ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2023/C 35/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2023/C 35/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Kiel vs Norddeutsche Gesellschaft für Diakonie mbH
(Kawża C-141/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) - Persuni taxxabbli - Fakultà għall-Istati Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli unika lil entitajiet indipendenti mill-perspettiva legali iżda marbuta mill-qrib bejniethom mill-perspettiva finanzjarja, ekonomika u tal-organizzazzjoni (“Grupp tal-VAT”) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-korp dominanti tal-grupp tal-VAT bħala l-unika persuna taxxabbli - Kunċett ta’ “rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi” - Ħtieġa għall-korp dominanti li jkollu maġġoranza ta’ drittijiet tal-vot, minbarra maġġoranza ta’ ishma - Assenza - Evalwazzjoni tal-indipendenza ta’ entità ekonomika fid-dawl tal-kriterji standardizzati - Portata)
(2023/C 35/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Kiel
Konvenut: Norddeutsche Gesellschaft für Diakonie mbH
Dispożittiv
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/65/KE, tas-17 ta’ Ottubru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li Stat Membru jinnomina, bħala persuna taxxabbli unika ta’ grupp tal-VAT, iffurmat minn persuni indipendenti mill-perspettiva legali, iżda marbuta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv, lill-korp dominanti tiegħu, meta dan il-korp ikun f’pożizzjoni li jimponi r-rieda tiegħu fuq l-entitajiet l-oħra li jifformaw parti minn dan il-grupp u bil-kundizzjoni li din l-indikazzjoni ma twassalx għal riskju ta’ telf fiskali. |
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2000/65, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà għal entità partikolari li tifforma, mal-impriża tal-korp dominanti, grupp iffurmat minn persuni indipendenti mill-perspettiva legali, iżda marbuta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv, għall-kundizzjoni li dan il-korp ikollu, fi ħdan l-imsemmija entità, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot minbarra sehem maġġoritarju fil-kapital tagħha. |
3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2000/65, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 77/388, kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi li Stat Membru jikklassifika, b’kategorizzazzjoni, lil entitajiet partikolari bħala li ma humiex indipendenti, meta dawn l-entitajiet ikunu integrati fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv mal-korp dominanti ta’ grupp iffurmat minn persuni indipendenti mill-perspettiva legali, iżda marbuta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Dicembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt T vs S
(Kawża C-269/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) - Persuni taxxabbli - Fakultà għall-Istati Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli unika lil entitajiet indipendenti mill-perspettiva legali iżda marbuta mill-qrib bejniethom mill-perspettiva finanzjarja, ekonomika u tal-organizzazzjoni (“Grupp tal-VAT”) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-korp dominanti tal-grupp tal-VAT bħala l-unika persuna taxxabbli - Provvisti interni għall-grupp tal-VAT - Artikolu 6(2)(b) - Provvisti ta’ servizzi mogħtija mingħajr ħlas - Kunċett ta’ “skopijiet barra dawk tan-negozju”)
(2023/C 35/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt T
Konvenut: S
Dispożittiv
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li Stat Membru jinnomina, bħala persuna taxxabbli unika ta’ grupp tal-VAT, iffurmat minn persuni indipendenti mill-perspettiva legali, iżda marbuta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv, lill-korp dominanti tiegħu, meta dan il-korp ikun f’pożizzjoni li jimponi r-rieda tiegħu fuq l-entitajiet l-oħra li jifformaw parti minn dan il-grupp u bil-kundizzjoni li din l-indikazzjoni ma twassalx għal riskju ta’ telf fiskali. |
2) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-każ fejn entità li tikkostitwixxi l-persuna taxxabbli unika ta’ grupp tal-VAT, iffurmat minn persuni indipendenti mill-perspettiva legali, iżda marbuta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv, u li twettaq, minn naħa, attivitajiet ekonomiċi li għalihom hija suġġetta u, min-naħa l-oħra, attivitajiet li hija twettaq fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika tagħha, li fir-rigward tagħhom hija ma titqiesx bħala persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva, il-forniment, minn entità li tifforma parti minn dan il-grupp, ta’ provvista ta’ servizzi b’rabta mal-imsemmi eżerċizzju, ma għandux jiġi intaxxat skont l-Artikolu 6(2)(b) ta’ din id-direttiva. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – TU, RE vs Google LLC
(Kawża C-460/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 12(b) - Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 17(3)(a) - Operatur ta’ magna tat-tiftix fuq l-internet - Tiftixa li tkun saret fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna - Viżwalizzazzjoni ta’ links diretti lejn artikli li jinkludu informazzjoni allegatament falza fil-lista ta’ riżultati ta’ tfittxija - Viżwalizzazzjoni, fil-forma ta’ immaġnijiet żgħar (thumbnails), tar-ritratti li jservu bħala illustrazzjoni għal dawn l-artikli fil-lista ta’ riżultati ta’ tiftixa ta’ immaġnijiet - Talba ta’ tneħħija ta’ referenza indirizzata lill-operatur ta’ magna tat-tiftix - Ibbilanċjar tad-drittijiet fundamentali - Artikoli 7, 8, 11 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Obbligi u responsabbiltajiet tal-operatur ta’ magna tat-tiftix fl-ipproċessar ta’ talba għal tneħħija ta’ referenza - Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li titlob it-tneħħija ta’ referenza)
(2023/C 35/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TU, RE
Konvenut: Google LLC
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-kuntest tal-ibbilanċjar li għandu jsir bejn id-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u dawk imsemmija fl-Artikoli 11 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, min-naħa l-oħra, għall-finijiet tal-eżami ta’ talba ta’ tneħħija ta’ referenza indirizzata lill-operatur ta’ magna tat-tiftix u intiża sabiex mil-lista ta’ riżultati ta’ tiftixa jitneħħa l-link lejn kontenut li jikkomporta allegazzjonijiet li l-persuna li tkun ressqet it-talba tqis li huma foloz, din it-tneħħija ta’ referenza ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-kwistjoni tal-verità tal-kontenut irreferenzjat tkun ġiet riżolta minn tal-inqas b’mod provviżorju fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn din il-persuna kontra l-fornitur ta’ dan il-kontenut. |
2) |
L-Artikolu 12(b) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, kif ukoll l-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament 2016/679 għandhom jiġu interpretati fis-sens li: fil-kuntest tal-ibbilanċjar li għandu jsir bejn id-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minn naħa, u dawk imsemmija fl-Artikoli 11 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, min-naħa l-oħra, għall-finijiet tal-eżami ta’ talba ta’ tneħħija ta’ referenza indirizzata lill-operatur ta’ magna tat-tiftix u intiża sabiex mir-riżultati ta’ tiftixa ta’ immaġnijiet imwettqa fuq il-bażi tal-isem ta’ persuna fiżika jitneħħew ritratti vviżwalizzati taħt il-forma ta’ immaġnijiet żgħar (thumbnails) li jirrappreżentaw din il-persuna, jeħtieġ li jitqies il-valur informattiv ta’ dawn ir-ritratti indipendentement mill-kuntest tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-paġna tal-internet li minnha ttieħdu, iżda billi jittieħed inkunsiderazzjoni kull element testwali li jakkumpanja direttament il-viżwalizzazzjoni ta’ dawn ir-ritratti fir-riżultati ta’ tiftix u li jista’ jitfa’ dawl fuq il-valur informattiv tagħhom. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Guillaume Vincenti
(Kawża C-653/20 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 45(1) - Promozzjoni - Deċiżjoni li uffiċjal ma jiġix promoss - Artikolu 41(1) u 2(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2023/C 35/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Guillaume Vincenti (rappreżentant: H. Tettenborn, aġent)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU vs Vlaamse Regering
(Kawża C-694/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni - Skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli - Direttiva 2011/16/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/822 - Artikolu 8ab(5) - Validità - Sigriet professjonali tal-avukat - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ rapportar li jgawdi minnha l-avukat intermedjarju suġġett għas-sigriet professjonali - Obbligu ta’ dan l-avukat intermedjarju li jikkomunika, lil kull intermedjarju ieħor li ma huwiex il-klijent tiegħu, l-obbligi ta’ rapportar li jaqgħu fuqu - Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
(2023/C 35/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU
Konvenut: Vlaamse Regering
Dispożittiv
L-Artikolu 8ab(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018, huwa invalidu fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-applikazzjoni tiegħu mill-Istati Membri għandha l-effett li timponi fuq l-avukat li jaġixxi bħala intermedjarju fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, kif emendata, meta dan ikun eżentat mill-obbligu ta’ rapportar, previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 8ab tal-imsemmija direttiva, kif emendata, minħabba s-sigriet professjonali li bih huwa marbut, l-obbligu li jikkomunika mingħajr dewmien lil kull intermedjarju ieħor li ma jkunx il-klijent tiegħu l-obbligi ta’ rapportar li jaqgħu fuqu skont il-paragrafu 6 tal-imsemmi Artikolu 8ab.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – VS vs Inspektor v Inspektorata kam Visshia sadeben savet
(Kawża C-180/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikoli 2, 4 u 6 - Applikabbiltà tar-Regolament 2016/679 - Kunċett ta’ “interess leġittimu” - Kunċett ta’ “kompitu ta’ interess pubbliku jew li jaqa’ taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika” - Direttiva (UE) 2016/680 - Artikoli 1, 3, 4, 6 u 9 - Legalità tal-ipproċessar ta’ data personali miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni preliminari - Ipproċessar sussegwenti ta’ data relatata mal-vittma preżunta ta’ reat kriminali għall-finijiet tal-akkuża tagħha - Kunċett ta’ “skop differenti minn dawk li għalihom id-data tkun inġabret” - Data użata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Stat Membru għall-finijiet tad-difiża tiegħu fil-kuntest ta’ rikors għad-danni kontra l-Istat)
(2023/C 35/07)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Blagoevgrad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VS
Konvenut: Inspektor v Inspektorata kam Visshia sadeben savet
fil-preżenza ta’: Teritorialno otdelenie – Petrich kam Rayonna prokuratura – Blagoevgrad
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, moqri flimkien mal-Artikolu 4(2) u mal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ipproċessar ta’ data personali jissodisfa skop differenti minn dak li għalih din id-data tkun inġabret, meta l-ġbir ta’ tali data jkun twettaq għall-finijiet tas-sejbien u tal-investigazzjoni ta’ reat kriminali, filwaqt li l-imsemmi pproċessar jitwettaq għall-finijiet tal-prosekuzzjoni kriminali ta’ persuna fi tmiem l-investigazzjoni kriminali inkwistjoni, u dan indipendentement mill-fatt li din il-persuna kienet meqjusa bħala vittma fil-mument tal-imsemmi ġbir, u li tali pproċessar huwa awtorizzat bis-saħħa tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, sakemm dan josserva l-kundizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni. |
2) |
L-Artikolu 3(8) u l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2016/680 kif ukoll l-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandhom jiġu interpretati fis-sens li: dan ir-regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Stat Membru, sabiex jeżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu fil-kuntest ta’ rikors għad-danni kontra l-Istat, meta, minn naħa, huwa jinforma lill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni bl-eżistenza ta’ fajls li jikkonċernaw lil persuna fiżika li tkun parti f’dan ir-rikors, miftuħa għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2016/680 u meta, min-naħa l-oħra, huwa jibgħat dawn il-fajls lil dik il-qorti. |
3) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-każ fejn rikors għad-danni kontra l-Istat ikun ibbażat fuq in-nuqqasijiet imputati lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu fil-qasam kriminali, tali pproċessar ta’ data personali jista’ jitqies bħala legali jekk dan ikun neċessarju għat-twettiq ta’ kompitu ta’ interess pubbliku, fis-sens tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, ta’ difiża tal-interessi ġuridiċi u finanzjarji tal-Istat, fdat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-kuntest ta’ dawk il-proċeduri, abbażi tad-dritt nazzjonali, sakemm l-imsemmi pproċessar ta’ data jkun jissodisfa r-rekwiżiti kollha applikabbli previsti mill-imsemmi regolament. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Luxury Trust Automobil GmbH vs Finanzamt Österreich
(Kawża C-247/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Il-punt (a) tal-Artikolu 42 - Artikolu 197(1)(ċ) - Il-punt 11a tal-Artikolu 226 - Artikolu 141 - Eżenzjoni - Tranżazzjoni triangolari - Indikazzjoni tad-destinatarju finali ta’ kunsinna bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT - Fatturi - Indikazzjoni “Inverżjoni tal-ħlas” - Natura obbligatorja - Ommissjoni ta’ din l-indikazzjoni fuq fattura - Rettifika retroattiva tal-fattura)
(2023/C 35/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luxury Trust Automobil GmbH
Konvenut: Finanzamt Österreich
Dispożittiv
1) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 42 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, moqri flimkien mal-Artikolu 197(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-kuntest ta’ tranżazzjoni triangolari, ix-xerrej finali ma jkunx ġie indikat b’mod validu bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) meta l-fattura maħruġa mix-xerrej intermedjarju ma tinkludix l-indikazzjoni “Inverżjoni tal-ħlas”, imsemmija fil-punt 11a tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata. |
2) |
Il-punt 11a tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-ommissjoni, fuq fattura, tal-indikazzjoni “Inverżjoni tal-ħlas” meħtieġa minn din id-dispożizzjoni, ma tistax tiġi rrettifikata sussegwentement biż-żieda ta’ indikazzjoni li tispeċifika li din il-fattura tikkonċerna tranżazzjoni triangolari intra-Komunitarja u li d-dejn fiskali huwa ttrasferit lid-destinatarju tal-kunsinna. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra HYA, IP, DD, ZI, SS
(Kawża C-348/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għal proċess tiegħu waqt il-kors tal-proċeduri kriminali - Artikolu 8(1) - Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża - Interrogazzjoni tax-xhieda tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha fl-istadju ta’ qabel il-proċedura kriminali - Impossibbiltà ta’ smigħ tax-xhieda tal-prosekuzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ din il-proċedura - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil qorti kriminali tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq id-depożizzjonijiet preċedenti tal-imsemmija xhieda)
(2023/C 35/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
HYA, IP, DD, ZI, SS
fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura.
