ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 15

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
16ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 15/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 15/02

Kawża C-147/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Novartis Pharma GmbH vs Abacus Medicine A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 9(2) – Drittijiet mogħtija mit-trade mark – Artikolu 15 – Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark – Imballaġġ estern ġdid – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark – Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikolu 47a – Karatteristiċi ta’ sigurtà – Sostituzzjoni – Karatteristiċi ekwivalenti – Regolament Delegat (UE) 2016/161 – Artikolu 3(2) – Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis – Identifikatur uniku)

2

2023/C 15/03

Kawża C-204/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Bayer Intellectual Property GmbH vs kohlpharma GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Trade marks – Direttiva (UE) 2015/2436 – Approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks – Artikolu 10(2), – Drittijiet mogħtija mit-trade mark – Artikolu 15 – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark – Imballaġġ estern ġdid – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark – Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikolu 47a – Karatteristiċi ta’ sigurtà – Sostituzzjoni – Karatteristika ekwivalenti – Regolament Delegat (UE) 2016/161 – Artikolu 3(2) – Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis – Identifikatur uniku)

3

2023/C 15/04

Kawża C-224/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – Id-Danimarka) – Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme Corp., MSD Danmark ApS vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Paranova Danmark A/S, u H. Lundbeck A/S vs Paranova Danmark A/S, u MSD Danmark ApS, MSD Sharp & Dohme GmbH, Merck Sharp & Dohme Corp. vs 2CARE4 ApS, u Ferring Lægemidler A/S vs Paranova Danmark A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Proprjetà intellettwali – Trade marks – Regolament (UE) 2017/1001 – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 9(2) – Artikolu 15 – Direttiva (UE) 2015/2436 – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks – Artikolu 10(2) – Artikolu 15 – Drittijiet mogħtija mit-trade mark – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark – Imballaġġ estern ġdid – Sostituzzjoni tat-trade mark li tidher fuq l-imballaġġ estern oriġinali b’isem ieħor tal-prodott – Twaħħil mill-ġdid tat-trade mark tal-proprjetarju speċifika għall-prodott, bl-esklużjoni tat-trade marks jew sinjali distintivi oħra li jidhru fuq dan l-imballaġġ estern oriġinali – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark – Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikolu 47a – Karatteristiċi tas-sigurtà – Sostituzzjoni – Karatteristiċi ekwivalenti – Regolament Delegat (UE) 2016/161 – Artikolu 3(2) – Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis)

4

2023/C 15/05

Kawża Magħquda C-253/20 u C-254/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Impexeco N.V. vs Novartis AG, (C-253/20), PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Proprjetà intellettwali – Trade marks – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 9(2) – Artikolu 13 – Direttiva 2008/95 – Artikolu 5(1) – Artikolu 7 – Dritt mogħti mit-trade mark – Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Prodott mediċinali ta’ referenza u prodott mediċinali ġeneriku – Impriżi ekonomikament marbuta – Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali ġeneriku – Imballaġġ estern ġdid – Twaħħil tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark – Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati membri)

6

2023/C 15/06

Kawżi magħquda C-331/20 P u C-343/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Volotea, SA (C-331/20 P), easyJet Airline Co. Ltd (C-343/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kumpens imħallas lill-ajruporti ta’ Sardegna għal obbligi ta’ servizz pubbliku – Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern, mogħtija mir-Repubblika Taljana lil kumpanniji tal-ajru permezz ta’ operaturi tal-ajruporti – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Determinazzjoni tal-ammont tiegħu – Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq – Applikabbiltà u applikazzjoni – Kriterju tax-xerrej privat ta’ oġġetti jew ta’ servizzi – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova)

7

2023/C 15/07

Kawża C-562/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA Rodl & Partner vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – Direttiva (UE) 2015/849 – Artikolu 18(1) u (3) – Punt 3(b) tal-Anness III – Approċċ ibbażat fuq ir-riskju – Evalwazzjoni tar-riskji mwettqa mill-entitajiet marbuta b’obbligu – Identifikazzjoni tar-riskji mill-Istati Membri u l-entitajiet marbuta b’obbligu – Miżuri ta’ diliġenza fir-rigward tal-klijenti – Miżuri ta’ diliġenza msaħħa – Pajjiżi terzi b’riskju għoli ta’ korruzzjoni – Artikolu 13(1)(c) u (d) – Rekwiżiti ta’ prova u ta’ dokumentazzjoni imposti fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu – Artikolu 14(5) – Kontroll kontinwu fir-rigward tal-klijenti impost fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu – Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni)

8

2023/C 15/08

Kawża C-607/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 26(1)(b) – Provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas – Għoti mingħajr ħlas ta’ vawċers għal xiri lill-persunal tal-impriża tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ programm ta’ rikonoxximent u ta’ ppremjar – Tranżazzjonijiet assimilati ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas – Portata – Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

9

2023/C 15/09

Kawża C-646/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht vs TB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Divorzju – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Il-punt 4 tal-Artikolu 2 u Artikolu 21 – Kunċett ta sentenza – Rikonoxximent, fi Stat Membru, ta’ xoljiment ta’ żwieġ maqbul fi ftehim bejn il-miżżewġin u ddikjarat minn reġistratur ċivili ta’ Stat Membru ieħor – Kriterju li jippermetti li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ sentenza)

10

2023/C 15/10

Kawża C-54/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Rabà Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Antea Polska S.A., Pectore-Eco sp. z o.o., Instytut Ochrony Środowiska – Państwowy Instytut Badawczy vs Państwowe Gospodarstwo Wodne Wody Polskie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti – Artikolu 18 – Trasparenza – Artikolu 21 – Kunfidenzjalità – Adattament ta’ dawn il-prinċipji fil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Dritt ta’ aċċess għall-kontenut essenzjali tal-informazzjoni trażmessa mill-offerenti dwar l-esperjenzi u r-referenzi tagħhom, dwar il-persuni proposti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt u dwar id-disinn tal-proġetti previsti u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 67 – Kriterji għall-għoti tal-kuntratt – Kriterji dwar il-kwalità tax-xogħlijiet jew servizzi proposti – Rekwiżit ta’ preċiżjoni – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 1(1) u (3) – Dritt għal rimedju effettiv – Rimedju fil-każ ta’ ksur ta’ dan id-dritt minħabba r-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni mhux kunfidenzjali)

11

2023/C 15/11

Kawża C-175/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Harman International Industries, Inc. vs AB SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Proprjetà intellettwali – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 15 – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark – Tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Post tal-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu – Prova – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dispożittiv tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li ma jidentifikawx il-prodotti msemmija – Diffikultajiet fl-eżekuzzjoni – Rikors limitat quddiem il-qorti kompetenti fil-qasam tal-eżekuzzjoni forzata – Smigħ xieraq – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet)

12

2023/C 15/12

Kawża C-230/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – Il-Belġju) – X li taġixxi f’isimha stess u fil-kapaċità legali tagħha ta’ rappreżentanta tal-ulied minuri tagħha Y u Z vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika ta’ immigrazzjoni – Direttiva 2003/86/KE – Artikolu 2(f) – Artikolu 10(3)(a) – Kunċett ta’ minuri mhux akkumpanjat – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Refuġjat minuri miżżewweġ fil-mument tad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru – Żwieġ ta’ wild mhux rikonoxxut f’dan l-Istat Membru – Koabitazzjoni mal-konjuġi li jirrisjedi legalment f’dan l-Istat Membru)

13

2023/C 15/13

Kawża C-238/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Porr Bau GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Graz-Umgebung (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skart – Direttiva 2008/98/KE – Artikolu 3(1) – Artikolu 5(1) – Prodott sekondarju – Artikolu 6(1) – Materjali skavati – Kunċetti ta’ skart u ta’ prodott sekondarju – Tmiem tal-istatus ta’ skart)

14

2023/C 15/14

Kawża C-243/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – TOYA sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Telekomunikazzjonijiet – Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) – Artikolu 8(3) – Direttiva 2014/61/UE – Artikolu 1(3) u (4) u Artikolu 3(5) – Setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi kundizzjonijiet regolatorji ex ante relatati mal-aċċess għall-infrastruttura fiżika ta’ operatur tan-network li ma jkollux setgħa sinjifikattiva fis-suq – Assenza ta’ tilwima dwar l-aċċess)

15

2023/C 15/15

Kawża C-304/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – VT vs Ministero dell’Interno, Ministero dell’interno – Dipartimento della Pubblica Sicurezza – Direzione centrale per le risorse umane (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2000/78/KE – Artikolu 2(2), Artikolu 4(1) u Artikolu 6(1) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa limitu ta’ età massima għal 30 sena għar-reklutaġġ ta’ kummissarji tal-pulizija – Ġustifikazzjonijiet)

16

2023/C 15/16

Kawża C-350/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali mibdija mill-iSpetsializirana prokuratura (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal komunikazzjonijiet elettroniċi – Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet – Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata ta’ data relatata mat-traffiku u ta’ data ta’ lokalizzazzjoni matul perijodu ta’ sitt xhur – Ġlieda kontra l-kriminalità gravi – Aċċess għad-data miżmuma – Informazzjoni ta’ persuni kkonċernati – Dritt għal azzjoni legali – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 15(1) u (2) – Direttiva (UE) 2016/680 – Artikoli 13 u 54 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8, 11 u 47 kif ukoll Artikolu 52(1))

16

2023/C 15/17

Kawża C-443/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – SC Avicarvil Farms SRL vs Ministerul Agriculturii şi Dezvoltării Rurale, Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură – Centrul Judeţean Vâlcea (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika agrikola komuni (PAK) – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Artikolu 40 – Programm nazzjonali ta’ żvilupp rurali 2007-2013 – Pagamenti li jippromwovu l-benesseri tal-annimali – Żbalji ta’ kalkolu – Tnaqqis fil-pagamenti mill-awtoritajiet nazzjonali – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ ċertezza legali)

17

2023/C 15/18

Kawża C-578/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd, Greenoge Windfarm Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 4 – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli tal-impriżi – Metodi ta’ evalwazzjoni tal-beni immobbli użati għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tat-taxxa dovuta – Ilment ta’ operaturi ta’ eoliċi – Allegazzjoni ta’ sottostima tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli dovuta mill-produtturi ta’ elettriku minn kombustibbli fossili u, għalhekk, ta’ livell ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ dawn il-produtturi tal-elettriku inferjuri għal dak ta’ produtturi tal-elettriku oħra minħabba l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni użat – Proċedura ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Kunċett ta’ diffikultajiet serji – Portata tal-obbligi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu li l-proċedura ta’ eżami titmexxa b’mod diliġenti u imparzjali – Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)

18

2023/C 15/19

Kawża C-113/21 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 – Maen Haikal vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana – Miżuri indirizzati kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-Sirja – Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni ta’ isem l-appellant f’dawn il-listi – Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

19

2023/C 15/20

Kawża C-569/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell’Interno, Presidenza del Consiglio dei ministri vs PF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u x-xogħol – Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2000/78/KE – Artikolu 2(2), Artikolu 4(1) u Artikolu 6(1) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu massimu ta’ età ta’ 30 sena għar-reklutaġġ ta’ kummissarji tekniċi psikoloġi – Ġustifikazzjonijiet)

19

2023/C 15/21

Kawża C-56/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tat-8 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – PL vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

20

2023/C 15/22

Kawża C-302/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Eilenburg – il-Ġermanja) – YS, RW vs Freebird Airlines Europe Ltd. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Kumpens għall-passiġġieri bl-ajru f’każ ta’ dewmien sinjifikattiv fit-titjira – Eżenzjoni minn obbligu ta’ kumpens – Ċirkustanzi straordinarji – Ħabta bejn inġenju tal-ajru u għasafar – Manuvra ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza li tikkawża ħsara lit-tajers ta’ dan l-ajruplan)

21

2023/C 15/23

Kawża C-561/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2021 – GP u BG vs Banco Santander, S.A.

