ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
13ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 12/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2023 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Brokdorf (KBR) fil-Land of Schleswig-Holstein, il-Ġermanja

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2023/C 12/02

Ftehim tat-12 ta’ Diċembru 2022 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 12/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-12 ta' Jannar 2023

7

2023/C 12/04

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

8

2023/C 12/05

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Frar 2023 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794 /2004)

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 12/06

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 12/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10964 – WILMAR / CLARIANT / CLARIANT QUATS BUSINESS JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2023/C 12/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10815 – DEUTSCHE TELEKOM / ORANGE / TELEFONICA / VODAFONE / JV) ( 1 )

13

2023/C 12/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10989 — BLACKSTONE / EMERSON (HVAC AND REFRIGERATION TECHNOLOGY BUSINESS)) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Jannar 2023

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Brokdorf (KBR) fil-Land of Schleswig-Holstein, il-Ġermanja

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2023/C 12/01)

Il-valutazzjoni t’hawn taħt saret skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal xi valutazzjoni addizzjonali li trid issir skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li jirriżultaw minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fil-31 ta' Jannar 2022, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tal-Ġermanja, id-Data Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta mid-dekummissjonar u miż-żarmar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Brokdorf.

Abbażi ta’ din id-data u tat-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Mejju 2022 u pprovdut mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Awwissu 2022, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit għall-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ id-Danimarka, hija ta’ 110 km.

2.

Waqt operazzjonijiet ta’ dekummissjonar u żarmar normali tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Brokdorf (KBR), ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi ma għandhomx ikunu responsabbli li jirriżultaw f’esponiment li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, għall-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-limiti tad-dożi stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fuq is-sit (fis-sala l-ġdida tat-tħejjija tat-Trasport) qabel ma jiġi ttrasportat lejn faċilitajiet liċenzjati ta’ trattament jew rimi li jinsabu fil-Ġermanja.

L-iskart solidu u l-fdalijiet materjali mhux radjuattivi li jkunu konformi mal-livelli ta’ approvazzjoni se jiġu skarikati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta mid-dekummissjonar u miż-żarmar ta’ Brokdorf (KBR), li jinsab fil-Land ta’ Schleswig-Holstein, fil-Ġermanja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta' aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, x'aktarx li ma tirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi ta' Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod ulterjuri. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/3


FTEHIM

tat-12 ta’ Diċembru 2022

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

(2023/C 12/02)

1.

Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

1, Knyaz Alexander I Sq.

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Hrvatska narodna banka

Trg hrvatskih velikana 3

HR-10002 Zagreb

HRVATSKA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Krisztina körút 55

1013

MAGYARORSZÁG/L-UNGERIJA

Narodowy Bank Polski

ul. Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA/IL-POLONJA

Banca Naţională a României

Strada Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

SE-103 37 Stokkolma

SVERIGE

u

(2)

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

1.

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999.

2.

Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politiki tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

3.

Il-Kroazja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II sa mill-2020. Hrvatska narodna banka huwa parti fil-ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra miż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5), bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6), bil-Ftehim tas-6 ta’ Diċembru 2013 (7), bil-Ftehim tas-13 ta’ Novembru 2014 (8) u bil-Ftehim tat-22 ta’ Jannar 2020 (9) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

4.

Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (10) id-deroga favur il-Kroazja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012 (11) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. L-euro ser tkun il-munita tal-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2023 u minn dik id-data Hrvatska narodna banka m’għandux jibqa’ parti fil-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II.

5.

Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Kroazja,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Kroazja

Hrvatska narodna banka m’għandux ikompli jagħmel parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Artikolu 2

Sostituzzjoni tal-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa ssostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2022.

Għal

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Għal

Česká národní banka

Għal

Danmarks Nationalbank

Għal

Hrvatska narodna banka

Għal

Magyar Nemzeti Bank

Għal

Narodowy Bank Polski

Għal

Banca Naţională a României

Għal

Sveriges Riksbank

Għal

Bank Ċentrali Ewropew


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.

(5)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3.

(6)  ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.

(7)  ĠU C 17, 21 ta’ Jannar 2014, p. 1.

(8)  ĠU C 64, 21.2.2015, p. 1.

