ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 7

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
9ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 7/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 7/02

Kawża C-873/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Bundersrepubblik Deutshland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Artikolu 9(3) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent – Locus standi ta’ tali assoċjazzjoni quddiem qorti nazzjonali sabiex tiġi kkontestata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija lil ċerti vetturi – Regolament (KE) Nru 715/2007 – Artikolu 5(2)(a) – Vetturi bil-mutur – Magna diżil – Emissjonijiet ta’ tniġġis – Valv għar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) – Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn tieqa tat-temperaturi – Tagħmir ta’ manipulazzjoni – Awtorizzazzjoni ta’ tali tagħmir meta l-bżonn ikun iġġustifikat fir-rigward ta’ protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura – Livell tat-teknoloġija)

2

2023/C 7/03

Kawżi magħquda C-885/19 P u C-898/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 – Fiat Chrysler Finance Europe vs L-Irlanda (Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali, u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) – Vantaġġ – Natura selettiva – Prinċipju ta’ distakkament – Qafas ta’ referenza – Dritt nazzjonali applikabbli – Tassazzjoni msejħa normali)

3

2023/C 7/04

Kawża C-211/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Valencia Club de Fútbol, SAD, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell – Għajnuna mill-Istat – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Self lil tliet klabbs tal-futbol tal-Komunità ta’ Valencia (Valencia CF, Hércules CF u Elche CF) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Valencia CF – Kunċett ta’ vantaġġ – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Komunikazzjoni dwar il-garanziji – Interpretazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea – Oneru tal-prova – Żnaturament)

4

2023/C 7/05

Kawża magħquda C-704/20 u C-39/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B (C-704/20), X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Dritt fundamentali għal-libertà – Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 15 – Direttiva 2013/33/UE – Artikolu 9 – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Artikolu 28 – Stħarriġ tal-legalità ta’ detenzjoni u taż-żamma ta’ miżura ta’ detenzjoni – Eżami ex officio – Dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

4

2023/C 7/06

Kawża C-163/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no7 de Barcelona – Spanja) – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE – Ftehimiet kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda tal-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Direttiva 2014/104/UE – Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 22(2) – Applikabbiltà ratione temporis – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ provi rilevanti li jinsabu fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz – Artikolu 5(2) – Produzzjoni ta’ ċerti provi jew kategoriji rilevanti ta’ provi abbażi ta’ informazzjoni fattwali raġonevolment disponibbli – Artikolu 5(3) – Eżami tal-proporzjonalità tat-talba għall-produzzjoni ta’ provi – Ibbilanċjar tal-interessi leġittimi tal-partijiet u ta’ terzi – Portata tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet)

5

2023/C 7/07

Kawża C-203/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Burgas – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DELTA STROY 2003 (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI – Applikabbiltà – Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika għal nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn fiskali – Kunċett ta’ konfiska – Artikolu 48, 49 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Sanzjonijiet ta’ natura kriminali – Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni – Drittijiet tad-difiża – Impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali fuq persuna ġuridika għal ksur imwettaq mir-rappreżentant ta’ din il-persuna ġuridika – Proċeduri kriminali parallela mhux magħluqa kontra dan ir-rappreżentant – Proporzjonalità)

6

2023/C 7/08

Kawża C-278/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Dansk Akvakultur li qed taġixxi f’isem AquaPri A/S vs Miljø- og Fødevareklagenævnet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali, tal-fawna u tal-flora selvaġġa – Artikolu 6(3) – Evalwazzjoni ta’ proġett li jista’ jaffettwa żona protetta – Obbligu ta’ evalwazzjoni – Tkomplija tal-attività ekonomika ta’ installazzjoni diġà awtorizzata fl-istat ta’ proġett, f’kundizzjonijiet li baqgħu l-istess, fil-każ fejn l-awtorizzazzjoni ingħatat wara evalwazzjoni inkompleta)

7

2023/C 7/09

Kawża C-385/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Akkordji – Artikoli 101 TFUE – Sanzjoni imposta mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ irreġistrat fir-rapport tal-introjtu – Talba intiża sabiex l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tieħu inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ differenti – Rifjut tal-awtorità tal-kompetizzjoni – Sitwazzjoni ekonomika reali tal-impriża kkonċernata – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

8

2023/C 7/10

Kawża C-414/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – VP CAPITAL NV vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Artikoli 49 u 54 TFUE – Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih ġiet ikkostitwita – Riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel it-trasferiment – Eżenzjoni – Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

8

2023/C 7/11

Kawża C-442/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) tad-10 ta’ Novembru 2022 – Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Settur postali – Provvista tas-servizz universali – Kalkolu – Metodu tal-ispejjeż netti evitati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji intanġibbli attribwibbli għas-servizz universali – Użu ta’ fondi mogħtija għall-kumpens – Garanzija li tkopri l-ispejjeż tat-tkeċċija ta’ ċerta kategorija ta’ impjegati fil-każ ta’ falliment tal-fornitur tas-servizz universali – Tqassim kontabbli tal-ispejjeż komuni għall-attivitajiet li jaqgħu taħt is-servizz universali u dawk li ma jaqgħux taħtu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern)

9

2023/C 7/12

Kawża C-486/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o. vs Mestna občina Ljubljana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema pubblika ta’ kiri u ta’ użu kondiviż ta’ vetturi bil-mutur elettriċi – Distinzjoni tal-kunċetti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi u ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvisti – Direttiva 2014/23/UE – Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 – Artikolu 20(4) – Kunċett ta’ kuntratti mħallta – Artikolu 8 – Determinazzjoni tal-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi – Kriterji – Artikolu 27 – Artikolu 38 – Direttiva 2014/24/UE – Il-punti 5 u 8 tal-Artikolu 2(1) – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – Anness XXI – Possibbiltà li tiġi imposta kundizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ attività professjonali speċifika taħt id-dritt nazzjonali – Impossibbiltà li din il-kundizzjoni tiġi imposta fuq il-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi – Regolament (KE) Nru 2195/2002 – Artikolu 1(1) – Obbligu ta’ riferiment esklużiv għall-Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi fid-dokumenti tal-konċessjoni – Regolament Nru 1893/2006 – Artikolu 1(2) – Impossibbiltà li jsir riferiment għan-NACE Rev. 2 fid-dokumenti ta’ konċessjoni)

10

2023/C 7/13

Kawża Kawża C-494/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eircom Limited vs Commission for Communications Regulation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Direttiva 2002/22/CE (id-Direttiva Servizz Universali) – Artikolu 12 – Kalkolu tal-ispiża u finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali – Fornitur uniku ta’ servizz universali u diversi fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fis-suq – Determinazzjoni tal-piż inġust)

11

2023/C 7/14

Kawża C-631/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Taxi Horn Tours BV vs gemeente Weert, gemeente Nederweert, Touringcars VOF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2014/24/UE – Għoti ta’ kuntratti – Punt 10 tal-Artikolu 2(1) – Kunċett ta’ operatur ekonomiku – Inklużjoni ta’ soċjetà f’isem kollettiv li ma għandhiex personalità ġuridika – Artikolu 19(2) u Artikolu 63 – Impriża konġunta jew użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tas-soċji – Artikolu 59(1) – Obbligu li jiġi pprovdut dokument Ewropew ta’ akkwist uniku (DEAU) wieħed jew iktar – Finalità tad-DEAU)

12

2023/C 7/15

Kawża C-702/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Laboratoire Pareva vs Biotech3D Ltd & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (Appell – Prodotti bijoċidali – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 – Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) – Rifjut ta’ approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 – Approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 2 u 4 – Effett teratoġeniku – Evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem)

13

2023/C 7/16

Kawża C-243/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Lecce – L-Italja) – Proċeduri kriminali kontra AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 49 – Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni – Esklużjoni tan-natura punibbli tal-ksur minħabba n-natura partikolarment dgħajfa tiegħu – Ġurisprudenza nazzjonali li tipprojbixxi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali għall-proċeduri quddiem il-qorti konċiljatorja – Assenza ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

14

2023/C 7/17

Kawża C-606/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Settembru 2022 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy vs B. sp.j.

14

2023/C 7/18

Kawża C-621/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Settembru 2022 – Koninklijke Nederlandse Lawn Tennisbond vs Autoriteit Persoonsgegevens

15

2023/C 7/19

Kawża C-647/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (L-Estonja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Globex International OÜ vs Duclos Legnostrutture Srl u RD

15

2023/C 7/20

Kawża C-655/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – I (*1)  GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt HZA (*1) 

16

2023/C 7/21

Kawża C-656/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Askos Properties EOOD vs Zamestnik izpalnitelen direktor na Darzhaven fond Zemedelie

17

2023/C 7/22

Kawża C-675/22: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

18

2023/C 7/23

Kawża C-688/22 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 minn Methanol Holdings (Trinidad) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-744/19, Methanol Holdings (Trinidad) vs Il-Kummissjoni

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 7/24

Kawża T-270/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs SRB (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2018 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ imparzjalità – Dritt għal smigħ xieraq – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà)

20

2023/C 7/25

Kawża T-271/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs CRU (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Fastidju psikoloġiku – Ammissibbiltà – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċaħda tat-talba – Assenza ta’ bidu ta’ prova – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà)

20

2023/C 7/26

Kawża T-298/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – KD vs EUIPO (Servizz ċivili – Membri tal-persunal temporanju – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 – Rapport ta’ evalwazzjoni – Proċedura prekontenzjuża – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà – Dannu morali)

21

2023/C 7/27

Kawża T-475/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – LE vs Il-Kummissjoni (Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) – Noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ sussidji mogħtija permezz ta’ kuntratt – Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv – Artikolu 299 TFUE)

22

2023/C 7/28

Kawża T-582/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Ighoga Region 10 et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ lukanda u ta’ ċentru tal-kungressi f’Ingolstadt – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Assenza ta’ diffikultajiet serji)

22

2023/C 7/29

Kawża T-624/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Esperjenza professjonali insuffiċjenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Sistema lingwistika – Ugwaljanza fit-trattament)

23

2023/C 7/30

Kawża T-714/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Żball ta’ evalwazzjoni)

24

2023/C 7/31

Kawża T-231/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Arblu) (Disinn komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta arblu – Raġuni ta’ invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002)