21

2023/C 15/24

Kawża C-337/22 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-281/21 – Nowhere vs EUIPO

22

2023/C 15/25

Kawża C-608/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – AH

23

2023/C 15/26

Kawża C-609/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – FN

24

2023/C 15/27

Kawża C-624/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Settembru 2022 – Société BP France vs Ministre de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

25

2023/C 15/28

Kawża C-626/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-3 ta’ Ottubru 2022 – C. Z., M. C., S. P. et vs Ilva SpA f’amministrazzjoni straordinarja, Acciaierie d’Italia Holding SpA, Acciaierie d’Italia SpA

26

2023/C 15/29

Kawża C-627/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ottubru 2022 – AB vs Finanzamt Köln-Süd

27

2023/C 15/30

Kawża C-630/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – JK vs Kirchliches Krankenhaus

28

2023/C 15/31

Kawża C-659/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – RK vs Ministerstvo zdravotnictví

29

2023/C 15/32

Kawża C-694/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

29

2023/C 15/33

Kawża C-697/22 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 minn Helsingin Bussiliikenne Oy mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-603/19, Helsingin Bussiliikenne Oy vs Il-Kummissjoni Ewropea

30

2023/C 15/34

Kawża C-710/22 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2022 minn JCDecaux Street Furniture Belgium mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-642/19, JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni

31

2023/C 15/35

Kawżi magħquda C-148/20 sa C-150/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Awwissu 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – Il-Ġermanja) – AC (C-148/20), DF (C-149/20), BD (C-150/20) vs Deutsche Lufthansa AG, fil-preżenza ta’: Bundeskriminalamt (C-150/20),

32

2023/C 15/36

Kawżi magħquda C-215/20 u C-222/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – JV (C-215/20), OC (C-222/20) vs Bundesrepublik Deutschland

32

2023/C 15/37

Kawża C-486/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ustavno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – proċedura mibdija minn Varuh človekovih pravic Republike Slovenije, fil-preżenza ta’: Državni zbor Republike Slovenije, Vlada Republike Slovenije

32

2023/C 15/38

Kawża C-448/21: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível – il-Portugall) – Portugália – Administração de Patrimónios, SGPS, SA vs Banco BPI

32

2023/C 15/39

Kawża C-652/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de León – Spanja) – ACNC vs Unicaja Banco, SA

33

2023/C 15/40

Kawża C-789/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

33

2023/C 15/41

Kawża C-191/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – ME / État belge

33

2023/C 15/42

Kawża C-193/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – TR, UQ vs FTI Touristik GmbH

33

2023/C 15/43

Kawża C-214/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Grand-Duché de Luxembourg

34

2023/C 15/44

Kawża C-215/22: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Research Consorzio Stabile Scarl, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), C.I.S.A. SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi Research-Cisa), Debar Costruzioni SpA li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA et Edil.Co. Srl, Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa vs Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa, Debar Costruzioni SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA et Edil.Co. Srl, Research Consorzio Stabile Scarl, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), C.I.S.A. SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), fil-preżenza ta’: Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa,

34

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 15/45

Kawża T-246/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Cambodia u CRF vs Il-Kummissjoni (Miżuri ta’ salvagwardja – Suq tar-ross – Importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Mjanmar / Burma – Regolament (UE) Nru 978/2012 – Kunċett ta’ produtturi tal-Unjoni – Kunċett ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament – Diffikultajiet serji – Drittijiet tad-difiża – Fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

35

2023/C 15/46

Kawża T-111/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Croatia Airlines; COVID-19) (Għajnuna mill-Istat – Suq Kroat tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Kroazja lil kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Sussidju dirett – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Inċidenza individwali – Ammissibbiltà – Diffikultajiet serji – Għajnuna intiża biex tirrimedja għad-danni kkawżati minn avveniment straordinarju – Ugwaljanza fit-trattament – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Evalwazzjoni tad-dannu – Obbligu ta’ motivazzjoni)

36

2023/C 15/47

Kawża T-158/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta r-raġunijiet għalfejn ma jiġux adottati l-proposti ta’ atti legali li jinsabu fl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

36

2023/C 15/48

Kawża T-164/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – QM vs Europol (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat li ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat – Interess tas-servizz – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ premura)

37

2023/C 15/49

Kawża T-596/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Société Elmar Wolf vs EUIPO – Fuxtec (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ annimal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ras ta’ kanidi – Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ kanidi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

38

2023/C 15/50

Kawża T-610/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K K WATER – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea K – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

39

2023/C 15/51

Kawża T-639/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CCB – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CB – Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva CB – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Reputazzjoni u karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

39

2023/C 15/52

Kawża T-779/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Financiere Batteur vs EUIPO – Leno Beauty (by L.e.n.o beauty) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea by L.e.n.o beauty – trade mark verbali preċedenti nazzjonali LAINO – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

40

2023/C 15/53

Kawża T-407/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – PB vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Irregolaritajiet fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Talba għal miżuri provviżorji – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi)

41

2023/C 15/54

Kawża T-603/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2022 – WO vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Servizz pubbliku – Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Kandidat innominat minn [informazzjoni kunfidenzjali redatta] – Rifjut tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej li jaħtru lir-rikorrent – Assenza ta’ tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u l-kundizzjonijiet iddeterminati mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 270 TFUE – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

41

2023/C 15/55

Kawża T-55/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni u ECDC (Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Miżuri introdotti fl-Unjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19 – Rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u approċċ ikkoordinat ippubblikati abbażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla mill-ECDC – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Inammissibbiltà)

42

2023/C 15/56

Kawża T-624/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – RS vs BEI

43

2023/C 15/57

Kawża T-671/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Vima World vs Il-Kummissjoni

44

2023/C 15/58

Kawża T-677/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Portal Golf Gestión vs EUIPO – Augusta National (imaster.golf)

45

2023/C 15/59

Kawża T-679/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Shaman Spirits vs EUIPO – Global Drinks Finland (LAPLANDIA Land of purity et al.)

45

2023/C 15/60

Kawża T-706/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni

46

2023/C 15/61

Kawża T-719/22: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 – Puma vs EUIPO – Herno (HERZO)

47

2023/C 15/62

Kawża T-87/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Hahn Rechtsanwälte vs Il-Kummissjoni

48

2023/C 15/63

Kawża T-160/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – 1906 Collins vs EUIPO – Peace United (bâoli BEACH)

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 15/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 7, 9.1.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 482, 19.12.2022

ĠU C 472, 12.12.2022

ĠU C 463, 5.12.2022

ĠU C 451, 28.11.2022

ĠU C 441, 21.11.2022

ĠU C 432, 14.11.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Novartis Pharma GmbH vs Abacus Medicine A/S

(Kawża C-147/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 9(2) - Drittijiet mogħtija mit-trade mark - Artikolu 15 - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Imballaġġ estern ġdid - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 47a - Karatteristiċi ta’ sigurtà - Sostituzzjoni - Karatteristiċi ekwivalenti - Regolament Delegat (UE) 2016/161 - Artikolu 3(2) - Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis - Identifikatur uniku)

(2023/C 15/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis Pharma GmbH

Konvenuta: Abacus Medicine A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu (15) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea ma għandux dritt jopponi l-kummerċjalizzazzjoni, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu titwaħħal din it-trade mark, meta s-sostituzzjoni tal-mekkaniżmu kontra t-tbagħbis tal-imballaġġ estern oriġinali ta’ dan il-prodott mediċinali, mwettqa konformement mal-Artikolu 47a(1) tad-Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, tħalli marki viżibbli ta’ ftuħ fuq dan l-imballaġġ tal-aħħar u li dawn il-marki joħolqu, fuq is-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jew fuq parti sostanzjali minnu, reżistenza tant qawwija minn proporzjon sinjifikattiv tal-konsumaturi fir-rigward tal-prodotti mediċinali hekk ippakkjati mill-ġdid li tikkostitwixxi ostakolu għall-aċċess effettiv għal dan is-suq, ħaġa li għandha tiġi stabbilita każ b’każ.

2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/161 tat-2 ta’ Ottubru 2015 li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li l-barcode li jinkludi l-identifikatur uniku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-Regolament Delegat jitwaħħal fuq l-imballaġġ estern tal-prodott mediċinali permezz ta’ tikketta li teħel, sakemm din ma tkunx tista’ titneħħa mingħajr ħsara u sakemm, b’mod partikolari, l-barcode jibqa’ kompletament leġibbli matul il-katina tal-provvista kollha kif ukoll matul il-perijodu kollu msemmi fl-Artikolu 6 tal-imsemmi Regolament Delegat.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Bayer Intellectual Property GmbH vs kohlpharma GmbH

(Kawża C-204/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade marks - Direttiva (UE) 2015/2436 - Approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks - Artikolu 10(2), - Drittijiet mogħtija mit-trade mark - Artikolu 15 - Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Imballaġġ estern ġdid - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 47a - Karatteristiċi ta’ sigurtà - Sostituzzjoni - Karatteristika ekwivalenti - Regolament Delegat (UE) 2016/161 - Artikolu 3(2) - Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis - Identifikatur uniku)

(2023/C 15/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bayer Intellectual Property GmbH

Konvenuta: kohlpharma GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 47a tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sakemm jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha msemmija f’dan l-artikolu, l-ippakkjar mill-ġdid f’imballaġġ ġdid u l-ittikkettjar mill-ġdid ta’ prodotti mediċinali importati b’mod parallel jikkostitwixxu forom ta’ ppakkjar mill-ġdid ekwivalenti f’dak li jirrigwarda l-effikaċja tal-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 54(o) ta’ din id-direttiva, mingħajr ma waħda tipprevali fuq l-oħra.

2)

L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju ta’ trade mark għandu d-dritt jopponi l-kummerċjalizzazzjoni, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu titwaħħal din it-trade mark, meta jkun oġġettivament possibbli li jitwettaq ittikkettjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali kkonċernat fl-osservanza tar-rekwiżiti previst fl-Artikolu 47a tad-Direttiva 200183, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, u meta l-prodott mediċinali hekk ittikkettjat mill-ġdid ikun jista’ effettivament ikollu aċċess għas-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.

3)

L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2015/2436

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju ta’ trade mark għandu d-dritt jopponi l-kummerċjalizzazzjoni, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu titwaħħal din it-trade mark, meta l-marki viżibbli ta’ ftuħ tal-imballaġġ estern oriġinali li, skont il-każ, ikunu kkawżati minn ittikkettjar mill-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali jkunu ċarament attribwibbli għall-ippakkjar mill-ġdid hekk imwettaq minn dan l-importatur parallel, sakemm dawn il-marki ma jipprovokawx, fis-suq tal-Istat Membru ta’ importazzoni jew fuq parti sostanzjali minnu, reżistenza tant qawwija minn proporzjon sinjifikattiva tal-konsumaturi fir-rigward tal-prodotti mediċinali hekk ippakkjati mill-ġdid li hija tikkostitwixxi ostakolu għall-aċċess effettiv għal dan is-suq, ħaġa li għandha tiġi stabbilita każ b’każ.


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – Id-Danimarka) – Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme Corp., MSD Danmark ApS vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Abacus Medicine A/S, u Novartis AG vs Paranova Danmark A/S, u H. Lundbeck A/S vs Paranova Danmark A/S, u MSD Danmark ApS, MSD Sharp & Dohme GmbH, Merck Sharp & Dohme Corp. vs 2CARE4 ApS, u Ferring Lægemidler A/S vs Paranova Danmark A/S

(Kawża C-224/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Proprjetà intellettwali - Trade marks - Regolament (UE) 2017/1001 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9(2) - Artikolu 15 - Direttiva (UE) 2015/2436 - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks - Artikolu 10(2) - Artikolu 15 - Drittijiet mogħtija mit-trade mark - Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Imballaġġ estern ġdid - Sostituzzjoni tat-trade mark li tidher fuq l-imballaġġ estern oriġinali b’isem ieħor tal-prodott - Twaħħil mill-ġdid tat-trade mark tal-proprjetarju speċifika għall-prodott, bl-esklużjoni tat-trade marks jew sinjali distintivi oħra li jidhru fuq dan l-imballaġġ estern oriġinali - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 47a - Karatteristiċi tas-sigurtà - Sostituzzjoni - Karatteristiċi ekwivalenti - Regolament Delegat (UE) 2016/161 - Artikolu 3(2) - Mekkaniżmu kontra t-tbagħbis)

(2023/C 15/04)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Merck Sharp & Dohme BV, Merck Sharp & Dohme Corp., MSD Danmark ApS, Novartis AG, H. Lundbeck A/S, Ferring Lægemidler A/S

Konvenut: Abacus Medicine A/S, Paranova Danmark A/S, 2CARE4 ApS

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqrija flimkien mal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju ta’ trade mark għandu d-dritt jopponi l-kummerċjalizzazzjoni, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu titwaħħal din it-trade mark meta s-sostituzzjoni tal-mekkaniżmu kontra t-tbagħbis tal-imballaġġ estern oriġinali, imwettqa konformement mal-Artikolu 47a(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, tħalli marki, viżibbli jew li jistgħu jinħassu, ta’ ftuħ ta’ dan l-imballaġġ tal-aħħar, sakemm:

ma jkun hemm l-ebda dubju li dawn il-marki ta’ ftuħ huma attribwibbli għall-ippakkjar mill-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali minn dan l-importatur parallel, u

dawn il-marki ma jipprovokawx, fis-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jew f’parti sostanzjali minnu, reżistenza tant qawwija minn proporzjon sinjifikattiv ta’ konsumaturi fir-rigward tal-prodotti mediċinali hekk ippakkjati mill-ġdid, li tikkostitwixxi ostakolu għall-aċċess effettiv għal dan is-suq.