(9)  ĠU C 32 I, 1.2.2020, p. 1.

(10)  ĠU L 187, 14.7.2022, p. 31.

(11)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.


ANNESS

LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERM II

b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023

(EUR mijuni)

Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

810

Česká národní banka

1 320

Danmarks Nationalbank

1 250

Magyar Nemzeti Bank

1 130

Narodowy Bank Polski

3 680

Banca Naţională a României

1 860

Sveriges Riksbank

1 950

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Eesti Pank

xejn

Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d’Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Hrvatska narodna banka

xejn

Latvijas Banka

xejn

Lietuvos bankas

xejn

Banque centrale du Lussemburgu

xejn

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn


(1)  L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta' Jannar 2023

(2023/C 12/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0772

JPY

Yen Ġappuniż

140,61

DKK

Krona Daniża

7,4385

GBP

Lira Sterlina

0,88690

SEK

Krona Żvediża

11,2730

CHF

Frank Żvizzeru

1,0056

ISK

Krona Iżlandiża

154,30

NOK

Krona Norveġiża

10,7228

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,036

HUF

Forint Ungeriż

399,60

PLN

Zloty Pollakk

4,6920

RON

Leu Rumen

4,9440

TRY

Lira Turka

20,2312

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5570

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4439

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4121

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6937

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4309

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 340,17

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,1417

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2700

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 456,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,6955

PHP

Peso Filippin

59,292

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

35,849

BRL

Real Brażiljan

5,5556

MXN

Peso Messikan

20,3745

INR

Rupi Indjan

87,7830


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/8


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 12/04)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur(i) tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2023) 31

is-6 ta’ Jannar 2023

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru KE: -, Nru CAS:-

AGC Biologics A/S, Vandtårnsvej 83 B, 2860, Søborg, id-Danimarka

AGC Biologics GmbH, Czernyring 22, 69115, Heidelberg, il-Ġermanja

REACH/22/45/0

REACH/22/45/1

REACH/22/45/2

REACH/22/45/3

Bħala deterġent għall-inattivazzjoni ta’ viruses fil-produzzjoni ta’ proteini terapewtiċi bl-użu ta’ ċelloli mammiferi ospitanti

Bħala deterġent matul il-proċess ta’ purifikazzjoni ta’ bijofarmaċewtiċi rikombinanti derivati minn espressjoni mikrobjali jospitaw proġetti fejn il-proċessi ġew approvati mill-awtoritajiet (fejn il-proċessi huma konformi mal-Prattika Tajba ta’ Manifattura)

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  1 Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu).


13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/9


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Frar 2023

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794 /2004 (1))

(2023/C 12/05)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 487, 22.12.2022, p. 8.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.2.2023

2,56

2,56

0,79

2,56

7,43

2,56

2,92

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

15,10

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

7,62

2,56

8,31

2,44

2,56

2,56

2,77

1.1.2023

31.1.2023

2,56

2,56

0,36

2,56

7,43

2,56

2,92

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

15,10

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

2,56

7,62

2,56

8,31

2,44

2,56

2,56

2,77


(1)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/10


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

(2023/C 12/06)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew l-azzar,

Ir-Russja

L-Ukrajna

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1469 tal-1 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 246, 2.10.2018, p. 20)

3.10.2023


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10964 – WILMAR / CLARIANT / CLARIANT QUATS BUSINESS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 12/07)

1.   

Fil-5 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Clariant International Ltd (“Clariant”, l-Iżvizzera), li tappartjeni għal Clariant Group li finalment huwa kkontrollat minn Clariant AG (l-Iżvizzera),

KOG Investments Pte. Ltd (“Wilmar”, Singapore), ikkontrollata minn Wilmar International Limited (Singapore),

Global Amines Company Pte. Ltd (“GAC”, Singapore), ikkontrollata bi sħab minn Clariant and Wilmar,

Il-Quats Business ta’ Clariant (“Quats Business”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Clariant, kienu jinkludu, inter alia, siti ta’ produzzjoni fil-Ġermanja, fil-Brażil u fl-Indoneżja kif ukoll PI fl-Iżvizzera u assi oħra li jinsabu madwar id-dinja.