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, li tippermetti lil qorti nazzjonali, meta ma jkunx possibbli li ssir eżaminazzjoni ta’ xhud ta’ prosekuzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ proċedura kriminali, tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tiddeċiedi fuq il-ħtija jew l-innoċenza ta’ din il-persuna fuq id-depożizzjoni tal-imsemmi xhud miksuba waqt smigħ li seħħ quddiem mħallef waqt l-istadju ta’ qabel din il-proċedura, iżda mingħajr il-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata jew tal-avukat tagħha, sakemm ma jkunx hemm raġuni serja li tiġġustifika n-nuqqas ta’ dehra ta’ xhud matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċedura kriminali, li d-depożizzjoni ta’ dan ix-xhud ma tikkostitwixxix l-bażi unika jew determinanti ta’ kundanna tal-persuna akkużata u li jeżistu elementi kumpensatorji suffiċjenti sabiex jikkontrobilanċjaw id-diffikultajiet ikkawżati lil din il-persuna jew l-avukat tagħha minħabba l-fatt tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija depożizzjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I – il-Ġermanja) – DOMUS-Software-AG vs Marc Braschoß Immobilien GmbH
(Kawża C-370/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba mill-kreditur f’każ ta’ ħlas tard mid-debitur - Artikolu 6 - Somma stabbilita minima ta’ EUR 40 - Dewmien ta’ diversi pagamenti bħala remunerazzjoni għal provvisti ta’ merkanzija jew għal provvisti ta’ servizzi ta’ natura perijodika mwettqa fl-eżekuzzjoni tal-istess kuntratt uniku)
(2023/C 35/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DOMUS-Software-AG
Konvenut: Marc Braschoß Immobilien GmbH
Dispożittiv
L-Artikoli 6(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
meta l-istess kuntratt uniku jipprevedi provvisti ta’ merkanzija jew provvisti ta’ servizzi ta’ natura perijodika, bil-ħlas għal kull provvista fi żmien determinat, is-somma stabbilita minima ta’ EUR 40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru tkun dovuta lill-kreditur għal kull ħlas tard.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta' Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – P GmbH vs Finanzamt Österreich
(Kawża C-378/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 203 - Aġġustament tad-dikjarazzjoni tal-VAT - Benefiċjarji ta’ servizzi li ma jistgħux jinvokaw dritt għal tnaqqis - Assenza ta’ riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali)
(2023/C 35/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P GmbH
Konvenut: Finanzamt Österreich
Dispożittiv
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1065 tas-27 ta’ Ġunju 2016,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
persuna taxxabbli, li pprovdiet servizz u li indikat fuq il-fattura tagħha ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikkalkolata abbażi ta’ rata żbaljata, ma hijiex responsabbli, skont din id-dispożizzjoni, għall-parti tal-VAT iffatturata b’mod żbaljat jekk ma jeżisti ebda riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali minħabba li l-benefiċjarji ta’ dan is-servizz huma esklużivament konsumaturi finali li ma għandhomx dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – DELID EOOD vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”
(Kawża C-409/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni (PAK) - Finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (UE) Nru 1305/2013 - Għajnuna għall-investiment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna għall-kundizzjoni li l-applikant jippreżenta ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ sit ta’ trobbija stabbilit f’ismu u juri li, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, il-produzzjoni tal-azjenda agrikola tiegħu hija ekwivalenti għal mill-inqas EUR 8 000)
(2023/C 35/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DELID EOOD
Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna msemmija f’din id-dispożizzjoni għall-kundizzjoni li l-applikant jippreżenta ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ sit ta’ trobbija stabbilit f’ismu. |
2) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1305/2013, kif emendat bir-Regolament 2017/2393, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-għajnuna msemmija f’din id-dispożizzjoni għall-kundizzjoni li l-applikant juri li, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, il-produzzjoni tal-azjenda agrikola tiegħu hija ekwivalenti għal mill-inqas EUR 8 000. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie – il-Polonja) – X sp. z o.o., sp. k. vs Z
(Kawża C-419/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Punt 1 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” - Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru sostnuti mill-kreditur fil-każ ta’ ħlas tardiv mid-debitur - Artikolu 6 - Ammont minimu fiss ta’ EUR 40 - Dewmien ta’ diversi ħlasijiet bħala remunerazzjoni għall-kunsinni ta’ merkanzija jew għall-provvista ta’ servizzi mwettqa b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt wieħed u uniku)
(2023/C 35/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X sp. z o.o., sp. k.
Konvenut: Z
Dispożittiv
1) |
Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” inkluż fih ikopri kull waħda mill-kunsinni ta’ merkanzija jew mill-provvista ta’ servizzi suċċessivi, imwettqa b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt wieħed u uniku. |
2) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/7, moqri flimkien mal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li: meta kuntratt wieħed u uniku jkun jipprevedi kunsinni ta’ merkanzija jew provvista ta’ servizzi suċċessivi, fejn kull waħda għandha titħallas f’terminu speċifiku, l-ammont minimu fiss ta’ EUR 40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru għandu jkun dovut lill-kreditur għal kull ħlas tardiv. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – L-Ungerija) – Aquila Part Prod Com S.A vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-512/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità - Frodi - Prova - Obbligu ta’ diliġenza tal-persuna taxxabbli - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ksur tal-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-ikel - Mandat mogħti mill-persuna taxxabbli lil terz sabiex iwettaq it-tranżazzjonijiet intaxxati - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal smigħ xieraq)
(2023/C 35/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aquila Part Prod Com S.A
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
2) |
Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
3) |
Id-Direttiva 2006/112, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
4) |
Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
5) |
Id-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li l-qorti adita b’rikors kontra d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali tieħu inkunsiderazzjoni, bħala prova tal-eżistenza ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew tal-parteċipazzjoni tal-persuna taxxabbli f’din il-frodi, ksur tal-imsemmija obbligi, jekk din il-prova tkun tista’ tiġi kkontestata u ttrattata fil-kontradittorju quddiemha. |
6) |
Id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li: ma jipprekludux prassi fiskali li tikkonsisti, sabiex jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis minħabba li hija tkun ipparteċipat fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li r-rappreżentant legali tal-mandatarju tal-persuna taxxabbli kien jaf bil-fatti li jikkostitwixxu din il-frodi, indipendentement mir-regoli nazzjonali applikabbli li jirregolaw il-mandat u mill-istipulazzjonijiet tal-kuntratt ta’ mandat konkluż fil-każ ineżami. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – Bu vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-563/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet fundamentali - Dritt għal rimedju effettiv - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Politika tal-ażil - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 11(1), Artikolu 23(1) u Artikolu 46(1) u (3) - Aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-applikant - Fajl kollu - Metadata - Komunikazzjoni ta’ dan il-fajl fil-forma ta’ fajls elettroniċi individwali mhux strutturati - Informazzjoni bil-miktub - Kopja diġitali tad-deċiżjoni li għandha firma bil-miktub - Żamma ta’ fajl elettroniku mingħajr arkivjar ta’ fajl stampat)
(2023/C 35/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wiesbaden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BU
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 46(1) u (3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: ma jipprekludux prassi amministrattiva nazzjonali li abbażi tagħha l-awtorità amministrattiva li tkun iddeċidiet dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tikkomunika lir-rappreżentant tal-applikant kopja tal-fajl elettroniku relatat ma’ din it-talba fil-forma ta’ serje ta’ fajls separati fil-format PDF (Portable Document Format), nieqes minn numerazzjoni kontinwa tal-paġni u li l-istruttura tiegħu tista’ tkun viżibbli permezz ta’ software bla ħlas liberament aċċessibbli fuq l-internet, sakemm, minn naħa, dan il-mod ta’ komunikazzjoni jiggarantixxi aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti għad-difiża tal-applikant, li tqiegħed f’dan il-fajl, li abbażi tagħha ttieħdet id-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmi metodu ta’ komunikazzjoni joffri rappreżentazzjoni kemm jista’ jkun fidila tal-istruttura u l-kronoloġija tal-imsemmi fajl, bla ħsara għal każijiet li fihom għanijiet ta’ interess ġenerali jipprekludu l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lir-rappreżentant tal-applikant. |
2) |
L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma huwiex neċessarju li deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jkollha l-firma tal-aġent tal-awtorità kompetenti li huwa l-awtur tagħha sabiex din id-deċiżjoni titqies li ġiet ikkomunikata bil-miktub, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach – il-Ġermanja) – LSI Germany GmbH vs Freistaat Bayern
(Kawża C-595/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi - Regolament (UE) Nru 1169/2011 - Artikolu 17 u l-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI - “Isem tal-ikel” - “Isem tal-prodott” - Dettalji obbligatorji dwar l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel - Komponent jew ingredjent użat għas-sostituzzjoni totali jew parzjali ta’ dak li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b’mod normali jew preżenti fi prodott tal-ikel)
(2023/C 35/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LSI Germany GmbH
Konvenut: Freistaat Bayern
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 17(1), (4) u (5) kif ukoll tal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
l-espressjoni “isem tal-prodott”, li tinsab f’dan il-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI, ma għandhiex tifsira awtonoma, differenti minn dik tal-espressjoni “isem tal-ikel”, fis-sens tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, fejn għalhekk l-indikazzjonijiet speċjali fil-qasam tal-ittikkettjar previsti mill-imsemmi punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI ma japplikawx għall-“isem li jkun protett bħala proprjetà intelletwali”, l-“isem tad-ditta” jew l-“isem ornamentali” msemmija fl-Artikolu 17(4) tal-imsemmi regolament.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – QE vs Caisse régionale de Crédit mutuel de Loire-Atlantique et du Centre Ouest
(Kawża C-600/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 3(1) - Artikolu 4 - Kriterji ta’ evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Klawżola li tirrigwarda l-iskadenza tat-terminu ta’ kuntratt ta’ self - Eżenzjoni kuntrattwali ta’ intimazzjoni)
(2023/C 35/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: QE
Konvenut: Caisse régionale de Crédit mutuel de Loire-Atlantique et du Centre Ouest
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C-421/14, EU:C:2017:60), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kriterji li tistabbilixxi għall-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari minħabba żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt li din il-klawżola toħloq bi ħsara għall-konsumatur, la jistgħu jinftiehmu bħala kumulattivi u lanqas bħala alternattivi, iżda għandhom jinftiehmu bħala li jagħmlu parti miċ-ċirkustanzi kollha relatati mal-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, li l-qorti nazzjonali għandha teżamina sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13. |
1) |
L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li: dewmien ta’ iktar minn 30 jum fil-ħlas ta’ skadenza ta’ self jista’, bħala prinċipju, fid-dawl tat-tul u tal-ammont tas-self, jikkostitwixxi, waħdu, nuqqas ta’ eżekuzzjoni suffiċjentement serju tal-kuntratt ta’ self, fis-sens tas-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2017, Banco Primus (C-421/14, EU:C:2017:60). |
2) |
L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li: bla ħsara għall-applikabbiltà tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, dawn jipprekludu li l-partijiet għal kuntratt ta’ self jinkludu fih klawżola li tipprevedi, b’mod espress u inekwivoku, li l-iskadenza tat-terminu ta’ dan il-kuntratt tista’ tiġi ddikjarata ipso jure fil-każ ta’ dewmien fil-ħlas ta’ skadenza li teċċedi ċertu terminu, sa fejn din il-klawżola ma kinitx is-suġġett ta’ negozjati individwali u toħloq bi ħsara għall-konsumatur żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH
(Kawża C-625/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Denunzja illeġittima ta’ kuntratt mill-konsumatur - Klawżola li tiddetermina d-dritt tal-kummerċjant għal kumpens għal dannu ddikjarata inġusta - Applikazzjoni tad-dritt supplimentari intern)
(2023/C 35/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VB
Konvenut: GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
meta klawżola ta’ kumpens f’kuntratt ta’ bejgħ tkun ġiet iddikjarata inġusta u, konsegwentement, nulla, iżda fejn madankollu l-imsemmi kuntratt jista’ jissussisti mingħajr din il-klawżola, dawn jipprekludu li l-bejjiegħ kummerċjant li impona l-klawżola msemmija jkun jista’ jitlob, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni bbażat esklussivament fuq dispożizzjoni supplimentari tad-dritt nazzjonali dwar l-obbligi, il-kumpens għad-dannu li ġarrab kif previst minn din id-dispożizzjoni, li kienet tkun applikabbli fl-assenza tal-klawżola msemmija.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg – il-Lussemburgu) – GV vs Caisse nationale d’assurance pension
(Kawża C-731/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 45 TFUE - Ħaddiema - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(1) u (2) - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Pensjoni tas-superstiti - Membri ta’ sħubija ċivili - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti għar-reġistrazzjoni fir-reġistru nazzjonali ta’ sħubija validament konkluża u rreġistrata fi Stat Membru ieħor)
(2023/C 35/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: GV
Konvenut: Caisse nationale d’assurance pension
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ospitanti li tipprevedi li l-għoti, lis-sieħeb superstiti ta’ sħubija validament konkluża u rreġistrata fi Stat Membru ieħor, ta’ pensjoni tas-superstiti, dovuta minħabba l-eżerċizzju fl-ewwel Stat Membru ta’ attività professjonali mis-sieħeb mejjet, għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni tar-reġistrazzjoni minn qabel tas-sħubija fir-reġistru miżmum mill-imsemmi Stat.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – AAS “BTA Baltic Insurance Company” vs Iepirkumu uzraudzības birojs, Tieslietu ministrija
