ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 2/01 |
Komunikazzjoni tal-kummissjoni — Sanzjonijiet finanzjarji fi proċedimenti ta’ ksur |
|
2023/C 2/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10944 — MITSUBISHI / HERE) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 2/03 |
||
2023/C 2/04 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
4.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Sanzjonijiet finanzjarji fi proċedimenti ta’ ksur
(2023/C 2/01)
1. INTRODUZZJONI – L-IŻVILUPP TA’ APPROĊĊ PROPORZJONAT U DISSWAŻIV
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), li fih il-Kummissjoni tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) talli jkun naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattati, hija tista’ tipproponi lill-Qorti timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq dak l-Istat Membru f’żewġ sitwazzjonijiet:
— |
meta l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma ma’ sentenza preċedenti tal-Qorti li tkun sabet ksur tad-dritt tal-Unjoni (l-Artikolu 260(2) TFUE) (1), |
— |
meta Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżuri li jittrasponu direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva (l-Artikolu 260(3) TFUE). |
Fiż-żewġ każijiet, is-sanzjoni imposta mill-Qorti tista’ tkun magħmula minn ħlas ta’ somma f’daqqa, bħala konsegwenza tal-kontinwazzjoni tal-ksur sal-għoti tas-sentenza tagħha jew il-konformità sħiħa, jekk tintlaħaq qabel, u ħlas ta’ penali ta’ kuljum, biex l-Istat Membru kkonċernat jiġi mħeġġeġ itemm il-ksur mill-aktar fis possibbli wara l-għoti tas-sentenza. Il-Kummissjoni tipproponi l-ammonti għas-sanzjonijiet finanzjarji lill-Qorti, iżda huwa f’idejn il-Qorti, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha (2), li tiddetermina l-ammonti li hija tqis xierqa għaċ-ċirkostanzi u proporzjonati kemm għall-ksur li jkun ġie stabbilit kif ukoll għall-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat (3).
Il-possibbiltà li l-Qorti timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri – u li l-Kummissjoni titlob l-impożizzjoni ta’ tali sanzjonijiet – tmur lura għat-Trattat ta’ Maastricht tal-1992. Biex tiżgura t-trasparenza u t-trattament ugwali, il-Kummissjoni, mill-1996, ippubblikat għadd ta’ komunikazzjonijiet u noti li jistabbilixxu l-politika tagħha u l-metodoloġija li tapplika għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji (4).
Din il-Komunikazzjoni tirrieżamina l-Komunikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni dwar is-sanzjonijiet finanzjarji adottati mill-1996 sal-2021 (ara l-Anness II tal-lista). Hija tissostitwixxi u tinkludi l-kontenut tagħhom, filwaqt li taġġornahom fejn meħtieġ fid-dawl tal-ġurisprudenza l-aktar reċenti tal-Qorti. Dan huwa partikolarment il-każ għat-tneħħija ta’ kull referenza għall-piż istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti (ara t-Taqsima 3.4).
Din il-Komunikazzjoni tapplika wkoll fir-rigward tat-Trattat Euratom, sa fejn l-Artikolu 106a tagħha jagħmel l-Artikolu 260 TFUE applikabbli għall-kwistjonijiet koperti minn dak it-Trattat.
2. PRINĊIPJI ĠENERALI
Minkejja li d-deċiżjoni finali dwar l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 260 TFUE hija tal-Qorti, il-Kummissjoni għandha rwol ċentrali, billi ġġib il-każ quddiem il-Qorti bi proposta għall-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji. Fl-interess tat-trasparenza u tat-trattament ugwali, il-Kummissjoni ppubblikat b’mod konsistenti l-kriterji li tapplika meta tipproponi sanzjonijiet finanzjarji.
Il-Kummissjoni tqis li s-sanzjonijiet finanzjarji imposti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq tliet kriterji fundamentali (5):
— |
is-serjetà tal-ksur, |
— |
Iż-żmien li dam, |
— |
il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sanzjoni finanzjarja nnifisha tkun ta’ deterrent għal aktar ksur. |
Biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, huwa importanti li jiġu stabbiliti ammonti li jkunu għoljin biżżejjed biex jipproduċu effett ta’ deterrent. L-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet purament simboliċi ċċaħħad il-mekkaniżmu tas-sanzjonar tal-Artikolu 260 TFUE, li huwa anċillari għall-proċedura ta’ ksur, mill-effett utli tiegħu u ttellef l-objettiv aħħari tiegħu, li huwa li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni.
Is-sanzjonijiet proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti jenħtieġ li jkunu konsistenti u prevedibbli għall-Istati Membri u ddeterminati bl-użu ta’ metodu li jirrispetta kemm il-prinċipju tal-proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju ta’ trattament ugwali fost l-Istati Membri. Metodu ċar u uniformi jiżgura wkoll li l-Kummissjoni tiġġustifika kif xieraq il-kalkolu tal-ammont tas-sanzjonijiet li tipproponi lill-Qorti (6).
Il-Kummissjoni tipproponi b’mod sistematiku lill-Qorti biex timponi kemm somma f’daqqa kif ukoll pagament ta’ penali fuq l-Istat Membru kkonċernat. Dan huwa l-każ għal azzjonijiet ipprfeżentati skont l-Artikolu 260(2) TFUE (nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza preċedenti tal-Qorti) kif ukoll skont l-Artikolu 260(3) TFUE (nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni għal direttiva leġiżlattiva).
Għaldaqstant, meta Stat Membru jirrettifika l-ksur matul il-proċedimenti tal-Qorti, il-Kummissjoni ma tirtirax l-azzjoni tagħha iżda ssostni t-talba tagħha li timponi somma f’daqqa, u b’hekk tkopri ż-żmien li jdum il-ksur sakemm il-ksur ikun ġie rettifikat. Il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tinforma lill-Qorti mingħajr dewmien kull meta Stat Membru jtemm il-ksur, fi kwalunkwe stadju tal-proċess ġudizzjarju. Tagħmel hekk ukoll meta, wara sentenza maqtugħa skont l-Artikoli 260(2) jew 260(3) TFUE, Stat Membru jirrettifika s-sitwazzjoni u għaldaqstant, jintemm l-obbligu li titħallas il-penali.
Is-sanzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-Istati Membri kif ordnati mill-Qorti, kemm jekk fil-forma ta’ somma f’daqqa kif ukoll jekk f’pagament ta’ penali, jikkostitwixxu “dħul ieħor” tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 311 TFUE u d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom (7).
2.1. Il-prinċipju tal-proporzjonalità
Il-Qorti konsistentement sostniet (8) li s-sanzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu xierqa għaċ-ċirkostanzi u proporzjonati kemm għall-ksur li jkun instab kif ukoll għall-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jħallas. Il-Kummissjoni teżamina bir-reqqa f’kull każ individwali kif l-aħjar tqis dawn il-prinċipji meta tapplika l-kriterji differenti użati fil-kalkolu tas-sanzjonijiet li tipproponi lill-Qorti. B’mod partikolari, is-sanzjonijiet, meta xieraq, jenħtieġ li jakkomodaw minn qabel il-possibbiltà ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi (9).
Jistgħu jirriżultaw diversi konsegwenzi mill-prinċipju tal-proporzjonalità u, b’mod aktar speċifiku, mill-prinċipju li jiġu proposti sanzjonijiet xierqa għaċ-ċirkostanzi:
Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom ikun xieraq li jiġu proposti penali bbażati fuq formula digressiva matematika biex jitqies il-progress ta’ Stat Membru lejn il-konformità mal-obbligi tiegħu tal-Unjoni. Eżempju possibbli huwa wieħed li fih Stat Membru jkun kiser id-dritt tal-Unjoni minħabba li jħaddem għadd ta’ landfills illegali, minħabba li xi wħud mill-ibliet tiegħu ma jikkonformawx mal-istandards tal-kwalità tal-ilma mormi urban jew minħabba żoni tal-kwalità tal-arja mhux konformi. Meta jkun possibbli li jiġi vvalutat matematikament il-progress tal-Istat Membru lejn il-konformità (pereżempju bħala perċentwal tal-landfills totali, l-ibliet jew iż-żoni tal-kwalità tal-arja jsiru konformi) ta’ dak il-ksur ikkaratterizzat minn obbligu purament “ibbażat fuq ir-riżultati”, il-Kummissjoni tista’ tipproponi formula digressiva lill-Qorti (10).
Jista’ jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tipproponi li l-penali dovuti jitħallsu biss wara intervalli perjodiċi regolari, pereżempju sitt xhur jew sena wara sentenza tal-Qorti mogħtija skont l-Artikolu 260(2) TFUE (11). Dan jista’ jkun xieraq meta l-konformità tkun tista’ tiġi vvalutata biss f’intervalli perjodiċi, jew meta l-metodu għall-valutazzjoni tal-konformità jiddependi mid-disponibbiltà tar-riżultati tal-monitoraġġ. Dan jista’ jiġi pprovdut mil-leġiżlazzjoni rilevanti. Dan biex jiġi żgurat li l-penali proposta mill-Kummissjoni tikkorrispondi man-numru ta’ jiem li matulhom il-ksur kompla – li xi drabi jista’ jiġi aċċertat biss wara li jkun għadda ċertu perjodu ta’ żmien u meta ssir disponibbli biżżejjed informazzjoni dwar il-konformità.
2.2. Prinċipji relatati mal-Artikolu 260(3) TFUE
L-għan tal-Artikolu 260(3) TFUE (12) huwa li jinċentiva lill-Istati Membri jittrasponu d-direttivi adottati skont proċedura leġiżlattiva (13) sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni u b’hekk jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun ġenwinament effettiva. Din ma hijiex biss kwistjoni ta’ salvagwardja tal-interessi ġenerali mfittxija mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iżda wkoll u fuq kollox ta’ protezzjoni tal-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jgawdu d-drittijiet u l-benefiċċji li jirriżultaw minn tali leġiżlazzjoni. Id-dewmien ma huwiex aċċettabbli fiż-żewġ aspetti. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kredibbiltà tad-dritt tal-Unjoni kollu kemm hu tiddgħajjef meta Stat Membru jittrasponi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-liġi nazzjonali aktar tard milli suppost.
Dan ifisser li, għal ksur kopert mill-Artikolu 260(3) TFUE, jiġifieri n-nuqqas ta’ notifika ta’ miżuri li jittrasponu direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva, ir-referenzi lill-Qorti huma direttament akkumpanjati minn talba lill-Qorti biex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq l-Istat Membru kkonċernat. Għall-kuntrarju ta’ ksur li jaqa’ biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 258 TFUE, ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ tieni proċedura separata għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ tali ksur.
L-Artikolu 260(3) TFUE jistabbilixxi b’mod espliċitu li s-sanzjoni finanzjarja imposta mill-Qorti ma tridx taqbeż l-ammont propost mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni qieset b’mod konsistenti li l-mekkaniżmu ta’ sanzjoni previst fl-Artikolu 260(3) TFUE għandu jintuża bħala kwistjoni ta’ prinċipju fil-każijiet kollha li fihom Stat Membru jonqos milli jissodisfa obbligu kopert minn dik id-dispożizzjoni. L-importanza li tiġi żgurata t-traspożizzjoni tad-direttivi leġiżlattivi mill-Istati Membri fl-iskadenzi stabbiliti minn dawk id-direttivi tapplika għad-direttivi leġiżlattivi kollha bl-istess mod. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet mira ta’ 12-il xahar biex tippreżenta każijiet ta’ ksur quddiem il-Qorti jekk in-nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva jippersisti.
L-Artikolu 260(3) TFUE ma japplikax għan-nuqqas ta’ Stat Membru li jinnotifika miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi li ma humiex adottati skont proċedura leġiżlattiva. Meta l-Istat Membru jikser l-obbligu tiegħu li jinnotifika miżuri fir-rigward ta’ tali direttivi mhux leġiżlattivi, il-Kummissjoni tirreferi tali ksur lill-Qorti, l-ewwel, permezz tal-proċedura ta’ ksur prevista mill-Artikolu 258 TFUE u, meta l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma ma’ sentenza li ssib ksur, permezz tat-tieni riferiment lill-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Bl-istess mod, l-Artikolu 260(3) TFUE ma jistax jintuża meta Stat Membru jonqos milli jinnotifika miżuri li jittrasponu d-direttivi adottati skont l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat EURATOM. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tadotta l-istess proċedura ta’ riferiment doppju bħal dik użata għal direttivi mhux leġiżlattivi adottati skont it-TFUE.
L-Artikolu 260(3) TFUE jkopri kemm in-nuqqas totali kif ukoll dak parzjali ta’ notifika ta’ miżuri għat-traspożizzjoni ta’ direttiva leġiżlattiva. Każ ta’ nuqqas parzjali jista’ jseħħ meta l-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati ma jkoprux it-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat jew meta n-notifika ma tkunx kompluta billi ma tinkludix il-miżuri ta’ traspożizzjoni kollha li jikkorrispondu għal parti mid-direttiva.