2)

Id-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/161 tat-2 ta’ Ottubru 2015, li jissupplimenta lid-Direttiva 2001/83,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li Stat Membru jistipula li l-prodotti mediċinali importati b’mod parallel għandhom, bħala prinċipju, ikunu ppakkjati mill-ġdid f’imballaġġ ġdid u li jista’ jsir ittikkettjar mill-ġdid kif ukoll it-twaħħil ta’ karatteristika ta’ sigurtà ġdida fuq l-imballaġġ estern oriġinali ta’ dawn il-prodotti mediċinali biss fuq talba u f’ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal, b’mod partikolari, riskju għall-provvista tal-prodott mediċinali kkonċernat.

3)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament 2017/1001 kif ukoll l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2015/2436, moqrija flimkien mal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula li l-prodotti mediċinali importati b’mod parallel għandhom, bħala prinċipju, ikunu ppakkjati mill-ġdid f’imballaġġ ġdid u li jista’ jsir ittikkettjar mill-ġdid kif ukoll it-twaħħil ta’ karatteristika ta’ sigurtà ġdida fuq l-imballaġġ estern oriġinali ta’ dawn il-prodotti mediċinali biss fuq talba u f’ċirkustanzi eċċezzjonali, ma tostakolax l-eżerċizzju, mill-propjetarju ta’ trade mark, tad-dritt tiegħu li jopponi l-kummerċjalizzazzjoni, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu titwaħħal din it-trade mark.

4)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament 2017/1001 kif ukoll l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2015/2436, moqrija flimkien mal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-ewwel waħda mill-ħames kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 79 tas-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1996, Bristol-Myers Squibb et (C-427/93, C-429/93 u C-436/93, EU:C:1996:282) – li tipprovdi li l-propjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi b’mod leġittimu l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti fi Stat Membru ta’ prodott mediċinali kopert minn din it-trade mark u importat fi Stat Membru ieħor, meta l-importatur ta’ dan il-prodott mediċinali jkun ippakkjah mill-ġdid u waħħal mill-ġdid l-imsemmija trade mark u meta tali ppakkjar mill-ġdid tal-imsemmi prodott mediċinali f’imballaġġ estern il-ġdid ma jkunx oġġettivament neċessarju għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu fl-Istat Membru ta’ importazzjoni – għandha tkun issodisfatta fil-każ fejn it-trade mark imwaħħla fuq l-imballaġġ estern oriġinali tal-prodott mediċinali kkonċernat tkun ġiet issostitwita b’isem ta’ prodott differenti fuq l-imballaġġ estern il-ġdid ta’ dan il-prodott mediċinali, sakemm l-imballaġġ primarju ta’ dan tal-aħħar jkollu din it-trade mark u/jew dan l-imballaġġ estern il-ġdid ikun jirreferi għaliha.

5)

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament 2017/1001 kif ukoll l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2015/2436

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru, minn importatur parallel, ta’ prodott mediċinali, importat minn Stat Membru ieħor li dan l-importatur ikun ippakkja mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu huwa jkun waħħal mill-ġdid it-trade mark tal-proprjetarju, speċifika għal dan il-prodott, iżda mhux it-trade marks l-oħra u/jew is-sinjali distintivi l-oħra li jkunu jinsabu fuq l-imballaġġ estern oriġinali ta’ dan il-prodott mediċinali, meta l-preżentazzjoni ta’ dan l-imballaġġ estern ġdid tkun effettivament tali li tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark jew meta din il-preżentazzjoni ma tkunx tippermetti jew tippermetti biss b’mod diffiċli lill-konsumatur normalment informat u raġonevolment attent li jkun jaf jekk l-imsemmi prodott mediċinali joriġinax mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża ekonomikament marbuta miegħu jew, għall-kuntrarju, minn terz, li tippreġudika għaldaqstant il-funzjoni ta’ indikazzjoni ta’ oriġini tat-trade mark.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Impexeco N.V. vs Novartis AG, (C-253/20), PI Pharma NV vs Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20)

(Kawża Magħquda C-253/20 u C-254/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Proprjetà intellettwali - Trade marks - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(2) - Artikolu 13 - Direttiva 2008/95 - Artikolu 5(1) - Artikolu 7 - Dritt mogħti mit-trade mark - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Prodott mediċinali ta’ referenza u prodott mediċinali ġeneriku - Impriżi ekonomikament marbuta - Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali ġeneriku - Imballaġġ estern ġdid - Twaħħil tat-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark - Tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati membri)

(2023/C 15/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impexeco N.V. (C-253/20), PI Pharma NV (C-254/20

Konvenuti: Novartis AG (C-253/20), Novartis AG, Novartis Pharma NV (C-254/20),

Dispożittiv

L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, kif ukoll l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-proprjetarju tat-trade mark ta’ prodott mediċinali ta’ referenza u tat-trade mark ta’ prodott mediċinali ġeneriku jista’ jopponi t-tqegħid fis-suq ta’ Stat Membru, minn importatur parallel, ta’ dan il-prodott mediċinali ġeneriku, importat minn Stat Membru ieħor, meta dan ikun ġie ppakkjat mill-ġdid f’imballaġġ estern ġdid li fuqu tkun twaħħlet it-trade mark tal-prodott mediċinali ta’ referenza korrispondenti, sakemm, minn naħa, iż-żewġ prodotti mediċinali jkunu identiċi fl-aspetti kollha u li, min-naħa l-oħra, is-sostituzzjoni tat-trade mark tkun tissoddisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 79 tas-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1996, Bristol-Myers Squibb et. (C-427/93, C-429/93 u C-436/93, EU:C:1996:282), fil-punt 32 tas-sentenza tas-26 ta’ April 2007, Boehringer Ingelheim et. (C-348/04, EU:C:2007:249), kif ukoll fil-punt 28 tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2018, Junek Europ-Vertrieb (C-642/16, EU:C:2018:322).


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Volotea, SA (C-331/20 P), easyJet Airline Co. Ltd (C-343/20 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-331/20 P u C-343/20 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar kumpens imħallas lill-ajruporti ta’ Sardegna għal obbligi ta’ servizz pubbliku - Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern, mogħtija mir-Repubblika Taljana lil kumpanniji tal-ajru permezz ta’ operaturi tal-ajruporti - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ - Determinazzjoni tal-ammont tiegħu - Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq - Applikabbiltà u applikazzjoni - Kriterju tax-xerrej privat ta’ oġġetti jew ta’ servizzi - Kundizzjonijiet - Oneru tal-prova)

(2023/C 15/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Volotea, SA (rappreżentanti: M. Carpagnano, avukat, M. Nordmann, Rechtsanwalt), easyJet Airline Co. Ltd (rappreżentanti: A. Manzaneque Valverde u J. Rivas Andrés, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë, L. Armati et D. Recchia, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Mejju 2020, Volotea vs Il-Kummissjoni (T-607/17, EU:T:2020:180), hija annullata.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Mejju 2020, easyJet Airline vs Il-Kummissjoni (T-8/18, EU:T:2020:182) hija annullata sa fejn din il-qorti ċaħdet ir-rikors għal annullament ta’ easyJet Airline Co. Ltd bħala infondat.

3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1861 tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Lulju 2016, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) hija annullata sa fejn hija tikkonċerna Volotea, SA, minn naħa, u easyJet Airline Co. Ltd, min-naħa l-oħra.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-ewwel istanza u għall-proċeduri tal-appell.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Rodl & Partner” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-562/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2015/849 - Artikolu 18(1) u (3) - Punt 3(b) tal-Anness III - Approċċ ibbażat fuq ir-riskju - Evalwazzjoni tar-riskji mwettqa mill-entitajiet marbuta b’obbligu - Identifikazzjoni tar-riskji mill-Istati Membri u l-entitajiet marbuta b’obbligu - Miżuri ta’ diliġenza fir-rigward tal-klijenti - Miżuri ta’ diliġenza msaħħa - Pajjiżi terzi b’riskju għoli ta’ korruzzjoni - Artikolu 13(1)(c) u (d) - Rekwiżiti ta’ prova u ta’ dokumentazzjoni imposti fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu - Artikolu 14(5) - Kontroll kontinwu fir-rigward tal-klijenti impost fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu - Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni)

(2023/C 15/07)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Rodl & Partner”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(1) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 5 u l-punt 3(b) tal-Anness III ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jimponix fuq entità marbuta b’obbligu l-obbligu li tattribwixxi, b’mod awtomatiku, livell għoli ta’ riskju lil klijent u, konsegwentement, li tadotta miżuri ta’ diliġenza msaħħa fir-rigward ta’ dan il-klijent, unikament minħabba li dan huwa organizzazzjoni mhux governattiva, li wieħed mill-impjegati tal-imsemmi klijent huwa ċittadin ta’ pajjiż terz b’riskju għoli ta’ korruzzjoni jew li sieħeb kummerċjali ta’ dan l-istess klijent, iżda mhux il-klijent innifsu, għandu rabta ma’ tali Stat terz. Madankollu, Stat Membru jista’ jidentifika, fid-dritt nazzjonali, tali ċirkustanzi bħala fatturi indikattivi ta’ riskju potenzjalment ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, li l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħhom tar-riskji li għandha ssir fir-rigward tal-klijenti tagħhom, sakemm dawn il-fatturi jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni.

