ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 495

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
29 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 495/01

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar il-Kondiviżjoni tal-Kostijiet-Benefiċċji fil-Proġetti ta’ Kooperazzjoni Transfruntiera fil-Qasam tal-Enerġija Rinnovabbli

1

2022/C 495/02

Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Gwida lill-Istati Membri għall-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tal-2021 sal-2030

24


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 495/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali

56

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 495/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Diċembru 2022

66


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 495/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Gwida dwar il-Kondiviżjoni tal-Kostijiet-Benefiċċji fil-Proġetti ta’ Kooperazzjoni Transfruntiera fil-Qasam tal-Enerġija Rinnovabbli

(2022/C 495/01)

KONTENUT

1

Introduzzjoni 2

2

L-elementi u l-għażliet għat-tfassil tal-kooperazzjoni għall-finanzjament 5

3

Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji bħala l-bażi għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji 8

4

Approċċi għall-kondiviżjoni tal-Kostijiet u l-Benefiċċji 9
Prinċipji tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji 10
L-implimentazzjoni prattika tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji 12
Eżempji ta’ kooperazzjoni 15

5

Sommarju tar-rakkomandazzjonijiet għas-CBA u l-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji 18

6

Mudell tal-Ftehim Intergovernattiv 20

7

Anness 22

1   INTRODUZZJONI

Din il-gwida għandha l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri li huma lesti jinvolvu ruħhom fi proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sabiex tinstab soluzzjoni ta’ benefiċċju reċiproku għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji relatati. Din tiddeskrivi l-għażliet għat-tfassil tal-kondiviżjoni tal-kostijiet-benefiċċji fi proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u tipprovdi rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki, filwaqt li tippermetti l-flessibbiltà tal-Istati Membri (1). Il-gwida tista’ tiġi applikata fil-kuntest tat-tieqa tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għal proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll għal proġetti rinnovabbli (RES) li jużaw mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni b’mod aktar ġenerali. Din hija rilevanti għall-elettriku rinnovabbli, kif ukoll għall-proġetti tas-sħana rinnovabbli u tal-gass rinnovabbli.

Qafas legali

Id-Direttiva 2018/2001 riveduta dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (“id-Direttiva”) tistabbilixxi qafas legali għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea. Kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jilħqu b’mod kollettiv il-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030. Din il-mira kollettiva tintlaħaq permezz tal-kontributi nazzjonali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kollha bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs). Id-Direttiva tirrikonoxxi wkoll id-dimensjoni transfruntiera tal-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw f’dan ir-rigward bl-użu ta’, inter alia, mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni disponibbli bħat-trasferimenti statistiċi, ta’ proġetti konġunti bejn l-Istati Membri, proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew skemi ta’ sostenn konġunt (2).

Bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-FNE tal-Enerġija ġiet ikkomplementata bi strument immirat biex jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli. Il-kunċett ta’ proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli, kif definit fir-Regolament tal-FNE (3), huwa bbażat fuq il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva.

Motivi għall-Kooperazzjoni

Il-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tiffaċilita l-ilħuq tal-miri tal-Unjoni kif ukoll il-kontributi nazzjonali b’mod aktar kosteffiċjenti billi żżid ir-riżerva ta’ proġetti, filwaqt li tipprovdi flessibbiltà addizzjonali lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom. Barra minn hekk, ir-reġjuni transfruntiera għandhom rwol importanti ta’ “laboratorji ta’ Integrazzjoni Ewropea” (4). Peress li l-Istati Membri għandhom riżorsi ġeografiċi u naturali differenti biex jisfruttaw l-enerġija rinnovabbli, il-kostijiet tal-produzzjoni jvarjaw b’mod konsiderevoli minn pajjiż għal ieħor. Stat Membru (il-“pajjiż ospitanti”) li jipproduċi eċċess ta’ enerġija rinnovabbli, jiġifieri aktar milli jeħtieġ biex jissodisfa l-kontribut tiegħu stess, jista’ jagħżel li jikkoopera ma’ Stat Membru ieħor (il-“pajjiż li jixtri”) li huwa lest li jikkofinanzja l-isforz. It-tnejn li huma se jibbenefikaw minn din il-kooperazzjoni. Il-pajjiż ospitanti se jikseb finanzjament addizzjonali u benefiċċji mhux monetarji marbutin mal-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-installazzjoni l-ġdida (eż. sigurtà mtejba tal-provvista, il-ħolqien tal-impjiegi, effetti kollaterali pożittivi minn żieda fl-innovazzjoni), il-pajjiż li jixtri billi jilħaq il-mira tiegħu b’mod aktar kosteffiċjenti milli b’mod domestiku. Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jikkontribwixxu wkoll għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, għall-allinjament tal-oqfsa regolatorji u għas-simplifikazzjoni tal-proċedura amministrattiva fl-Istati Membri.

Il-motivi għall-għażla tal-kooperazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli jvarjaw minn proġett għal proġett. L-aktar raġunijiet tipiċi għall-kooperazzjoni jinkludu l-kisba ta’ konformità mal-mira orħos, iż-żieda fl-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut għat-titjib tal-infrastruttura, it-titjib tas-sigurtà tal-enerġija, it-titjib tal-aċċettazzjoni pubblika ta’ ċerta teknoloġija, l-ittestjar (konġunt) ta’ teknoloġiji jew soluzzjonijiet infrastrutturali innovattivi kif ukoll it-trawwim tal-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li jissaħħaħ is-suq intern tal-enerġija tal-UE.

Barra minn hekk, il-valuri tas-suq għall-enerġija rinnovabbli jistgħu jvarjaw sostanzjalment bejn l-Istati Membri, skont, inter alia, it-taħlitiet ta’ ġenerazzjonijiet differenti, il-kapaċitajiet eżistenti tal-installazzjonijiet u l-ammont ta’ kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni u ta’ trasport tal-grilja interna. Billi jikkooperaw ma’ xulxin, l-Istati Membri b’valuri tas-suq aktar baxxi jistgħu jaċċessaw proġetti b’valuri tas-suq ogħla minn tagħhom, li jnaqqas il-pagamenti ta’ appoġġ.

Il-kooperazzjoni tista’ tkun bejn żewġ jew għadd ta’ pajjiżi / reġjuni jew territorji transfruntiera (5), b’rekwiżiti ta’ kumplessità u ta’ koordinazzjoni li normalment jiżdiedu mal-għadd ta’ atturi involuti.

Eżempju għall-kooperazzjoni transfruntiera: Irkantijiet miftuħin b’mod reċiproku bejn il-Ġermanja u d-Danimarka (6)

Fl-2016, il-Ġermanja u d-Danimarka implimentaw żewġ irkantijiet PV transfruntiera miftuħin għall-parteċipazzjoni minn proġetti li jinsabu fil-pajjiż l-ieħor. L-irkantijiet miftuħin b’mod reċiproku kienu bbażati fuq ftehim ta’ kooperazzjoni nnegozjat b’mod bilaterali. L-irkantijiet miftuħin kienu kollha bbażati fuq is-sistema ta’ appoġġ fis-seħħ għall-PV fil-pajjiż rispettiv. Barra minn hekk, il-ftehim ta’ kooperazzjoni inkluda wkoll arranġamenti fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq is-siti lokali, l-iskambju tad-data u l-kontribut għall-miri tal-enerġija rinnovabbli. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet, il-pajjiż li qiegħed jirkanta jħallas il-pagamenti ta’ appoġġ lill-impjanti kollha aġġudikati u jirċievi l-istatistika sħiħa dwar l-RES. Ma huwa inkluż l-ebda kost jew benefiċċju addizzjonali.

L-irkantijiet transfruntiera wasslu għall-post tal-proġetti kollha ta’ suċċess fid-Danimarka. L-irkant miftuħ Ġermaniż laħaq prezzijiet tal-għoti ferm anqas mill-irkantijiet nazzjonali Ġermaniżi preċedenti. Fid-Danimarka ma twettaq l-ebda rkant nazzjonali fl-istess perjodu. L-ebda proġett Ġermaniż ma pparteċipa fl-irkant Daniż. Dan seħħ, fost raġunijiet oħrajn, minħabba l-kapaċità massima baxxa prevista għal proġetti li jinsabu fil-Ġermanja (2,4 MW biss minn volum totali ta’ rkant ta’ 20 MW), irkant nazzjonali fil-Ġermanja li kien se jseħħ biss jiem wara, kostijiet tat-tranżazzjonijiet relatati mal-fehim tas-sistema Daniża tal-irkant, kif ukoll il-premium fiss użat fid-Danimarka li espona lill-operaturi tal-impjanti għal riskji fit-tul tal-prezzijiet tal-elettriku. Għall-proġetti li jinsabu fid-Danimarka, il-parteċipazzjoni fl-irkant Ġermaniż kienet attraenti peress li fl-2016 ma sar l-ebda rkant nazzjonali għall-PV. Ir-raġunijiet għal offerti aktar kompetittivi mid-Danimarka mhumiex ċari iżda x’aktarx jinkludu riżorsi PV aħjar fis-siti li jipparteċipaw fl-irkantijiet, l-opportunità li jinbnew impjanti PV fuq l-art agrikola (esklużi fil-Ġermanja) kif ukoll in-nuqqas ta’ għażliet oħrajn biex wieħed jirċievi appoġġ domestiku u b’hekk offerti aktar aggressivi.

Dawn l-irkantijiet miftuħin b’mod reċiproku wrew li l-approċċi kooperattivi bejn l-Istati Membri jistgħu jġibu kisbiet fl-effiċjenza meta mqabblin mal-irkantijiet nazzjonali. Barra minn hekk, dawn juru b’mod ċar ukoll li l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u l-iskedi tal-irkant għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi stabbilit il-perjodu ta’ żmien u meta jitfassal il-ftehim ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, il-pajjiżi jeħtieġ li jqisu wkoll l-arranġamenti tas-suq u fatturi oħrajn li jinfluwenzaw il-kostijiet tal-proġetti sabiex jiġu evitati s-sorpriżi fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-għotjiet bejn il-pajjiżi.

Eżempju għall-kooperazzjoni transfruntiera: Skema konġunta ta’ ċertifikati bejn l-Iżvezja u n-Norveġja

Fl-2012, l-iskema transfruntiera ta’ appoġġ għall-elettriku ekoloġiku bejn l-Iżvezja u n-Norveġja saret operazzjonali bl-għan li tingħata spinta lit-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli fiż-żewġ pajjiżi. Sa issa, hija l-unika skema ta’ appoġġ konġunta mwettqa taħt il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni previsti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED). Id-dħul fis-seħħ tal-iskema kien preċedut minn fażi twila ta’ negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi. Kien partikolarment diffiċli li jintlaħaq qbil dwar kondiviżjoni xierqa tal-kostijiet u tal-benefiċċji. Ftehim politiku dwar kondiviżjoni ugwali tal-piżijiet (jiġifieri ta’ 50:50) witta t-triq għall-ftehim finali.

L-iskema bbenefikat mill-esperjenza ta’ sena sħiħa tal-Iżvezja fl-operat ta’ suq domestiku taċ-ċertifikati komparabbli. Strument ibbażat fuq is-suq — l-iskema tippremja l-faċilitajiet li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli fiż-żewġ pajjiżi billi talloka ċertifikat ekoloġiku għal kull MWh ta’ elettriku rinnovabbli prodott li mbagħad jista’ jiġi nnegozjat f’suq. Il-fornituri tal-elettriku Żvediżi u Norveġiżi (u xi utenti finali) huma obbligati jixtru ċertifikati proporzjonati għal sehem mill-produzzjoni/konsum tal-elettriku tagħhom.