L-obbligu tal-Istat Membru li jinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 260(3) TFUE jinkludi obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni ċara u preċiża biżżejjed (14) dwar liema dispożizzjonijiet nazzjonali jittrasponu d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ direttiva. In-nuqqas li tiġi pprovduta tali informazzjoni ċara u preċiża jista’ jiġi sanzjonat skont l-Artikolu 260(3) TFUE.
Il-Kummissjoni tqis li n-notifiki ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni li ma jindikawx b’mod mhux ambigwu għal kull dispożizzjoni ta’ direttiva liema dispożizzjoni nazzjonali tiżgura t-traspożizzjoni tagħha jiġġustifikaw riferiment skont l-Artikolu 260(3) TFUE. Mingħajr tali informazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tivverifika jekk l-Istat Membru jkunx effettivament u kompletament ittraspona d-direttiva inkwistjoni. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, meta notifika ma jkollhiex bżonn ta’ spjegazzjoni, il-Kummissjoni ma tagħmilx rikors għal riferiment skont l-Artikolu 260(3) TFUE anki jekk dik in-notifika ma tispeċifikax, għal kull dispożizzjoni ta’ direttiva leġiżlattiva, il-miżura nazzjonali korrispondenti ta’ traspożizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrikorri biss għar-riferimenti skont l-Artikolu 260(3) TFUE fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ċari li jispeċifikaw liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jittrasponu liema dispożizzjonijiet ta’ direttiva. Tali indikazzjonijiet għandhom jiġu pprovduti fil-forma ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni, li magħhom tista’ tiżdied tabella ta’ korrelazzjoni, li tqabbel id-dispożizzjonijiet tad-direttiva mal-liġi nazzjonali b’mod sistematiku.
Id-direttivi tipikament jinkludu klawżola li tobbliga lill-Istati Membri jirreferu għad-direttiva direttament fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata għat-traspożizzjoni tad-direttiva jew fil-pubblikazzjoni tagħhom (“klawżola ta’ interkonnessjoni”). Dan l-obbligu jippermetti lil dawk ikkonċernati jaċċertaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fil-qasam partikolari rregolat mid-dritt tal-Unjoni.
Il-Qorti ripetutament iddeċidiet li, bi klawżola ta’ interkonnessjoni, hija meħtieġa miżura speċifika ta’ traspożizzjoni (15). Is-sempliċi referenza minn Stat Membru, meta jinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni lill-Kummissjoni, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti minn qabel ma tistax tiġi kkwalifikata bħala miżura ta’ traspożizzjoni speċifika. L-atti tal-liġi nazzjonali ta’ qabel id-direttiva jistgħu jikkwalifikaw bħala miżura ta’ traspożizzjoni speċifika diment li l-Istat Membru jirreferi għalihom f’pubblikazzjoni uffiċjali li tindika b’mod inekwivoku l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li kienu jeżistu minn qabel li permezz tagħhom iqis li jissodisfa l-obbligi imposti minn direttiva. Tali pubblikazzjoni uffiċjali għandha tiġi inkluża fin-notifika lill-Kummissjoni.
Kwalunkwe tilwima dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati, jiġifieri l-kwistjoni dwar jekk dawn il-miżuri jikkostitwixxux traspożizzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ direttiva, tiġi ttrattata skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 258 TFUE.
3. PAGAMENT TA’ PENALI
Il-penali li għandha titħallas mill-Istati Membri hija ammont, ikkalkolat fil-prinċipju għal kull jum ta’ dewmien – mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe perjodu ta’ referenza differenti f’każijiet speċifiċi – li jibda mid-data meta l-Qorti tagħti s-sentenza tagħha skont l-Artikolu 260(2) jew (3) TFUE, sad-data li fiha l-Istat Membru jtemm il-ksur. Il-pagament ta’ penali jfittex li jwassal lill-Istat Membru kkonċernat biex itemm il-ksur tal-obbligi tiegħu mill-aktar fis possibbli wara li l-Qorti tagħti s-sentenza tagħha.
L-ammont tal-pagament ta’ penali ta’ kuljum huwa kkalkolat kif ġej:
— |
multiplikazzjoni ta’ ammont b’rata fissa b’koeffiċjent għas-serjetà u koeffiċjent għal kemm idum, |
— |
multiplikazzjoni tar-riżultat miksub b’ammont stabbilit mill-Istat Membru (il-fattur n) li jirrifletti l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat. |
Il-formula li ġejja tiġbor fil-qosor il-metodu ta’ kalkolu li jirriżulta għall-pagament ta’ penali:
Dp = (F-Rap × Cs × Cd) × n fejn: Dp = penali ta’ kuljum; F-Rap = ammont b’rata fissa “pagament ta’ penali”; CS = koeffiċjent għas-serjetà; Cd = koeffiċjent għal kemm idum; n = fattur “n” li jirrifletti l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat. |
3.1. Ammont b’rata fissa
L-ammont b’rata fissa huwa ddefinit bħala l-ammont fiss li għalih jiġu applikati l-koeffiċjenti multiplikaturi. Dan jindirizza l-ksur tal-prinċipju tal-legalità, li japplika għall-kawżi kollha skont l-Artikolu 260 TFUE. Ġie stabbilit f’livell li jiżgura li:
— |
il-Kummissjoni żżomm marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni meta tapplika l-koeffiċjent għas-serjetà, |
— |
l-ammont huwa raġonevoli għall-Istati Membri kollha, |
— |
l-ammont, immultiplikat bil-koeffiċjent għas-serjetà, huwa għoli biżżejjed biex tinżamm biżżejjed pressjoni fuq l-Istat Membru kkonċernat. |
L-ammont b’rata fissa applikabbli għall-pagamenti ta’ penali huwa stabbilit fil-punt 1 tal-Anness I.
3.2. Applikazzjoni tal-koeffiċjent għas-serjetà (fattur bejn 1 u 20)
Ksur li jikkonċerna n-nuqqas ta’ konformità ta’ Stat Membru ma’ sentenza jew in-nuqqas tiegħu li jinnotifika miżuri li jittrasponu direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva dejjem jitqies bħala serju. Biex tadatta l-ammont tal-penali għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-Kummissjoni tiddetermina l-koeffiċjent għas-serjetà fuq il-bażi ta’ żewġ parametri: l-importanza tar-regoli tal-Unjoni li nkisru jew li ma ġewx trasposti u l-effetti tal-ksur fuq l-interessi ġenerali u partikolari.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati hawn taħt, is-serjetà tal-ksur hija ddeterminata minn koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni ta’ bejn minimu ta’ 1 u massimu ta’ 20.
3.2.1. Nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza (l-Artikolu 260(2) TFUE)
3.2.1.1. L-importanza tad-dispożizzjonijiet li nkisru
Biex tiddetermina l-importanza tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni li jippersisti, il-Kummissjoni tqis in-natura u l-firxa tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati minflok il-pożizzjoni tagħhom fil-ġerarkija tan-normi legali. Pereżempju, ksur tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għandu dejjem jitqies bħala serju ħafna, kemm jekk il-ksur jirriżulta minn ksur tal-prinċipju stabbilit mit-Trattat kif ukoll minn ksur tal-prinċipju kif stabbilit f’regolament jew f’direttiva. Il-ksur li jaffettwa d-drittijiet fundamentali jew l-erba’ libertajiet fundamentali protetti mit-Trattat għandu ġeneralment jitqies bħala partikolarment serju u għandu jirriżulta f’penali xierqa.
Meta l-Kummissjoni tippreżenta azzjoni skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-fatt li l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma ma’ sentenza li tifforma parti mill-ġurisprudenza stabbilita (pereżempju, meta dik is-sentenza ssegwi sentenzi simili mogħtija fi proċedimenti ta’ ksur jew bi tweġiba għal referenza għal deċiżjoni preliminari) għandu jitqies bħala fattur aggravanti. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-Qorti preċedentement tkun sabet li l-Istat Membru kkonċernat ikun kiser dispożizzjonijiet simili tad-dritt tal-Unjoni.
Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ Stat Membru li jikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni matul il-proċedura li twassal għal riferiment lill-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE, l-ewwel subparagrafu, jikkostitwixxi fattur aggravanti.
Il-fatt li Stat Membru jkun adotta miżuri li jqis suffiċjenti biex jirrimedja l-ksur li jkun ġie allegat bih, iżda l-Kummissjoni tqis li ma humiex suffiċjenti, għandu jiġi ttrattat b’mod differenti mis-sitwazzjoni li fiha l-Istat Membru jonqos milli jieħu xi azzjoni biex jirrimedja dak il-ksur (meta b’mod ċar l-Istat Membru jkun qed jikser l-Artikolu 260(1) TFUE).
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jitqiesu tali fatturi mitiganti bħall-fatt li s-sentenza li għandha tiġi implimentata tagħti lok għal mistoqsijiet reali ta’ interpretazzjoni, jew diffikultajiet intrinsiċi partikolari ta’ konformità fuq terminu qasir (pereżempju, il-ħtieġa li tiġi ppjanata, approvata, iffinanzjata u mibnija l-infrastruttura biex tinkiseb il-konformità).
3.2.1.2. L-effetti tal-ksur fuq l-interessi ġenerali u partikolari
L-effetti tal-ksur fuq l-interessi ġenerali jew partikolari jenħtieġ li jitkejlu fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu, pereżempju:
— |
it-telf tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, |
— |
ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-UE, |
— |
l-impatt tal-ksur fuq il-mod kif taħdem l-Unjoni (bħal ksur li jikkonċerna s-setgħat esklużivi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) TFUE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 TFUE, kif ukoll ksur li jaffettwa l-kapaċità tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali li jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-UE), |
— |
ħsara serja jew irreparabbli lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent, |
— |
dannu ekonomiku jew dannu ieħor imġarrab minn individwi u operaturi ekonomiċi, |
— |
is-somom finanzjarji involuti fil-ksur, |
— |
kwalunkwe vantaġġ finanzjarju possibbli li l-Istat Membru jikseb min-nuqqas ta’ konformità mas-sentenza tal-Qorti, |
— |
l-importanza relattiva tal-ksur filwaqt li jitqies il-fatturat jew il-valur miżjud tas-settur ekonomiku kkonċernat, |
— |
id-daqs tal-popolazzjoni affettwata mill-ksur, |
— |
ir-responsabbiltà tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, |
— |
in-natura tal-ksur, jiġifieri l-karattru sistemiku jew strutturali tal-ksur jew in-nuqqas persistenti minn Stat Membru li japplika d-dritt tal-UE b’mod korrett. |
Kunsiderazzjonijiet oħra jistgħu jinkludu jekk il-ksur huwiex ta’ darba jew ripetizzjoni ta’ ksur preċedenti.
Meta jitqiesu l-interessi tal-individwi għall-fini tal-kalkolu tal-ammont ta’ penali, il-Kummissjoni ma tfittix li tikseb rimedju għad-dannu u t-telf imġarrab bħala riżultat ta’ ksur, billi tali rimedju jista’ jinkiseb permezz ta’ proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali. L-għan tal-Kummissjoni huwa pjuttost li tqis l-effetti ta’ ksur mill-perspettiva tal-individwi jew tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Għalhekk, pereżempju, l-effetti ma humiex l-istess jekk ksur jikkonċerna każ speċifiku ta’ applikazzjoni mhux korretta (nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ kwalifika), jew nuqqas ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, li jdgħajjef l-interessi ta’ professjoni sħiħa.
3.2.2. Nuqqas ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni (l-Artikolu 260(3) TFUE)
Għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-Kummissjoni tapplika sistematikament koeffiċjent għas-serjetà ta’ 10 f’każ ta’ nuqqas sħiħ ta’ notifika ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni. F’Unjoni bbażata fuq ir-rispett tal-istat tad-dritt, id-direttivi leġiżlattivi kollha għandhom jitqiesu ta’ importanza ugwali u jirrikjedu traspożizzjoni sħiħa mill-Istati Membri fl-iskadenzi li jistabbilixxu.
Fil-każ ta’ nuqqas parzjali ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni, għandha titqies l-importanza tad-diskrepanza fit-traspożizzjoni meta jiġi stabbilit il-koeffiċjent għas-serjetà li jkun anqas minn 10. Barra minn hekk, jistgħu jitqiesu l-effetti tal-ksur fuq l-interessi ġenerali u partikolari (ara l-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.1.2 hawn fuq).
3.3. Applikazzjoni tal-koeffiċjent għal kemm idum
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-pagament ta’ penali li jirrifletti ż-żmien li jdum il-ksur:
— |
għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-perjodu meqjus huwa l-perjodu li jibda mid-data tal-ewwel sentenza tal-Qorti sad-data li fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti, |
— |
għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-perjodu meqjus huwa l-perjodu li jibda mill-jum wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-direttiva inkwistjoni sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti. |
Il-koeffiċjent għal kemm idum huwa espress bħala multiplikatur ta’ bejn 1 u 3. Dan jiġi kkalkolat b’rata ta’ 0,10 fix-xahar mid-data tal-ewwel sentenza jew mill-jum wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-direttiva inkwistjoni.