25

2023/C 7/32

Kawża T-273/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – The Bazooka Companies vs EUIPO– Bilkiewicz (Forma ta’ flixkun tat-trabi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ flixkun tat-trabi – Użu ġenwin tat-trade mark – It-tieni paragrafu punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Natura tal-użu mit-trade mark – Forma li tvarja f’elementi li ma jbidlux il-karattru distintiv – Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2023/C 7/33

Kawża T-275/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ mudell ta’ checkerboard II) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell ta’ checkerboard – Raġuni assoluta għal invalidità – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Evalwazzjoni globali tal-provi tal-karattru distintiv miksub bl-użu – Portata ġeografika tal-provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Prova li tikkonċerna l-użu ta’ trade mark fuq l-internet – Provi li jikkonċernaw proċeduri ta’ ksur)

27

2023/C 7/34

Kawża T-323/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta karattri Ċiniżi – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE 2017/1001 – Artikolu 58(1)1(a) tar-Regolament 2017/1001 – Tibdil tal-karattru distintiv)

27

2023/C 7/35

Kawża T-601/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Pharmadom vs EUIPO – Wellstat Therapeutics (WELLMONDE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WELLMONDE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

28

2023/C 7/36

Kawża T-604/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – WP et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Talba għall-ħlas lura tal-ammont tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali ttrasferiti – Ċaħda tat-talba – Regola tal-minimu li jiggarantixxi l-għajxien – Arrikkiment indebitu – Ugwaljanza fit-trattament)

29

2023/C 7/37

Kawża T-621/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Lemken vs EUIPO (Sfumatura ta’ ċelest) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ ċelest – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001)

29

2023/C 7/38

Kawża T-668/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Siremar vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Għajnuna għas-salvataġġ – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni – Terminu ta’ sitt xhur – Proroga – Eżenzjoni mit-taxxa – Vantaġġ – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Tul tal-proċeduri – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

30

2023/C 7/39

Kawża T-776/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Gameageventures vs EUIPO (GAME TOURNAMENTS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GAME TOURNAMENTS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

31

2023/C 7/40

Kawża T-13/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Loutsou vs EUIPO (POLIS LOUTRON) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLIS LOUTRON – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

31

2023/C 7/41

Kawża T-329/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Canalones Castilla vs EUIPO – Canalones Novokanal (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits)

32

2023/C 7/42

Kawża T-614/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – MBDA France vs Il-Kummissjoni

33

2023/C 7/43

Kawża T-617/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Safran Aircraft Engines vs Il-Kummissjoni

34

2023/C 7/44

Kawża T-633/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – LD vs EUIPO

36

2023/C 7/45

Kawża T-661/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)

37

2023/C 7/46

Kawża T-662/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2022 – Tavitova vs EUIPO – Uccoar (AURUS)

38

2023/C 7/47

Kawża T-663/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (RADIO MOOD In-store Radio, made easy)

39

2023/C 7/48

Kawża T-664/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy)

40

2023/C 7/49

Kawża T-670/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2022 – Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Rappreżentazzjoni ta’ xemx bi kliem bl-għarbi))

40

2023/C 7/50

Kawża T-672/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – López Ibor Aliño vs EUIPO – Dimensión Estratégica Quality Research (LOPEZ-IBOR ABOGADOS)

41

2023/C 7/51

Kawża T-673/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LABCORP)

42

2023/C 7/52

Kawża T-674/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LabCorp)

43

2023/C 7/53

Kawża T-676/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2022 – Giuffrida vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

43

2023/C 7/54

Kawża T-682/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Meta Platforms Ireland vs EDPB

45

2023/C 7/55

Kawża T-694/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2022 – CMT vs EUIPO – Camomilla (CAMOMILLA italia)

45


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 7/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 482, 19.12.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 472, 12.12.2022

ĠU C 463, 5.12.2022

ĠU C 451, 28.11.2022

ĠU C 441, 21.11.2022

ĠU C 432, 14.11.2022

ĠU C 424, 7.11.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Bundersrepubblik Deutshland

(Kawża C-873/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Aċċess għall-ġustizzja - Artikolu 9(3) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Locus standi ta’ tali assoċjazzjoni quddiem qorti nazzjonali sabiex tiġi kkontestata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija lil ċerti vetturi - Regolament (KE) Nru 715/2007 - Artikolu 5(2)(a) - Vetturi bil-mutur - Magna diżil - Emissjonijiet ta’ tniġġis - Valv għar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) - Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn “tieqa tat-temperaturi” - Tagħmir ta’ manipulazzjoni - Awtorizzazzjoni ta’ tali tagħmir meta l-bżonn ikun iġġustifikat fir-rigward ta’ protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura - Livell tat-teknoloġija)

(2023/C 7/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Umwelthilfe eV

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Fil-preżenza ta’: Vollkswagen AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, li għandha locus standi in judicio konformement mad-dritt nazzjonali, ma tkunx tista’ tikkontesta quddiem qorti nazzjonali deċiżjoni amministrattiva li tagħti jew li temenda approvazzjoni tat-tip tal-KE li tista’ tkun kontra l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (EUR 5 u EUR 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

2)

L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmir ta’ manipulazzjoni ma jistax jiġi ġġustifikat, skont din id-dispożizzjoni, ħlief bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit li dan it-tagħmir jissodisfa strettament il-bżonn li jiġu evitati r-riskji immedjati ta’ ħsara jew ta’ inċident tal-magna, ikkawżati minn nuqqas ta’ funzjonament ta’ komponent tas-sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost, ta’ gravità tali li joħolqu perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura mgħammra bl-imsemmi tagħmir. Minbarra dan, il-“bżonn” ta’ tagħmir ta’ manipulazzjoni, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jeżisti biss meta, fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ dan it-tagħmir jew tal-vettura li hija mgħammra bih, ebda soluzzjoni teknika oħra ma tippermetti li jiġu evitati riskji immedjati ta’ ħsara jew ta’ inċident tal-magna li jiġġeneraw perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 – Fiat Chrysler Finance Europe vs L-Irlanda

(Kawżi magħquda C-885/19 P u C-898/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali, u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) - Vantaġġ - Natura selettiva - Prinċipju ta’ distakkament - Qafas ta’ referenza - Dritt nazzjonali applikabbli - Tassazzjoni msejħa “normali”)

(2023/C 7/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fiat Chrysler Finance Europe (rappreżentanti: N. De Boynes, avocat, M. Doeding, solicitor, M. Engel, Rechtsanwalt, F. Hoseinian, advokat, G. Maisto, A. Massimiano, avvocati, J. Rodríguez, abogado, M. Severi, avvocato, u A. Thomson, solicitor), L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn B. Doherty, BL, P. Gallagher, SC, u S. Kingston, SC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Uri, aġenti, assistiti minn J. Bracker, A. Steichen u D. Waelbroeck, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u B. Stromsky, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-885/19 P u C-898/19 P huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2019, Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni (T-755/15 u T-759/15, EU:T:2019:670), hija annullata.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat hija annullata.

4)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell fil-Kawża C-885/19 P.

5)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-Kawża C-885/19 P.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell fil-Kawża C-898/19 P.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 45, 10.02.2020

ĠU C 54, 17.02.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Valencia Club de Fútbol, SAD, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-211/20 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika - Self lil tliet klabbs tal-futbol tal-Komunità ta’ Valencia (Valencia CF, Hércules CF u Elche CF) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Valencia CF - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ - Komunikazzjoni dwar il-garanziji - Interpretazzjoni - Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea - Oneru tal-prova - Żnaturament)

(2023/C 7/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Valencia Club de Fútbol, SAD (rappreżentanti: G. Cabrera López, J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u D. López Rus, abogados), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. Ruiz Sánchez, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Valencia Club de Fútbol, S.A.D.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B (C-704/20), X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21)

(Kawża magħquda C-704/20 u C-39/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Dritt fundamentali għal-libertà - Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 15 - Direttiva 2013/33/UE - Artikolu 9 - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 28 - Stħarriġ tal-legalità ta’ detenzjoni u taż-żamma ta’ miżura ta’ detenzjoni - Eżami ex officio - Dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

(2023/C 7/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-704/20), X (C-39/21)

Konvenuti: C, B (C-704/20), Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21)

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) u (3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, l-Artikoli 9(3) u (5) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, u l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqrija flimkien mal-Artikoli 6, u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-istħarriġ, minn awtorità ġudizzjarja, tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, għandu jwassal sabiex din l-awtorità tirrileva ex officio, abbażi tal-elementi tal-fajl miġjuba għall-attenzjoni tagħha, kif ikkompletati jew iċċarati waqt il-proċedura kontradittorja quddiemha, l-eventwali nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni ta’ legalità li ma ġiex invokat mill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no7 de Barcelona – Spanja) – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH

(Kawża C-163/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE - Ftehimiet kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda tal-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Direttiva 2014/104/UE - Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 22(2) - Applikabbiltà ratione temporis - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ provi rilevanti li jinsabu fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz - Artikolu 5(2) - Produzzjoni ta’ ċerti provi jew kategoriji rilevanti ta’ provi abbażi ta’ informazzjoni fattwali raġonevolment disponibbli - Artikolu 5(3) - Eżami tal-proporzjonalità tat-talba għall-produzzjoni ta’ provi - Ibbilanċjar tal-interessi leġittimi tal-partijiet u ta’ terzi - Portata tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet)

(2023/C 7/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AD et

Konvenuti: PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-indikazzjoni li ssir tal-provi rilevanti fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz tirrigwarda wkoll dawk li l-parti li lilha ssir it-talba għal produzzjoni tal-provi għandha toħloq ex novo, billi tgħaqqad jew tikklassifika informazzjoni, għarfien jew data fil-pussess tagħha, bla ħsara għall-osservanza stretta tal-Artikolu 5(2) u (3) ta’ din id-direttiva, li jobbliga lill-qrati nazzjonali aditi li jillimitaw il-produzzjoni tal-provi għal dak li hu rilevanti, proporzjonat u neċessarju, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi u d-drittijiet fundamentali ta’ dik il-parti.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Burgas – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DELTA STROY 2003

