ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 24

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
23ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 24/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 24/02

Kawża C-24/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament – Deċiżjoni (UE) 2019/1754 – Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Genève tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi – Artikolu 3(1) TFUE – Kompetenza esklużiva tal-Unjoni – Artikolu 207 TFUE – Politika kummerċjali komuni – Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali – Artikolu 218(6) TFUE – Dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea – Modifika mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-proposta tal-Kummissjoni – Artikolu 293(1) TFUE – Applikabbiltà – Artikolu 4(3), Artikolu 13(2) u Artikolu 17(2) TUE – Artikolu 2(1) TFUE – Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, ta’ ekwilibriju istituzzjonali u ta’ kooperazzjoni leali)

2

2023/C 24/03

Kawżi magħquda C-37/20 u C-601/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20) vs Luxembourg Business Registers (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2018/843 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 – Emenda magħmula fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) ta’ din l-aħħar direttiva – Aċċess ta’ kull membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi – Validità – Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Protezzjoni tad-data personali)

3

2023/C 24/04

Kawża C-638/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Överklagandenämnden för studiestöd – l-Isvezja) – MCM vs Centrala studiestödsnämnden (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Artikolu 45 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Regolament (UE) Nruo492/2011 – Artikolu 7(2) – Għajnuna finanzjarja għal studji fl-edukazzjoni ogħla fi Stat Membru ieħor – Rekwiżit ta’ residenza – Rekwiżit alternattiv ta’ integrazzjoni soċjali għall-istudenti mhux residenti – Sitwazzjoni ta’ student ċittadin tal-Istat li jgħatti l-għajnuna, residenti sa minn twelidu fl-Istat tal-istudji)

4

2023/C 24/05

Kawża C-69/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Artikoli 4, 7 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti – Rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, ta’ tkeċċija u ta’ estradizzjoni – Dritt ta’ residenza għal raġunijiet mediċi – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115/KE – Ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda gravi – Kura medika maħsuba sabiex jitnaqqas l-uġigħ – Kura indisponibbli fil-pajjiż tal-oriġini – Kundizzjonijiet li taħthom it-tneħħija għandha tiġi posposta)

4

2023/C 24/06

Kawża C-90/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Vincent Thunus et vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Remunerazzjoni – Aġġustament annwali tas-salarji – Rikors għal annullament u għal kumpens)

6

2023/C 24/07

Kawża C-91/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Vincent Thunus et vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Remunerazzjoni – Aġġustament annwali tas-salarji – Rikors għal annullament u għal kumpens)

6

2023/C 24/08

Kawża C-166/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku – Direttiva 92/83/KEE – Eżenzjoni mid-dazju armonizzat – Alkoħol etiliku użat għall-produzzjoni ta’ mediċini – Artikolu 27(1)(d) – Eżenzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li l-alkoħol jitqiegħed taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju – Impossibbiltà li tinkiseb rifużjoni tad-dazju tas-sisa mħallas – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

7

2023/C 24/09

Kawża C-259/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament – Politika komuni tas-sajd – Regolament (UE) 2021/92 – Stabbiliment, għall-2021, tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjon – Konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta’ miżuri tekniċi – Artikoli 15 sa 17 u 20 kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 – Artikolu 43(3) TFUE – Użu ħażin ta’ poter – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

7

2023/C 24/10

Kawża C-289/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – IG vs Varhoven administrativen sad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 47 tal – Karta tad – Drittijiet Fundamentali tal – Unjoni Ewropea – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Regola proċedurali nazzjonali li tipprevedi li rikors intiż sabiex jikkontesta l-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jsir mingħajr skop jekk id-dispożizzjoni tiġi mħassra matul il-proċedura)

8

2023/C 24/11

Kawża C-296/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontroll tal-akkwist u tal-pussess ta’ armi tan-nar – Direttiva 91/477/KEE – Parti III tal-Anness I – Standards u tekniċi ta’ diżattivazzjoni – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 – Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni ta’ armi tan-nar – Artikolu 3 – Entità ta’ verifika ċċertifikata minn awtorità nazzjonali – Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ diżattivazzjoni – Entità li ma tinsabx fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea – Trasferiment fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta’ armi tan-nar iddiżattivati – Artikolu 7 – Rikonoxximent reċiproku)

8

2023/C 24/12

Kawża C-302/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castelló de la Plana – Spanja) – Casilda vs Banco Cetelem SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kawża prinċipali li ma għadx għandha skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

9

2023/C 24/13

Kawża C-358/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali – Konvenzjoni ta’ Lugano II – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Kundizzjonijiet formali – Klawżola li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali – Kundizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġu kkonsultati u stampati minn hypertext link imsemmija f’kuntratt konkluż bil-miktub – Kunsens tal-partijiet)

10

2023/C 24/14

Kawża C-458/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(ċ) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Provvisti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Servizz użat minn kumpannija tal-assigurazzjoni sabiex tivverifika l-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja kif ukoll issib u tipprovdi l-aħjar kura u trattament possibbli barra mill-pajjiż)

11

2023/C 24/15

Kawża C-596/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167 u 168 – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi – Katina ta’ kunsinni – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi – Persuna taxxabbli – It-tieni xerrej ta’ oġġett – Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist – Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)

11

2023/C 24/16

Kawża C-658/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Belġju) – VZW Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming (Belplant), li kienet VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR) vs Vlaams Gewest (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva (UE) 2015/1535 – Kunċett ta’ regolament tekniku – Artikolu 1(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-użu ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat minn individwi fuq artijiet għal użu privat – Artikolu 5(1) – Obbligu tal-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku)

12

2023/C 24/17

Kawża C-691/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Cafpi SA, Aviva assurances SA vs Enedis SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 85/374/KEE – Artikolu 3 – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Kunċett ta’ produttur – Operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu)

13

2023/C 24/18

Kawża C-333/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles) – il-Belġju – DA vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa) et u FC et vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa) et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Artikoli 107 u 108 TFUE – Trattat bilaterali ta’ investiment – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-Rumanija – Sentenza arbitrali li tagħti l-ħlas tad-danni bl-interessi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li l-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu – Eżekuzzjoni forzata tas-sentenza arbitrali quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru destinatarju tas-sentenza – Ksur tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 19 TUE – Artikoli 267 u 344 TFUE – Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni)

14

2023/C 24/19

Kawża C-49/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad – Pazardzhik – il-Bulgarija) – SF vs Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Plovdiv (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2015/859 – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-pagamenti li jaqbżu ċertu limiti jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ depożitu f’kont ta’ pagament)

14

2023/C 24/20

Kawżi Magħquda C-650/20 u C-651/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – Il-Polonja) – R1, R2 (C-650/20) / O1, O2 (C-650/20) u C (C-651/20) vs T, O (C-651/20) (Tħassir)

15

2023/C 24/21

Kawża C-307/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kleve – il-Ġermanja) – AB et vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Artikolu 5(1)(ċ) – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online – Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar – Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier)

16

2023/C 24/22

Kawża C-374/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni ġudizzjarja kontra irregolaritajiet – Artikolu 4 – Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi – Artikolu 3(1) – Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja – Skadenza – Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat – Artikolu 3(2) – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Applikabbiltà – Bidu tad-dekorrenza – Interruzzjoni u sospensjoni)

16

2023/C 24/23

Kawża C-777/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – VB vs Comune di Portici (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Ċirkulazzjoni fit-toroq – Reġistrazzjoni u ntaxxar ta’ vetturi bil-mutur – Vettura rreġistrata fi Stat Membru – Konduttur residenti fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u fi Stat Membru ieħor – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi lil persuni residenti fit-territorju tiegħu għal iktar minn 60 il-ġurnata milli tiċċirkola f’dan l-Istat Membru b’vettura rreġistrata barra mill-pajjiż)

17

2023/C 24/24

Kawża C-235/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel

18

2023/C 24/25

Kawża C-295/22 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2022 minn Luis Miguel Novais mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-4 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-66/22, Novais vs Il-Portugall

19

2023/C 24/26

Kawża C-324/22 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Union nationale des indépendants solidaires (UNIS) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-431/21, UNIS vs Il-Kummissjoni

19

2023/C 24/27

Kawża C-571/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn Unite the Union mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-739/20, Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

20

2023/C 24/28

Kawża C-577/22 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2022 minn Munich, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-502/20 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.)

20

2023/C 24/29

Kawża C-597/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-408/21, HB vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2023/C 24/30

Kawża C-603/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Słupsku (il-Polonja) fid-19 ta’ Settembru 2022 – M.S., J.W. u M.P.

21

2023/C 24/31

Kawża C-612/22 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 minn Tigercat International Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-251/21, Tigercat International Inc. vs EUIPO

24

2023/C 24/32

Kawża C-631/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares (Spanja) fis-7 ta’ Ottubru 2022 – J.M.A.R vs C.N.N., SA

25

2023/C 24/33

Kawża C-632/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – AB Volvo vs Transsaqui S.L.

25

2023/C 24/34

Kawża C-633/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Real Madrid Club de Fútbol, AE vs EE, Société Éditrice du Monde SA

26

2023/C 24/35

Kawża C-634/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Proċeduri kriminali kontra OT, PG, CR, VT u MD

27

2023/C 24/36

Kawża C-635/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – SC Assofrutti Rom S.R.L vs Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

28

2023/C 24/37

Kawża C-646/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – Compass Banca SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

28

2023/C 24/38

Kawża C-660/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – Ente Cambiano Società cooperativa per azioni vs Agenzia delle Entrate

29

2023/C 24/39

Kawża C-684/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – S.Ö. vs Stadt Duisburg

30

2023/C 24/40

Kawża C-685/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – N.Ö. u M.Ö. vs Stadt Wuppertal

30

2023/C 24/41

Kawża C-686/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – M.S. u S.S. vs Stadt Krefeld

31

2023/C 24/42

Kawża C-452/21: Digriet tal-President tal-Għaxar Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – Il-Polonja) – J.K., B.K. vs Przedsiębiorstwo Państwowe X

31

2023/C 24/43

Kawża C-581/21: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2022 – Ryanair DAC, Laudamotion GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2023/C 24/44

Kawża C-639/21: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – PB vs Geos SAS, Geos International Consulting Limited

32

2023/C 24/45

Kawża C-51/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pesti Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.)

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 24/46

Kawżi T-122/20 u T-123/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Sciessent vs Il-Kummissjoni (Prodotti bijoċidali – Sustanzi attivi – Żeolit tal-fidda u żeolit tal-fidda u tar-ram – Rifjut ta’ approvazzjoni għat-tipi ta’ prodotti 2 u 7 – Artikolu 4 u Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 – Effikaċja – Sustanzi attivi intiżi li jiġu użati f’oġġetti trattati – Evalwazzjoni tal-effikaċja tal-oġġetti ttrattati nnifishom – Kompetenza tal-Kummissjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi)

33

2023/C 24/47

Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u Kawża T-283/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – CWS Powder Coatings et vs Il-Kummissjoni (Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Regolament (KE) Nru 1272/2008 – Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet – Regolament (UE) 2020/217 – Klassifikazzjoni tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm – Kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala karċinoġenu – Affidabbiltà u aċċettabbiltà tal-istudji – Sustanza intrinsikament kapaċi li tikkawża l-kanċer – Kalkolu tal-istrapazz pulmonari b’partiċelli – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

34

2023/C 24/48

Kawża T-469/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Liġi Olandiża li tipprojbixxi l-użu tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku – Għeluq antiċipat ta’ impjant tal-enerġija bil-faħam – Għoti ta’ kumpens – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-kumpens kompatibbli mas-suq intern – Assenza ta’ klassifikazzjoni espressa bħala għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Ċertezza legali)

35

2023/C 24/49

Kawża T-72/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Bowden u Young vs Europol (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Persunal tal-Europol – Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni – Telf tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru – Xoljiment tal-kuntratt – Artikolu 47(b)(iii) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Talba għal deroga mill-kundizzjoni tal-impjieg stabbilita fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Rifjut li tingħata deroga – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt ta’ smigħ – Tul tal-proċedura amministrattiva – Terminu raġjonevoli – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Interess tas-servizz – Dmir ta’ premura – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

36

2023/C 24/50

Kawża T-512/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Epsilon Data Management vs EUIPO – Epsilon Technologies (EPSILON TECHNOLOGIES) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea EPSILON TECHNOLOGIES – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, punt (a), u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Natura tal-użu – Forma li tvarja f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Użu għas-servizzi li għalihom it-trade mark ġiet irreġistrata”)

37

2023/C 24/51

Kawża T-796/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Grupo Eig Multimedia vs EUIPO – Globalización de Valores CFC & GCI (FORO16) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FORO16 – Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Cambio16, Energia16, Cambio16 radio – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Camb16, DEFENSA Y SEGURIDAD 16, CAMBIO16 DIGITAL, EVENTOS 16, Salón16 – Raġuni relattiva għal rifjut – Familja ta’ trade marks – Assenza ta’ provi – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

37

2023/C 24/52

Kawża T-14/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – uwe JetStream vs EUIPO (JET STREAM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali JET STREAM – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

38

2023/C 24/53

Kawża T-672/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Grupa LEW vs EUIPO – Lechwerke (GRUPALEW.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattivi GRUPALEW. – Trade mark nazzjonali figurattivi preċedenti LEW- Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin – Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat 2018/625 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

39

2023/C 24/54

Kawża T-161/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2022 – Ortega Montero vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Rappreżentanza tal-persunal – Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal – Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra – Terminu ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà)

39

2023/C 24/55

Kawża T-231/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Growth Finance Plus vs EUIPO (doglover) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea doglover – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

40

2023/C 24/56

Kawża T-232/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Growth Finance Plus vs EUIPO (catlover) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea catlover – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

41

2023/C 24/57

Kawża T-528/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2022 – Belaruskali vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u l-involviment tal-Bjelarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

41

2023/C 24/58

Kawża T-623/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – SD vs EMA

42

2023/C 24/59

Kawża T-625/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

43

2023/C 24/60

Kawża T-628/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Repasi vs Il-Kummissjoni

45

2023/C 24/61

Kawża T-634/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – ZR vs EUIPO

46

2023/C 24/62

Kawża T-678/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 – van der Linde vs KEPD

47

2023/C 24/63

Kawża T-681/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Spanja vs Il-Kummissjoni

48

2023/C 24/64

Kawża T-683/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Newalliance vs Il-Kummissjoni

49

2023/C 24/65

Kawża T-684/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Norwood vs Il-Kummissjoni

49

2023/C 24/66

Kawża T-685/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Lycatelcom vs Il-Kummissjoni

50

2023/C 24/67

Kawża T-686/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Kingbird vs Il-Kummissjoni

50

2023/C 24/68

Kawża T-687/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Standbycom vs Il-Kummissjoni

51

2023/C 24/69

Kawża T-690/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Kiana vs Il-Kummissjoni

51

2023/C 24/70

Kawża T-692/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Dabrezco Internacional vs Il-Kummissjoni

52

2023/C 24/71

Kawża T-693/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Hilza vs Il-Kummissjoni

52

2023/C 24/72

Kawża T-695/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Khayamedia vs Il-Kummissjoni

53

2023/C 24/73

Kawża T-696/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Fratelli Cosulich vs Il-Kummissjoni

53

2023/C 24/74

Kawża T-697/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Ommiacrest vs Il-Kummissjoni

54

2023/C 24/75

Kawża T-698/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Swan Lake vs Il-Kummissjoni

54

2023/C 24/76

Kawża T-699/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Seamist vs Il-Kummissjoni

55

2023/C 24/77

Kawża T-701/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Pamastock Investments vs Il-Kummissjoni

55

2023/C 24/78

Kawża T-702/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – TA vs Il-Kummissjoni

56

2023/C 24/79

Kawża T-703/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Everblacks Towage vs Il-Kummissjoni

57

2023/C 24/80

Kawża T-704/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Poppysle vs Il-Kummisjoni

57

2023/C 24/81

Kawża T-709/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2022 – Illumina vs Il-Kummissjoni

58

2023/C 24/82

Kawża T-714/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Nutmark vs Il-Kummissjoni

59

2023/C 24/83

Kawża T-715/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Piamark vs Il-Kummissjoni

60

2023/C 24/84

Kawża T-718/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Eutelsat Madeira vs Il-Kummissjoni

61

2023/C 24/85

Kawża T-722/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – AFG vs Il-Kummissjoni

