 16, kif affermat mill-“Plantón del Covacho”, siġra antika tal-ġewż ta’ Nerpio li tmur lura madwar 600 sena. Il-varjetajiet indiġeni ta’ Nerpio huma karatterizzati mill-pigmentazzjoni aktar skura tagħhom u t-togħma aktar qawwija mill-ġewż kummerċjali. Dan huwa riżultat tal-influwenza diretta tal-kultivaturi tal-ġewż ta’ Nerpio li, matul is-sekli, għażlu l-ġewż li għandu togħma akbar u li huwa kemxejn morr u qares, u aktar skur.

2)    Il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi speċifiċi tal-kultivazzjoni

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija: Il-varjetajiet indiġeni ta’ Nerpio huma adattati perfettament għall-kundizzjonijiet ferm kalkarji tal-ħamrija fil-Wied ta’ Taibilla, b’pH ta’ bejn 8 u 8,5 u aktar minn 50 % karbonat tal-kalċju. Dawn il-kundizzjonijiet kalkarużi jimblokkaw l-assorbiment tal-fosfru mill-ħamrija. B’riżultat ta’ dan, il-ġewż huwa nieqes minn din il-minerali, li jwassal għal pigmentazzjoni aktar vjola tal-weraq u tal-frott, assoċjata ma’ livelli ogħla ta’ antoċjanini u komposti fenoliċi oħra bħal flavonoli, flavonojdi u tannini.

Il-kundizzjonijiet tal-klima: Il-kundizzjonijiet Mediterranji ta’ Nerpio huma tipiċi tax-Xlokk tal-Peniżola Iberika, b’livelli għoljin ta’ xemx, temperaturi għoljin, xita baxxa u ETP għolja, sa 800 mm. Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw fi stress tal-ilma għas-siġar tal-ġewż matul is-sajf, li jqanqal is-sinteżi tat-tannini li jiġu mill-aċidi galliċi u ellaġiċi. Bħala konsegwenza, il-pigmentazzjoni tal-qoxra tal-qalba tiskura. Il-varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura tul il-ġurnata fil-Wied ta’ Taibilla, ’il fuq minn 22 oC, iffaċilitati mill-inverżjonijiet tat-temperatura fil-wied, jikkontribwixxu għaż-żieda fit-tannini fil-ġewż fl-istadju finali tas-sajran.

3)    Il-kundizzjonijiet naturali speċifiċi tat-tnixxif u l-ħżin għall-ġewż f’Nerpio

Il-klima kiesħa u xotta tal-ħarifa u x-xitwa tħaffef il-proċess ta’ deidratazzjoni (tnixxif) tal-ġewż. Fatturi oħra jinkludu l-ħsad fl-istadju ottimali ta’ sajran; nixxiefa naturali tradizzjonali; kif ukoll il-kundizzjonijiet tajba ta’ ħażna f’temperaturi moderati, u kostanti, taħt l-20 oC, u l-umdità baxxa, taħt il-75 oC. Qabel ma l-ġewż jitqiegħed fis-suq, dawn il-fatturi jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet tal-ħażna għall-ġewż u jippreservaw l-antiossidanti (tannini) tiegħu, u b’hekk idewmu l-proċess tat-tranġit. Proċeduri li jinvolvu l-ħasil u/jew it-tnixxif sfurzat ma humiex kompatibbli mad-DOP “Nueces de Nerpio”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/DOP_Nueces_de_Nerpio_SolicitudRegistro%20.aspx


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/33


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 41/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Pesca e Nettarina di Romagna”

Nru tal-UE: PGI-IT-1535-AM02 – 15.9.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di Tutela Pesca e Nettarina di Romagna I.G.P. [Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tal-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna”]

Via Béla Bartók 29/G

44124 – Ferrara

Tel. +39 0532904511

Fax +39 0532904521

Posta elettronika ċċertifikata: consorziopesca@registerpec.it

Il-Consorzio di Tutela Pesca e Nettarina di Romagna I.G.P. għandu d-dritt jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru għall-Politika tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   INTESTATURA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT AFFETTWATA MILL-EMENDA/I

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Kontrolli; Ordni u titoli tal-artikoli]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Il-lista ta’ varjetajiet li ġejja fl-Artikolu 2(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Pesca di Romagna”

Varjetajiet b’polpa safra: Maycrest, Spring Lady, Sprinbelle, Springcrest, Suncrest, Royal Glory, Royal Gem, Dixired, Flavorcrest, Glohaven, Merril Gem Free 1, Redhaven, Royal Majestic, Royal Time, Rich Lady, Maria Marta, Summer Rich, Grenat, Elegant Lady, Fayette, Royal Summer, Royal Lee, Royal Pride, Romestar, Symphonie, Mercil (jew O’Henry), Zainori (jew Kaweat);

Varjetajiet b’polpa bajda: Iris Rosso, Maria Bianca, Tendresse (jew Joulie), Duchessa d’Este, Rossa di San Carlo, Zaidaso (jew Kewina).

u

“Nettarina di Romagna”

Varjetajiet b’polpa safra: Early Sungrand, Maygrand, Laura, Ambra, Maillara (jew Big Ben), Nectaprima, Noracila, Flavortop, Indipendence, Maria Emilia, Maria Laura, Spring Red, Weimberger, Big Top (jew Zaitabo), Guerriera, Alitop, Honey Blaze, Romagna Big, Fantasia, Maria Aurelia, Nectaross, Stark Red Gold, Venus, Sweet Red, Sweet Lady, Morsiani 90, Honey Royal, Honety Glo’, Romagna Gold;

Varjetajiet b’polpa bajda: Silver King, Caldesi 2000, Nectarmagie, Silver Giant, Maillarmagic, Necta Perle, Romagna 3000, Romagna Red.

ġiet emendata kif ġej:

Ħawħ:

Varjetajiet bikrin b’polpa safra:

Bordò, Coraline (jew Monco), Crimson Lady, Dixired, Flavorcrest, Maycrest, Merril Gem Free 1, Rich May, Royal Gem, Royal Glory, Royal Majestic, Royal Time, Ruby Rich, Sagittaria, Spring Lady, Sprinbelle, Springcrest, Sugar Time;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra:

Azurite, Corindon, Diamond Princess, Elegant Lady, Fayette, Glohaven, Grenat, Maria Marta, Mercil (jew O’Henry), Plusplus, Redhaven, Rich Lady, Rome Star, Royal Estate, Royal Jim, Royal Lee, Royal Pride, Royal Summer, Royal Sweet, Summer Rich, Suncrest, Sweet Dream, Sweet Henry, Symphonie, Vista Rich, Zainori (jew Kaweah), Zee Lady;

Varjetajiet bikrin b’polpa bajda:

Greta, Iris Rosso, Monsolle, Patty;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa bajda:

Duchessa d’Este, Ivory Sun, Maria Bianca, Maura, Regalsnow (jew Maperla), Rosa del West, Rossa di San Carlo, Star Princess, Snow Lady, Tendresse (jew Joulie), Zaidaso (jew Kewina).