(Kawża C-203/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI - Applikabbiltà - Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika għal nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn fiskali - Kunċett ta’ “konfiska” - Artikolu 48, 49 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Sanzjonijiet ta’ natura kriminali - Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni - Drittijiet tad-difiża - Impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali fuq persuna ġuridika għal ksur imwettaq mir-rappreżentant ta’ din il-persuna ġuridika - Proċeduri kriminali parallela mhux magħluqa kontra dan ir-rappreżentant - Proporzjonalità)

(2023/C 7/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Burgas

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

DELTA STROY 2003

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Burgas

Dispożittiv

L-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-qorti nazzjonali tista’ timponi fuq persuna ġuridika sanzjoni kriminali għal reat li għalih tkun responsabbli persuna fiżika li għandha s-setgħa li torbot jew tirrappreżenta lil din il-persuna ġuridika, fil-każ fejn din tal-aħħar ma tkunx tqiegħdet f’pożizzjoni li tikkontesta l-eżistenza ta’ dan ir-reat.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Dansk Akvakultur li qed taġixxi f’isem AquaPri A/S vs Miljø- og Fødevareklagenævnet

(Kawża C-278/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali, tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Artikolu 6(3) - Evalwazzjoni ta’ proġett li jista’ jaffettwa żona protetta - Obbligu ta’ evalwazzjoni - Tkomplija tal-attività ekonomika ta’ installazzjoni diġà awtorizzata fl-istat ta’ proġett, f’kundizzjonijiet li baqgħu l-istess, fil-każ fejn l-awtorizzazzjoni ingħatat wara evalwazzjoni inkompleta)

(2023/C 7/08)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dansk Akvakultur li qed taġixxi f’isem AquaPri A/S

Konvenut: Miljø- og Fødevareklagenævnet

Fil-preżenza ta’: Landbrug & Fødevarer

Dispożittiv

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

it-tkomplija, f’kundizzjonijiet li baqgħu l-istess, tal-attività ta’ installazzjoni li diġà ġiet awtorizzata fl-istat ta’ proġett ma għandhiex, bħala prinċipju, tiġi suġġetta għall-obbligu ta’ evalwazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, fil-każ fejn, minn naħa, l-evalwazzjoni li saret qabel din l-awtorizzazzjoni kienet tirrigwarda biss l-effett ta’ dan il-proġett ikkunsidrat individwalment, filwaqt li ma tteħditx inkunsiderazzjoni il-konġunzjoni tiegħu ma proġetti oħra, u fejn, min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtorizzazzjoni tissuġġetta din it-tkomplija għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni ġdida prevista mid-dritt intern, din tal-aħħar għandha tkun ippreċeduta minn evalwazzjoni ġdida, konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmija dispożizzjoni;

2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li it-tkomplija tal-attività ta’ installazzjoni li diġà ġiet awtorizzata fl-istat ta’ proġett wara evalwazzjoni mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni, tiġi suġġetta għal evalwazzjoni ġdida konformi ma dawn ir-rekwiżiti u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk għat-twettiq ta’ din l-evalwazzjoni ġdida, għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni evalwazzjonijiet imwettqa fil-frattemp, bħal dawk li twettqu qabel l-adozzjoni ta’ pjan nazzjonali ta’ ġestjoni ta’ baċir idrografiku u ta’ pjan Natura 2000 li jirrigwarda, b’mod partikolari, iż-żona li fiha tinstab iż-żona li tista’ tiġi affettwata minn din l-attività, jekk dawn l-evalwazzjonijiet preċedenti huma rilevanti u jekk il-konstatazzjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet li jinstabu fihom huma ta’ natura kompleta, preċiża u definittiva.


(1)  ĠU C 278, 12.07.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei

(Kawża C-385/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 101 TFUE - Sanzjoni imposta mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ irreġistrat fir-rapport tal-introjtu - Talba intiża sabiex l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tieħu inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ differenti - Rifjut tal-awtorità tal-kompetizzjoni - Sitwazzjoni ekonomika reali tal-impriża kkonċernata - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2023/C 7/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zenith Media Communications SRL

Konvenut: Consiliul Concurenţei

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li skontha, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa imposta fuq impriża għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni hija meħtieġa, fiċ-ċirkustanzi kollha, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ kif jidher mir-rapport tal-introjtu ta’ din l-impriża, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà li teżamina l-elementi mressqa minn din tal-aħħar bl-għan li juru li l-imsemmi dħul mill-bejgħ ma jirriflettix is-sitwazzjoni ekonomika reali tal-imsemmija impriża u li, konsegwentement, huwa meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni, taħt id-dħul mill-bejgħ, ammont ieħor li jirrifletti din is-sitwazzjoni, sakemm dawn l-elementi jkunu preċiżi u dokumentati.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – VP CAPITAL NV vs Belgische Staat

(Kawża C-414/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 49 u 54 TFUE - Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih ġiet ikkostitwita - Riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel it-trasferiment - Eżenzjoni - Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

(2023/C 7/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VP CAPITAL NV

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li bis-saħħa tagħha ż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija fi Stat Membru, wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din tal-aħħar, jiġu ttrattati bħala qligħ kapitali latenti, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt dwar jekk dawn l-azzjonijiet jew dawn l-ishma tawx lok għad-dħul fil-kontijiet ta’ tnaqqis fil-valur minn din il-kumpannija f’data li fiha hija kienet residenti fiskali fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 368, 13.9.2021


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) tad-10 ta’ Novembru 2022 – Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-442/21 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Provvista tas-servizz universali - Kalkolu - Metodu tal-ispejjeż netti evitati - Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji intanġibbli attribwibbli għas-servizz universali - Użu ta’ fondi mogħtija għall-kumpens - Garanzija li tkopri l-ispejjeż tat-tkeċċija ta’ ċerta kategorija ta’ impjegati fil-każ ta’ falliment tal-fornitur tas-servizz universali - Tqassim kontabbli tal-ispejjeż komuni għall-attivitajiet li jaqgħu taħt is-servizz universali u dawk li ma jaqgħux taħtu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern)

(2023/C 7/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, J. Carpi Badía u L. Nicolae, aġenti), Jørgen Jensen Distribution A/S, Dansk Distribution A/S, ir-Renju tad-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u Søndahl Wolff, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, advokat, sussegwentement minn Søndahl Wolff, aġent, assistit minn R. Holdgaard, advokat)

Intervenjent insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Post Danmark (représentant: O. Koktvedgaard, advokat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S u Danske Fragtmænd A/S huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka u Post Danmark għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 382, 20.09.2021


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o. vs Mestna občina Ljubljana

(Kawża C-486/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema pubblika ta’ kiri u ta’ użu kondiviż ta’ vetturi bil-mutur elettriċi - Distinzjoni tal-kunċetti ta’ “konċessjonijiet ta’ servizzi” u ta’ “kuntratti pubbliċi ta’ provvisti” - Direttiva 2014/23/UE - Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 - Artikolu 20(4) - Kunċett ta’ “kuntratti mħallta” - Artikolu 8 - Determinazzjoni tal-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi - Kriterji - Artikolu 27 - Artikolu 38 - Direttiva 2014/24/UE - Il-punti 5 u 8 tal-Artikolu 2(1) - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 - Anness XXI - Possibbiltà li tiġi imposta kundizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ attività professjonali speċifika taħt id-dritt nazzjonali - Impossibbiltà li din il-kundizzjoni tiġi imposta fuq il-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 2195/2002 - Artikolu 1(1) - Obbligu ta’ riferiment esklużiv għall-“Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi” fid-dokumenti tal-konċessjoni - Regolament Nru 1893/2006 - Artikolu 1(2) - Impossibbiltà li jsir riferiment għan-“NACE Rev. 2” fid-dokumenti ta’ konċessjoni)

(2023/C 7/12)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o

Konvenut: Mestna občina Ljubljana

Dispożittiv

1)

Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2019,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tikkostitwixxi “konċessjoni ta’ servizzi” l-operazzjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tafda l-ħolqien u l-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi lil operatur ekonomiku li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu hija fil-parti l-kbira allokata għall-akkwist ta’ dawn il-vetturi, u li fiha d-dħul ta’ dan l-operatur ekonomiku ġej essenzjalment mit-tariffi mħallsa mill-utenti ta’ dan is-servizz, ladarba tali karatteristiċi huma tali li jistabbilixxu li r-riskju relatat mal-operat tas-servizzi konċessi ġie ttrasferit lill-imsemmi operatur ekonomiku.

2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827,

għandu jiġi intepretat fis-sens li:

sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limitu ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva ntlaħaqx, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]”, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tariffi li l-utenti ser iħallsu lill-konċessjonarju, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet u l-ispejjeż li l-awtorità kontraenti għandha ssostni. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra wkoll li l-limitu previst għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat 2019/1827, jintlaħaq meta l-investimenti u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-konċessjonarju, waħdu jew flimkien mal-awtorità kontraenti, matul il-perijodu kollu tal-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni jaqbżu manifestament dan il-limitu ta’ applikabbiltà.

3)

L-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23 kif emendata bir-Regolament Delegat 2019/1827 flimkien mal-punt 7(b) tal-Anness V u mal-premessa 4 ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 4 u l-punt III.1.1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

awtorità kontraenti tista’ tirrikjedi, bħala kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-kandidati, li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali, sakemm operatur ekonomiku jista’ jibbaża fuq ir-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru simili fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit.

4)

L-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827, flimkien mal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, dwar il-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti (CPV),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li awtorità kontraenti, li timponi li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, ma tirreferix għall-Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi kkostitwit mill-kodiċijiet CPV iżda għan-nomenklatura NACE Rév. 2, kif stabbilit mir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika.

5)

L-Artikolu 38(1) u (2) tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827, flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

awtorità kontraenti ma tistax, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità ggarantit mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, tirrikjedi li kull membru ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi jiġi rreġistrat, fi Stat Membru, fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali għall-eżerċizzju tal-attività ta’ kiri u leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi bil-mutur ħfief.