Il-Qorti (16) kkonfermat li ż-żmien li jdum il-ksur irid titqies kemm għall-pagament ta’ penali kif ukoll għall-pagament ta’ somma f’daqqa, minħabba l-iskop speċifiku ta’ kull sanzjoni.
3.4. Il-kapaċità tal-Istat Membru li jħallas
L-ammont tal-pagament ta’ penali għandu jiżgura li s-sanzjoni tkun kemm proporzjonata kif ukoll dissważiva. L-effett ta’ deterrent tal-pagament ta’ penali għandu żewġ aspetti. Is-sanzjoni trid tkun għolja biżżejjed biex tiżgura li:
— |
l-Istat Membru jtemm il-ksur (għalhekk trid tkun ogħla mill-benefiċċju li l-Istat Membru jikseb mill-ksur), |
— |
l-Istat Membru ma jirrepetix il-ksur. |
Il-livell ta’ sanzjoni meħtieġ biex iservi bħala deterrent se jvarja skont il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu. Dan l-effett ta’ deterrent huwa rifless fil-fattur n. Huwa ddefinit bħala medja ġeometrika ponderata tal-prodott domestiku gross (PDG) (17) tal-Istat Membru kkonċernat meta mqabbla mal-medja tal-PDG tal-Istati Membri, b’piż ta’ tnejn, u tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, meta mqabbla mal-medja tal-popolazzjonijiet tal-Istati Membri, b’piż ta’ wieħed. Dan jirrappreżenta l-kapaċità li l-Istat Membru kkonċernat iħallas meta mqabbel mal-kapaċità tal-Istati Membri l-oħra li jħallsu:
Il-mod li bih il-fattur n jiġi kkalkolat skont din il-Komunikazzjoni jirrappreżenta modifika tal-mod kif il-fattur n ġie kkalkolat qabel. Il-komunikazzjonijiet preċedenti qiesu kemm il-PDG tal-Istati Membri kif ukoll il-piż istituzzjonali tagħhom. Dan tal-aħħar ġie espress permezz tal-użu ta’ indikatur, l-aktar reċenti n-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew allokati lil kull Stat Membru.
Permezz tas-Sentenza tal-20 ta’ Jannar 2022, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (18), il-Qorti eżaminat l-elementi meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ Stat Membru li jħallas għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-Artikolu 260 TFUE. F’dik is-sentenza, il-Qorti ddeċidiet li “(…) bla ħsara għall-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproponi sanzjonijiet finanzjarji bbażati fuq diversi kriterji, sabiex tippermetti, b’mod partikolari, li tinżamm differenza raġonevoli bejn id-diversi Stati Membri, hemm lok li wieħed jibbaża ruħu fuq il-PDG tar-Repubblika Ellenika bħala fattur predominanti, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tagħha, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-piż istituzzjonali tar-Repubblika Ellenika […]” (19). Skont il-Qorti, “l-għan li jikkonsisti fl-iffissar tas-sanzjonijiet li jkunu dissważivi biżżejjed ma jeżiġix neċessarjament it-teħid inkunsiderazzjoni tal-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat” u “it-teħid inkunsiderazzjoni tal-piż istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat ma jidhirx li huwa indispensabbli sabiex tiġi żgurata dissważjoni suffiċjenti u sabiex dan l-Istat Membru jbiddel l-aġir attwali jew futur tiegħu” (20).
Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-metodu tagħha għall-kalkolu tal-fattur n, li issa jibbaża l-aktar fuq il-PDG tal-Istati Membri u t-tieni fuq il-popolazzjoni tagħhom bħala kriterju demografiku li jippermetti li tinżamm devjazzjoni raġonevoli bejn id-diversi Stati Membri. Meta titqies il-popolazzjoni tal-Istati Membri għal terz tal-kalkolu tal-fattur n, il-varjazzjoni tal-fatturi n tal-Istati Membri titnaqqas b’mod raġonevoli, meta mqabbla ma’ kalkolu bbażat biss fuq il-PDG tal-Istati Membri. Dan iżid ukoll element ta’ stabbiltà fil-kalkolu tal-fattur n, billi l-popolazzjoni x’aktarx li ma hijiex se tvarja b’mod sinifikanti fuq bażi annwali. B’kuntrast għal dan, il-PDG ta’ Stat Membru jista’ jesperjenza varjazzjonijiet annwali ogħla, b’mod partikolari f’perjodi ta’ kriżi ekonomika. Fl-istess ħin, billi l-PDG tal-Istat Membru għadu jammonta għal żewġ terzi tal-kalkolu, jibqa’ l-fattur predominanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kapaċità tiegħu li jħallas.
Il-fatturi n għal kull Stat Membru huma stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.
4. ĦLAS TA’ SOMMA F’DAQQA
Biex jitqies bis-sħiħ l-effett ta’ deterrent tal-ħlas ta’ somma f’daqqa u l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trattament ugwali, il-proposta tal-Kummissjoni lill-Qorti tinkludi:
— |
l-iffissar ta’ somma f’daqqa minima fissa, u |
— |
metodu ta’ kalkolu bbażat fuq ammont ta’ kuljum immultiplikat bin-numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti; dan il-metodu jiġi applikat meta r-riżultat tal-kalkolu jaqbeż is-somma f’daqqa minima fissa. |
4.1. Somom f’daqqa minimi
Kull darba li l-Kummissjoni tippreżenta każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260 TFUE, hija tipproponi mill-anqas somma f’daqqa minima fissa, stabbilita għal kull Stat Membru skont il-fattur n tagħhom, irrispettivament mir-riżultat tal-kalkolu fit-Taqsima 4.2.
Dik is-somma f’daqqa minima fissa tirrifletti l-prinċipju li kwalunkwe każ ta’ nuqqas persistenti ta’ konformità minn Stat Membru ma’ sentenza tal-Qorti, jew kwalunkwe nuqqas minn Stat Membru li jittrasponi direttiva leġiżlattiva, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkostanza aggravanti, jimmina l-prinċipju tal-legalità f’komunità rregolata mill-istat tad-dritt, u jirrikjedi sanzjoni effettiva. Is-somma f’daqqa minima tevita wkoll il-proposta ta’ ammonti purament simboliċi li ma jkollhom l-ebda effett ta’ deterrent u li jistgħu jimminaw, aktar milli jsaħħu, l-awtorità tas-sentenzi tal-Qorti.
Is-somma f’daqqa minima għal kull Stat Membru hija stabbilita fil-punt 5 tal-Anness.
4.2. Metodu ta’ kalkolu għas-somma f’daqqa
Is-somma f’daqqa tiġi kkalkolata b’mod ġeneralment simili għall-metodu għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali, jiġifieri:
— |
il-multiplikazzjoni ta’ ammont b’rata fissa b’koeffiċjent għas-serjetà, |
— |
il-multiplikazzjoni tar-riżultat bil-fattur n, |
— |
il-multiplikazzjoni tar-riżultat bin-numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti (ara l-punt 4.2.1). |
Il-formula li ġejja tiġbor fil-qosor il-metodu ta’ kalkolu għas-somma f’daqqa:
LS = F-Rals × Cs × n × dy fejn: LS = somma f’daqqa; F-Rals = ammont b’rata fissa “ħlas ta’ somma f’daqqa”; CS = koeffiċjent għas-serjetà; n = fattur li jirrifletti l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat; dy = in-numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti. |
Meta r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jaqbeż is-somma f’daqqa minima għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tipproponi somma f’daqqa lill-Qorti ddeterminata bl-użu ta’ din il-formula.
4.2.1. Numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti
Biex tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa, l-ammont ta’ kuljum għandu jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti. Dan tal-aħħar huwa ddefinit kif ġej:
— |
għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(2) TFUE, dan huwa n-numru ta’ jiem bejn id-data li fiha tingħata l-ewwel sentenza u d-data li fiha jintemm il-ksur, jew, fin-nuqqas ta’ konformità, id-data li fiha tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260 TFUE, |
— |
għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(3) TFUE, dan huwa n-numru ta’ jiem bejn il-jum wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fid-direttiva inkwistjoni u d-data li fiha jintemm il-ksur, jew, fin-nuqqas ta’ konformità, id-data li fiha tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260 TFUE. |
Għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-jum minn meta jibda jiddekorri l-perjodu li għandu jitqies meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa huwa ddefinit bħala d-data tas-sentenza li tistabbilixxi li l-Istat Membru kkonċernat ikun kiser id-dritt tal-Unjoni (21).
Skont il-Qorti, Stat Membru jeħtieġlu jikkonforma ma’ tali sentenza “f’daqqa” u l-konformità trid “titlesta mill-aktar fis possibbli” (22). Ovvjament, qabel ma tippreżenta azzjoni skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-Kummissjoni trid tħalli biżżejjed żmien, stabbilit fid-dawl tal-ksur inkwistjoni, biex l-Istat Membru jikkonforma ma’ tali sentenza. Madankollu, meta jkun ingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli lill-Istat Membru u ma tkunx inkisbet konformità sħiħa mas-sentenza, l-Istat Membru jrid jitqies li jkun naqas, mid-data tas-sentenza li ssib il-ksur, li jissodisfa l-obbligu tiegħu li jibda l-proċess ta’ konformità minnufih u li jlestih mill-aktar fis possibbli.
Għal azzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-jum minn meta jibda l-perjodu rilevanti huwa l-jum wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fid-direttiva inkwistjoni.
4.2.2. Elementi oħra tal-metodu ta’ kalkolu għas-somma f’daqqa
Għall-kalkolu tas-somma f’daqqa, il-Kummissjoni tapplika l-istess koeffiċjent għas-serjetà u l-istess fattur n fiss bħal għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali (ara t-Taqsimiet 3.2. u 3.4.). Meta tiddetermina l-ammont tas-somma f’daqqa skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-Kummissjoni tqis il-firxa tat-traspożizzjoni meta tiddetermina s-serjetà tan-nuqqas tat-traspożizzjoni.
L-ammont b’rata fissa għas-somma f’daqqa huwa anqas minn dak għall-pagamenti ta’ penali. Huwa ġust li l-ammont ta’ kuljum tal-pagament ta’ penali għandu jkun ogħla mill-pagament ta’ somma f’daqqa, minħabba li l-imġiba tal-Istat Membru kkonċernat tkun aktar ta’ ħsara ladarba tingħata sentenza skont l-Artikolu 260 TFUE, billi dan jinvolvi persistenza tal-ksur wara tali sentenza.
L-ammont b’rata fissa applikabbli għas-somma f’daqqa huwa stabbilit fil-punt 2 tal-Anness I.
B’kuntrast għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali, il-koeffiċjent għal kemm idum ma jiġix applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa, minħabba li ż-żmien kemm idum il-ksur jitqies billi l-ammont ta’ kuljum jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ jiem li l-ksur jippersisti.
5. REGOLI TRANŻIZZJONALI GĦAR-RENJU UNIT
Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni. Madankollu, kien għadu marbut li japplika u jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (li skada fil-31 ta’ Diċembru 2020) bis-saħħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 12(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq u l-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru, il-Kummissjoni u l-Qorti jżommu s-setgħat mogħtija lilhom mit-Trattati b’rabta mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni applikabbli minn dawk il-Protokolli għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u ż-Żoni ta’ Bażi Sovrana. Skont l-Artikolu 160 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Qorti żżomm il-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 258, 260 u 267 TFUE fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ħames Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
Skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa possibbli għall-Kummissjoni li titlob lill-Qorti timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq ir-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni se tipproponi sanzjonijiet finanzjarji li huma proporzjonati għas-serjetà tal-ksur inkwistjoni, għal kemm idum dak il-ksur u għall-kapaċità ta’ ħlas tar-Renju Unit. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tibbaża fuq l-istess formula bħal dik stabbilita f’din il-Komunikazzjoni għall-Istati Membri (23).
6. ID-DATA LI FIHA JIDĦOL FIS-SEĦĦ L-OBBLIGU LI TITĦALLAS IS-SANZJONI
Meta l-Qorti timponi sanzjoni fuq Stat Membru skont l-Artikolu 260(2) TFUE, id-data tal-obbligu li titħallas dik is-sanzjoni normalment jidħol fis-seħħ tikkorrispondi għad-data li fiha l-Qorti tagħti s-sentenza tagħha.
Meta l-Qorti timponi sanzjoni fuq Stat Membru skont l-Artikolu 260(3) TFUE, dik id-dispożizzjoni speċifikat li l-obbligu ta’ ħlas “għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita mill-Qorti fis-sentenza tagħha”. Dan jippermetti lill-Qorti tistabbilixxi d-data li fiha l-obbligu jidħol fis-seħħ jew bħala d-data li fiha tagħti s-sentenza tagħha jew f’data sussegwenti. Il-Qorti għad trid tagħmel użu mill-possibbiltà li tistabbilixxi data sussegwenti għad-data tas-sentenza tagħha.