Minħabba s-suċċess tal-iskema fil-kisba (żejda) tal-akkumulazzjoni mmirata ta’ enerġija rinnovabbli, prinċipalment mir-riħ u mill-enerġija idroelettrika, is-sistema ngħalqet għal parteċipanti ġodda f’Jannar 2022. Minkejja li l-karatteristiċi ewlenin tal-iskema kienu l-istess fiż-żewġ pajjiżi, u l-Iżvezja u n-Norveġja ħadmu lejn mira ta’ produzzjoni konġunta espressa f’TWh, huma żammew ukoll ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-parametri tal-iskema. Lanqas ma hemm awtorità konġunta li hija responsabbli mill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ, iżda kull pajjiż ħatar entità domestika. Dan wera li r-rikonoxximent tal-ħtieġa għal flessibbiltà fit-tfassil ta’ skema konġunta jista’ jkun utli. Barra minn hekk, il-potenzjal relattivament simili għall-enerġija rinnovabbli kif ukoll l-istrutturi tal-kostijiet komparabbli għamluha aktar faċli li jintlaħaq qbil dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-iskema. Dan jgħodd ukoll għan-negozjati dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji li għandhom it-tendenza li jkunu aktar ta’ sfida jekk il-kostijiet u l-benefiċċji jvarjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi li jikkooperaw.

Ostakli għall-Kooperazzjoni

Minkejja l-benefiċċji stabbiliti u investigati sew tal-kooperazzjoni biex jintlaħqu b’mod konġunt il-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli, ftit proġetti ta’ kooperazzjoni li jużaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ġew fil-fatt implimentati mill-2009 (7), u l-użu tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għadu baxx. L-evidenza (8) tissuġġerixxi li għad hemm ostakli fl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, li jistgħu jkunu ta’ natura politika, teknika, legali u regolatorja kif ukoll soċjoekonomika u ambjentali. L-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn jirrapportaw ukoll ostakli amministrattivi relatati mal-passi proċedurali meħtieġa għall-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ kooperazzjoni u ostakli fir-rigward tal-kwantifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Madankollu d-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri dwar l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni intensifikaw f’dawn l-aħħar snin u qed jiġu diskussi diversi proġetti potenzjali (9). Iż-żieda fil-pressjoni għad-dekarbonizzazzjoni rapida f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Pjan RePowerEU jitolbu użu aktar frekwenti tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni.

Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Gwida għandha l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri fl-ippjanar, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni (10). Billi titfa’ dawl fuq l-għażliet u l-elementi tat-tfassil disponibbli għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji, hija għandha l-għan li tiffaċilita l-eliminazzjoni ta’ dan l-ostaklu għal użu ulterjuri tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni.

Il-gwida preċedenti dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji hija limitata għall-metodoloġija tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji (CBA) mħejjija mill-ENTSO-E għall-proġetti tal-iżvilupp tal-grilja skont ir-Regolament (UE) 2022/869, u l-ebda gwida ma ffokat fuq il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-assi tal-ġenerazzjoni. Għalhekk, din il-Gwida għandha l-għan li tipprovdi ċarezza dwar l-għażliet disponibbli u l-gradi ta’ libertà għall-analiżi u l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji applikabbli fit-teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli. Filwaqt li għandha l-għan li tkopri l-kooperazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli b’mod ġenerali għat-teknoloġiji kollha tal-enerġija rinnovabbli, hija tqis aspetti speċifiċi għal proġetti tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta (radjali) minħabba li kooperazzjoni bħal din qed issir dejjem aktar sinifikanti filwaqt li qed tiffaċċja sfidi ta’ implimentazzjoni tekniċi u prattiċi partikolari. L-analiżi tal-kostijiet imqabblin mal-benefiċċji u l-kondiviżjoni tal-aspetti ta’ proġetti ibridi lil hinn mill-kosta se jiġu ttrattati b’mod estensiv fi Gwida li ġejja tal-2024 dwar kif għandha tiġi kkoordinata l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għal kull baċir tal-baħar għal proġetti ta’ trażmissjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta flimkien mal-iżvilupp ta’ proġetti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għal proġetti ibridi individwali (11).

Din il-Gwida hija strutturata kif ġej: l-ewwel nett, l-aktar elementi importanti ta’ tfassil għal skemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli huma deskritti b’enfasi fuq aspetti rilevanti għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji fi proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Fit-taqsima li ġejja, huma deskritti l-approċċi u l-prinċipji ġenerali tas-CBA bħala l-għodda ċentrali għall-valutazzjoni tal-benefiċċji soċjetali ġenerali ta’ proġetti rinnovabbli u l-prerekwiżit għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. Il-Gwida mbagħad tipproċedi biex tipprovdi informazzjoni dwar kif għandha tiġi indirizzata l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn il-partijiet li jikkooperaw, filwaqt li tiddeskrivi rakkomandazzjonijiet, eżempji u l-aħjar prattiki. Pjan ta’ azzjoni għal ftehim ta’ kooperazzjoni jista’ jinstab fit-taqsima 6.

2   L-ELEMENTI U L-GHAZLIET GHAT-TFASSIL TAL-KOOPERAZZJONI GHALL-FINANZJAMENT

Meta jaqblu dwar proġett ta’ kooperazzjoni, l-Istati Membri jeħtieġ li jallinjaw fuq firxa ta’ aspetti, inklużi l-għanijiet u l-prinċipji ewlenin tal-kooperazzjoni, il-mekkaniżmu/i ta’ kooperazzjoni li jistgħu jintużaw biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, kif ukoll l-ambitu u l-kundizzjonijiet tal-kooperazzjoni. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, l-Istati Membri jista’ jkun jeħtieġ li jagħżlu skema ta’ appoġġ u jeħtieġ li jaqblu dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji li jirriżultaw li l-proġett se jipproduċi. Elementi differenti tat-tfassil tal-mekkaniżmu/i ta’ kooperazzjoni u tal-iskema ta’ appoġġ (fejn applikabbli) jistgħu jwasslu għal eżiti differenti f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji.

Kif huwa deskritt hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jkunu jridu jsegwu għanijiet differenti meta jaqblu dwar proġett ta’ kooperazzjoni. Fi kwalunkwe każ, madankollu, se jkunu jridu jiżguraw li l-kooperazzjoni tkun ta’ benefiċċju reċiproku u li l-kostijiet u l-benefiċċji jiġu kondiviżi b’mod li jirrifletti dak l-għan. Il-loġika ġenerali hija li l-Istat Membru li jixtri se jikkontribwixxi għall-kostijiet ta’ appoġġ bħala kumpens talli jirċievi l-istatistika dwar l-RES. Is-sottogħanijiet segwiti mill-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jinkludu l-għan li jitnaqqsu l-kostijiet tal-integrazzjoni tal-RES billi l-implimentazzjoni tiġi ttrasferita f’pajjiżi b’kostijiet aktar baxxi għall-integrazzjoni tas-sistema. L-Istati Membri ospitanti, min-naħa l-oħra, se jqisu wkoll dawn il-kostijiet kif ukoll sa liema punt huma riflessi fil-pagamenti ta’ appoġġ, li jfisser li jkunu jew imġarrbin minn żviluppaturi ta’ proġetti rinnovabbli jew li jkunu mġarrbin minn partijiet ikkonċernati oħrajn bħat-TSOs jew il-konsumaturi finali. Peress li l-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema jistgħu jkunu sostantivi, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jinkludu l-kumpens adegwat.

L-għażla tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

L-għażla tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni tiddependi fuq l-għanijiet speċifiċi li l-Istati Membri jsegwu. B’mod ġenerali, jista’ jingħad li jekk l-uniku objettiv ikun li tinkiseb konformità fil-mira ta’ terminu qasir b’kostijiet aktar baxxi, jew it-tnaqqis rapidu ta’ distakk li jifdal fil-mira bi sforz domestiku limitat, it-trasferimenti statistiċi huma l-aktar għażla xierqa peress li juru l-anqas kostijiet tat-tranżazzjoni u għandhom tendenza li jkunu anqas kumplessi. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment statistiku ma jwassalx għall-implimentazzjoni ta’ kapaċità rinnovabbli addizzjonali, sakemm il-pajjiż tal-bejgħ ma jallokax id-dħul għal proġetti rinnovabbli ġodda.

Proġetti konġunti jistgħu jiġu segwiti wkoll jekk l-objettiv ikun li jiġu żviluppati jew ittestjati teknoloġiji (ġodda). L-iskemi ta’ appoġġ konġunt huma l-aktar mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni kumpless u jinvolvu l-ogħla kostijiet tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, l-iskemi ta’ appoġġ konġunt jistgħu jtejbu l-kosteffiċjenza u jżidu l-istabbiltà tas-suq fit-tul kif ukoll il-likwidità. Aktar ma jkun għoli l-volum ta’ kooperazzjoni fi proġetti tal-elettriku rinnovabbli li għandhom jitwettqu maż-żmien, aktar tkun iġġustifikata l-għażla ta’ mekkaniżmu kumpless.

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni mhumiex esklużivi b’mod reċiproku, u li l-Istati Membri huma liberi li jikkombinaw aktar minn mekkaniżmu wieħed fi ftehim wieħed. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji, huwa rakkomandabbli li l-kostijiet u l-benefiċċji jinżammu strettament separati għal kull proġett u li ma jiżdidux f’kombinazzjonijiet ta’ proġetti.

Għażla tal-forma ta’ appoġġ

Minkejja li l-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli bbażata fuq is-suq qed tiżdied, din għadha fil-biċċa l-kbira bbażata fuq skema ta’ appoġġ — dan japplika wkoll għall-kooperazzjoni transfruntiera. Fil-prinċipju, l-Istati Membri għandhom l-għażla bejn l-użu tal-iskema ta’ appoġġ tal-Istat Membru ospitanti, il-ftuħ tal-iskema ta’ appoġġ tal-Istat Membru kontribwenti jew l-istabbiliment ta’ skema ta’ appoġġ konġunta mfassla apposta ġdida. Jeħtieġ li tiġi ddefinita firxa ta’ elementi ta’ tfassil għal din l-iskema. Għandu jiġi nnotat ukoll li skema ta’ appoġġ mhux neċessarjament tinvolvi pagamenti reali ta’ appoġġ, peress li dawn jistgħu ma jibqgħux validi f’sitwazzjoni fejn ikun hemm offerti bi prezz żero, jiġifieri żviluppaturi li jkunu lesti li jimxu ’l quddiem bil-proġett mingħajr ebda sussidju.

L-użu tal-iskema ta’ appoġġ tal-pajjiż ospitanti għandu l-vantaġġ li jiżgura l-integrazzjoni bla xkiel fil-kuntest regolatorju nazzjonali. L-għażla tal-iskema ta’ appoġġ tal-Istat Membru kontribwenti, għall-kuntrarju, se twassal għal żewġ skemi eżistenti b’mod parallel fl-Istat Membru fejn tinsab l-installazzjoni u jistgħu jkunu f’kunflitt mal-kuntest regolatorju tiegħu. L-istabbiliment ta’ skema ġdida ta’ appoġġ konġunt min-naħa l-oħra jinvolvi kostijiet ogħla tat-tranżazzjonijiet, iżda għandu l-vantaġġ li jkun adattat għall-iskop u aktar effiċjenti għal pjanijiet ta’ kooperazzjoni akbar. F’dak il-każ, l-istituzzjonijiet nazzjonali jew reġjonali li joperaw l-iskema jeħtieġ li jiġu identifikati. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll l-iskema tal-pajjiż ospitanti jew kontribwenti bħala punt tat-tluq, iżda jaqblu dwar id-devjazzjoni tal-elementi tat-tfassil għal aspetti individwali.

