ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
16ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 14/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2023 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Grohnde (KWG) fl-Istat Federali tas-Sassonja t’Isfel, il-Ġermanja

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 14/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10892 — APOLLO / HINES / VI-BA / AEDES) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 14/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta' Jannar 2023

4

2023/C 14/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2023/C 14/05

Sejħa għall-Proposti — TIS 2023 - Ideat li jbiddlu d-dinja: it-Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tal-Istitut tal-BEI tal-2023

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 14/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10807 – VIASAT / INMARSAT) ( 1 )

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Jannar 2023

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Grohnde (KWG) fl-Istat Federali tas-Sassonja t’Isfel, il-Ġermanja

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2023/C 14/01)

Il-valutazzjoni t’hawn taħt saret skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal xi valutazzjoni addizzjonali li trid issir skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li jirriżultaw minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fil-24 ta' Frar 2022, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tal-Ġermanja, id-Data Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta mid-dekummissjonar u miż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Grohnde (KWG).

Abbażi ta’ din id-data u tat-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ġunju 2022 u pprovdut mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-27 ta’ Lulju 2022, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit għall-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ in-Netherlands, hija ta’ 160 km.

2.

Waqt operazzjonijiet ta’ dekummissjonar u żarmar normali tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Grohnde (KWG), ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi ma għandhomx ikunu responsabbli li jirriżultaw f’esponiment li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, għall-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-limiti tad-dożi stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fuq is-sit (fis-sala l-ġdida tat-tħejjija tat-Trasport) qabel ma jiġi ttrasportat lejn faċilitajiet liċenzjati ta’ trattament jew rimi li jinsabu fil-Ġermanja.

L-iskart solidu u l-fdalijiet materjali mhux radjuattivi li jkunu konformi mal-livelli ta’ approvazzjoni se jiġu skarikati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta mid-dekummissjonar u miż-żarmar ta’ Grohnde (KWG), li jinsab fl-Istat Federali tas-Sassonja t’Isfel, fil-Ġermanja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta' aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, x'aktarx li ma tirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi ta' Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod ulterjuri. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10892 — APOLLO / HINES / VI-BA / AEDES)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 14/02)

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10892. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta' Jannar 2023

(2023/C 14/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0814

JPY

Yen Ġappuniż

139,02

DKK

Krona Daniża

7,4387

GBP

Lira Sterlina

0,88800

SEK

Krona Żvediża

11,2528

CHF

Frank Żvizzeru

1,0051

ISK

Krona Iżlandiża

154,30

NOK

Krona Norveġiża

10,6945

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,011

HUF

Forint Ungeriż

396,96

PLN

Zloty Pollakk

4,6888

RON

Leu Rumen

4,9423

TRY

Lira Turka

20,3196

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5586

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4494

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4471

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7014

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4311

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 343,41

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,2482

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2729

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 412,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,6890

PHP

Peso Filippin

59,440

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

35,751

BRL

Real Brażiljan

5,5512

MXN

Peso Messikan

20,4391

INR

Rupi Indjan

88,0960


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2023/C 14/04)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Logħob Olimpiku 2024

Deskrizzjoni tad-disinn: Mitt sena wara l-Logħob Olimpiku tal-1924, Franza qed terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf, li se jsir f’Pariġi fl-2024, avveniment b’eku internazzjonali li l-intensità tiegħu gradwalment tinbena fis-snin li jwasslu għall-avveniment.

Fl-okkażjoni tal-countdown għal-Logħob Olimpiku, Monnaie de Paris tixtieq tiċċelebra l-mixja sal-Logħob. Għalhekk qed tippjana li kull sena, fl-2022, fl-2023 u fl-2024 toħroġ munita kommemorattiva ta’ żewġ euro b’wiċċ oriġinali li jiċċelebra l-Logħob, permezz tal-wirt ta’ Franza u ta’ Pariġi.

Id-disinn jirrappreżenta l-ġenju, figura u ikona nazzjonali tan-numismatika Franċiża. Huwa qed jiġi ppreżentat jipprattika t-tfigħ tad-diskus b’mod “antik” b’referenza għal-Logħob Olimpiku tal-era Antika. Is-siluwett tiegħu jitħallat ma’ dak tal-Arc de Triomphe, element ewlieni tal-wirt Pariġin. Huwa jifforma assi komuni ma’ dan il-monument emblematiku tar-rebħ. Fl-isfond, hija rrappreżentata korsa tal-atletika li fih tiddaħħal l-emblema ta’ Pariġi 2024 fuq in-naħa tal-lemin. Id-data tas-sena, l-ittri RF u l-marki taz-zekka jiddaħħlu taħt l-arkata u madwar is-sieq tal-Arc.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 260 000

Data tal-ħruġ: Settembru 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/6


Sejħa għall-Proposti

TIS 2023 - Ideat li jbiddlu d-dinja: it-Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tal-Istitut tal-BEI tal-2023

(2023/C 14/05)

L-Istitut tal-BEI jorganizza t-tnax-il Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu.

It-TIS jippromwovi ideat innovattivi u jippremja l-inizjattivi li joħolqu impatt soċjali u ambjentali, li jkopru proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma — mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta’ impjiegi, għal teknoloġiji, sistemi u proċessi ġodda. Il-proġetti kollha jikkompetu għal żewġ premji f’Kategorija Ġenerali u l-proġetti li jindirizzaw it-tema ta’ din is-sena ta’ bliet u komunitajiet sostenibbli se jikkompetu wkoll għal żewġ premji fil-Kategorija Speċjali. Il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji se jingħataw l-ewwel jew it-tieni premju ta’ EUR 100 000 jew EUR 40 000, u Premju tal-Għażla tal-Udjenza ta’ EUR 10 000.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-turnew u kif tissottometti proposta innovattiva, żur: http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10807 – VIASAT / INMARSAT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 14/06)

1.   

Fid-9 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Viasat, Inc. (“Viasat”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Inmarsat Group Holdings Limited (“Inmarsat”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Connect Topco Limited (“Connect Topco”, Guernsey).

Viasat se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Inmarsat.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Kummissjoni Spanjola tas-Swieq Nazzjonali u tal-Kompetizzjoni (“CNMC”) skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet sussegwentament ingħaqdu magħha l-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, France, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja, ir-Rumanija u l-Isvezja.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Viasat: kumpanija li hija kkwotata fil-borża u li tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet bidirezzjonali globalment bbażati fuq is-satellita, u hija s-sid u tħaddem erba’ satelliti ġeostazzjonarji li jduru mad-dinja. Viasat għandha tliet segmenti kummerċjali prinċipali: servizzi bis-satellia, networks kummerċjali u sistemi tal-gvern,

Inmarsat: Kumpanija b’ishma privati li toffri servizzi ta’ komunikazzjonijiet bidirezzjonali globalment ibbażati fuq is-satellita u hija s-sid u tħaddem 15-il satellita ġeostazzjonarja li jdur mad-dinja. Inmarsat hija organizzata f’erba’ unitajiet kummerċjali: il-marittimu, il-gvern, l-avjazzjoni u l-intrapriża.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li Ir-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10807 – VIASAT/INMARSAT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).