2)

L-Artikolu 13(1)(c) u (d) tad-Direttiva 2015/849, moqri flimkien mal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 13(4) u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(1),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jimponix fuq l-entità marbuta b’obbligu, meta tieħu miżuri ta’ diliġenza fir-rigward tal-klijenti, l-obbligu li tikseb mingħand il-klijent ikkonċernat kopja tal-kuntratt konkluż bejn dan il-klijent u terz, sakemm din l-entità tkun tista’ tipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti dokumenti oħra xierqa li juru, minn naħa, li hija analizzat it-tranżazzjoni u r-relazzjoni kummerċjali konklużi bejn dan il-klijent u dan it-terz u, min-naħa l-oħra, li hija debitament ħadithom inkunsiderazzjoni sabiex tadotta miżuri ta’ diliġenza meħtieġa fid-dawl tar-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

3)

L-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2015/849, moqri flimkien mal-Artikolu 8(2) tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-entitajiet marbuta b’obbligu huma obbligati jadottaw, abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji aġġornata, miżuri ta’ diliġenza, jekk ikun il-każ ta’ natura msaħħa, fir-rigward ta’ klijent eżistenti, meta dan jidher xieraq, b’mod partikolari fil-preżenza ta’ bidla tal-elementi rilevanti tas-sitwazzjoni ta’ dan il-klijent, u dan indipendentement mill-fatt li t-terminu massimu stabbilit mid-dritt nazzjonali għal evalwazzjoni ġdida tar-riskju marbut mal-imsemmi klijent ikun għadu ma skadiex. Dan l-obbligu ma japplikax biss għall-klijenti b’riskju għoli ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

4)

L-Artikolu 60(1) u (2) tad-Direttiva 2015/849

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta tiġi ppubblikata deċiżjoni ta’ sanzjoni adottata minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva, l-awtorità nazzjonali kompetenti hija obbligata tiżgura ruħha li l-informazzjoni ppubblikata tkun eżattament konformi ma’ dik li tinsab f’din id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 19, 18.01.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-607/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 26(1)(b) - Provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas - Għoti mingħajr ħlas ta’ vawċers għal xiri lill-persunal tal-impriża tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ programm ta’ rikonoxximent u ta’ ppremjar - Tranżazzjonijiet assimilati ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas - Portata - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

(2023/C 15/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE Aircraft Engine Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 26(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu provvista ta’ servizzi li tikkonsisti, għal impriża, fl-offerta ta’ vawċers għal xiri lill-impjegati tagħha, fil-kuntest ta’ programm stabbilit minnha, intiż sabiex jippremja lill-impjegati li jistħoqqilhom l-iktar u li huma l-iktar effiċjenti.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht vs TB

(Kawża C-646/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Divorzju - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Il-punt 4 tal-Artikolu 2 u Artikolu 21 - Kunċett ta “sentenza” - Rikonoxximent, fi Stat Membru, ta’ xoljiment ta’ żwieġ maqbul fi ftehim bejn il-miżżewġin u ddikjarat minn reġistratur ċivili ta’ Stat Membru ieħor - Kriterju li jippermetti li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ “sentenza”)

(2023/C 15/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Senatsverwaltung für Inneres und Sport, Standesamtsaufsicht

Konvenut: TB

Fil-preżenza ta’: Standesamt Mitte von Berlin, RD

Dispożittiv

Il-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000,

għandu jiġi interpretat, b’mod partikolari għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament, fis-sens li:

att ta’ divorzju stabbilit minn reġistratur ċivili tal-Istat Membru ta’ oriġini, li jinkludi ftehim ta’ divorzju konkluż mill-konjuġi u kkonfermat minnhom quddiem dan ir-reġistratur skont il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, jikkostitwixxi “sentenza”, fis-sens ta’ dan il-punt 4 tal-Artikolu 2.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Rabà Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza – il-Polonja) – Antea Polska S.A., Pectore-Eco sp. z o.o., Instytut Ochrony Środowiska – Państwowy Instytut Badawczy vs Państwowe Gospodarstwo Wodne Wody Polskie

(Kawża C-54/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti - Artikolu 18 - Trasparenza - Artikolu 21 - Kunfidenzjalità - Adattament ta’ dawn il-prinċipji fil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Dritt ta’ aċċess għall-kontenut essenzjali tal-informazzjoni trażmessa mill-offerenti dwar l-esperjenzi u r-referenzi tagħhom, dwar il-persuni proposti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt u dwar id-disinn tal-proġetti previsti u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 67 - Kriterji għall-għoti tal-kuntratt - Kriterji dwar il-kwalità tax-xogħlijiet jew servizzi proposti - Rekwiżit ta’ preċiżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(1) u (3) - Dritt għal rimedju effettiv - Rimedju fil-każ ta’ ksur ta’ dan id-dritt minħabba r-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni mhux kunfidenzjali)

(2023/C 15/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antea Polska S.A., Pectore-Eco sp. z o.o., Instytut Ochrony Środowiska – Państwowy Instytut Badawczy

Konvenut: Państwowe Gospodarstwo Wodne Wody Polskie

Fil-preżenza ta’: Arup Polska sp. z o.o., CDM Smith sp. z o.o., Multiconsult Polska sp. z o.o., Arcadis sp. z o.o., Hydroconsult sp. z o.o. Biuro Studiów i Badań Hydrogeologicznych i Geofizycznych

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 21(1), moqrija flimkien mal-Artikolu 50(4) u mal-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li teżiġi li, bl-eċċezzjoni biss tas-sigrieti tan-negozju, l-informazzjoni trażmessa mill-offerenti lill-awtoritajiet kontraenti tkun kompletament ippubblikata jew ikkomunikata lill-offerenti l-oħra, kif ukoll prattika tal-awtoritajiet kontraenti li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni sistematika tat-talbiet għal trattament kunfidenzjali bħala sigriet tan-negozju.

2)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2014/24,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kontraenti:

għandha, sabiex tiddetermina jekk hijiex ser tirrifjuta, lil offerent li l-offerta ammissibbli tiegħu tkun ġiet miċħuda, l-aċċess għall-informazzjoni li l-offerenti l-oħra jkunu ppreżentaw dwar l-esperjenza rilevanti tagħhom u r-referenzi relatati magħha, dwar l-identità u l-kwalifiki professjonali tal-persuni proposti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew tas-subappaltaturi, u dwar id-disinn tal-proġetti li t-twettiq tagħhom huwa previst fil-kuntest tal-kuntratt u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tiegħu, tevalwa jekk din l-informazzjoni għandhiex valur kummerċjali li ma huwiex limitat għall-kuntratt pubbliku kkonċernat, peress li l-iżvelar tagħha jista’ jippreġudika interessi kummerċjali leġittimi jew il-kompetizzjoni leali;

tista’, barra minn hekk, tirrifjuta li tagħti aċċess għal din l-informazzjoni meta, anki jekk din ma jkollhiex tali valur kummerċjali, l-iżvelar tagħha jkun ta’ ostakolu għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew ikun imur kontra interess pubbliku, u

għandha, meta l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni jiġi rrifjutat, tagħti lill-imsemmi offerent aċċess għall-kontenut essenzjali ta’ din l-istess informazzjoni, b’mod li jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv.

3)

L-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, moqri fid-dawl tal-Artikolu 67(4) tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li jiġu inklużi, fost il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, id-“disinn tal-iżvilupp tal-proġetti” li t-twettiq tagħhom huwa previst fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni u d-“deskrizzjoni tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni” ta’ dan il-kuntratt, sakemm dawn il-kriterji jkunu akkumpanjati minn preċiżazzjonijiet li jippermettu lill-awtorità kontraenti tevalwa l-offerti ppreżentati b’mod konkret u oġġettiv.

4)

L-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fil-każ ta’ konstatazzjoni, waqt it-trattament ta’ appell ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, ta’ obbligu għall-awtorità kontraenti li tiżvela lir-rikorrent informazzjoni li b’mod żbaljat kienet ġiet ittrattata bħala kunfidenzjali u ta’ ksur tad-dritt għal rimedju effettiv minħabba n-nuqqas ta’ żvelar ta’ din l-informazzjoni, din il-konstatazzjoni ma għandhiex neċessarjament twassal għall-adozzjoni, minn din l-awtorità kontraenti, ta’ deċiżjoni ġdida ta’ għoti tal-kuntratt, sakemm id-dritt proċedurali nazzjonali jippermetti lill-qorti adita li tadotta, matul il-kawża, miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid ir-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv jew jippermettilha li tqis li r-rikorrent jista’ jressaq appell ġdid kontra d-deċiżjoni ta’ għoti diġà meħuda. It-terminu għall-preżentata ta’ tali appell għandu jibda jiddekorri biss mill-mument li fih dan ir-rikorrent ikollu aċċess għall-informazzjoni kollha li b’mod żbaljat kienet ġiet ikklassifikata bħala kunfidenzjali.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Harman International Industries, Inc. vs AB SA

(Kawża C-175/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 15 - Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark - Tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark - Post tal-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu - Prova - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dispożittiv tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li ma jidentifikawx il-prodotti msemmija - Diffikultajiet fl-eżekuzzjoni - Rikors limitat quddiem il-qorti kompetenti fil-qasam tal-eżekuzzjoni forzata - Smigħ xieraq - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet)

(2023/C 15/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc.

Konvenut: AB SA

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 36 TFUE, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

li ma jipprekludix prattika ġudizzjarja li tipprovdi li d-dispożittiv tad-deċiżjoni li tilqa’ azzjoni għal kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, huwa redatt f’termini li, minħabba n-natura ġenerali tagħhom, iħallu f’idejn l-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni forzata ta’ din id-deċiżjoni l-kompitu li jiġi ddeterminat għal liema prodotti tapplika d-deċiżjoni msemmija, sakemm, fil-qafas tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, il-konvenut jitħalla jikkontesta d-determinazzjoni tal-prodotti koperti minn din il-proċedura u li qorti tkun tista’ teżamina u tiddeċiedi, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48, liema prodotti tqiegħdu fil-fatt fis-suq fiż-ŻEE mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu.


(1)  ĠU C 242, 21.06.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – Il-Belġju) – X li taġixxi f’isimha stess u fil-kapaċità legali tagħha ta’ rappreżentanta tal-ulied minuri tagħha Y u Z vs Belgische Staat

(Kawża C-230/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika ta’ immigrazzjoni - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 2(f) - Artikolu 10(3)(a) - Kunċett ta’ “minuri mhux akkumpanjat” - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Refuġjat minuri miżżewweġ fil-mument tad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru - Żwieġ ta’ wild mhux rikonoxxut f’dan l-Istat Membru - Koabitazzjoni mal-konjuġi li jirrisjedi legalment f’dan l-Istat Membru)

(2023/C 15/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X li taġixxi f’isimha stess u fil-kapaċità legali tagħha ta’ rappreżentanta tal-ulied minuri tagħha Y u Z

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqri flimkien mal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

refuġjat minuri mhux akkumpanjat li jirrisjedi fi Stat Membru ma għandux ikun mhux miżżewweġ sabiex jikseb l-istatus tal-isponsor għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendenti diretti tiegħu fl-ewwel grad.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Porr Bau GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Graz-Umgebung

(Kawża C-238/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 2008/98/KE - Artikolu 3(1) - Artikolu 5(1) – Prodott sekondarju - Artikolu 6(1) - Materjali skavati - Kunċetti ta’ “skart” u ta’ “prodott sekondarju” - Tmiem tal-istatus ta’ skart)

(2023/C 15/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Porr Bau GmbH

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Graz-Umgebung

Dispożittiv

Il-punt (1) tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha materjali skavati mhux ikkontaminati, li jaqgħu, skont id-dritt nazzjonali, fil-klassi ta’ kwalità l-iktar għolja,

għandhom jiġu kklassifikati bħala skart filwaqt li d-detentur tiegħu la għandu l-intenzjoni u lanqas l-obbligu li jarmih u li dawn il-materjali jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva sabiex jiġu kklassifikati bħala “prodotti sekondarji”, u

jitilfu dan l-istatus ta’ skart biss meta jintużaw direttament bħala sostituti u d-detentur tagħhom ikun issodisfa kriterji formali li ma humiex rilevanti għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ambjent, jekk dawn tal-aħħar għandhom l-effett li jikkompromettu l-kisba tal-għanijiet tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 242, 21.06.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – “TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-243/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) - Artikolu 8(3) - Direttiva 2014/61/UE - Artikolu 1(3) u (4) u Artikolu 3(5) - Setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi kundizzjonijiet regolatorji ex ante relatati mal-aċċess għall-infrastruttura fiżika ta’ operatur tan-network li ma jkollux setgħa sinjifikattiva fis-suq - Assenza ta’ tilwima dwar l-aċċess)

(2023/C 15/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“TOYA” sp. z o.o., Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

fil-preżenza ta’: Polska Izba Komunikacji Elektronicznej

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) u (4), u l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1), l-Artikolu 5(1), u l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, kif ukoll flimkien mal-Artikoli 8 u 12 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux li awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tobbliga lil operatur tan-network, li ma jkunx ġie identifikat bħala li għandu saħħa sinjifikattiva fis-suq, milli japplika l-kundizzjonijiet, kif iddeterminati ex ante minn din l-awtorità, li jirregolaw il-modalitajiet ta’ aċċess, minn impriżi oħra attivi f’dan il-qasam, għall-infrastruttura fiżika ta’ dan l-operatur, inklużi r-regoli u l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ kuntratti kif ukoll it-tariffi applikati għal dan l-aċċess, indipendentement mill-eżistenza ta’ tilwima dwar l-imsemmi aċċess u ta’ kompetizzjoni effettiva.