61

2023/C 24/86

Kawża T-723/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Sonasurf Internacional et vs Il-Kummissjoni

62

2023/C 24/87

Kawża T-727/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2022 – Odeon Cinemas Holdings vs EUIPO – Academy of Motion Picture Arts and Sciences (OSCAR)

63

2023/C 24/88

Kawża T-728/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Industrias Lácteas Asturianas vs EUIPO – Qingdao United Dairy (NAMLAC)

63

2023/C 24/89

Kawża T-729/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Complejo Agrícola Las Lomas vs Il-Kummissjoni

64

2023/C 24/90

Kawża T-731/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill

65

2023/C 24/91

Kawża T-732/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Deripaska vs Il-Kunsill

66

2023/C 24/92

Kawża T-733/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Khudaynatov vs Il-Kunsill

67

2023/C 24/93

Kawża T-734/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

67

2023/C 24/94

Kawża T-735/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Falqui vs Il-Parlament

68

2023/C 24/95

Kawża T-736/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Campofrio Food Group vs EUIPO – Cerioti Holding (SNACK MI)

69

2023/C 24/96

Kawża T-737/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

70

2023/C 24/97

Kawża T-738/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Rotenberg vs Il-Kunsill

70

2023/C 24/98

Kawża T-739/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Rashevsky vs Il-Kunsill

72

2023/C 24/99

Kawża T-740/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyankiy vs Il-Kunsill

73

2023/C 24/100

Kawża T-741/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Ezubov vs Il-Kunsill

74

2023/C 24/101

Kawża T-742/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Mazepin vs Il-Kunsill

75

2023/C 24/102

Kawża T-744/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Tokareva vs Il-Kunsill

76

2023/C 24/103

Kawża T-745/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 – DGNB vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linja bajda mgħawwġa fi kwadru skur)

77

2023/C 24/104

Kawża T-746/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – BIW Invest vs EUIPO – New Yorker Marketing & Media International (COMPTON)

78

2023/C 24/105

Kawża T-747/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – BIW Invest vs EUIPO – New Yorker Marketing & Media International (Compton)

79

2023/C 24/106

Kawża T-748/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Kantor vs Il-Kunsill

80

2023/C 24/107

Kawża T-749/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest

80

2023/C 24/108

Kawża T-753/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Nieß vs EUIPO – Thema Products (Gartenlux)

81

2023/C 24/109

Kawża T-754/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Nieß vs EUIPO – Terrasoverkapping-inkoop.nl (GARTENLÜX)

82

2023/C 24/110

Kawża T-755/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – TG vs Il-Kummissjoni

82

2023/C 24/111

Kawża T-756/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – Roethig López vs EUIPO – William Grant & Sons Irish Brands (AMAZONIAN GIN COMPANY)

83

2023/C 24/112

Kawża T-763/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Ultra Electronics Holdings et vs Il-Kummissjoni

84

2023/C 24/113

Kawża T-764/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Keller Holdings vs Il-Kummisjoni

84

2023/C 24/114

Kawża T-238/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Narzieva vs Il-Kunsill

84


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 24/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 15, 16.1.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 7, 9.1.2023

ĠU C 482, 19.12.2022

ĠU C 472, 12.12.2022

ĠU C 463, 5.12.2022

ĠU C 451, 28.11.2022

ĠU C 441, 21.11.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-24/20) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2019/1754 - Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Genève tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi - Artikolu 3(1) TFUE - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali - Artikolu 218(6) TFUE - Dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea - Modifika mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-proposta tal-Kummissjoni - Artikolu 293(1) TFUE - Applikabbiltà - Artikolu 4(3), Artikolu 13(2) u Artikolu 17(2) TUE - Artikolu 2(1) TFUE - Prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, ta’ ekwilibriju istituzzjonali u ta’ kooperazzjoni leali)

(2023/C 24/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, I. Naglis u J. Norris, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, M. Konstantinidis u J. Norris, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, M. Balta u A.-L. Meyer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs, C. Pochet, u M. Van Regemorter, aġenti), r-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: K. Najmanová, H. Pešková, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u M. Tassopoulou, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. Bain, J.-L. Carré, A.-L. Desjonquères u T. Stéhelin, aġenti), Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentant: G. Vidović Mesarek, aġent), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: A. Posch, E. Samoilova, J. Schmoll, aġenti, u minn H. Tichy), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: inizjalment minn P. Barros da Costa, L. Inez Fernandes, J. P. Palha u R. Solnado Cruz, aġenti, sussegwentement minn P. Barros da Costa, J. P. Palha u R. Solnado Cruz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 u, sa fejn fih riferimenti għall-Istati Membri, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1754 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, huma annullati.

2)

L-effetti tal-partijiet annullati tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1754 jinżammu biss sa fejn dawn jikkonċernaw Stati Membri li, fid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, diġà għamlu użu mill-awtorizzazzjoni, prevista fl-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, li jirratifikaw l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, jew li jaderixxu miegħu, flimkien mal-Unjoni Ewropea, sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jeċċedix sitt xhur minn din id-data, ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu) – WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20) vs Luxembourg Business Registers

(Kawżi magħquda C-37/20 u C-601/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2018/843 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 - Emenda magħmula fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) ta’ din l-aħħar direttiva - Aċċess ta’ kull membru tal-pubbliku ġenerali għall-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi - Validità - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Protezzjoni tad-data personali)

(2023/C 24/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal darrondissement de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WM (C-37/20), Sovim SA (C-601/20)

Konvenut: Luxembourg Business Registers

Dispożittiv

Il-punt 15(c) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, huwa invalidu sa fejn dan emenda l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, fis-sens li dan il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5) jipprevedi, fil-verżjoni emendata tiegħu, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi tal-kumpanniji u tal-entitajiet ġuridiċi oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha lil kull membru tal-pubbliku ġenerali.


(1)  ĠU C 103, 30.3.2020.

ĠU C 35, 1.2.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Överklagandenämnden för studiestöd – l-Isvezja) – MCM vs Centrala studiestödsnämnden

(Kawża C-638/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 45 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nruo492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għal studji fl-edukazzjoni ogħla fi Stat Membru ieħor - Rekwiżit ta’ residenza - Rekwiżit alternattiv ta’ integrazzjoni soċjali għall-istudenti mhux residenti - Sitwazzjoni ta’ student ċittadin tal-Istat li jgħatti l-għajnuna, residenti sa minn twelidu fl-Istat tal-istudji)

(2023/C 24/04)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Överklagandenämnden för studiestöd

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MCM

Konvenut: Centrala studiestödsnämnden

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti, lill-wild ta’ persuna li telqet mill-Istat Membru ospitanti li fih hija ħadmet sabiex tmur lura tgħix fl-ewwel Stat Membru li tiegħu hija ċittadina, ta’ għajnuna finanzjarja intiża sabiex jiġu segwiti studji fl-Istat Membru ospitanti, għar-rekwiżit li l-wild ikollu rabta mal-Istat Membru ta’ oriġini, f’sitwazzjoni li fiha, minn naħa, il-wild jirrisjedi sa minn twelidu fl-Istat Membru ospitanti u, min-naħa l-oħra, l-Istat Membru ta’ oriġini jissuġġetta liċ-ċittadini l-oħra li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ residenza u li jitolbu tali għajnuna finanzjarja sabiex jistudjaw fi Stat Membru ieħor għar-rekwiżit relatat mal-eżistenza ta’rabta.


(1)  ĠU C 53, 15.02.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-69/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Artikoli 4, 7 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, ta’ tkeċċija u ta’ estradizzjoni - Dritt ta’ residenza għal raġunijiet mediċi - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Direttiva 2008/115/KE - Ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda gravi - Kura medika maħsuba sabiex jitnaqqas l-uġigħ - Kura indisponibbli fil-pajjiż tal-oriġini - Kundizzjonijiet li taħthom it-tneħħija għandha tiġi posposta)

(2023/C 24/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 19(2) tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li deċiżjoni ta’ ritorn jew miżura ta’ tneħħija tittieħed fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru u li jsofri minn marda gravi, meta jkunu jeżistu raġunijiet serji u kkonfermati sabiex wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser tiġi esposta, fil-pajjiż terz li lejh tkun ser titneħħa, għal riskju reali ta’ żieda sinjifikattiva, irremedjabbli u rapida tal-uġigħ tagħha, fil-każ ta’ ritorn, minħabba l-projbizzjoni, f’dan il-pajjiż, tal-unika kura analġeżika effettiva. Stat Membru ma jistax jipprevedi terminu strett li matulu tali żieda għandha timmaterjalizza ruħha sabiex tkun tista’ tiġi ostakolata din id-deċiżjoni ta’ ritorn jew din il-miżura ta’ tneħħija.

2)

L-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 19(2) tagħha,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li l-konsegwenzi tal-miżura ta’ tneħħija, fil-veru sens tal-kelma, fuq l-istat ta’ saħħa ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti biss sabiex jiġi eżaminat jekk dan huwiex fi stat li jivvjaġġa.

3)

Id-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikoli 7, kif ukoll l-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma teżiġix li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qiegħed jirrisjedi irregolarment, jagħti lill-imsemmi ċittadin permess ta’ residenza meta ma jkunx jista’ jkun is-suġġett la ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u lanqas ta’ miżura ta’ tneħħija, minħabba l-fatt li jeżistu raġunijiet serji u kkonfermati sabiex wieħed jemmen li ser ikun espost, fil-pajjiż ta’ destinazzjoni, għar-riskju reali ta’ żieda rapida, sinjifikattiva u irremedjabbli tal-uġigħ ikkawżat mill-marda gravi li huwa jbati minnha;

l-istat ta’ saħħa ta’ dan iċ-ċittadin u l-kura li huwa jirċievi f’dan it-territorju, minħabba din il-marda, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, flimkien mal-elementi rilevanti l-oħra kollha, mill-awtorità nazzjonali kompetenti meta teżamina jekk id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-imsemmi ċittadin jipprekludix li huwa jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ta’ miżura ta’ tneħħija;

l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni jew miżura ma tiksirx dan id-dritt għas-sempliċi raġuni li, fil-każ ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ destinazzjoni, dan ikun espost għar-riskju li l-istat ta’ saħħa tiegħu jiddeterjora, meta tali riskju ma jilħaqx il-limitu ta’ gravità meħtieġ skont l-Artikolu 4 tal-Karta.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Vincent Thunus et vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

(Kawża C-90/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tas-salarji - Rikors għal annullament u għal kumpens)

(2023/C 24/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre, Patrick Vanhoudt (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: A. V. García Sanchez, T. Gilliams, J. Klein u E. Manoukian, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre u Patrick Vanhoudt huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Vincent Thunus et vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

(Kawża C-91/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tas-salarji - Rikors għal annullament u għal kumpens)

(2023/C 24/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre, Patrick Vanhoudt (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: A. V. García Sanchez, T. Gilliams, J. Klein u E. Manoukian, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre u Patrick Vanhoudt huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-166/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Direttiva 92/83/KEE - Eżenzjoni mid-dazju armonizzat - Alkoħol etiliku użat għall-produzzjoni ta’ mediċini - Artikolu 27(1)(d) - Eżenzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li l-alkoħol jitqiegħed taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju - Impossibbiltà li tinkiseb rifużjoni tad-dazju tas-sisa mħallas - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2023/C 24/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Perrin u M. Siekierzyńska, sussegwentement minn C. Perrin u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u A. Kramarczyk-Szaładzińska, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: O. Serdula, M. Smolek et J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-259/21) (1)

(Rikors għal annullament - Politika komuni tas-sajd - Regolament (UE) 2021/92 - Stabbiliment, għall-2021, tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjon - Konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta’ miżuri tekniċi - Artikoli 15 sa 17 u 20 kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 - Artikolu 43(3) TFUE - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

(2023/C 24/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen u I. Terwinghe, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Falek, F. Naert u A. Nowak-Salles, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, A. Stobiecka-Kuik u K. Walkerová, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – IG vs Varhoven administrativen sad

(Kawża C-289/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 47 tal – Karta tad – Drittijiet Fundamentali tal – Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Regola proċedurali nazzjonali li tipprevedi li rikors intiż sabiex jikkontesta l-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jsir mingħajr skop jekk id-dispożizzjoni tiġi mħassra matul il-proċedura)

(2023/C 24/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IG

Konvenut: Varhoven administrativen sad

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ effettività kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola proċedurali ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta dispożizzjoni tad-dritt intern ikkontestata permezz ta’ rikors għal annullament minħabba li din tmur kontra d-dritt tal-Unjoni titħassar u ma tibqax, għalhekk, ikollha effetti fil-futur, it-tilwima titqies li ma għadx għandha skop b’tali mod li ma jkunx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni, mingħajr ma l-partijiet ikunu setgħu preċedentement jsostnu l-interess possibbli tagħhom fit-tkomplija tal-proċedura u mingħajr ma jkun ġie kkunsidrat tali interess.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A

(Kawża C-296/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontroll tal-akkwist u tal-pussess ta’ armi tan-nar - Direttiva 91/477/KEE - Parti III tal-Anness I - Standards u tekniċi ta’ diżattivazzjoni - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 - Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni ta’ armi tan-nar - Artikolu 3 - Entità ta’ verifika ċċertifikata minn awtorità nazzjonali - Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ diżattivazzjoni - Entità li ma tinsabx fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea - Trasferiment fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta’ armi tan-nar iddiżattivati - Artikolu 7 - Rikonoxximent reċiproku)

(2023/C 24/11)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Fil-preżenza ta’: Helsingin poliisilaitos, Poliisihallitus

Dispożittiv

1)

It-Taqsima III tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008, u l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment:

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux li persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, bħal kumpannija kummerċjali, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “entità ta’ verifika”, imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, peress li din il-persuna tinsab fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni.

2)

It-Taqsima III tal-Anness I tad-Direttiva 91/477, kif emendata bid-Direttiva 2008/51, u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2403

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta ċertifikat ta’ diżattivazzjoni ta’ arma tan-nar jinħareġ minn “entità ta’ verifika”, l-Istat Membru li fih tiġi ttrasferita l-arma tan-nar iddiżattivata huwa obbligat li jirrikonoxxi l-imsemmi ċertifikat, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru jikkonstataw, waqt eżami fil-qosor tal-arma inkwistjoni, li dan iċ-ċertifikat manifestament ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni.


(1)  ĠU C 289, 19.07.2021


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castelló de la Plana – Spanja) – Casilda vs Banco Cetelem SA

(Kawża C-302/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kawża prinċipali li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2023/C 24/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castelló de la Plana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Casilda

Konvenut: Banco Cetelem SA

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castelló de la Plana (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 4 ta’ Castelló de la Plana, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Mejju 2021.


(1)  ĠU C 382, 20.9.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG

(Kawża C-358/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Kundizzjonijiet formali - Klawżola li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali - Kundizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġu kkonsultati u stampati minn hypertext link imsemmija f’kuntratt konkluż bil-miktub - Kunsens tal-partijiet)

(2023/C 24/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tilman SA

Konvenut: Unilever Supply Chain Company AG

Dispożittiv

L-Artikolu 23(1) u (2) tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni hija konkluża b’mod validu meta din tinstab f’kundizzjonijiet ġenerali li għalihom jagħmel riferiment il-kuntratt konkluż bil-miktub billi jsemmi l-hypertext link ta’ sit internet li l-aċċess għalih jippermetti, qabel l-iffirmar tal-imsemmi kuntratt, li l-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali jsiru magħrufa, jitniżżlu u jiġu stampati, mingħajr ma l-parti li fil-konfront tagħha qiegħda tiġi invokata din il-klawżola ma tkun ġiet formalment mistiedna taċċetta dawn il-kundizzjonijiet ġenerali billi timmarka kaxxa fuq l-imsemmi sit internet.