Nuċiprisk:

Varjetajiet bikrin b’polpa safra:

Alice, Ambra, Ara, Big Haven, Carene, Early Sungrand, Extreme Beauty, Gartairo, Garofa, Laura, Maillara (jew Big Bang), Maria Emilia, Maygrand, Nectaprima, Noracila, Rebus 028, Weimberger;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra:

Alma, Alma 2, Alexa, Amiga, Alitop, August Red, Big Top (jew Zaitabo), Diamond Ray, Dorabelle, Doracile, Dulcis, Dulciva, Early Zee, Fairlane, Fantasia, Febe, Flavortop, Gea, Guerriera, Honey Blaze, Honey Glo, Honey Kist, Honey Royale, Indipendence, Lady Erika, Late Fair, Luciana, Maria Aurelia, Maria Carla, Maria Laura, Max, Max 7, Monrené, Morsiani 60, Morsiani 90, Nectareine, Nectaross, Orine, Orion, Pit Lane, Pit Stop, Red Fair, Romagna Big, Romagna Giant, Romagna Gold, Romagna Lady, Romagna Queen, Romagna Summer, September Bright, Spring Red, Stark Red Gold, Sweet Lady, Sweet Red, Venus, Western Red;

Varjetajiet bikrin b’polpa bajda:

Caldesi 2000, Garcica, Romagna Red, Romagna Star, Silver King, Turquoise;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa bajda:

Caldesi 2020, Maillarmagie (jew Magique), Majestic Pearl, Nectarmagie, Nectaperle, Romagna 3000, Romagna Bright, Romagna Sweet, Romagna Top, Silver Giant, Silver Star, Sandine, Tourmaline, Zephyr.”

L-emenda tinvolvi l-aġġornament u l-espansjoni tal-firxa ta’ varjetajiet li jistgħu jintużaw. Saret minħabba l-grad għoli u r-rapidità tat-tiġdid varjetali fis-settur kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-prodott tal-IĠP. Għalhekk żdiedu kultivari ġodda, li spiss huma derivati minn kultivari passati jew qodma. L-espansjoni tal-firxa ta’ varjetajiet se tippermetti li jiġi estiż ukoll il-perjodu tal-ħsad, li jfisser li se jkun hemm disponibbiltà akbar tal-prodott għall-konsumaturi u li se jkun disponibbli għal perjodu itwal milli huwa l-każ bħalissa.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.2 tas-sommarju u l-punt 3.2 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Żdied il-paragrafu li ġej mal-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Għall-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna”, jistgħu jintużaw kultivari oħra tal-ħawħ derivati minn riċerka varjetali, bil-kundizzjoni li tingħata prova, permezz ta’ evidenza sperimentali u dokumentarja, li l-metodu kif jinkiseb il-prodott u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-frott huma konsistenti ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu ta’ dawn il-kultivari għall-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” għandu jiġi nnotifikat bil-quddiem u evalwat mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija, li għal dan il-għan jista’ jitlob l-opinjoni teknika tal-korp ta’ kontroll jew ta’ entità oħra.

Qed nitolbu din l-emenda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-produtturi fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda li jirriżultaw minn riċerka xjentifika, u sabiex jiġi żgurat li jibqa’ jkun hemm konformità mal-karatteristiċi oriġinali tal-“Pesca e Nettarina di Romagna”, filwaqt li titqies ir-rapidità tat-tiġdid varjetali li tikkaratterizza lil din l-ispeċi.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.2 tas-sommarju u l-punt 3.2 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Fl-Artikolu 6(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test li ġej dwar il-karatteristiċi tal-frott:

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-“Pesca di Romagna” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Kultivari b’polpa safra

Daqs: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal ċirkonferenza ta’ 21 cm;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

L-epikarpju, il-forma u l-piż medju f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

Kultivari b’polpa bajda

Daqs: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal ċirkonferenza ta’ 21 cm;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

L-epikarpju, il-forma u l-piż medju f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

u

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, in-“Nettarina di Romagna” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

a)

Kultivari b’polpa safra

Epikarpju: mingħajr suf;

Daqs: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal ċirkonferenza ta’ 21 cm;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

It-togħma, il-forma u l-piż medju minimu f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

b)

Kultivari b’polpa bajda

Epikarpju: mingħajr suf;

Daqs: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal ċirkonferenza ta’ 21 cm;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

It-togħma, il-forma u l-piż medju minimu f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

ingħaqad kif ġej u tmexxa għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Karatteristiċi tal-kwalità:

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-“Pesca e Nettarina di Romagna” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Kultivari bikrin b’polpa safra u b’polpa bajda

Daqs minimu A: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal piż minimu ta’ 135 g;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 9,5;

L-epikarpju u l-forma f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

Kultivari b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra u b’polpa bajda

Daqs minimu A: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal piż minimu ta’ 135 g;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

L-epikarpju u l-forma f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

Sabiex it-test jiġi strutturat aħjar, tqies xieraq li ssir distinzjoni bejn il-kultivari bikrija u dawk b’sajran medju u tardivi. Din id-distinzjoni taffettwa l-parametru tal-kontenut taz-zokkor, li, fil-kultivari bikrija, li jinħasdu qabel, ma jilħaqx il-livell tal-kultivari b’sajran medju u tardivi. Il-parametru relatat mal-piż minimu tal-frott, li jikkorrispondi għall-parametri tad-daqs l-oħra li diġà huma inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif indikat mill-istandards attwali tal-kummerċjalizzazzjoni, ġie ddikjarat ukoll sabiex id-daqsijiet minimi jiġu speċifikati b’mod aktar preċiż. Fl-aħħar nett, il-parametri kollha li jistabbilixxu l-karatteristiċi tal-kwalità tmexxew mill-Artikolu 6 għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex il-karatteristiċi kollha tal-prodott ikunu elenkati fl-istess Artikolu.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.2 tas-sommarju u l-punt 3.2 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

It-test li ġej żdied mal-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Il-frott jista’ jintuża wkoll għall-ipproċessar. Barra minn hekk, u esklużivament fil-każ tal-ipproċessar, huwa possibbli li jintuża wkoll frott li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ħlief dawk relatati mad-daqs u l-forma. Huwa permess li jkun hemm ukoll ħsara superfiċjali żgħira fil-qoxra, dment li tali ħsara ma taffettwax il-kwalità u l-ħajja tal-frotta fuq l-ixkaffa. Dan il-frott ma jistax jinbiegħ lill-konsumatur aħħari.”

Din l-emenda se tagħmilha possibbli li jiġi pproċessat ukoll frott li huwa difettuż biss fid-daqs jew fil-forma, minkejja li jkun ġie prodott u mkabbar f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, l-ipproċessar ta’ frott li ma jinsabx fi stat ta’ saħħa tajjeb u li ma jikkonformax mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott se jkun ipprojbit.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.2 tas-sommarju u l-punt 3.2 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Żona ġeografika

Fl-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-test li ġej dwar iż-żona tal-produzzjoni:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Pesca di Romagna” tkopri l-parti tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna adattata għat-tkabbir tal-ħawħ u hija magħmula kif ġej:

1)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ferrara: Argenta, Cento, Codigoro, Massa Fiscaglia, Poggio Renatico, Portomaggiore, S. Agostino, Tresigallo, Voghiera;

2)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Bolonja: Borgo Tossignano, Budrio, Casalfiumanese, Castelguelfo, Castenaso, Fontanelice, Granarolo dell’Emilia, Imola, Medicina, Minerbio, Molinella, Mordano;

3)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Forlì: Bertinoro, Castrocaro Terme, Cesena, Cesenatico Dovadola, Forlì, Forlimpopoli, Gambettola, Gatteo, Longiano, Meldola, Mercato Saraceno, Modigliaria, Montiano, Predappio, Roncofreddo, Sant’Arcangelo, Savignano sul Rubicone;

4)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ravenna: Alfonsine, Bagnacavallo, Bagnara di Romagna, Brisignella, Casola Valsenio, Castelbolognese, Cervia, Conselice, Cotignola, Faenza, Fusignano, Lugo, Massalombarda, Ravenna, Riolo Terme, Russi, S.Agata sul Santerno, Solarolo.