(Kawża C-769/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 18(1) - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità - Deċiżjoni ta’ rtirar tas-sejħa għal offerti - Offerti sottomessi separatament minn żewġ offerenti li jaqgħu taħt l-istess operatur ekonomiku u li jikkostitwixxu ż-żewġ offerti li huma l-iktar vantaġġużi ekonomikament - Rifjut tal-offerent rebbieħ li jiffirma l-kuntratt - Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tirrifjuta l-offerta tal-offerent sussegwenti, li ttemm il-proċedura u li tniedi sejħa għal offerti ġdida)
(2023/C 35/20)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AAS “BTA Baltic Insurance Company”
Konvenuti: Iepirkumu uzraudzības birojs, Tieslietu ministrija
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi lill-awtorità kontraenti ttemm proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku meta, fil-każ ta’ rtirar tal-offerent inizjalment magħżul li ressaq l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament, l-offerent li ressaq l-offerta sussegwenti li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament jikkostitwixxi operatur ekonomiku wieħed ma’ dan tal-aħħar.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra CJ
(Kawża C-492/22) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(2) - Determinazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti - Deċiżjoni ta’ posponiment tal-konsenja adottata minn korp li ma għandux il-kwalità ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 23 - Skadenza tat-termini previsti għall-konsenja - Konsegwenzi - Artikolu 12 u Artikolu 24(1) - Żamma taħt detenzjoni tal-persuna rikjesta, għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni - Artikoli 6, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess tagħha)
(2023/C 35/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CJ
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li: id-deċiżjoni li tiġi posposta l-konsenja msemmija f’din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li, skont l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni. Meta tali deċiżjoni ma tkunx ittieħdet minn din l-awtorità u meta t-termini msemmija fl-Artikolu 23(2) sa (4) tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas ikunu skadew, il-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandha tinħeles, skont l-Artikolu 23(5) tal-istess Deċiżjoni Qafas. |
2) |
L-Artikolu 12 u l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: ma jipprekludux li persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, li l-konsenja tagħha lill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti tkun ġiet posposta għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontriha fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tinżamm taħt detenzjoni hemmhekk, abbażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew, sakemm ikunu qed jitmexxew il-proċeduri kriminali inkwistjoni. |
3) |
L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, moqri flimkien mat-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 u mal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li l-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tiġi posposta, għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontriha fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, għas-sempliċi raġuni li hija ma tkunx irrinunzjat għad-dritt tagħha li tkun preżenti quddiem il-qrati aditi fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/20 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Centro Petroli Roma Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-597/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Portata tal-obbligu ta’ rinviju tal-qrati nazzjonali li jiddeċiedu fl-aħħar istanza - Eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu - Kriterji - Sitwazzjonijiet li fihom l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni hija tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli - Kundizzjoni għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza ta’ konvinzjoni li l-istess evidenza tkun vinkolanti wkoll għall-qrati nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra li jiddeċiedu fl-aħħar istanza u għall-Qorti tal-Ġustizzja)
(2023/C 35/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centro Petroli Roma Srl
Konvenut: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Dispożittiv
L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali tista’ tastjeni milli tippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u ssolviha taħt ir-responsabbiltà tagħha meta l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni tkun tant ovvja li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. L-eżistenza ta’ tali possibbiltà għandha tiġi evalwata abbażi tal-karatteristiċi proprji tad-dritt tal-Unjoni, id-diffikultajiet partikolari li tagħti lok għalihom l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar u r-riskju ta’ diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.
Din il-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li turi b’mod iddettaljat li l-qrati l-oħra tal-Istati Membri li jiddeċiedu fl-aħħar istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja kienu jagħtu l-istess interpretazzjoni, iżda għandha tkun kisbet, permezz ta’ evalwazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-elementi, il-konvinzjoni li l-istess evidenza tkun vinkolanti wkoll għal dawn il-qrati nazzjonali l-oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) Data tal-preżentata: 27.09.2021
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/20 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – TD, SD vs mBank S.A.
(Kawża C-138/22) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kreditu ipotekarju indiċjat fuq valuta barranija - Klawżoli inġusti - Nullità tal-kuntratt minħabba inklużjoni ta’ klawżoli inġusti jew ta’ klawżoli kontra l-liġi - Għażla tal-konsumatur - Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)
(2023/C 35/23)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TD, SD
Konvenut: mBank S.A
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Qorti Distrettwali ta’ Varsavja Ċentrali, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2022.
(1) Data ta’ preżentata: 25.2.2022.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/21 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – ir-Rumanija) – NC vs Compania Naţională de Transporturi Aeriene Tarom SA
(Kawża C-229/22) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1)(ċ)(iii) - Kumpens u assistenza tal-passiġġieri - Kanċellazzjoni ta’ titjira - Dritt għall-kumpens fil-każ li tiġi offruta rotta differenti - Rekwiżiti - Diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Rotta differenti li tippermetti li l-passiġġieri jitilqu mhux iktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat)
(2023/C 35/24)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NC
Konvenut: Compania Naţională de Transporturi Aeriene Tarom SA
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom dritt għal kumpens mingħand it-trasportatur tal-ajru konformement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, sakemm ma jiġux informati b’din il-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat jekk dan it-trasportatur tal-ajru joffrilhom rotta differenti li tħallihom jitilqu mhux iktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.
(1) Data ta’ preżentazzjoni fir-Reġistru: 29.03.2022.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Ġunju 2022 – GC et vs Croce Rossa Italiana et
(Kawża C-389/22)
(2023/C 35/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GC et
Konvenuti: Croce Rossa Italiana, Ministero della Difesa, Ministero della Salute, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei ministri
Domandi preliminari
1) |
[S]abiex jitqies li ma jkunx hemm obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE impost fuq il-qorti tal-aħħar istanza […] “[il-konvinzjoni] li s-sitwazzjoni tkun daqstant ċara għall-qrati ta’ l-Istati Membri l-oħra u għall-Qorti tal-Ġustizzja” [skont is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982, Cilfit et, Kawża 283/81] […] għandha tiġi kkonstatata b’mod suġġettiv, filwaqt li tingħata motivazzjoni għall-interpretazzjoni possibbli li tista’ tingħata għall-istess kwistjoni mill-qrati tal-Istati Membri oħra u mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ fejn quddiemhom titressaq kwistjoni identika? |
2) |
[S]abiex […] tiġi evitata probatio diabolica u jkunu jistgħu jiġu applikati b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jippermettu li ma jkunx hemm obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari indikati minn din il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li d-domanda preliminari mqajma fil-kuntest tal-kawża nazzjonali hija manifestament infondata (fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjoni Ewropea rilevanti fil-każ inkwistjoni), fejn jiġi eskluż li hemm dubji raġonevoli f’dan ir-rigward, fid-dawl, mill-perspettiva sempliċement oġġettiva – mingħajr ma tiġi mistħarrġa l-pożizzjoni interpretattiva konkreta li jista’ jkollhom organi ġudizzjarji distinti – tat-terminoloġija u tat-tifsira, li hija speċifika għad-dritt [tal-Unjoni], attribwibbli għall-formulazzjoni tad-dispożizzjoni Ewropea (rilevanti għall-każ inkwistjoni), tal-kuntest leġiżlattiv Ewropew li fih tidħol din id-dispożizzjoni u tal-għanijiet ta’ salvagwardja li din tipprovdi, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ żvilupp tad-dritt Ewropew fil-mument meta tiġi applikata d-dispożizzjoni rilevanti fil-kuntest tal-kawża nazzjonali? |
3) |
[S]abiex jiġu ssalvagwardjati l-valuri kostituzzjonali u Ewropej tal-indipendenza ġudizzjarja u tat-tul raġonevoli tal-proċeduri ġudizzjarji, l-Artikolu 267 TFUE jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi li l-qorti suprema nazzjonali, li tkun eżaminat u ċaħdet it-talba għal rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tiġi ssuġġettata awtomatikament, jew għad-diskrezzjoni tas-sempliċi parti li tressaq l-azzjoni, għal proċeduri għal responsabbiltà ċivili u dixxiplinari? |
4) |
[L]-Artikoli 1626, 1653, 1668 u 1669 tad-decreto legislativo 15 marzo 2010, n. 66 [id-Digriet Leġiżlattiv tal-15 ta’ Marzu 2010, Nru 66], li jipprevedu l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ servizz ma’ amministrazzjoni pubblika b’termini ta’ skadenza li jistgħu jiġu estiżi u mġedda matul għexur ta’ snin mingħajr interruzzjoni, huma kompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1) u mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi? |
5) |
[L]-Artikoli 5 u 6 tad-decreto legislativo n. 178/2012 [id-Digriet Leġiżlattiv Nru 178/2012], fil-parti fejn jistabbilixxu trattament differenti bejn persunal tal-korp ikkonċernat f’servizz kontinwu (jew għal żmien indeterminat) u f’servizz temporanju (jew għal żmien determinat), mingħajr dispożizzjonijiet regolatorji li jiżguraw lill-ħaddiema għal żmien determinat l-opportunità li jżommu l-impjieg tagħhom wara r-riorganizzazzjoni tal-korp tagħhom, huma kompatibbli mad-Direttiva 1999/70/KE u mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/23 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2022 minn Gugler France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-147/21 – Gugler France vs EUIPO – Gugler (GUGLER)
(Kawża C-594/22 P)
(2023/C 35/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Gugler France (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Alexander Gugler
Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma kienx ammess u li Gugler France għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-29 ta’ Settembru 2022 – Belgian Association of Tax Lawyers et vs Premier ministre/Eerste Minister
(Kawża C-623/22)
(2023/C 35/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgian Association of Tax Lawyer, Ordre des barreaux francophones et germanophone, Orde van Vlaamse Balies et, Institut des conseillers fiscaux et des experts-comptables et
Konvenut: Premier ministre/Eerste Minister
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli (1) tikser l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u iktar speċifikament il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni li dawn id-dispożizzjonijiet jiggarantixxu, sa fejn id-Direttiva 2018/822 ma tillimitax l-obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-arranġamenti transkonfinali li għandhom jiġu ddikjarati għat-taxxa fuq il-kumpanniji, iżda tirrendih applikabbli għat-taxxi kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (2), li jinkludi fid-dritt Belġjan mhux biss it-taxxa fuq il-kumpanniji iżda wkoll taxxi diretti li ma humiex it-taxxa fuq il-kumpanniji u t-taxxi indiretti, bħat-taxxi ta’ reġistrazzjoni? |
2) |
Id-Direttiva 2018/822 tikser il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali ggarantit mill-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u tikser id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sa fejn il-kunċetti ta’ “arranġament” (u għalhekk dawk ta’ “arranġament transkonfinali”, ta’ “arranġament kummerċjabbli” u ta’ “arranġament imfassal għal għan speċifiku”), ta’ “intermedjarju”, ta’ “parteċipant”, ta’ “intrapriża assoċjata”, il-klassifikazzjoni “transkonfinali”, id-diversi “karatteristiċi distintivi” u tal-“kriterju tal-benefiċċju prinċipali”, li d-Direttiva 2018/822 tuża sabiex tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u l-portata tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-arranġamenti transkonfinali li għandhom jiġu ddikjarati, ma humiex suffiċjentement ċari u preċiżi? |
3) |
Id-Direttiva 2018/822, b’mod partikolari peress li ddaħħal l-Artikolu 8ab(1) u (7) tad-Direttiva 2011/16, tikser il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali ggarantit mill-Artikolu 49(1) tal-Karta Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u tikser id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sa fejn il-punt ta’ tluq tal-perijodu ta’ 30 jum li fih l-intermedjarju jew il-kontribwent ikkonċernat għandu jissodisfa l-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ arranġament transkonfinali li għandu jiġi ddikjarat ma huwiex iffissat b’mod suffiċjentement ċar u preċiż? |
4) |
Il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2018/822 jikser id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sa fejn l-Artikolu 8ab(5) il-ġdid, li daħħal fid-Direttiva 2011/16, jipprevedi li, jekk Stat Membru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jagħti lill-intermedjarji d-dritt li jiġu eżentati mill-obbligu li jipprovdu informazzjoni dwar arranġament transkonfinali li għandu jiġi ddikjarat fejn l-obbligu ta’ dikjarazzjoni jmur kontra s-sigriet professjonali applikabbli bis-saħħa tad-dritt nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru, dan l-Istat Membru għandu jobbliga lill-imsemmija intermedjarji jikkomunikaw mingħajr dewmien lil kwalunkwe intermedjarju ieħor jew, fl-assenza ta’ tali intermedjarju, lill-kontribwent ikkonċernat, l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tagħhom, peress li minn dan l-obbligu jirriżulta li intermedjarju li jkun suġġett għas-sigriet professjonali kriminalment issanzjonat bis-saħħa tad-dritt tal-imsemmi Stat Membru ikollu jaqsam ma’ intermedjarju ieħor, li ma jkunx il-klijent tiegħu, l-informazzjoni li jkun kiseb waqt l-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu? |
5) |
Id-Direttiva 2018/822 tikser id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sa fejn l-obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-arranġamenti transkonfinali li għandhom jiġu ddikjarati jwassal għal indħil fid-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-intermedjarji u tal-kontribwenti kkonċernati li ma jkunx raġonevolment iġġustifikat u proporzjonat fid-dawl tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu u li ma jkunx rilevanti fir-rigward tal-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern? |
(1) ĠU 2018, L 139, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2019, L 31, p. 108 u fil-ĠU 2020, L 279, p. 23.