(1)  ĠU C 338, 23.08.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-458/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(ċ) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Provvisti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest tal-professjonijiet mediċi u paramediċi - Servizz użat minn kumpannija tal-assigurazzjoni sabiex tivverifika l-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja kif ukoll issib u tipprovdi l-aħjar kura u trattament possibbli barra mill-pajjiż)

(2023/C 24/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

provvisti li jikkonsistu fil-verifika tal-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja fil-persuna assigurata sabiex tiddetermina l-aħjar kura tas-saħħa possibbli għall-fejqan tal-persuna assigurata u jiġi żgurat, jekk dan ir-riskju jkun kopert mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni u l-persuna assigurata tagħmel talba, li t-trattament mediku jingħata barra mill-pajjiż, ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M

(Kawża C-596/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167 u 168 - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi - Katina ta’ kunsinni - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi - Persuna taxxabbli - It-tieni xerrej ta’ oġġett - Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist - Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)

(2023/C 24/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt M

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-tieni xerrej ta’ oġġett jista’ jiġi rrifjutat il-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa, għar-raġuni li huwa kien jaf jew kellu jkun jaf bl-eżistenza ta’ frodi tal-VAT imwettqa mill-bejjiegħ inizjali waqt l-ewwel bejgħ, anki jekk l-ewwel xerrej kellu, huwa wkoll, għarfien ta’ din il-frodi.

2)

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE kif emendata bid-Direttiva 2010/45/UE, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-tieni xerrej ta’ oġġett li, fi stadju qabel dan l-akkwist, kien is-suġġett ta’ tranżazzjoni frawdolenti li tirrigwarda parti biss mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li l-Istat għandu d-dritt li jiġbor, għandu jiġi rrifjutat id-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fl-intier tagħha meta dan kien jaf jew kellu jkun jaf li dan l-akkwist kien marbut ma’ frodi.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Belġju) – VZW Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming (Belplant), li kienet VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR) vs Vlaams Gewest

(Kawża C-658/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva (UE) 2015/1535 - Kunċett ta’ “regolament tekniku” - Artikolu 1(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-użu ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat minn individwi fuq artijiet għal użu privat - Artikolu 5(1) - Obbligu tal-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku)

(2023/C 24/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VZW Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming (Belplant), li kienet VZW Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen (PHYTOFAR)

Konvenut: Vlaams Gewest

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [tal-Informazzjoni], moqri flimkien mal-Artikolu 5 ta’ din,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li ma għandhomx awtorizzazzjoni nazzjonali intiża għall-professjonisti milli jużaw, fuq artijiet għal użu privat, pestiċidi li fihom il-glifosat tista’ tikkostitwixxi “regolament tekniku”, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) u (f) ta’ din id-direttiva, li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tali li tinfluwenza b’mod sinjifikattiv it-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 73, 14.2.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Cafpi SA, Aviva assurances SA vs Enedis SA

(Kawża C-691/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Artikolu 3 - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kunċett ta’ “produttur” - Operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu)

(2023/C 24/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cafpi SA, Aviva assurances SA

Konvenut: Enedis SA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku għandu jitqies bħala “produttur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu lill-klijent finali.


(1)  ĠU C 64, 07.02.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles) – il-Belġju – DA vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa) et u FC et vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa) et

(Kawża C-333/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Artikoli 107 u 108 TFUE - Trattat bilaterali ta’ investiment - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ir-Rumanija - Sentenza arbitrali li tagħti l-ħlas tad-danni bl-interessi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li l-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu - Eżekuzzjoni forzata tas-sentenza arbitrali quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru destinatarju tas-sentenza - Ksur tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 19 TUE - Artikoli 267 u 344 TFUE - Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni)

(2023/C 24/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DA u FC, European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL

Konvenuti: Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa), ir-Rumanija, il-Kummissjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), FC, European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL u Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa) ir-Rumanija, DA, il-Kummissjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol)

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 267 u 344 TFUE tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru mitluba tordna l-eżekuzzjoni forzata ta’ sentenza arbitrali li tkun is-suġġett tad-deċiżjoni (UE) 2015/1470 tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Marzu 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mir-Rumanija – Sentenza arbitrali fil-kawża Micula vs Ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013, hija marbuta li tiskarta din is-sentenza u, għaldaqstant, ma tista’ bl-ebda mod tipproċedi bl-eżekuzzjoni tagħha sabiex b’dan il-mod tippermetti lill-benefiċjarji tagħha jiksbu l-ħlas tad-danni bl-interessi mogħti lilhom.


(1)  ĠU C 220, 1/7/2019.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad – Pazardzhik – il-Bulgarija) – SF vs Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Plovdiv

(Kawża C-49/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva (UE) 2015/859 - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-pagamenti li jaqbżu ċertu limiti jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ depożitu f’kont ta’ pagament)

(2023/C 24/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Pazardzhik

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SF

Konvenut: Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Plovdiv

Dispożittiv

Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-pagamenti fit-territorju nazzjonali ta’ somma ta’ jew ikbar minn limitu stabbilit għandhom jitwettqu biss permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ depożitu f’kont ta’ pagament, irrispettivament mill-entità u mir-raġuni tal-pagament bi flus kontanti u mingħajr distinzjoni bejn il-pagamenti bi flus kontanti bejn persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE.


(1)  ĠU C 137, 27.4.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie – Il-Polonja) – R1, R2 (C-650/20) / O1, O2 (C-650/20) u C (C-651/20) vs T, O (C-651/20)

(Kawżi Magħquda C-650/20 u C-651/20) (1)

(Tħassir)

(2023/C 24/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R1, R2 (C-650/20), C (C-651/20)

Konvenuti: O1, O2 (C-650/20), T, O (C-651/20)

Dispożittiv

Il-kawżi magħquda C-650/20 u C-651/20 huma mħassra mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 30.11.20


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kleve – il-Ġermanja) – AB et vs Ryanair DAC

(Kawża C-307/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(1)(ċ) - Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online - Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar - Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier)

(2023/C 24/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kleve

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB et

Konvenut: Ryanair DAC

Dispożittiv

L-Artikolu 5(l)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.


(1)  ĠU C 310, 02.08.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

(Kawża C-374/21) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Azzjoni ġudizzjarja kontra irregolaritajiet - Artikolu 4 - Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi - Artikolu 3(1) - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja - Skadenza - Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat - Artikolu 3(2) - Terminu ta’ eżekuzzjoni - Applikabbiltà - Bidu tad-dekorrenza - Interruzzjoni u sospensjoni”)

(2023/C 24/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuti: AB, CD, EF

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ dik id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax jopponi iktar l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi, destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament, li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponu l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, it-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-jum li fih dik id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini għall-preżentata ta’ rikors jew tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli – l-Italja) – VB vs Comune di Portici

(Kawża C-777/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Ċirkulazzjoni fit-toroq - Reġistrazzjoni u ntaxxar ta’ vetturi bil-mutur - Vettura rreġistrata fi Stat Membru - Konduttur residenti fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi lil persuni residenti fit-territorju tiegħu għal iktar minn 60 il-ġurnata milli tiċċirkola f’dan l-Istat Membru b’vettura rreġistrata barra mill-pajjiż)

(2023/C 24/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VB

Konvenut: Comune di Portici

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil ħaddiem għal rasu residenti fi Stat Membru għal iktar minn 60 il-ġurnata milli jiċċirkola f’dan l-Istat Membru b’vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor meta l-vettura la hija intiża sabiex tintuża essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u, effettivament, lanqas ma tintuża b’dan il-mod.


(1)  ĠU C 148, 04.04.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel

(Kawża C-235/22)

(2023/C 24/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Rikorrent: Abel

Parti oħra fil-proċedura: Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) (1) u l-Artikoli 18(1) u 21(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tranżitorju previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ dwar ċittadin tar-Renju Unit li kien residenti fi Stat Membru kemm matul kif ukoll wara t-tmien tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għal fatti mwettqa qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

2)

L-Artikoli 10, 12, 13, 14, 15, 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Artikolu 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15) (2), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16) (3) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU) (4), hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv:

3)

Il-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15, EU:C:2016:630), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16, EU:C:2018:222) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU, EU:C:2020:262), fid-dawl tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali previst fl-Artikoli 62 sa 65 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u t-Titolu VII tat-Tielet Parti tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ?


(1)  ĠU 2020, L 29, p. 7.

(2)  EU:C:2016:630.

(3)  EU:C:2018:222.

(4)  EU:C:2020:262.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2022 minn Luis Miguel Novais mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-4 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-66/22, Novais vs Il-Portugall

(Kawża C-295/22 P)

(2023/C 24/25)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellant: Luis Miguel Novais (rappreżentanti: Á. Oliveira u C. Almeida Lopes, advogados)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża

Permezz ta’ digriet tal-24 ta’ Novembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla), ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/19


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 minn Union nationale des indépendants solidaires (UNIS) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-431/21, UNIS vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-324/22 P)

(2023/C 24/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Union nationale des indépendants solidaires (UNIS) (rappreżentant: F. Ortega, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż tagħha.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn Unite the Union mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-739/20, Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

(Kawża C-571/22 P)

(2023/C 24/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Unite the Union (rappreżentanti: B. O’Connor, avukat, M. Hommé, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), WWRD Ireland IPCO LLC

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Diċembru 2022 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla, u li Unite the Union għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2022 minn Munich, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-22 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-502/20 – Munich vs EUIPO – Tone Watch (MUNICH10A.T.M.)

(Kawża C-577/22 P)

(2023/C 24/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Munich, S.L. (rappreżentanti: J. Güell Serra, M. del Mar Guix Vilanova, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Tone Watch, S. L.

Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Novembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ma kkonċedietx l-ammissjoni tal-appell u ddeċidiet li Munich, S.L għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/20


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-408/21, HB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-597/22 P)

(2023/C 24/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u B. Araujo Arce, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: HB (rappreżentant: L. Levi, avocate)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-6 ta’ Lulju 2022, fil-Kawża T-408/21, HB vs Il-Kummissjoni, sa fejn tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2021) 3339 final, tal-5 ta’ Mejju 2021, u C(2021) 3340 final, tal-5 ta’ Mejju 2021;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fir-rigward tar-rikors għal annullament;

tikkundanna lil HB għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka aggravju uniku għal annullament ibbażat fuq żball ta’ liġi.

Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li d-Deċiżjonijiet C(2019) 7318 final u C(2019) 7319 kienu ta’ natura kuntrattwali.

B’konsegwenza, il-klassifikazzjoni żbaljata tan-natura kuntrattwali ta’ dawn iż-żewġ djun tfisser, skont il-ġurisprudenza ADR (C-584/17), l-annullament żbaljat tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2021) 3339 final, tal-5 ta’ Mejju 2021, u C(2021) 3340 final, tal-5 ta’ Mejju 2021, suġġett ta’ dan ir-rikors.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Słupsku (il-Polonja) fid-19 ta’ Settembru 2022 – M.S., J.W. u M.P.

(Kawża C-603/22)

(2023/C 24/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Słupsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.S., J.W., M.P., Prokurator Rejonowy w Słupsku, D.G.- kuratur maħtur għal M.B. i B.B.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1), (2), (3)(a) u (7) kif ukoll l-Artikolu 18, moqrija flimkien mal-premessi 25, 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-mument meta persuna taħt l-età ta’ 18-il sena ssuspettata li ħadet sehem fi ksur tiġi mixlija, l-awtoritajiet responsabbli mill-proċedura huma obbligati li jiżguraw li l-wild jibbenefika mid-dritt li jiġi assistit minn avukat ex officio meta ma jkollux avukat tal-għażla tiegħu (billi l-wild jew il-persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri ma jkunux żguraw tali assistenza minn rajhom) u li jiżguraw li l-avukat difensur jipparteċipa fl-atti tal-fażi ta’ qabel il-proċess bħall-interrogazzjoni tal-minuri inkwantu suspettat, u fis-sens li jipprekud[u] li l-minuri jiġi interrogat fl-assenza ta’ avukat difensur?

2)

L-Artikolu 6(6) u (8), moqri flimkien mal-premessi 16, 30, 31 u 32 tad-Direttiva 2016/800 għandu jiġi interpretat fis-sens li f’ebda każ ma tista’ ssir deroga għall-assistenza ta’ avukat difensur mingħajr dewmien żejjed fil-kawżi li jikkonċernaw ksur punibbli b’piena li ċċaħħad il-libertà u li deroga temporanja għall-applikazzjoni tad-dritt għall-assistenza ta’ avukat difensur, fis-sens tal-Artikolu 6(8) tad-Direttiva, hija possibbli biss fil-kuntest tal-fażi ta’ qabel il-proċess u unikament fiċ-ċirkustanzi elenkati strettament fl-Artikolu 6(8)(a) u (b), liema ċirkustanzi għandhom jissemmew espliċitament fid-deċiżjoni, li bħala prinċipju tista’ tiġi kkontestata, li ssir l-interrogazzjoni fl-assenza ta’ avukat?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal mill-inqas waħda mid-domandi 1 u 2, id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali bħal:

a)

it-tieni sentenza tal-Artikolu 301 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jipprevedi li huwa biss fuq it-talba tiegħu li s-suspettat jiġi interrogat fil-preżenza tal-avukat difensur maħtur, u li l-assenza tal-avukat difensur għall-interrogazzjoni tas-suspettat ma tipprekludix l-interrogazzjoni?

b)

l-Artikolu 79(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jipprevedi li, fil-każ ta’ persuna taħt l-età ta’18-il sena (il-punt 1 tal-Artikolu 79(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), il-preżenza tal-avukat difensur hija obbligatorja biss waqt is-seduta kif ukoll waqt is-sessjonijiet li fihom il-persuna akkużata hija obbligata li tipparteċipa, jiġifieri fl-istadju tal-proċess?

4)

Id-dispożizzjonijiet indikati fid-domandi 1 u 2 kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija u l-prinċipju ta’ effett dirett tad-direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu s-setgħa (jew anki jobbligaw) lill-qorti nazzjonali adita b’kawża kriminali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2016/800 u lil kwalunkwe awtorità tal-Istat li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mad-Direttiva, bħal dawk imsemmija fid-domanda 3, u, b’konsegwenza – b’kunsiderazzjoni tal-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni – li tissostitwixxi r-regola nazzjonali bir-regoli tad-Direttiva preċedentement imsemmija li għandhom effett dirett?

5)

L-Artikolu 6(1), (2), (3) u (7) u l-Artikolu 18, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(1) u (2), flimkien mal-premesssi 11, 25 u 26 tad-Direttiva 2016/800 flimkien mal-Artikolu 13 u mal-premessa 50 tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru jiggarantixxi assistenza legali ex officio għas-suspettati jew għall-persuni akkużati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li kienu tfal fil-mument meta nbdiet il-proċedura iżda li sussegwentement laħqu l-eta ta’ 18-il sena, u li din l-assistenza għandha natura obbligatorja sal-għeluq definittiv tal-proċedura?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 5, konsegwentement id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali bħall-punt 1 tal-Artikolu 79(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jipprevedi li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, il-persuna akkużata għandha tiġi difiża unikament sakemm tagħlaq l-età ta’ 18-il sena?

7)

Id-dispożizzjonijiet indikati fid-domanda 5 kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija u l-prinċipju ta’ effett dirett tad-direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu s-setgħa (jew anki jobbligaw) qorti nazzjonali adita b’kawża kriminali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2016/800 u lil kwalunkwe awtorità tal-Istat li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mad-Direttiva, bħal dawk imsemmija fid-domanda 5, u, li tapplika d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 79(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, billi tinterpretahom konformement mad-Direttiva (interpretazzjoni konformi), jiġifieri li żżomm il-ħatra ex officio ta’ avukat difensur għall-persuna akkużata li kienet taħt l-età ta’ 18-il sena fil-mument li ġiet mixlija iżda li sussegwentement, matul il-proċedura, għalqet l-età ta’ 18-il sena u li fir-rigward tagħha l-proċedura kriminali tkun għadha pendenti, sal-għeluq definittiv tal-proċedura, fejn huwa mifhum li dan huwa neċessarju b’kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi li jipprekludu d-difiża, jew, b’kunsiderazzjoni tal-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, li tiġi ssostitwita r-regola nazzjonali bir-regoli tad-Direttiva preċedentement imsemmija li għandhom effett dirett?

8)

L-Artikolu 4(1) sa (3), moqri flimkien mal-premessi 18, 19 u 22 tad-Direttiva 2016/800, u l-Artikolu 3(2), moqri flimkien mal-premessi 19 u 26 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-pulizija), sa mhux iktar tard qabel l-ewwel interrogazzjoni uffiċjali tal-persuna ssuspettata, mill-pulizija jew minn awtorità kompetenti oħra, għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lil din il-persuna kif ukoll, simultanjament, lill-persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri, dwar id-drittijiet li huma essenzjali sabiex tiġi ggarantita proċedura xierqa, u stadji tal-proċedura, inkluż, b’mod partikolari, tal-obbligu li jinħatar avukat difensur għal persuna suspettata minuri u tal-konsegwenzi tal-assenza ta’ għażla ta’ avukat għal persuna akkużata minuri (ħatra ta’ avukat ex officio), filwaqt li huwa ppreċiżat, fir-rigward tas-suspettati li huma tfal, li din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata f’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli adattat għall-età tal-minuri?