7. DATA TAL-APPLIKAZZJONI
Il-Kummissjoni se tapplika r-regoli u l-kriterji stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni għad-deċiżjonijiet kollha li tieħu biex tirreferi kwistjonijiet lill-Qorti skont l-Artikolu 260 TFUE wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
(1) Jew meta l-Istat Membru ma jkunux ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ sentenza li ssib ksur ta’ deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 108(2) TFUE.
(2) Din id-diskrezzjoni hija limitata fil-każ tal-kawżi tal-Artikolu 260(3) TFUE, fejn il-Qorti ma tistax tmur lil hinn mill-ammont speċifikat mill-Kummissjoni.
(3) Ara s-Sentenzi tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza (C-304/02, EU:C:2005:444, il-paragrafu 103); tal-14 ta’ Marzu 2006, Il-Kummissjoni vs Franza (C-177/04, EU:C:2006:173, il-paragrafu 61); u tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, EU:C:2008:3, il-paragrafu 38).
(4) Ara l-Anness II “Lista ta’ komunikazzjonijiet preċedenti dwar sanzjonijiet finanzjarji”.
(5) Il-Qorti approvat is-sustanza ta’ dawn il-kriterji f’ġurisprudenza konsistenti. Ara, fost l-oħrajn, is-Sentenza tal-4 ta’ Lulju 2000, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika (C-387/97, EU:C:2000:356, il-paragrafu 92); is-Sentenza tal-25 ta’ Frar 2021, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-658/19, EU:C:2021:138, il-paragrafu 63); is-Sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-550/18, EU:C:2020:564, il-paragrafu 81), is-Sentenza tal-25 ta’ Frar 2021, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-658/19, EU:C:2021:138, il-paragrafu 73).
(6) Ara s-Sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Il-Kummissjoni vs ir-Rumanija (C-549/18, EU:C:2005:563, il-paragrafu 51).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).
(8) Il-Kawża C-658/19, Il-Kummissjoni vs Spanja (EU:C:2021:138, il-pararafu 63); Il-Kawża C-550/18, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (EU:C:2020:564, il-paragrafu 81); il-Kawża C-658/19, Il-Kummissjoni vs Spanja (EU:C:2021:138, il-paragrafu 73).
(9) Ara s-Sentenza tal-25 ta’ Novembru 2003, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-278/01, EU:C:2005:635)
(10) Ara l-Kawża C-278/01 Il-Kummissjoni vs Spanja dwar l-istandards ta’ kwalità għall-ilma tal-għawm stabbiliti mid-Direttiva 76/160/KEE, fejn, kif innotat il-Qorti, “huwa partikolarment diffiċli għall-Istati Membri li jimplementaw kompletament id-Direttiva”, u fejn “huwa konċepibbli li l-Istat Membru konvenut jasal li jżid sostanzjalment il-livell ta’ twettiq tad-Direttiva mingħajr ma jasal għat-twettiq sħiħ f’perjodu ta’ żmien qasir”. F’dawk iċ-ċirkostanzi, kif iddeċidiet il-Qorti, “penali li ma tiħux f’kunsiderazzjoni l-progress imwettaq eventwalment mill-Istat Membru fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, la tkun adattata għaċ-ċirkostanzi u lanqas proporzjonata għall-ksur li jkun ikkonstatat”.
(11) Ara l-paragrafi minn 43 sa 46 tas-Sentenza fil-Kawża C-278/01 Il-Kummissjoni vs Spanja, u l-paragrafi 111 u 112 tas-Sentenza fil-Kawża C-304/02 Il-Kummissjoni vs Franza
(12) Ara s-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-543/17, EU:C:2019:573), li fiha l-Qorti applikat għall-ewwel darba l-iskema ta’ sanzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE.
(13) Dawn huma direttivi adottati skont il-proċeduri leġiżlattivi ordinarji jew speċjali previsti fit-Trattati. Dan jeskludi b’mod partikolari d-direttivi delegati u ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE, kif ukoll id-direttivi adottati skont it-Trattat EURATOM.
(14) Ara l-Kawża C-543/17, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, il-paragrafu 51 u 59.
(15) Is-Sentenzi tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs il-Polonja (C-551/08, EU:C:2009:683, il-paragrafu 23); tal-11 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs il-Polonja (C-29/14, EU:C:2009:379, il-paragrafu 49); tal-4 ta’ Ottubru 2018, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-599/17, EU:C:2018:813, il-paragrafu 21); u tas-16 ta’ Lulju 2020, Il-Kummissjoni vs l-Irlanda (C-550/18, EU:C:2020:564, il-paragrafu 31).
(16) Ara l-paragrafu 84 tas-Sentenza fil-Kawża C-304/02 Il-Kummissjoni vs Franza.
(17) Sors: PDG nominali - Eurostat. Il-Eurostat jippubblika regolarment id-data dwar il-PDG għall-Istati Membri (nama_10_pdg).
(18) Is-Sentenza tal-20 ta’ Jannar 2022, Il-Kummissjoni vs il-Greċja (C-51/20, EU:C:2009:36).
(19) Il-Kawża C-51/20, Il-Kummissjoni vs il-Greċja, il-paragrafu 116.
(20) Il-Kawża C-51/20, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (, il-paragrafi 113 u 115.
(21) Ara l-Kawża C-304/02 Il-Kummissjoni vs Franza
(22) Ara s-Sentenza tat-12 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs l-Irlanda (C-261/18, EU:C:2019:955, il-paragrafu 123);
ANNESS I
Data użata għad-determinazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji proposti lill-Qorti
id-data f’dan l-Anness għandha tiġi rieżaminata u aġġornata mill-Kummissjoni fuq bażi annwali, fid-dawl tal-varjazzjonijiet fl-inflazzjoni, il-PDG tal-Istati Membri u l-popolazzjoni tagħhom, fuq il-bażi tad-data uffiċjali ppubblikata mill-Eurostat.
1. Ammont b’rata fissa għall-pagament ta’ penali
L-ammont b’rata fissa għall-pagament ta’ penali msemmi fit-Taqsima 3.1. ta’ din il-Komunikazzjoni huwa stabbilit għal EUR 3 000 kuljum.
2. Ammont b’rata fissa għall-pagament ta’ somma f’daqqa
L-ammont b’rata fissa għall-pagament ta’ somma f’daqqa msemmi fit-Taqsima 4.2.2. ta’ din il-Komunikazzjoni huwa stabbilit għal EUR 1 000 kuljum, jiġifieri terz tar-rata fissa għall-pagamenti ta’ penali.
3. Fatturi “n”
Il-fatturi “n” imsemmija fit-Taqsimiet 3.4 u 4.2.2 ta’ din il-Komunikazzjoni huma:
|
Fattur N (1) |
Il-Belġju |
0,84 |
Il-Bulgarija |
0,18 |
Iċ-Ċekja |
0,49 |
Id-Danimarka |
0,52 |
Il-Ġermanja |
6,16 |
L-Estonja |
0,06 |
L-Irlanda |
0,55 |
Il-Greċja |
0,41 |
Spanja |
2,44 |
Franza |
4,45 |
Il-Kroazja |
0,14 |
L-Italja |
3,41 |
Ċipru |
0,05 |
Il-Latvja |
0,07 |
Il-Litwanja |
0,12 |
Il-Lussemburgu |
0,09 |
L-Ungerija |
0,35 |
Malta |
0,03 |
In-Netherlands |
1,39 |
L-Awstrija |
0,68 |
Il-Polonja |
1,37 |
Il-Portugall |
0,46 |
Ir-Rumanija |
0,61 |
Is-Slovenja |
0,10 |
Is-Slovakkja |
0,22 |
Il-Finlandja |
0,42 |
L-Iżvezja |
0,83 |
4. Somma f’daqqa ta’ referenza
Is-somma f’daqqa ta’ referenza użata għall-kalkolu tas-somom f’daqqa minimi għal kull Stat Membru hija stabbilita għal EUR 2 800 000 (2).
5. Somom f’daqqa minimi għal kull stat membru
Is-somom f’daqqa minimi jikkorrispondu għas-somma f’daqqa ta’ referenza mmultiplikata bil-fatturi “n”.
Is-somom f’daqqa minimi (3) msemmija fit-Taqsima 4.1. ta’ din il-Komunikazzjoni huma stabbiliti bħala:
|
Somom f’daqqa minimi (EUR) |
Il-Belġju |
2 352 000 |
Il-Bulgarija |
504 000 |
Iċ-Ċekja |
1 372 000 |
Id-Danimarka |
1 456 000 |
Il-Ġermanja |
17 248 000 |
L-Estonja |
168 000 |
L-Irlanda |
1 540 000 |
Il-Greċja |
1 148 000 |
Spanja |
6 832 000 |
Franza |
12 460 000 |
Il-Kroazja |
392 000 |
L-Italja |
9 548 000 |
Ċipru |
140 000 |
Il-Latvja |
196 000 |
Il-Litwanja |
336 000 |
Il-Lussemburgu |
252 000 |
L-Ungerija |
980 000 |
Malta |
84 000 |
In-Netherlands |
3 892 000 |
L-Awstrija |
1 904 000 |
Il-Polonja |
3 836 000 |
Il-Portugall |
1 288 000 |
Ir-Rumanija |
1 708 000 |
Is-Slovenja |
280 000 |
Is-Slovakkja |
616 000 |
Il-Finlandja |
1 176 000 |
L-Iżvezja |
2 324 000 |
(1) Fuq il-bażi tal-PDG u tal-popolazzjoni tal-2020 (is-sena n-2) estratti fis-7 ta’ Settembru 2022, u mqarrba għal żewġ deċimali.
(2) Fl-2005, fil-Komunikazzjoni tagħha “Implimentazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE”, il-Kummissjoni użat EUR 500 000 bħala somma f’daqqa ta’ referenza. Is-somma f’daqqa ta’ referenza żdiedet matul is-snin wara reviżjonijiet suċċessivi minħabba l-inflazzjoni u għad-diversi bidliet fil-metodi. Fl-aħħar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-aġġornament tad-” (C(2022) data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-penali li l-Kummissjoni se tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedimenti ta’ ksur568), is-somma f’daqqa ta’ referenza użata għall-kalkolu tas-somom f’daqqa minimi kienet ta’ EUR 2 255 000. Issa hija stabbilita għal EUR 2 800 000 biex jiġi żgurat li s-somom f’daqqa minimi jibqgħu dissważivi biżżejjed, filwaqt li jitqiesu l-livelli preċedenti tagħhom u l-bidla fil-metodu stabbilit f’din il-Komunikazzjoni rigward il-fattur n.
(3) Fuq il-bażi tal-PDG u tal-popolazzjoni tal-2020 (is-sena n-2) estratti fis-7 ta’ Settembru 2022, u mqarrba sal-eqreb elf.