u

Iż-żona tal-produzzjoni tan-“Nettarina di Romagna” tkopri l-parti tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna adattata għat-tkabbir tal-ħawħ u hija magħmula kif ġej:

1)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ferrara: Argenta, Cento, Codigoro, Massa Fiscaglia, Poggio Renatico, Portomaggiore, S. Agostino, Tresigallo, Voghiera;

2)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Bolonja: Borgo Tossignano, Budrio, Casalfiumanese, Castelguelfo, Castenaso, Fontanelice, Granarolo dell’Emilia, Imola, Medicina, Minerbio, Molinella, Mordano;

3)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Forlì: Bertinoro, Castrocaro Terme, Cesena, Cesenatico Dovadola, Forlì, Forlimpopoli, Gambettola, Gatteo, Longiano, Meldola, Mercato Saraceno, Modigliaria, Montiano, Predappio, Roncofreddo, Sant’Arcangelo, Savignano sul Rubicone;

4)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ravenna: Alfonsine, Bagnacavallo, Bagnara di Romagna, Brisignella, Casola Valsenio, Castelbolognese, Cervia, Conselice, Cotignola, Faenza, Fusignano, Lugo, Massalombarda, Ravenna, Riolo Terme, Russi, S.Agata sul Santerno, Solarolo.

ġie kkoreġut u ssupplimentat kif ġej:

Artikolu 3

Żona tal-produzzjoni

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” tkopri l-parti tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna adattata għat-tkabbir tal-ħawħ u hija magħmula kif ġej:

1)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ferrara: Argenta, Cento, Codigoro, Copparo, Ferrara Fiscaglia – loc. Massa Fiscaglia, Poggio Renatico, Portomaggiore, Terre del Reno – loc. S. Agostino, Tresignana – loc. Tresigallo, Voghiera.

2)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Bolonja: Borgo Tossignano, Budrio, Casalfiumanese, Castel Guelfo di Bologna, Castenaso, Fontanelice, Granarolo dell’Emilia, Imola, Medicina, Minerbio, Molinella, Mordano.

3)

Il-muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Forlì-Cesena: Bertinoro, Castrocaro Terme e Terra del Sole, Cesena, Cesenatico, Dovadola, Forlì, Forlimpopoli, Gambettola, Gatteo, Longiano, Meldola, Mercato Saraceno, Modigliana, Montiano, Predappio, Roncofreddo, Savignano sul Rubicone.

4)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ravenna: Alfonsine, Bagnacavallo, Bagnara di Romagna, Brisighella, Casola Valsenio, Castel Bolognese, Cervia, Conselice, Cotignola, Faenza, Fusignano, Lugo, Massa Lombarda, Ravenna, Riolo Terme, Russi, Sant’Agata sul Santerno, Solarolo.

5)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Rimini: Santarcangelo di Romagna.

L-emendi huma meħtieġa sabiex jiġu kkoreġuti xi żbalji klerikali, jiġu aġġornati wħud mill-ismijiet tal-postijiet u jiżdiedu muniċipalitajiet ġodda, kif deskritt hawn taħt.

L-ismijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Massa Fiscaglia, S. Agostino u Tresigallo ġew sostitwiti bl-ismijiet il-ġodda tagħhom, Fiscaglia – loc. Massa Fiscaglia, Terre del Reno – loc. S. Agostino, u Tresignana – loc. Tresigallo, rispettivament.

Dawn l-aġġornamenti huma meħtieġa sabiex jiġu riflessi l-bidliet li daħlu fis-seħħ wara l-amalgamazzjonijiet li saru bejn Jannar 2014 u Jannar 2019. Ma jibdlux iż-żona ta’ oriġini totali.

L-isem “provinċja ta’ Forlì” ġie ssostitwit bi “provinċja ta’ Forlì-Cesena” peress li l-isem tal-provinċja nbidel skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 252 tas-6 ta’ Marzu 1992.

Il-muniċipalità ta’ Santarcangelo di Romagna, li kienet għadha tidher bħala parti mill-provinċja ta’ Forlì, issa ġiet elenkata taħt il-provinċja ta’ Rimini, kif ġie stabbilit bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 252/1992 imsemmi hawn fuq.

Fl-aħħar nett, l-ismijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Castelguelfo, Castrocaro Terme, Modigliaria, Brisignella, Castelbolognese, Massalombarda u S. Agata sul Santerno ġew sostitwiti bl-ismijiet it-tajbin: Castel Guelfo di Bologna, Castrocaro Terme e Terra del Sole, Modigliana, Brisighella, Castel Bolognese, Massa Lombarda u Sant’Agata sul Santerno, rispettivament.

Għalhekk ġew ikkoreġuti xi żbalji klerikali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mingħajr ma nbidlet iż-żona tal-oriġini.

Il-muniċipalitajiet ta’ Ferrara u Copparo fil-provinċja ta’ Ferrara żdiedu maż-żona ta’ oriġini.

Dan sabiex tinħoloq żona ġeografika tal-produzzjoni kontinwa. Il-muniċipalitajiet ta’ Ferrara u Copparo jinsabu ħdejn u jmissu mal-muniċipalitajiet diġà koperti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda fuq kollox għandhom tradizzjoni twila u kburija ta’ tkabbir tal-ħawħ u tan-nuċiprisk, li storikament kien isir hemmhekk. Peress li jinsabu ħdejn iż-żoni diġà koperti, huma omoġenji kemm fir-rigward tal-karatteristiċi ambjentali kif ukoll tat-tekniki tat-tkabbir.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.3 tas-sommarju u l-punt 4 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Prova tal-oriġini:

Aġġornament tal-proċedura biex tiġi stabbilita l-prova tal-oriġini

Il-paragrafi li ġejjin, rigward, rispettivament, il-“Pesca di Romagna” u n-“Nettarina di Romagna”, fl-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna huwa responsabbli li jikkontrolla li l-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 4 jiġu ssodisfati. Il-ġonna tas-siġar tal-ħawħ adattati għall-produzzjoni tal-“Pesca di Romagna” jiddaħħlu fir-reġistru x-xieraq, li għandu jiġi stabbilit, aġġornat u ppubblikat kull sena. Kopja ta’ dan ir-reġistru tiġi ppreżentata lill-muniċipalitajiet kollha li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Il-Ministeru għar-Riżorsi tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija jindika l-proċeduri li jridu jiġu segwiti b’rabta mar-reġistrazzjoni, mar-rappurtar tal-produzzjoni annwali u mal-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti, sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ korrett u xieraq tal-produzzjoni rikonoxxuta u kkumerċjalizzata kull sena bl-indikazzjoni ġeografika.

u

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna huwa responsabbli li jikkontrolla li l-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 4 jiġu ssodisfati. Il-ġonna tas-siġar tal-ħawħ adattati għall-produzzjoni tan-“Nettarina di Romagna” jiddaħħlu fir-reġistru x-xieraq, li għandu jiġi stabbilit, aġġornat u ppubblikat kull sena. Kopja ta’ dan ir-reġistru tiġi ppreżentata lill-muniċipalitajiet kollha li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Il-Ministeru għar-Riżorsi tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija jindika l-proċeduri li jridu jiġu segwiti b’rabta mar-reġistrazzjoni, mar-rappurtar tal-produzzjoni annwali u mal-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti, sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ korrett u xieraq tal-produzzjoni rikonoxxuta u kkumerċjalizzata kull sena bl-indikazzjoni ġeografika.

tħassru u ġew sostitwiti bit-test li ġej fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Artikolu 4

Prova tal-oriġini

Kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni hija mmonitorjata billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outputs kollha. It-traċċabbiltà tal-prodott għalhekk hija ggarantita permezz tar-reġistrazzjoni tal-irqajja’ tal-art fejn issir il-produzzjoni tal-bdiewa u tal-pakkjaturi f’reġistri speċifiċi, ġestiti mill-korp ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 7, kif ukoll permezz tan-notifika lill-korp ta’ kontroll tal-kwantitajiet prodotti.