(2) ĠU 2011, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 274, p. 58.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – X vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
(Kawża C-639/22)
(2023/C 35/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Domanda preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond ta’ pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
— |
jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti? |
— |
x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali? |
— |
sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati? |
(1) ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Fiscale Eenheid Achmea BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam
(Kawża C-640/22)
(2023/C 35/29)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fiscale Eenheid Achmea BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
|
2) |
Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jimplika li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva dwar il-VAT, f’dak li jirrigwarda l-fondi li ma jikkostitwixxux OIKTT (2), għandu jiġi evalwat mhux biss jekk humiex komparabbli għal OIKTT iżda wkoll jekk, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, humiex komparabbli għal fondi oħra li, mingħajr ma huma OIKTT, huma madankollu effettivament meqjusa mill-Istat Membru bħala fondi komuni ta’ investiment? |
(1) ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
(2) Organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Y vs Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam
(Kawża C-641/22)
(2023/C 35/30)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Y
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam
Domanda preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
— |
jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti? |
— |
x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali? |
— |
sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati? |
— |
li għall-perijodu 2014 sa 2020, il-persuna li timpjega tat garanzija għal ammont ta’ EUR 250 000 000 għat-twettiq tal-akkumulazzjoni mmirata tad-drittijiet għal pensjoni? |
(1) ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting Pensioenfonds voor Fysiotherapeuten vs Inspecteur van de Belastingdienst Maastricht
(Kawża C-642/22)
(2023/C 35/31)
Lingwa tal-kawża: l-Olandż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stichting Pensioenfonds voor Fysiotherapeuten
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Maastricht
Domandi preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
— |
jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti? |
— |
-x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali? |
— |
sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting BPL Pensioen vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
(Kawża C-643/22)
(2023/C 35/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stichting BPL Pensioen
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Domanda preliminari
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
— |
jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti? |
— |
x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali? |
— |
sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati? |
(1) ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Stichting Bedrijfstakpensioensfonds voor het levensmiddelenbedrijf (BPFL) vs Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
(Kawża C-644/22)
(2023/C 35/33)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stichting Bedrijfstakpensioensfonds voor het levensmiddelenbedrijf (BPFL)
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:
|
2) |
Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jimplika li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva dwar il-VAT, f’dak li jirrigwarda l-fondi li ma jikkostitwixxux UCITS (2), għandu jiġi evalwat mhux biss jekk humiex komparabbli ma’ UCITS iżda wkoll jekk, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, humiex komparabbli ma’ fondi oħra li, mingħajr ma huma UCITS, huma madankollu effettivament meqjusa mill-Istat Membru bħala fondi komuni ta’ investiment? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
(2) Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fis-17 ta’ Ottubru 2022 – Fédération internationale de football association (FIFA) vs BZ
(Kawża C-650/22)
(2023/C 35/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fédération internationale de football association (FIFA)
Konvenut: BZ
Domanda preliminari
L-Artikoli 45 u 101 tat-Trattat FUEgħandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprojbixxu:
— |
il-prinċipju li l-plejer u l-klabb li jixtieq jimpjegah huma responsabbli in solidum bejniethom għall-ħlas tal-kumpens dovut lill-klabb li l-kuntratt mal-plejer inkwistjoni ġie tterminat mingħajr raġuni valida, kif stabbilit fl-Artikolu 17.2 tar-Regolamenti dwar l-Istatus u t-Trasferiment tal-Plejers (iktar ’il quddiem ir-“RSTP”) tal- FIFA, flimkien mas-sanzjonijiet sportivi previsti fl-Artikolu 17.4 tal-istess regolamenti u mas-sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikoli 17.1; |
— |
il-possibbiltà għall-federazzjoni li minnha jiddependi l-klabb preċedenti tal-plejer li ma toħroġx iċ-ċertifikat internazzjonali ta’ trasferiment, li huwa neċessarju sabiex il-plejer jimpjega ruħu ma’ klabb ġdid, jekk tkun teżisti tilwima bejn dan il-klabb preċedenti u l-plejer (l-Artikolu 9.1 tar-RSTP tal-FIFA u l-Artikolu 8.2.7 tal-Anness 3 tal-imsemmija RSTP)? |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – FOD Volksgezondheid, Veiligheid van de voedselketen & Leefmilieu vs Triferto Belgium NV
(Kawża C-654/22)
(2023/C 35/35)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FOD Volksgezondheid, Veiligheid van de voedselketen & Leefmilieu
Konvenut: Triferto Belgium NV
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 6(1) u l-punti 10 u 11 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li obbligu ta’ reġistrazzjoni huwa impost fuq il-persuna li tordna jew tixtri sustanza mingħand manifattur mhux stabbilit fl-Unjoni Ewropea, anki meta terz iwettaq il-formalitajiet kollha għall-finijiet tal-introduzzjoni fiżika ta’ din is-sustanza fit-territorju doganali tal-Unjoni, u dan it-terz jikkonferma wkoll b’mod espliċitu li jieħu r-responsabbiltà għal dan? Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għad-domanda preċedenti, il-punt dwar jekk il-kwantità ordnata jew mixtrija tas-sustanza tirrappreżenta biss parti (iżda iktar minn tunnellata) minn tagħbija ikbar tal-istess sustanza li ġejja mill-istess manifattur mhux stabbilit fl-Unjoni, introdotta fiżikament minn dan it-terz fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex titqiegħed hemmhekk f’maħżen doganali? |
2) |
L-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament Nru 1907/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanza mqiegħda f’maħżen doganali (billi tiddaħħal taħt il-proċedura J, kodiċi 71 00, fil-kaxxa 37 tad-dokument amministrattiv uniku) hija, hija wkoll, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sal-ħruġ sussegwenti tagħha u t-tqegħid tagħha taħt proċedura doganali oħra (pereżempju, rilaxx għal ċirkulazzjoni libera)? Fl-affermattiv, l-Artikolu 6(1) u l-punti 10 u 11 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1907/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni huwa impost, f’tali sitwazzjoni, fuq il-persuna li xtrat direttament is-sustanza barra mill-Unjoni u li titlob il-kunsinna tagħha (mingħajr ma qabel tkun introduċiet fiżikament is-sustanza fit-territorju doganali tal-Unjoni), anki jekk is-sustanza diġà ġiet irreġistrata mill-impriża terza li introduċietha preċedentement fiżikament fit-territorju doganali tal-Unjoni? |
(1) ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p . 84.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fid-19 ta’ Ottubru 2022
(Kawża C-658/22)
(2023/C 35/36)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 2, l-Artikolu 6(1) u (3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 267 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru (Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja)) li l-kompożizzjoni tagħha tinkludi lil persuni maħtura bħala mħallef bi ksur tar-regoli fundamentali tad-dritt tal-Istat Membru li jirregolaw il-ħatriet tal-imħallfin fil-Qorti Suprema ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel bil-liġi u li tipprovdi rimedju legali effettiv lil individwi f’oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, minħabba li:
|
(2) |
L-Artikolu 2, l-Artikolu 6(1) u (3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-Artikolu 267 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġijiet nazzjonali bħall-Artikolu 29(2) u (3), l-Artikolu 26(3), u l-Artikolu 72(1), (2) u (3) tal-Ustawa z dnia 8 grudnia 2017 r. o Sądzie Najwyższym (il-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-Qorti Suprema, test ikkonsolidat: Dz. U. 2021, pożizzjoni 154) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Qorti Suprema”), sa fejn dawk il-liġijiet jipprekludu lill-imħallfin tal-Qorti Suprema, taħt piena ta’ sanzjoni dixxiplinari ta’ tkeċċija, milli jikkonstataw jew jevalwaw il-legalità ta’ ħatra ta’ mħallef jew l-awtorità li tirriżulta minn din il-ħatra għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji kif ukoll milli jevalwaw fil-mertu mozzjonijiet ta’ rikuża ta’ mħallef abbażi ta’ dawn il-motivi, peress li l-osservanza mill-Unjoni tal-identità kostituzzjonali tal-Istati Membri tiġġustifika tali preklużjoni? |
(3) |
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(2) u (3) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 19 TUE u mal-Artikolu 267 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Stat Membru (Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) li tiddikjara deċiżjoni ta’ qorti tal-aħħar istanza nazzjonali (jiġifieri s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)) inkompatibbli mal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, ma tistax tikkostitwixxi ostaklu għall-evalwazzjoni tal-indipendenza ta’ qorti u għad-determinazzjoni jekk qorti hijiex qorti stabbilita mil-liġi fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, peress li, barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema intiża għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-liġijiet applikabbli (il-liġijiet nazzjonali) ma jagħtux lill-Qorti Kostituzzjonali l-kompetenza għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, inklużi riżoluzzjonijiet li jsolvu diskrepanzi fl-interpretazzjoni ta’ liġijiet adottati skont l-Artikolu 83 tal-[Liġi dwar il-Qorti Suprema] u, barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali, minħabba l-mod kif hija kkostitwita bħalissa, ma hijiex qorti stabbilita bil-liġi fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (Dz. U. tal-1993, Nru 61, pożizzjoni 284, kif emendata)? |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2022 – Proċeduri kriminali kontra M.N.
(Kawża C-670/22)
(2023/C 35/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Parti fil-kawża prinċipali
M.N.
Domandi preliminari
1. |
Fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “awtorità emettenti” skont l-Artikolu 6(1), flimkien mal-Artikolu 2(c), tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1):
|
2. |
Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2014/41:
|
3. |
Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41:
|
4. |
Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(1) u (3) tad-Direttiva 2014/41:
|
5. |
Konsegwenzi legali tal-ksib ta’ provi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni
|
(1) ĠU 2014 L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015 L 143, p. 16
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach (il-Polonja) fit-2 ta’ Novembru 2022 – Przedsiębiorstwo Produkcyjno – Handlowo – Usługowe A. vs P. S.A.