L-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu meta tiġi ddefinita skema ta’ appoġġ, filwaqt li jiġi nnotat li l-istruttura u l-ispeċifiċitajiet eżatti se jvarjaw fuq bażi ta’ każ b’każ.

Qabel l-investigazzjoni, l-għażla tas-sit, il-permessi u l-iżvilupp minn qabel

B’mod ġenerali, wieħed jista’ jiddistingwi bejn approċċi ċentralizzati (immexxija mill-gvern) u dawk deċentralizzati (immexxija mill-iżviluppatur) għal qabel l-investigazzjoni, l-għażla tas-sit, il-permessi u l-iżvilupp minn qabel. L-approċċ ċentralizzat huwa kkaratterizzat minn stat jew korp tal-istat li jkun responsabbli li jmexxi ’l quddiem u li jġarrab il-kostijiet u r-riskji għal dawn il-proċessi (12). F’mudell deċentralizzat, is-siti jintgħażlu, jiġu investigati minn qabel u żviluppati minn qabel mill-iżviluppaturi tal-proġetti f’żona predefinita. Skont min inizjalment iġarrab il-kostijiet għal qabel l-investigazzjoni, għall-għażla tas-sit u għal qabel l-iżvilupp, jista’ jkun meħtieġ kumpens.

Reġim tal-allokazzjoni tal-kostijiet tal-grilja

L-Istati Membri li jikkooperaw jeħtieġ li jiddeċiedu wkoll dwar l-interfaċċa bejn l-iżviluppaturi rinnovabbli u t-TSOs fir-rigward tar-reġim tal-grilja. Fl-approċċ tal-allokazzjoni tal-kostijiet baxxi, l-iżviluppaturi ta’ proġetti rinnovabbli jġarrbu l-kostijiet ta’ konnessjoni mal-eqreb punt ta’ konnessjoni xieraq fin-network tal-grilja diġà eżistenti, ġeneralment substazzjon, u t-TSOs — il-kostijiet ta’ kwalunkwe tisħiħ meħtieġ tal-grilja. L-approċċi tal-kostijiet baxxi huma l-għażla tal-kostijiet l-aktar baxxi għall-iżviluppaturi tal-proġetti (minħabba li t-tisħiħ tal-grilja ġeneralment jiġġarrab mit-TSOs/DSOs) u jippermettu trasparenza u konsistenza tajbin tal-kostijiet. Madankollu, il-proġetti jistgħu jiddewmu minħabba żidiet meħtieġa mit-TSOs/DSOs qabel ma tkun possibbli konnessjoni.

Fl-approċċ tal-allokazzjoni profonda tal-kostijiet, l-iżviluppaturi ta’ proġetti rinnovabbli jridu jġarrbu l-kostijiet kollha tal-konnessjoni, kif ukoll kwalunkwe kost ulterjuri ta’ tisħiħ, minħabba l-integrazzjoni tal-installazzjoni l-ġdida fis-sistema. Żvantaġġ kbir fir-reġim tal-allokazzjoni tal-kostijiet estensivi huwa li l-kostijiet tal-konnessjoni bil-quddiem jistgħu jkunu għoljin ħafna, u l-kostijiet tat-tisħiħ tan-network normalment ikunu inċerti u diffiċli biex jiġu mbassra għall-iżviluppaturi (13). Madankollu, l-iżviluppaturi tal-proġetti spiss ma jkunux rikjesti jħallsu l-użu tal-imposti tas-sistema għar-rinforzi kontinwi tal-grilja taħt dan l-approċċ.

Huma possibbli wkoll forom ibridi. Skont l-ispeċifikazzjoni eżatta tagħhom, il-mudelli ibridi jista’ jkollhom żvantaġġi/vantaġġi taż-żewġ reġimi.

Forom ta’ appoġġ finanzjarju

L-għażliet ewlenin għall-forom ta’ appoġġ finanzjarju huma “appoġġ operazzjonali” u “għajnuna għall-investiment” (bil-quddiem jew rikorrenti, eż. annwali). L-aktar forom rilevanti ta’ appoġġ operazzjonali huma premiums fissi, premiums varjabbli fuq naħa waħda u premiums varjabbli fuq żewġ naħat (kuntratti għad-differenza) (14).

Fil-każ ta’ premiums fissi, l-appoġġ totali ma jiddependix mill-prezzijiet tal-elettriku. Barra minn hekk, il-premiums fissi huma aktar faċli biex jiġu amministrati, iżda jiġu bi żvantaġġ għall-iżviluppaturi li jkollhom riskji potenzjalment għoljin ta’ dħul mis-suq u jipprovdu inċentivi biex jipproduċu wkoll fi żminijiet fejn ma tkunx meħtieġa ġenerazzjoni addizzjonali. Ir-riskju għad-dħul mis-suq fit-tul jista’ jiġi indirizzat permezz ta’ premiums varjabbli li, madankollu, jistgħu jiġu għad-detriment tal-iskopertura tal-kostijiet totali ta’ appoġġ għall-prezzijiet tal-elettriku aktar baxxi mill-prezz tal-eżerċitar, imħallas mill-konsumaturi. Fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment bil-quddiem jew annwali, fil-prinċipju l-impjanti huma esposti għal riskji sħaħ għad-dħul mis-suq tal-elettriku.

L-għajnuna jew l-appoġġ għall-investiment ivarja mill-appoġġ operazzjonali billi jipprovdi sehem mill-kostijiet tal-investiment tal-proġett qabel ma fil-fatt jibda jopera u jibda jiġġenera. Filwaqt li l-għajnuna għall-investiment rari ssir fil-livell tal-Istati Membri, hija mistennija li ssir aktar rilevanti fil-kuntest ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE bħal-linja l-ġdida ta’ finanzjament għal proġetti transfruntiera taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

Meta tittieħed deċiżjoni għat-tfassil ta’ appoġġ finanzjarju, huwa rrakkomandat li tibda d-diskussjoni mid-disinji eżistenti tal-iskema ta’ appoġġ fl-Istati Membri involuti, dment li tal-anqas waħda mill-partijiet li jikkooperaw ikollha skema domestika fis-seħħ għat-teknoloġija inkwistjoni. F’każ li ma jkun hemm l-ebda skema bħal din fis-seħħ fl-istati li jikkooperaw, l-esperjenza tal-Istati Membri li jikkondividu karatteristiċi u objettivi simili tista’ sservi bħala eżempju. Meta jiddeċiedu dwar l-elementi tat-tfassil, l-istati li jikkooperaw għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw it-tħaddim u l-manutenzjoni regolari tal-impjant il-ġdid, jimminimizzaw il-kostijiet ta’ appoġġ meħtieġa matul il-ħajja tiegħu, jillimitaw ir-riskju ta’ kumpens żejjed jew nieqes, inaqqsu r-riskji finanzjarji b’mod ġenerali u jqisu l-implikazzjonijiet tal-iskema ta’ appoġġ għall-konsumaturi.

Fil-każ ta’ kooperazzjoni transfruntiera, l-Istati Membri jistgħu jużaw premium varjabbli (fuq naħa waħda jew fuq żewġ naħat), bħal kuntratti għad-differenza. Il-kuntratti għad-differenza, b’mod partikolari, jipprovdu stabbiltà fil-prezzijiet filwaqt li fl-istess ħin jillimitaw profitti eċċessivi mhux mistennija li jistgħu jiġu ġġenerati f’każ ta’ prezzijiet tas-suq għoljin ħafna. Għandu jiġi nnotat li fejn ikunu involuti żewġ swieq tal-elettriku b’żewġ prezzijiet tal-elettriku differenti, dan jikkomplika l-kalkolu tal-pagamenti ta’ appoġġ għar-regolatur(i) u x’aktarx iżid ir-riskji għall-investituri tal-enerġija rinnovabbli. Dan iżid il-kostijiet amministrattivi u tat-tranżazzjonijiet u jistgħu jkunu meħtieġa l-pagamenti ta’ kumpens, li ma jistgħux jiġu stmati faċilment ex ante. Sabiex jittaffew dawn ir-riskji, is-suq ta’ referenza għandu għalhekk jiġi miftiehem minn qabel bejn l-Istati Membri. Jekk jingħelbu dawn l-ostakli, l-iskemi ta’ appoġġ konġunt jistgħu jipprovdu ammonti ta’ appoġġ aktar effiċjenti u aktar baxxi għal kwalunkwe diskrepanza fl-investiment meħtieġa ta’ proġetti rinnovabbli mill-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali, u b’hekk jitnaqqsu l-ammonti ta’ appoġġ totali ffinanzjati mill-kontribwenti ta’ kull Stat Membru.

Filwaqt li ma jaqgħux fl-ambitu tal-azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri li jqisu l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni rinnovabbli transfruntiera, huwa rilevanti li jiġi nnotat li l-promoturi tal-proġetti rinnovabbli jista’ jkollhom aċċess għal sorsi oħrajn ta’ finanzjament kompetittiv, bħal permezz ta’ strumenti tal-BEI jew billi jintlaħaq qbil dwar il-PPAs ma’ dawk kontribwenti.

Tfassil tal-offerta/tal-irkant

B’mod ġenerali, fir-rigward tal-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli fl-UE, l-importanza ta’ tariffi jew kwoti stabbiliti b’mod amministrattiv qed tonqos, filwaqt li l-irkantijiet qed jiżdiedu. Hemm diversi għażliet disponibbli fir-rigward tat-tfassil ta’ offerti/irkantijiet biex jiġi allokat appoġġ għall-enerġija rinnovabbli. L-aktar elementi importanti tat-tfassil huma t-teknoloġija, il-volum, l-għażla taż-żmien tal-irkant, id-daqs tal-offerta, it-tip ta’ appoġġ imħallas, il-kriterji ta’ qabel il-kwalifika u tal-għoti u jekk jintużawx offerti b’diversi punti jew b’punt wieħed.

Fil-każ ta’ kooperazzjoni, l-irkantijiet jistgħu jieħdu forom differenti, b’mod partikolari irkantijiet unilaterali, reċiproċi u konġunti. It-tip ta’ rkant magħżul min-naħa tiegħu se jinfluwenza l-mekkaniżmu ta’ appoġġ, eż. f’irkantijiet unilaterali, se tiġi applikata l-iskema ta’ appoġġ tal-Istat Membru li jixtri jew li jikkontribwixxi, jiġifieri li tikkorrispondi għal ftuħ unilaterali tal-iskema ta’ appoġġ għal proġetti mill-Istat Membru ospitanti. F’irkantijiet reċiproċi, iż-żewġ pajjiżi jiftħu l-iskemi ta’ appoġġ rispettivi tagħhom filwaqt li f’irkantijiet konġunti skema ta’ appoġġ personalizzat hija mfassla mill-partijiet li jikkooperaw biex jallinjaw mal-aspetti kollha tal-proġett ta’ kooperazzjoni. Bħala regola ġenerali, l-Istat Membru li jħallas il-kostijiet ta’ appoġġ għandu jirċievi l-istatistika tal-RES korrispondenti. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu ftehimiet differenti fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien għat-trasferiment tal-ilħuq tal-miri u jekk it-trasferiment tal-ishma lill-Istat Membru kontribwenti għandux ikompli wara t-tmiem tal-perjodu ta’ appoġġ sa tmiem il-ħajja teknika tal-installazzjoni. Dan se jkollu impatt fuq il-kondiviżjoni li tirriżulta tal-kostijiet u l-benefiċċji. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jaqblu li l-installazzjoni se tibda tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira tal-pajjiż ospitanti wara t-tmiem tal-perjodu ta’ appoġġ biex tikkumpensa għall-provvista tas-sit u għall-fatt li ġġarrab il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema.