Clariant u Wilmar, permezz ta’ GAC, se jakkwistaw kontroll bi sħab, il-Quats Business fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Clariant huwa attiv inter alia fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ surfactants katjoniċi,

Wilmar huwa attiv inter alia fil-produzzjoni ta’ u l-bejgħ ta’ aċidi grassi u alkoħol xaħmi,

GAC hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ amini, inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ aġenti tensjoattivi mhux joniċi, katjoniċi u amfoteriċi.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Quats Business huma prinċipalment l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ komposti tal-ammonju kwaternarju (magħrufa bħala “quats”, quaternary ammonium compounds) permezz tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni integrati tiegħu kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ. Sa ċertu punt, il-Quats Business jipproduċi prodotti intermedji għall-manifattura tal-quats.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieħ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10964 – WILMAR / CLARIANT / CLARIANT QUATS BUSINESS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10815 – DEUTSCHE TELEKOM / ORANGE / TELEFONICA / VODAFONE / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 12/08)

1.   

Fis-6 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Deutsche Telekom AG (“Deutsche Telekom”, il-Ġermanja),

Orange SA (“Orange”, Franza),

Telefónica, S.A. (“Telefonica”, Spanja),

Vodafone Group plc (“Vodafone”, ir-Renju Unit).

Deutsche Telekom, Orange, Telefónica u Vodafone se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab ġdida (joint venture, JV).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Deutsche Telekom hija operatur multinazzjonali tat-telekomunikazzjoni b’attivitajiet f’aktar minn 50 pajjiż madwar id-dinja li jipprovdu servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli u/jew fissi kif ukoll aċċess għall-internet, televiżjoni u prodotti tat-teknoloġija,

Orange hija operatur multinazzjonali tat-telekomunikazzjoni b’attivitajiet f’27 pajjiż madwar id-dinja li jipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika prinċipalment fil-qasam tat-telekomunikazzjoni fissa u mobbli u l-aċċess għall-internet kif ukoll is-servizzi tat-telekomunikazzjoni lil kumpaniji multinazzjonali,

Telefónica hija operatur multinazzjonali tat-telekomunikazzjoni u fornitur tan-network mobbli b’attivitajiet prinċipalment fl-Ewropa, fir-Renju Unit u fl-Amerka t’Isfel li jipprovdu servizzi mobbli, fissi, tal-internet u tat-televiżjoni,

Vodafone hija operatur multinazzjonali tat-telekomunikazzjoni b’attivitajiet f’21 pajjiż b’mod predominanti fl-Ewropa u fl-Afrika li jipprovdu servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli, servizzi tat-telefonija fissa u servizzi bl-imnut tat-televiżjoni u tat-teknoloġija.

3.   

Il-JV se tkun attiva fil-provvista ta’ soluzzjoni ta’ identifikazzjoni diġitali biex tappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni diġitali u l-attivitajiet ta’ reklamar ta’ ditti u pubblikaturi.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10815 – DEUTSCHE TELEKOM / ORANGE / TELEFONICA / VODAFONE / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10989 — BLACKSTONE / EMERSON (HVAC AND REFRIGERATION TECHNOLOGY BUSINESS))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 12/09)

1.   

Fis-6 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Blackstone Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Emerald JV Holdings L.P. (Climate Technologies Business ta’ Emerson Electric Co.) (l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollat minn Emerson Electric Co. (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Blackstone Inc. se takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Emerald JV Holdings L.P. kollha kemm hi. (il-Climate Technologies Business ta’ Emerson Electric Co.).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Blackstone Inc. hija maniġer tal-assi globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka u għandha uffiċċji fl-Ewropa u fl-Asja,

Emerald JV Holdings L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerka) għandha n-negozju ta’ teknoloġiji tal-klima kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali li joperaw b’mod indipendenti ta’ Emerson Electric Co. u li jikkonsisti f’portafoll ta’ prodotti u servizzi fis-setturi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kondizzjonata u tat-teknologija ta’ refriġerazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10989 — BLACKSTONE / EMERSON (HVAC AND REFRIGERATION TECHNOLOGY BUSINESS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.