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – VT vs Ministero dell’Interno, Ministero dell’interno – Dipartimento della Pubblica Sicurezza – Direzione centrale per le risorse umane

(Kawża C-304/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2), Artikolu 4(1) u Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa limitu ta’ età massima għal 30 sena għar-reklutaġġ ta’ kummissarji tal-pulizija - Ġustifikazzjonijiet)

(2023/C 15/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VT

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Ministero dell’interno – Dipartimento della Pubblica Sicurezza – Direzione centrale per le risorse umane

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar ta’ limitu ta’ età massima għal 30 sena għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni intiża għar-reklutaġġ ta’ kummissarji tal-pulizija, sa fejn il-funzjonijiet effettivament eżerċitati minn dawn il-kummissarji tal-pulizija ma jeżiġux kapaċitajiet fiżiċi partikolari jew, jekk tali kapaċitajiet fiżiċi huma meħtieġa, jirriżulta li tali leġiżlazzjoni, filwaqt li għandha għan leġittimu, timponi rekwiżit sproporzjonat, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali mibdija mill-iSpetsializirana prokuratura

(Kawża C-350/21) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal komunikazzjonijiet elettroniċi - Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet - Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata ta’ data relatata mat-traffiku u ta’ data ta’ lokalizzazzjoni matul perijodu ta’ sitt xhur - Ġlieda kontra l-kriminalità gravi - Aċċess għad-data miżmuma - Informazzjoni ta’ persuni kkonċernati - Dritt għal azzjoni legali - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1) u (2) - Direttiva (UE) 2016/680 - Artikoli 13 u 54 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8, 11 u 47 kif ukoll Artikolu 52(1)”)

(2023/C 15/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Spetsializirana prokuratura

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi:

leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bħala miżura ta’ prekawzjoni, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u tal-prevenzjoni ta’ theddid gravi kontra s-sigurtà pubblika, żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata ta’ data relatata mat-traffiku u ta’ data ta’ lokalizzazzjoni, anki jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tillimita tali żamma ġġeneralizzata u indifferenzjata għal perijodu ta’ sitt xhur u tipprevedi ċertu numru ta’ garanziji fil-qasam tal-konservazzjoni u ta’ aċċess għad-data inkwistjoni;

leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix, b’mod ċar u preċiż, li l-aċċess għad-data miżmuma hija limitata għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minn din iż-żamma.

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata mid-Direttiva 2009/136, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif ukoll l-Artikoli 13 u 54 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI,

għandhom jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-aċċess, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-investigazzjonijiet kriminali, għal data marbuta mat-traffiku u għal data ta’ lokalizzazzjoni, miżmuma b’mod legali, mingħajr ma tiggarantixxi li l-persuni li d-data tagħhom kienet is-suġġett ta’ aċċess minn dawn l-awtoritajiet nazzjonali jkunu informati b’dan sa fejn dan huwa previst mid-dritt tal-Unjoni, u mingħajr ma huma jkollhom rimedju ġudizzjarju kontra aċċess illegali għal din id-data.


(1)  ĠU C 338, 23.08.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – SC Avicarvil Farms SRL vs Ministerul Agriculturii şi Dezvoltării Rurale, Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură – Centrul Judeţean Vâlcea

(Kawża C-443/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni (PAK) - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Artikolu 40 - Programm nazzjonali ta’ żvilupp rurali 2007-2013 - Pagamenti li jippromwovu l-benesseri tal-annimali - Żbalji ta’ kalkolu - Tnaqqis fil-pagamenti mill-awtoritajiet nazzjonali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

(2023/C 15/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Piteşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC Avicarvil Farms SRL

Konvenuti: Ministerul Agriculturii şi Dezvoltării Rurale, Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură – Centrul Judeţean Vâlcea

Dispożittiv

L-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009, u l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, moqrija flimkien mal-Artikolu 310(5) TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux li l-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna finanzjarja mhux rimborsabbli jadottaw, minħabba żball ta’ kalkolu kkonstatat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, atti li jimponu tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-programm ta’ żvilupp rurali tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għar-Rumanija għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, kif approvat mill-Kummissjoni Ewropea, mingħajr ma jistennew l-adozzjoni minn din tal-aħħar ta’ deċiżjoni li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni s-somom li jirriżultaw minn dan l-iżball ta’ kalkolu.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd, Greenoge Windfarm Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-578/21 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - Regolament (UE) 2015/1589 - Artikolu 4 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli tal-impriżi - Metodi ta’ evalwazzjoni tal-beni immobbli użati għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tat-taxxa dovuta - Ilment ta’ operaturi ta’ eoliċi - Allegazzjoni ta’ sottostima tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli dovuta mill-produtturi ta’ elettriku minn kombustibbli fossili u, għalhekk, ta’ livell ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ dawn il-produtturi tal-elettriku inferjuri għal dak ta’ produtturi tal-elettriku oħra minħabba l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni użat - Proċedura ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Kunċett ta’ “diffikultajiet serji” - Portata tal-obbligi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu li l-proċedura ta’ eżami titmexxa b’mod diliġenti u imparzjali - Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)

(2023/C 15/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd, Greenoge Windfarm Ltd (rappreżentant: M. Segura Catalán, abogada, u M. Clayton, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Georgiopoulos, S. Noë u K. Herrmann, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 – Maen Haikal vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-113/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri indirizzati kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-Sirja - Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni ta’ isem l-appellant f’dawn il-listi - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

(2023/C 15/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: Maen Haikal (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Karaleev u V Piessevaux, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Maen Haikal għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell’Interno, Presidenza del Consiglio dei ministri vs PF

(Kawża C-569/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u x-xogħol - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2), Artikolu 4(1) u Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu massimu ta’ età ta’ 30 sena għar-reklutaġġ ta’ kummissarji tekniċi psikoloġi - Ġustifikazzjonijiet)

(2023/C 15/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Interno, Presidenza del Consiglio dei ministri

Konvenut: PF

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-istabbiliment ta’ limitu massimu ta’ età ta’ 30 sena għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni intiża għar-reklutaġġ ta’ psikologi fi ħdan il-pulizija.


(1)  ĠU C 16.9.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tat-8 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – PL vs État belge

(Kawża C-56/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)

(2023/C 15/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PL

Konvenut: État belge

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Jannar 2022, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 148, 04.04.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Eilenburg – il-Ġermanja) – YS, RW vs Freebird Airlines Europe Ltd.

(Kawża C-302/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Kumpens għall-passiġġieri bl-ajru f’każ ta’ dewmien sinjifikattiv fit-titjira - Eżenzjoni minn obbligu ta’ kumpens - Ċirkustanzi straordinarji - Ħabta bejn inġenju tal-ajru u għasafar - Manuvra ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza li tikkawża ħsara lit-tajers ta’ dan l-ajruplan)

(2023/C 15/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Eilenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YS, RW

Konvenut: Freebird Airlines Europe Ltd.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/9 , għandu jiġi interpretat li jfisser li:

l-interruzzjoni tal-fażi tat-tlugħ ta’ inġenju tal-ajru kkawżata mill-ħabta ta’ dan tal-aħħar mal-għasafar u li tirriżulta f’manuvra ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza li tagħmel ħsara lit-tajers ta’ dan l-inġenju tal-ajru taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  Data tal-preżentata: 6.5.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2021 – GP u BG vs Banco Santander, S.A.

(Kawża C-561/21)

(2023/C 15/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GP u BG

Konvenut: Banco Santander, S.A.

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal restituzzjoni tas-somom imħallsa abbażi ta’ klawżola inġusta jibda jiddekorri biss minn meta tiġi kkonstatata l-invalidità tal-imsemmija klawżola permezz ta’ sentenza definittiva, hija konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali?

2)

Fil-każ li tali interpretazzjoni ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, l-Artikoli msemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 93/13 jipprekludu interpretazzjoni li abbażi tagħha t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mid-data tas-sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) li stabbilew il-ġurisprudenza dwar l-effetti restituttivi (sentenzi tat-23 ta’ Jannar 2019)?

3)

Jekk l-imsemmija artikoli jipprekludu tali interpretazzjoni, jipprekludu wkoll dik li abbażi tagħha t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mid-data tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li fihom din tal-aħħar iddeċidiet li l-azzjoni għal restituzzjoni tista’ tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni (b’mod partikolari s-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2020, Raiffeisen Bank u BRD Groupe Société Générale, C-698/1[8] u 699/18, jew is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, C-224/19 u C-259/19, li tikkonferma s-sentenza preċedenti)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/22


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2022 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Marzu 2022 fil-Kawża T-281/21 – Nowhere vs EUIPO

(Kawża C-337/22 P)

(2023/C 15/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Hanf, D. Gája, V. Ruzek, E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Nowhere Co. Ltd

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla kompletament is-sentenza appellata fil-Kawża T-281/21;

tiċħad kompletament ir-rikors tar-rikorrenti fl-ewwel istanza ppreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 2474/2017-2;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO inkonnessjoni ma’ dan l-appell u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-EUIPO jressaq aggravju wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn is-sentenza appellata tikkonstata li l-Bord tal-Appell kien imissu ħa inkunsiderazzjoni d-drittijiet preċedenti mhux irreġistrati fir-Renju Unit li kienu ġew invokati bħala bażi għall-oppożizzjoni minkejja l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet f’mument li fih ir-Renju Unit ma kienx għadu Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li fih il-perijodu tranżitorju previst fil-Ftehim ta’ Ħruġ (2) kien diġà ntemm. Dan iqajjem kwistjoni li hija sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni.

L-EUIPO jsostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li l-uniku mument rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-oppożizzjoni huwa dak tad-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għat-trade mark ikkontestata tal-Unjoni Ewropea billi:

i.

naqset milli tagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli ratione temporis għall-kawża ineżami u, min-naħa l-oħra, il-kwistjoni fuq il-mertu dwar il-ħtieġa tal-validità tad-dritt preċedenti fid-data li fiha l-EUIPO jieħu d-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni,

ii.

ibbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza tagħha stess li hija żbaljata u fi kwalunkwe każ mhux applikabbli għall-kawża ineżami,

iii.

siltet konklużjoni legali żbaljata mill-assenza ta’ dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar il-ħruġ dwar l-oppożizzjonijiet imressqa qabel it-tmiem tal-perijodu tranżitorju kontra applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea,

iv.

injorat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-differenzi bejn il-proċeduri ta’ ksur u l-proċeduri amministrattivi/ta’ reġistrazzjonijiet u għalhekk billi kkonstatat b’mod żbaljat li:

a.

kien hemm kunflitt bejn l-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u d-drittijiet preċedenti fir-Renju Unit fil-perijodu bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u t-tmiem tal-perijodu tranżitorju u li

b.

ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kellha, wara t-tmiem tal-perijodu tranżitorju, interess leġittimu fis-suċċess tal-oppożizzjoni tagħha.

v.