9)

L-Artikolu 7(1) u (2), moqri flimkien mal-premessa 31 tad-Direttiva (UE) 2016//343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (4), flimkien mal-Artikolu 3(1)(e) u (2) tad-Direttiva 2012/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru responsabbli minn proċedura kriminali li tinvolvi suspettat/persuna akkużata li hija wild huma obbligati li jinformaw lill-wild suspettat bid-dritt tiegħu li jibqa’ sieket u bid-dritt tiegħu li ma jinkriminax ruħu, b’mod li jinftiehem u li jkun adattat għall-età tiegħu?

10)

Fid-dawl tal-Artikolu 4(1) sa (3), moqri flimkien mal-premessi 18, 19 u 22 tad-Direttiva 2016/800 u tal-Artikolu 3(2) flimkien mal-premessi 19 u 26 tad-Direttiva 2012/13 [għandha tiġi adottata l-interpretazzjoni li] ma jiġux issodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq meta dokument ta’ informazzjoni ta’ natura ġenerali jingħata ftit qabel l-interrogazzjoni ta’ suspettat minuri, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tad-drittjijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2016/800, fejn dan id-dokument ta’ informazzjoni jingħata unikament lis-suspettat, mingħajr assistenza ta’ avukat difensur, filwaqt li tiġi eskluża l-persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri u f’sitwazzjoni fejn tali dokument ta’ informazzjoni jkun redatt f’lingwaġġ mhux adattat għall-età tas-suspettat?

11)

L-Artikoli 18 u 19, moqrija flimkien mal-premessa 26 tad-Direttiva 2016/800 u l-Artikolu 12(2) moqri flimkien mal-premessa 50 tad-Direttiva 2013/48 flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2), moqri flimkien mal-Artikolu 10(2), flimkien mal-premessa 44 tad-Direttiva 2016/343, kif ukoll il-prinċipju ta’ smigħ xieraq għandhom jiġu interpretati fis-sens li – fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ suspettat matul interrogazzjoni tal-pulizija li ssir mingħajr ma dan kellu aċċess għal avukat u mingħajr ma kien ġie informat b’mod xieraq bid-drittijiet tiegħu, mingħajr ma l-persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri kienet ġiet informat bid-drittijiet u bl-aspetti ġenerali tal-iżvolġiment tal-proċedura li l-wild għandu d-dritt li jibbenefika minnha bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Direttiva – dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw (jew jagħtu s-setgħa) lill-qorti nazzjonali adita b’kawża kriminali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi ċċitati iktar ’il fuq u lil kull awtorità tal-Istat, li tagħmel mezz li s-suspettati/persuni akkużati jitqiegħdu fl-istess sitwazzjoni bħal dik li fiha kienu jsibu ruħhom kieku n-nuqqasijiet inkwistjoni ma kinux seħħew, u b’konsegwenza li ma tiħux inkunsiderazzjoni din il-prova, b’mod partikolari meta l-informazzjoni inkriminanti miksuba matul din l-interrogazzjoni tintuża sabiex il-persuna kkonċernata tiġi kkundannata?

12)

Id-dispożizzjonijiet indikati fid-domanda 11, kif ukoll il-prinċipju ta’ prijorità u l-prinċipju ta’ effett dirett, għandhom bħala konsegwenza li jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq il-qorti nazzjonali adita b’kawża kriminali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi ċċitati iktar ’il fuq u lil kull awtorità oħra tal-Istat li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ dawn id-direttivi, bħall-Artikolu 168a tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jipprevedi li prova ma tistax tiġi kklassifikata bħala inammissibbli unikament minħabba li tkun inkisbet bi ksur tar-regoli proċedurali jew permezz ta’ rimedji ta’ delitt imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Kodiċi Kriminali, sakemm din il-prova ma tkunx inkisbet, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-obbligi professjonali tiegħu minn uffiċjal pubbliku, wara omiċidju, daqqiet u korrimenti volontarji jew ċaħda tal-libertà?

13)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2016/800, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prosekutur, bħala korp li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, jiżgura l-osservanza tal-Istat tad-dritt, li huwa fl-istess ħin responsabbli mill-proċedura ta’ qabel il-proċess, għandu l-obbligu li jiżgura, matul din il-fażi ta’ qabel il-proċess, protezzjoni ġudizzjarja effettiva għal dak li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq u li, fil-kuntest tal-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiggarantixxi l-indipendenza tiegħu u l-imparzjalità tiegħu?

14)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal waħda mid-domandi tal-punti 1 sa 4, 5 sa 8, 9 sa 12, b’mod partikolari fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 13, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE (prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva), moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari mal-prinċipju tal-osservanza tal-Istat tad-dritt kif interpretat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2021, Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie u Tribunalul Bihor, Kawżi magħquda C-357/19, C-379/19, C-547/19, C-811/19 u C-840/19, EU:C:2021:1034), kif ukoll il-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif interpretat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses, C-64/16, EU:C:2018:117) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn il-prinċipji, b’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ pressjonijiet indiretti eżerċitati fuq l-Imħallfin u fuq il-possibbiltà għall-Prosekutur Ġenerali li jagħti istruzzjonijiet vinkolanti f’dan ir-rigward lill-prosekuturi ta’ grad inferjuri, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li minnha jirriżulta li l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa dipendenti minn korp eżekuttiv, jiġifieri l-Ministru għall-Ġustizzja, kif ukoll dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu l-indipendenza tal-qorti u dik tal-prosekutur fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:

a)

l-Artikolu 130(1) tal-ustawa z dnia 27 lipca 2001 roku o ustroju sądów powszechnych (il-Liġi tas-27 ta’ Lulju 2001 dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni), li jippermetti lill-Ministru għall-Ġustizzja – mill-fatt tal-obbligu tal-prosekutur li jindika sitwazzjoni li fiha qorti tiddeċiedi billi tapplika d-dritt tal-Unjoni – li jordna s-sospensjoni immedjata tal-funzjonijiet tal-Imħallef sal-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni tal-qorti dixxiplinari, għal tul massimu ta’ xahar, meta, b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-att imwettaq mill-Imħallef, li kkonsista li japplika direttament id-dritt tal-Unjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja jqis li l-awtorità tal-qorti jew l-interessi essenzjali tas-servizz jeżiġu dan?

b)

l-Artikolu 1(2), il-punti 1 u 3 tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7(1) sa (6) u (8) kif ukoll l-Artikolu 13(1) u (2) tal-ustawa z dnia 28 stycznia 2016 roku Prawo o prokuraturze (il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur), minn fejn jirriżulta, abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien, li l-Ministru għall-Ġustizzja, li huwa fl-istess ħin il-Prosekutur Ġenerali u l-ogħla grad tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, jista’ jadotta istruzzjonijiet vinkolanti għall-prosekuturi ta’ grad inferjuri, inkluż sabiex jillimita jew jostakola l-applikazzjoni diretta tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2016, L 132, p. 1.

(2)  ĠU 2013, L 294, p. 1.

(3)  ĠU 2012, L 142, p. 1.

(4)  ĠU 2016, L 65, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/24


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 minn Tigercat International Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-251/21, Tigercat International Inc. vs EUIPO

(Kawża C-612/22 P)

(2023/C 24/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Tigercat International Inc. (rappreżentanti: B. Führmeyer, Rechtsanwalt, E. B. Matthes, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Caterpillar Inc.

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li Tigercat International Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares (Spanja) fis-7 ta’ Ottubru 2022 – J.M.A.R vs C.N.N., SA

(Kawża C-631/22)

(2023/C 24/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.M.A.R.

Konvenut: C.N.N., SA.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), fid-dawl tal-premessi 16, 17, 20 u 21 tal-preambolu tagħha, tal-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 2 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 (2)), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tqis id-diżabbiltà tal-ħaddiem (meta jiġi ddikjarat li jkun qiegħed f’sitwazzjoni ta’ diżabbiltà permanenti u totali għall-professjoni abitwali tiegħu, mingħajr perspettiva ta’ titjib) bħala kawża awtomatika ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, mingħajr il-kumpannija li timpjega ma tkun obbligata, qabel, li tikkonforma ruħha mal-obbligu li tadotta “akkomodazzjoni raġjonevoli” impost mill-Artikolu 5 tad-Direttiva sabiex iżżomm l-impjieg (jew tiġġustifika l-oneru eċċessiv ta’ tali obbligu)?

2)

L-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78, fid-dawl tal-premessi 16, 17, 20 u 21 tal-preambolu tagħha, tal-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikoli 2 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiem minħabba diżabbiltà (meta jiġi ddikjarat li jkun qiegħed f’sitwazzjoni ta’ diżabbiltà permanenti u totali għall-professjoni abitwali tiegħu), mingħajr il-persuna li timpjega ma tkun obbligata, qabel, li tikkonforma ruħha mal-obbligu li tadotta “akkomodazzjoni raġjonevoli” impost mill-Artikolu 5 tad-Direttiva sabiex iżżomm l-impjieg (jew tiġġustifika l-oneru eċċessiv ta’ tali obbligu), tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta, u dan anki meta dispożizzjoni legali nazzjonali tiddetermina tali terminazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU 2010, L 23, p. 35).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – AB Volvo vs Transsaqui S.L.

(Kawża C-632/22)

(2023/C 24/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB Volvo.

Konvenut: Transsaqui S.L.

Domandi preliminari

1)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kontenzjuż relatat mal-akkordju tat-trakkijiet deskritti f’din id-deċiżjoni, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 101 TFUE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li n-notifika ta’ kumpannija omm li kontriha titressaq azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika li tirrestrinġi l-kompetizzjoni titqies li ssir b’mod korrett meta tali notifika tkun saret (jew ipprovat issir) fid-domiċilju tal-kumpannija sussidjarja ddomiċiljata fl-Istat li fih tkun tressqet il-proċedura ġudizzjarja u l-kumpannija omm, iddomiċiljata fi Stat Membri ieħor, ma tkunx dehret għall-proċedura u tkun baqgħet kontumaċi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tkun kompatibbli mal-Artikolu 53 tal-Karta, fid-dawl tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja) dwar in-notifika tal-kumpanniji omm iddomiċiljati fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tat-tilwim relatat mal-akkordju tat-trakkijiet?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Real Madrid Club de Fútbol, AE vs EE, Société Éditrice du Monde SA

(Kawża C-633/22)

(2023/C 24/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Real Madrid Club de Fútbol, AE

Konvenuti: EE, Société Éditrice du Monde SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) u l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li kundanna għad-dannu lir-reputazzjoni ta’ klabb sportiv permezz ta’ informazzjoni ppubblikata minn gazzetta tista’ manifestament tippreġudika l-libertà ta’ espressjoni u għalhekk tikkostitwixxi motiv għal rifjut ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li n-natura sproporzjonata tal-kundanna tista’ tiġi kkonfermata mill-qorti mitluba biss fil-każ li d-danni jkunu ġew ikklassifikati bħala punittivi jew mill-qorti ta’ oriġini, jew mill-qorti mitluba, u mhux jekk dawn jingħataw għal kumpens għal dannu morali?

3)

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti mitluba tista’ tibbaża ruħha biss fuq l-effett dissważiv tal-kundanna fir-rigward tar-riżorsi tal-persuna kkundannata jew li din il-qorti tista’ tikkunsidra fatturi oħra bħall-gravità tan-nuqqas jew il-portata tad-dannu?

4)

L-effett dissważiv fir-rigward tar-riżorsi tal-gazzetta jista’ fih innifsu jikkostitwixxi motiv għal rifjut ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni minħabba ksur manifest tal-prinċipju fundamentali tal-libertà tal-istampa?

5)

L-effett dissważiv għandu jinftiehem bħala theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-gazzetta jew jista’ jikkonsisti biss effett ta’ intimidazzjoni?

6)

L-effett dissważiv għandu jiġi evalwat bl-istess mod fir-rigward tal-kumpannija editriċi ta’ gazzetta u fir-rigward ta’ ġurnalist, li huwa persuna fiżika?

7)

Is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-istampa bil-miktub hija fatt rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk, lil hinn mill-gazzetta inkwistjoni, il-kundanna jista’ jkollha effett ta’ intimidazzjoni fuq il-midja kollha kemm hi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Proċeduri kriminali kontra OT, PG, CR, VT u MD

(Kawża C-634/22)

(2023/C 24/35)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

OT, PG, CR, VT u MD

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2 TUE u 6(1) u (3) TUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretat fis-sens li jkun hemm preġudizzju għall-indipendenza ta’ qorti, li tkun tneħħiet permezz ta’ emenda adottata fiż-Zakon za sadebnata vlast (il-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju) (DV Nru 32, tas-26 ta’ April 2022, filwaqt li l-qorti ġiet xolta fis-27 ta’ Lulju 2022) iżda li l-imħallfin sedenti fiha għandhom ikomplu jeżaminaw sa dik id-data l-kawżi li jkunu ġew assenjati lilhom, kif ukoll, wara din id-data, il-kawżi ta’ din l-istess istituzzjoni, li fihom ikunu żammew seduti preliminari, sa fejn bit-tneħħija tagħha jiġu ggarantiti l-prinċipju kostituzzjonali ta’ indipendenza tal-poter ġudizzjarju u l-protezzjoni tad-drittijiet kostituzzjonali taċ-ċittadini, mingħajr ma ġew debitament esposti argumenti dwar il-fatti li jwasslu għall-konklużjoni li kien hemm ksur ta’ dawn il-prinċipji?

2)

Dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk previsti fiż-Zakon za izmenenie i popalnenie na Zakona za sadebnata vlast (il-Liġi li temenda u li tikkompleta l-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju) (DV Nru 32, tas-26 ta’ April 2022), li jwasslu għat-tneħħija kompleta bħala awtorità awtonoma tal-poter ġudizzjarju Bulgaru (tal-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata)), għar-raġunijiet indikati, u għall-assenjazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin (inklużi dawk tal-kulleġġ ġudikanti li qiegħed jeżamina din il-kawża) ta’ din il-qorti lejn diversi qrati, iżda li jobbligaw lil dawn l-imħallfin ikomplu jisimgħu l-kawżi li kienu bdew jittrattaw meta ġiet xolta l-qorti?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fid-dawl tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, liema għandhom ikunu l-atti proċedurali tal-membri tal-ġudikatura tal-qrati li tneħħew fil-kawżi tal-qorti li tneħħiet (li l-liġi tobbligahom iwettqu), fid-dawl ukoll tal-obbligu tagħhom li jevalwaw ir-raġunijiet għal rikuża f’dawn il-kawżi? Liema huma l-konsegwenzi għad-deċiżjonijiet fil-mertu mogħtija fil-kawżi pendenti quddiem il-qorti li tneħħiet li l-eżami tagħhom għandu jitwaqqaf u għall-atti li jagħlqu dawn il-kawżi?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Ottubru 2022 – SC Assofrutti Rom S.R.L vs Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

(Kawża C-635/22)

(2023/C 24/36)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timişoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC Assofrutti Rom S.R.L

Konvenuti: Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Centrul Regional pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale 5 Vest Timişoara

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jimponu l-obbligu li jitwettqu proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti qabel ma jiġi kkummerċjalizzat materjal [ikklassifikat bħala] Conformitas Agraria Communitatis (CAC)?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, l-Artikolu 4(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2), flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1)(a) u (b) TFUE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-obbligu li jitwettqu proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti kif stabbilit fil-[Programm Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija (il-PNŻR)] 2014-2020 (il-ħames verżjoni)?


(1)  ĠU 2008, L 267, p. 8.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140, fil-ĠU 2019, L 66, p. 6, u fil-ĠU 2022, L 146, p. 155.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – Compass Banca SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-646/22)

(2023/C 24/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Compass Banca SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ konsumatur medju msemmi fid-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), mifhum bħala konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat – fid-dawl tan-natura malleabbli u impreċiża tiegħu – għandu jiġi fformulat b’riferiment għall-aqwa għarfien u esperjenza u konsegwentement ma jirreferix biss għall-kunċett klassiku ta’ homo oeconomicus iżda wkoll għall-kisbiet tal-iktar teoriji reċenti dwar ir-razzjonalità limitata li wrew kif jaġixxu l-individwi fejn ta’ spiss jirriduċu l-informazzjoni neċessarja permezz ta’ deċiżjonijiet “irraġonevoli” jekk jiġu mqabbla ma’ dawk li jittieħdu minn persuna ipotetikament attenta u avżata; liema konstatazzjonijiet jimponu rekwiżit ikbar ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-każ – dejjem iktar komuni fid-dinamiki moderni tas-suq – ta’ periklu ta’ influwenza konjittiva?