ANNESS II
Lista ta’ komunikazzjonijiet preċedenti dwar sanzjonijiet finanzjarji
Din il-Komunikazzjoni hija rieżami ta’ dawn il-Komunikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni dwar sanzjonijiet finanzjarji mill-1996 sal-2021:
— |
Fl-1996, il-Kummissjoni ħarġet “Memorandum dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE” (1). Dan kien approċċ inizjali maħsub biex jiġi rfinat ulterjorment, iżda stabbilixxa l-pedamenti tal-politika tal-lum dwar is-sanzjonijiet finanzjarji, billi ddikjara li l-ammont tal-penali jrid jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ tliet kriterji fundamentali, jiġifieri s-serjetà tal-ksur, iż-żmien kemm idum, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-penali nnifisha tkun ta’ deterrent għal aktar ksur. |
— |
Fl-1997, il-Kummissjoni ppubblikat għall-ewwel darba “Metodu għall-kalkolu ta’ pagamenti tal-penali stabbilit skont l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE” (2). Dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda metodu stabbilit għall-kalkolu tas-somma f’daqqa. Skont il-metodu stabbilit, il-pagament ta’ penali ta’ kuljum kellu jiġi kkalkolat bħala ammont uniformi b’rata fissa, immultiplikat b’koeffiċjent għas-serjetà u b’koeffiċjent għal kemm idum, li r-riżultat tiegħu għandu jiġi mmultiplikat b’fattur speċjali (magħruf bħala l-“fattur n”) li jirrifletti l-kapaċità li l-Istat Membru kkonċernat iħallas u n-numru ta’ voti li għandu fil-Kunsill. Dan il-fattur n, li f’dak iż-żmien kien jirrifletti kemm il-piż ekonomiku kif ukoll dak istituzzjonali, ġie maħsub bħala mod biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikunu ġusti, proporzjonati, iżda wkoll dissważivi biżżejjed biex l-Istati Membri jtemmu l-ksur u ma jirrepetux il-ksur. Id-dokument spjega wkoll kif il-koeffiċjenti għas-serjetà u għal kemm idum kellhom jiġu ddeterminati u stabbilixxa l-ewwel valuri għall-fattur n (3). |
— |
Fl-2001, deċiżjoni interna (4) tal-Kummissjoni speċifikat li l-koeffiċjent għal kemm idum għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ 0,1 fix-xahar (b’massimu ta’ 3), mis-seba’ xahar wara s-sentenza tal-Qorti. |
— |
Fl-2005, il-Kummissjoni ħarġet “Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE” (5), billi kien meħtieġ aġġornament b’mod partikolari fir-rigward tal-ġurisprudenza l-ġdida tal-Qorti, l-Istati Membri l-ġodda li ngħaqdu mal-UE, u l-evoluzzjonijiet tar-rati tat-tkabbir u tal-inflazzjoni. Din stabbiliet il-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu rrispettati meta jintalbu sanzjonijiet finanzjarji, li għadhom validi llum. Stabbiliet ukoll għall-ewwel darba metodu għall-kalkolu tal-ħlas ta’ somma f’daqqa, inklużi s-somom f’daqqa minimi għal kull Stat Membru, aġġornat il-kalkolu tal-fattur n (6), u stabbiliet l-ammonti b’rata fissa għall-kalkolu tal-pagamenti ta’ penali u ta’ somma f’daqqa (7). |
— |
Fl-2010, wara l-introduzzjoni fit-Trattat ta’ Liżbona tal-possibbiltà li jintalbu sanzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni għal direttivi leġiżlattivi, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu “Implementazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE” (8). F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni spjegat kif se tapplika l-metodi ta’ kalkolu eżistenti għall-pagamenti ta’ somma f’daqqa u ta’ penali għall-każijiet koperti mill-Artikolu 260(3). |
— |
Fl-2019, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni ġdida “Modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummissjoni f’proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” (9). Din il-Komunikazzjoni segwiet sentenza tal-Qorti (10) li fiha kienet qieset li l-Kummissjoni ma setgħetx tibqa’ tibbaża fuq in-numru ta’ voti fil-Kunsill għal kull Stat Membru biex tirrifletti l-piż istituzzjonali, billi l-metodu tal-votazzjoni kien inbidel mill-1 ta’ April 2017. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat din l-opportunità biex taġġorna l-valur ta’ referenza tal-PDG (li kien il-PDG tal-Lussemburgu) u dan ġie sostitwit bil-medja tal-PDG tal-Istati Membri, meta jiġi kkalkolat il-fattur n (11). Fl-aħħar nett, biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw jibqgħu ġeneralment konsistenti mal-livelli preċedenti, il-Kummissjoni introduċiet fattur ta’ aġġustament ta’ 4,5. |
— |
L-aktar reċenti, fl-2021, il-Kummissjoni aġġustat il-kalkolu għas-somom f’daqqa u għall-pagamenti ta’ penali (12) minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Minħabba li l-fattur n qies il-medja tal-PDG tal-Istati Membri kollha, il-ħruġ tar-Renju Unit irriżulta f’żieda tal-fattur n, li jirriżulta f’sanzjonijiet finanzjarji ogħla proposti mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat fattur ta’ aġġustament ta’ 0,836 biex tiżgura li ż-żieda tkun limitata għall-inflazzjoni. |
(1) Informazzjoni tal-Kummissjoni — Memorandum dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE (ĠU C 242, 21.8.1996, p. 6).
(2) Information tal-Kummissjoni — Metodu għall-kalkolu ta’ pagamaneit tal-penali stabbilit skont l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE (ĠU C 063, 28.2.1997, p. 2).
(4) Ara PV(2001)1517/2 tat-2 ta’ April 2001
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Implimentazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE (SEC(2005) 1658).
(7) Stabbilit għal EUR 600 kuljum għall-pagamenti ta’ penali u għal EUR 200 għall-pagamenti ta’ somma f’daqqa.
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (SEC(2010) 1371 final).
(9) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummissjoni f’proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 70, 25.2.2019, p. 1).
(10) Is-Sentenza tal-14 ta’ Novembru 2018, Il-Kummissjoni vs il-Greċja (C-93/17, EU:C:2018:903).
(12) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Aġġustament tal-kalkolu għall-pagamenti ta’ somma f’daqqa u ta’ penali proposti mill-Kummissjoni fi proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara l-ħruġ tar-Renju Unit (ĠU C 129, 13.4.2021, p. 1).
4.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/17 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10944 — MITSUBISHI / HERE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 2/02)
Fid-19 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10944. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
4.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/18 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
2,50 % fl-1 ta' Jannar 2023
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta' Jannar 2023
(2023/C 2/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0545 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
137,93 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4370 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88048 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,1430 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9879 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,5280 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,124 |
HUF |
Forint Ungeriż |
403,33 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6831 |
RON |
Leu Rumen |
4,9310 |
TRY |
Lira Turka |
19,7566 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5708 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4414 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2392 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6932 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4188 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 346,51 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
18,0190 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2863 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 471,95 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6439 |
PHP |
Peso Filippin |
59,020 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,254 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,6656 |
MXN |
Peso Messikan |
20,5283 |
INR |
Rupi Indjan |
87,4095 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
4.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/19 |
SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Jannar 2022
li tirrifjuta l-kompetenza tagħha skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (Każ C.1886 – Iliad – Stedina biex tittieħed azzjoni abbażi tal-Artikolu 265 TFUE)
(Notifikat permezz tad-dokument numru C(2022) 78)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2023/C 2/04)
(1)
Fl-10 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet stedina biex tittieħed azzjoni (“Stedina biex tittieħed azzjoni”) minn Iliad S.A. (“Iliad”, Franza), f’konformità mal-Artikolu 265 TFUE, li titlob lill-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni tagħha fuq il-fużjoni bejn Télévision Française 1 S.A. (“TF1”, Franza) u Métropole Télévision S.A. (“M6”, Franza) (“it-Tranżazzjoni”).
1. IL-PARTIJIET U T-TRANŻAZZJONI
(2) |
TF1 hija kumpannija sussidjarja kkontrollata minn 43,7 % ta’ Bouygues S.A. (“Bouygues”). Bouygues hija attiva fis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-telekomunikazzjoni u tal-midja. L-attività prinċipali ta’ TF1, direttament jew permezz tas-sussidjarji tagħha, huwa x-xandir ta’ stazzjonijiet televiżivi. TF1 twettaq ukoll attivitajiet oħra relatati mal-attività ewlenija tagħha bħala xandara ta’ stazzjonijiet televiżivi: il-produzzjoni awdjoviżiva u ċinematografika, l-akkwist ta’ drittijiet awdjoviżivi, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ skrins tar-reklamar, il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ DVDs u CDs mużikali, l-iżvilupp ta’ prodotti derivati mill-antenna, l-iżvilupp ta’ servizzi diġitali u interattivi. |
(3) |
M6 hija kumpannija sussidjarja kkontrollata minn 48,26 % ta’ RTL Group S.A. (“RTL”), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn 76,28 % ta’ Bertelsmann SE &Co. KGaA (“Bertelsmann”). L-attività prinċipali ta’ M6, direttament jew permezz tas-sussidjarji tagħha, huwa x-xandir ta’ stazzjonijiet televiżivi. Barra minn dan, M6 twettaq attivitajiet oħra relatati mal-attività ewlenija tagħha bħala xandara ta’ stazzjonijiet televiżivi: il-produzzjoni awdjoviżiva u ċinematografika, l-akkwist ta’ drittijiet awdjoviżivi, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ skrins tar-reklamar, il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ DVDs u CDs mużikali, l-iżvilupp ta’ prodotti derivati mill-antenna, l-iżvilupp ta’ servizzi diġitali. Fl-aħħar nett, l-M6 tikkontrolla l-grupp tar-radju RTL France, li għandu diversi awtorizzazzjonijiet biex ixandar programmi tar-radju fi Franza metropolitana u jiżviluppa diversi attivitajiet relatati mal-operat ta’ dawn is-servizzi tar-radju. |
(4) |
[Deskrizzjoni tat-Tranżazzjoni]. Wara t-Tranżazzjoni, Bouygues se jkollha madwar 30 % tal-kapital tal-Entità l-Ġdida, filwaqt li Bertelsmann, permezz ta’ RTL, se jkollha madwar 16 % tal-kapital tal-Entità l-Ġdida. |
2. FATTI U PROĊEDURA
(5) |
Fis-17 ta’ Mejju 2021, TF1, M6, Bouygues u RTL ħabbru l-konklużjoni ta’ memoranda ta’ abbozz ta’ ftehim f’negozjati esklużivi biex jingħaqdu l-attivitajiet ta’ TF1 u M6. Fis-17 ta’ Mejju 2021, Bouygues u RTL iffirmaw żewġ Memoranda ta’ Qbil. Dawn il-Memoranda ta’ Qbil ġew segwiti fit-8 ta’ Lulju 2021 bl-iffirmar ta’ Ftehim Qafas bejn Bouygues u RTL u Ftehim ta’ Kombinament ta’ Negozju bejn TF1 u M6 (“Ftehimiet”). Bouygues u RTL qablu wkoll dwar abbozz ta’ ftehim tal-azzjonisti li għandu jiġi ffirmat meta ġiet konkluża t-tranżazzjoni (“Ftehim tal-azzjonisti”). |
(6) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2021, l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni (“Autorité de la concurrence, ADLC”) bagħtet kwestjonarju lil diversi atturi tas-suq, inkluża Iliad, fejn talbet il-fehmiet tagħhom dwar it-Tranżazzjoni (2). Fl-introduzzjoni għall-kwestjonarju, l-ADLC tirreferi għall-fatt li “[i]l-kwestjonarju jikkonċerna l-fużjoni prevista bejn il-gruppi ta’ TF1 u [M6] fi ħdan [E]ntità [Ġ]dida. Dik [l-Entità l-Ġdida] tkun ikkontrollata esklużivament minn [Bouygues]”. Għaldaqstant, l-introduzzjoni tat-test tas-suq tindika li “[d]in [it-Tranżazzjoni] hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-[ADLC], li hija, fi Franza, l-awtorità amministrattiva indipendenti inkarigata mir-regolamentazzjoni kompetittiva tas-swieq”. |
(7) |
Fl-10 ta’ Novembru 2021, Iliad bagħtet lill-Kummissjoni lis-Stedina biex tittieħed azzjoni (3). B’mod partikolari, Iliad issostni li, kuntrarjament għal dak li tallega l-ADLC, l-Entità l-Ġdida se tkun suġġetta għall-kontroll konġunt ta’ Bouygues u Bertelsmann u għalhekk għandha dimensjoni Ewropea. |
3. DIMENSJONI EWROPEA
3.1. Sfond ġuridiku
(8) |
Skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni għandha kompetenza esklużiva biex tivvaluta għaqdietb’dimensjoni Ewropea. L-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għandu żewġ settijiet ta’ limiti massimi alternattivi biex jiġi ddeterminat jekk għaqda għandhiex dimensjoni Ewropea. |
(9) |
Skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għaqda għandha dimensjoni Ewropea meta (i) il-fatturat dinji aggregat tal-impriżi kollha kkonċernati jaqbeż EUR 5 biljun, u (ii) il-fatturat aggregat tal-Unjoni ta’ mill-inqas żewġ impriżi kkonċernati jaqbeż EUR 250 miljun, sakemm kull waħda mill-impriżi kkonċernati ma tiksibx aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħha fl-Unjoni fi ħdan l-istess Stat Membru wieħed. |
(10) |
Konċentrazzjoni li ma tissodisfax il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għandha dimensjoni tal-Unjoni meta: (i) il-fatturat dinji aggregat tal-impriżi kollha kkonċernati jaqbeż EUR 2,5 biljun, (ii) f’kull wieħed minn tal-inqas tliet Stati Membri l-valur tal-bejgħ aggregat tal-impriżi kollha kkonċernati jaqbeż EUR 100 miljun, (iii) f’kull wieħed minn mill-inqas tliet Stati Membri inklużi għall-finijiet tal-punt (ii), il-fatturat aggregat ta’ mill-inqas tnejn mill-impriżi kkonċernati jaqbeż EUR 25 miljun, u (vi) il-fatturat aggregat tal-Unjoni ta’ mill-inqas żewġ impriżi kkonċernati jkun aktar minn EUR 100 miljun, sakemm kull waħda mill-impriżi kkonċernati ma tiksibx aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħha fl-Unjoni fi Stat Membru wieħed (l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet). |
(11) |
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni, l-impriżi kkonċernati huma dawk involuti f’konċentrazzjoni, jiġifieri fużjoni jew akkwist ta’ kontroll, f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (4). |
(12) |
Fil-kuntest ta’ akkwist ta’ kontroll esklużiv, l-impriżi kkonċernati huma l-impriża akkwirenti u l-impriża fil-mira (5). |
(13) |
Fil-kuntest tal-akkwist ta’ kontroll konġunt fuq impriża konġunta maħluqa ġdida wara l-kontribuzzjoni ta’ kumpannija sussidjarja jew attività preeżistenti minn impriża li eżerċitat kontroll esklużiv fuq dik il-kumpannija sussidjarja jew attività preeżistenti, kull waħda mill-impriżi li jeżerċitaw kontroll konġunt għandha titqies bħala impriża kkonċernata. F’dan il-każ, il-valur tal-bejgħ tal-impriża konġunta huwa parti mill-fatturat tal-kumpannija prinċipali oriġinali (6). |
3.2. Il-fatturat
(14) |
Bouygues kisbet fatturat dinji ta’ EUR 34,7 biljun fl-2020, fatturat ta’ EUR [fatturat] biljun fl-Unjoni u fatturat ta’ EUR [fatturat] biljun fi Franza. Bouygues għalhekk tikseb aktar minn żewġ terzi tal-fatturat totali tagħha fl-Unjoni fi Franza. |
(15) |
Bertelsmann għamlet dħul mill-bejgħ dinji ta’ EUR 17,3 biljun fl-2020, dħul mill-bejgħ ta’ EUR [dħul mill-bejgħ] biljun fl-Unjoni u EUR [dħul mill-bejgħ] biljun fi Franza. Għalhekk, Bertelsmann ma tiġġenerax iktar minn żewġ terzi tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha fl-Unjoni fi Franza. |
(16) |
M6 kisbet fatturat dinji ta’ EUR 1,27 biljun fl-2020, fatturat ta’ EUR [fatturat] biljun fl-Unjoni u fatturat ta’ EUR [fatturat] biljun fi Franza. M6 għalhekk tikseb aktar minn żewġ terzi tal-fatturat totali tagħha fl-Unjoni fi Franza. |
(17) |
Fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta’ Bouygues u M6 jew Bouygues u Bertelsmann, ma hemmx dubju li dawn jaqbżu l-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) u (b). Madankollu, billi tqis biss il-fatturat ta’ Bouygues u M6, it-Tranżazzjoni ma jkollhiex dimensjoni Ewropea, peress li Bouygues u M6 jiksbu aktar minn żewġ terzi tal-fatturat tagħhom fl-Unjoni fi Franza. B’kunsiderazzjoni tal-fatturat ta’ Bouygues u Bertelsmann, it-Tranżazzjoni għandha dimensjoni Ewropea, peress li Bertelsmann ma tilħaqx aktar minn żewġ terzi tal-fatturat tagħha fl-Unjoni Ewropea fi Franza. |
(18) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni. |
3.3. L-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni
(19) |
L-ADLC u Bouygues iqisu li l-Entità l-Ġdida se tkun ikkontrollata esklużivament minn Bouygues (7). F’dak il-każ, l-impriżi kkonċernati jkunu Bouygues u M6 u l-għaqda ma jkollhiex dimensjoni Ewropea. |
(20) |
Għall-kuntrarju, Iliad targumenta li l-Entità l-Ġdida se tkun ikkontrollata b’mod konġunt minn Bouygues u Bertelsmann (8). F’dak il-każ, l-impriżi kkonċernati jkunu Bouygues u Bertelsmann (9) u l-għaqda jkollha dimensjoni Ewropea. |
(21) |
Sabiex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni, huwa l-ewwel neċessarju li tiġi ddeterminata n-natura tal-kontroll li se jiġi eżerċitat fuq l-Entità l-Ġdida. |
3.3.1. In-natura tal-kontroll fuq l-Entità l-Ġdida
3.3.1.1.