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-rieda tal-leġiżlatur u l-prinċipju ta’ territorjalità tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali meta kkonstatat li l-possibbiltà li l-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tiġi kkonvertita fi trade marks nazzjonali li jkollhom portata ta’ protezzjoni identika għal dik tal-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea fl-eventwalità ta’ reġistrazzjoni, ma kellha ebda impatt:

a.

fuq l-interess tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fis-suċċess tal-oppożizzjoni, u

b.

fuq l-eżistenza ta’ kunflitt bejn id-drittijiet preċedenti fir-Renju Unit u l-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea,

vi.

naqset milli tagħti importanza adegwata lill-formulazzjoni, jiġifieri lill-grammatika u lis-sintassi, tad-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, lill-kuntest tad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regoli 19(2)(d) u 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95 (3) dwar il-ġustifikazzjoni tad-drittijiet preċedenti, lill-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 dwar id-difiża bbażata fuq evidenza tal-użu, u b’mod partikolari lill-għanijiet tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 u lill-għan essenzjali tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, jiġifieri li jiġu protetti l-interessi tal-proprjetarji ta’ drittijiet preċedenti bil-ħarsien tal-funzjoni essenzjali ta’ dawn id-drittijiet fil-konfront ta’ trade marks sussegwenti tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li dawn tal-aħħar jiġu rreġistrati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 2019/C 384 I/01 (ĠU 2019, C 384I, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – AH

(Kawża C-608/22)

(2023/C 15/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: AH

Awtorità li kontriha ġie ppreżentat l-appell: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (BFA)

Domandi preliminari

1)

L-akkumulazzjoni ta’ miżuri meħuda, sostnuti jew permessi fi Stat min-naħa ta’ attur li huwa de facto awtorità governattiva u li jikkonsistu, b’mod partikolari, fil-fatt li n-nisa

ma jitħallewx jipparteċipaw f’pożizzjonijiet politiċi u fi proċessi politiċi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

ma jingħataw ebda rimedji legali sabiex jiksbu protezzjoni kontra vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u kontra l-vjolenza domestika;

jinsabu, b’mod ġenerali, f’riskju ta’ żwieġ sfurzat f’sitwazzjoni fejn, minkejja li ġew ipprojbiti mill-attur li huwa de facto awtorità governattiva, in-nisa ma jgawdux minn protezzjoni effettiva kontra żwieġ sfurzat u tali żwiġijiet xi drabi jitwettqu bil-parteċipazzjoni ta’ atturi li huma de facto awtorità governattiva bl-għarfien tal-fatt li huma żwiġijiet sfurzati;

ma jistgħux jaqilgħu l-għajxien tagħhom bħala impjegati jew jitħallew jagħmlu dan b’mod limitat biss, prinċipalment fid-dar tagħhom;

għandhom diffikultajiet f’termini ta’ aċċess għal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

huma mċaħħda kompletament jew sostanzjalment minn aċċess għal edukazzjoni (pereżempju minħabba li l-bniet huma permessi edukazzjoni fi skola primarja biss);

ma humiex permessi li jkunu jew li jiċċaqilqu fil-pubbliku mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn raġel (li jrid ikun membru partikolari tal-familja) jew, l-iktar l-iktar, jitħallew jagħmlu dan biss kemm-il darba ma jitbegħdux iktar minn ċerta distanza minn darhom;

huma obbligati jgħattu kompletament il-persuna tagħhom u jgħattu wiċċhom b’velu meta jkunu fil-pubbliku;

ma jistgħux jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi,

fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandhom jitqiesu li huma serji biżżejjed sabiex jaffettwaw mara b’mod simili kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ din id-direttiva?

2)

Għall-finijiet tal-għoti tal-istatus ta’ ażil, huwa biżżejjed li mara tkun affettwata minn dawn il-miżuri fil-pajjiż ta’ oriġini minħabba s-sempliċi raġuni li hija mara, jew huwa meħtieġ li s-sitwazzjoni individwali ta’ mara tiġi evalwata sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex affettwata minn dawn il-miżuri, meqjusa fl-intier tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – FN

(Kawża C-609/22)

(2023/C 15/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: FN

Awtorità li kontriha ġie ppreżentat l-appell: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (BFA)

Domandi preliminari

1)

L-akkumulazzjoni ta’ miżuri meħuda, sostnuti jew permessi fi Stat min-naħa ta’ attur li huwa de facto awtorità governattiva u li jikkonsistu, b’mod partikolari, fil-fatt li n-nisa

ma jitħallewx jipparteċipaw f’pożizzjonijiet politiċi u fi proċessi politiċi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

ma jingħataw ebda rimedji legali sabiex jiksbu protezzjoni kontra vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u kontra l-vjolenza domestika;

jinsabu, b’mod ġenerali, f’riskju ta’ żwieġ sfurzat f’sitwazzjoni fejn, minkejja li ġew ipprojbiti mill-attur li huwa de facto awtorità governattiva, in-nisa ma jgawdux minn protezzjoni effettiva kontra żwieġ sfurzat u tali żwiġijiet xi drabi jitwettqu bil-parteċipazzjoni ta’ atturi li huma de facto awtorità governattiva bl-għarfien tal-fatt li huma żwiġijiet sfurzati;

ma jistgħux jaqilgħu l-għajxien tagħhom bħala impjegati jew jitħallew jagħmlu dan b’mod limitat biss, prinċipalment fid-dar tagħhom;

għandhom diffikultajiet f’termini ta’ aċċess għal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;

huma mċaħħda kompletament jew sostanzjalment minn aċċess għal edukazzjoni (pereżempju minħabba li l-bniet huma permessi edukazzjoni fi skola primarja biss);

ma humiex permessi li jkunu jew li jiċċaqilqu fil-pubbliku mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn raġel (li jrid ikun membru partikolari tal-familja) jew, l-iktar l-iktar, jitħallew jagħmlu dan biss kemm-il darba ma jitbegħdux iktar minn ċerta distanza minn darhom;

huma obbligati jgħattu kompletament il-persuna tagħhom u jgħattu wiċċhom b’velu meta jkunu fil-pubbliku;

ma jistgħux jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi,

fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandhom jitqiesu li huma serji biżżejjed sabiex jaffettwaw mara b’mod simili kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ din id-direttiva?

2)

Għall-finijiet tal-għoti tal-istatus ta’ ażil, huwa biżżejjed li mara tkun affettwata minn dawn il-miżuri fil-pajjiż ta’ oriġini minħabba s-sempliċi raġuni li hija mara, jew huwa meħtieġ li s-sitwazzjoni individwali ta’ mara tiġi evalwata sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex affettwata minn dawn il-miżuri, meqjusa fl-intier tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Settembru 2022 – Société BP France vs Ministre de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

(Kawża C-624/22)

(2023/C 15/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société BP France

Konvenuti Ministre de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u dawk tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (2) ,għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-mekkaniżmi ta’ traċċar tal-bilanċ tal-massa, u s-sistemi nazzjonali jew volontarji li huma jipprevedu, li għandhom bħala suġġett biss l-evalwazzjoni u l-ġustifikazzjoni tad-durabbiltà tal-materji primi u tal-bijokarburanti kif ukoll tat-taħlit tagħhom, u b’hekk ma għandhomx bħala suġġett li jissorveljaw s-segwitu u t-traċċar, fi ħdan il-prodotti lesti minn ko-ipproċessar, min-naħa tal-enerġija tal-oriġini rinnovabbli inkluża f’dawn il-prodotti u b’riżultat ta’ dan, li jarmonizzaw t-teħid inkonsiderazzjoni tal-enerġija inkluża f’tali prodotti bil-għanijiet intiżi fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28 u fl-Artikolu 25 kif ukoll fl-ewwel subparagrafu punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2018/2001?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, dawn l-istess dispożizzjonijiet jipprekludu lil Stat Membru, biex jiffissa l-kwantità ta’ żjut veġetali idrotrattati (iktar ’il quddiem “HVO”) li għandhom jinżammu fid-dħul tal-kontijiet tal-istokk li l-operaturi għandhom iżommu għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ taxxa ta’ inċentiv għall-inkorporazzjoni ta’ bijokarbonati, illiberati f’dan l-Istat Membru meta l-parti tal-enerġija rinnovabbli fil-karburanti rilaxxati għall-konsum matul is-sena kalendarja hija inferjuri għal perċentwali nazzjonali fil-mira ta’ inkorporazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasporti, teħtieġ, mal-wasla fl-ewwel maħżen tat-taxxa nazzjonali ta’ importazzjonijiet ta’ karburanti li huma inklużi fil-prodotti HVO fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ proċess ta’ ko-trattament, it-twettiq ta’ analiżi fiżika tal-kontenut fil-HVO ta’ dawn il-karburanti, inkluż meta l-fabbrika li fiha dawn il-karburanti ġew prodotti b’użu ta’ sistema ta’ bilanċ tal-massa ċċertifikata minn sistema voluntarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni bħala skema kompleta?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi miżura ta’ Stat Membru bħal dik deskritta (fit-tieni domanda), hekk li, minn naħa, il-karburanti li jinkludu l-bijokarburanti li jirriżultaw mill-ko-pproċessar fi ħdan ir-raffinerija sitwata fit-territorju tiegħu ma humiex suġġetti, meta huma rilaxxati għall-konsum f’dan l-Istat Membru direttament li ħierġin mill-fabbrika, għal tali analiżi fiżika, u b’hekk, min-naħa l-oħra, li dan l-Istat Membru jaċċetta, biex jiġi ddeterminat li ħiereġ minn fabbrika eżerċitat jew minn stabbiliment fiskali nazzjonali l-kontenut f’bijokarburanti li jistgħu jiġu allokati għall-bżonnijiet tat-taxxa bejn iċ-ċertifikati ta’ kontenut maħruġin f’perijodu, li jevalwa abbażi ta’ medju ta’ inkorporazzjoni ta’ kull xahar tal-istabbiliment jew tal-fabbrika l-kontenut f’bijokarburanti tal-esportazzjonijiet jew tar-rilaxx għall-konsum f’setturi oħra minbarra t-trasport?


(1)  (ĠU 2009, L 140, p. 16).

(2)  (ĠU 2018, L 328, p. 82).


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-3 ta’ Ottubru 2022 – C. Z., M. C., S. P. et vs Ilva SpA f’amministrazzjoni straordinarja, Acciaierie d’Italia Holding SpA, Acciaierie d’Italia SpA

(Kawża C-626/22)

(2023/C 15/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. Z., M. C., S. P. et

Konvenuti: Ilva SpA f’amministrazzjoni straordinarja, Acciaierie d’Italia Holding SpA, Acciaierie d’Italia SpA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2010/75/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), u b’mod partikolari l-premessi 4, 18, 34, 28 u 29 u l-Artikoli 3(2), 11, 12 u 23 [ta’ tali direttiva], u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem previsti fl-Artikoli 191 TFUE u 174 tat-Trattat [K]E jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, b’applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, tali Stat Membru jingħata l-possibbiltà li jipprevedi li l-Evalwzzjoni tad-Danni għas-Saħħa (EDS) tikkostitwixxi att separat mill-proċedura ta’ ħruġ u ta’ eżami mill-ġdid tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali Integrata (AAI) – f’dan il-każ id-[Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri (DPKM)] 2017 – u li l-formulazzjoni tagħha tista’ tkun ħielsa minn effetti awtomatiċi f’termini ta’ teħid inkunsiderazzjoni effettiv u fi żmien utli min-naħa tal-awtorità kompetenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid tal-AAI/DPKM speċjalment meta din l-evalwazzjoni tipprovdi riżultati li juru n-natura mhux aċċettabbli tar-riskju għas-saħħa għal popolazzjoni numeruża esposta għall-emissjonijiet li jniġġsu; jew inkella li d-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li (i) ir-riskju tollerabbli għas-saħħa tal-bniedem jista’ jiġi evalwat permezz ta’ analiżi xjentifika ta’ natura epidemjoloġika; (ii) l-EDS għandha tikkostitwixxi att li jifforma parti integrali mill-proċedura ta’ ħruġ u ta’ eżami mill-ġdid tal-AAI/DPKM, jekk mhux saħansitra tkun kundizzjoni minn qabel neċessarja għaliha, u għandha b’mod partikolari tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod obbligatorju, effettiv u fi żmien utli mill-awtorità kompetenti sabiex toħroġ jew teżamina mill-ġdid l-AAI?

2)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), u b’mod partikolari l-premessi 4, [15], 18, 21, 34, 28 u 29 u l-Artikoli 3(2), 11, 14, 15, 18 u 21 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, b’applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, tali Stat Membru għandu jipprevedi li l-awtorizzazzjoni ambjentali integrata (f’dan il-każ l-AAI 2012, DPKM 2014, DPKM 2017) għandha dejjem tieħu inkunsiderazzjoni s-sustanzi kollha li huma s-suġġett ta’ emissjonijiet li huma xjentifikament magħrufa bħala ta’ ħsara, inklużi l-frazzjonijiet ta’ PM10 u PM2.5, li f’kull każ joriġinaw mill-installazzjoni li hija s-suġġett tal-evalwazzjoni; jew inkella li d-direttiva tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-Awtorizzazzjoni Ambjentali Integrata (il-miżura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni) għandha tinkludi biss sustanzi li jniġġsu previsti a priori minħabba n-natura u t-tip ta’ attività industrijali eżerċitata?