2)

Prattika kummerċjali li fiha, minħabba t-tqegħid tal-informazzjoni f’qafas (framing), għażla tista’ tidher mandatorja u mingħajr alternattivi fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29 li tqis bħala qarrieqa prattika kummerċjali li bi kwalunkwe mod tqarraq jew tista’ tqarraq lill-konsumatur medju “anki bil-preżentazzjoni totali tagħha”, tista’ titqies fiha nnifisha bħala aggressiva?

3)

Id-Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali tiġġustifika s-setgħa tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u tas-suq (ladarba jiġi kkonstatat il-periklu ta’ influwenza psikoloġika marbuta: 1) mal-qagħda ta’ bżonn li fih normalment ikun jinsab min jitlob finanzjament, 2) mal-kumplessità tal-kuntratti sottomessi għall-firma tal-konsumatur, 3) man-natura kuntestwali tal-offerta trażversali, 4) mal-qosor tat-termini mogħtija għas-sottoskrizzjoni tal-offerta), li tipprevedi deroga mill-prinċipju ta’ possibbiltà ta’ bejgħ trażversali ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u ta’ prodotti finanzjarji mhux konnessi billi timponi perijodu ta’ sebat ijiem bejn l-iffirmar taż-żewġ kuntratti?

4)

B’rabta ma’ tali setgħa ta’ ssanzjonar tal-prattiki kummerċjali aggressivi, id-Direttiva (UE) 2016/97 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(3) tagħha, tipprekludi l-adozzjoni ta’ dispożizzjoni tal-[Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM)] fuq il-bażi tal-Artikoli 2(d) u (j), 4, 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29 u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ implimentazzjoni adottata wara ċ-ċaħda ta’ talba ta’ self b’riżultat tar-rifjut ta’ kumpannija ta’ servizzi ta’ investiment, fil-każ ta’ bejgħ trażversali ta’ prodott finanzjarju u ta’ prodott ta’ assigurazzjoni mhux konness ma’ tal-ewwel – u quddiem riskju, marbut maċ-ċirkustanzi tal-każ speċifiku, li jistgħu jinsiltu wkoll mill-kumplessità tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi eżaminata, li l-konsumatur jiġi influwenzat – li l-konsumatur jingħata spatium deliberandi ta’ sebat ijiem bejn il-formulazzjoni tal-proposta trażversali u l-iffirmar tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni?

5)

Il-qisien tas-sempliċi għaqda ta’ żewġ prodotti finanzjarji u ta’ assigurazzjoni bħala prattika aggressiva jista’ jirriżulta f’att regolatorju mhux permess u dan jista’ jirriżulta fit-tqegħid fuq il-kummerċjant (u mhux fuq l-AGCM, kif għandu jkun) tal-oneru (li diffiċilment jista’ jiġi mwettaq) li jintwera li ma huwiex każ ta’ prattika aggressiva bi ksur tad-Direttiva 2005/29 (speċjalment ladarba d-direttiva ċċitata ma tippermettix lill-Istati Membri jadottaw miżuri iktar restrittivi minn dawk iddefiniti minnha, lanqas sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi) jew inkella tali inverżjoni tal-oneru tal-prova ma jissussistix minkejja li, fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi, jitqies li, quddiem offerta trażversali kumplessa, hemm riskju konkret li l-konsumatur li jeħtieġ li jikseb finanzjament jiġi influwenzat?


(1)  ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.

(2)  ĠU 2016, L 26, p. 19.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – Ente Cambiano Società cooperativa per azioni vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-660/22)

(2023/C 24/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ente Cambiano Società cooperativa per azioni

Konvenut: Agenzia delle Entrate

Domanda preliminari

1)

L-Artikoli 63 et seq TFUE u l-Artikoli 101, 102, 120 u 173 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħall-Artikolu 2(3b) u (3c) tad-Digriet-Liġi Nru 18 tal-14 ta’ Frar 2016, maqlub, b’emendi, mil-Liġi Nru 49 tat-8 ta’ April 2016, fil-verżjoni, applikabbli ratione temporis, tissuġġetta għall-ħlas ta’ somma ugwali għal 20 % tal-patrimonju nett fil-31 ta’ Diċembru 2015 il-possibbiltà, għall-banek ta’ kreditu kooperattiv li fil-31 ta’ Diċembru 2015 kellhom patrimonju nett ta’ iktar minn EUR 200 miljun, li minflok ma jissieħbu ma’ grupp, jittrasferixxu l-attività bankarja lil kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, anki waħda ġdida, awtorizzata teżerċita l-attività bankarja, billi jemendaw l-istatuti tagħhom b’mod li jiġi eskluż l-eżerċizzju tal-attività bankarja u jinżammu fl-istess ħin il-klawżoli ta’ reċiproċità previsti fl-Artikolu 2514 tal-Kodiċi Ċivili, u b’hekk jiġu żgurati lill-azzjonisti servizzi li jservu għaż-żamma tar-rabta mal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata ta’ trasferiment, relatati mat-taħriġ u mal-informazzjoni fuq il-kwistjonijiet relatati mat-tfaddil u mal-promozzjoni tal-programmi ta’ assistenza?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – S.Ö. vs Stadt Duisburg

(Kawża C-684/22)

(2023/C 24/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.Ö.

Konvenut: Stadt Duisburg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist volontarju ta’ nazzjonalità (mhux ipprivileġġjata) ta’ Stat terz, in-nazzjonalità tal-Istat Membru u, għaldaqstant, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni jintilfu ipso jure jekk eżami individwali tal-konsegwenzi tat-telf iseħħ biss fil-każ li ċ-ċittadin barrani kkonċernat ikun ippreżenta minn qabel applikazzjoni għal ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex iżomm in-nazzjonalità tiegħu u sakemm din l-applikazzjoni tkun ingħatat risposta pożittiva qabel l-akkwist tan-nazzjonalità barranija?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni sabiex tinżamm in-nazzjonalità, ma jistgħux jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni individwali tal-persuna kkonċernata kif ukoll dik tal-familja tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi tat-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni ma ssirx jew tiġi ssostitwita b’rekwiżiti oħra?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – N.Ö. u M.Ö. vs Stadt Wuppertal

(Kawża C-685/22)

(2023/C 24/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N.Ö., M.Ö.

Konvenut: Stadt Wuppertal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist volontarju ta’ nazzjonalità (mhux ipprivileġġjata) ta’ Stat terz, in-nazzjonalità tal-Istat Membru u, għaldaqstant, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni jintilfu ipso jure jekk eżami individwali tal-konsegwenzi tat-telf iseħħ biss fil-każ li ċ-ċittadin barrani kkonċernat ikun ippreżenta minn qabel applikazzjoni għal ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex iżomm in-nazzjonalità tiegħu u sakemm din l-applikazzjoni tkun ingħatat risposta pożittiva qabel l-akkwist tan-nazzjonalità barranija?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni sabiex tinżamm in-nazzjonalità, ma jistgħux jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni individwali tal-persuna kkonċernata kif ukoll dik tal-familja tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi tat-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni ma ssirx jew tiġi ssostitwita b’rekwiżiti oħra?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2022 – M.S. u S.S. vs Stadt Krefeld

(Kawża C-686/22)

(2023/C 24/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.S., S.S.

Konvenut: Stadt Krefeld

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist volontarju ta’ nazzjonalità (mhux ipprivileġġjata) ta’ Stat terz, in-nazzjonalità tal-Istat Membru u, għaldaqstant, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni jintilfu ipso jure jekk eżami individwali tal-konsegwenzi tat-telf iseħħ biss fil-każ li ċ-ċittadin barrani kkonċernat ikun ippreżenta minn qabel applikazzjoni għal ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex iżomm in-nazzjonalità tiegħu u sakemm din l-applikazzjoni tkun ingħatat risposta pożittiva qabel l-akkwist tan-nazzjonalità barranija?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni sabiex tinżamm in-nazzjonalità, ma jistgħux jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni individwali tal-persuna kkonċernata kif ukoll dik tal-familja tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi tat-telf tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni ma ssirx jew tiġi ssostitwita b’rekwiżiti oħra?


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/31


Digriet tal-President tal-Għaxar Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – Il-Polonja) – J.K., B.K. vs Przedsiębiorstwo Państwowe X

(Kawża C-452/21) (1)

(2023/C 24/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2022 – Ryanair DAC, Laudamotion GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-581/21) (1)

(2023/C 24/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – PB vs Geos SAS, Geos International Consulting Limited

(Kawża C-639/21) (1)

(2023/C 24/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pesti Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.)

(Kawża C-51/22) (1)

(2023/C 24/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 19.4.2022.


Il-Qorti Ġenerali

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Sciessent vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-122/20 u T-123/20) (1)

(“Prodotti bijoċidali - Sustanzi attivi - Żeolit tal-fidda u żeolit tal-fidda u tar-ram - Rifjut ta’ approvazzjoni għat-tipi ta’ prodotti 2 u 7 - Artikolu 4 u Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Effikaċja - Sustanzi attivi intiżi li jiġu użati f’oġġetti trattati - Evalwazzjoni tal-effikaċja tal-oġġetti ttrattati nnifishom - Kompetenza tal-Kummissjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”)

(2023/C 24/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sciessent LLC (Beverly, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u P. Sellar, avukati, u V. McElwee, solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u R. Lindenthal, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: R. Shahsavan Eriksson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u O. Simonsson, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, C. Buchanan u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1960 tas-26 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 (ĠU 2019, L 306, p. 42), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1973 tas-27 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tar-ram [u] tal-fidda bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 (ĠU 2019, L 307, p. 58).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-122/20 u T-123/20 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Sciessent LLC għandha tbati, minbarra spejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Isvezja u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – CWS Powder Coatings et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u Kawża T-283/20) (1)

(“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet - Regolament (UE) 2020/217 - Klassifikazzjoni tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm - Kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala karċinoġenu - Affidabbiltà u aċċettabbiltà tal-istudji - Sustanza intrinsikament kapaċi li tikkawża l-kanċer - Kalkolu tal-istrapazz pulmonari b’partiċelli - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 24/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-279/20: CWS Powder Coatings GmbH (Düren, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-283/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees, ir-Renju Unit) u s-7 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-288/20: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja), Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: S. Delaude, R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers u, fil-Kawża T-283/20: A. Dawes, S. Delaude u R. Lindenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-279/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees) u s-7 intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati), Ettengruber GmbH Abbruch und Tiefbau (Dachau, il-Ġermanja), Ettengruber GmbH Recycling und Verwertung (Dachau) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati), TIGER Coatings GmbH & Co. KG (Wels, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-283/20: il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika – European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abrahams, Z. Romata u H. Widemann, avukati), il-Kunsill Ewropew għall-Industrija taż-Żebgħa, tal-Linka tal-Istampar u tal-Kuluri tal-Arti (CEPE) (Brussell), British Coatings Federation Ltd (BCF) (Coventry, ir-Renju Unit), American Coatings Association, Inc. (ACA) (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u I. Antypas, avukati), Mytilineos SA (Maroussi, il-Greċja), Delfi-Distomon Anonymos Metalleftiki Etaireia (Maroussi) (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-288/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees) s-7 intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati), Sto SE & Co. KGaA (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati), Rembrandtin Coatings GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u fil-Kawża T-283/20: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: M. Søndahl Wolff, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: T. Stéhelin, W. Zemamta, G. Bain u J.-L. Carré u, fil-Kawża T-283/20: E. de Moustier u M. Zemamta, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti fil-Kawża T-279/20: M. Bulterman u C. Schillemans, fil-Kawża T-283/20: M. Bulterman u J. Langer u, fil-Kawża T-288/20, M. Bulterman, M. Langer u C. Schillemans, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: C. Meyer-Seitz u, fil-Kawża T-283/20: O. Simonsson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: A. Hautamäki u J.-P. Trnka, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawża T-283/20: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: V. Klemenc, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Ionescu Dima, W. Kuzmienko u B. Schäfer, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-L. Meyer u T. Haas, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1), fir-rigward tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u l-Kawża T-283/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti, fil-Kawża T-279/20, minn CWS Powder Coatings GmbH, Billions Europe Ltd u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, Ettengruber GmbH Abbruch und Tiefbau, Ettengruber GmbH Recycling und Verwertung u TIGER Coatings GmbH & Co. KG, fil-Kawża T-283/20, minn Billions Europe u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika – European Chemical Industry Council (Cefic), il-Kunsill Ewropew għall-Industrija taż-Żebgħa, tal-Linka tal-Istampar u tal-Kuluri tal-Arti (CEPE), British Coatings Federation Ltd (BCF), American Coatings Association, Inc. (ACA), Mytilineos SA u Delfi-Distomon Anonymos Metalleftiki Etaireia u, fil-Kawża T-288/20, minn Brillux GmbH & Co. KG, Daw SE, Billions Europe u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, Sto SE & Co. KGaA u minn Rembrandtin Coatings GmbH.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Liġi Olandiża li tipprojbixxi l-użu tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku - Għeluq antiċipat ta’ impjant tal-enerġija bil-faħam - Għoti ta’ kumpens - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-kumpens kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ klassifikazzjoni espressa bħala ‘għajnuna mill-Istat’ - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Ċertezza legali”)

(2023/C 24/48)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. de Ree u J. Langer, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2998 final tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2998 final tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Pajjiżi l-Baxxi, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Bowden u Young vs Europol

(Kawża T-72/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-Europol - Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni - Telf tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru - Xoljiment tal-kuntratt - Artikolu 47(b)(iii) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Talba għal deroga mill-kundizzjoni tal-impjieg stabbilita fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Rifjut li tingħata deroga - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt ta’ smigħ - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġjonevoli - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Interess tas-servizz - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 24/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ian James Bowden (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), Janey Young (Den Haag) (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, O. Sajin u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), tat-30 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħhom din ċaħdet li tagħtihom deroga mill-kundizzjoni ta’ nazzjonalità stabbilita fl-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) u, konsegwentement, temmet il-kuntratti rispettivi tagħhom abbażi tal-Artikolu 47(b)(iii), tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ian James Bowden u Janey Young huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Epsilon Data Management vs EUIPO – Epsilon Technologies (EPSILON TECHNOLOGIES)

(Kawża T-512/21) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea EPSILON TECHNOLOGIES - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu, punt (a), u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Natura tal-użu - Forma li tvarja f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Użu għas-servizzi li għalihom it-trade mark ġiet irreġistrata”)

(2023/C 24/50)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Epsilon Data Management LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) rappreżentanti: J. Bussé u C. De Preter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Harrington, D. Gája u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Epsilon Technologies, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó u E. Felip Corrius, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Ġunju 2021 (Kawżi magħquda R 1611/2020-5 u R 1839/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Epsilon Data Management LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Epsilon Technologies, SL.


(1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Grupo Eig Multimedia vs EUIPO – Globalización de Valores CFC & GCI (FORO16)

(Kawża T-796/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FORO16 - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Cambio16, Energia16, Cambio16 radio - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Camb16, DEFENSA Y SEGURIDAD 16, CAMBIO16 DIGITAL, EVENTOS 16, Salón16 - Raġuni relattiva għal rifjut - Familja ta’ trade marks - Assenza ta’ provi - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 24/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Grupo Eig Multimedia, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u R. Raponi, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Globalización de Valores CFC & GCI, SA (Mairena del Aljarafe, Spanja) (rappreżentant: I. Sánchez Iglesias, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob b’mod partikolari l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1785/2020-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Eig Multimedia, SL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – uwe JetStream vs EUIPO (JET STREAM)

(Kawża T-14/22) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali JET STREAM - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2023/C 24/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: uwe JetStream GmbH (Schwäbisch Gmünd, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schneider u C. Nemec, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Novembru 2021 (Każ R 1092/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

uwe JetStream GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Grupa “LEW” vs EUIPO – Lechwerke (GRUPALEW.)

