|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 10/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10645 — 10645 - ETEX / XI (INSMAT) HOLDINGS) ( 1 ) |
|
|
2023/C 10/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10937 — EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 10/03 |
||
|
2023/C 10/04 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 1 ) |
|
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2023/C 10/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 10/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10645 — 10645 - ETEX / XI (INSMAT) HOLDINGS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 10/01)
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10645. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10937 — EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 10/02)
FI-4 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10937. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta' Jannar 2023
(2023/C 10/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0747 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4375 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88673 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,2783 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9967 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
154,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,7380 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,027 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
399,10 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6819 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9335 |
|
TRY |
Lira Turka |
20,1793 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5588 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4429 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,3974 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6912 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4316 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 341,01 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
18,2827 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2807 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 612,34 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6975 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,013 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,895 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5840 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,4957 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,8120 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/4 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 10/04)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detenturi tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2023)5 |
il-5 ta’ Jannar 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (4-tert-OPnEO) Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:- |
PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PRC DeSoto International Inc. – OR5, Amsterdamseweg 14, 1422 AD Uithoorn, in-Netherlands; |
REACH/22/40/0 |
Formulazzjoni ta’ komponent tat-twebbis li jkun fih l-4-tert-OPnEO fis-siġillanti tal-polisulfuri f’żewġ partijiet għas-settur ajruspazjali u tad-difiża |
l-4 ta’ Jannar 2025 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta. |
|
Sealants Europe SAS, Boeing Distribution, Inc., 84-116 rue Salvador Allende 95870 Bezons, Franza |
REACH/22/40/1 |
||||||
|
PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PPG Industries (UK) Ltd. - OR23 |
REACH/22/40/2 |
||||||
|
Boeing Distribution, Inc., Schillingweg 40 2153PL Nieuw-Vennep Noord-Holland, in-Netherlands; |
REACH/22/40/3 |
||||||
|
Haas Group International SP. Z.O.O., ul Ryszarda Chomicza, Nowa Wieś Wrocławska, 13 - E, 55 – 080 Wrocławska, Wroclaw, il-Polonja |
REACH/22/4/4 |
||||||
|
PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PRC DeSoto International Inc. – OR5 |
REACH/22/40/5 |
Taħlit ta’ komponenti tas-siġillanti tal-polisulfuri bażi ma’ komponent tat-twebbis li fih l-4-OPnEO, li jirriżulta f’taħlitiet li jkun fihom anqas minn 0,1 % w/w ta’ 4-OPnEO għall-użijiet ajruspazjali u għad-difiża li huma eżenti mill-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 56(6), il-punt (a), tar-REACH fis-settur tal-ajruspazju u tad-difiża u fil-katini tal-provvista assoċjati |
|||||
|
Sealants Europe SAS |
REACH/22/40/6 |
||||||
|
PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PPG Industries (UK) Ltd. - OR23 |
REACH/22/40/7 |
||||||
|
Boeing Distribution, Inc. |
REACH/22/40/8 |
||||||
|
Haas Group International SP. Z.O.O. |
REACH/22/40/9 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
Il-Qorti tal-Awdituri
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/6 |
Ir-Rapport Speċjali 01/2023:
“Għodod li ffaċilitaw l-ivvjaġġar ġewwa l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 – Inizjattivi rilevanti, b’impatt li jvarja bejn suċċess u użu limitat”
(2023/C 10/05)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 01/2023 tagħha: “Għodod li ffaċilitaw l-ivvjaġġar ġewwa l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 – Inizjattivi rilevanti, b’impatt li jvarja bejn suċċess u użu limitat”.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=62947
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/7 |
Avviż lill-impriżi li fl-2024 beħsiebhom jintroduċu fis-suq fl-Unjoni Ewropea l-idrofluworokarburi bl-ingrossa
(2023/C 10/06)
1.
Dan l-Avviż huwa indirizzat lil kull impriża li fl-2024 tixtieq tagħmel dikjarazzjoni sabiex tintroduċi fis-suq fl-Unjoni Ewropea l-idrofluworokarburi bl-ingrossa, f’konformità mal-Artikoli 16(2) u 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”). F’dan l-Avviż kull referenza għall-Unjoni tinftiehem li tinkludi l-Irlanda ta’ Fuq (2).
2.
L-idrofluworokarburi (HFCs) huma s-sustanzi elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament, jew taħlitiet li fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi:HFC-23, HFC-32, HFC-41, HFC-125, HFC-134, HFC-134a, HFC-143, HFC-143a, HFC-152, HFC-152a, HFC-161, HFC-227ea, HFC-236cb, HFC-236ea, HFC-236fa, HFC-245ca, HFC-245fa, HFC-365mfc, HFC-43-10mee.