Il-finanzjament tal-kooperazzjoni

Minbarra l-għażla tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u (fejn rilevanti) l-allinjament tal-elementi tat-tfassil tal-iskema ta’ appoġġ, l-Istati Membri jeħtieġ li jaqblu wkoll dwar kif jiffinanzjaw il-kooperazzjoni u, potenzjalment, kif jirkupraw il-kostijiet tal-appoġġ (15). L-għażliet prinċipali għall-finanzjament huma sorsi pubbliċi ta’ finanzjament (baġits nazzjonali, mekkaniżmi ta’ finanzjament u fondi tal-UE), imposti ta’ appoġġ fuq il-konsumaturi jew forom ibridi, jiġifieri kombinazzjonijiet tagħhom. Filwaqt li s-sorsi pubbliċi ta’ finanzjament huma essenzjalment distribuzzjoni mill-ġdid mill-kontribwenti kollha għall-konsumaturi tal-enerġija, l-imposti jirridistribwixxu l-kostijiet tal-enerġija rinnovabbli għall-konsumaturi tal-elettriku billi jżidu l-prezz tal-elettriku. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll li jiffinanzjaw partijiet mill-kostijiet minn sors wieħed, filwaqt li jużaw sors differenti għall-bqija. Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2022 (16) jipprovdu l-qafas għall-awtoritajiet pubbliċi biex jappoġġaw l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew b’mod effiċjenti u b’distorsjonijiet minimi tal-kompetizzjoni.

3   ANALIŻI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI BĦALA L-BAŻI GĦALL-KONDIVIŻJONI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

Fil-kuntest ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni, is-CBA jidentifika u jqabbel b’mod sistematiku l-effetti kollha, pożittivi jew negattivi, maħsubin jew le, diretti jew indiretti, ta’ proġett ta’ kooperazzjoni partikolari. Fil-prinċipju, is-CBA jkopri l-impatt tal-proġett fl-Istati Membri involuti kollha.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk proġett ta’ kooperazzjoni previst jiġġenerax benefiċċji soċjetali netti, jeħtieġ li l-kostijiet u l-benefiċċji jiġu ddeterminati, kwantifikati u ponderati kontra xulxin. Meta l-benefiċċji jisbqu l-kostijiet fuq perjodu ta’ żmien definit, skontati għall-preżent, il-proġett ta’ kooperazzjoni għandu valur preżenti nett pożittiv (VPN) u jitqies bħala ta’ benefiċċju minn perspettiva soċjetali u olistika.

Barra minn hekk, il-VPN tal-proġett għandu jitqabbel ma’ dak ta’ proġett alternattiv li jimplimenta sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr kooperazzjoni (kontrofattwali). Proġett kontrofattwali l-ewwel u qabel kollox għandu jkun rappreżentazzjoni realistika tal-istabbiliment probabbli ta’ proġett alternattiv tal-promoturi tal-proġett biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom, f’konformità mal-miri Ewropej u nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija, f’każ li l-kooperazzjoni ma timmaterjalizzax. Jekk il-VPN tal-proġett ta’ kooperazzjoni jkun akbar minn dak tal-kontrofattwali tiegħu, il-proġett ta’ kooperazzjoni jitqies bħala ta’ benefiċċju biex jiġi segwit minn perspettiva sistemika u jistgħu jinbdew passi ulterjuri.

Sabiex jiġi deċiż jekk wieħed għandux jimxi ’l quddiem bi proġett ta’ kooperazzjoni jew le, CBA komprensiva hija indispensabbli.

Bħala punt tat-tluq għat-twettiq ta’ CBA, l-Istati Membri li jikkooperaw jistgħu jirreferu għall-metodoloġiji u l-prattiki eżistenti. F’termini ġenerali, dan jinkludi l-Gwida għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji tal-Proġetti ta’ Investiment għall-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020 (17) u approċċi oħrajn bħall-approċċ għall-valutazzjoni ekonomika tal-proġetti ta’ investiment użati fil-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (18). Għall-assi tal-ġenerazzjoni tal-RES, il-gwida rilevanti hija pprovduta fil-prinċipji tas-CBA għal proġetti transfruntieri tal-RES taħt il-FNE, li tirrakkomanda sett komprensiv iżda ġestibbli ta’ indikaturi (19). Għall-proġetti ta’ żvilupp u ta’ investiment tal-grilja, l-aktar riżorsa rilevanti hija l-metodoloġija tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha użata għall-proġetti ta’ investiment tal-grilja skont ir-Regolament (UE) 2022/869 (TEN-E) (20). Filwaqt li jibni fuqha, l-ENTSO-E għandu jwettaq CBA bħala parti mill-proċess tat-TYNDP. Għall-infrastruttura transfruntiera tal-elettriku, il-metodoloġija stabbilita tas-CBA żviluppata mill-ENTSO-E u approvata mill-Kummissjoni Ewropea għandha tintuża bħala punt tat-tluq.

Indikaturi tas-CBA għall-assi tal-ġenerazzjoni

Fl-interess li l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jinżammu baxxi kemm jista’ jkun, il-partijiet li jikkooperaw għandhom jiffukaw is-CBA fuq l-aktar kategoriji sinifikanti ta’ kostijiet u benefiċċji diretti u indiretti li jirriżultaw mill-kooperazzjoni potenzjali tagħhom. Filwaqt li hemm ċerti indikaturi li x’aktarx jiġu inklużi fis-CBAs kollha, eż. il-kostijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom xi libertà li jaqblu b’mod konġunt dwar dawk il-kategoriji ta’ kostijiet u benefiċċji li jixtiequ jqisu. Bħala regola ġenerali, aktar ma jkun avvanzat il-proċess tal-ippjanar, aktar ikunu komprensivi s-CBA u l-lista ta’ indikaturi meqjusin. Fil-prinċipju, huwa rakkomandat li l-partijiet li jikkooperaw jibdew b’CBA sempliċi u anqas komprensiva li mbagħad tkun tista’ tiġi estiża gradwalment b’aktar indikaturi hekk kif il-proċess jimxi ’l quddiem.

B’mod ġenerali, meta wieħed jimxi minn “kooperazzjoni sempliċi” għal forom aktar kumplessi, eż. proġetti li jikkombinaw l-assi tal-infrastruttura u tal-ġenerazzjoni, l-approċċ tal-valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kooperazzjoni se jsir ukoll aktar komprensiv u jkopri indikaturi addizzjonali u differenti.

Il-kostijiet ta’ appoġġ ma għandhomx jiġu inklużi fis-CBA peress li jikkostitwixxu trasferiment soċjetali nett, madankollu, il-kwantifikazzjoni tagħhom hija rakkomandata ħafna diġà fl-istadju tas-CBA (21).

Limitazzjonijiet tas-CBA

Filwaqt li CBA hija indispensabbli biex tiddeċiedi jekk proġett ta’ kooperazzjoni għandux jipproċedi jew le, għandu jiġi nnotat li għandha xi limiti konsiderevoli li l-partijiet li jikkooperaw iridu jżommu f’moħħhom. Kif huwa spjegat hawn fuq, is-CBA jeħtieġ li ssib il-bilanċ bejn il-limitazzjoni tal-kumplessità u l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għal livell ġestibbli filwaqt li tistinka għall-inklużjoni tal-fatturi rilevanti kollha. Dan jista’ jkun sforz ta’ sfida, speċjalment jekk il-proġett ikun għadu fi stadju bikri. Għalhekk, l-użu ta’ suppożizzjonijiet u ta’ ġudizzji dwar il-valur isir indispensabbli.

Fl-aħħar nett, is-CBA lanqas mhi se tagħti għarfien dwar l-effetti tal-proġett fuq gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati. Minkejja l-VPN pożittiv, huwa possibbli u saħansitra probabbli, li mhux l-atturi affettwati kollha jkunu f’pożizzjoni aħjar bil-proġett. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-pass li jmiss, il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji.

4   APPROĊĊI GĦALL-KONDIVIŻJONI TAL-KOSTIJIET U L-BENEFIĊĊJI

Il-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera tipikament jipproduċu firxa unika ta’ kostijiet u benefiċċji li jitqassmu b’mod asimetriku. Bl-użu tal-approċċ tas-CBA, il-partijiet li jikkooperaw jistgħu jiddeterminaw jekk proġett huwiex ta’ benefiċċju minn perspettiva soċjetali u għalhekk, fil-prinċipju, utli li jiġi segwit. Madankollu, is-CBAs ma jagħmlux dikjarazzjonijiet dwar l-effetti distributtivi bejn il-pajjiżi involuti kif ukoll il-partijiet ikkonċernati individwali.

L-użu tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jiġġenera benefiċċji, bħat-tnaqqis tal-kostijiet ta’ konformità fil-mira. Madankollu, dawn il-vantaġġi jistgħu jitqassmu b’mod mhux uniformi bejn l-Istati Membri involuti. Dan essenzjalment joħloq problema fl-allokazzjoni tal-benefiċċji, u l-isfida hija li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-allokazzjoni b’tali mod li l-Istati Membri kollha involuti jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-benefiċċji tal-kooperazzjoni u li l-allokazzjoni titqies biss għall-partijiet li jikkooperaw, li tirrifletti l-kontribut ta’ kull parti. Peress li ma hemm l-ebda suq ċentrali għal din l-allokazzjoni, il-partijiet li jikkooperaw iridu jinnegozjaw approċċ ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet jew jadottaw mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal-benefiċċji skont kriterji, regoli jew formuli miftiehma minn qabel.

B’mod ġenerali, jeħtieġ li jitwieġbu żewġ mistoqsijiet ċentrali mill-pajjiżi li jikkooperaw. L-ewwel nett, b’liema mekkaniżmu finanzjarju u b’liema prezz il-pajjiż li jixtri se jikkontribwixxi għall-kostijiet ta’ appoġġ tal-proġett? It-tieni, jekk il-pajjiż li jixtri huwiex se jikkumpensa lill-pajjiż ospitanti għall-kostijiet imġarrba domestikament u b’liema mekkaniżmu? Dawn iż-żewġ mistoqsijiet għandhom implikazzjonijiet diretti fuq il-kondiviżjoni li tirriżulta tal-kostijiet u l-benefiċċji, fejn tipikament parti waħda tikkumpensa lill-oħra.

Madankollu, il-loġika sottostanti tal-kumpens hija sempliċi, li tindika li l-partijiet ikkonċernati li jġarrbu l-kostijiet iżda ma jibbenefikawx (biżżejjed) mill-proġett ta’ kooperazzjoni għandhom jiġu kkumpensati kif xieraq. Sal-lum, il-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet jew tal-kumpens kienu limitati għall-infrastruttura tal-grilja fejn hemm rakkomandazzjonijiet u gwida disponibbli provduti mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (22), filwaqt li l-kondiviżjoni tal-benefiċċji u l-kostijiet mill-assi tal-ġenerazzjoni kienet ibbażata fuq approċċ selettiv u pragmatiku biex jiġu identifikati l-kostijiet u l-benefiċċji ewlenin li għandhom jitqiesu. L-elementi ewlenin indirizzati normalment huma l-istatistika dwar il-kostijiet ta’ appoġġ u l-istatistika dwar l-RES fil-livell ta’ Stat Membru. Il-kumpens li jirriżulta mbagħad jiġi miftiehem matul proċess ta’ negozjar tal-partijiet ewlenin involuti u/jew tar-rappreżentanti tagħhom.