3)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), u b’mod partikolari l-premessi 4, 18, 21, 22, 28, 29, 34, u 43 kif ukoll l-Artikoli 3(2) u (25), 11, 14, 16, 18 u 21 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, b’applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru, tali Stat Membru, meta jkun hemm attività industrijali li tinvolvi perikoli gravi u sinjifikattivi għall-integrità tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, jista’ jiddiferixxi b’ċirka seba’ snin u nofs meta mqabbel mat-terminu inizjalment previst, u għal tul totali ta’ ħdax-il sena, it-terminu mogħti lill-operatur sabiex jikkonforma l-attività industrijali mal-awtorizzazzjoni mogħtija, bl-applikazzjoni ta’ miżuri u ta’ azzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa previsti fiha?


(1)  ĠU 2010, L 334, p. 17 bir-rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ottubru 2022 – AB vs Finanzamt Köln-Süd

(Kawża C-627/22)

(2023/C 15/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB

Konvenut: Finanzamt Köln-Süd

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni” jew il-“FMLP”), b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 15 tal-FMLP, moqrija flimkien mal-Artikolu 9(2) tal-Anness I tal-FMLP (dritt għall-ugwaljanza fit-trattament), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li ħaddiema ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni jew taż-ŻEE (inkluż tal-Ġermanja) u li jirrisjedu (jiġifieri li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali) fil-Ġermanja jew fi Stat Membru tal-Unjoni jew taż-ŻEE jistgħu volontarjament japplikaw għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ qligħ minn impjieg li huwa taxxabbli fil-Ġermanja (“impożizzjoni volontarja”), b’mod partikolari sabiex jiksbu rimbors tat-taxxa fuq id-dħul bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż (spejjeż professjonali) u bl-imputazzjoni tat-taxxa Ġermaniża fuq is-salarji imposta fil-kuntest tal-proċedura tat-taxxa f’ras il-għajn, iżda dan id-dritt huwa miċħud lil ċittadini Ġermaniżi u Svizzeri li jirrisjedu fl-Isvizzera?


(1)  ĠU 2009, L 353, p. 71


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – JK vs Kirchliches Krankenhaus

(Kawża C-630/22)

(2023/C 15/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JK

Konvenut: Kirchliches Krankenhaus

Domandi preliminari

1)

Hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi,

li organizzazzjoni privata li l-etika tagħha hija bbażata fuq prinċipji reliġjużi

(a)

tista’ tqis bħala mhux xierqa għall-impjieg fis-servizz tagħha persuni li jkunu telqu minn komunità reliġjuża partikolari qabel l-istabbiliment tar-relazzjoni tal-impjieg, jew

(b)

tista’ teżiġi mingħand il-persuni li huma impjegati magħha li ma jitilqux minn komunità reliġjuża partikolari qabel l-istabbiliment tar-relazzjoni tal-impjieg, jew

(c)

tista’ tissuġġetta l-istabbiliment tar-relazzjoni tal-impjieg għall-kundizzjoni li persuna impjegata magħha, li tkun telqet minn komunità reliġjuża partikolari qabel l-istabbiliment tar-relazzjoni tal-impjieg, terġa’ tissieħeb ma’ din il-komunità reliġjuża,

jekk ma teżiġix, barra minn hekk, li l-persuni impjegati magħha jissieħbu ma’ dik il-komunità reliġjuża?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: liema huma dawk ir-rekwiżiti l-oħra li, skont il-każ, għandhom japplikaw skont id-Direttiva 2000/78/KE, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 21 tal-Karta, sabiex tiġi ġġustifikata tali differenza fit-trattament abbażi tar-reliġjon?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – RK vs Ministerstvo zdravotnictví

(Kawża C-659/22)

(2023/C 15/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RK

Konvenut: Ministerstvo zdravotnictví

Domanda preliminari

Il-verifika tal-validità taċ-ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa konformement mar-Regolament (UE) 2021/953 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, applikata mir-Repubblika Ċeka għal skopijiet nazzjonali, fl-applikazzjoni nazzjonali “čTečka”, tista’ titqies li hija pproċessar ta’ data personali b’mezzi awtomatizzati fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) fejn għalhekk dan l-aġir jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data konformement mal-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament?


(1)  ĠU 2021, L 211, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 72, p. 7

(2)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/29


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-694/22)

(2023/C 15/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Björkland, K. Mifsud-Bonnici, R. Valletta Mallia, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika ta’ Malta

Talbiet

tiddikjara li, bl-impożizzjoni ta’ drittijiet għal liċenzja ta’ ċirkolazzjoni li għandhom jitħallsu kull sena fir-rigward ta’ liċenzji ta’ vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stati Membri oħra qabel l-1 ta’ Jannar 2009 u miġjuba Malta wara din id-data li huma ogħla mid-drittijiet imposti fuq vetturi simili domestiċi, bis-saħħa tar-Raba’ Skeda tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur, kif emendat bl-Att VI tal-2009, il-Kapitolu 368 tal-Liġijiet ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 110 TFUE; u

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tissottometti li r-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 110 TFUE minħabba l-impożizzjoni ta’ drittijiet għal liċenzja ta’ ċirkolazzjoni li għandhom jitħallsu kull sena fir-rigward ta’ liċenzji ta’ vetturi bil-mutur irreġistrati fi Stati Membri oħra qabel l-1 ta’ Jannar 2009 u miġjuba Malta wara din id-data li huma ogħla mid-drittijiet għal liċenzja ta’ ċirkolazzjoni li għandhom jitħallsu kull sena imposti fuq vetturi simili domestiċi.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/30


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 minn Helsingin Bussiliikenne Oy mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-603/19, Helsingin Bussiliikenne Oy vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-697/22 P)

(2023/C 15/33)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Appellant: Helsingin Bussiliikenne Oy (rappreżentanti: O. Hyvönen u N. Rosenlund, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, Nobina Oy et Nobina AB

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-14 ta’ Settembru 2022, Helsingin Bussiliikenne vs Il-Kummissjoni, T-603/19, EU:T:2022:555 (1) kollha kemm hi;

tilqa’ t-talbiet kollha kemm huma ppreżentati mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-motivi esposti fl-appell; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti minn Helsingin Bussiliikenne Oy quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll l-interessi legali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-Kawża T-603/19, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoniu wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Helsingin Bussiliikenne Oy.

Fl-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali, il-Qorti Ġenerali wettqet żball, peress li d-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni ġiet adottata bi ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball fir-raba’ motiv, sa fejn dan jirrigwarda l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tmur kontra l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) u tikser il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri d-dritt għal smigħ tal-persuna fil-kawża li tikkonċernaha u l-priniċipju ta’ proporzjonalità.

Fl-appell tagħha, l-appellanti ssostni li d-dritt għal smigħ fi proċedura amministrattiva jikkostitwixxi dritt fundamentali. Il-fatt li l-parti kkonċernata ma tingħatax il-possibbiltà li tinstema’ qabel ma tittieħed deċiżjoni li tmur kontra l-interessi tagħha jikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

L-appellanti ssostni wkoll li rkupru żejjed jikkostitwixxi miżura li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-iskop tal-irkupru. Meta rkupru jkun jimmira lill-benefiċjarju ta’ trasferiment ta’ impriża, għandu dejjem jiġi ddeterminat sa fejn dan jista’ eventwalment jibbenefika mill-għajnuna mill-Istat ipprojbita, fi kliem ieħor, għandu jiġi ddeterminat l-ammont tal-vantaġġ fiskali.


(1)  EU:T:2022:555.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2005, L 248, p. 9)


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/31


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2022 minn JCDecaux Street Furniture Belgium mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-642/19, JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-710/22 P)

(2023/C 15/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: JCDecaux Street Furniture Belgium (rappreżentanti: A. Winckler, M. Malanda, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Clear Channel Belgium

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-642/19, JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati minn JCDecaux fl-ewwel istanza u tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 4466 final tal-24 ta’ Ġunju 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33078 (2015/C) (eks 2015/NN) implimentata mill-Belġju affavur JC Decaux Belgium Publicité, fis-sens li tikkonkludi li hemm għajnuna mill-Istat inkompatibbli favur JCDecaux fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-1984, u l-Artikoli 2 sa 4 tagħha, peress li jordnaw l-irkupru mill-Istat Belġjan ta’ din l-għajnuna mingħand JCDecaux;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, JCDecaux issostni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha, adottat raġunament kontradittorju u wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-użu minn JCDecaux ta’ ċertu apparat ta’ reklamar kopert mill-kuntratt tal-1984 lil hinn mid-data ta’ skadenza tagħhom kien jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku, u dan żnatura l-fatti peress li qies li l-apparat ta’ reklamar miżmum kien jaqa’ taħt is-sistema tal-kuntratt tal-1999 li fuq il-bażi tiegħu “kiri u taxxi” kienu jkunu dovuti.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Awwissu 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – Il-Ġermanja) – AC (C-148/20), DF (C-149/20), BD (C-150/20) vs Deutsche Lufthansa AG, fil-preżenza ta’: Bundeskriminalamt (C-150/20),

(Kawżi magħquda C-148/20 sa C-150/20) (1)

(2023/C 15/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 279, 24.08.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – JV (C-215/20), OC (C-222/20) vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawżi magħquda C-215/20 u C-222/20) (1)

(2023/C 15/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ustavno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – proċedura mibdija minn Varuh človekovih pravic Republike Slovenije, fil-preżenza ta’: Državni zbor Republike Slovenije, Vlada Republike Slovenije

(Kawża C-486/20) (1)

(2023/C 15/37)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/32


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível – il-Portugall) – Portugália – Administração de Patrimónios, SGPS, SA vs Banco BPI

(Kawża C-448/21) (1)

(2023/C 15/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de León – Spanja) – ACNC vs Unicaja Banco, SA

(Kawża C-652/21) (1)

(2023/C 15/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 244, 27.6.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-789/21) (1)

(2023/C 15/40)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – ME / État belge

(Kawża C-191/22) (1)

(2023/C 15/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 30.05.2022


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – TR, UQ vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-193/22) (1)

(2023/C 15/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 237, 20.06.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Grand-Duché de Luxembourg

(Kawża C-214/22) (1)

(2023/C 15/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 10.05.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Research Consorzio Stabile Scarl, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), C.I.S.A. SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi Research-Cisa), Debar Costruzioni SpA li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA et Edil.Co. Srl, Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa vs Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa, Debar Costruzioni SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA et Edil.Co. Srl, Research Consorzio Stabile Scarl, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), C.I.S.A. SpA, li taġixxi f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi li tikkostitwixxi (Research-Cisa), fil-preżenza ta’: Invitalia – Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa,

(Kawża C-215/22) (1)

(2023/C 15/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 244, 27.6.2022.


Il-Qorti Ġenerali

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Cambodia u CRF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/19) (1)

(“Miżuri ta’ salvagwardja - Suq tar-ross - Importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Mjanmar / Burma - Regolament (UE) Nru 978/2012 - Kunċett ta’ ‘produtturi tal-Unjoni’ - Kunċett ta’ ‘prodotti simili jew li jikkompetu direttament’ - Diffikultajiet serji - Drittijiet tad-difiża - Fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 15/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Kambodja, u Cambodia Rice Federation (CRF) (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, H. Leupold u E. Schmidt, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ente Nazionale Risi (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Di Gianni u A. Scalini, avukati), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-[Mjanmar / Burma] (ĠU 2019, L 15, p. 5), li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet mill-ġdid id-dazji tat-tariffa doganali komuni fuq l-importazzjonijiet ta’ dan ir-ross għal perijodu ta’ tliet snin u stabbilixxiet tnaqqis progressiv tar-rata tad-dazji applikabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-[Mjanmar / Burma], huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Kambodja u mill-Cambodia Rice Federation (CRF).