3.
Kull introduzzjoni fis-suq ta’ dawn is-sustanzi, ħlief għall-użi elenkati fil-punti minn (a) sa (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament jew għal kwantità totali annwali ta’ dawn is-sustanzi inqas mill-ekwivalenti ta’ 100 tunnellata ta’ CO2 kull sena, hija soġġetta għal-limiti kwantitattivi tas-sistema tal-kwoti stabbilita fl-Artikoli 15 u 16 kif ukoll fl-Annessi V u VI tar-Regolament.
4.
Fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-HFCs, l-importaturi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida bħala importaturi ta’ HFCs fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC (3) f’konformità mar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi” (4). Din ir-reġistrazzjoni hija meqjusa bħala liċenzja obbligatorja għall-importazzjoni. Liċenzja simili hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ HFCs (5).
5.
Skont l-Anness VI tar-Regolament, is-somma tal-kwoti allokati abbażi tal-valuri ta’ referenza titnaqqas mill-kwantità massima disponibbli għall-2024 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata minn din ir-riżerva.
6.
Id-data kollha ppreżentata mill-impriżi, kif ukoll il-kwoti u l-valuri ta’ referenza huma maħżuna online fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC. Id-data kollha fil-“Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC”, inkluż il-kwoti, il-valuri ta’ referenza u d-data kummerċjali u personali, tiġi trattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni Ewropea.
7.
L-impriżi li jixtiequ jiksbu kwota minn din ir-riżerva jeħtieġ li jsegwu l-proċedura deskritta fil-punti 9 sa 12 ta’ dan l-Avviż.
8.
Skont l-Artikoli 16(2) u 17(1) tar-Regolament, l-impriża li tiddikjara l-intenzjoni li tikseb kwota mir-riżerva jeħtieġ li jkollha profil tar-reġistrazzjoni validu, approvat mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661, bħala produttur u/jew importatur tal-idrofluworokarburi fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC. Sabiex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, inkluża l-ħtieġa possibbli għal informazzjoni addizzjonali, l-applikazzjoni trid issir mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel il-bidu tal-perjodu ta’ dikjarazzjoni, jiġifieri qabel it-20 ta’ Frar 2023. Għal kull applikazzjoni li tasal wara din l-iskadenza, ma jistax jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali rigward l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ dikjarazzjoni. Il-kumpaniji li għad mhumiex irreġistrati jistgħu jsibu gwida dwar kif għandhom jirreġistraw fuq is-sit web tad-DĠ CLIMA (6).
9.
L-impriża trid tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet previsti għall-2024 fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC fil-perjodu ta’ dikjarazzjoni mis-6 ta’ Marzu 2023 sal-5 ta’ April 2023, 13:00h CET. Gwida dwar kif għandha tiġi sosttomessa dikjarazzjoni tal-kwoti tinsab fuq is-sit web tad-DĠ CLIMA (7).
10.
Huma dawk id-dikjarazzjonijiet mimlija kif suppost biss, li jkunu mingħajr żbalji u li jaslu qabel il-5 ta’ April 2023, 13:00h CET li se jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni.
11.
Abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni talloka kwoti lil dawn l-impriżi f’konformità mal-Artikolu 16(2), 16(4) u 16(5) kif ukoll mal-Annessi V u VI tar-Regolament.
12.
L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 jistipula li għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwoti għall-introduzzjoni fis-suq ta’ HFCs skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, l-impriżi kollha bl-istess sid benefiċjarju/sidien benefiċjarji għandhom jitqiesu bħala dikjarant wieħed f’konformità mal-Artikolu 16(2) u (4) tar-Regolament.
13.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-impriżi dwar it-total tal-kwoti allokati għall-2024 permezz tal-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC.
14.
Ir-reġistrazzjoni fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC u/jew id-dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-introduzzjoni fis-suq tal-HFCs fl-2024 fiha nnifisha ma tagħti l-ebda dritt għall-introduzzjoni fis-suq tal-HFCs fl-2024.
(1) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2014.150.01.0195.01.ENG
(2) Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12020W/TXT
(3) Ir-reġistru ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 517/2014:/https://webgate.ec.europa.eu/fgas
(4) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32019R0661&from=MT
(5) Ara l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1375: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32017R1375
(6) https:/climate.ec.europa.eu/system/files/2022-01/policy_f-gas_guidance_document_mt.pdf
(7) https://climate.ec.europa.eu/system/files/2020-02/guidance_submitting_quota_declaration_en.pdf