Prinċipji tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji

Il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandha tkun ibbażata fuq il-ġustizzja, jiġifieri l-ebda parti ma tirċievi benefiċċju mhux proporzjonat/ma ġġarrab kostijiet mhux proporzjonati minħabba l-kooperazzjoni li jistgħu jinkisbu billi jiġu kkumpensati l-partijiet kollha proporzjonati għall-kontribut tagħhom, il-prattikabbiltà, jiġifieri t-tnaqqis tal-kumplessità u b’hekk tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għal ammont ġestibbli permezz tal-limitazzjoni tal-partijiet kif ukoll il-kategoriji tal-kostijiet u tal-benefiċċji għal dawk l-aktar importanti, u r-riflessjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji reali (u qbil dwar arranġamenti potenzjali li jiddevjaw minn dawn fi stadju aktar tard biss).

Minbarra li jitqiesu t-tliet prinċipji msemmija hawn fuq, il-partijiet ikkonċernati idealment għandhom jassumu perspettiva fit-tul u jivvalutaw mhux biss l-eżiti fuq terminu qasir, iżda wkoll l-eżiti fit-tul tal-kooperazzjoni.

Il-partijiet ikkonċernati affettwati

B’mod ġenerali, l-impetu ġenerali għall-proġetti ta’ kooperazzjoni jkun ġej mill-gvernijiet. Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar se jkunu jridu jiksbu benefiċċju nett ġenerali mill-kooperazzjoni (inklużi l-komponenti kollha tal-assi). Għall-biċċa l-kbira tal-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera, jista’ jiġi preżunt ukoll li l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi huma dawk li jġorru l-ogħla kostijiet u li jirċievu l-maġġoranza tal-benefiċċji. Għalhekk huma l-partijiet naturali li qed jinnegozjaw u se jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati tagħhom b’mod awtomatiku.

Filwaqt li għadd akbar ta’ partijiet ikkonċernati jistgħu jiġu affettwati mill-proġett ta’ kooperazzjoni, huwa probabbli li ftit biss se jkollhom impatti kbar. Il-partijiet ikkonċernati ewlenin affettwati minn proġetti ta’ kooperazzjoni huma l-Istati Membri/pajjiżi terzi (li jirrappreżentaw liċ-ċittadini tagħhom, jiġifieri l-konsumaturi tal-elettriku), l-iżviluppaturi tal-assi tal-ġenerazzjoni, it-TSOs jew promoturi oħrajn tal-proġetti infrastrutturali (eż. fil-każ ta’ proġetti ibridi u xi drabi għal proġetti radjali lil hinn mill-kosta) u l-NRAs. Huwa rrakkomandat ukoll li s-soċjetà ċivili tiġi involuta b’mod proattiv u bikri fit-tħejjija tal-proġetti ta’ kooperazzjoni.

Sabiex jiġu ssimplifikati n-negozjati u l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jinżammu baxxi, il-partijiet li jikkooperaw għandhom, madankollu, iżommu l-għadd ta’ partijiet involuti fin-negozjati reali kemm jista’ jkun baxx, speċjalment għal kuntesti anqas kumplessi. Normalment, għandhom ikunu involuti rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali. Partijiet ikkonċernati nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu inklużi direttament fin-negozjati jew fi proċessi paralleli fil-livell nazzjonali.

Partijiet ikkonċernati oħrajn, jistgħu, pereżempju, jiġu inklużi jekk jilħqu ċertu livell limitu, eż. ċertu perċentwal tal-kostijiet netti totali. F’xi każijiet, il-partijiet ikkonċernati f’pajjiżi terzi jistgħu jiġu affettwati mill-proġett ta’ kooperazzjoni u jista’ jkollhom jitqiesu fil-proċess.

Kunsiderazzjonijiet dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet ta’ appoġġ u l-istatistika tal-RES

Il-partijiet li jikkooperaw fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni li jalloka l-qligħ mill-kooperazzjoni. Il-mudelli tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji se jvarjaw l-aktar skont kif jittrattaw il-kostijiet ta’ appoġġ.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ kooperazzjoni, il-kostijiet ta’ appoġġ jinqasmu bejn il-pajjiż li jixtri jew dak li jikkontribwixxi u l-pajjiż ospitanti, madankollu, jista’ jkun hemm ukoll każijiet li fihom il-kostijiet ta’ appoġġ jiġġarrbu b’mod unilaterali mill-pajjiż kontribwenti. Jekk l-istat ospitanti jkun interessat li jżomm parti mill-istatistika tal-RES biex jilħaq il-mira tiegħu stess, l-istati kontribwenti u ospitanti jistgħu jagħmlu ftehim biex jikkontribwixxu t-tnejn li huma għall-kostijiet ta’ appoġġ. Sabiex jikkumpensa lill-pajjiż ospitanti għal kwalunkwe kost imġarrab lokalment, eż. kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema, l-ishma tal-RES li jirċievi jkollhom jegħlbu s-sehem tal-kostijiet ta’ appoġġ li jkun ikkontribwixxa. Min-naħa l-oħra, jistgħu jitqiesu wkoll benefiċċji mġarrbin lokalment bħall-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista.

Approċċ pro rata

Il-punt sa fejn il-parti kontribwenti tikkontribwixxi għall-pagamenti ta’ appoġġ imbagħad jiddefinixxi s-sehem tal-istatistika tal-RES li qed tiġi ttrasferita. Skont dan l-approċċ pro rata, Stat Membru li jħallas nofs il-kostijiet ta’ appoġġ jiġi ttrasferit ukoll nofs l-istatistika tal-mira tal-RES. Dan jista’ jiġi aġġustat f’każ li jkun hemm indikaturi oħrajn tal-kostijiet jew tal-benefiċċji meqjusin sinifikanti mill-partijiet li jikkooperaw.

Approċċ tal-premium ta’ trasferiment fiss

Inkella, il-pajjiżi li jikkooperaw jistgħu jsibuha aktar konvenjenti li jaqblu dwar prezz ta’ trasferiment. Dan ikun ifisser li l-Istat Membru ospitanti jżid premium fiss għal kull unità statistika tal-enerġija rinnovabbli trasferita, eż. EUR għal kull kWh, biex jirkupra l-kostijiet (indiretti) tiegħu. Il-premium ikollu jiġġarrab jew mill-Istat Membru li jixtri jew direttament mill-iżviluppatur tal-proġett, u jista’ jkun speċifiku għat-teknoloġija.

Trażmissjoni fiżika vs virtwali tal-elettriku fi proġetti ta’ kooperazzjoni

Il-proġetti ta’ kooperazzjoni jistgħu jiġu distinti wkoll minn jekk jirrikjedux it-trażmissjoni fiżika tal-elettriku prodott jew le. Speċjalment il-pajjiżi li jixtiequ jżidu s-sigurtà tal-enerġija fit-tul tagħhom jistgħu jsibu t-trażmissjoni fiżika attraenti. Barra minn hekk, tista’ żżid l-approvazzjoni pubblika tal-proġett ta’ kooperazzjoni fil-pajjiż li jixtri u tagħmel il-proġett aktar “tanġibbli”. Madankollu, it-trażmissjoni fiżika mhux dejjem tista’ tkun għażla peress li toħloq sfidi tekniċi speċifiċi, li jirrikjedu infrastruttura suffiċjenti ta’ interkonnessjoni u tal-grilja bejn il-pajjiżi li jikkooperaw. Il-ħtieġa tat-trażmissjoni fiżika tal-elettriku tista’ ssir kumplessa meta l-pajjiżi li jikkooperaw ma jkunux ġirien, peress li pajjiżi oħrajn se jkollhom jiġu inklużi fit-tfassil u fin-negozjar tal-kooperazzjoni. Għalhekk, ħafna pajjiżi jsibuha aktar faċli li ma jeħtiġux trażmissjoni fiżika tal-elettriku. Argument ieħor favur in-nuqqas ta’ ħtieġa ta’ trażmissjoni fiżika huwa li s-swieq Ewropej tal-elettriku qed isiru dejjem aktar marbutin permezz tal-akkoppjament tas-suq. Fi ħdan dik il-loġika, it-trażmissjoni fiżika tista’ tinterferixxi mal-prinċipji tas-suq intern tal-elettriku, jiġifieri l-aktar użu effiċjenti tal-kapaċitajiet transfruntiera. Fir-rigward ta’ proġetti konġunti ma’ pajjiżi terzi, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 11 tal-RED jirrikjedi kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjoni sabiex l-elettriku prodott ikun jista’ jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru (23).

Kundizzjonijiet limiti

Hemm għadd ta’ fatturi li għandhom impatt kbir fuq id-distribuzzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fi proġetti ta’ kooperazzjoni tal-RES u jeħtieġ li jitqiesu. Trid tiġi speċifikata kwalunkwe kundizzjoni limitu li tħalli impatt fuq it-tħaddim tal-proġett u l-inkorporazzjoni tiegħu fis-sistema usa’ tal-enerġija, peress li dawn jinfluwenzaw l-indikaturi tal-kostijiet u l-benefiċċji.

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u pagamenti ta’ appoġġ: Minbarra l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni magħżul, kunsiderazzjoni ewlenija waħda hija l-kost potenzjali għall-pagamenti ta’ appoġġ. Filwaqt li l-kostijiet ta’ appoġġ jistgħu jiġu injorati minn perspettiva soċjetali peress li jikkostitwixxu sempliċi trasferiment minn parti għal oħra (eż. mill-gvern għal żviluppatur), dawn japplikaw meta jiġi ppjanat trasferiment tal-ishma tal-RES.

Għażla tas-sit u reġim tal-konnessjoni mal-grilja: Il-proċess għall-għażla tas-sit u r-reġim tal-konnessjoni mal-grilja għandu wkoll impatti kbar fuq id-distribuzzjoni inizjali tal-kostijiet u tal-benefiċċji u l-ħtieġa għal kumpens, peress li l-kostijiet relatati jew jiġġarrbu mit-TSOs u jidhru fit-tariffi tal-grilja, jew se jiġu inklużi fl-offerta f’irkant u jiġu ffinanzjati mill-iskema ta’ appoġġ u, b’riżultat ta’ dan, minn min iħallas l-imposti. Dan għandu implikazzjonijiet fuq liema parti jeħtieġ li tiġi kkumpensata.

Tip ta’ pagament ta’ appoġġ: Skont it-tip ta’ pagament ta’ appoġġ, jiġifieri premium fiss, primjum varjabbli, il-kostijiet ta’ appoġġ għall-RES huma ċari mill-bidu jew jiddependu fuq l-iżvilupp tal-prezzijiet tas-suq tal-elettriku fil-pajjiż ospitanti jew tal-pajjiżi miftiehma mill-partijiet li jikkooperaw. Il-pagamenti jistgħu jvarjaw ukoll bejn impjanti uniċi li jiffurmaw parti mill-proġett konġunt jekk jingħataw rati ta’ appoġġ differenti. Dawn id-differenzi jeħtieġ li jiġu meqjusin meta jiġu allokati l-valuri għal statistika speċifika tal-RES.

L-implimentazzjoni prattika tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji

L-Illustrazzjoni 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-passi konkreti għall-implimentazzjoni tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-proġetti ta’ kooperazzjoni li jiffukaw fuq l-assi tal-ġenerazzjoni. Dawn huma spjegati f’aktar dettall fit-taqsimiet li ġejjin.