(Kawża C-677/22)
(2023/C 35/38)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Przedsiębiorstwo Produkcyjno – Handlowo – Usługowe A.
Konvenut: P. S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjoni espliċita, min-naħa ta’ impriżi, ta’ terminu għall-ħlas ta’ iktar minn 60 jum tista’ tikkonċerna biss kuntratti li l-klawżoli tagħhom ma jkunux iddefiniti esklużivament minn waħda mill-partijiet kontraenti?
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa – Podgórza w Krakowie (il-Polonja) fit-3 ta’ Novembru 2022 – Profi Credit Polska S.A. vs G.N.
(Kawża C-678/22)
(2023/C 35/39)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Krakowa – Podgórza w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A.
Konvenuta: G.N.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 10(2)(f) moqri flimkien mal-Artikolu 3(j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 3(1) u (2) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prattika li jiġu inklużi, fil-kuntratti ta’ kreditu lill-konsumaturi li l-kontenut tagħhom ma jirriżultax minn negozjar individwali bejn il-bejjiegħ jew il-fornitur (min jislef) u l-konsumatur (min jissellef), klawżoli li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ interessi mhux biss fuq l-ammont imħallas lill-konsumatur, iżda wkoll fuq l-ispejjeż barra mill-interessi tal-kreditu (jiġifieri l-kummissjonijiet jew spejjeż oħra li ma humiex elementi tal-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur, iżda li jikkostitwixxu l-ammont totali dovut mill-konsumatur fl-eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu skont il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum)? |
2) |
L-Artikolu 10(2)(f) u (g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008. L 133, p. 66 u rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, ĠU 2010, L 199, p. 40 u ĠU 2011, L 234, p. 46), fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-iskop ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 2, p. 288), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prattika li jiġu inklużi fil-kuntratti ta’ kreditu lill-konsumaturi li l-kontenut tagħhom ma jirriżultax minn negozjar individwali bejn il-bejjiegħ jew il-fornitur (min jislef) u l-konsumatur (min jissellef), klawżoli li jindikaw biss ir-rata ta’ debitu tal-kreditu u l-valur totali miżjuda b’interessi kapitalizzati, li l-konsumatur huwa obbligat iħallas b’eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu skont il-kuntratt, mingħajr ma wkoll jinforma espressament lill-konsumatur li l-bażi ta’ kalkolu tal-interessi kapitalizzati (miżjuda) hija ammont differenti mill-ammont tal-kreditu effettivament imħallas lill-konsumatur u, b’mod partikolari, li din hija s-somma tal-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur u l-ispejjeż barra mill-interessi ta’ kreditu (jiġifieri l-kummissjonijiet jew spejjeż oħra li ma humiex elementi tal-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur, iżda li jikkostitwixxu l-ammont totali dovut mill-konsumatur fl-eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu skont il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum)? |
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66 u rettifiki ĠU 2009, L 207, p. 14, ĠU 2010, L 199, p. 40 u ĠU 2011, L 234, p. 46.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 2, p. 288.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-2 ta’ Novembru 2022 – LM vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak
(Kawża C-682/22)
(2023/C 35/40)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Upravni sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LM
Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak
Domanda preliminari
L-Artikolu 26(2)(c) tal-Ftehim Qafas bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Albanija u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar ir-Regoli għall-Kooperazzjoni rigward l-Assistenza Finanzjarja mill-Komunità Ewropea lir-Repubblika tal-Albanija fil-Kuntest tal-Implimentazzjoni tal-Assistenza taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, iffirmat fit-18 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-kompetenza ta’ Stat Membru, f’dan il-każ ir-Repubblika tal-Kroazja, li jissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul l-ammonti mħallsa matul is-sena 2016 lil ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, impjegat għal żmien twil bħala espert, għal missjoni mwettqa fit-territorju tal-Albanija taħt proġett li l-benefiċjarji tiegħu huma istituzzjonijiet pubbliċi tar-Repubblika tal-Albanija u li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni IPA 2013?
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-4 ta’ Novembru 2022 – Adusbef – Associazione difesa utenti servizi bancari e finanziari et vs Presidenza del Consiglio dei ministri et
(Kawża C-683/22)
(2023/C 35/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adusbef – Associazione difesa utenti servizi bancari e finanziari, AIPE – Associazione italiana pressure equipment, Confimi Industria Abruzzo – Associazione dell’industria manifatturiera e dell’impresa privata dell’Abruzzo
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero delle Infrastrutture e della Mobilità sostenibili, DIPE – Dipartimento programmazione e coordinamento della politica economica, Autorità di regolazione dei trasporti, Corte dei Conti, Avvocatura Generale dello Stato
Domandi preliminari
1) |
L-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens li l-awtorità konċedenti tista’ tibda proċedura għall-modifika fir-rigward tal-konċessjonarji u tas-suġġett ta’ konċessjoni awtostradali valida, jew tal-innegozjar mill-ġdid tagħha, mingħajr ma tevalwa u tesprimi ruħha dwar l-obbligu li tibda proċedura ta’ sejħa għal offerti pubblika, tmur kontra d-dritt [tal-Unjoni Ewropea]? |
2) |
L-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sens li l-awtorità konċedenti tista’ tibda proċedura għall-modifika tal-konċessjonarji u tas-suġġett ta’ konċessjoni awtostradali valida, jew tal-innegozjar mill-ġdid tagħha mingħajr ma tiġi evalwata l-affidabbiltà ta’ konċessjonarju li jkun wettaq nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu serju; tmur kontra d-dritt [tal-Unjoni]? |
3) |
Fil-każ li jiġi rrilevat ksur tal-prinċipju ta’ sejħa għal offerti pubblika u/jew jiġi rrilevat nuqqas ta’ affidabbiltà tad-detentur ta’ konċessjoni ta’ awtostrada, il-leġiżlazzjoni [tal-Unjoni] timponi l-obbligu li r-relazzjoni [kuntrattwali] tiġi tterminata? |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Oristano (l-Italja) fid-9 ta’ Novembru 2022 – S. G. vs Unione di Comuni Alta Marmilla
(Kawża C-689/22)
(2023/C 35/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Oristano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: S. G.
Konvenut: Unione di Comuni Alta Marmilla
Domanda preliminari
L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), anki meqjusa separatament, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, iġġustifikati mill-osservanza mar-restrizzjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, li bis-saħħa tagħhom persunal, inkluż persunal maniġerjali, tal-amministrazzjoni pubblika fl-ebda każ ma jista’ jingħata, fiż-żmien tat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, benefiċċji finanzjarji intiżi sabiex jikkumpensaw għal leave akkumulat u mhux meħud?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/36 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Novembru 2022 – I. sp. z o.o. vs M. W.
(Kawża C-693/22)
(2023/C 35/43)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I. sp. z o.o.
Konvenut: M. W.
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (1) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a), (c) u (e) ta’ dan ir-regolament, u kif ukoll mal-Artikolu 6(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tippermetti l-bejgħ, fi proċedura ta’ eżekuzzjoni, ta’ database, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (2), li tinkludi fiha data personali, jekk is-suġġetti ta’ din id-data ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dan il-bejgħ?
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/36 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (Ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Novembru 2022 – Fondee a.s. vs Česká národní banka
(Kawża C-695/22)
(2023/C 35/44)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Městský soud v Praze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fondee a.s
Konvenut: Česká národní banka
Domandi preliminari
1) |
Persuna li, bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MiFID II) (1), hija eżentata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u li, bis-saħħa tal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, ma tibbenefikax mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 34 tagħha, tibbenefika mid-dritt ta’ provvista libera ta’ servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma tipprovdix hija stess servizzi ta’ investiment abbażi ta’ passaport uniku Ewropew lil klijent stabbilit fi Stat Membru ieħor, iżda tirċievi servizz ta’ investiment minn operatur barrani li juża passaport uniku Ewropew, jew tipparteċipa b’mod ieħor (bħala intermedjarja) fil-provvista ta’ dan is-servizz lill-klijent finali? |
2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi lil intermedjarju tal-investiment milli jittrasmetti l-ordnijiet ta’ klijent lil negozjant tat-titoli barrani? |
(1) ĠU 2014, L 173, p. 349, rettifiki fil-ĠU 2016, L 188, p. 28, fil-ĠU 2016, L 273, p. 35, fil-ĠU 2017, L 64, p. 116 u fil-ĠU 2021, L 410, p. 201.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/37 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Novembru 2022 – Proċeduri kriminali kontra TP u OF
(Kawża C-698/22)
(2023/C 35/45)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Apelativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
TP u OF
Domandi preliminari
I. |
Sustanzi li, għalkemm ma humiex inklużi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1), huma identifikati bħala sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, jistgħu jkunu s-suġġett tar-reat ta’ kuntrabandu fis-sens tal-Artikolu 242(3) tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali) (bħala materjali), f’sitwazzjoni fejn la d-dritt nazzjonali u lanqas d-dritt tal-Unjoni applikabbli ma jirrikjedu regoli speċifiċi dwar l-importazzjoni ta’ tali sustanzi? Id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 242(3) tal-Kodiċi Kriminali hija dispożizzjoni ġenerali u tirreferi għal dispożizzjonijiet speċjali oħra li jirregolaw b’mod speċifiku l-importazzjoni ta’ prekursuri. Minn din il-perspettiva, id-dispożizzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 242(3) tal-Kodiċi Kriminali (li l-kontenut tiegħu huwa analogu għal dak tad-dispożizzjoni prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 354a tal-Kodiċi Kriminali) hija kompatibbli mal-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, f’sitwazzjoni fejn ma hemm ebda rekwiżit legali li jirrikjedi regoli dwar ir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-importazzjoni ta’ tali materjali, liema regoli setgħu jlaħħmu d-dispożizzjonijiet ġenerali fid-dritt kriminali? |
II. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:
|
III. |
Attivitajiet u aġir relatati mal-finanzjament, man-negozjati u mal-organizzazzjoni tal-importazzjoni ta’ sustanzi għall-finijiet tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 111/2005 (APAAN u PMK), inkluż bl-użu ta’ persuni fiżiċi u/jew ġuridiċi oħra li jagħmlu direttament id-dikjarazzjoni doganali u li jieħdu ħsieb id-dokumenti doganali għall-importazzjoni, jistgħu jitqiesu li huma “attivitajiet intermedjarji”, “operatur” jew “importatur” fis-sens tal-Artikolu 2(e), (f) u (h) tar-Regolament Nru 111/2005? |
(1) ĠU 2008, L 333M, p. 472, rettifika fil-ĠU 2009, L 51M, p. 231.
(2) ĠU 2020, L 392, p. 1, rettifika fil-ĠU 2021, L 282, p. 38.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/38 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-775/20, PB vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-721/22 P)
(2023/C 35/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, B. Araujo Arce, J. Estrada de Solà, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: PB, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tannulla l-ewwel punt u t-tielet punt tad-dispożittiv tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-775/20; |
— |
Tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu fir-rigward tar-rikors għal annullament; u |
— |
Tikkundanna lil PB għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka aggravju għal annullament ibbażat fuq żball ta’ liġi.
Il-Kummissjoni tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tikkunsidra, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, abbażi tar-raġunament tal-punti 51 sa 64 ta’ din is-sentenza, li r-Regolament PIF “għalhekk ma jistax jikkostitwixxi waħdu l-bażi legali rilevanti għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi intiżi għall-irkupru tal-ammonti miġbura indebitament […]”.
Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi, peress li l-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament PIF jikkostitwixxu bażi awtonoma u suffiċjentement preċiża sabiex jiġu adottati miżuri amministrattivi ta’ rkupru, li ma humiex sanzjoni.
Fil-punt 69 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali fl-aħħar nett ikkonkludiet li l-applikazzjoni konġunta tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju tal-2002 u tal-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament PIF ma jippermettux l-adozzjoni ta’ miżura kontra r-rikorrent fl-ewwel istanza, sa fejn ma kienx il-benefiċjarju dirett tal-pagamenti.
Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi, peress li l-Artikolu 7 tar-Regolament PIF (1), applikat flimkien mal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament u mal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju tal-2002, jikkostitwixxi dispożizzjoni suffiċjentement ċara u preċiża sabiex tippermetti l-irkupru kontra r-rikorrent fl-ewwel istanza, anki jekk ma kienx il-benefiċjarju dirett tal-pagamenti inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/39 |
Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru mressqa fit-30 ta’ Novembru 2022 – Ntinos Ramon vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-742/22)
(2023/C 35/47)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Ntinos Ramon (rappreżentanti: Achilleas Dimitriadis u Charalampos Pogiatzis, avukati, kif ukoll Pavlos Eleftheriadis, barrister)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tordna t-tneħħija tal-immunità tal-Kummissjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u tawtorizza n-notifika u l-eżekuzzjoni tad-digriet interlokutorju ta’ mandat ta’ sekwestru minn terzi maħruġ fit-23 ta’ Ġunju 2022 mill-Eparchiako Dikastirio Ammochostou (il-Qorti Distrettwali ta’ Famagouste, iċ-Ċipru) fil-konfront tal-Kummissjoni Ewropea, suġġett għat-tneħħija tal-immunità tagħha, u li jirrigwarda t-talbiet ta’ N. Ramon kontra r-Repubblika tat-Turkija għall-ammont ta’ EUR 622 114,52, li kien ġie ordnat fl-2010 favur ir-rikorrent permezz ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minħabba li d-drittijiet tiegħu nkisru mill-okkupazzjoni illegali tal-proprjetà tiegħu mill-awtoritajiet Turki; |
— |
Tordna kwalunkwe miżura u/jew kumpens li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija ġusta u xierqa f’dan il-każ; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż, inkluża l-VAT. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tat-Turkija għandha krediti ċerti, likwidi u eżiġibbli fir-rigward tal-Unjoni, abbażi tal-ftehimiet finanzjarji li ġejjin konklużi bejn l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija:
a) |
il-ftehim finanzjarju tal-2018 dwar “Pjan ta’ Azzjoni Annwali favur it-Turkija 2018” tas-6 ta’ Novembru 2019, tal-ammont ta’ EUR 98,4 miljuni; |
b) |
il-ftehim finanzjarju tal-2019 dwar “Pjan ta’ Azzjoni Annwali favur it-Turkija 2019” tal-4 ta’ Ġunju 2020, tal-ammont ta’ EUR 157,7 miljuni; |
c) |
il-ftehim finanzjarju tal-2020 dwar “Pjan ta’ Azzjoni Annwali favur it-Turkija 2020” tas-26 ta’ Marzu 2021, tal-ammont ta’ EUR 122 miljuni. |
L-għan tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-Unjoni huwa li tingħata għajnuna lit-Turkija sabiex twettaq ir-riformi neċessarji biex hija tallinja ruħha mal-acquis Komunitarju, inkluż mar-rispett tal-Istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-mandat ta’ sekwestru mitlub mir-rikorrent jikkonċerna l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-26 ta’ Ottubru 2010, Ramon vs It-Turkija, (CE:ECHR:2010:1026JUD 002909295) u jikkostitwixxi miżura li tippromwovi d-difiża u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-mandat ta’ sekwestru tal-krediti likwidi li għandha t-Turkija mill-Unjoni sas-somma dovuta mir-Repubblika tat-Turkija favur N. Ramon ma huwiex ser jostakola l-funzjonament tajjeb tal-Unjoni, u lanqas ma huwa ser jippreġudika l-indipendenza tagħha. Għall-kuntrarju, il-mandat ta’ sekwestru jkun qiegħed jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni mogħtija lit-Turkija, jiġifieri r-rispett tal-Istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mill-Pajjiż kandidat.
Il-Qorti Ġenerali
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – PKK vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-316/14 RENV u T-148/19) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-PKK fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni komuni 2001/931/PESK - Applikabbiltà għas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat - Grupp terroristiku - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti - Awtorità ta’ Stat terz - Reviżjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Adattament tar-rikors”)
(2023/C 35/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Van Overmeire u B. Driessen, aġenti)
Intervenjent, insostenn tal-konvenut fil-Kawża T-316/14 RENV: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Ramopoulos, J. Norris, J. Roberti di Sarsina u R. Tricot, aġenti)
Intervenjenti, insostenn tal-konvenut fl-appell: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)
Suġġett
1 Permezz tar-rikors tiegħu fil-Kawża T-316/14 RENV, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament:
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 (ĠU 2014, L 40, p. 9); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014 tat-22 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014 (ĠU 2014, L 217, p. 1); |
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521 tas-26 ta’ Marzu 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK (ĠU 2015, L 82, p. 107); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (ĠU 2015, L 82, p. 1); |
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1334 tal-31 ta’ Lulju 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/521 (ĠU 2015, L 206, p. 61); u |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta’ Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/513 (ĠU 2015, L 206, p. 12); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2425 tal-21 ta’ Diċembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1325 (ĠU 2015, L 334, p. 1); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (ĠU 2016, L 188, p. 1); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (ĠU 2017, L 23, p. 3); |
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (ĠU 2017, L 204, p. 95), |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU 2017, L 204, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh. |
2 Permezz tar-rikors tiegħu fil-Kawża T-148/19, ibbażat ukoll fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament:
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU 2019, L 6, p. 6); |
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 (ĠU 2019, L 209, p. 15); u |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/24 (ĠU 2019, L 209, p. 1); |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/19 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1337 (ĠU 2020, L 8I, p. 1); |
— |
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 (ĠU 2020, L 247, p. 18), |
— |
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 (ĠU 2020, L 247, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh. |
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014 tat-22 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014, huma annullati sa fejn jikkonċernaw il-Kurdistan Workers’ Party (PKK). |
2) |
Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-316/14 RENV huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors fil-Kawża T-148/19 huwa miċħud. |
4) |
Il-PKK u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-Kawżi T-316/14, C-46/19 P, T-316/14 RENV u T-148/19. |
5) |
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Trasta Komercbanka et vs BĊE
(Kawża T-698/16) (1)
(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Missjonijiet speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Mewt ta’ rikorrent - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti u tal-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2023/C 35/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 rikorrenti oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, C. Hernández Saseta u A. Witte, aġenti, assistiti minn B. Schneider, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere u J. Davidoviča, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016 – 529900WIP0INFDAWTJ81/2 WOANCA-2016-0005 tal-BĊE tal-11 ta’ Lulju 2016 li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ Trasta Komercbanka għall-aċċess għall-attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors peress li dan ġie ppreżentat minn Igors Buimisters. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
3) |
Trasta Komercbanka AS u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness, bl-eċċezzjoni ta’ I. Buimisters, huma kkundannati għall-ispejjeż. |
4) |
I. Buimisters huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess. |
5) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-101/18) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Industrija nukleari - Għajnuna prevista mill-Ungerija għall-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fis-sit ta’ Paks - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern bil-kundizzjoni li jiġu osservati ċerti impenji - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Konformità tal-għajnuna mad-dritt tal-Unjoni minbarra d-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat - Rabta inseparabbli - Promozzjoni tal-enerġija nukleari - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 192 tat-Trattat Euratom - Prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni u ta’ sostenibbiltà - Determinazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata - Nuqqas fis-suq - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Proporzjonalità tal-għajnuna - Neċessità ta’ intervent mill-Istat - Determinazzjoni tal-elementi tal-għajnuna - Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2023/C 35/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: J. Schmoll, F. Koppensteiner, M. Klamert u T. Ziniel, aġenti, assistiti minn H. Kristoferitsch, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Schell, aġenti, assistiti minn P. Kinsch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, J. Pavliš u L. Halajová, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, aġent, assistit minn P. Nagy, N. Gràcia Malfeito, B. Karsai, avukati u C. Bellamy, KC), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: S. Ondrášiková, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: F. Shibli, L. Baxter u S. McCrory, aġenti, assititi minn T. Johnston, barrister)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika tal-Awstrija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2112 tas-6 ta’ Marzu 2017 dwar il-miżura/l-iskema ta’ għajnuna/l-għajnuna mill-Istat SA.38454 – 2015/C (ex 2015/N) li l-Ungerija qiegħda tippjana li timplimenta biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II ĠU 2017, L 317, p. 45).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE
(Kawża T-275/19) (1)
(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Setgħat tal-BĊE - Setgħat ta’ investigazzjoni - Spezzjonijiet fuq il-post - Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Deċiżjoni tal-BĊE li titwettaq spezzjoni fil-bini ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kompetenza tal-BĊE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Elementi ta’ natura li jiġġustifikaw spezzjoni - Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)
(2023/C 35/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PNB Banka SA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), innotifikata permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2019, li titwettaq spezzjoni fuq il-post fil-bini tiegħu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PNB Banka AS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE
(Kawża T-301/19) (1)
(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Neċessità ta’ superviżjoni diretta mill-BĊE ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti - Talba tal-awtorità kompetenti nazzjonali - Artikolu 68(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Deċiżjoni tal-BĊE li tikklassifika lil PNB Banka bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl amministrattiv - Rapport previst fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament Nru 468/2014 - Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)
(2023/C 35/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u D. Segoin, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), innotifikata permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Marzu 2019, li tikklassifikah bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PNB Banka AS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE
(Kawża T-330/19) (1)
(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE - Oppożizzjoni tal-BĊE għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu - Punt ta’ tluq tal-perijodu ta’ evalwazzjoni - Intervent tal-BĊE matul il-fażi inizjali tal-proċedura - Kriterji ta’ stabbiltà finanzjarja tal-akkwirent propost u ta’ osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali - Eżistenza ta’ raġuni raġonevoli għall-oppożizzjoni għall-akkwist abbażi ta’ kriterju ta’ evalwazzjoni wieħed jew diversi - Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)
(2023/C 35/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni, innotifikata permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Marzu 2019, li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ddeċieda li jopponi għat-tranżazzjoni li tikkonsisti fl-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’B.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PNB Banka AS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE
(Kawża T-230/20) (1)
(“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu PNB Banka - Proposta ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti - Deċiżjoni ta’ insolvenza ta’ PNB Banka - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)
(2023/C 35/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere u J. Davidoviča u E. Bārdiņš, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-17 ta’ Frar 2020, ECB-SSM-220-LVPNB-1, WHD-2019-0016, li tirtira l-awtorizzazzjoni tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PNB Banka AS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
3) |
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/20) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Sospensjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja - Skala ta’ ħlasijiet imwettqa provviżorjament - Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni u li tiffissa multa ta’ ammont identiku għal dak tal-multa imposta inizjalment - Imputazzjoni tal-pagamenti mwettqa provviżorjament - Interessi moratorji - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE - Arrikkiment indebitu - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Assenza ta’ bażi legali - Illegalità”)
(2023/C 35/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm), Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Duys u N. Tkatchenko, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u L. Mantl, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti, jitolbu, prinċipalment, l-annullament, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tal-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2020 li permezz tagħha hija intimathom iħallsu s-somma ta’ EUR 12 236 931,69 li tikkorrispondi, skontha, għas-saldu dovut mill-multa li kienet ġiet imposta lilhom fit-30 ta’ Settembru 2010; it-tieni, il-konstatazzjoni tal-ħlas totali tal-multa fis-17 ta’ Ottubru 2019 permezz tal-pagament tas-somma ta’ EUR 18 149 636,24, u t-tielet, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lil WDI is-somma ta’ EUR 1 633 085,17, flimkien mal-interessi b’effett minn din id-data tal-aħħar, minħabba arrikkiment indebitu ta’ din l-istituzzjoni. Sussidjarjament, ir-rikorrenti jitolbu, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallashom is-somma ta’ EUR 12 236 931,69, li ntalbet mill-Kummissjoni lil WDI, kif ukoll somma ekwivalenti għall-ammont żejjed irċevut minn din l-istituzzjoni, sas-somma ta’ EUR 163 308,17, flimkien mal-interessi b’effett mis-17 ta’ Ottubru 2019 sal-ħlas sħiħ tas-somma dovuta.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-537/20) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mil-Litwanja - Għajnuna għall-irtirar antiċipat - Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Artikolu 34(6) u Artikolu 35(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014”)
(2023/C 35/56)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič u K. Dieninis, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, J. Jokubauskaitė u M. Kaduczak, agenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika tal-Litwanja titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/859 tas-16 ta’ Ġunju 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2020, L 195, p. 59), sa fejn din imponiet fuqha korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 %, li teskludi għalhekk l-ammont ta’ EUR 2 186 447,97 mill-finanzjament imħallas taħt il-miżura ta’ għajnuna għall-irtirar antiċipat matul il-perijodu bejn is-16 ta’ Ottubru 2013 u t-30 ta’ Ġunju 2018.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Dicembru 2022 – CCPL et vs il-Kummissjoni
(Kawża T-130/21) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Imballaġġ tal-ikel intiż għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li temenda l-ammont ta’ multa - Modalitajiet tal-kalkolu tal-multa - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Limitu massimu tal-multa - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Kapaċità kontributtiva”)
(2023/C 35/57)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio d’Emilie, l-Italja), Coopbox Group SpA (Bibbiano, l-Italja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Cucchiara u E. Rocchi, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u T. Baumé, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2020, C(2020) 8940 finali li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – L-ippakkjar tal-ikel bl-imnut).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/50 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-221/21) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Korrezzjonijiet finanzjarji - Kunċett ta’ ‘bwar permanenti’ - Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 499/2014”)
(2023/C 35/58)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Gerardis, G. Rocchitta u E. Feola, avvocati dello Stato)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, J. Aquilina u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika Taljana titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/261 tas-17 ta’ Frar 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 59, p. 10), sa fejn din tikkonċerna ċerti spejjeż magħmula minnha.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/261 tas-17 ta’ Frar 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Taljana korrezzjoni ta’ somma f’daqqa ta’ 2 %, relattiva għall-għajnuna skont is-superfiċi mogħtija fl-Italja, f’ammont ta’ EUR 67 368 272,99 għas-sena tat-talba 2017. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/51 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – KN vs Il-Parlament
(Kawża T-401/21) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-KESE - Proċedura ta’ kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-KESE għas-sena finanzjarja 2019 - Riżoluzzjoni tal-Parlament li tindika lir-rikorrent bħala l-awtur ta’ aġir ta’ fastidju psikoloġiku - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Protezzjoni tad-data personali - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Obbligu ta’ kunfidenzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
(2023/C 35/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Crowe, C. Burgos u M. Allik, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (UE, Euratom) 2021/1552 tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU 2021, L 340, p. 140), u tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (UE) 2021/1553 tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU 2021, L 340, p. 141), u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, kumpens għad-dannu li huwa sofra minħabba l-atti kkontestati.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
KN huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/51 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Neoperl vs EUIPO
(Kawża T-487/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta inserzjoni sanitarja ċilindrika - Trade mark ta’ pożizzjoni li tintmiss - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Eżami ex officio - Eżami mill-Bord tal-Appell tal-karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ rappreżentazzjoni grafika preċiża u kompleta fiha nnifisha tal-impressjoni li tintmiss prodott mis-sinjal - Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (CE) 207/2007 [li saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2023/C 35/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Kaufmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2019-5).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2019-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/52 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Zeta Farmaceutici vs EUIPO – Specchiasol (EUPHYTOS)
(Kawża T-515/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EUPHYTOS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti EuPhidra - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 56(2) u Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Perijodi rilevanti - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Kwalifika ta’ provi ġodda jew addizzjonali - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)
(2023/C 35/61)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Zeta Farmaceutici SpA (Vicenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia, J. Crespo Carrillo u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Specchiasol Srl (Bussolengo, l-Italja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2094/2019-1).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2094/2019-1) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Farmaceutici SpA. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/53 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Apparat ta’ kontroll mill-bogħod (wireless))