(1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eircom Limited vs Commission for Communications Regulation

(Kawża Kawża C-494/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizz universali u drittijiet tal-utenti - Direttiva 2002/22/CE (id-Direttiva “Servizz Universali”) - Artikolu 12 - Kalkolu tal-ispiża u finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali - Fornitur uniku ta’ servizz universali u diversi fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fis-suq - Determinazzjoni tal-piż inġust)

(2023/C 7/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eircom Limited

Konvenut: Commission for Communications Regulation

Fil-preżenza ta’: Vodafone Ireland Limited, Three Ireland (Hutchison) Limited, Three Ireland Services (Hutchison) Limited

Dispożittiv

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”),

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jimponu fuq l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali kompetenti, sabiex tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżentax piż inġust għal operatur inkarigat minn tali obbligi, li teżamina l-karatteristiċi rispettivi ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħu meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Taxi Horn Tours BV vs gemeente Weert, gemeente Nederweert, Touringcars VOF

(Kawża C-631/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Għoti ta’ kuntratti - Punt 10 tal-Artikolu 2(1) - Kunċett ta’ “operatur ekonomiku” - Inklużjoni ta’ soċjetà f’isem kollettiv li ma għandhiex personalità ġuridika - Artikolu 19(2) u Artikolu 63 - Impriża konġunta jew użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tas-soċji - Artikolu 59(1) - Obbligu li jiġi pprovdut dokument Ewropew ta’ akkwist uniku (DEAU) wieħed jew iktar - Finalità tad-DEAU)

(2023/C 7/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Taxi Horn Tours BV

Konvenuti: gemeente Weert, gemeente Nederweert, Touringcars VOF

Dispożittiv

L-Artikolu 59(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-punt 10 tal-Artikolu 2(1) u mal-Artikolu 63 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mal-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 tal 5 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

impriża konġunta, li, mingħajr ma tkun persuna ġuridika, ikollha l-forma ta’ soċjetà rregolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li tkun irreġistrata fir-reġistru tal-kummerċ tiegħu, li tista’ tkun twaqqfet kemm b’mod temporanju kif ukoll b’mod permanenti u li s-soċji kollha tagħha jkunu attivi fl-istess suq bħala u jkunu responsabbli in solidum għall-eżekuzzjoni tajba tal-obbligi li bihom tkun intrabtet, għandha tipprovdi lill-awtorità kontraenti d-dokument Ewropew ta’ akkwist uniku (DEUA) tagħha stess biss meta jkollha l-intenzjoni tipparteċipa, fuq bażi individwali, fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku jew ikollha l-intenzjoni tissottometti offerta jekk turi li tista’ teżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni billi tuża l-persunal u l-materjal tagħha biss. Għall-kuntrarju, jekk, għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku, din l-impriża konġunta tqis li ser ikollha tuża r-riżorsi proprji ta’ ċerti soċji, hija għandha titqies li ser tuża l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, fis-sens tal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24, u għalhekk ikollha tissottometti, minbarra d-DEAU tagħha stess, id-DEAU ta’ kull soċju li jkollha l-intenzjoni tuża l-kapaċitajiet tiegħu.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Laboratoire Pareva vs Biotech3D Ltd & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-702/21 P) (1)

(Appell - Prodotti bijoċidali - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut ta’ approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 - Approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 2 u 4 - Effett teratoġeniku - Evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem)

(2023/C 7/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratoire Pareva (rappreżentanti: S. Englebert, M. Grunchard u M. Ombredane, avukati, P. Sellar, advocaat, u K. Van Maldegem, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Biotech3D Ltd & Co. KG, il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. Bain u J.-L. Carré, aġenti), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Buchanan, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Laboratoire Pareva huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Lecce – L-Italja) – Proċeduri kriminali kontra AB

(Kawża C-243/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 49 - Prinċipji ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni - Esklużjoni tan-natura punibbli tal-ksur minħabba n-natura partikolarment dgħajfa tiegħu - Ġurisprudenza nazzjonali li tipprojbixxi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali għall-proċeduri quddiem il-qorti konċiljatorja - Assenza ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2023/C 7/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Lecce

Partijiet fil-kawża prinċipali

AB

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Giudice di pace di Lecce (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Lecce, l-Italja), b’deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2022.


(1)  Data tal-preżentata: 6 ta’ April 2022


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Settembru 2022 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy vs B. sp.j.

(Kawża C-606/22)

(2023/C 7/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

Konvenut: B. sp.j.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi min-naħa tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali, sa fejn din ma tippermettix, minħabba l-assenza ta’ bażi legali nazzjonali u ta’ arrikkiment indebitu, il-korrezzjoni tal-ammont tal-bażi taxxabbli u tat-taxxa dovuta, jekk il-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi b’rata ogħla ta’ VAT jiġi rreġistrat permezz ta’ cash register u muri b’irċevuta fiskali u mhux b’fattura tal-VAT, fejn il-prezz ma jinbidilx b’riżultat ta’ din il-korrezzjoni (ammont gross tal-bejgħ)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, kif emendata.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Settembru 2022 – Koninklijke Nederlandse Lawn Tennisbond vs Autoriteit Persoonsgegevens

(Kawża C-621/22)

(2023/C 7/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Koninklijke Nederlandse Lawn Tennisbond

Konvenut: Autoriteit Persoonsgegevens

Domandi preliminari

1)

X’interpretazzjoni għandha tingħata mir-rechtbank (il-Qorti Distrettwali) għall-kunċett ta’ “interess leġittimu”?

2)

Dan il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li fih il-konvenuta tinterpretah? Dawn huma esklużivament interessi stabbiliti u ddeterminati minn liġi?

jew;

3)

Kull interess jista’ jkun interess leġittimu, sakemm ma jkunx imur kontra l-liġi? B’mod iktar speċifiku: interess purament kummerċjali u l-interess inkwistjoni f’dan il-każ, jiġifieri l-komunikazzjoni bi ħlas ta’ data personali mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, jistgħu jitqiesu bħala interess leġittimu f’ċerti ċirkustanzi? Jekk dan huwa l-każ, liema huma ċ-ċirkustanzi li jiddeterminaw jekk interess purament kummerċjali huwiex interess leġittimu?


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (L-Estonja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Globex International OÜ vs Duclos Legnostrutture Srl u RD

(Kawża C-647/22)

(2023/C 7/19)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Globex International OÜ

Konvenuti: Duclos Legnostrutture Srl, RD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-punt 4 tal-Artikolu 371(1) tat-tsiviilkohtumenetluse seadustik (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) (li jipprovdi li l-qorti tiddikjara inammissibbli rikors fil-każ fejn, b’mod partikolari, digriet li jtemm il-proċedura, u li sar definittiv, ingħata minn qorti Estonjana fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-istess partijiet, dwar l-istess suġġett u fuq l-istess bażi, u jeskludi l-fatt li qorti tiġi adita mill-ġdid bl-istess tilwima) tipprekludi l-eżami ta’ rikors dwar kreditu li għalih l-ordni ta’ ħlas Ewropea nħarġet u ġiet iddikjarata eżekuttiva minn qorti ta’ Stat Membru?

2)

Jekk l-ewwel domanda titlob, b’mod ġenerali, risposta li tafferma l-eżistenza ta’ tali preklużjoni, ir-risposta tkun differenti meta jirriżulta, wara li ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva, li din ma ġietx innotifikata b’mod konformi man-normi minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tar-Regolament Nru 1896/2006?

3)

Jekk it-tieni domanda titlob risposta li tafferma l-eżistenza ta’ tali preklużjoni, il-qorti li tkun ħarġet u ddikjarat eżekuttiva ordni ta’ ħlas Ewroprea tista’ tiddeċiedi, ex officio, jew fuq l-inizjattiva tar-rikorrent, li din id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ma hijiex valida meta jirriżulta, wara li ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva, li din ma ġietx innotifikata b’mod konformi man-normi minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tar-Regolament Nru 1896/2006?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-qorti li tkun ħarġet u ddikjarat eżekuttiva ordni ta’ ħlas Ewroprea tista’ tiddikjara ruħha dwar l-invalidità ta’ din id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva indipendentement mill-iżvolġiment, l-għeluq jew l-eżitu tal-proċedura li tirrigwarda l-eżekuzzjoni forzata tal-ordni ta’ ħlas li hija mibdija quddiem il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 399, p. 1.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 –  I (*1) GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt  HZA (*1)

(Kawża C-655/22)

(2023/C 7/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I (*1) GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt  HZA (*1)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li produttur taz-zokkor kellu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal rimbors tal-imposti miġbura indebitament mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2014?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: f’każ bħal dak f’din il-kawża (imposti ffissati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni iżda b’mod definittiv, li r-rimbors tagħhom intalab biss sena wara l-iffissar retroattiv permezz tar-Regolament Nru 1360/2013 ta’ koeffiċjent iktar baxx), l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta r-rimbors ta’ imposti fuq il-produzzjoni miġbura indebitament billi tinvoka dispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-natura definittiva [ta’ deċiżjoni] u t-terminu ta’ ffissar applikabbli skont id-dritt nazzjonali għad-deċiżjonijiet li jiffissaw l-imposti, kif ukoll il-prinċipju taċ-ċertezza legali fid-dritt tal-Unjoni?


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU 2013, L 343, p. 2


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – “Askos Properties” EOOD vs Zamestnik izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”

(Kawża C-656/22)

(2023/C 7/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Askos Properties” EOOD

Konvenut: Zamestnik izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 2(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1) li jipprovdi li, għall-finijiet tal-finanzjament, tal-ġestjoni u tal-monitoraġġ tal-PAK, “forza maġġuri” u “ċirkustanzi eċċezzjonali” jistgħu jiġu rrikonoxxuti b’mod partikolari fil-każ partikolari li jkun hemm esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta’ parti kbira minnha jekk din l-esproprjazzjoni ma setgħetx tiġi antiċipata fid-data li fiha ssir l-applikazzjoni, għandu jiġi interpretat b’mod partikolari fis-sens li jikkostitwixxi forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali jew inkella esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta’ parti kbira minnha l-fatt li jiġi xolt kuntratt konkluż bejn amministrazzjoni muniċipali u benefiċjarju taħt il-miżura 211, “Pagamenti lil bdiewa għal limitazzjonijiet naturali f’reġjuni bil-muntanji”, li tagħmel parti mill-programm għall-iżvilupp ta’ żoni rurali għall-perijodu bejn l-2007 u l-2013, dwar id-dritt għall-użu ta’ artijiet agrikoli muniċipali, bħalma huma artijiet għar-ragħa, mergħat u artijiet mhux maħduma, li x-xoljiment tiegħu twettaq bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ bidla fil-leġiżlazzjoni Bulgara li ma setgħetx tkun prevista mill-benefiċjarju fid-data li fiha ħa l-impenn?