(Kawża T-672/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattivi GRUPALEW. - Trade mark nazzjonali figurattivi preċedenti LEW- Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin - Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat 2018/625 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 24/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Grupa “LEW” S.A. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: A. Korbela, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lechwerke AG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Gerling, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 2763/2019-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupa “LEW” S.A. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Lechwerke AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2022 – Ortega Montero vs Il-Parlament

(Kawża T-161/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Rappreżentanza tal-persunal - Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament - Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal - Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra - Terminu ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”)

(2023/C 24/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maria Del Carmen Ortega Montero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2021 li permezz tagħha din ċaħdet l-ilment tagħha tad-19 ta’ Jannar 2021, it-tieni, tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament ċaħad it-tieni lment tagħha tat-18 ta’ Awwissu 2021, it-tielet, tal-modifika tal-Artikolu 22 tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament adottata fl-10 ta’ Novembru 2020 u, ir-raba’, tal-vot tal-Kumitat tal-Persunal tal-10 ta’ Novembru 2020 dwar is-sostituzzjoni ta’ rappreżentant tal-imsemmi kumitat maħtur fuq il-bord tal-eżami ta’ kompetizzjoni kif ukoll tal-atti u tad-deċiżjonijiet kollha adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 22 kif emendat tar-regolament intern tal-imsemmi kumitat, inkluż tar-riżultati tal-vot, tal-10 ta’ Novembru 2020 ukoll, relattiv għall-ħatra tar-rappreżentanti tiegħu f’kumitati u f’delegazzjonijiet differenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Maria Del Carmen Ortega Montero għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 198, 16.5.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Growth Finance Plus vs EUIPO (doglover)

(Kawża T-231/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea doglover - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 24/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Frar 2022 (Każ R 720/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Growth Finance Plus AG hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 237. 20.6.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Growth Finance Plus vs EUIPO (catlover)

(Kawża T-232/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea catlover - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2023/C 24/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Frar 2022 (Każ R 717/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Growth Finance Plus AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 2.6.2022.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2022 – Belaruskali vs Il-Kunsill

(Kawża T-528/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u l-involviment tal-Bjelarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2023/C 24/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Belaruskali AAT (Soligorsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: V. Ostrovskis, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rurarz, B. Driessen u A. Boggio-Tomasaz, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 77), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċernaha, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/876 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 1), sa fejn dan ir-regolament jikkonċernaha.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – SD vs EMA

(Kawża T-623/22)

(2023/C 24/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SD (rappreżentant: A. Steindl, avukat)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-21 ta’ Lulju 2022 (EMA/254928/2022) li permezz tagħha l-appell tar-rikorrent tal-4 ta’ Mejju 2022 kontra d-deċiżjoni tal-EMA tat-8 ta’ April 2022 (EMA/191392/2022) ġie miċħud;

fil-każ li r-rikorrent jirnexxielu, tordna lill-EMA tbati l-ispejjeż imġarrba jew li għad iridu jiġġarbu mir-rikorrent, u jekk ir-rikorrent ma jirnexxilux, tordna lill-EMA tbati l-ispejjeż tagħha stess fuq bażi ekwa skont l-Artikolu 135(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-EMA tal-21 ta’ Lulju 2022 (EMA/254928/2022), li permezz tagħha r-rikorrent ġie miċħud aċċess komplet għal tliet dokumenti. Dawn id-dokumenti allegatament jikkonċernaw “obbligu speċifiku Nru 1(a)” (SO1a) bħala parti mill-obbligi ta’ Comirnaty li huma espressament ipprovduti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 9598 final tal-21 ta’ Diċembru 2020 (1).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser, kompletament jew minn tal-inqas parzjalment, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (2) fir-rigward il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali.

Ir-redazzjonijiet jiksru dispożizzjonijiet addizzjonali, paralleli u legali tal-EMA, li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni u ma ġewx meqjusa fid-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tinkludi żball ta’ liġi sa fejn tikkonstata mill-premessa li d-dokumenti kienu jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, u ma hemm ebda evidenza komprensibbli li d-dannu jiġi ikkawżat lil Biontech permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti SO1a, li kellha tippubblikahom bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni. L-EMA hija wkoll meħtieġa, bħala parti mill-funzjoni uffiċjali tagħha, li tagħti lir-rikorrent aċċess komplet għall-informazzjoni mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser, kompletament jew minn tal-inqas parzjalment, l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri għall-iżvolġiment.

Id-deċiżjoni tinkludi żball ta’ liġi peress li l-EMA tikkonstata li SO1a ma huwiex ta’ interess pubbliku, minkejja l-fatt li r-rikorrent stabbilixxa fil-grad meħtieġ ir-relazzjoni bejn in-natura legali ta’ SO1a u aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 9598 final tal-21 ta’ Diċembru 2020 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Comirnaty – Tilqima tal-mRNA tal-COVID-19 (b’nucleoside modifikat)”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-625/22)

(2023/C 24/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: A. Posch, M. Klamert u F. Koppensteiner, kif ukoll S. Lünenbürger, K. Reiter u M. Kottmannn, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi, kif ippubblikat f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2022, L 188, p. 1 sa 45;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sittax-il motiv. L-ewwel tmien motivi jikkonċernaw l-enerġija nukleari filwaqt li t-tmien motivi l-oħra jikkonċernaw il-gass fossili.

Motivi li jikkonċernaw l-enerġija nukleari

1.

L-ewwel motiv: bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat ikkontestat, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet legali li joħorġu mir-Regolament (UE) 2020/852 (1) u mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. L-evalwazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni pubblika ma twettqux minkejja li kienu meħtieġa. Il-gruppi ta’ esperti tal-Istati Membri u l-pjattaforma kienu involuti biss b’mod insuffiċjenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tar-Regolament Delegat ikkontestat mal-għanijiet [tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)], prevista fl-Artikolu 6(4) tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, ma twettqitx.

2.

It-tieni motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Qabelxejn, id-dispożizzjoni tapplika biss għal attivitajiet ta’ tranżizzjoni b’livell għoli ta’ dijossidu tal-karbonju u għalhekk ma tkoprix l-enerġija nukleari li għandha livell baxx ta’ dijossidu tal-karbonju. Fi kwalunkwe każ, l-enerġija nukleari ma tissodisfax ir-rekwiżiti speċifiċi previsti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Minn tal-inqas, ir-Regolament Delegat ikkontestat huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ evalwazzjoni u b’motivazzjoni insuffiċjenti. Huwa b’hekk jikser ukoll l-Artikolu 19(1)(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2020/852 u l-prinċipju ta’ prekawzjoni previst fid-dritt primarju.

3.

It-tielet motiv: il-klassifikazzjoni tal-enerġija nukleari bħala enerġija ambjentalment sostenibbli tmur kontra l-kriterju ta’ “ma tagħmilx ħsara sinjifikattiva” (magħruf bħala l-“kriterju DNSH”) fis-sens tal-Artikolu 17 u tal-Artikolu 19(1)(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni previst fid-dritt primarju. Il-Kummissjoni tonqos milli tilħaq il-livell ta’ protezzjoni u l-livell ta’ prova meħtieġa mir-Regolament (UE) 2020/852. Hija tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji ta’ ħsara sinjifikattiva għal diversi għanijiet ambjentali protetti minħabba inċidenti serji marbuta ma’ reatturi u minħabba skart b’livell għoli ta’ radjoattività. Barra minn hekk, lanqas ma tista’ tiġi eskluża b’ċertezza ħsara sinjifikattiva għall-għan ambjentali tal-adattament għat-tibdil fil-klima. Hemm ukoll ksur tar-rekwiżit li titwettaq analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. B’hekk, minn tal-inqas, ir-Regolament Delegat ikkontestat huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ evalwazzjoni u b’motivazzjoni insuffiċjenti.

4.

Ir-raba’ motiv: il-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika previsti fir-Regolament Delegat ikkontestat ma jippermettux li tiġi eskluża ħsara sinjifikattiva għall-għanijiet ambjentali. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika jmorru kontra l-kriterju DNSH previst fl-Artikolu 17 kif ukoll fl-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament (UE) 2020/852 u kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni previst fid-dritt primarju. Barra minn hekk, ma ġewx osservati l-livell ta’ protezzjoni u r-rekwiżiti f’termini ta’ prova, u dan mhux biss fir-rigward ta’ inċidenti serji marbuta ma’ reatturi u fir-rigward tal-iskart b’livell għoli ta’ radjoattività iżda wkoll fir-rigward tal-operat normali. Ma tistax tiġi eskluża b’ċertezza ħsara sinjifikattiva għall-għan ambjentali tal-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika previsti fl-Anness II tar-Regolament Delegat ikkontestat huma inqas eżiġenti minn dawk previsti fl-Anness I, mingħajr ma ngħatat ġustifikazzjoni għal dan. B’hekk, fir-rigward tal-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika, ir-Regolament Delegat ikkontestat huwa vvizzjat, minn tal-inqas, b’nuqqas ta’ evalwazzjoni u b’motivazzjoni insuffiċjenti.

5.

Il-ħames motiv: sa fejn jikklassifika l-enerġija nukleari bħala li tipprovdi kontribut sinjifikattiv għall-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 11 u l-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

6.

Is-sitt motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 19(1)(k) tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ applikabbiltà u ta’ verifikabbiltà faċli.

7.

Is-seba’ motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser, minħabba l-frammentazzjoni tas-suq ikkawżata mill-klassifikazzjoni tal-enerġija nukleari bħala enerġija ambjentalment sostenibbli, l-għan tar-Regolament (UE) 2020/852 u r-rekwiżit li jitħares l-effett utli tiegħu.

8.

It-tmien motiv: l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 li fuqha huwa bbażat ir-Regolament Delegat ikkontestat, fis-sens li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla l-kwistjoni miftuħa u għadda r-responsabbiltà lill-Kummissjoni, tmur kontra l-kundizzjoni ta’ materjalità prevista fl-Artikolu 290 TFUE. Dan jeħtieġ li jkun il-leġiżlatur tal-Unjoni stess li jiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni tal-enerġija nukleari. Issa, il-leġiżlatur tal-Unjoni diġà ħa tali deċiżjoni u eskluda l-klassifikazzjoni tal-enerġija nukleari bħala ambjentalment sostenibbli.

Motivi li jikkonċernaw il-gass fossili

9.

L-ewwel motiv: fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi li jikkonċernaw il-gass fossili, bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat ikkontestat il-Kummissjoni kisret il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet legali li joħorġu mir-Regolament (UE) 2020/852 u mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. L-argumenti magħmula fir-rigward tal-enerġija nukleari japplikaw mutatis mutandis.

10.

It-tieni motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 19(1)(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni previst fid-dritt prinċipali minn tal-inqas sa fejn jipprevedi, fir-rigward ta’ attivitajiet marbuta mal-gass fossili, livelli minimi ta’ 270g ta’ ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju għal kull kilowatt fis-siegħa u ta’ 550kg ta’ ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju għal kull kilowatt fis-siegħa għal kull sena fuq perijodu ta’ 20 sena. Ir-Regolament Delegat ikkontestat huwa bbażat fuq rilassament illegali tal-kundizzjoni li għall-attivitajiet ta’ tranżizzjoni ma jkun hemm ebda alternattiva teknoloġikament u ekonomikament vijabbli fis-sens tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. B’hekk, il-livelli minimi ma humiex konformi mal-għan ta’ 1,5 oC tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-klima u mal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima. Peress li l-livelli minimi huma marbuta biss mal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra, hemm ukoll ksur tar-rekwiżit li titwettaq analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-livelli minimi huma inferjuri għall-aħjar prattiki tas-settur jew tal-industrija u b’hekk jostakolaw l-iżvilupp ta’ alternattivi li jipproduċu inqas dijossidu tal-karbonju u jwasslu għal effett “lock-in” inammissibbli. Minn tal-inqas, ir-Regolament Delegat ikkontestat huwa b’hekk ivvizzjat b’nuqqas ta’ evalwazzjoni u b’motivazzjoni insuffiċjenti.

11.

It-tielet motiv: l-inklużjoni tal-valuri limitu ta’ 270g u ta’ 550kg fir-Regolament Delegat ikkontestat tikser ir-rekwiżit fundamentali ta’ newtralità teknoloġika previst fl-Artikolu 19(1)(a) u (j) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni.

12.

Ir-raba’ motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat imur kontra l-kriterju ta’ DNSH previst fl-Artikolu 17 u fl-Artikolu 19(1)(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni previst fid-dritt primarju. Permezz tal-valuri limitu ta’ 270g u ta’ 550kg, huwa mhux talli jonqos milli jagħmel kontribut sinjifikattiv għall-protezzjoni tal-klima, iżda jwassal għal iktar tibdil fil-klima.

13.

Il-ħames motiv: sa fejn jikklassifika l-gass fossili bħala li jipprovdi kontribut sinjifikattiv għall-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 11 u l-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament (UE) 2020/852 kif ukoll il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

14.

Is-sitt motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 19(1)(i) tar-Regolament (UE) 2020/852. Fid-dawl tal-pressjoni ekonomika dejjem tikber fuq il-gass fossili bħala sors ta’ enerġija, l-inklużjoni tiegħu fil-klassifikazzjoni timplika, minn tal-inqas, riskju sinjifikattiv li jinħolqu assi mingħajr ebda valur.

15.

Is-seba’ motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser l-Artikolu 19(1)(k) tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni teknika fir-rigward tal-gass fossili ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ applikabbiltà u ta’ verifikabbiltà faċli.

16.

It-tmien motiv: ir-Regolament Delegat ikkontestat jikser, minħabba l-frammentazzjoni tas-suq ikkawżata mill-klassifikazzjoni tal-gass fossili bħala enerġija ambjentalment sostenibbli, l-għan tar-Regolament (UE) 2020/852 u r-rekwiżit li jitħares l-effett utli tiegħu.


(1)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU 2020, L 198, p. 13, rettifika fil-ĠU 2022, L 156, p. 159).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Repasi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-628/22)

(2023/C 24/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: René Repasi (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-G. Kamann u D. Fouquet, avukati, kif ukoll F. Kainer u M. Nettesheim, professuri)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi, ippubblikat f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Lulju 2022, L 188, p. 1;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed insostenn tar-rikors tiegħu.

Skont ir-rikorrent, ir-Regolament Delegat (UE) 2022/1214 li qiegħed jiġi kkontestat jikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 290(1) TFUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE, mal-Artikolu 10(1) TUE, mal-Artikolu 13(1) TUE u mal-Artikolu 14(1) TUE, kif espress b’mod konkret permezz tad-dritt tar-rikorrent għall-parteċipazzjoni parlamentari previst fid-dritt sekondarju, b’mod partikolari konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Diretti, mal-Artikolu 2(f) tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament kif ukoll mal-Artikolu 177 u mal-Artikolu 218(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Ir-rikorrent għandu dritt individwali li jipparteċipa fi proċedura leġiżlattiva li tiżvolġi b’mod regolari, dritt dan li jirriżulta mill-istatus tiegħu ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, konformement mal-Artikolu 2 TUE, mal-Artikolu 10(1) TUE, mal-Artikolu 13(1) TUE u mal-Artikolu 14(1) TUE, kif espress b’mod konkret permezz tad-dritt tar-rikorrent għall-parteċipazzjoni parlamentari previst fid-dritt sekondarju, b’mod partikolari konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Diretti, mal-Artikolu 2(f) tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament kif ukoll mal-Artikolu 177 u mal-Artikolu 218(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew. Bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat ikkontestat abbażi tal-Artikolu 290 TFUE, minflok ma fetħet, kif kien imissha għamlet, proċedura leġiżlattiva ordinarja skont l-Artikolu 289 TFUE permezz ta’ proposta korrispondenti, il-Kummissjoni Ewropea ma kisritx biss id-dritt istituzzjonali tal-Parlament Ewropew bħala leġiżlatur fis-sens tal-Artikolu 14(1) TUE u tal-Artikoli 289 u 294 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE, iżda kisret ukoll id-dritt individwali tar-rikorrent li jipparteċipa b’mod dirett u individwali fi proċedura leġiżlattiva li tiżvolġi b’mod regolari. Membru tal-Parlament Ewropew jista’, permezz ta’ rikors għal annullament ippreżentat skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, jinvoka ksur tat-tqassim tal-kompetenzi, ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali jew użu ħażin ta’ poter minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tiegħu li jipparteċipa fi proċedura leġiżlattiva li tiżvolġi b’mod regolari, bil-għan li l-Parlament Ewropew ikollu jwieġeb quddiem il-qorti.