(22) |
Wara t-Tranżazzjoni, Bouygues se jkollha madwar 30 % tal-kapital tal-Entità l-Ġdida, filwaqt li Bertelsmann, permezz ta’ RTL, se jkollha madwar 16 % tal-kapital tal-Entità l-Ġdida. |
(23) |
Fir-rigward tal-Laqgħa Ġenerali tal-Entità l-Ġdida (“Assemblea Ġenerali”), l-Artikolu 2.5 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jistipula li Bouygues u Bertelsmann għandhom jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-punti kollha fuq l-aġenda qabel kwalunkwe Laqgħa Ġenerali. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, Bertelsmann, fil-prinċipju, ikollha tivvota l-istess bħal Bouygues. |
(24) |
Il-Bord tad-Diretturi tal-Entità l-Ġdida (“il-Bord tad-Diretturi”) se jkun magħmul minn 12-il membru. Bouygues se jkun tista’ taħtar erba’ membri inkluż is-CEO tal-Bord tad-Diretturi (10) u tipproponi żewġ membri indipendenti. Bertelsmann se tkun tista’ taħtar żewġ diretturi, inkluż il-Viċi President tal-Bord tad-Diretturi u tipproponi [numru ta’ membri indipendenti proposti minn Bertelsmann]. Skont l-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti, id-deċiżjonijiet dwar il-Bord tad-Diretturi għandhom jiġu adottati b’maġġoranza tal-voti mitfugħa. F’każ ta’ parità, is-CEO għandu jkollu vot deċiżiv. L-Artikolu 2.1.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jirrikjedi li Bouygues u Bertelsmann jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-punti kollha fuq l-aġenda tal-Bord tad-Diretturi. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, Bertelsmann, fil-prinċipju, ikollha tivvota l-istess bħal Bouygues. |
3.3.1.2.
(25) |
Iliad tqis li l-Entità l-Ġdida se tkun ikkontrollata b’mod konġunt minn Bouygues u Bertelsmann. |
(26) |
Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, Iliad issostni, l-ewwel nett, li l-istruttura tat-tranżazzjoni kif prevista minn Bouygues u Bertelsmann tippermetti li jiġi konkluż li Bouygues u Bertelsmann kienu jikkontrollaw b’mod konġunt l-Entità l-Ġdida. Iliad tirrimarka li, wara l-konklużjoni tat-Tranżazzjoni, Bertelsmann (permezz ta’ RTL) se jkollha 16 % tal-kapital tal-Entità l-Ġdida. Bertelsmann għalhekk se tkun it-tieni l-akbar azzjonista tal-Entità l-Ġdida. |
(27) |
Għalhekk, Iliad issostni li Bertelsmann se tkun attriċi ewlenija fis-sjieda tal-Entità l-Ġdida, b’mod partikolari minħabba l-għarfien espert ta’ RTL fis-settur awdjoviżiv. B’mod partikolari, minn intervista ma’ Thomas Rabe, CEO ta’ Bertelsmann u Olivier Roussat, Direttur Ġenerali ta’ Bouygues, jirriżulta li Bouygues u Bertelsmann iqisu lilhom infushom bħala msieħba fit-tul, b’perspettiva komuni tas-swieq (11). Dan ġie ripetut fi preżentazzjoni lill-investituri li fiha TF1 u M6 sostnew li RTL se jibqa’ azzjonist strateġiku fit-tul (12). Barra minn hekk, Iliad tenfasizza li, sa fejn la Bouygues u lanqas RTL individwalment ma għandhom drittijiet tal-vot suffiċjenti sabiex ikollhom maġġoranza fil-laqgħat ġenerali, huwa biss eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-vot tagħhom li jista’ jagħtihom maġġoranza (13). |
(28) |
It-tieni nett, Iliad temmen li Bouygues u RTL se jaġixxu fi sħubija strateġika bħala parti minn azzjoni konġunta. Azzjoni konġunta, fis-sens tal-Artikolu L.233-10 tal-Kodiċi tal-Kummerċ Franċiż, hija ddefinita bħala ftehim konkluż minn persuni “sabiex jakkwistaw, jiddisponu jew jeżerċitaw drittijiet tal-vot, sabiex jimplimentaw politika komuni fir-rigward tal-kumpannija jew sabiex jiksbu l-kontroll ta’ din il-kumpannija”. L-eżistenza ta’ tali azzjoni hija, barra minn hekk, indikazzjoni użata mill-ADLC sabiex tevalwa n-natura tal-kontroll eżerċitat minn impriża waħda jew iktar fuq impriża oħra (14). |
(29) |
It-tielet nett, Iliad tqis li Bertelsmann se tkun partikolarment irrappreżentata fil-Bord tad-Diretturi (15). Iliad tinnota b’mod partikolari li l-ewwel CEO tal-Entità l-Ġdida se jkun Nicolas de Tavernost, il-President attwali tal-M6. Iliad tinnota wkoll li n-numru ta’ konsulenti mogħtija lil Bouygues (erbgħa) u lil Bertelsmann (tlieta) individwalment ma jippermettix lil Bouygues jew lil Bertelsmann jaġixxu individwalment (16). |
(30) |
Fl-aħħar nett, Iliad issostni li Bouygues u Bertelsmann iddefinixxew strateġija komuni, kif issostanzjat fl-istqarrijiet għall-istampa u fil-preżentazzjonijiet lill-investituri (17). |
3.3.1.3.
(31) |
L-ADLC u Bouygues iqisu li t-Tranżazzjoni hija strutturata b’tali mod li tiżgura li Bouygues ikollha kontroll esklużiv fuq l-Entità l-Ġdida (18). |
(32) |
Fir-rigward tal-Assemblea Ġenerali, Bouygues enfasizzat li, skont l-Artikolu 2.5 tal-Ftehim tal-Azzjonisti Bouygues u Bertelsmann, qabel kwalunkwe laqgħa ġenerali, se jkollhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jippruvaw jiddefinixxu pożizzjoni komuni dwar kull vot futur. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Bouygues u Bertelsmann, il-pożizzjoni proposta minn Bouygues tipprevali u Bertelsmann ikollha tivvota skont id-deċiżjonijiet ta’ Bouygues (19). Analiżi tar-rati storiċi ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħat ġenerali tat-TF1 u tal-M6 twassal għall-konklużjoni li d-drittijiet tal-vot ikkombinati bejn Bouygues u Bertelsmann se jagħtu lil dawn il-kumpaniji maġġoranza de facto tal-laqgħat ġenerali. |
(33) |
Fir-rigward tal-Bord tad-Diretturi, Bouygues tinnota li l-Artikolu 2.1.1 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jipprevedi li l-Bord tad-Diretturi tal-Entità l-Ġdida se jkun magħmul minn 12-il membru, li minnhom Bouygues se taħtar nofs, inkluż il-president tiegħu b’vot deċiżiv (20). |
(34) |
B’mod simili għat-tħejjija tal-laqgħat ġenerali, Bouygues tindika li l-Ftehim tal-Azzjonisti jimponi perjodu ta’ ftehim bejn Bouygues u Bertelsmann qabel kull laqgħa tal-Bord tad-Diretturi (21). F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Bouygues u Bertelsmann, il-pożizzjoni proposta minn Bouygues tipprevali u Bertelsmann ikollha tivvota skont id-deċiżjonijiet ta’ Bouygues (22). Bertelsmann tista’ tieħu pożizzjoni oħra minn Bouygues biss f’każijiet eċċezzjonali. B’mod partikolari, l-Artikolu 2.1.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jipprovdi li Bertelsmann ma tkunx meħtieġa ssegwi l-pożizzjoni ta’ Bouygues jekk Bertelsmann jew wieħed mir-rappreżentanti tagħha fil-Bord tad-Diretturi jqis li d-deċiżjoni tkun illegali jew tmur kontra l-interess soċjali tal-Entità l-Ġdida (23). Barra minn hekk, l-Artikolu 2.1.4 jelenka suġġetti li dwarhom Bertelsmann mhux se tkun meħtieġa tivvota bħal Bouygues, iżda dan għandu jikkonċerna biss deċiżjonijiet eċċezzjonali li x’aktarx jaffettwaw il-valur tal-Entità l-Ġdida (24). |
(35) |
Fl-aħħar nett, Bouygues tiddikjara li se tikkontrolla d-deċiżjonijiet strateġiċi kollha tal-Entità l-Ġdida, inklużi l-pjan tan-negozju u l-baġit tagħha, l-investimenti u l-ħatra tad-diretturi tagħha. F’dan ir-rigward, Bouygues tenfasizza li l-fatti invokati minn Iliad sabiex tikkonkludi li kien hemm strateġija komuni bejn Bouygues u Bertelsmann huma biss stqarrijiet għall-istampa li ma fihomx il-kontenut sħiħ tal-Ftehimiet u tal-Ftehim tal-Azzjonisti (25). |
3.3.1.4.