Image 1

Illustrazzjoni 1

Il-passi tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-assi tal-ġenerazzjoni

Pass 1: Reviżjoni tas-CBA oriġinali

CBA soċjetali dettaljata hija l-prerekwiżit għall-allokazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn l-Istati Membri u partijiet oħrajn. Madankollu, jista’ ma jkunx biżżejjed bħala bażi biex tiġi nnegozjata d-distribuzzjoni tagħhom. Għalhekk, is-CBA li tkun saret jeħtieġ li tiġi riveduta u estiża. Il-pajjiżi li jikkooperaw għandhom jiddevjaw mil-lista ta’ kostijiet u ta’ benefiċċji identifikati fis-CBA u jżidu l-kostijiet ta’ appoġġ. Dawn se jkollhom iqisu jekk għandhomx iżidu indikaturi ulterjuri tal-kostijiet u tal-benefiċċji li jkollhom impatt fuq id-distribuzzjoni inizjali tal-kostijiet u l-benefiċċji għal kull parti kkonċernata meqjusa mill-ġdid.

Sabiex tinżamm il-koerenza mal-effetti ewlenin identifikati, il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandha, kemm jista’ jkun, tibni fuq is-CBA u għandhom jinżammu l-kundizzjonijiet ewlenin tal-limiti. Minħabba raġunijiet tekniċi jew regolatorji u d-dettalji tal-arranġament tal-proġett, il-kostijiet u l-benefiċċji se jiġu inizjalment allokati lil parti waħda jew lil parti oħra. Dawn il-kostijiet u l-benefiċċji netti għal kull parti kkonċernata identifikata fis-CBA se jservu bħala l-punt tat-tluq għal kwalunkwe kunsiderazzjoni ulterjuri. Wara li wieħed jifhem l-allokazzjoni inizjali tal-kostijiet u tal-benefiċċji, irid jintlaħaq qbil dwar approċċ koordinat għar-riallokazzjoni tagħhom bejn il-partijiet kollha kkonċernati, filwaqt li pajjiż li jikkoopera jkun liberu li jalloka mill-ġdid il-kostijiet nazzjonali skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

It-tabella li ġejja telenka l-indikaturi tal-kostijiet u l-benefiċċji, il-partijiet affettwati u kif dawn jistgħu jiġu aġġustati jew introdotti billi jaqilbu mis-CBA għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji. L-aktar approċċ sempliċi huwa li wieħed jiddevja mis-CBA oriġinali u sempliċiment jissostitwixxi l-kostijiet tal-ġenerazzjoni b’kostijiet ta’ appoġġ.

Indikatur tal-kost u tal-benefiċċji

Parti Affettwata

Effett

Nefqiet kapitali u spejjeż operazzjonali (CAPEX/OPEX) tal-ġenerazzjoni

Żviluppaturi ta’ assi tal-ġenerazzjoni

CAPEX/OPEX għall-ġenerazzjoni inizjalment jiġġarrbu mill-iżviluppatur tal-assi tal-ġenerazzjoni u normalment jiġu ffinanzjati mill-ġdid permezz tad-dħul mis-suq u/jew tal-pagamenti tal-iskemi ta’ appoġġ.

Dħul mis-suq

Żviluppaturi ta’ assi tal-ġenerazzjoni

Skont l-arranġament tas-suq, l-iżviluppatur jikseb dħul mis-suq tal-elettriku.

Pagamenti ta’ appoġġ

Stati / Żviluppaturi ta’ assi tal-ġenerazzjoni

Il-faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli normalment jibbenefikaw minn pagamenti ta’ appoġġ. Fil-prinċipju, tapplika s-sistema ta’ finanzjament tal-Istat li fih jinsab l-impjant. Il-kondiviżjoni possibbli tal-pagamenti ta’ appoġġ bejn l-Istati mhijiex effett ta’ ridistribuzzjoni bbażat fuq is-suq, iżda deċiżjoni fundamentali fil-qafas tal-approċċ ta’ kooperazzjoni.

Ilħuq tal-Mira tal-RES

Stati Membri

Għall-bidu, l-ilħuq tal-miri tal-RES jiġu allokati lill-Istat Membru li fih jinsab l-impjant. B’mod simili għall-pagamenti ta’ appoġġ, l-allokazzjoni tal-ilħuq tal-miri tal-RES fil-forma ta’ statistika tal-RES se tkun riżultat ta’ negozjati bejn l-Istati Membri.

Effetti fuq il-prezzijiet tal-elettriku (prezz tas-suq bl-ingrossa)

Stati

Il-proġetti ta’ kooperazzjoni jista’ jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-elettriku fiż-żoni tal-offerti kkonċernati. Dan min-naħa tiegħu għandu impatt fuq il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi. Għalkemm mhuwiex probabbli li dawn l-effetti jiġu kkumpensati, dan jista’ jkun parti mill-kunsiderazzjonijiet politiċi għal proġett ta’ kooperazzjoni.

Emissjonijiet tas-CO2 u emissjonijiet oħrajn

Stati

Bidliet fil-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2 u mhux tas-CO2 minħabba l-proġett ta’ kooperazzjoni.

L-użu tal-potenzjal tal-RES

Stati

L-Istat li fih tinsab il-faċilità ta’ kooperazzjoni jista’ jkollu anqas potenzjal disponibbli għall-ilħuq tal-mira domestika.

Differiment tal-investiment tal-kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali tal-RES

Stati

Posponiment ta’ proġetti (domestiċi) oħrajn minħabba d-dħul fil-proġett ta’ kooperazzjoni.

Effetti addizzjonali

Stati

Jista’ jkun hemm impatti oħrajn, bħal effetti fuq is-suq tax-xogħol, effetti ambjentali, effetti fuq l-innovazzjoni, eċċ. Skont in-natura tagħhom, dawn l-effetti addizzjonali jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu kkwantifikati, iżda jista’ jkollhom rwol fin-negozjati politiċi.

Nefqiet kapitali u spejjeż operazzjonali (CAPEX/OPEX) tal-infrastruttura

TSOs

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-TSO(s) huma responsabbli għall-prefinanzjament tal-assi infrastrutturali, inkluża l-konnessjoni mat-tisħiħ max-xatt u fuq l-art. CAPEX/OPEX għall-infrastruttura jinkludu l-kostijiet tal-konnessjoni tal-interkonnettur u tal-konnessjoni tal-grilja potenzjali. Inizjalment allokati lil TSO wieħed jew aktar, dawn jiġu ffinanzjati mill-ġdid permezz ta’ redditi mill-konġestjoni u tariffi tan-network fiż-żoni/pajjiżi tal-offerti rispettivi.

Redditi mill-konġestjoni

TSO

Skont l-arranġament tas-suq, jista’ jirriżulta qligħ fil-forma ta’ redditi mill-konġestjoni.

Ridispaċċ jew riżervi ta’ ridispaċċ addizzjonali

TSO

It-TSOs jistgħu jżidu jew inaqqsu r-ridispaċċ bħala riżultat tal-proġett ta’ kooperazzjoni. Il-kostijiet tar-ridispaċċ jiġu rkuprati mit-TSO permezz ta’ tariffi tal-grilja.

Effetti addizzjonali, bħall-effetti fuq il-flessibbiltà tas-sistema jew id-differiment tal-investiment tal-infrastruttura

TSO

Effetti pożittivi jew negattivi fuq il-flessibbiltà jew l-effetti tas-sistema bħall-posponiment tat-tisħiħ tal-infrastruttura.

Sabiex jiġu ssimplifikati n-negozjati dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, il-partijiet tan-negozjati għandhom jippruvaw iżommu l-lista ta’ indikaturi li għandhom jitqiesu fil-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji għal ammont ġestibbli. L-aktar indikaturi importanti għall-pajjiżi li jikkooperaw huma l-kostijiet ta’ appoġġ kif ukoll l-istatistika tal-RES. Il-partijiet li jikkooperaw huma liberi li jinkludu impatti ulterjuri jew li jagħmluhom suġġett fin-negozjati f’każ li jistennew li jkunu sinifikanti f’termini ta’ impatt jew piż politiku.

Pass 2: L-allokazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji lill-pajjiżi involuti

Fil-pass li jmiss, il-pajjiżi li jikkooperaw għandhom jipproċedu biex jallokaw il-kostijiet u l-benefiċċji kollha, inklużi l-kostijiet ta’ appoġġ, bejniethom skont ir-riżultati tas-CBA u prinċipalment skont fejn jitwettqu/jinsabu l-installazzjonijiet tal-RES (bil-pajjiż ospitanti jkollu l-maġġoranza tal-impatti indiretti). Għandu jiġi nnotat li pajjiżi oħrajn li la huma pajjiżi ospitanti u lanqas dawk li jixtru, jistgħu jiġu affettwati wkoll, eż. minn kwistjonijiet ta’ konġestjoni tal-grilja. F’każijiet bħal dawn, il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji jista’ jiġi estiż għal dawk il-pajjiżi.

It-tip ta’ regola ta’ allokazzjoni huwa influwenzat ħafna mill-għażla tal-iskema ta’ appoġġ. Il-pajjiżi li jikkooperaw jistgħu jaqblu li joħolqu fond/skema konġunta jew li jestendu waħda mill-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tal-istati li jikkooperaw għall-amministrazzjoni ta’ flussi ta’ pagamenti ta’ appoġġ għall-proġett ta’ kooperazzjoni u jistabbilixxu prezz ta’ trasferiment bħala mezz ta’ kumpens. Fil-każ ta’ skema ta’ appoġġ konġunt, il-pajjiżi li jikkooperaw se jistabbilixxu fond konġunt b’mod naturali. It-trasferimenti statistiċi u l-proġetti konġunti, għall-kuntrarju, huma aktar suxxettibbli għal kumpens permezz tal-prezzijiet tat-trasferiment. Fl-aħħar mill-aħħar, il-gvernijiet se jkollhom jaqblu dwar jekk l-ewwel għandhomx jallokaw l-installazzjonijiet il-ġodda kollha lil pajjiż wieħed, jew jekk għandhomx “iqassmuhom” skont liema pajjiż iġarrab il-kostijiet ta’ appoġġ. Tinħoloq diffikultà addizzjonali f’każ li l-post finali tal-installazzjonijiet ikun għadu ma ġiex deċiż, f’liema każ l-allokazzjoni finali tista’ ssir biss ladarba ssir l-offerta. Fi kwalunkwe każ, huwa rakkomandat li l-gvernijiet jaqblu mill-ewwel dwar it-termini ġenerali tal-allokazzjoni ex ante u jagħmlu aġġustament ex post.

Pass 3: L-allokazzjoni tal-kostijiet għall-unitajiet ta’ enerġija prodotti

Filwaqt li jibnu fuq is-CBA li stabbiliet l-output totali prospettiv f’termini ta’ enerġija prodotta (f’GWh), l-istati li jikkooperaw għandhom jipproċedu biex jallokaw il-kostijiet għall-unitajiet ta’ enerġija prodotti. L-ewwel nett, se jkollhom bżonn jiġbru flimkien il-kostijiet u l-benefiċċji kollha għal kull waħda mill-partijiet li jikkooperaw, li jwasslu għal benefiċċju nett / kost nett totali għal kull pajjiż. Il-pass li jmiss huwa li din is-somma tiġi allokata għall-ġenerazzjoni prospettiva tal-elettriku mill-installazzjoni(jiet) f’kull pajjiż sabiex jinkiseb “kost” għal kull unità tal-enerġija rinnovabbli prodotta. L-istati li jikkooperaw jistgħu jassumu kostijiet medji għal kull installazzjoni.