Il-klassifikazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija permezz ta’ gass fossili naturali u permezz tal-enerġija nukleari bħala attività ekonomika sostenibbli minn perspettiva ambjentali, fis-sens tar-Regolament (UE) 2020/852 tat-18 ta’ Ġunju 2020, tikkostitwixxi, irrispettivament mill-pożizzjoni politika, aspett essenzjali, minħabba n-natura ferm politika tiegħu, tal-portata tal-qafas sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment, liema aspett kellu jiġi ddeterminat, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 290(1) TFUE, permezz ta’ att leġiżlattiv skont l-Artikolu 289 TFUE. Bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat ikkontestat, irrispettivament mill-fondatezza fil-mertu tiegħu, il-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha, bi ksur tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE. Dan jikkostitwixxi wkoll, fl-istess ħin, ksur tad-dritt tal-Parlament Ewropew bħala leġiżlatur u ksur tad-dritt demokratiku parlamentari tar-rikorrent li jipparteċipa fi proċedura leġiżlattiva li tiżvolġi b’mod regolari.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – ZR vs EUIPO

(Kawża T-634/22)

(2023/C 24/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZR (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2021 u nnotifikata fl-istess data, li tinforma lir-rikorrent bi ħlas favur tiegħu ta’ EUR 5 000 b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 fil-kawża T-610/18 ZR vs EUIPO;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2022, innotifikata fl-istess data, li tiċħad l-ilment imressaq abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021;

tagħti l-kumpens għad-danni materjali u morali; u

tikkundanna r-rimbors għall-ispejjeż kollha sostnuti għal dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka s-segwenti motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tar-rikorrent meta mqabbel ma’ kandidati oħra li pparteċipaw fil-proċedura ta’ għażla.

L-ammont ta’ EUR 5 000 ma huwiex ikkunsidrat ta’ natura li jpoġġi lir-rikorrent fl-istess sitwazzjoni bħall-kandidati l-oħra li, wara l-ksur ta’ dan il-prinċipju, ġew inklużi fil-lista ta’ riżerva jew kisbu kumpens iktar vantaġġuż.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża/tad-dritt għal qorti, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, l-obbligi ta’ diliġenza u ta’ motivazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’dak li jikkonċerna l-ksur tad-drittijiet tad-difiża/dritt ta’ aċċess għal qorti, l-unika raġuni għar-rifjut mill-konvenut li jikkunsidra l-possibbiltà ta’ trasferiment hija bbażata fuq il-fatt li r-rikorrent eżerċita d-dritt tiegħu ta’ rikors. Is-sempliċi fatt li r-rikorrent ippreżenta rikors ma jistax jiġi ppreżentat bħala ġustifikazzjoni valida għall-amministrazzjoni sabiex iċaħħad implimentazzjoni ġusta tas-sentenza fil-kawża T-610/18 ZR v EUIPO;

Fir-rigward tal-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, tal-obbligi ta’ diliġenza u ta’ motivazzjoni:

Fl-ewwel lok, il-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjoni tiegħu peress li l-possibbiltajiet ġuridikament aċċettabbli ġew miċħuda u li l-possibbli alternattiva ġiet miċħuda;

Fit-tieni lok, l-iskambji mal-konvenut ibbażati fuq possibbiltà kkunsidrata mill-amministrazzjoni diffiċilment jistgħu jiġu kkwalifikati bħala djalogu intiż sabiex tinstab soluzzjoni ġusta.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 – van der Linde vs KEPD

(Kawża T-678/22)

(2023/C 24/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Frank van der Linde (il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: C. Forget, avukat)

Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata (1) sa fejn il-KEPD jordna lil Europol li tagħti aċċess lir-rikorrent għal data kollha li tikkonċernah skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament 2022/991 (2);

mill-bqija, tannulla d-deċiżjoni tal-KEPD sa fejn ma toffrix lir-rikorrent garanziji suffiċjenti billi ma tipprovdix għal xi skadenza li fiha trid tiġi eżegwita, ebda ħlas ta’ penali, u ma tipprovdi l-ebda sanzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ Europol, b’hekk de facto tiċċaħħad lir-rikorrent mid-dritt ta’ aċċess u mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tal-Artikoli 8 u 47 tal-Karta;

sussidjarjament, tagħti lir-rikorrent euro proviżorja għal dannu mhux materjali;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lil KEPD għall-ispejjeż fl-ammont dettaljat mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-każ ta’ lment 2020-0908 kontra l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tat-8 ta’ Settembru 2022.

(2)  Regolament (UE) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (ĠU 2022, L 169, p. 1).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/48


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-681/22)

(2023/C 24/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis u M.J. Ruiz Sánchez, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 (1) tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-lista ta’ żoni li fihom huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, imsemmija fl-Artikolu 2 u fl-Anness II tiegħu;

b’mod sussidjarju, tiddikjara l-invalidità tal-Artikolu 9(6) u (9) tar-Regolament 2016/2336 (2), b’mod konformi mal-Artikolu 277 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/1614, inkwantu jistabbilixxi ż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, jikser ir-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità:

F’dan ir-rigward ir-Renju ta’ Spanja jirrileva:

1)

l-assenza ta’ analiżi tal-effett ta’ rkapti fissi tas-sajd fil-baħar fond tikser ir-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità;

2)

id-determinazzjoni taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar tikser ir-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 9(6) u (9) tar-Regolament 2016/2336:

F’dan ir-rigward ir-Renju ta’ Spanja jirrileva:

1)

ir-riferiment għal att ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu kkompletati elementi essenzjali tar-Regolament 2016/2336 jikser l-Artikolu 291 TFUE;

2)

il-projbizzjoni ġenerali ta’ sajd permezz ta’ rkapti tal-qiegħ fiż-żoni kollha fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar tikser ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (ĠU 2022, L 242, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU 2016, L 354, p. 1).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Newalliance vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-683/22)

(2023/C 24/64)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Newalliance Comércio Internacional, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Norwood vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/22)

(2023/C 24/65)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Norwood – Trading e Serviços, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/50


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Lycatelcom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-685/22)

(2023/C 24/66)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Lycatelcom, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/50


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Kingbird vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-686/22)

(2023/C 24/67)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Kingbird – Consultores e Serviços, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Standbycom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-687/22)

(2023/C 24/68)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Standbycom, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Kiana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/22)

(2023/C 24/69)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Kiana, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/52


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Dabrezco Internacional vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-692/22)

(2023/C 24/70)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Dabrezco Internacional, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/52


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Hilza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-693/22)

(2023/C 24/71)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Hilza – Pharmaceuticals, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Khayamedia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-695/22)

(2023/C 24/72)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Khayamedia Comércio Internacional de Eventos Desportivos, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira [Żona Ħielsa ta’ Madeira] (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22, Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Fratelli Cosulich vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-696/22)

(2023/C 24/73)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Fratelli Cosulich, Unipessoal, SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/54


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Ommiacrest vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-697/22)

(2023/C 24/74)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Ommiacrest Trading, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/54


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Swan Lake vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/22)

(2023/C 24/75)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Swan Lake Serviços e Consultores, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Seamist vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-699/22)

(2023/C 24/76)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Seamist, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Pamastock Investments vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/22)

(2023/C 24/77)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Pamastock Investments, SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Gemas Donário u S. Soares, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22 Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/56


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – TA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/22)

(2023/C 24/78)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: TA (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, jew sa fejn dawn japplikaw għal benefiċjarji minħabba ċ-ċirkustanza li għandhom ħaddiema mhux residenti fir-reġjun ultraperiferiku, jew li jiksbu dħul li s-sors tiegħu huwa barra mir-reġjun ultraperiferiku.

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li kienu stabbiliti b’mod reġjonali, iżda li kellhom relazzjonijiet esterni, ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-tad-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li kienu stabbiliti b’mod reġjonali, iżda li kienu jżommu relazzjonijiet ta’ impjieg ma’ ħaddiema li ma kinux preżenti b’mod permanenti fir-reġjun ultraperiferiku, ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn id-deċiżjoni kkontestata kkunsidrat li benefiċċji mogħtija lil impriżi li ma jeċċedux il-limiti kwantitattiva previsti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna Nazzjonali b’għan Reġjonali għall-2007-2013 u fir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2014 ma kinux kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) TFUE.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni: ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u legalità.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/57


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Everblacks Towage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-703/22)

(2023/C 24/79)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Everblacks Towage – Serviços Marítimos, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/57


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2022 – Poppysle vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-704/22)

(2023/C 24/80)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Poppysle – Comércio Internacional e Serviços, Sociedade Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)

Konvenut: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d--Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/58


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2022 – Illumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-709/22)

(2023/C 24/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, B. Cullen u J. Holmes, Barristers u F. González Díaz, M. Siragusa, G. Rizza, N. Latronico u L. Bitsakou, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2022) 6454 final tas-6 ta’ Settembru 2022 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.10188 – ILLUMINA/GRAIL);

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti sostnuti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni billi naqset milli teżamina jekk it-tranżazzjoni kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tar-Regolament tal-Unjoni dwar il-Konċentrazzjonijiet u billi affermat il-kompetenza tagħha sabiex tistħarreġ u tipprojbixxi t-tranżazzjoni mingħajr ma analizzat jekk din tal-aħħar kellhiex il-konnessjoni neċessarja maż-ŻEE u jekk kienx prevedibbli li din tipproduċi effetti immedjati u sostjanzjali fiż-ŻEE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi naqset milli tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet supplimentari. Il-Kummissjoni sostanzjalment issuplementat l-oġġezzjoni li r-rikorrenti għandha l-kapaċità u l-inċentivi sabiex teskludi lill-kompetituri potenzjali ta’ GRAIL, billi tintroduċi b’mod partikolari analiżi kwantitattiva fl-ewwel espożizzjoni tal-fatti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha rigward l-oneru tal-prova taħt jew l-istandard tal-probabbiltà kbira jew tal-istandard tal-bilanċ ta’ probabbiltajiet.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni meta adottat definizzjoni tas-swieq rilevanti li (a) toħloq distinzjoni artifiċjali bejn l-istadji ta’ żvilupp u ta’ kummerċjalizzazzjoni għat-testijiet ta’ skoperta bikrija tal-kanċer ibbażati fuq sekwenzar ġenetiku tal-ġenerazzjoni li jmiss (Next generation sequencing, iktar ’il quddiem in-“NGS”), (b) tikkonstata sostitwibbiltà fost id-diversi testijiet ibbażati fuq NGS, testijiet ECD, DAC, u MRD fl-istadju tal-iżvilupp potenzjali u (c) tikkonstata sostitwibbiltà fl-innovazzjoni bejn it-test multi-kanċer ibbażat fuq NGS (it-test Galleri ta’ GRAIL) u t-testijiet ta’ skoperta bikrija ta’ kanċer uniku.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni billi naqset milli tittratta offerti miftuħa bħala parti mis-sitwazzjoni fattwali li tirriżulta mit-tranżazzjoni billi evalwat l-allegata kapaċità jew l-allegati inċentivi tar-rikorrenti sabiex tipprattika strateġiji ta’ esklużjoni ta’ dħul kif ukoll l-effettività u l-effetti fuq il-kompetizzjoni effettiva.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, meta ddikjarat li t-trażazzjoni setgħet twassal sabiex Ilumina tkun tista’ tipprovoka esklużjoni mis-suq.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li Illumina seta’ kellha inċentiv sabiex tipprovoka esklużjoni mis-suq.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni meta ddikjarat li t-tranżazzjoni seta’ jkollha effett dirett u negattiv fuq il-kompetizzjoni effettiva fis-sitt pajjiżi ta’ referenza jew fiż-ŻEE.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni meta ċaħdet id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet li t-tranżazzjoni kienet taċċellera t-tnedija ta’ Galleri fiż-ŻEE b’minn tal-inqas ħames snin u ssalva eluf ta’ ħajjiet, u li, l-internalizzazzjoni tal-marġni ta’ Illumina mal-bejgħ tas-sistemi NGS lil GRAIL setgħet telimina l-marġinalizzazzjoni doppja u twassal għal iffrankar sostanzjali għas-sistemi ta’ saħħa tal-Istati Membri u għall-persuni taxxabli billi jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trattament tal-kanċer. Bil-kontra tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, l-effettività tat-tranżazzjoni hija kollha speċifika għal fużjoni, verifikabbli u tista’ tibbenefika lill-konsumaturi.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni meta ċaħdet il-pakkett komplet ta’ miżuri ta’ rimedji ta’ Illumina li kien jinkluldi mhux biss l-offerta miftuħa iżda wkoll l-impenji f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ liċenzja, id-derogi u l-impenji ta’ nuqqas ta’ infurzar li setgħu jiffaċilitaw id-dħul u l-espansjoni upstream tal-kompetituri ta’ Illumina.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/59


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Nutmark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-714/22)

(2023/C 24/82)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Nutmark Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: P. Vidal Matos u F. Lança Martins, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba identifikazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ riferiment, bi ksur tal-Artikolu 4(2) TUE u tal-Artikoli 107(1) u 263 TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba li ma ntweriex li r-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira jikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali ta’ riferiment li tintroduċi differenzi bejn operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli, bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tat-twettiq tar-rekwiżiti rilevanti għall-eżekuzzjoni korretta tar-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira, sa fejn f’dan ir-rigward ir-Repubblika Portugiża adottat kriterji konformi mal-Artikolu 107(1) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali stabbilit fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (1).

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tad-dritt għall-proprjetà privata stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/60


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Piamark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/22)

(2023/C 24/83)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Piamark, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: P. Vidal Matos u F. Lança Martins, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba identifikazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ riferiment, b’nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tas-sovranità tar-Repubblika Portugiża għall-istabbiliment tal-kriterji ta’ aċċess għar-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira u, għalhekk, tal-kriterji ta’ verifika tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, bi ksur tal-Artikolu 4(2) TUE u tal-Artikoli 107(1) u 263 TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tat-twettiq tar-rekwiżiti rilevanti għall-eżekuzzjoni korretta tar-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira, sa fejn f’dan ir-rigward ir-Repubblika Portugiża adottat kriterji konformi mal-Artikolu 107(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba li ma ntweriex li r-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, bi ksur tal-Artikolu 107(1), tal-Artikolu 263 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali stabbilit fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni).

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tad-dritt għall-proprjetà privata stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/61


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Eutelsat Madeira vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-718/22)

(2023/C 24/84)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Eutelsat Madeira, Unipessoal Lda (Zona Franca da Madeira) (Caniçal, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Bordalo Junqueiro, J. P. Lampreia, R. F. Costa u P. G. Marques, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi l-interess leġittimu tar-rikorrenti li tippreżenta dan ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE;

tikkunsidra li dan ir-rikors għal annullament ġie ppreżentat b’mod regolari u huwa ammissibbli skont l-Artikolu 263 TFUE;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tbiddel it-termini ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata u applikata, b’mod konsistenti, għal għexur ta’ snin.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn id-deċiżjoni kkontestata titratta bl-istess mod lill-benefiċjarji li kkontribwixxew u dawk li ma kkontribwixxewx għall-għanijiet tar-Reġim III.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tar-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3037 final u mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna Nazzjonali b’għan Reġjonali għall-2007-2013.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – AFG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-722/22)

(2023/C 24/85)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: AFG SA (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Estima Martins, F. Castro Guedes u L. Seifert Guincho, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (ĠU 2022, L 217, p. 49);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li din l-iskema tikkostitwixxi miżura selettiva, kif ukoll żball ta’ liġi minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, għal dak li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ selettività.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu r-Reġim III taż-Zona Franca da Madeira ġie eżegwit konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007 u 2013 u mar-regoli previsti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi minħabba ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/62


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Sonasurf Internacional et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-723/22)

(2023/C 24/86)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Sonasurf Internacional – Shipping Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall), Mastshipping – Shipping, Sociedade Unipessoal Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal), Latin Quarter – Serviços Marítimos Internacionais Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal) (rappreżentanti: R. Bordalo Junqueiro, S. Fernandes de Almeida, R. F. Costa u P. G. Marques, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi l-interess leġittimu tar-rikorrenti li jippreżentaw dan ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE;

tikkunsidra li dan ir-rikors għal annullament ġie ppreżentat b’mod regolari u huwa ammissibbli skont l-Artikolu 263 TFUE;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-718/22, Eutelsat Madeira vs Il-Kummissjoni.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/63


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2022 – Odeon Cinemas Holdings vs EUIPO – Academy of Motion Picture Arts and Sciences (OSCAR)

(Kawża T-727/22)

(2023/C 24/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Odeon Cinemas Holdings (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Academy of Motion Picture Arts and Sciences (Beverly Hills, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OSCAR – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 931 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1841/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/63


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Industrias Lácteas Asturianas vs EUIPO – Qingdao United Dairy (NAMLAC)

(Kawża T-728/22)

(2023/C 24/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Industrias Lácteas Asturianas, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. C. Riera Blanco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Qingdao United Dairy Co. Ltd (Qingdao, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NAMLAC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 515

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1563/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/64


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Complejo Agrícola Las Lomas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-729/22)

(2023/C 24/89)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Complejo Agrícola Las Lomas, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Sedano Lorenzo, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara null u mingħajr effett il-paragrafu 4.1.8 tal-pjan strateġiku tal-PAK 2023-2027 ta’ Spanja approvat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2022 li tapprova l-imsemmi pjan strateġiku tal-PAK 2023-2027 ta’ Spanja għall-appoġġ tal-Unjoni Ewropea ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jimponi limitu massimu ta’ EUR 200 000 fuq l-appoġġ bażiku għad-dħul li għandu jingħata lil kull bidwi (iktar ’il quddiem il-“Miżura”).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2115 (1) li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 1305/2013 u (UE) 1307/2013.