(A) Sfond ġuridiku
(36) |
L-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat jistabbilixxi li jeżisti kontroll konġunt meta żewġ impriżi jew persuni jew aktar ikollhom il-possibbiltà li jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq impriża oħra. B’influwenza deċiżiva, il-Kummissjoni normalment tfisser is-setgħa li timpedixxi azzjonijiet li jistabbilixxu l-imġiba kummerċjali strateġika ta’ impriża. Impriżi li jakkwistaw kontroll konġunt ta’ impriża oħra għandhom għalhekk jaqblu dwar il-politika kummerċjali tal-impriża konġunta u huma msejħa biex jikkooperaw (26). |
(37) |
Il-Kummissjoni tuża diversi kriterji biex tiddetermina l-eżistenza ta’ kontroll konġunt. |
(38) |
Għalkemm jista’ jkun hemm kontroll konġunt fejn żewġ kumpaniji prinċipali jkunu f’sitwazzjoni ta’ parità tad-drittijiet tal-vot u tar-rappreżentanza fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni tqis li din mhijiex kundizzjoni neċessarja. Għalhekk, jista’ jkun hemm ukoll kontroll konġunt fin-nuqqas ta’ tali parità. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-azzjonisti minoritarji jibbenefikaw minn drittijiet addizzjonali, bħal drittijiet ta’ veto fuq deċiżjonijiet strateġiċi għall-Entità l-Ġdida (27). Id-drittijiet ta’ veto li jagħtu lok għal kontroll konġunt normalment ikunu relatati ma’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-baġit, il-pjan tal-impriża (business plan), l-investimenti il-kbar jew anke l-ħatra ta’ maniġment superjuri. |
(39) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-vot jista’ jagħti lok għal kontroll konġunt. Għalhekk, anke fl-assenza ta’ drittijiet tal-veto speċifiċi, żewġ impriżi jew aktar, li jakkwistaw parteċipazzjonijiet minoritarji f’impriża oħra, jistgħu jiksbu kontroll konġunt (28). Dan jista’ jkun il-każ fejn il-parteċipazzjonijiet minoritarji flimkien jipprovdu l-mezzi biex jikkontrollaw l-impriża mmirata. Tali ftehim jista’ jirriżulta minn ftehim legalment vinkolanti jew jintwera abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali, b’mod partikolari meta jkun hemm interessi komuni b’saħħithom (29). |
(40) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis fatturi oħra, inkluża l-eżistenza ta’ vot deċiżiv (30). L-eżistenza ta’ kontroll konġunt timplika li ma jingħata l-ebda vot deċiżiv lil waħda mill-kumpaniji prinċipali, peress li dan jirriżulta f’kontroll uniku tal-kumpanija b’vot deċiżiv (31). Madankollu, jista’ jkun hemm kontroll konġunt jekk, fil-prattika, ir-rilevanza u l-effettività ta’ dan il-vot deċiżiv ikunu limitati (32). |
(B) Id-drittijiet ta’ veto ta’ Bertelsmann fl-Entità l-Ġdida
(41) |
Kif issostanzjat fil-paragrafi (22)-(24) hawn fuq u mingħajr eċċezzjoni, Bertelsmann se jkollha tivvota bħal Bouygues kemm fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi kif ukoll fil-Laqgħat Ġenerali. |
(42) |
Bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti [jipprevedi mekkaniżmu li jippermetti lil Bertelsmann ma tivvutax favur proposta, fuq bażi eċċezzjonali u għal ċerti deċiżjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti] (33). Il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu ta’ eċċezzjoni fl-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti huwa analogu għal dritt ta’ veto ta’ Bertelsmann fuq dawn il-kwistjonijiet. [Dettalji dwar il-funzjonament tal-Ftehim tal-Azzjonisti]. Għalhekk, Bertelsmann se jkollha dritt ta’ veto fuq il-kwistjonijiet elenkati fl-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti. |
(43) |
L-ewwel nett, l-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jelenka lista ta’ kwistjonijiet li fuqhom Bertelsmann se jkollha b’mod eċċezzjonali dritt ta’ veto. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, l-emendi għall-istatuti, is-sostituzzjoni tal-awdituri, kwalunkwe bidla fil-politika dwar id-distribuzzjoni tad-dividendi, kwalunkwe bidla fir-regoli ta’ governanza, kwalunkwe żieda fil-kapital, kwalunkwe żieda sinifikanti fid-dejn u l-impenn tal-Entità l-Ġdida għal kwalunkwe attività ġdida li ma taqax taħt l-għanijiet tagħha. Fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet ta’ veto, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-punt 66 tal-Komunikazzjoni dwar il-kompetenza, dawn il-kwistjonijiet ma jikkonċernawx id-deċiżjonijiet strateġiċi tal-Entità l-Ġdida. Fil-fatt, id-dritt ta’ veto fuq dawn il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħajja nfisha tal-Entità l-Ġdida ma jistax, bħala tali, jagħti lil Bertelsmann kontroll konġunt fuq l-Entità l-Ġdida. Dawn id-drittijiet tal-veto jikkorrispondu pjuttost għal dawk normalment mogħtija lill-azzjonisti minoritarji biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tagħhom bħala investituri fl-impriża konġunta. |
(44) |
L-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jagħti wkoll lil Bertelsmann drittijiet ta’ veto fuq ċerti tipi ta’ investimenti. B’mod partikolari, Bertelsmann se żżomm id-dritt li ma ssegwix il-proposta ta’ Bouygues dwar (i) kwalunkwe investiment, bejgħ jew akkwist ta’ titoli, attivitajiet jew assi li jaqbżu EUR [ammont limitu] għal kull tranżazzjoni, (ii) l-akkwisti ta’ drittijiet għal kontenut awdjoviżiv li jaqbżu EUR [ammont limitu] għal kull tranżazzjoni fis-sena, (iii) kuntratti ta’ distribuzzjoni ogħla minn EUR [ammont limitu] għal kull tranżazzjoni fis-sena; (iv) il-ħolqien ta’ kwalunkwe impriża konġunta jew sħubija jew kwalunkwe garanzija oħra kull waħda għal ammont annwali ta’ EUR [ammont limitu], u (v) kwalunkwe litigazzjoni li taqbeż EUR [ammont tal-livell limitu]. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-limiti stabbiliti fil-Ftehim tal-Azzjonisti jaqbżu l-valur ta’ kważi l-investimenti kollha magħmula minn TF1 matul l-aħħar għaxar snin (u l-investimenti totali impenjati minn M6) (34). Għaldaqstant, dawn ma humiex ta’ natura li jagħtu veto lil Bertelsmann fuq l-iżvolġiment normali tan-negozju tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni. Fid-dawl tad-daqs tal-ammonti hekk stabbiliti, dawn id-drittijiet ta’ veto jikkorrispondu iktar mad-drittijiet ordinarji ta’ protezzjoni tal-azzjonisti minoritarji. |
(45) |
Għalhekk, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Bertelsmann mhux se teżerċita kontroll konġunt fuq l-Entità l-Ġdida minħabba d-drittijiet ta’ veto stabbiliti fl-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti. |
(46) |
L-ewwel CEO tal-Entità l-Ġdida se jinħatar minn Bouygues u Bertelsmann (35). Se jkun wieħed mill-erba’ membri tal-Bord tad-Diretturi maħtur minn Bouygues. Matul il-perijodu ta’ żamma, (36)Bouygues tista’, wara diskussjonijiet ma’ Bertelsmann, iżda mingħajr ma din tal-aħħar ikollha dritt ta’ veto fuq id-deċiżjoni finali, tneħħi lis-CEO tal-Entità l-Ġdida mill-kariga. Fir-rigward tal-ħatra ta’ CEOs futuri, Bouygues se jkollha tipproponi lista ta’ [...] kandidati [...] u Bertelsmann se tkun tista’ tagħmel veto fuq wieħed mill-kandidati (37). Bouygues għalhekk se jkollha l-aħħar kelma dwar l-għażla [tas-CEO] sakemm Bertelsmann ma tqisx li hemm dubji serji dwar l-etika tal-kandidat (38). […] (39). Minn dan isegwi li, kemm matul kif ukoll wara l-Perjodu ta’ żamma, Bouygues se jkollha l-aħħar kelma fir-rigward tal-ħatra u r-riżenja tas-CEO tal-Entità l-Ġdida. Bertelsmann se jkollha biss dritt ta’ veto fuq [...] u fuq il-ħatra ta’ kandidat li dwaru Bertelsmann tqis li hemm dubji serji dwar l-etika tiegħu. Min-naħa l-oħra, Bertelsmann ma għandha l-ebda dritt ta’ veto fuq ir-riżenja tas-CEO. Għalhekk, id-drittijiet ta’ veto ta’ Bertelsmann fil-proċess tal-ħatra tas-CEO tal-Entità l-Ġdida huma simili għal dritt ta’ konsultazzjoni, kompatibbli max-xewqa ordinarja li jiġu protetti l-azzjonisti minoritarji. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Bouygues se tkun tista’ tkeċċi l-ewwel CEO tal-Entità l-Ġdida mingħajr dewmien. |
(47) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li Bertelsmann mhux se teżerċita kontroll konġunt fuq l-Entità l-Ġdida minħabba l-involviment tagħha fil-ħatra u r-riżenja tas-CEO tal-Entità l-Ġdida. |
(48) |
Fir-rigward tal-pjan tan-negozju u l-baġit, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 2.2.1 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jistabbilixxi kumitat tal-awditjar responsabbli għat-tħejjija tal-baġit u l-pjan tan-negozju, li se jkun magħmul minn membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur minn Bouygues u membru tal-Bord tad-Diretturi maħtur minn Bertelsmann (40). [Bouygues u Bertelsmann se jaqblu dwar l-ewwel pjan ta’ direzzjoni tan-negozju] (41). Barra minn hekk, il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju futuri, li Bertelsmann se tkun tista’ topponi biss jekk tqis li jmorru kontra l-interess tal-Entità l-Ġdida, (42) se jkollhom jikkonformaw mal-objettivi ta’ dħul, sinerġiji u investimenti [...] li jkunu qablu dwarhom Bouygues u Bertelsmann (43). Għalhekk, [fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju futuri, minħabba l-preponderanza tagħha fuq il-Bord tad-Diretturi, Bouygues se tkun tista’ timponi l-implikazzjoni tal-vot tagħha fuq il-Bord tad-Diretturi] (44). Madankollu, dawn il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u l-baġits futuri huma deċiżjonijiet strateġiċi tal-Entità l-Ġdida. |
(49) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li Bertelsmann mhux se teżerċita kontroll konġunt fuq l-Entità l-Ġdida minħabba l-mekkaniżmu ta’ diskussjoni u adozzjoni tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u l-baġits futuri tal-Entità l-Ġdida. |
(50) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda dritt li Bertelsmann tingħata veto fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi tal-Entità l-Ġdida. |
(C) L-eżerċizzju konġunt ta’ drittijiet tal-vot
(51) |
Fir-rigward tal-laqgħat ġenerali, minbarra s-suġġetti riżervati msemmija fl-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti (diskussi fil-punti (43)-(45) hawn fuq), Bertelsmann mhux se tkun tista’ topponi pożizzjoni ta’ Bouygues. |
(52) |
Madankollu, fi ħdan il-Bord tad-Diretturi, minbarra l-kwistjonijiet riżervati stabbiliti fl-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti u l-ħatra tas-CEO tal-Entità l-Ġdida (diskussi fil-punti (43)-(47) iktar ’il fuq), Bertelsmann għandha d-dritt li toġġezzjona għal kwalunkwe deċiżjoni li hija tqis illegali jew li tmur kontra l-interess soċjali tal-Entità l-Ġdida (Artikolu 2.1.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti). |
(53) |
Il-kunċett ta’ interess soċjali mhuwiex suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Madankollu, kif enfasizzat minn Bouygues, (i) l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2.1.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti hija abitwali u ma hijiex speċifika għas-settur awdjoviżiv, (ii) u hija intiża li tapplika biss f’sitwazzjonijiet estremi, (iii) peress li l-għan tagħha huwa li tiġi evitata r-responsabbiltà ċivili u/jew kriminali tal-membri maħtura minn Bertelsmann (45). F’dan is-sens, il-Kummissjoni tinnota li l-portata tal-eċċezzjoni hija limitata fil-ambitu tagħha. |
(54) |
Minn dan isegwi li Bertelsmann ma għandhiex, de jure, il-possibbiltà li teżerċita influwenza determinanti fuq l-Entità l-Ġdida skont it-termini tal-Ftehim tal-Azzjonisti. Madankollu, għandu jiġi evalwat jekk l-eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-vot ma jistax jeżisti wkoll de facto. |
(55) |
L-ewwel nett, Bertelsmann għandha għarfien espert fis-settur awdjoviżiv li jmur lil hinn mill-attivitajiet tal-Entità l-Ġdida. Barra minn hekk, anki jekk Bertelsmann ma tkunx tista’ timponi l-pożizzjoni tagħha, Bouygues u Bertelsmann se jkollhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jippruvaw jaqblu dwar pożizzjoni ta’ votazzjoni komuni qabel kull laqgħa tal-Bord tad-Diretturi jew tal-Assemblea Ġenerali tal-Entità l-Ġdida. F’dan is-sens, ma jistax jiġi eskluż li Bouygues u Bertelsmann jaġixxu bħala entità waħda fil-korpi deċiżjonali tal-Entità l-Ġdida. Barra minn hekk, is-CEO futur tal-Entità l-Ġdida se jkompli jeżerċita diversi rwoli fi ħdan Bertelsmann (46). |
(56) |
Madankollu, Bouygues għandha l-għarfien espert tagħha fis-settur awdjoviżiv u bl-ebda mod mhija se tiddependi fuq Bertelsmann bħala tali. Barra minn hekk, Bertelsmann mhux se jkollha relazzjonijiet kummerċjali sinifikanti mal-Entità l-Ġdida (47). Fl-aħħar nett, Bouygues iżżomm id-dritt li tkeċċi lis-CEO tal-Entità l-Ġdida mingħajr ma Bertelsmann tkun tista’ topponi dan. |