(Kawża T-612/21) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ kontroll mill-bogħod (wireless) - Raġuni ta’ invalità - Karatteristiċi tal-apparenza ta’ prodott esklużivament imposti mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Fatti invokati jew provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)
(2023/C 35/62)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk s.c (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Oleksyn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: ESSAtech (Přistoupim, ir-Repubblika Ċeka)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali ta-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1072/2020-3).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1072/2020-3) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/53 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – Vaillant (Puma)
(Kawża T-623/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Puma - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 35/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer, D. Stoyanova Valchanova u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vaillant GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Abrar, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1875/2019-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/54 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL3TOTAL)
(Kawża T-678/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VSL3TOTAL - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VSL#3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2023/C 35/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Cavattoni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci u F. Rombolà, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1568/2020-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Mendes SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/55 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Allessa vs EUIPO – Dumerth (CASSELLAPARK)
(Kawża T-701/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CASSELLAPARK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”)
(2023/C 35/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Allessa GmbH (Franfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fröhlich, M. Hartmann u H. Lerchl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carim Dumerth (Francfort-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Wieland u C. Corbet, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1043/2020-5).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alessa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/55 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Bora Creations vs EUIPO (essence)
(Kawża T-738/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea essence - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)
(2023/C 35/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bora Creations, SL (Andratx, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange u M. Ebner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2021 (Każ R 693/2021-4).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Bora Creations, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/56 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)
(Kawża T-747/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fohlenelf - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a), Artikolu 94(1), u Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 35/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Borussia VfL 1900 Mönchengladbach GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kitzberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u E. Nicolás Gómez, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: David Neng (Brüggen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Breuer, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Settembru 2021 (Każ R 2126/2020-4).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Settembru 2021 (Każ R 2126/2020-4) hija annullata sa fejn il-prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fohlenelf ġiet miċħuda fir-rigward ta’ “sapun”, taħt il-klassi 3, ta’ “folji adeżivi tal-karti jew tal-plastik, tikketti adeżivi”, taħt il-klassi 16, ta’ “oġġetti tal-porċellana u tal-fuħħar”, taħt il-klassi 21, kif ukoll fir-rigward ta’ “fliexken tax-xorb għall-isports fliexken tax-xorb għall-isports”, sa fejn din hija subkategorija ta’ prodotti fi ħdan “kontenituri għal użu domestiku jew għal użu fil-kċina”, ukoll taħt il-klassi 21, ta’ “xugamani tal-banju kbar”, taħt il-klassi 24, u ta’ “logħob, ġugarelli”, taħt il-klassi 28. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/57 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)
(Kawża T-780/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LiLAC - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 35/68)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Lila Rossa Engros SRL (Voluntari, ir-Rumanija) (rappreżentant: O. Anghel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Settembru 2021 (Każ R 441/2021-5).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud.. |
2) |
Lila Rossa Engros SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/57 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Hasco TM vs EUIPO – Esi (NATURCAPS)
(Kawża T-12/22) (1)
(“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea NATURCAPS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NATURKAPS - Assenza ta’ użu ġenwin tat – trade mark preċedenti - Artikolu 64(2) tar – Regolament (UE) 2017/1001 - Klassifikazzjoni tal – prodotti farmaċewtiċi u supplimenti tal – ikel”)
(2023/C 35/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hasco TM sp. z o.o. sp.k. (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Esi Srl (Albisola Superiore, l-Italja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Novembru 2021 (Każ R 617/2021-4).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Hasco TM sp. z o.o. sp.k. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/58 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)
(Kawża T-85/22) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali STAYER - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Klassifikazzjoni tal-prodotti li għalihom l-użu ġenwin ġie ppruvat)
(2023/C 35/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentanti: P. Creta, A. Lanzarini, B. Costa u M. Lazzarotto, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 932/2021-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ZAO Korporaciya “Masternet” hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/58 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – General Wire Spring vs EUIPO (GENERAL PIPE CLEANERS)
(Kawża T-151/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali GENERAL PIPE CLEANERS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 35/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: General Wire Spring Co. (McKees Rocks, Pennsylvanie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Carrillo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: R. Raponi, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Jannar 2022 (Każ R 1452/2021-5).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
General Wire Spring Co. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/59 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)
(Kawża T-155/22) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STAYER - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Klassifikazzjoni tal-prodotti li għalihom l-użu ġenwin ġie ppruvat)
(2023/C 35/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentanti: P. Creta, A. Lanzarini, A. Sponzilli, B. Costa u M. Lazzarotto, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 931/2021-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ZAO Korporaciya “Masternet” hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/60 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Sanetview vs EUIPO – 2boca2catering (Las Cebras)
(Kawża T-159/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Las Cebras - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LEZEBRA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2023/C 35/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sanetview, SLU (Andorra-la-Vella, Andorra) (rappreżentanti: J. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez, Y. Hernández Viñes u C. Marí Aguilar, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour Hage u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: 2boca2catering, SL (Sevilla, Spanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Jannar 2022 (Każ R 1070/2021-5).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sanetview, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/60 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Basicmed Enterprises et vs Il-Kunsill et
(Kawża T-379/16) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru - Deċiżjoni 2013/236/UE - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/463/UE - Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Rekwiżiti formali - Eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji interni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dritt għall-proprjetà - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu, parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
(2023/C 35/74)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Basicmed Enterprises Ltd (Limassol, Ċipru), u d-19-il rikorrent l-oħra li isimhom jinsab fl-anness mad-digriet (rappreżentanti: P. Tridimas, K. Kakoulli u P. Panayides, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u I. Gurov, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. P. Keppenne u S. Delaude, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius, G. Várhelyi u K. Drēviņa, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat), Il-Grupp tal-Euro, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u I. Gurov, aġenti), L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. P. Keppenne u S. Delaude, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbu minħabba d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba mressqa mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, minħabba d-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar Ċipru, minħabba d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU 2013, L 141, p. 32), minħabba d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/463/UE tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku għal Ċipru u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/236/UE (ĠU 2013, L 250, p. 40), minħabba l-Memorandum ta’ Ftehim tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) kif ukoll minħabba atti oħra u minħabba aġir ieħor tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-BĊE u tal-Grupp tal-Euro inkonnessjoni mal-għoti ta’ faċilità ta’ għajnuna finanzjarja lir-Repubblika ta’ Ċipru.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Basicmed Enterprises Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/61 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Validity vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-640/20) (1)
(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti kkofinanzjat mill-FEŻR - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Tmiem tal-interess ġuridiku - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Talba għall-adattament tar-rikors - Inammissibbiltà parzjali”)
(2023/C 35/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: B. Van Vooren u R. Oyarzabal Arigita, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u A. Spina, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha din irrifjutat l-aċċess għal dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti tal-awtoritajiet Ungeriżi u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2834 final tad-19 ta’ April 2021, li permezz tagħha din tat l-aċċess għall-imsemmija dokumenti.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat lil Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre l-aċċess għal dokumenti dwar abbozz ta’ sejħa għal proposti tal-awtoritajiet Ungeriżi. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/62 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Fieldpoint (Cyprus) vs EUIPO (HYPERLIGHTOPTICS)
(Kawża T-800/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HYPERLIGHTOPTICS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2023/C 35/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fieldpoint (Cyprus) LTD (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: P. Rath u S. Gebele, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u T. Klee, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1166/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Fieldpoint (Cyprus) LTD hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/62 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Fieldpoint (Cyprus) vs EUIPO (HYPERLIGHTEYEWEAR)
(Kawża T-801/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HYPERLIGHTEYEWEAR - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2023/C 35/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fieldpoint (Cyprus) LTD (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: P. Rath u S. Gebele, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite u T. Klee, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1165/2021-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Fieldpoint (Cyprus) LTD hija kkundannata għall-ispejjeż. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/63 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2022 – Ferreira de Macedo Silva vs Frontex
(Kawża T-595/22)
(2023/C 35/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Miguel Ferreira de Macedo Silva (Cercal do Alentejo, il-Portugall) (rappreżentant: L. Cosme Nunes Rolo, avukat)
Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Awwissu 2022 tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għal Ġestjoni u l-Proċessi ta’ Informazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) li taġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, biex tkeċċih qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ prova bħala persunal temporanju ta’ Kat 1tal-Korp Permanenti; |
— |
tikkundanna lil Frontex, f’każ ta’ ri-ammissjoni impossibbli fil-ħin fil-lott 8, għall-ispejjeż kollha relatati mat-twettiq tal-kuntratt għall-ħames snin, u l-ispejjeż legali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg (riferiment: Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000) (1). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-ħtiġijiet proċedurali essenzjali kif ukoll tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal smigħ. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/64 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2022 – Athlet vs EUIPO – Heuver Bandengroothandel (ATHLET)
(Kawża T-650/22)
(2023/C 35/79)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Athlet Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Reinhard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heuver Bandengroothandel BV (Hardenberg, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ATHLET – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 224 692
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 2214/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tat-Trattat FUE; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Żnaturament tal-fatti u tal-provi; |
— |
Ksur tal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/64 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – FOF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-688/22)
(2023/C 35/80)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: FOF – Fox Oil Fund, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/65 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Fontwell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-691/22)
(2023/C 35/81)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Fontwell – Import, Export, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/65 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Mission vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-700/22)
(2023/C 35/82)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Mission – Trading, Gestão e Serviços, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/66 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Durie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-705/22)
(2023/C 35/83)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Durie – Trading e Serviços Internacionais, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/66 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Ostrava vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-707/22)
(2023/C 35/84)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Ostrava – Trading e Serviços Internacionais, Sociedade Unipessoal, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/67 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – White Pearl vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-708/22)
(2023/C 35/85)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: White Pearl, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-553/22, Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/67 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Starboard vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-710/22)
(2023/C 35/86)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Starboard, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/68 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Caledonian vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-711/22)
(2023/C 35/87)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Caledonian – Serviços Internacionais, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/68 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Fuchinvest vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-712/22)
(2023/C 35/88)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Fuchinvest Real Estate Participações, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugal) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/69 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Administradora Fortaleza et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-716/22)
(2023/C 35/89)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Administradora Fortaleza, Ltda (São Paulo, il-Brażil), u disa’ rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni jew sa fejn dawn japplikaw għas-“sociedades gestoras de participações sociais” (kumpanniji holding) jew bħala riżultat tal-fatt li jiġi rċevut dħul minn sors ’il barra mir-reġjun ultraperifiku. |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/69 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Newco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-717/22)
(2023/C 35/90)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Newco Corporate Services, SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/70 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Bourbon Offshore Interoil Shipping vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-721/22)
(2023/C 35/91)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Bourbon Offshore Interoil Shipping – Navegação, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Fernandes Martins u M. Mendonça Saraiva, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III; |
— |
fi kwalunkwe każ, bla ħsara għat-talba msemmija fl-inċiż preċedenti, tannulla l-Artikolu 4 tal-imsemmija Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) u, konsegwentement, l-ordni ta’ ħlas lura tal-għajnuna mill-benefiċjarji, flimkien mal-interessi; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata konformement mal-Artikolu 264 TFUE; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni Ewropea għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol” f’Ekwivalenti għall-Full Time (FTE) u Unitajiet Annwali ta’ Xogħol (ALU), użati fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 (ĠU 2006, C 54, p. 13). |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-inammissibbiltà tal-impożizzjoni ta’ ħlas lura tal-għajnuna u ta’ likwidazzjoni tal-interessi mill-benefiċjarji. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/71 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2022 – LG et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-730/22)
(2023/C 35/92)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Sigal u M. Teder, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara li l-konvenuta aġixxiet illegalment taħt l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 883/2013 (1), kif emendat bir-Regolament (EU, Euratom) 2020/2223 (2) billi naqset milli tibgħat lir-rikorrenti espożizzjoni tal-fatti raġonevolment iddettaljata u ċara li tiċċara jekk u kif l-azzjonijiet tar-rikorrenti, skont l-OLAF, għamlu ħsara lill-interessi tal-Unjoni Ewropea, u billi ma tatx lir-rikorrenti opportunità addizzjonali sabiex jikkummentaw dwar din l-espożizzjoni tal-fatti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-OLAF naqas milli jaġixxi billi ma pprovdiex lir-rikorrenti, li ġew imsemmija bħala persuni kkonċernati f’investigazzjoni tal-OLAF, opportunità sinjifikattiva sabiex jikkummentaw dwar il-fatti li jikkonċernawhom, skont l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(b)(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2223. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-OLAF naqas milli jaġixxi skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi ma żvelax, permezz tal-espożizzjoni tal-fatti pprovduta lir-rikorrenti, l-allegazzjonijiet preliminari kontra r-rikorrenti li kienu jippermettulhom jevalwaw ir-rilevanza tal-fatti esposti u jikkummentaw dwar tali fatti. |
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).