Pass 4: Ftehim dwar l-istatistika rinnovabbli trasferita lill-pajjiż l-ieħor u l-prezz tat-trasferiment (EUR/kWh)

Fil-pass li jmiss, l-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu l-ammont ta’ elettriku trasferit u l-prezz għal kull kWh trasferit. It-trasferiment jista’ jsir fiżikament jew b’mod virtwali biss, permezz ta’ statistika tal-RES. Il-prezz tat-trasferiment se jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont prospettiv totali ta’ elettriku ġġenerat. Il-kalkolu tal-prezz tat-trasferiment jipprovdi indikazzjoni tajba tad-daqs xieraq, iżda l-istati li jikkooperaw għandhom lok għal negozjar li jingħata mill-iffrankar nett tal-kostijiet tal-kooperazzjoni.

L-Istati Membri li jinvolvu ruħhom fi trasferiment statistiku jistgħu jaqblu li jużaw tipi differenti ta’ kuntratti, bħal ftehimiet fuq il-post ex post, ftehimiet fuq il-post ex ante jew kuntratti ta’ għażla. Il-kombinazzjonijiet ta’ dawn it-tipi ta’ kuntratti huma possibbli wkoll u jistgħu jservu biex itaffu r-riskji għaż-żewġ partijiet. Għandu jiġi nnegozjat prezz ta’ unità, li jibda mill-prezzijiet domestiċi ta’ appoġġ ta’ referenza għal teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli u li jirrappreżenta l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet kif ukoll il-kostijiet potenzjali tat-tisħiħ tal-grilja. Il-benefiċċji indiretti għall-pajjiż ospitanti għandhom jitnaqqsu.

Huwa importanti wkoll li jiġi rikonoxxut li dejjem se jkun hemm grad ta’ inċertezza fl-analiżi ex ante ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera li ma tistax tiġi eliminata. L-inċertezza tista’ tiġi indirizzata mill-partijiet b’diversi modi u tista’ tiġi mnaqqsa permezz ta’ analiżi tas-sensittività u kontrolli tar-robustezza. F’każijiet ta’ kooperazzjoni anqas kumplessi, il-promoturi tal-proġetti jistgħu jiddeċiedu li sempliċiment jaċċettaw l-inċertezza u d-differenzi li jirriżultaw fil-kostijiet u l-benefiċċji u jinnegozjaw politikament kontribut ex ante. Madankollu, għal każijiet aktar kumplessi u komprensivi ta’ kooperazzjoni, huwa rakkomandat li tiġi inkluża klawżola ta’ rieżami fil-ftehim ta’ kooperazzjoni li tista’ tiġi attivata minn parti waħda jew miż-żewġ partijiet għar-reviżjoni tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji f’każ ta’ devjazzjonijiet sinifikanti. Dan jista’ jiġi skattat, pereżempju, jekk id-devjazzjonijiet jilħqu livell limitu miftiehem. It-tielet għażla hija li jiġu ddefiniti regoli ta’ kondiviżjoni għal kumpens li jistgħu pereżempju jiddependu mill-kostijiet ta’ appoġġ reali meħtieġa kif jiġi ddeterminat ex post.

Pass 5: L-istituzzjonalizzazzjoni tat-trasferimenti finanzjarji

Fl-aħħar nett, il-mezzi ta’ trasferiment finanzjarju se jkollhom jiġu miftiehma bejn il-partijiet li jikkooperaw. F’termini ta’ “munita”, il-kumpens jista’ jieħu l-forma ta’ pagamenti fi flus jew ta’ trasferiment tal-istatistika tal-RES. Filwaqt li l-kumpens bejn it-TSOs normalment iseħħ permezz ta’ pagamenti fi flus, l-istati jistgħu jagħżlu li jiġu kkumpensati fi flus, fi trasferimenti statistiċi jew f’taħlita tat-tnejn.

Filwaqt li l-istabbiliment ta’ fond konġunt għall-pagamenti ta’ appoġġ jiswa ħafna flus, dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-kondiviżjoni tar-riskji bejn l-istati parteċipanti u b’hekk jitnaqqas ir-riskju individwali ta’ kull wieħed, u jista’ jkun ta’ vantaġġ għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri, speċjalment fil-każ ta’ aktar minn żewġ partijiet li jikkooperaw u proġetti ta’ kooperazzjoni ta’ segwitu b’parametri simili. F’każ li jiġi stabbilit fond konġunt, il-pagamenti għalih għandhom ikunu proporzjonati għall-kondiviżjoni tal-ammont fil-mira tal-RES u għall-allokazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji. Fi kwalunkwe każ, jista’ jkun ta’ benefiċċju li jinħatru punti uniċi ta’ kuntatt għal dawn it-trasferimenti.

Eżempji ta’ kooperazzjoni

Eżempju 1: Trasferiment Statistiku

Ikkunsidra żewġ Stati Membri (Stat Membru A u Stat Membru B) li jaqblu dwar l-użu tal-mekkaniżmu ta’ trasferiment statistiku. L-Istat Membru A (il-pajjiż tal-bejgħ) huwa mistenni li jkollu eċċess ta’ enerġija rinnovabbli minħabba l-potenzjal kbir tiegħu tal-enerġija idroelettrika u dik eolika fuq l-art u jkun jixtieq ibigħ l-ammont żejjed mistenni. L-objettivi ewlenin tiegħu huma li b’hekk jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-produzzjoni lokali tal-RES u jnaqqas il-piż fuq il-konsumaturi domestiċi tal-elettriku. Hemm fis-seħħ bażi legali nazzjonali għall-użu ta’ trasferimenti statistiċi — din tkun l-ewwel darba li fil-fatt tintuża. L-Istat Membru B (il-pajjiż li jixtri) ma huwiex fit-triq it-tajba biex jilħaq il-miri nazzjonali tiegħu billi juża r-riżorsi proprji tiegħu biss u stabbilixxa l-użu ta’ trasferimenti statistiċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dokumenti strateġiċi ewlenin billi jantiċipa li se jkollu jirrikorri għalihom sabiex jikkonforma mal-miri nazzjonali tiegħu tal-RES.

Sabiex tiżdied is-sigurtà tal-ippjanar, iż-żewġ Stati Membri jagħżlu li jistabbilixxu l-prezz tat-trasferiment ex ante u li jistabbilixxu wkoll volum minimu ta’ enerġija rinnovabbli li għandu jiġi nnegozjat. L-Istat Membru A huwa lest li jidħol f’dan il-ftehim minħabba li jinsab fit-triq it-tajba biex jissodisfa b’eċċess b’mod sinifikanti l-mira domestika tiegħu stess tal-RES u huwa ċert li jikseb eċċess tal-RES.

F’termini ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, il-kostijiet ewlenin li għandhom jitqiesu huma l-kostijiet ta’ appoġġ. Il-livell tal-kostijiet ta’ appoġġ li għandhom jitqiesu jiddependi fuq jekk jintużawx kostijiet medji jew marġinali u liema huma t-teknoloġiji ta’ referenza użati.

Hemm ukoll kostijiet tat-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-kooperazzjoni. Peress li dawn jistgħu jkunu mistennija li jkunu komparattivament żgħar u maqsumin ukoll b’mod ugwali bejn l-Istat Membru A u B, dawn jistgħu jiġu injorati għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji. F’termini ta’ effetti indiretti, il-pajjiż ospitanti jista’ jiġi affettwat minn għadd ta’ dawk, bħall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista, madankollu, jista’ jiġi kkontestat jekk dawn jistgħux jiġu kkreditati lill-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni peress li l-Istat Membru A kien diġà ġarrab eċċess tal-RES qabel ma daħal fit-trasferiment statistiku mal-Istat Membru B. Għalhekk, l-Istati Membri A u B jaqblu li jinjoraw dawn l-effetti għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji u jiffokaw biss fuq il-kostijiet ta’ appoġġ.

L-Istati Membri A u B l-ewwel jeħtieġ li jaqblu dwar il-limitu minimu u l-limitu massimu tal-prezz tat-trasferiment. Sabiex jiġi ddeterminat il-prezz minimu għan-negozjati, l-Istat Membru A għandu jqis il-livell ta’ appoġġ nazzjonali għal teknoloġiji differenti. Jekk ikun hemm ftehim dwar il-bażi tat-trasferiment statistiku b’teknoloġija, allura għandu jintgħażel il-prezz ta’ appoġġ għal din it-teknoloġija partikolari. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim bħal dan, għażla minnhom hija li jiġi kkalkolat prezz medju ta’ appoġġ għall-RES fl-Istat Membru A. Dan il-prezz ikkalkolat imbagħad iservi bħala l-prezz minimu. Fir-rigward tal-prezz tal-limitu massimu, dan huwa ddeterminat mill-prezz għall-użu lokali tal-RES fl-Istat Membru B. Fit-teorija, il-prezz massimu li l-Istat Membru B huwa lest li jħallas huwa influwenzat ukoll mill-prezz tat-trasferiment li l-Istati Membri l-oħrajn joffru għat-trasferimenti statistiċi. Ladarba jintlaħaq qbil dwar il-kuritur tal-prezzijiet teoretiku, l-Istati Membri li jikkooperaw għandhom jipproċedu biex jinnegozjaw il-prezz reali tat-trasferiment li x’aktarx ikun fil-kuritur. Huma jeħtieġ li jsibu bilanċ bi dħul għoli biżżejjed għall-Istat Membru A u bi prezz baxx biżżejjed għall-Istat Membru B, u b’hekk joħolqu benefiċċji għaż-żewġ naħat.

Eżempju 2: Proġett Konġunt u Trasferiment tal-Istatistika b’kunsiderazzjoni ta’ park eoliku lil hinn mill-kosta konness b’mod radjali (mingħajr trasferiment transfruntier fiżiku tal-elettriku)

Ikkunsidra tliet Stati Membri (Stat Membru A, Stat Membru B u Stat Membru Ċ) li jaqblu dwar proġett konġunt fuq skala kbira bl-użu tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni rispettiv. Il-proġett konġunt jikkonsisti minn park eoliku lil hinn mill-kosta li għandu jinbena u jkun jinsab fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Istat Membru A (minn hawn ’il quddiem: il-pajjiż ospitanti) mal-Istat Membru B (minn hawn ’il quddiem: il-pajjiż li jixtri) li jikkontribwixxi għall-kostijiet ta’ appoġġ. Barra minn hekk, il-pajjiż li jixtri u l-Istat Membru Ċ jaqblu dwar trasferiment statistiku addizzjonali, li jikkorrispondi għal 10 % tal-benefiċċji ġġenerati tal-elettriku rinnovabbli tal-proġett konġunt bi prezz negozjat. L-Istat Membru Ċ huwa sempliċiment interessat li jixtri ammont definit minn qabel ta’ statistika tal-RES biex jilħaq il-miri domestiċi tiegħu tal-RES aktar malajr, iżda ma għandu l-ebda interess partikolari ieħor fil-proġett konġunt.

Il-pajjiż li jixtri huwa l-forza mexxejja wara l-proġett u jikkoordina l-involviment tal-partijiet l-oħrajn. Ma jirrikjedix importazzjoni fiżika tal-elettriku u l-ebda funzjonalità ta’ interkonnettur ma hija parti mill-proġett, u l-park eoliku se jkun imqabbad b’mod radjali mal-kosta tal-pajjiż ospitanti. Billi jikkooperaw f’dan il-proġett konġunt, il-pajjiż li jixtri u dak kontribwenti jistennew li jissodisfaw it-trajettorja tal-RES tagħhom sal-2030 u lil hinn, b’mod aktar kosteffettiv, filwaqt li jirċievu kobenefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi u titjib tas-sigurtà tal-provvista.