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżla fil-listi relevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ kontroll, skont it-termini tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ kontroll korrispondenti.”

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi allinjat mas-sistemi ta’ kontroll attwali, peress li d-deskrizzjoni fil-verżjoni attwali tirreferi għal metodoloġiji u għodod li ma għadhomx jeżistu. It-test ġie aġġornat kemm fir-rigward tan-numerazzjoni — issa l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — kif ukoll f’termini tal-kontenut abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1152/2012. Il-kontrolli tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-fatt jiġu vverifikati minn korp ta’ kontroll maħtur mill-Ministeru u mhux mill-awtoritajiet reġjonali. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Metodu ta’ produzzjoni:

L-emendi għall-metodu tal-produzzjoni jikkonċernaw il-ħawħ u n-nuċiprisk.

Ir-referenza hija għall-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, li jsir l-Artikolu 5 bin-numerazzjoni l-ġdida.

L-Artikolu 5 l-ġdid tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – Il-metodu kif jinkiseb il-prodott inqasam f’żewġ taqsimiet:

5.1 Kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u 5.2 Tekniki tat-tkabbir.

Imfassal b’dan il-mod, l-Artikolu jiddeskrivi l-passi tekniċi b’mod aktar preċiż.

Is-sentenza li ġejja fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“L-użu tal-irrigazzjoni, tal-prassi tal-fertilizzazzjoni u ta’ prassi oħra ta’ kultivazzjoni u ta’ agronomija għandhom isiru skont il-modalitajiet tekniċi indikati mis-servizzi kompetenti tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna.”

tħassret.

Dan fil-fatt huwa prerekwiżit li jridu jissodisdaw l-azjendi kollha. Fil-fatt, l-iżviluppi regolatorji u n-natura vinkolanti ta’ ċerti rekwiżiti jfissru li ċerti kriterji jridu neċessarjament jiġu osservati. Għalhekk ma hemmx bżonn li dan jiġi indikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Fir-rigward tat-tekniki tat-tkabbir, it-test li ġej:

Id-distanzi tat-tħawwil permessi huma dawk li jintużaw ġeneralment, bil-possibbiltà ta’ densità massima ta’ 2 000 pjanta għal kull ettaru għal pjantaġġuni ġodda. Il-metodi ta’ tħarriġ standard permessi jistgħu jiġu traċċati lura għall-“vażun Emiljan” u l-varjazzjonijiet tiegħu; il-metodi tat-tħarriġ li jistgħu jintużaw huma l-imrewħa, il-“Y”, il-magħżel u l-varjazzjonijiet tagħhom.

ġie fformulat mill-ġdid kif ġej:

Id-distanzi tat-tħawwil permessi huma dawk li jintużaw ġeneralment, bil-possibbiltà ta’ densità massima ta’ 2 000 pjanta għal kull ettaru. Il-metodi ta’ tħarriġ standard permessi jistgħu jiġu traċċati lura għall-vażun Emiljan, il-vażun ittardjat u l-varjazzjonijiet tiegħu; il-metodi tat-tħarriġ li jistgħu jintużaw huma l-imrewħa, il-“Y”, il-magħżel u l-varjazzjonijiet tagħhom.

Ir-referenza speċifika għal pjantaġġuni ġodda tħassret peress li hija żejda. Għall-fini tal-kompletezza, ġie speċifikat ukoll il-metodu ta’ tħarriġ tal-vażun ittardjat, għalkemm il-metodi ta’ tħarriġ diġà huma kollha permessi.

Is-sentenza li ġejja fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“It-tekniki tat-tkabbir iridu jinkludu mill-inqas żbir fix-xitwa u żbir fl-istaġun tat-tkabbir skont ir-rekwiżiti tal-pjanti.”

tħassret.

Il-parti dwar iż-żbir tħassret għax dan huwa prerekwiżit. Billi jintużaw prattiki agrikoli tajbin fil-kuntesti varji kollha, tqies li ma kienx meħtieġ li dan jiġi speċifikat aktar billi tiżdied informazzjoni addizzjonali li ma hijiex meħtieġa.

Fir-rigward tar-rendimenti, is-sentenza li ġejja:

“Il-produzzjoni massima għal kull ettaru hija ta’ 35 000 kg għall-kultivari kollha aċċettati.”

ġiet issostitwita bil-verżjoni l-ġdida li ġejja:

“Il-produzzjoni massima għal kull ettaru għall-varjetajiet bikrin hija ta’ 35 000 kg għall-kultivari kollha aċċettati. Il-produzzjoni massima għal kull ettaru għall-varjetajiet b’sajran medju u dawk tardivi hija ta’ 50 000 kg għall-kultivari kollha aċċettati.”

Fir-rigward tal-produzzjoni massima, tqies xieraq li ssir distinzjoni bejn il-varjetajiet bikrija u dawk b’sajran medju u tardivi. Għall-varjetajiet bikrija, il-produzzjoni baqgħet l-istess b’35 000 kg għal kull ettaru.

Għalhekk ġiet miżjuda l-produzzjoni massima għall-varjetajiet b’sajran medju u tardivi, li hija stabbilita għal 50 000 kg għal kull ettaru. Bl-użu tal-metodi tat-tħawwil li diġà huma previsti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħall-magħżel, huwa faċli li tintlaħaq produzzjoni ta’ 50 000 kg għal kull ettaru. Dawn il-kwantitajiet bl-ebda mod ma huma se jaffettwaw l-aspetti tal-kwalità tal-frott; ġie stabbilit limitu massimu biex jiġi mħares proprju dan l-aspett.

Is-sentenza li ġejja fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“F’dawn il-limiti, ir-Reġjun tal-Emilia Romagna, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-evoluzzjoni staġunali u l-kundizzjonijiet ambjentali tal-kultivazzjoni, jiffissa, kull sena sal-15 ta’ Mejju, b’mod indikattiv, il-produzzjoni medja għal kull unità għal kull kultivar prevista fl-Artikolu 2.”

tħassret.

Fir-rigward tal-kompetenza tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna li jistabbilixxi b’mod indikattiv il-produzzjoni medja, għandu jiġi nnotat li, minkejja li għandu l-għażla li japplika din il-klawżola, ir-Reġjun qatt ma qies li dan huwa xieraq jew meħtieġ. Għalhekk il-produzzjoni medja, b’mod indikattiv, għal kull unità qatt ma ġiet stabbilita b’mod formali minn qabel. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u minħabba li l-valur qatt ma ġie stabbilit minn qabel, din il-klawżola wriet li hija superfluwa u għalhekk huwa meqjus xieraq li titħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-paragrafi li ġejjin tal-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jikkonċernaw il-“Pesca di Romagna” u n-“Nettarina di Romagna” rispettivament:

Jekk jinħażen frott li jista’ jiġi indikat bl-IĠP “Pesca di Romagna”, għandha tintuża t-teknika tar-refriġerazzjoni. Il-valuri għall-umdità u t-temperatura ġewwa l-imħażen kesħin iridu jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità.

u

Jekk jinħażen frott li jista’ jiġi indikat bl-IĠP “Nettarina di Romagna”, għandha tintuża t-teknika tar-refriġerazzjoni. Il-valuri għall-umdità u t-temperatura ġewwa l-imħażen kesħin iridu jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità.

ingħaqdu flimkien u ġew aġġustati kif ġej:

Jekk jinħażen frott li jista’ jiġi indikat bl-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna”, għandha tintuża t-teknika tar-refriġerazzjoni. Il-valuri għall-umdità u t-temperatura ġewwa l-imħażen kesħin iridu jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità.