(2) Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (ĠU 2020, L 437, p. 49).
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/71 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Mazepin vs Il-Kunsill
(Kawża T-743/22)
(2023/C 35/93)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Nikita Dmitrievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1); |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2); |
— |
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrenti tinżamm fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530, u skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna; kollettivament imsejħa l-“atti kkontestati”, sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni; nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-oneru tal-prova; il-ksur tal-kriterji tal-elenkar fil-lista stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(e) u fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti; il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u għal-libertà ta’ impriża u l-ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju fundamentali ta' nondiskriminazzjoni. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali; il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu tal-Kunsill li jirrevedi perjodikament is-sanzjonijiet. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/72 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Mazzone vs Il-Parlament
(Kawża T-751/22)
(2023/C 35/94)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Antonio Mazzone (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ “Modifika tal-istabbiliment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ta’ ex membru Taljan tal-Parlament Ewropew” ikkomunikata b’ittra tal-21 ta’ Settembru 2022, irċevuta fil-5 ta’ Ottubru 2022, mibgħuta mid- Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew bis-suġġett: “Stabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar wara d-deċiżjoni tat-3 ta’ Marzu 2022, Nru. 150 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati”, u tannulla kwalunkwe att preċedenti u/jew sussegwenti u/jew riżultanti, |
— |
taċċerta u tiddikjara d-dritt tar-rikorrent għaż-żamma tal-allowance għall-ħajja mogħti mill-Parlament Ewropew sal-ammonti miksuba u li jkunu nkisbu sal-mument tal-ewwel ħlas, |
— |
tikkundanna lill-istess Parlament Ewropew għall-ħlas favur ir-rikorrent tal-ammonti kollha indebitament miżmuma, miżjuda biż-żieda tal-valutazzjoni monetarja u bl-interessi legali mid-data taż-żamma sal-mument tal-ħlas, |
— |
tikkundanna wkoll lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u sabiex minnufih jistabbilixxi mill-ġdid b’mod sħiħ il-miżura oriġinali tal-allowance għall-ħajja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-riżerva ta’ kompetenza tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew (l-Artikolu 25 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew).
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) (1); insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr bażi legali valida; applikazzjoni żbaljata tal-Anness III tar-Regoli dwar l-Ispejjeż u l-Allowances tal-Membri (iktar ’il quddiem is-“SID”) (2) u tal-Artikoli 74 sa 75 tad-Deċiżjoni dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem il-“MAS”) (3).
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni u tal-Annessi I, II u III tar-Regoli dwar l-Ispejjeż u l-Allowances tal-Membri. Ksur tal-Artikolu 28 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni ta’ drittijiet kweżiti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta. Ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-KEDB. Nuqqas ta’ proporzjonalità tas-sagrifiċċju impost.
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21 u 25 tal-Karta, tal-Artikolu 10 TFUE u tal-Artikolu 15 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
|
(2) Deċiżjoni tal-Bureau Estiż tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Novembru 1981; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-24 u tal-25 ta’ Mejju 1982, emendata fit-13 ta’ Settembru 1995 u fis-6 ta’ Ġunju 2005.
(3) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2009, C 159, p. 1).
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/74 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Ceravolo vs Il-Parlament
(Kawża T-752/22)
(2023/C 35/95)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Domenico Ceravolo (Noventa Padovana, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ “Modifika tal-istabbiliment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar ta’ ex membru Taljan tal-Parlament Ewropew” ikkomunikata b’ittra tal-21 ta’ Settembru 2022, irċevuta fil-5 ta’ Ottubru 2022, mibgħuta mid- Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew bis-suġġett: “Stabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar wara d-deċiżjoni tat-3 ta’ Marzu 2022, Nru. 150 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati”, innotifikata lir-rikorrent u, barra minn hekk, tannulla l-istabbiliment mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħti mill-Parlament lir-rikorrent, kif ukoll kwalunkwe att preċedenti u/jew sussegwenti, |
— |
taċċerta u tiddikjara d-dritt tar-rikorrent għaż-żamma tal-allowance għall-ħajja mogħti mill-Parlament Ewropew sal-ammonti miksuba u li jkunu nkisbu sal-mument tal-ewwel ħlas, |
— |
tikkundanna lill-istess Parlament Ewropew għall-ħlas favur tiegħu tal-ammonti kollha indebitament miżmuma, miżjuda biż-żieda tal-valutazzjoni monetarja u bl-interessi legali mid-data taż-żamma sal-mument tal-ħlas, |
— |
tikkundanna wkoll lill-Parlament Ewropew sabiex jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u sabiex minnufih jistabbilixxi mill-ġdid b’mod sħiħ il-miżura oriġinali tal-allowance għall-ħajja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-riżerva ta’ kompetenza tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew (l-Artikolu 25 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew).
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) (1); insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr bażi legali valida; applikazzjoni żbaljata tal-Anness III tar-Regoli dwar l-Ispejjeż u l-Allowances tal-Membri (iktar ’il quddiem is-“SID”) (2) u tal-Artikoli 74 sa 75 tad-Deċiżjoni dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem il-“MAS”) (3).
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 75 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni u tal-Annessi I, II u III tar-Regoli tas-SID. Ksur tal-Artikolu 28 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni ta’ drittijiet kweżiti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta. Ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-KEDB. Nuqqas ta’ proporzjonalità tas-sagrifiċċju impost.
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21 u 25 tal-Karta, tal-Artikolu 10 TFUE u tal-Artikolu 15 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
|
(2) Deċiżjoni tal-Bureau Estiż tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Novembru 1981; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-24 u tal-25 ta’ Mejju 1982, emendata fit-13 ta’ Settembru 1995 u fis-6 ta’ Ġunju 2005.
(3) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2009, C 159, p. 1).
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/76 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO Road Star Group (Footwear)
(Kawża T-757/22)
(2023/C 35/96)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Road Star Group (Nupaky, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 4 160 273-0015
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1900/2021-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/77 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – Fujian Daocheng Electronic Commerce (Żraben)
(Kawża T-758/22)
(2023/C 35/97)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fujian Daocheng Electronic Commerce Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 8 367 742-0013
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1876/2021-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/78 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2022 – Kesaev vs Il-Kunsill
(Kawża T-763/22)
(2023/C 35/98)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Igor Albertovich Kesaev (Usovo, ir-Russja) (rappreżentanti: R. Moeyersons u A. De Jonge, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif implimentata permezz tar-Regolament ta’ Eżekuzzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità nazzjonali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn huma jikkonċernaw lil Kesaev; tannulla l-estensjoni tas-sanzjonijiet individwali kontra Kesaev, u tneħħi lil Kesaev mil-lista tal-Anness I tar-Regolament Nru 269/2014 (3); |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv: il-motivazzjoni għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tas-sanzjonijiet hija fattwalment skorretta u/jew irrilevanti.
|
2. |
It-tieni motiv: ir-rikorrent qatt ma nstema’ u lanqas ma ġie informat korrettament – ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. |
3. |
It-tielet motiv: l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tas-sanzjonijiet tikser il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – ksur tal-Artikoli 6, 8, 16 u 17, flimkien mal-Artikolu 52 tal-Karta. |
4. |
Ir-raba’ motiv: it-terminoloġija użata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) Nru 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4) hija tant vaga li l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni ssir arbitrarja – ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
5. |
Il-ħames motiv: is-sanzjoni hija bbażata fuq diskriminazzjoni. Persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet simili ma humiex issanzjonati, ir-rikorrent huwa ssanzjonat sempliċement għaliex huwa 1) sinjur 2) politikament newtrali u 3) negozjant Russu. |
6. |
Is-sitt motiv: il-Kunsill għandu fi kwalunkwe każ jiġi kkundannat għall-ispejjeż għaliex ir-rikorrent huwa obbligat jibda din il-proċedura minħabba li l-Kunsill għadu ma aġixxiex fuq it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid. |
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/79 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2022 – bet365 Group vs EUIPO (bet365)
(Kawża T-764/22)
(2023/C 35/99)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: bet365 Group Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. van Manen u E. van Gelderen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “bet365” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 479 799
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 622/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/80 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2022 – Hoffmann vs EUIPO – Moldex/Metric (Holex)
(Kawża T-767/22)
(2023/C 35/100)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hoffmann GmbH Qualitätswerkzeuge (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Moldex/Metric AG & Co. KG (Walddorfhäslach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Holex – Applikazzjoni Nru 18 222 083
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1248/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 222 083 ġiet miċħuda għal dawn il-prodotti: maskri respiratorji, ħlief dawk għan-nifs artifiċjali fil-klassi 9 u dispensuri tal-protezzjoni tas-smigħ; protezzjoni tas-smigħ; protezzjoni tas-smigħ, b’mod partikolari tappijiet għall-widnejn, luvers għall-protezzjoni tas-smigħ, kapsuli għall-protezzjoni tas-smigħ (protezzjoni tas-smigħ fil-forma ta’ kuffji); |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/80 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Cogebi u Cogebi vs Il-Kunsill
(Kawża T-782/22)
(2023/C 35/101)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cogebi (Brussell, il-Belġju), Cogebi, a.s. Cogebi, a.s. (Tábor, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: H. over de Lindern, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 3(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn din tikkonċerna l-inklużjoni fil-lista ta’ oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 3(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 (Anness XXI) tan-kodiċi NK 6814; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżit proċedurali essenzjali – rekwiżit ta’ motivazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-libertà ta’ impriża, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif imsemmi fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
(1) ĠU 2014, L 229, p. 1 rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/81 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 – Timberland Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-782/16) (1)
(2023/C 35/102)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/81 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2022 – Foz vs Il-Kunsill
(Kawża T-481/21) (1)
(2023/C 35/103)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/82 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2022 – Lilly Drogerie vs EUIPO – Lillydoo (LILLYDOO kids)
(Kawża T-150/22) (1)
(2023/C 35/104)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.