3)

Ir-Repubblika Taljana u Ente Nazionale Risi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Croatia Airlines; COVID-19)

(Kawża T-111/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Kroat tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Kroazja lil kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Sussidju dirett - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Għajnuna intiża biex tirrimedja għad-danni kkawżati minn avveniment straordinarju - Ugwaljanza fit-trattament - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Evalwazzjoni tad-dannu - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 15/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentant: G. Vidović Mesarek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8608 final tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.55373 (2020/N) – Croatia – COVID-19: Damage compensation (ĠU 2021, C 17, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/21) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta r-raġunijiet għalfejn ma jiġux adottati l-proposti ta’ atti legali li jinsabu fl-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 15/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” (rappreżentant: T. Hieber, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, I. Rubene, E. Stamate u D. Drambozova, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: T. Papadopoulou, aġent), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: E. Drugda, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 171 final tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Citizens’ Committee of the European Citizens’ Initiative “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe” għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ellenika, l-Ungerija u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – QM vs Europol

(Kawża T-164/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat - Interess tas-servizz - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura”)

(2023/C 15/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QM (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, O. Sajin u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tas-27 ta’ Mejju 2020 li ma ġġeddidx il-kuntratt tax-xogħol tiegħu b’kuntratt għal żmien indeterminat kif ukoll, sa fejn meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

QM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 189, 17.5.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Société Elmar Wolf vs EUIPO – Fuxtec (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ annimal)

(Kawża T-596/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ras ta’ kanidi - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ kanidi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”)

(2023/C 15/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fuxtec GmbH (Herrenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hammer u C. Koller, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2834/2019-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peress li Société Elmar Wolf tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, konformement mat-talbiet tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)

(Kawża T-610/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K K WATER - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea K - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 15/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arne-Patrik Heinze (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Dauskardt, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2020-2).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2020-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn L’Oréal, inklużi dawk għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

3)

Arne-Patrik Heinze għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)

(Kawża T-639/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CCB - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CB - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva CB - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Reputazzjoni u karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 15/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: China Construction Bank Corp. (Bejing, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Gommers, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1305/2020-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Groupement des cartes bancaires (CB) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Financiere Batteur vs EUIPO – Leno Beauty (by L.e.n.o beauty)

(Kawża T-779/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea by L.e.n.o beauty - trade mark verbali preċedenti nazzjonali LAINO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 15/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Financiere Batteur (Hérouville Saint Clair, Franza) (rappreżentant: P. Greffe u F. Donaud, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Leno Beauty Sas (Vintimille, l-Italja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 514/2021-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Financiere Batteur hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 14.2.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/41


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – PB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/21 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Irregolaritajiet fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”)

(2023/C 15/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PB (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob, l-ewwel, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3338 final tal-5 ta’ Mejju 2021 dwar l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 5 038 737,86 miżjud bl-interessi dovuti mill-amministratur tal-kumpannija [informazzjoni kunfidenzjali redatta] u, it-tieni, li l-Kummissjoni Ewropea tiġi ordnata ma tipproċedix bl-irkupru tal-ammont indikat f’din id-deċiżjoni bi kwalunkwe mod li jkun, b’mod partikolari bl-istabbiliment tan-nota ta’ debitu, sakemm il-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3338 final dwar l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 5 038 737,86 miżjud bl-interessi dovuti mill-amministratur tal-kumpannija [informazzjoni kunfidenzjali redatta], hija sospiża.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2022 – WO vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-603/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Kandidat innominat minn [informazzjoni kunfidenzjali redatta] - Rifjut tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej li jaħtru lir-rikorrent - Assenza ta’ tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u l-kundizzjonijiet iddeterminati mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 270 TFUE - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

(2023/C 15/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WO (rappreżentant: V. Vitkovskis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis u J. Castillo García, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni Nru 28/2021 tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ewropej tal-21 ta’ April 2021 li tiċħad in-nomina għall-kariga ta’ Prokuratur Delegat Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew [informazzjoni kunfidenzjali redatta].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2022 – Swords vs Il-Kummissjoni u ECDC

(Kawża T-55/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Saħħa pubblika - Miżuri introdotti fl-Unjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19 - Rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u approċċ ikkoordinat ippubblikati abbażi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla mill-ECDC - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Inammissibbiltà”)

(2023/C 15/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Swords (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: G. Byrne, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska u F. van Schaik, aġenti), Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: R. Malacalza, M.-A. Ekström u E. Sinclair, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-riskji mfassla miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fl-24 u s-26 ta’ Novembru kif ukoll fit-2 u l-15 ta’ Diċembru 2021, kif ukoll l-inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Diċembru 2021, intitolata “Nindirizzaw Flimkien l-Isfidi Attwali u Ġodda tal-COVID-19” (COM/2021/765 final) u tal-approċċ ikkoordinat, kif aċċettat mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (KSS), ippubblikat mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Diċembru 2021, li kienu bbażati fuq l-opinjonijiet xjentifiċi kkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Patrick Swords huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/43


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – RS vs BEI

(Kawża T-624/22)

(2023/C 15/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RS (rappreżentant: B. Maréchal, lawyer)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla (i) id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (iktar ’il quddiem il-“BEI”), b’data speċifika, bis-suġġett “Nuqqas ta’ bdil tal-kuntratt għal żmien determinat” li tiċħad l-argumenti sottomessi għan-nom tar-rikorrent għall-bdil tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, (ii) id-deċiżjoni tal-BEI li tinforma lir-rikorrent li l-impjieg tiegħu mal-Bank Ewropew tal-Investiment kien ser jintemm f’data speċifika, u (iii) id-deċiżjoni tal-BEI, mogħtija f’data speċifika, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal eżami amministrattiv mill-ġdid: (1o) li tikkontesta d-deċiżjoni li l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent ma jinbidilx minn wieħed għal żmien determinat għal kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat mal-BEI, u (2o) li ssostni ksur relatat min-naħa tal-BEI tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjonijiet ikkontestati”);

sussidjarjament, tbiddel id-Deċiżjonijiet ikkontestati; kif ukoll

tagħti kumpens għad-danni materjali mġarrba jew li ser jiġġarbu mir-rikorrent bħala riżultat tad-Deċiżjonijiet ikkontestati li l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent ma jinbidilx, fl-ammont ta’ EUR 193 882,98, inkluż telf tas-salarju, id-differenza tal-premjums tal-assigurazzjoni għas-saħħa, u t-telf tar-rimbors tal-familja kif ukoll telf ta’ pensjoni;

tagħti kumpens għad-danni relatati mal-ksur tad-drittijiet tar-rikorrent għal ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data, id-dritt tiegħu għal amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq li jammonta għal EUR 20 000;

tagħti kumpens għad-danni relatati mal-preġudizzju morali u mad-diffikulatjiet serji mġarrba mir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 20 000;

tagħti kumpens għall-ispejjeż sostnuti bħala riżultat tal-aġir illegali, azzjonijiet u ommissjonijiet tal-BEI u mġarrba mir-rikorrenti li huma stmati provviżorjament għal EUR 20 000 (inkluża l-VAT);

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri li jammonta għall-ammont provviżorju ta’ EUR 15 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-allegati raġunijiet għan-nuqqas potenzjali ta’ bidla tal-kuntratt tiegħu jirriżultaw minn ksur stabbilit b’mod oġġettiv tad-dritt għal kunfidenzjalità, id-dritt għal ħajja privata u d-dritt għal protezzjoni tad-data tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq kunflitti ta’ interess u l-parzjalità tal-proċeduri użati sabiex jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet dwar in-nuqqas ta’ bdil tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent u l-ksur li jirriżulta minn dan għad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni serja u fuq in-natura sproporzjonata tad-Deċiżjonijiet ikkontestati li l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent ma jinbidilx u ksur rilevanti tad-drittijiet relatati tar-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur stabbilit b’mod oġġettiv tad-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba, inkluż id-dritt għal smigħ (Artikolu 41 (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta tal-UE”)), id-dritt ta’ aċċess għall-fajl tiegħu u, bħala riżultat, id-dritt li jkun informat b’mod spontanju u fil-ħin bil-progress u/jew bir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura istituzzjonali li fiha huwa kien involut (Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tal-UE), u d-dritt li l-kwistjonijiet li jirrigwardawh ikunu ttrattati b’mod imparzjali u fi żmien xieraq (Artikolu 41(1) tal-Karta tal-UE).

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Vima World vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/22)

(2023/C 15/57)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Vima World, SA (il-Belt tal-Panama, il-Panama) (rappreżentant: P. Braz, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1, u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt u ta’ liġi, ladarba, fil-każ inkwistjoni, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-profitti ġġenerati fiż-Zona Franca da Madeira (iktar ’il quddiem iż-“ZFM”) kien suġġett għal tassazzjoni fi Spanja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, għall-fatt li, fil-każ inkwistjoni, id-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija tissuġġetta l-profitti miksuba fiż-ZFM għal tassazzjoni doppja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt u ta’ liġi tad-deċiżjoni kkontestata, ladarba r-Reġim III taż-ZFM jissodisfa r-rekwiżiti ta’ ħolqien jew ta’ żamma ta’ postijiet tax-xogħol fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira previsti fid-Deċiżjonijiet C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final, fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u fil-Linji Gwida tal-2007.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt u ta’ liġi tad-deċiżjoni kkontestata, għall-fatt li, fl-istess deċiżjoni, il-kunċett ta’ “attività mwettqa effettivament u materjalment f’Madeira” previst fid-Deċiżjonijiet C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final huwa interpretat b’mod restrittiv.

5.

Il-ħames motiv, dwar il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv, dwar żball ta’ liġi minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/45


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2022 – Portal Golf Gestión vs EUIPO – Augusta National (imaster.golf)

(Kawża T-677/22)

(2023/C 15/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Portal Golf Gestión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Garrido Pastor, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Augusta National, Inc. (Augusta, Georgia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “imaster.golf” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 995 602

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2022, fil-Każ R 2204/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha koperti;

tbiddel id-deċiżjonijiet dwar l-ispejjeż mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u mid-Diviżjoni tal-Appell li jordnaw li jitħallsu l-ispejjeż tal-parti l-oħra;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/45


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Shaman Spirits vs EUIPO – Global Drinks Finland (LAPLANDIA Land of purity et al.)

(Kawża T-679/22)

(2023/C 15/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oy Shaman Spirits Ltd (Tyrnävä, il-Finlandja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Drinks Finland Oy (Ħelsinki, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea LAPLANDIA Land of purity et al. – Trade marks tal-Unjoni Nru 6 491 914, Nru 7 087 281 u Nru 14 786 883

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura biex isiru l-entrati ta’ liċenzji fir-Reġistru

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 909/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 25, 26 u 27 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikol 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2022 – Nicoventures Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/22)

(2023/C 15/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nicoventures Trading Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u ħames rikorrenti oħra (rappreżentanti: L. Van den Hende, M. Schonberg, J. Penz-Evren u P. Wytinck, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-miżura kkontestata (1) b’mod sħiħ; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv li jallega li l-miżura kkontestata tmur lil hinn mis-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikoli 7(12) u 11(6) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2), għar-raġunijiet segwenti:

billi rregolat prodott tat-tabakk ġdid, il-miżura kkontestata tindirizza b’mod illegali “element essenzjali” fis-sens tal-Artikolu 290(1) TFUE;

il-miżura kkontestata tintroduċi b’mod illegali “kategorija partikolari ta’ prodott” ġdida għall-finijiet tad-Direttiva 2014/40/UE u b’hekk tikser ukoll il-prinċipji ġenerali taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi tad-dritt tal-Unjoni;

Il-miżura kkontestata tintroduċi “kategorija partikolari ta’ prodott” ġdida li ma hijiex konsistenti mas-sistema tad-Direttiva 2014/40, u konsegwentement hija illegali; u

L-approċċ tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ “bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi” teċċedi l-iskop tal-inkarigu mogħti lilha.

2.

It-tieni motiv, li jallega nuqqas ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna (ĠU L 283, 3.11.2022, p. 4)

(2)  ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU L 150, 17.6.2015, p. 24.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 – Puma vs EUIPO – Herno (HERZO)

(Kawża T-719/22)

(2023/C 15/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herno SpA (Lesa, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HERZO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 194 554

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 297/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba quddiem il-Bord tal-Apell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – Hahn Rechtsanwälte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/22) (1)

(2023/C 15/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 19.4.2022.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2022 – 1906 Collins vs EUIPO – Peace United (bâoli BEACH)

(Kawża T-160/22) (1)

(2023/C 15/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-Presidenta tas-Seba’ Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 207, 23.5.2022.