Barra minn hekk, din is-sentenza ġiet imċaqalqa għall-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.5 tas-sommarju u s-sentenza t’hawn fuq iddaħħlet fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Rabta

Il-paragrafu attwali dwar ir-rabta, li jinsab fil-punt 4.6 tas-sommarju, huwa kif ġej:

Il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-klima u l-ħiliet tal-kultivaturi fiż-żona tal-produzzjoni jirriżultaw f’ħawħ u nuċiprisk bi kwalitajiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi speċjali li jinbiegħu fis-suq nazzjonali u Ewropew bħala prodott tipiku tal-Emilia-Romagna. Iż-żona tal-produzzjoni għandha klima tipika għall-pjanuri iżda hija influwenzata mill-prossimità tal-Baħar Adrijatiku. Iż-żona tal-produzzjoni hija l-parti tar-reġjun li għandha l-ogħla temperatura medja, bi kważi xejn ġlata fir-rebbiegħa, li tista’ tagħmel ħsara lill-frott. L-importanza tal-produzzjoni tal-“Pesca di Romagna” u tan-“Nettarina di Romagna” hija marbuta mhux biss mal-kundizzjonijiet oġġettivi u ottimali tal-ħamrija u tal-klima iżda wkoll mal-istruttura soċjali u produttiva taż-żona, li kapaċi tuża dawk ir-riżorsi u tqis il-frott tal-art u tax-xogħol. Fiż-żona fejn jitkabbru l-“Pesca di Romagna” u n-“Nettarina di Romagna”, hemm ħafna assoċjazzjonijiet ta’ produtturi, li, bis-saħħa tal-kapaċità organizzattiva tagħhom, waqqfu ċentri ta’ ġbir tal-prodotti fiż-żona bl-użu ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata. Iż-żona tant hija adattata għall-produzzjoni tal-ħawħ u tan-nuċiprisk li hija responsabbli għal madwar kwart tal-produzzjoni totali tal-frotta fl-Italja.

Dan żdied mal-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ġie fformulat mill-ġdid kif ġej:

Il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-klima u l-ħiliet tal-kultivaturi fiż-żona tal-produzzjoni jirriżultaw f’ħawħ u nuċiprisk bi kwalitajiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi speċjali li jinbiegħu fis-suq nazzjonali u Ewropew bħala prodott tipiku tal-Emilia-Romagna. Iż-żona tal-produzzjoni għandha klima tipika għall-pjanuri iżda hija influwenzata mill-prossimità tal-Baħar Adrijatiku. Iż-żona tal-produzzjoni hija l-parti tar-reġjun li għandha l-ogħla temperatura medja, bi kważi xejn ġlata fir-rebbiegħa, li tista’ tagħmel ħsara lill-frott. L-importanza tal-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” hija marbuta mhux biss mal-kundizzjonijiet oġġettivi u ottimali tal-ħamrija u tal-klima iżda wkoll mal-istruttura soċjali u produttiva taż-żona, li kapaċi tuża dawk ir-riżorsi u tqis il-frott tal-art u tax-xogħol. Fiż-żona fejn jitkabbar il-“Pesca e Nettarina di Romagna”, hemm ħafna assoċjazzjonijiet ta’ produtturi, li, bis-saħħa tal-kapaċità organizzattiva tagħhom, waqqfu ċentri ta’ ġbir tal-prodotti fiż-żona bl-użu ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata. Huwa wkoll bis-saħħa tal-preżenza ta’ tali organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kapaċità organizzattiva tagħhom li l-produtturi ilhom japplikaw b’mod volontarju tekniki ta’ produzzjoni integrata fiż-żona kollha għal tant snin. Bi ħsieb għall-ambjent u konxji mis-saħħa tal-konsumaturi, dawn issa jikkostitwixxu l-metodu tal-produzzjoni normali, u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali tal-produzzjoni tal-frott. Iż-żona tant hija adattata għall-produzzjoni tal-ħawħ u tan-nuċiprisk li hija responsabbli għal madwar kwart tal-produzzjoni totali tal-frotta fl-Italja.

L-iskop ta’ din l-emenda hu li tispjega f’aktar dettall kif il-professjonaliżmu tal-operaturi jaffettwa l-prodott finali. Għalhekk dawn huma bidliet fil-formulazzjoni li ma jaffettwawx is-sustanza tar-rabta.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.6 tas-sommarju u l-punt 5 tad-Dokument Uniku.

Tikkettar:

L-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott inqasam fi tliet taqsimiet, relatati mal-ħżin, l-ippakkjar u t-tikkettar, bil-għan li jiġu ċċarati d-diversi stadji ta’ wara l-ħsad.

Ħżin

Il-paragrafu li jiddeskrivi l-arranġamenti tal-ħżin, li qabel kien jinsab fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iċċaqlaq għal dan l-Artikolu, b’bidla fl-isem biss:

8.1

Ħżin

Jekk jinħażen frott li jista’ jiġi indikat bl-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna”, għandha tintuża t-teknika tar-refriġerazzjoni. Il-valuri għall-umdità u t-temperatura ġewwa l-imħażen kesħin iridu jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.5 tas-sommarju u s-sentenza t’hawn fuq iddaħħlet fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Ippakkjar:

Il-metodi tal-ippakkjar ġew ifformulati mill-ġdid. It-test tal-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“It-tipi ta’ ppakkjar aċċettati mill-UE li jistgħu jintużaw f’konformità mar-regoli fis-seħħ huma dawn li ġejjin:

tilari* tal-kartun, tal-injam u tal-plastik** tad-daqs 30 × 40 – b’saff wieħed;

tilari* tal-kartun, tal-injam u tal-plastik** tad-daqs 30 × 50 – b’saff wieħed;

tilari* tal-kartun, tal-injam u tal-plastik** tad-daqs 40 × 60 – b’saff wieħed;

tilari* tad-daqs 20 × 30 – b’saff wieħed;

Ippakkjar issiġillat għal frotta individwali jew aktar minn waħda (tilari żgħar, ċestini, kaxex, eċċ.).

*

It-tilari huma ppakkjar li jintuża biex jintwerew l-unitajiet għall-bejgħ jew il-frottiet individwali u/jew il-pakketti.

Għall-identifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP fit-tilari, għandhom jitwaħħlu fuq kull frotta individwali stikers bil-logo speċifiku fuq tal-anqas perċentwal ta’ 80 % tat-total tal-frott ippakkjat.

**

Plastik li jintrema wara l-użu jew li jista’ jerġa’ jintuża tat-tipi li ġejji:n IFCO/STECO/CPR SYSTEM U OĦRAJN.

F’kull wieħed mill-każijiet t’hawn fuq (ħlief għat-tilari) il-kontenituri jridu dejjem ikunu ssiġillati b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jinħareġ minnhom mingħajr ma jinkiser is-siġill.”