2.

L-ipoteżi prevista fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (2) tkun issodisfatta fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ artijiet muniċipali, mikrija mill-benefiċjarju tal-miżura 211, “Pagamenti lil bdiewa għal limitazzjonijiet naturali f’reġjuni bil-muntanji”, liema xoljiment ikun twettaq bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ bidla fil-leġiżlazzjoni Bulgara, jiġifieri l-emendi u ż-żidiet magħmula permezz taż-Zakon za izmenenie a dopalnenie na Zakona za sobstvenosta i polzvaneto na zemedelskite zemi (il-Liġi li Temenda u li Tissupplimenta l-Liġi dwar it-Titolu u l-Użu ta’ Artijiet Agrikoli) li introduċew ir-rekwiżit li l-bidwi jkollu azjenda bl-annimali u jirreġistra numru ddeterminat ta’ annimali tar-razzett mal-Agentsia za bezopasnost na hranite (l-Aġenzija għas-Sigurtà tal-Ikel, il-Bulgarija), fi proporzjon previst fl-Artikolu 37i(4) taż-Zakon za sobstvenostta i polzvaneto na zemedelskite zemi (il-Liġi dwar it-Titolu u l-Użu ta’ Artijiet Agrikoli), sabiex ikun jista’ jingħata artijiet agrikoli taħt titolu ta’ kiri jew ta’ użu, bidla din li la l-benefiċjarju u lanqas il-korp amministrattiv ma kienu f’pożizzjoni li jipprevedu fid-data li fiha ttieħed l-impenn?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-675/22)

(2023/C 7/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblik tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż;

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-bażi legali tar-regolament ikkontenstat hija valida, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament 2022/1369 ikkontestat.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja tqajjem il-motivi li ġejjin kontra r-Regolament 2022/1369 ikkontestat:

1)

motiv dwar bażi legali żbaljata għall-adozzjoni tar-Regolament flimkien ma’ ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE b’rabta mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE, billi r-regolament inwistjoni ma ġiex adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE, li jeżiġi l-unanimità fil-Kunsill, minkejja li r-Regolament jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru minn fost sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura globali tal-provvista ta’ enerġija tagħha.

Il-Polonja tressaq kontra r-Regolament ikkontestat, l-ewwel, bażi legali żbaljata bħalma huwa l-Artikolu 122(1) TFUE. Il-Polonja tindika li l-għan prinċipali tar-Regolament ikkontestat huwa li jeżerċita influwenza sinjifikattiva fuq il-miżuri ta’ użu ta’ riżorsi enerġetiċi, l-għażla minn fost sorsi differenti ta’ enerġija u fuq l-istruttura globali tal-provvista ta’ enerġija. Peress li r-Regolament jeżerċita influwenza sinjifikattiva fuq il-libertà tal-kompożizzjoni tat-taħlita enerġetika dan għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE, jiġifieri konformement ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali li skontha l-Kunsill jiddeċiedi b’unanimità.

2)

motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali billi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jingħataw setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-attivazzjoni tal-istat ta’ allarm fil-livell tal-Unjoni u l-assenza ta’ spjegazzjoni dwar kif il-miżuri li jinsabu fir-regolament għandhom jilħqu l-għanijiet tiegħu.

3)

motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika.


(1)  ĠU 2022, L 206, p. 1.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/19


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2022 minn Methanol Holdings (Trinidad) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-14 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-744/19, Methanol Holdings (Trinidad) vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-688/22 P)

(2023/C 7/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Methanol Holdings (Trinidad) Ltd (rappreżentanti: B. Servais, u V. Crochet, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Achema AB, Grupa Azoty S.A., Grupa Azoty Zakłady Azotowe Puławy S.A.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza; u

tikkundanna lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe parti intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fl-ewwel istanza;

jew sussidjarjament

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u

tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) u fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Bażiku”) fl-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-prezzijiet indikattivi fil-każ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea permezz ta’ entitajiet relatati u, konsegwentement, ikkonkludiet b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 3(1),(2), (3), (5) sa (8) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argumenti mressqa minn Methanol Holdings (Trinidad) Limited fir-replika dwar l-analiżi tat-tnaqqis fil-prezzijiet u s-soppressjoni tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni u, konsegwntement, iddikjarat b’mod żbaljat li huma inammissibbli.


(1)  ĠU 2016, L 176, p. 21.


Il-Qorti Ġenerali

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs SRB

(Kawża T-270/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2018 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ imparzjalità - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”)

(2023/C 7/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: L. Forestier, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Mejju 2020, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-2018 kif ukoll tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs CRU

(Kawża T-271/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Fastidju psikoloġiku - Ammissibbiltà - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda tat-talba - Assenza ta’ bidu ta’ prova - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”)

(2023/C 7/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: L. Forestier u H. Ehlers, aġent, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza mressqa fit-2 ta’ Mejju 2019 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tas-SRB tat-23 ta’ Jannar 2020 li jiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2019 kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – KD vs EUIPO

(Kawża T-298/20) (1)

(“Servizz ċivili - Membri tal-persunal temporanju - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2023/C 7/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: KD (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u ppreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għall-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2019 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li setgħet ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ KD għall-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti minn KD.

4)

KD għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – LE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/20) (1)

(“Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ sussidji mogħtija permezz ta’ kuntratt - Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE”)

(2023/C 7/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LE (rappreżentant: M. Straus, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3988 final tad-9 ta’ Ġunju 2020 dwar l-irkupru ta’ ammont prinċipali ta’ EUR 275 915,12 mingħandha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LE hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Ighoga Region 10 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ lukanda u ta’ ċentru tal-kungressi f’Ingolstadt - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Assenza ta’ diffikultajiet serji”)

(2023/C 7/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10) (Ingolstadt, il-Ġermanja), MJ, MK (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: J. Möller, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 2623 final tat-28 ta’ April 2020 li tiddikjara, fi tmien il-fażi ta’ eżami preliminari fil-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat SA. 48582 (2017/FC), li l-miżuri ddenunzjati fl-ilment ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn Ighoga Region 10 dwar il-kostruzzjoni li kienet għaddejja taċ-ċentru għal kungressi ta’ Ingolstadt (il-Ġermanja) u ta’ lukanda fil-viċinanza ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat implimentati mill-Ġermanja favur il-grupp Maritim u KHI Immobilien GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċżud.

2)

Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 e. V. (Ighoga Region 10), MJ u MK huma kkundannati jbati l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-624/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali insuffiċjenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Sistema lingwistika - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 7/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MV (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u M. Brauhoff, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tad-29 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad it-talba tiegħu għal reviżjoni tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 li ma jiġix ammess għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 – Uffiċjali tas-sigurtà (AD 7), tal-avviż tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-abbozz ta’ lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa sofra minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MV huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill

(Kawża T-714/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2023/C 7/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. L. Iriarte Ángel u E. Delage González, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, S. Sáez Moreno u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, l-ewwel, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal-10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2020, L 298, p. 23), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal-10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2020, L 298, p. 1), it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/448 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 87, p. 35), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/446 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 87, p. 19), it-tielet, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 321, p. 32), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1464 tal-10 ta’ Settembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna(ĠU 2021, L 321, p. 1), u, ir-raba’, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 84, p. 28), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 84, p. 2, rettifika fil-ĠU 2022, L 271, p. 24), sa fejn dawn l-atti jżommu ismu fuq il-listi annessi mal-imsemmija atti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal-10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal-10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/448 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/446 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1464 tal-10 ta’ Settembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, huma annullati, sa fejn l-isem ta’ Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov inżamm fuq il-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Arblu)

(Kawża T-231/21) (1)

(“Disinn komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta arblu - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2023/C 7/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Praesidiad Holding (Zwevegem, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Rieger-Jansen u D. Op de Beeck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zaun Ltd (Wolverhampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Petter u J. Saladin, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Frar 2021 (Każ R 2068/2019-3).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Frar 2021 (Każ R 2068/2019-3) hija annullata.

2)

It-talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat taħt in-numru 127204-0001 ippreżentata minn Zaun Ltd fis-27 ta’ Marzu 2018 hija miċħuda.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Praesidiad Holding.

4)

Zaun għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – The Bazooka Companies vs EUIPO– Bilkiewicz (Forma ta’ flixkun tat-trabi)

(Kawża T-273/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ flixkun tat-trabi - Użu ġenwin tat-trade mark - It-tieni paragrafu punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Natura tal-użu mit-trade mark - Forma li tvarja f’elementi li ma jbidlux il-karattru distintiv - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 7/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Bazooka Companies, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti), li titħalla tissostitwixxi lil The Topps Company, Inc. (rappreżentanti: D. Wieddekind u D. Wiemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Trebor Robert Bilkiewicz (Gdansk, il-Polonja) (rappreżentant: P. Ratnicki-Kiczka, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1326/2020-2).

Dispożittiv

1)

The Bazooka Companies, Inc., hija ammessa li tissostitwixxi The Topps Company, Inc., bħala rikorrenti.

2)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1326/2020-2) hija annullata.

3)

L-EUIPO hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn The Bazooka Companies.