(57) |
Minn dan isegwi li ma teżisti ebda prova li ssostni l-eżistenza ta’ interess komuni qawwi bejn Bouygues u Bertelsmann. |
(58) |
Fin-nuqqas ta’ tali interess, il-Kummissjoni tqis li l-ħolqien possibbli ta’ alleanzi li jvarjaw bejn azzjonisti minoritarji normalment iwassal biex l-ipoteżi ta’ kontroll konġunt de facto tiġi miċħuda. F’dan il-każ, huwa possibbli li kemm fil-Bord tad-Diretturi kif ukoll fl-Assemblea Ġenerali, Bouygues tkun tista’ tassoċja ruħha ma’ azzjonisti minoritarji oħra fuq kwistjonijiet li dwarhom Bertelsmann ikollha interess li tivvota bil-kontra ta’ Bouygues. |
(59) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Bouygues u Bertelsmann, Bertelsmann hija obbligata li żżomm l-parteċipazzjonijiet tagħha biss matul il-Perijodu taż-żamma [tul tal-Perjodu taż-żamma]. Fi tmiem dan il-perjodu, Bertelsmann se tkun tista’ tbigħ l-ishma tagħha, filwaqt li tagħti lil Bouygues jedd ta’ prelazzjoni [għall-ammont tal-parteċipazzjonijiet] tal-parteċipazzjonijiet. Il-kumplament tal-parteċipazzjonijiet jista’ jinbiegħ liberament, [sakemm l-għażla tax-xerrej ma toħloqx diffikultajiet ta’ kompetizzjoni]. Għalhekk, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Kummissjoni tqis li s-sopravivenza tal-Entità l-Ġdida ma tiġix affettwata. |
(60) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet u l-Ftehim tal-Azzjonisti ma jagħtux lok għal eżerċizzju komuni tad-drittijiet tal-vot de facto. |
(D) L-eżistenza ta’ vot deċiżiv
(61) |
Fi kwalunkwe każ, il-paragrafu 82 tal-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat jipprovdi li l-eżistenza ta’ kontroll konġunt timplika li ma jingħata l-ebda vot deċiżiv lil waħda mill-kumpaniji prinċipali, peress li dan jirriżulta f’kontroll uniku tal-kumpanija b’vot deċiżiv. |
(62) |
F’dan il-każ, Bouygues se jikkontrolla nofs il-Bord tad-Diretturi, inkluż is-CEO, (48) li se jkollu vot deċiżiv. F’dak is-sens, il-vot ta’ Bertelsmann ma jidhirx li huwa meħtieġ sabiex tiġi adottata pożizzjoni ta’ Bouygues fuq il-Bord tad-Diretturi, sakemm din ma tkunx materja riżervata skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti (li dwarha ma hemm l-ebda eżerċizzju ta’ pooling tal-voti). Bl-istess mod, fl-Assemblea Ġenerali, Bertelsmann se tkun tista’ topponi l-pożizzjoni ta’ Bouygues biss dwar kwistjonijiet riżervati skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti (li dwarhom ma hemm l-ebda eżerċizzju ta’ pooling tal-voti). |
(63) |
Għalhekk, bħala riżultat tal-vot deċiżiv ta’ Bouygues, Bertelsmann mhux se jkollha kontroll konġunt fuq l-Entità l-Ġdida. |
(E) Kontroll esklużiv tal-Entità l-Ġdida
(64) |
Kif issostanzjat hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li Bouygues se jkollha s-setgħa li taħtar nofs il-Bord tad-Diretturi tal-Entità l-Ġdida. Minħabba d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kummerċjali Franċiż, (49) is-CEO tal-Entità l-Ġdida, li se jinħatar minn Bouygues, se jkollu vot deċiżiv f’każ ta’ qasma. F’dan is-sens, Bouygues se tkun tista’ timponi d-deċiżjonijiet tagħha fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Entità l-Ġdida. Il-Kummissjoni tinnota li dawn id-drittijiet jagħtu lil Bouygues kontroll uniku fuq l-Entità l-Ġdida. |
(65) |
Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.5 tal-Ftehim tal-Azzjonisti u ħlief għal kwistjonijiet riżervati skont it-tifsira tal-Artikolu 2.1.4 tal-Ftehim tal-Azzjonisti (li mhumiex tali li jagħtu kontroll konġunt), Bertelsmann trid tivvota bħal Bouygues fil-laqgħat ġenerali. F’dan is-sens, Bouygues se tikkontrolla b’mod effettiv madwar 46 % tad-drittijiet tal-vot fl-Assemblea Ġenerali tal-Entità l-Ġdida. Skont l-istatistika kkonsolidata storika ppreżentata minn Bouygues, din tirrappreżenta aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot effettivament irrappreżentati fil-laqgħat ġenerali (50). Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li Bouygues se teżerċita wkoll kontroll esklużiv de facto fuq l-Entità l-Ġdida. It-tabella li ġejja turi d-data storika kkonsolidata dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat ġenerali ta’ TF1 u M6 sa mill-2019.
Tabella 1 Data storika kkonsolidata dwar il-parteċipazzjoni ta’ TF1 u M6
Sors: Tweġiba ta’ Bouygues għat-talba ta’ informazzjoni RFI 2, mistoqsija 3 |
(66) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li Bouygues se jkollha l-kontroll esklużiv tal-Entità l-Ġdida, kemm fil-liġi kif ukoll fil-fatt. |
(F) Konklużjoni dwar in-natura tal-kontroll tal-Entità l-Ġdida
(67) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Entità l-Ġdida se tkun ikkontrollata esklussivament minn Bouygues. |
3.3.2. Konklużjoni dwar l-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni
(68) |
Il-Kummissjoni tqis li, minħabba n-natura esklużiva tal-kontroll ta’ Bouygues fuq l-Entità l-Ġdida, l-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni huma Bouygues (inkluża TF1) bħala l-impriża akkwirenti u M6 bħala l-impriża fil-mira. |
3.4. Konklużjoni dwar id-dimensjoni Ewropea tat-Tranżazzjoni
(69) |
Minħabba li kemm Bouygues kif ukoll M6 jiksbu aktar minn żewġ terzi tal-fatturat tagħhom fi Franza, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni ma tikkostitwixxix konċentrazzjoni b’dimensjoni Ewropea. |
4. KONKLUŻJONI
(70) |
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda kompetenza biex tivvaluta t-Tranżazzjoni. |
(71) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lil Iliad u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, mingħajr elementi kunfidenzjali jew sigrieti kummerċjali. |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (hawn aktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”). B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) introduċa ċerti bidliet, bħas-sostituzzjoni tat-terminu “Komunità” bit-terminu “Unjoni” u t-terminu “suq komuni” bit-terminu “suq intern”. Tul din id-deċiżjoni kollha se tintuża t-terminoloġija tat-TFUE.
(2) Stedina biex tittieħed azzjoni, Anness 1.
(3) Fit-30 ta’ Novembru 2021, bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet (“Osservazzjonijiet ta’ Bouygues”), Bouygues informat lill-Kummissjoni li l-Istedina biex tittieħed azzjoni “hija ffirmata mill-President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija b’responsabbiltà limitata Iliad, li ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza u għalhekk ma għandux is-setgħa li jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ Iliad. ” Permezz ta’ ittra ta’ ratifika (fis-sens tal-Artikoli 1156(3) u 1998(2) tal-Kodiċi Ċivili Franċiż) u konfermazzjoni lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Diċembru 2021, Iliad ikkonfermat li d-direttur ġenerali ta’ Iliad kien ta mandat orali lill-president tal-Bord tad-Diretturi ta’ Iliad sabiex jibgħat lill-Kummissjoni l-Istedina biex tittieħed azzjoni (ara, f’dan is-sens, it-tweġiba ta’ Iliad lil RFI 1). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Istedina biex tittieħed azzjoni ġiet ippreżentata b’mod validu minn Iliad.
(4) Avviż dwar il-Ġuriżdizzjoni Konsolidata tal-Kummissjoni skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet, kif ikkoreġut (ĠU C 43, 21.2.2009, p. 10), il-paragrafu 129 (“Avviż ta’ Ġuriżdizzjoni Konsolidata”).
(5) Avviż dwar il-Ġuriżdizzjoni Konsolidata, il-paragrafu 134.
(6) Avviż dwar il-Ġuriżdizzjoni Konsolidata, il-paragrafu 139.
(7) Ara l-analiżi tal-ADLC tal-applikabbiltà tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għat-Tranżazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2021, p. 7 u l-Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 10.
(8) Stedina biex tittieħed azzjoni, pp. 1-3.
(9) Tinkludi wkoll l-M6.
(10) L-ewwel CEO tal-Entità l-Ġdida se jkun Nicolas de Tavernost, il-President attwali tal-M6.
(11) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafu 7.
(12) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafu 8.
(13) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafi 10-12.
(14) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafi 16-20.
(15) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafi 22-23.
(16) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafi 24-26.
(17) Stedina biex tittieħed azzjoni, anness 2, paragrafi 27-33.
(18) Ara l-analiżi tal-ADLC tal-applikabbiltà tar-Regolament dwar l-Għaqdiet għat-Tranżazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2021, p. 7 u l-Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 10.
(19) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 5.
(20) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 8.
(21) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 5-6.
(22) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 5.
(23) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 6.
(24) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 6 u 9.
(25) Osservazzjonijiet ta’ Bouygues, p. 9.
(26) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 62.
(27) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 65.
(28) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 74.
(29) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafi 74-76.
(30) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 82.
(31) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 82.
(32) Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat, il-paragrafu 82.
(33) Dan l-obbligu ma jestendix għall-membri indipendenti proposti minn Bouygues u Bertelsmann.
(34) Bouygues jikkonferma li dawn il-limiti nqabżu biss tliet darbiet mill-2011 minn TF1, u qatt ma nqabżu minn M6. Barra minn hekk, bi tweġiba għall-RFI 2, Bouygues tikkonferma li, fejn rilevanti, il-konsolidazzjoni tad-data storika bejn il-gruppi TF1 u M6 ma twassalx għal xi eċċess ulterjuri tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2.1.4 (ara RFI 2, tweġiba għall-mistoqsija 2 u l-anness). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-limiti huma għoljin biżżejjed biex ma jagħtux lil Bertelsmann dritt ta’ veto fuq id-deċiżjonijiet strateġiċi tal-Entità l-Ġdida.
(35) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.3.
(36) L-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti jipprevedi li, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, Bertelsmann trid iżżomm il-parteċipazzjonijiet tagħha fl-Entità l-Ġdida għal [perjodu speċifikat] (“Perjodu ta’ Żamma”).
(37) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.3.
(38) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.1.2.
(39) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.3.
(40) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.2.1.
(41) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.2.1. Barra minn hekk, fit-tweġiba tagħha għall-RFI 2, Bouygues ikkonfermat li l-Ftehimiet jagħtu lil Bouygues il-possibbiltà li temenda l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fi żmien qasir u tirrevoka l-ewwel baġit (ara RFI 2, tweġiba għall-mistoqsija 5 (b)).
(42) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.1.2.
(43) Il-Ftehim tal-azzjonisti, l-Artikolu 2.2.1.
(44) Ara l-punt (62) hawn taħt.
(45) Ara RFI 2, it-tweġiba għall-mistoqsija 1.
(46) Stedina biex tittieħed azzjoni, Anness 2, paragrafu 23.
(47) Fit-tweġiba tagħha għal RFI 2, Bouygues ikkonfermat li r-relazzjonijiet intragrupp bejn M6 u Bertelsmann huma maħsuba li jieqfu (ara RFI 2, tweġiba għall-mistoqsija 4(b)). Madankollu, Bouygues tenfasizza li l-Entità l-Ġdida tista’, bħal kull operatur ieħor, tkun kapaċi tikseb provvisti mingħand il-kumpanniji sussidjarji ta’ Bertelsmann skont il-kundizzjonijiet tas-suq.
(48) Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea diġà ddeċidiet li, sabiex jiġi applikat ir-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet, in-natura awtonoma ta’ rappreżentant maħtur minn azzjonist ma għandha l-ebda effett fuq il-kapaċità ta’ dan ir-rappreżentant indipendenti li jieħu inkunsiderazzjoni l-fehmiet tal-persuna li taħtarhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Frar 2006, fil-Kawża T-282/02 Cementbouw Handel & Industrie / Commission, punt 74). Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ membri indipendenti tal-Bord tad-Diretturi tal-Entità l-Ġdida maħtura minn Bouygues se jaġixxu bl-istess mod ta’ Bouygues.
(49) Kodiċi tal-Kummerċ Franċiż, Artikolu L.225-37.
(50) Ara RFI 2, it-tweġiba għall-mistoqsija 3.