ġie emendat kif ġej:

“8.2

Ippakkjar

Għall-identifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP f’pakketti miftuħa, għandhom jitwaħħlu fuq kull frotta individwali stikers fuq tal-anqas perċentwal ta’ 70 % tat-total tal-frott ippakkjat.

Inkella, jekk ma jkunx hemm stikers fuq il-frott, il-pakketti, bħal pereżempju t-tilari u ċ-ċestini, iridu jkunu ssiġillati b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jinħareġ mingħajr ma jinkiser il-pakkett.

Huwa permess ukoll li fil-punt tal-bejgħ jinbiegħ il-prodott f’porzjonijiet minn ippakkjar issiġillat jew li jkun fih frott bl-istikers, dment li l-prodott ikun tqiegħed f’kompartimenti jew kontenituri speċifiċi li juru b’mod prominenti l-istess informazzjoni meħtieġa għall-ippakkjar li tissemma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

L-emenda tissodisfa l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata d-deskrizzjoni tal-formati tal-ippakkjar. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tas-suq u tal-konsumaturi f’termini tad-daqs u t-tip, u minħabba li xi formati tal-ippakkjar ġew ipprovduti biss bħala eżempji fil-verżjoni preċedenti, tqies xieraq li ssir referenza għat-tipi ta’ ppakkjar li huma permessi skont il-leġiżlazzjoni attwali. Fil-każ tal-ippakkjar miftuħ, mill-inqas 70 % tal-frott fil-pakkett irid ikollu stikers, li jipprovdu ċarezza akbar għall-konsumatur; inkella, l-ippakkjar irid ikun issiġillat. Fl-aħħar nett, tiġi pprovduta informazzjoni lill-konsumatur aħħari meta jinbiegħ il-prodott f’porzjonijiet minn ippakkjar jew tilari ssiġillati, dment li l-prodott ikun tqiegħed f’kompartimenti jew kontenituri speċifiċi li juru b’mod prominenti l-istess informazzjoni meħtieġa għall-ippakkjar li tissemma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda tippermetti lill-operaturi jbiegħu l-prodott - minn ippakkjar jew tilari ssiġillati - fil-kwantità mixtieqa mill-konsumatur u tiggarantixxi wkoll li l-konsumatur xorta jiġi infurmat sew fil-mument li jixtri l-prodott.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.8 tas-sommarju u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Il-perjodu tal-kummerċjalizzazzjoni

Id-dispożizzjoni dwar il-“Pesca di Romagna”:

“Il-prodott irid jitqiegħed fis-suq fil-perjodu bejn l-10 ta’ Ġunju u l-20 ta’ Settembru ta’ kull sena.”

u d-dispożizzjoni dwar in-“Nettarina di Romagna”:

“Il-prodott irid jitqiegħed fis-suq fil-perjodu bejn l-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.”

ġew issostitwiti bi:

“Il-prodott irid jitqiegħed fis-suq mill-10 ta’ Ġunju.”

Tqies xieraq li tiġi indikata biss id-data tal-bidu tal-perjodu tal-kummerċjalizzazzjoni, li se tibqa’ fl-10 ta’ Ġunju, u li titħassar id-data tat-tmiem. Dan iqis it-tibdil fil-klima f’dawn l-aħħar snin, li wassal għal perjodu ta’ kummerċjalizzazzjoni itwal, kif ukoll il-fatt li żdiedu varjetajiet ġodda u aktar tardivi.

Din l-emenda la taffettwa s-sommarju u lanqas id-Dokument Uniku.

Tikkettar:

Tikkettar – formulazzjoni:

Xi aspetti żgħar tal-formulazzjoni li għandhom jiġu inklużi fuq it-tikketta ġew emendati, fir-rigward tal-“Pesca di Romagna” u n-“Nettarina di Romagna” rispettivament. Il-paragrafi bl-istruzzjonijiet inizjali huma dawn li ġejjin:

Il-kontenitur irid ikun immarkat, b’ittri tal-istess daqs, bil-kliem “Pesca di Romagna” segwit minn “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] u mbagħad bl-isem tal-kultivar. Fl-istess kamp viżiv għandhom jidhru l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur, kif ukoll il-piż nett oriġinali. Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jista’ jiġi ripetut fi kwalunkwe parti oħra tal-kontenitur jew tat-tikketta, inkluż bl-akronimu “I.G.P.” [IĠP].

u

Il-kontenitur irid ikun immarkat, b’ittri tal-istess daqs, bil-kliem “Nettarina di Romagna” segwit minn “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] u mbagħad bl-isem tal-kultivar. Fl-istess kamp viżiv għandhom jidhru l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur, kif ukoll il-piż nett oriġinali. Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jista’ jiġi ripetut fi kwalunkwe parti oħra tal-kontenitur jew tat-tikketta, inkluż bl-akronimu “I.G.P.” [IĠP].

u ġew emendati kif ġej:

8.3.

Tikkettar

Il-kontenitur jista’ jkun immarkat bil-kliem “Pesca di Romagna” jew “Nettarina di Romagna”, segwit minn “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jew bl-akronimu I.G.P. [IĠP], u bl-isem tal-kultivar. Fl-istess kamp viżiv għandhom jidhru l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur.

Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jista’ jiġi ripetut fi kwalunkwe parti oħra tal-kontenitur jew tat-tikketta, inkluż bl-akronimu “I.G.P.” [IĠP].

Dawn l-emendi jissimplifikaw xi ftit ir-regoli dwar it-tikkettar billi jħassru elementi li huma meħtieġa mil-liġi, bħall-indikazzjoni tal-piż. Barra minn hekk jippermettu lill-pakkjaturi jispeċifikaw it-tip ta’ frott flimkien mal-isem tal-IĠP.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.8 tas-sommarju u l-punt 3.6 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

Tikkettar – Trademarks

Żdied paragrafu ma’ din it-taqsima tal-Artikolu 8 dwar il-possibbiltà li jintużaw trademarks:

Kliem u/jew simboli li jirreferu għal ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji, marki kollettivi jew trademarks individwali jistgħu jintużaw flimkien mal-kliem “IGP Pesca e Nettarina di Romagna” u s-simbolu Ewropew.

Din iż-żieda hija meħtieġa biex tadatta għall-ħtiġijiet tal-klijenti u l-konsumaturi, inklużi dawk ta’ natura kummerċjali.

Din l-emenda tapplika għall-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Tikkettar – Rekwiżiti oħra

Tħassru l-paragrafi li ġejjin:

Frott li, filwaqt li jkun prodott fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna, ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tad-daqs u l-kontenut ta’ zokkor ma jistax ikollu l-indikazzjoni ġeografika protetta “Pesca di Romagna”, u lanqas xi indikazzjoni ġeografika oħra.

Frott li, filwaqt li jkun prodott fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna, ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tad-daqs u l-kontenut ta’ zokkor ma jistax ikollu l-indikazzjoni ġeografika protetta “Nettarina di Romagna”, u lanqas xi indikazzjoni ġeografika oħra.

u

Il-kliem “Prodotto in Italia” [Prodott fl-Italja] irid jidher ukoll fuq il-lottijiet maħsuba għall-esportazzjoni.

Tqies xieraq li titħassar il-projbizzjoni fuq l-użu tal-isem għal prodotti mhux konformi peress li dan diġà ġie indikat b’mod ċar fl-artikoli preċedenti. Il-kliem “Prodotto in Italia” wkoll huwa meħtieġ mil-liġi u ma huwiex meqjus neċessarju li jinżamm fit-test.

Din l-emenda la taffettwa s-sommarju u lanqas id-Dokument Uniku.