4)

Trebor Robert Bilkiewicz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ mudell ta’ checkerboard II)

(Kawża T-275/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell ta’ checkerboard - Raġuni assoluta għal invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Evalwazzjoni globali tal-provi tal-karattru distintiv miksub bl-użu - Portata ġeografika tal-provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Prova li tikkonċerna l-użu ta’ trade mark fuq l-internet - Provi li jikkonċernaw proċeduri ta’ ksur”)

(2023/C 7/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, N. Parrotta u P.-Y. Gautier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Norbert Wisniewski (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Frar 2021 (Każ R 1307/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Louis Vuitton Malletier huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)

(Kawża T-323/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta karattri Ċiniżi - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE 2017/1001 - Artikolu 58(1)1(a) tar-Regolament 2017/1001 - Tibdil tal-karattru distintiv”)

(2023/C 7/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Castel Frères (Blanquefort, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shanghai Panati Co. (Shanghai, iċ-Ċina)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Marzu 2021 (Każ R 753/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Castel Frères hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 2.8.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Pharmadom vs EUIPO – Wellstat Therapeutics (WELLMONDE)

(Kawża T-601/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WELLMONDE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2023/C 7/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M.-P. Dauquaire, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wellstat Therapeutics Corp. (Rockville, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1776/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pharmadom hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – WP et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-604/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Talba għall-ħlas lura tal-ammont tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali ttrasferiti - Ċaħda tat-talba - Regola tal-‘minimu li jiggarantixxi l-għajxien’ - Arrikkiment indebitu - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2023/C 7/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: WP, WQ, WR (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, fil-kapaċità tagħhom ta’ aventi kawża ta’ A, jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2020 li tiċħad it-talba ta’ ħlas lura tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali miksuba minn din il-persuna qabel il-mewt tagħha u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mill-imsemmija persuna taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WP, WQ u WR huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 452, 8.11.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Lemken vs EUIPO (Sfumatura ta’ ċelest)

(Kawża T-621/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ ċelest - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2023/C 7/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lemken GmbH & Co. KG (Alpen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Kuschel u W. von der Osten-Sacken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2037/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lemken GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Siremar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Għajnuna għas-salvataġġ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni jew ta’ likwidazzjoni - Terminu ta’ sitt xhur - Proroga - Eżenzjoni mit-taxxa - Vantaġġ - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Tul tal-proċeduri - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2023/C 7/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sicilia Regionale Marittima SpA – Siremar (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene, F. Rossi Dal Pozzo u A.Moriconi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz, C. M. Carrega u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 4268 final tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) eżegwiti mill-Italja favur Siremar u l-akkwirent tagħha, Società Navigazione Siciliana (SNS).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sicilia Regionale Marittima SpA – Siremar hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Gameageventures vs EUIPO (GAME TOURNAMENTS)

(Kawża T-776/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GAME TOURNAMENTS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2023/C 7/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gameageventures LLP (Folkestone, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 211/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gameageventures LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Loutsou vs EUIPO (POLIS LOUTRON)

(Kawża T-13/22) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLIS LOUTRON - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

(2023/C 7/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Alexandra Loutsou (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: S. Psomakakis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 544/2020-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexandra Loutsou hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2022 – Canalones Castilla vs EUIPO – Canalones Novokanal (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits)

(Kawża T-329/22)

(2023/C 7/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Canalones Castilla, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: F. J. Serrano Irurzun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Canalones Novokanal, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju (Kanali għall-ġbir tal-ilma; kondjuwits) – Disinn Komunitarju Nru 363 486-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2022 fil-Każ R 1122/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fil-każ li t-talbiet ta’ din il-parti jiġu miċħuda fit-totalità tagħhom, meta tiddeċiedi dwar l-ispejjeż fid-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri, tiddeċiedi li l-partijiet l-oħra għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

L-iżvelar minn qabel tad-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma ġiex stabbilit b’mod suffiċjenti.

Sussidjarjament, id-disinn ippreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala disinn preċedenti ma jipproduċix l-istess impressjoni globali bħad-disinn inkwistjoni.

Sussidjarjament, l-iżvelar kien frawdolenti minħabba li kien abbużiv fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/33


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – MBDA France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-614/22)

(2023/C 7/42)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MBDA France (Le Plessis-Robinson, Franza) (rappreżentanti: F. de Bure u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Lulju 2022 (ARES(2022)5278815) li tiċħad il-proposta EDF-2021-AIRDEF-D-EATMI-HYDIS (iktar ’il quddiem il-“Proposta HYDIS”), abbażi tal-Artikoli 256 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tannulla fuq l-istess bażi kwalunkwe deċiżjoni relatata sabiex tippermetti l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-proposti sottomessi bi tweġiba għas-Sejħa għal Proposti EDF-2021-AIRDEF-D “Endo-atmospheric interceptor – concept phase” u l-allokazzjoni mill-ġdid tal-finanzjament, inkluża d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-proposta sottomessa mill-konsorzju kkoordinat minn Sener Aeroespacial (iktar ’il quddiem il-“Proposta HYDEF”);

tordna lill-konvenuta tipproduċi d-dokumenti kollha mitluba mir-rikorrenti dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Proposti HYDIS u HYDEF;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għall-ispejjeż l-oħra tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha billi applikat metodoloġija ta’ klassifikazzjoni artifiċjali u arbitrarja li ma kinitx taqbel mal-għanijiet ewlenin tas-soluzzjoni ta’ interċettaturi endoatmosferiċi (iktar ’il quddiem il-“Proġett EATMI”).

Il-Proġett EATMI għandu l-għan li jalloka sussidju ta’ EUR 100 miljun mill-Fond Ewropew għad-Difiża (iktar ’il quddiem il-“FED”) għall-fażi tad-disinn ta’ soluzzjoni ta’ interċettaturi kontra missili u gliders “ipersoniċi”. Dan it-tip ġdid ta’ armi tal-ajru li, sal-lum, ma jistgħux jiġu miġġielda minn sistemi eżistenti ta’ difiża tal-ajru, intużaw għall-ewwel darba mir-Russja waqt l-invażjoni tagħha tal-Ukraina. F’kuntest ta’ nuqqas ta’ sigurtà ġeopolitika għoli, huma jikkostitwixxu theddida bla preċedent, b’impatt sinjifikattiv u potenzjalment eżistenzjali għall-integrità u għas-sigurtà tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni. Huma jeħtieġu approċċ ġdid għad-disinn tad-difiża tal-ajru. Madankollu, il-metodoloġija ta’ klassifikazzjoni tal-Kummissjoni titbiegħed minn dan l-għan:

L-ewwel, il-Kummissjoni applikat metodoloġija ta’ ponderazzjoni standard identika għall-proġetti kollha tal-FED tal-2021, mingħajr ma qieset l-interessi kruċjali tal-Proġett EATMI;

It-tieni, il-Kummissjoni evalwat il-proposti tar-rikorrenti kważi esklużivament abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ġeneriċi komuni għall-proġetti kollha tal-FED tal-2021, li huma irrilevanti jew saħansitra jmorru kontra l-għanijiet tal-Proġett EATMI;

Permezz ta’ din il-metodoloġija artifiċjali u arbitrarja, il-Kummissjoni qabżet is-setgħa diskrezzjonali tagħha, u b’riżultat ta’ dan dgħajfet il-kapaċità tal-Unjoni li trawwem reazzjoni awtonoma għal theddid ipersoniku.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:

Il-Kummissjoni wettqet diversi żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-Proposta HYDIS. B’mod partikolari: (i) il-Kummissjoni fehmet ħażin il-kunċett ta’ “fażi tad-disinn” u ċaħdet il-Proposta HYDIS abbażi ta’ elementi li huma manifestament irrilevanti matul dik il-fażi; (ii) il-Kummissjoni fehmet ħażin il-kunċett ta’ kooperazzjoni transkonfinali. Bħala riżultat ta’ dan, hija evalwat b’mod negattiv il-kontribut tal-passat tal-grupp MBDA għall-integrazzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea, u injorat l-appoġġ tas-setgħat militari ewlenin tal-Unjoni favur il-proposta tiegħu; u (iii) il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq kunsiderazzjonijiet ġeneriċi li ma humiex rilevanti fil-kuntest tal-Proġett EATMI filwaqt li warrbet ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan il-proġett;

L-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni wasslu għal deċiżjoni li fil-biċċa l-kbira tikkontradixxi l-għanijiet ġenerali tal-FED: hija (i) tinjora l-inizjattivi meħuda mill-Istati Membri fil-qafas ta’ Kooperazzjoni Strutturata Permanenti; (ii) tirriżulta f’allokazzjoni subottimali ta’ riżorsi li ma tirriflettix il-perizja tal-atturi Ewropej tad-difiża; u (iii) x’aktarx ser twassal għal duplikazzjonijiet ta’ kompetenzi fi ħdan l-Unjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trasparenza:

Il-Kummissjoni ċaħdet il-Proposta HYDIS fil-parti l-kbira minħabba li ħasset li xi aspetti ma kinux iddettaljati b’mod suffiċjenti. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni kellha d-dmir li tiġbor il-fatti rilevanti kollha inkluż billi titlob kjarifiki mingħand ir-rikorrenti kif xieraq, b’mod partikolari peress li s-sigurtà futura tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni tinsab fil-perikolu. Ir-rikorrenti setgħet faċilment tipprovdi tali kjarifiki. Minflok, l-attitudni passiva tal-Kummissjoni u n-nuqqas tagħha li tiġbor informazzjoni fattwali rilevanti rriżultaw fil-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

Barra minn hekk, dawn in-nuqqasijiet allegati jirrigwardaw kważi esklużivament kunsiderazzjonijiet ġeneriċi komuni għall-proġetti kollha tal-FED tal-2021 li ma humiex relatati mar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali speċifiċi tal-EATMI. Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trasparenza billi pponderat iżżejjed tali kunsiderazzjonijiet, mingħajr ebda informazzjoni minn qabel tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti.