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw liema interventi fost dawk elenkati fil-Kapitoli II, III u IV tat-Titolu II huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u kif jartikolawhom. Madankollu, id-deċiżjoni kkontestata tinkludi intervent differenti minn dawk previsti fl-imsemmi artikolu, li jippermetti lill-Kummissjoni taġixxi ultra vires u teċċedi s-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2021/2115.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza totali ta’ analiżi u ta’ evalwazzjoni tar-riperkussjonijiet tal-limitu massimu mhux kritiku ta’ EUR 200 000 fuq l-appoġġ bażiku għad-dħul tal-PAK.

Ma twettqet ebda evalwazzjoni tal-effett ta’ din il-miżura waqt l-ipproċessar tad-deċiżjoni kkontestata, la fuq il-livell Spanjol u lanqas fuq dak Ewropew. Kieku kienet twettqet reviżjoni preliminari kien jirriżulta li l-Miżura tmur kontra l-għanijiet tal-PAK stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq distorsjoni tas-suq uniku u fuq kompetizzjoni għad-dannu tal-bdiewa Spanjoli.

Id-deċiżjoni kkontestata twassal għal distorsjoni serja u mhux iġġustifikata tas-suq intern, kif ukoll għall-frammentazzjoni tal-PAK f’wieħed mill-mekkaniżmi essenzjali tagħha. Fil-fatt, il-Miżura tqiegħed lill-bdiewa Spanjoli f’pożizzjoni agħar minn dik tal-kontropartijiet Ewropej tagħhom.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Miżura tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità inkwantu la hija adattata u lanqas neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minnha, u tinkludi sagrifiċċju eċċessiv u mhux iġġustifikat għall-proprjetarji tal-azjendi agrikoli u għall-ħaddiema tagħhom, li bl-ebda mod ma huwa kkumpensat mill-ilħiq ta’ interess pubbliku superjuri.


(1)  Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU 2021, L 435, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2022, L 181, p. 35 u fil-ĠU 2022, L 227, p. 136).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/65


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill

(Kawża T-731/22)

(2023/C 24/90)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andrey Anatolyevich Kozitsyn (Verkhnyaya Pyshma, ir-Russja) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) Nru 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) fir-rigward ta’ A. Kozitsyn u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) fir-rigward ta’ A. Kozistyn;

u billi tagħmel hekk

tikkkonstata l-illegalità tal-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK u tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) tal-Kunsill 269/2014 u

tannulla l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità jew għall-inqas tikonstata l-illegalità tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lil A. Kozitsyn;

fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-234/22, Ismailova vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/66


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Deripaska vs Il-Kunsill

(Kawża T-732/22)

(2023/C 24/91)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleg Vladimirovich Deripaska (Khutor Sokolsky, ir-Russja) (rappreżentant: R. Bontinck, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145, applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ EUR 1 000 000 fuq bażi provviżorja għad-dannu morali sostnut mir-rikorrenti

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-motivi mqajma mill-Kunsill.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/67


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Khudaynatov vs Il-Kunsill

(Kawża T-733/22)

(2023/C 24/92)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eduard Yurevich Khudaynatov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, D. Rovetta u M. Moretto, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn trendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145, applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 u;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-732/22, Deripaska vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/67


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-734/22)

(2023/C 24/93)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn iżżomm l-isem tar-rikorrent fin-Nru 719 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fin-Nru 719 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 100 000, b’mod provviżorju, bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/68


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Falqui vs Il-Parlament

(Kawża T-735/22)

(2023/C 24/94)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla n-nota D310275 tas-26 ta’ Settembru 2022 tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi- Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri – Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri -II Kap ta’ Diviżjoni,

tannulla n-nota D307559 tal-4 ta’ Lulju 2022 tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew – Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri – Unità tar-Remunerazzjoni u d-Drittijiet Soċjali tal-Membri,

tadotta kwalunkwe miżura neċessarja għall-protezzjoni tad-drittijiet tar-rikorrent,

tikundanna lill-Parlament Ewropew sabiex iħallas l-ammonti indebitament miżmuma fil-mori tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal- Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar “Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”.

Huwa jsostni, f’dan ir-rigward li, skont l-Artikolu 75(2) tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar “Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”, “jibqgħu fis-seħħ” id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar akkumulati sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut, filwaqt li r-referenza preċedenti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista mir-Regoli PEAM (ir-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew) għandha tinftiehem bħala riferiment (għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f’dak iż-żmien), peress li d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar akkumulati mill-ex Membri tal-Parlament Ewropew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut ma jistgħux jinbidlu bis-saħħa ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-Parlament Ewropew applika b’mod illegali, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikser il-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.

Huwa jsostni, f’dan ir-rigward li l-Parlament Ewropew, bl-applikazzjoni awtomatiku għall-ex Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut ta’ kwalunkwe evalwazzjoni mill-ġdid tal-pensjoni avvrovata mill-Kamra tad-Deputati Taljana ex post, tesponi li dawn il-Membri tal-Parlament għal sitwazzjoni ta’ inċertezza kontinwa fir-rigward tal-pensjoni tal-irtirar, bi ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/69


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Campofrio Food Group vs EUIPO – Cerioti Holding (SNACK MI)

(Kawża T-736/22)

(2023/C 24/95)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Campofrio Food Group, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Erdozain López u M. Del Río Aragó, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cerioti Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SNACK Magnetrol International – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 201 028

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 59/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Cerioti Holding SA, fil-każ# li din tal-aħħar tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/70


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyanskaya vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/22)

(2023/C 24/96)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Galina Evgenyevna Pumpyanskaya (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK, kif ukoll l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 (iktar 'il-quddiem il-“kriterji ta’ elenkar ikkontestati”);

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (iktar 'il-quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti (Entrata Nru 724).

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors taħt l-Artikolu 263 TFUE:

1.

Motiv taħt l-Artikolu 277 TFUE, ibbażat fuq li l-kriterji ta’ elenkar ikkontestati huma f’konflitt irrisolvibbli mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, mal-valuri li fih u mal-Istat tad-dritt.

2.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

3.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta inkluda l-isem tar-rikorrenti fl-annessi tal-atti kkontestati.

4.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

5.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur illegali tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet, kif ukoll għall-proprjetà.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/70


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Rotenberg vs Il-Kunsill

(Kawża T-738/22)

(2023/C 24/97)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Rotenberg (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 (1) tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 (2) tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jinżamm fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Settembru 2022;

sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq in-nuqqas li jiġi ssodisfatt l-oneru tal-prova, fuq ksur tal-kriterji ta’ inklużjoni stabbiliti fl-Artikoli 1(1)(b) u (d) u fl-Artikolu 2(1)(d) u (f) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 u fl-Artikolu 3(1)(d) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, li t-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża u fuq ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64).


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/72


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Rashevsky vs Il-Kunsill

(Kawża T-739/22)

(2023/C 24/98)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Rashevsky (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

twarrab, skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, l-Artikolu 2(1)(f) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), u tal-Artikolu 3(1)(f) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4) – sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrrent;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 (5) tal-14 ta’ Settembru 2022, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn din tikkonċerna r- rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (6), sa fejn dan ikkonċerna r-rikorrent, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-prinċipji kostituzzjonali ma jippermettux l-elenkar ta’ persuni bħar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill aġixxa b’mod illegali meta pproroga d-deċiżjoni kkontestata, peress li l-Kunsill wettaq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-elenkar kontinwu tar-rikorrent wara l-irtirar tiegħu mill-funzjonijiet tiegħu huwa ritaljazzjoni għal atti li ma kinux punibbli fiż-żmien meta twettqu.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-miżuri imposti ma humiex xierqa sabiex jilħqu jew saħansitra jappoġġjaw li jintlaħqu l-għanijiet segwiti mill-Unjoni.


(1)  ĠU 2014, L 78, p. 16.

(2)  ĠU 2022, L 50, p. 1.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.

(4)  ĠU 2022, L 51, p. 1.

(5)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(6)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/73


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyankiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-740/22)

(2023/C 24/99)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Alexandrovich Pumpyanskiy (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 2(1)(f) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), kif ukoll tal-Artikolu 3(1)(f) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4) (iktar il-quddiem il-“kriterji ta’ elenkar ikkontestati”);

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (5) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (6), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent (entrata Nru 724);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta inkluda l-isem tar-rikorrent fl-annessi tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur illegali tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet, kif ukoll għal-proprjetà.

Barra minn hekk, ir-rikorrent iqajjem motiv ibbażat fuq l-Artikolu 277 TFUE, billi jsostni li l-kriterji ta’ elenkar ikkontestati huma f’konflitt irrisolvibbli mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, mal-valuri li fih u mal-Istat tad-dritt.


(1)  ĠU 2014, L 78, p. 16.

(2)  ĠU 2022, L 50, p. 1.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.

(4)  ĠU 2022, L 51, p. 1.

(5)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(6)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/74


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Ezubov vs Il-Kunsill

(Kawża T-741/22)

(2023/C 24/100)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pavel Ezubov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jimminaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn iżżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014;

tannulla d-Deċiżjoni li żżomm lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (4), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b'ittra datata l-15 ta’ Settembru 2022;

sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi;

tikkundanna lill-Kunsill għall-spejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, in-nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova; il-ksur tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) u (d) u l-Artikolu 2(1)(d) u (f) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 u fl-Artikolu 3(1)(d), (g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u tal-libertà ta’ impriża u l-ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 16.

(4)  ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/75


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Mazepin vs Il-Kunsill

(Kawża T-742/22)

(2023/C 24/101)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Arkadievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2);

tannulla d-deċiżjoni li żżomm ir-rikorrenti fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530, kif ukoll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2022/1529 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna,

iktar 'il quddiem kollettivament imsejħa l-“atti kkontestati”, sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill fl-istħarriġ tal-applikazzjoni amministrattiva għat-tneħħija tal-lista tar-rikorrent ppreżentata fil-31 ta’ Mejju 2022.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni; nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova; ksur tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikoli 1(1)(a) u 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bil-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali bil-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova u l-ksur tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif ukoll fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014, it-tnejn li huma jirrigwardaw miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent; ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u tal-libertà ta’ impriża u ksur tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 16.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/76


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Tokareva vs Il-Kunsill

(Kawża T-744/22)

(2023/C 24/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maya Tokareva (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Settembru 2022, sa fejn trendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023 (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/1272/PESK tal-21 ta’ Lulju 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrenti fin-Nru 1201 tal-anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm lir-rikorrenti fin-Nru 1201 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2014/269;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 000, b’mod provviżorju, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-734/22, Pumpyanskiy vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/77


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 – DGNB vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linja bajda mgħawwġa fi kwadru skur)

(Kawża T-745/22)

(2023/C 24/103)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Gesellschaft für Nachhaltiges Bauen – DGNB eV (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ linja bajda mgħawwġa fi kwadru skur) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 510 732

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 338/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/78


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – BIW Invest vs EUIPO – New Yorker Marketing & Media International (COMPTON)

(Kawża T-746/22)

(2023/C 24/104)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BIW Invest AG (Appenzell, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Mielke, U. Stelzenmüller u J. Weiser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: New Yorker Marketing & Media International GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea COMPTON – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 14 539 092

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1915/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/79


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – BIW Invest vs EUIPO – New Yorker Marketing & Media International (Compton)

(Kawża T-747/22)

(2023/C 24/105)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BIW Invest AG (Appenzell, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Mielke, U. Stelzenmüller u J. Weiser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: New Yorker Marketing & Media International GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Compton – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 15 578 776

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1913/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/80


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Kantor vs Il-Kunsill

(Kawża T-748/22)

(2023/C 24/106)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Viatcheslav Moshe Kantor (Herzliya, l-Iżrael) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Brésart, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn tipproroga l-inklużjoni tar-rikorrent fin-Nru 896 fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 bl-istess motivi bħal din tal-aħħar;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn tipproroga l-inklużjoni tar-rikorrent fin-Nru 896 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2014/269 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 bl-istess motivi bħal din tal-aħħar;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-734/22 Pumpyanskiy vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU 2022, L 239, p. 149

(2)  ĠU 2022, L 239, p. 1.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/80


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest

(Kawża T-749/22)

(2023/C 24/107)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Kazek u K. Wójcik, aġenti, assistiti minn N. Charrel, T. Gaspar u M. Jolly, avukati)

Konvenuti: Union Technique du Bâtiment SA (Romainville, Franza) u Argest SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA jħallsuh in solidum is-somma totali ta’ EUR 161 200, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, li għandhom jiġu kkapitalizzati sabiex jipproduċi interessi huma nfushom;

tikkundanna lill-konventi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka motiv uniku bbażat fuq l-allegat dritt tiegħu għal kumpens abbażi tal-garanzija ta’ għaxar snin ipprovduta mill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA li tkopri d-difetti kkonstatati li jaffettwaw is-saqaf magħmul mit-tiben tal-Maison Jean Monnet f’Bazoches-sur-Guyonne.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/81


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Nieß vs EUIPO – Thema Products (Gartenlux)

(Kawża T-753/22)

(2023/C 24/108)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andrea Nieß (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Erlenhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thema Products BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Gartenlux – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 391 572

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 608/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-11 ta’ Frar 2022;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430;

Ksur tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/82


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2022 – Nieß vs EUIPO – Terrasoverkapping-inkoop.nl (GARTENLÜX)

(Kawża T-754/22)

(2023/C 24/109)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andrea Nieß (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Erlenhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Terrasoverkapping-inkoop.nl BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GARTENLÜX – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 347 602

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 607/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-9 ta’ Frar 2022;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430;

Ksur tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/82


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – TG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/22)

(2023/C 24/110)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TG (rappreżentant: A. Tymen, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Marzu 2022, li tirrifjuta li tirrikonoxxi n-natura ta’ marda gravi, fis-sens tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-marda tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Awwissu 2022, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tad-29 ta’ April 2022;

tikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent, evalwat ex aequo et bono f’ammont ta’ EUR 5 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3195 tat-2 ta’ Lulju 2007, u kif emendati permezz tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/83


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – Roethig López vs EUIPO – William Grant & Sons Irish Brands (AMAZONIAN GIN COMPANY)

(Kawża T-756/22)

(2023/C 24/111)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eric Roethig López (Lluchmajor, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: William Grant & Sons Irish Brands Ltd (Dublin, l-Irlanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AMAZONIAN GIN COMPANY” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 952 939

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1978/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż kollha tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk relatati mal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/84


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Ultra Electronics Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/19) (1)

(2023/C 24/112)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/84


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Keller Holdings vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-764/19) (1)

(2023/C 24/113)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/84


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2022 – Narzieva vs Il-Kunsill

(Kawża T-238/22) (1)

(2023/C 24/114)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 257, 4.7.2022.