Tikkettar – Prodott għall-ipproċessar

Żdied ukoll il-paragrafu li ġej mal-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Il-frott li se jiġi pproċessat ukoll jista’ jiġi kkunsinnat “individwalment”, f’pakketti jew f’kontenituri li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li għandhom tikketta xierqa biex jiżguraw l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà xierqa tal-prodott tal-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna” għall-ipproċessar.

Peress li ġew stabbiliti wkoll regoli għall-frott maħsub għall-ipproċessar, huwa meħtieġ li jiżdiedu r-rekwiżiti rilevanti tat-tikkettar mal-Ispeċifikazzjoni sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni xierqa u immedjata.

Din l-emenda tapplika għall-punt 3.6 korrispondenti tad-Dokument Uniku.

OĦRAJN

Kontrolli

Is-sentenzi li ġejjin fl-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Artikolu 5

Il-ġonna tas-siġar tal-ħawħ adattati għall-produzzjoni tal-“Pesca di Romagna” jiddaħħlu fir-reġistru x-xieraq, li għandu jiġi stabbilit, aġġornat u ppubblikat kull sena.

Il-ġonna tas-siġar tal-ħawħ adattati għall-produzzjoni tan-“Nettarina di Romagna” jiddaħħlu fir-reġistru x-xieraq, li għandu jiġi stabbilit, aġġornat u ppubblikat kull sena.

u

“Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna huwa responsabbli li jikkontrolla li l-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 4 huma ssodisfati.

Kopja ta’ dan ir-reġistru tiġi ppreżentata lill-muniċipalitajiet kollha li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni.

Il-Ministeru għar-Riżorsi tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija jindika l-proċeduri li jridu jiġu segwiti b’rabta mar-reġistrazzjoni, mar-rappurtar tal-produzzjoni annwali u mal-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti, sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ korrett u xieraq tal-produzzjoni rikonoxxuta u kkumerċjalizzata kull sena bl-indikazzjoni ġeografika.”

tħassru, ġew irriformulati u ġew issostitwiti mill-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ġej:

“Artikolu 7

Kontrolli

Skont l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-korp ta’ kontrol jikkontrolla li l-prodott jikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-korp ta’ kontroll magħżul huwa Check Fruit srl – via dei Mille, 24 – 40121 Bolonja – l-Italja, Tel. +39 051 649 4836, Fax +39 051 649 4813 - info@checkfruit.it”

L-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kollu kemm hu ġie abbozzat mill-ġdid skont l-Artikolu 7(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Din l-emenda tapplika għall-punt 4.7 tas-sommarju u ma tapplikax għad-Dokument Uniku.

OĦRAJN

Ordni u titoli tal-artikoli

L-artikoli u l-kontenut tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew ordnati u nnumerati abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Żdied titolu għal kull artikolu li jiffaċilita l-qari.

Skont l-emendi proposti, l-artikoli għalhekk huma kif ġej:

Artikolu 1 – Isem

Artikolu 2 – Karatteristiċi tal-prodott

Artikolu 3 – Żona tal-produzzjoni

Artikolu 4 – Prova tal-oriġini

Artikolu 5 – Metodu kif jinkiseb il-prodott

Artikolu 6 – Rabta maż-żona ġeografika

Artikolu 7 – Kontrolli

Artikolu 8 – Ħżin, ippakkjar u tikkettar

Konsolidazzjoni tal-partijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li huma l-istess għaż-żewġ tipi ta’ frott

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tikkonsisti f’żewġ dokumenti separati, l-ewwel wieħed dwar il-“Pesca di Romagna” u t-tieni dwar in-“Nettarina di Romagna”. Ħafna aspetti u rekwiżiti li huma l-istess għaż-żewġ tipi huma ripetuti fiż-żewġ dokumenti. Sabiex tittejjeb il-leġibbiltà u biex ir-regoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott isiru aktar ċari, din tqassret billi:

ingħaqdu flimkien l-Artikoli 1, 3, 4, 5, 6, 7 u 8;

inżammet sottodiviżjoni skont it-tip tal-prodott fl-Artikolu 2, li tagħmilha ċara li japplikaw listi ta’ varjetajiet differenti.

DOKUMENT UNIKU

“Pesca e Nettarina di Romagna”

Nru tal-UE: PGI-IT-1535-AM02 – 15.9.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Pesca e Nettarina di Romagna”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.    Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.    Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-indikazzjoni “Pesca e Nettarina di Romagna” tirreferi esklużivament għall-frott tal-kultivari tal-ħawħ li ġejjin:

Ħawħ:

Varjetajiet bikrin b’polpa safra:

Bordò, Coraline (jew Monco), Crimson Lady, Dixired, Flavorcrest, Maycrest, Merril Gem Free 1, Rich May, Royal Gem, Royal Glory, Royal Majestic, Royal Time, Ruby Rich, Sagittaria, Spring Lady, Sprinbelle, Springcrest, Sugar Time;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra:

Azurite, Corindon, Diamond Princess, Elegant Lady, Fayette, Glohaven, Grenat, Maria Marta, Mercil (jew O’Henry), Plusplus, Redhaven, Rich Lady, Rome Star, Royal Estate, Royal Jim, Royal Lee, Royal Pride, Royal Summer, Royal Sweet, Summer Rich, Suncrest, Sweet Dream, Sweet Henry, Symphonie, Vista Rich, Zainori (jew Kaweah), Zee Lady;

Varjetajiet bikrin b’polpa bajda:

Greta, Iris Rosso, Monsolle, Patty;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa bajda:

Duchessa d’Este, Ivory Sun, Maria Bianca, Maura, Regalsnow (jew Maperla), Rosa del West, Rossa di San Carlo, Star Princess, Snow Lady, Tendresse (jew Joulie), Zaidaso (jew Kewina).

Nuċiprisk:

Varjetajiet bikrin b’polpa safra:

Alice, Ambra, Ara, Big Haven, Carene, Early Sungrand, Extreme Beauty, Gartairo, Garofa, Laura, Maillara (jew Big Bang), Maria Emilia, Maygrand, Nectaprima, Noracila, Rebus 028, Weimberger;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra:

Alma, Alma 2, Alexa, Amiga, Alitop, August Red, Big Top (jew Zaitabo), Diamond Ray, Dorabelle, Doracile, Dulcis, Dulciva, Early Zee, Fairlane, Fantasia, Febe, Flavortop, Gea, Guerriera, Honey Blaze, Honey Glo, Honey Kist, Honey Royale, Indipendence, Lady Erika, Late Fair, Luciana, Maria Aurelia, Maria Carla, Maria Laura, Max, Max 7, Monrené, Morsiani 60, Morsiani 90, Nectareine, Nectaross, Orine, Orion, Pit Lane, Pit Stop, Red Fair, Romagna Big, Romagna Giant, Romagna Gold, Romagna Lady, Romagna Queen, Romagna Summer, September Bright, Spring Red, Stark Red Gold, Sweet Lady, Sweet Red, Venus, Western Red;

Varjetajiet bikrin b’polpa bajda:

Caldesi 2000, Garcica, Romagna Red, Romagna Star, Silver King, Turquoise;

Varjetajiet b’sajran medju jew tardivi b’polpa bajda:

Caldesi 2020, Maillarmagie (jew Magique), Majestic Pearl, Nectarmagie, Nectaperle, Romagna 3000, Romagna Bright, Romagna Sweet, Romagna Top, Silver Giant, Silver Star, Sandine, Tourmaline, Zephyr.