Id-deċiżjoni kkontestata fiha sensiela ta’ dikjarazzjonijiet li ma humiex ċari jew li huwa diffiċli li jinftiehmu fil-kuntest tal-kawża, u b’hekk tipprekludi lir-rikorrenti milli tevalwa l-fondatezza tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha d-dmir li tiċċara kif kienet interpretat u applikat il-kunsiderazzjonijiet ġeneriċi msemmija iktar ’il fuq fil-kuntest speċifiku tal-Proġett EATMI u kif iddeduċiet kummenti negattivi minnhom. Madankollu, hija naqset milli tagħmel dan.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Safran Aircraft Engines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-617/22)

(2023/C 7/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Safran Aircraft Engines (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Hoorelbeke, F. Donnat u M. Perche, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, DĠ DEFIS, bir-referenza Ares (2022)5278390, li tinforma lir-rikorrenti li l-proposta tagħha EDF-2021-ENERENV-D-PES-ALPES bi tweġiba għas-Sejħa EDF-2021-ENERENV-D-PES ġiet miċħuda, kif innotifikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Lulju 2022, hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi u ta’ fatt minħabba li tiddikjara li l-proposta tar-rikorrenti EDF-2021-ENERENV-D-PES-ALPES (iktar ’il quddiem il-“proposta”) bi tweġiba għas-Sejħa għal proposti EDF-2021-ENERENV-D-PES (iktar ’il quddiem is-“Sejħa PES”) ma ssodisfatx il-limitu kwalitattiv minimu sabiex tiġi kkunsidrata għal għoti u għalhekk ċaħdet il-proposta tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 188 u 199 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Artikoli 3(2) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prinċipju ta’ trasparenza, ugwaljanza fit-trattament u ċertezza legali kif ukoll l-obbligu ta’ diliġenza u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-Kummissjoni:

bi ksur tal-Artikoli 3(2) u 10(1) tar-Regolament 2021/697, ikkwalifikat is-Sejħa PES b’mod żbaljat bħala azzjoni ta’ żvilupp minflok azzjoni ta’ riċerka, u b’hekk kisret l-Artikolu 188 tar-Regolament 2018/1046 u l-prinċipji ta’ trasparenza u ugwaljanza fit-trattament li jeħtieġu li l-kundizzjonijiet ta’ sejħa għal proposti jkunu ċari u mhux ambigwi sabiex kull parteċipant ikun f’pożizzjoni ugwali sabiex jissottometti l-proposta tiegħu u dawn il-proposti jkunu jistgħu jiġu evalwati fuq bażi ugwali;

kisret l-Artikolu 199 tar-Regolament 2018/1046 u l-prinċipji ta’ trasparenza u ugwaljanza fit-trattament billi inkludiet kriterji ta’ għoti li ma humiex rilevanti għall-portata u għan-natura tas-sejħa għal proposti, li hija b’mod ċar azzjoni ta' riċerka; u

kisret il-prinċipji ta’ trasparenza, ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba billi ma informatx lir-rikorrenti bil-bidliet fil-kundizzjonijiet li jirregolaw is-Sejħa PES wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE billi ma spjegatx b’mod ċar kif il-kummenti inklużi fir-rapport sommarju tal-evalwazzjoni (iktar ’il quddiem ir-“RSE”) kienu relatati mas-subkriterji differenti li kienu rilevanti għal kull kriterju ta’ għoti, u lanqas ma spjegat kif il-kummenti fir-RSE kienu relatati mal-marka mogħtija għal kull kriterju ta’ għoti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt billi wettqet numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-proposta tar-rikorrenti relatati

l-ewwel, mal-evalwazzjoni tas-sitt kriterju ta’ għoti li jirrigwarda l-“kwalità u l-effiċjenza tat-twettiq tal-azzjoni”;

it-tieni, ma’ każ ta’ penalizzazzjoni doppja, fejn il-Kummissjoni għamlet l-istess rimarka negattiva dwar il-proposta tar-rikorrenti taħt żewġ kriterji ta’ għoti differenti u għalhekk naqqset il-punti darbtejn għall-istess nuqqas;

it-tielet u sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tqis, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti fit-tieni parti tal-ewwel motiv, li l-Kummissjoni setgħet tevalwa l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tal-kriterju ta’ għoti 7, mal-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ għoti 7 li huwa intiż sabiex jiġi evalwat “il-kontribut għaż-żieda fl-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, inkluża l-kosteffikaċja u l-potenzjal għal sinerġiji fil-proċessi tal-akkwist, tal-manutenzjoni u tar-rimi”;

ir-raba’ u sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tqis, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti fit-tieni parti tal-ewwel motiv, li l-Kummissjoni setgħet tevalwa l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tal-kriterju ta’ għoti 8, mal-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ għoti 8 li huwa intiż sabiex jiġi evalwat “il-kontribut għal aktar integrazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża fl-Unjoni kollha billi r-riċevituri juru li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jużaw, ikollhom sjieda jew iżommu b’mod konġunt, il-prodott jew it-teknoloġija finali b’mod koordinat”.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

(2)  Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU 2021, L 170, p. 149, rettifika fil-ĠU 2022, L 161, p. 129).


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/36


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – LD vs EUIPO

(Kawża T-633/22)

(2023/C 7/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LD (rappreżentant: H. Tettenborn, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

L-ewwel, tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2021 sa fejn tiċħad it-talba tar-rikorrenti sottomessa mal-ittra tagħha tat-8 ta’ Awwissu 2021 u mal-ittra tal-avukat tagħha tat-12 ta’ Novembru 2021; u r-rikorrenti titlob ukoll dan li ġej:

tordna lil EUIPO jikkoreġi l-miżuri żbaljati tiegħu (tali korrezzjonijiet u miżuri żbaljati huma elaborati u msemmija fid-dettall fl-[imsemmija] ittra ta’ [isem l-avukat] tat-12 ta’ Novembru 2021) u jinforma lill-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni li r-rikorrenti għadha uffiċjal tal-EUIPO bid-drittijiet u l-privileġġi kollha pprovduti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet u l-Ftehim dwar is-Sede;

tordna lill-EUIPO joħroġ informazzjoni emendata lill-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni sabiex l-approċċ u d-deċiżonijiet illegali tal-Ministeru jkunu jistgħu jiġu rrettifikati mill-iktar fiss possibbli;

tordna lill-EUIPO jiżgura li juża l-mezzi fattwali u legali kollha fil-konfront tal-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni sabiex iżomm jew jagħti lura l-privileġġi kollha tar-rikorrenti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet u l-Ftehim dwar is-Sede.

Barra minn hekk, tannulla kwalunkwe deċiżjoni impliċita tal-EUIPO (it-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea) dwar dawn it-talbiet tar-rikorrenti;

It-tieni, tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2021 sa fejn tiċħad it-talba tar-rikorrenti sottomessa mal-ittra tagħha tat-8 ta’ Awwissu 2021 għal danni materjali bbażata fuq l-imġiba żbaljata tal-EUIPO fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea relatata mal-leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz u tordna lill-EUIPO jħallas id-danni materjali lir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 7 500;

It-tielet, tordna lill-EUIPO jħallas id-danni mhux materjali lir-rikorrenti fl-ammont li jitħalla fid-diskrezzjoni tal-qorti;

Ir-raba’, tordna lil EUIPO jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti għal din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej, b’mod partikolari, li permezz tar-rifjut tal-EUIPO li jilqa’ t-talbiet sottomessi mir-rikorrenti, l-EUIPO jikser id-dmir ta’ premura tiegħu, id-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), Artikoli 35 u 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11 sa 13 tal-Protokoll (Nru 7) Protokoll fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (1) u l-Artikoli 2 sa 3 tal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Unjoni Ewropea, relatat mal-EUIPO (2).

Ir-rikorrenti ssostni li l-EUIPO jwettaq il-ksur imsemmi iktar ’il fuq bir-rifjut tiegħu li jilqa’ t-talbiet sottomessi mir-rikorrenti, intiżi li jiżguraw li l-EUIPO juża l-mezzi fattwali u legali kollha fil-konfront tal-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni sabiex iżomm jew jagħti lura l-privileġġi kollha tar-rikorrenti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll (Nru 7) fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (PPI) u l-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni u d-dritt li wieħed jingħata l-pjanċi tar-reġistrazzjoni OI;

Ir-rikorrenti targumenta li l-EUIPO wettaq żbalji manifesti fl-interpretazzjoni fost l-oħrajn tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u kiser ukoll id-dmir ta’ premura, meta implimenta l-leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz. Ir-rikorrenti ssostni li matul perijodu ta’ diversi xhur, l-EUIPO kien tal-opinjoni falza li l-impjieg tar-rikorrenti mal-EUIPO kien ser jintemm tal-bidu tal-leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz u aġixxa u informa lill-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni skont din l-opinjoni falza;

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li dan l-approċċ u aġir żbaljat tal-EUIPO kien ir-raġuni għaliex il-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni ċaħħad lir-rikorrenti mid-drittijiet u mill-privileġġi tagħha provduti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll (Nru 7) fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea PPI u l-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li l-EUIPO, fost oħrajn, jikser id-dmir ta’ premura tiegħu billi ma jikkonformax ruħu mat-talba tar-rikorrenti li jieħu deċiżjoni sabiex jaġixxi fil-konfront tal-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin u għall-Kooperazzjoni u jiċħad it-talba tar-rikorrenti għal kumpens għad-danni materjali u mhux materjali.


(1)  ĠU 2016, C 202, p. 266.

(2)  Nota editorjali: Dan il-“Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali” (isem uffiċjali) huwa fil-fatt identifikat fl-applikazzjoni bħala “Ftehim dwar is-Sede” jew “SA”.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/37


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)

(Kawża T-661/22)

(2023/C 7/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Claro SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: J. Ferreira Sardinha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Claranet Europe (St Helier, Jersey)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-aħmar u bl-abjad Claro – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 172 934

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1674/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/38


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2022 – Tavitova vs EUIPO – Uccoar (AURUS)

(Kawża T-662/22)

(2023/C 7/46)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zalina Tavitova (Batoulieh, il-Libanu) (rappreżentant: V. Kojevnikov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Uccoar (Carcassonne, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AURUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 205 163

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 2139/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ammettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 205 163, għax-xarbiet mhux alkoħoliċi, bl-eċċezzjoni tal-inbid mhux alkoħoliku;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 205 163, għall-prodotti u l-klassijiet “birer” (klassi 32) u “vodka” (klassi 33);

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark Nru 18 205 163 għall-klassijiet u l-prodotti indikati;

tiċħad it-talbiet kuntrarji ta’ Uccoar;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/39


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (RADIO MOOD In-store Radio, made easy)

(Kawża T-663/22)

(2023/C 7/47)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “RADIO MOOD In-store radio, made easy” bil-kuluri griż, oranġjo u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 150 708

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1853/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy)

(Kawża T-664/22)

(2023/C 7/48)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VIDEO MOOD Digital Signage, made easy” bil-kuluri griż, blu u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 150 691

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1852/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2022 – Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Rappreżentazzjoni ta’ xemx bi kliem bl-għarbi))

(Kawża T-670/22)

(2023/C 7/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Calrose Rice EOOD (Sofia, l-Bulgarija) (rappreżentant: H. Raychev, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ricegrowers Ltd (Leeton, New South Wales, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ xemx bi kliem bl-għarbi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 186 653