Għall-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna”, jistgħu jintużaw kultivari oħra tal-ħawħ derivati minn riċerka varjetali, bil-kundizzjoni li tingħata prova, permezz ta’ evidenza sperimentali u dokumentarja, li l-metodu kif jinkiseb il-prodott u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-frott huma konsistenti ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu ta’ dawn il-kultivari għall-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” għandu jiġi nnotifikat bil-quddiem u evalwat mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija, li għal dan il-għan jista’ jitlob l-opinjoni teknika tal-korp ta’ kontroll jew ta’ entità oħra.

Karatteristiċi tal-kwalità

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-“Pesca e Nettarina di Romagna” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Kultivari bikrin b’polpa safra u b’polpa bajda

Daqs minimu A: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal piż minimu ta’ 135 g;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 9,5;

L-epikarpju u l-forma f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

Kultivari b’sajran medju jew tardivi b’polpa safra u b’polpa bajda

Daqs minimu A: dijametru minimu ta’ 67 mm, li jikkorrispondi għal piż minimu ta’ 135 g;

Kontenut ta’ zokkor: (° Bx) mill-inqas 11;

L-epikarpju u l-forma f’konformità mal-karatteristiċi tal-kultivari kkonċernati.

Il-frott jista’ jintuża wkoll għall-ipproċessar.

Barra minn hekk, u esklużivament fil-każ tal-ipproċessar, huwa possibbli li jintuża wkoll frott li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ħlief dawk relatati mad-daqs u l-forma. Huwa permess li jkun hemm ukoll ħsara superfiċjali żgħira fil-qoxra, dment li tali ħsara ma taffettwax il-kwalità u l-ħajja tal-frotta fuq l-ixkaffa. Dan il-frott ma jistax jinbiegħ lill-konsumatur aħħari.

3.3.    Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.    Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna” sal-ħsad tal-prodott iridu jseħħu esklużivament fl-ambitu taż-żona ġeografika indikata fil-punt 4.

3.5.    Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Jekk jinħażen frott li jista’ jiġi indikat bl-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna”, għandha tintuża t-teknika tar-refriġerazzjoni. Il-valuri għall-umdità u t-temperatura ġewwa l-imħażen kesħin iridu jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità.

Għall-identifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP f’pakketti miftuħa, għandhom jitwaħħlu fuq kull frotta individwali stikers fuq tal-anqas perċentwal ta’ 70 % tat-total tal-frott ippakkjat.

Inkella, jekk ma jkunx hemm stikers fuq il-frott, il-pakketti, bħal pereżempju t-tilari u ċ-ċestini, iridu jkunu ssiġillati b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jinħareġ mingħajr ma jinkiser il-pakkett.

Huwa permess ukoll li fil-punt tal-bejgħ jinbiegħ il-prodott f’porzjonijiet minn ippakkjar issiġillat jew li jkun fih frott bl-istikers, dment li l-prodott ikun tqiegħed f’kompartimenti jew kontenituri speċifiċi li juru b’mod prominenti l-istess informazzjoni meħtieġa għall-ippakkjar.

3.6.    Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-kontenitur jista’ jkun immarkat bil-kliem “Pesca di Romagna” jew “Nettarina di Romagna”, segwit minn “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jew bl-akronimu I.G.P. [IĠP], u bl-isem tal-kultivar. Fl-istess kamp viżiv għandhom jidhru l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-pakkjatur.

Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jista’ jiġi ripetut fi kwalunkwe parti oħra tal-kontenitur jew tat-tikketta, inkluż bl-akronimu “I.G.P.” [IĠP].

Kliem u/jew simboli li jirreferu għal ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji, marki kollettivi jew trademarks individwali jistgħu jintużaw flimkien mal-kliem “IGP Pesca e Nettarina di Romagna” u s-simbolu Ewropew.

Il-frott li se jiġi pproċessat ukoll jista’ jiġi kkunsinnat “individwalment”, f’pakketti jew f’kontenituri li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li għandhom tikketta xierqa biex jiżguraw l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà xierqa tal-prodott tal-IĠP “Pesca e Nettarina di Romagna” għall-ipproċessar.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” tkopri l-parti tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna adattata għat-tkabbir tal-ħawħ u hija magħmula kif ġej:

1)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ferrara: Argenta, Cento, Codigoro, Copparo, Ferrara, Fiscaglia – loc. Massa Fiscaglia, Poggio Renatico, Portomaggiore, Terre del Reno – loc. S. Agostino, Tresignana – loc. Tresigallo, Voghiera.

2)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Bolonja: Borgo Tossignano, Budrio, Casalfiumanese, Castel Guelfo di Bologna, Castenaso, Fontanelice, Granarolo dell’Emilia, Imola, Medicina, Minerbio, Molinella, Mordano.

3)

Il-muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Forlì-Cesena: Bertinoro, Castrocaro Terme e Terra del Sole, Cesena, Cesenatico, Dovadola, Forlì, Forlimpopoli, Gambettola, Gatteo, Longiano, Meldola, Mercato Saraceno, Modigliana, Montiano, Predappio, Roncofreddo, Savignano sul Rubicone.

4)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ravenna: Alfonsine, Bagnacavallo, Bagnara di Romagna, Brisighella, Casola Valsenio, Castel Bolognese, Cervia, Conselice, Cotignola, Faenza, Fusignano, Lugo, Massa Lombarda, Ravenna, Riolo Terme, Russi, Sant’Agata sul Santerno, Solarolo.

5)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Rimini: Santarcangelo di Romagna.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-klima u l-ħiliet tal-kultivaturi fiż-żona tal-produzzjoni jirriżultaw f’ħawħ u nuċiprisk bi kwalitajiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi speċjali li jinbiegħu fis-suq nazzjonali u Ewropew bħala prodott tipiku tal-Emilia-Romagna. Iż-żona tal-produzzjoni għandha klima tipika għall-pjanuri iżda hija influwenzata mill-prossimità tal-Baħar Adrijatiku. Iż-żona tal-produzzjoni hija l-parti tar-reġjun li għandha l-ogħla temperatura medja, bi kważi xejn ġlata fir-rebbiegħa, li tista’ tagħmel ħsara lill-frott. L-importanza tal-produzzjoni tal-“Pesca e Nettarina di Romagna” hija marbuta mhux biss mal-kundizzjonijiet oġġettivi u ottimali tal-ħamrija u tal-klima iżda wkoll mal-istruttura soċjali u produttiva taż-żona, li kapaċi tuża dawk ir-riżorsi u tqis il-frott tal-art u tax-xogħol. Fiż-żona fejn jitkabbar il-“Pesca e Nettarina di Romagna”, hemm ħafna assoċjazzjonijiet ta’ produtturi, li, bis-saħħa tal-kapaċità organizzattiva tagħhom, waqqfu ċentri ta’ ġbir tal-prodotti fiż-żona bl-użu ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata. Huwa wkoll bis-saħħa tal-preżenza ta’ tali organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kapaċità organizzattiva tagħhom li l-produtturi ilhom japplikaw b’mod volontarju tekniki ta’ produzzjoni integrata fiż-żona kollha għal tant snin. Bi ħsieb għall-ambjent u konxji mis-saħħa tal-konsumaturi, dawn issa jikkostitwixxu l-metodu tal-produzzjoni normali, u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali tal-produzzjoni tal-frott. Iż-żona tant hija addatta għall-produzzjoni tal-ħawħ u tan-nuċiprisk li hija responsabbli għal madwar kwart tal-produzzjoni totali tal-frotta fl-Italja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.