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 272/2022-5 visually similar to a high

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kemm f’dawn il-proċeduri kif ukoll fil-proċedimenti ta’ Appell quddiem il-Ħames Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ddeċieda li hemm livell għoli ta’ xebh viżiv bejn is-sinjali pparagunati;

Il-Bord tal-Appell kien żbaljat meta ffoka d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-paragun viżiv tas-sinjali esklużivament fuq il-kliem bil-lingwa Għarbija u r-rappreżentazzjonijiet stilizzati ta’ xemx li jinsabu fit-trade marks kunfliġġenti;

Il-Bord tal-Appell evalwa l-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti b’mod kontradittorju fid-deċiżjoni kollha u għalhekk kiser l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – López Ibor Aliño vs EUIPO – Dimensión Estratégica Quality Research (LOPEZ-IBOR ABOGADOS)

(Kawża T-672/22)

(2023/C 7/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Alfonso López-Ibor Aliño (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dimensión Estratégica Quality Research SL (Madrid)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOPEZ-IBOR ABOGADOS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 190 205

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 500/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara s-sospensjoni ta’ dawn il-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fil-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea 009566291 ESTUDIO JURÍDICO INTERNACIONAL LÓPEZ-IBOR MAYOR & ASOCIADOS, proċedimenti 000053919 C quddiem l-EUIPO;

tilqa’ r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, billi tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li għaliha saret applikazzjoni, u billi tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tintervjeni f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

evalwazzjoni indebita tal-prova tal-użu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-Artikolu 18(1)(b) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LABCORP)

(Kawża T-673/22)

(2023/C 7/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dr. Neumann & Kindler GmbH & Co. KG (Bochum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Gottschalk, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratory Corporation of America Holdings (Burlington, North Carolina, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LABCORP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 174 766

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ 182/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LabCorp)

(Kawża T-674/22)

(2023/C 7/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dr. Neumann & Kindler GmbH & Co. KG (Bochum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Gottschalk, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratory Corporation of America Holdings (Burlington, North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LabCorp – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 174 774

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1998/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/43


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2022 – Giuffrida vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-676/22)

(2023/C 7/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carmela Giuffrida (Catania, l-Italja) (rappreżentant: S. Petillo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 38/2022 tal-14 ta’ Settembru 2022 u kkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku fis-16 ta’ Settembru 2022 li biha l-UPPE (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew) ċaħad b’mod mhux ġustifikat il-ħatra ta’ Dr. Carmela Giuffrida fil-kariga ta’ Prosekutur Delegat Ewropew fis-sede ta’ Bari skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament UPPE (1);

tikkumpensa lil Dr. Giuffrida għad-danni sostnuti li jirriżultaw kemm mid-dewmien fil-konklużjoni tal-proċeduri kif ukoll mir-rifjut illegali tal-ħatra tagħha bi ħsara konsegwenti għar-reputazzjoni tagħha, li huma kkwantifikati għal EUR 445,94 bħala danni materjali u EUR 50 000 bħala danni morali fir-rigward tar-reputazzjoni tagħha għal total ta’ EUR 50 445,94.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Motivazzjoni kontradittorja.

Id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ħatra ta’ Dr. Carmela Giuffrida bħala Prosekutur Delegat Ewropew tal-UPPE għas-sede ta’ Bari tidher li hija nieqsa minn motivazzjoni peress li r-rikorrenti wettqet il-funzjoni mitluba fuq livell nazzjonali għal tmien snin mit-30 ta’ Settembru 1999 sat-8 ta’ Jannar 2008. Matul il-perijodu kollu li fih hija eżerċitat r-rwol tagħha hija ttrattat speċifikament reati li jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji Ewropej.

Mill-ittra ta’ motivazzjoni li r-rikorrenti bagħtet sabiex tissupplimenta u tikkjarifika l-curriculum vitae tagħha, jirriżulta li matul il-perijodu msemmi preċedentement hija kienet tagħmel parti mill-grupp ta’ ħidma mwaqqaf mill-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Catania li kien jittratta r-reati msemmija fl-Artikolu 640a, jiġifieri frodi komunitarji u, konsegwentement, ir-reati kollha konnessi ma’ dan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq differenza fit-trattament.

Ir-rikorrenti tilmenta dwar differenza fit-trattament meta mqabbel ma’ kollegi oħra Taljani li ġew rreklutati.

Ta’ min jiġi nnotat li, sena biss qabel, permezz ta’ sejħa għar-reklutaġġ preċedenti ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej (PED) Taljani, l-uffiċċju tal-UPPE impjega ħmistax-il maġistrat, fuq il-bażi tas-sempliċi ħatra mill-Consiglio Superiore della Magistratura (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, l-Italja) (CSM) u mingħajr ma’ wieħed mill-membri tal-ġudikatura msemmija qabel ġie mistieden għal intervista.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Ir-rikorrenti tilmenta li, minkejja l-ħatra miċ-CSM, istituzzjoni li taf il-karriera kollha ta’ Dr. Giuffrida peress li għandha l-fajl personali tagħha u li ħatritha preċiżament fuq il-bażi ta’ dan l-għarfien, il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi Ewropej ċaħad din id-deċiżjoni mingħajr ma lanqas kiseb kwalunkwe informazzjoni mill-istituzzjonijiet Taljani, bi ksur tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ 13/2020 dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ ta’ Prosekuturi Delegati Ewropej.

4.

It-tielet motiv ibbażat fuq talba għal danni materjali u fuq il-ħsara għar-reputazzjoni.

L-istennija għalxejn għat-tmiem tal-proċedura tal-UPPE, ikkawżat lir-rikorrenti dannu kunsiderevoli kemm mil-lat professjonali kif ukoll mill-aspett tal-ħajja personali tagħha.

Dr. Giuffrida tenfasizza l-ħsara irreversibbli kkawżata anki jekk din il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda u hija kellha tiġi impjegata mill-UPPE. Id-dewmien fir-reklutaġġ tagħha fil-fatt jinvolvi telf ta’ professjonaliżmu speċifiku fil-pożizzjoni tal-PED meta mqabbel ma’ kollegi diġà rreklutati u wkoll u konsegwentement dewmien fil-progress salarjali tagħha li huwa mistenni jseħħ kull tliet snin.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (GU 2017, L 283, p. 1).


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/45


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Meta Platforms Ireland vs EDPB

(Kawża T-682/22)

(2023/C 7/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Meta Platforms Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis, A. Vallery, avukati, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, D. Breatnach, Solicitors, D. McGrath, A. Fitzpatrick, I. McGrath, SC, u E. Egan McGrath, Barrister-at-Law)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla – fl-intier tagħha, jew sussidjarjament, fil-partijiet rilevanti tagħha – d-Deċiżjoni Vinkolanti 2/2022 tal-EDPB tat-28 ta’ Lulju 2022, li ddeterminat li Meta Ireland kisret ċerti rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament 2016/679 (GDPR); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-EDPB mar lil hinn mill-kompetenza tiegħu taħt l-Artikolu 65 GDPR.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser l-Artikolu 6(1)(f) GDPR billi interpreta u applika din id-dispożizzjoni b’mod żbaljat billi naqas milli jwettaq evalwazzjoni komparata, filwaqt li ma kkunsidrax l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u naqas milli jistabbilixxi interess leġittimu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser id-dritt għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta billi injora d-dritt għal smigħ ta’ Meta Ireland u l-obbligi ta’ EDPB li jwettaq evalwazzjoni komprensiva, ekwa u impazjali u li jagħti raġunijiet adegwati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-EDPB kiser l-Artikolu 83 GDPR u diversi prinċipji sottostanti li jirregolaw id-determinazzjoni ta’ multi taħt il-GDPR.


9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/45


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2022 – CMT vs EUIPO – Camomilla (CAMOMILLA italia)

(Kawża T-694/22)

(2023/C 7/55)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: P. Marzano, G. Rubino u F. Cordova, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla Srl (Assago, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CAMOMILLA italia –Trade mark tal-Unjoni Nru 9 287 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1738/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

b’riferiment għal prodotti tal-Klassi 25: tirrikonoxxi l-limitazzjoni tat-trade mark kontenzjuża u, b’konsegwenza, tibgħat il-każ lill-EUIPO għal evalwazzjoni ġdida tar-relazzjoni bejn il-prodotti tal-Klassi 25 tat-trade mark kontenzjuża u l-prodotti tal-Klassi 24 tat-trade mark preċedenti, billi tindika il-prinċipji tad-dritt li tagħhom l-EUIPO ser ikollu jikkonforma fl-aċċertament;

sussidjarjament, jew fejn tħoss opportun, filwaqt li tilqa’ dan ir-rikors, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonferma l-validità tat-trade mark kontenzjuża għal “oġġetti tal-ħwejjeġ” fil-Klassi 25, mingħajr preġudizzju fi kwalunkwe każ għal validità tal-prodotti l-oħra vindikati f’din il-klassi, mhux milquta minn dikjarazzjoni ta’ invalidità;

b’riferiment għal prodotti fil-Klassi 18: billi tilqa’ dan ir-rikors, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tikkonferma l-validità tat-trade mark ikkontestata mill-prodotti li ġejjin: Klassi 18: Oġġetti f’dawn il-materjali mhux inklużi fi klassijiet oħrajn (ġilda u imitazzjonijiet tagħha); bagolli tal-ivvjaġġar; umbrelel; basktijiet tal-baħar; basktijiet tal-iskola, kartieri tad-dokumenti (oġġetti tal-ġilda); kontenituri tal-kards; portmonijiet magħmula minn katini mmaljati; basktijiet tal-id; barżakki ta’ fuq l-ispalla; portafolli; valiġġi; barżakki ta’ fuq id-dahar; (basktijiet għal-); basktijiet tax-xiri; basktijiet għall-affarijiet li jintużaw fil-ġinnasju (sport); kaxxetti tal-kożmetiċi, mhux mgħammra; basktijiet tax-xiri bir-roti;

fi kwalunkwe każ, b’kundanna fil-konfront tal-applikant li jsostni l-ispejjeż ta’ dan il-proċediment u tal-livelli preċedenti ta’ ġudizzju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 60 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.