Peress li kemm l-Istat Membru ospitanti kif ukoll dak li jixtri jixtiequ jirċievu statistika tal-RES mill-proġett li tgħodd għall-miri nazzjonali tagħhom, huma jaqblu li t-tnejn jikkontribwixxu għall-pagamenti ta’ appoġġ. Aħna nassumu li ma jistabbilixxux skema ta’ appoġġ konġunta, iżda minflok jaqblu li jużaw l-iskemi domestiċi tagħhom diġà fis-seħħ għal proġetti eoliċi lil hinn mill-kosta, li jfisser li kull Stat Membru se jittratta l-park eoliku lil hinn mill-kosta daqslikieku kien parti mill-iskema ta’ appoġġ rinnovabbli tiegħu. Il-proġett jingħata permezz ta’ offerta konġunta. Huwa miftiehem li l-prezz ta’ referenza tal-Istat Membru ospitanti se jiġi applikat, jiġifieri l-Istat Membru li jixtri se jaċċetta l-prezz ta’ referenza tal-Istat Membru ospitanti fis-sistema ta’ appoġġ tiegħu bħala bażi għad-determinazzjoni tal-premium. Minħabba l-karattru tal-ewwel attur tal-proġett, tingħata eċċezzjoni skont l-iskema ta’ appoġġ nazzjonali tal-pajjiż li jixtri li normalment ma tippermettix dan.

L-Istat Membru ospitanti u dak li jixtri jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni għall-proġett konġunt. Il-ftehim politiku ta’ livell għoli jiddikjara li kull wieħed minnhom għandu jiġi allokat l-ammont ta’ statistika tal-RES mill-proġett li jikkorrispondi għall-ammont ta’ elettriku appoġġat minn dak il-pajjiż. Peress li l-park eoliku lil hinn mill-kosta jinsab fiż-ŻEE tal-pajjiż ospitanti, awtomatikament se jiġi allokat l-istatistika tal-RES li mbagħad ikollha bżonn terġa’ titqassam skont il-ftehim.

Il-pajjiż ospitanti u dak li jixtri jwettqu analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji, filwaqt li jidentifikaw l-aktar entrati rilevanti tal-kostijiet u tal-benefiċċji u l-effetti tagħhom. Fl-analiżi tagħhom tal-kostijiet u tal-benefiċċji, huma jiddeċiedu li jiffokaw fuq il-kostijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor, is-sigurtà tal-provvista u l-effetti tal-innovazzjoni. Sabiex jiddeterminaw l-effetti tagħhom għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, huma jinkludu u jivvalutaw ukoll il-kostijiet ta’ appoġġ kif ukoll l-effetti fuq l-istatistika tal-RES.

 

Stat Membru A

(ospitanti)

Stat Membru B

(li jixtri)

Stat Membru Ċ

(trasferiment statistiku)

Enerġija rinnovabbli ġġenerata

40  %

60 %

Mhux applikabbli

Statistika tal-RES

40  %

50 %

10  %

Kostijiet ta’ appoġġ

40  %

60 %

Mhux applikabbli

Kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema (24)

100 %

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Iffrankar ta’ Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

40  %

60 %

Mhux applikabbli

Tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor

40  %

60 %

Mhux applikabbli

Sigurtà tal-provvista

40  %

60 %

Mhux applikabbli

Iż-żewġ partijiet li jikkooperaw jaqblu li jiffukaw fuq il-kostijiet ta’ appoġġ, l-istatistika tal-RES u l-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema biss għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji u li jeliminaw l-elementi l-oħrajn kollha tal-kostijiet u l-benefiċċji.

Fil-pass li jmiss, il-pajjiż ospitanti u l-pajjiż li jixtri jipproċedu biex jiġbru flimkien il-kostijiet u l-benefiċċji kollha għal kull wieħed minnhom, li jwassal għal benefiċċju/kost nett totali għal kull Stat Membru. Peress li l-pajjiż ospitanti jġarrab il-kostijiet kollha tal-integrazzjoni tas-sistema, huwa jġarrab kost nett u jitlob li l-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema jiġu inklużi fil-prezz tat-trasferiment.

B’mod ġenerali, l-ispazju tan-negozjar għall-prezz tat-trasferiment huwa ddeterminat mill-kontribut relattiv tal-Istati Membri li jikkooperaw għall-kostijiet ta’ appoġġ. Skont jekk il-kostijiet ta’ appoġġ humiex ogħla fl-Istat Membru li jixtri jew dak ospitanti meta mqabblin ma’ xulxin, wieħed jew l-ieħor se jkollhom benefiċċju mill-kooperazzjoni fir-rigward tal-pagamenti ta’ appoġġ. B’mod ġenerali, il-limitu minimu għall-prezz tat-trasferiment huwa ddeterminat mill-kostijiet ta’ appoġġ addizzjonali mġarrbin jew mill-Istat Membru A jew B, il-limitu massimu huwa l-iffrankar totali tal-kostijiet ta’ appoġġ.

Ejjew nassumu li l-kostijiet ta’ appoġġ speċifiċi għat-teknoloġija huma ogħla fl-Istat Membru li jixtri meta mqabblin mal-Istat Membru ospitanti. Għalhekk, il-kooperazzjoni twassal għal iffrankar tal-kostijiet fl-Istat Membru li jixtri, filwaqt li l-kostijiet ta’ appoġġ fl-Istat Membru ospitanti jistgħu jiżdiedu (meta mqabblin mal-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni). Madankollu, il-kooperazzjoni twassal għal iffrankar nett tal-kostijiet peress li l-kostijiet totali ta’ appoġġ huma aktar baxxi fil-każ ta’ kooperazzjoni meta mqabblin mal-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Fl-eżempju, l-Istat Membru ospitanti jġarrab kostijiet ta’ appoġġ ogħla milli jkollu fil-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni li jirriżultaw f’kumpens finanzjarju fil-forma ta’ trasferiment lill-Istat Membru ospitanti. Il-livell tal-prezz tat-trasferiment se jiġi ddeterminat permezz ta’ negozjati, iżda għandu jiġi stabbilit b’tali mod li jipprovdi biżżejjed inċentivi għaż-żewġ pajjiżi biex iqisu li l-kooperazzjoni tkun ta’ benefiċċju, jiġifieri għall-Istat Membru ospitanti jeħtieġ li tkun mill-anqas għolja, idealment ogħla, mill-kostijiet ta’ appoġġ addizzjonali mġarrbin, u għall-Istat Membru li jixtri jeħtieġ li jkun anqas mill-iffrankar totali tal-kostijiet tiegħu. Ovvjament, il-pajjiżi jista’ jkollhom ukoll motivi mhux finanzjarji biex isegwu l-kooperazzjoni li tista’ tinfluwenza r-rieda tagħhom li jaċċettaw prezz ta’ trasferiment aktar baxx/ogħla.

Meta jitbiegħdu mill-volum totali tal-enerġija rinnovabbli prospettiva ġġenerata u mill-kostijiet imġarrbin miż-żewġ pajjiżi, huma jikkalkolaw prezz ta’ trasferiment (EUR/kWh) li jqis ukoll qasma ugwali tal-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema.

Eżempju 3: Proġett konġunt li jqis installazzjonijiet PV solari u t-trasferiment fiżiku tal-elettriku

Ikkunsidra żewġ Stati Membri (Stat Membru A u Stat Membru B) li jaqblu dwar proġett konġunt fuq skala kbira bl-użu tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni rispettiv. Il-proġett konġunt jikkonsisti minn impjant solari kbir mibni fuq l-art li jinsab fl-Istat Membru A (minn hawn ’il quddiem: il-pajjiż ospitanti) mal-Istat Membru B (minn hawn ’il quddiem: il-pajjiż li jixtri) li jħallas għall-kostijiet ta’ appoġġ. Il-pajjiż ospitanti għandu ħafna siti disponibbli għall-implimentazzjoni tal-PV solari u potenzjal solari kbir. Huwa fit-triq it-tajba li jissodisfa b’eċċess il-miri nazzjonali tiegħu tal-RES u huwa interessat li jikkoopera ma’ Stati Membri oħrajn biex jagħmel użu mill-potenzjal eċċessiv tiegħu kif ukoll biex jagħti spinta lis-suq tax-xogħol lokali tiegħu. Għall-kuntrarju, l-Istat Membru B mhuwiex fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira tiegħu u huwa interessat li jagħmel użu mill-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni biex jilħaq il-mira tiegħu tal-RES b’kost aktar baxx. Fil-livell politiku, diġà ħoloq il-prerekwiżiti biex jagħmel użu mill-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, billi ppermetta l-ftuħ tal-iskema ta’ appoġġ domestiku u teknoloġikament newtrali għall-RES tagħha għal proġetti barranin. L-Istat Membru A mhuwiex interessat li jżomm kwalunkwe statistika tal-RES relatata mal-proġett ta’ kooperazzjoni għalih innifsu li jfisser li l-kostijiet ta’ appoġġ se jiġġarrbu kompletament mill-Istat Membru B li se jintegra l-impjant fl-iskema domestika tiegħu stess.

L-Istat Membru A jeħtieġ it-trasferiment fiżiku tal-elettriku sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jaffettwax l-ibbilanċjar tas-suq domestiku. Dan jagħmilha meħtieġa li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ trażmissjoni u ta’ interkonnettur transfruntiera bejn l-Istati Membri li jikkooperaw. Għall-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-proġetti ta’ kooperazzjoni, dan huwa ta’ rilevanza peress li l-ħtieġa ta’ esportazzjoni fiżika tal-elettriku ġġenerat x’aktarx li tirriżulta f’kost konsiderevoli.

Il-pajjiż ospitanti u l-pajjiż li jixtri jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni għall-proġett konġunt u jwettqu CBA. Fl-analiżi tagħhom tal-kostijiet u tal-benefiċċji, huma jiddeċiedu li jiffokaw fuq il-kostijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor, is-sigurtà tal-provvista u l-effetti tal-innovazzjoni. Fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, huma jiddeċiedu li jiffokaw biss fuq dawk l-aktar importanti, jiġifieri l-kostijiet ta’ appoġġ (imġarrbin esklussivament mill-Istat Membru B), il-kostijiet għat-trasferiment fiżiku tal-enerġija (li għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru B), l-effetti fuq l-impjiegi (għall-Istat Membru A) u l-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema (Stat Membru A wkoll). Fir-rigward tal-Istat Membru A, il-benefiċċju ewlieni li jixtieq jikseb mill-kooperazzjoni huwa li jistimula s-suq tax-xogħol lokali, fil-każ tal-Istat Membru B, l-interess ewlieni huwa li jitnaqqsu l-pagamenti ta’ appoġġ meħtieġa biex jintlaħqu l-miri domestiċi tiegħu tal-RES. Peress li ż-żewġ Stati Membri huma pożittivi li sitwazzjoni ta’ vantaġġ għal kulħadd hija possibbli b’kostijiet u benefiċċji kbar li jikkanċellaw lil xulxin, huma jaqblu li sempliċiment iqisu l-kostijiet ta’ appoġġ.

Il-pajjiżi se jkollhom jaqblu wkoll dwar prezz tas-suq ta’ referenza. Peress li l-ftehim huwa li l-Istat Membru B se jinkorpora l-impjant fl-iskema ta’ appoġġ domestiku tiegħu, jista’ jintuża l-prezz tas-suq ta’ referenza tal-Istat Membru B. Fir-rigward tal-kostijiet tat-trasferiment tal-elettriku, l-aktar mod sempliċi biex dan jiġi indirizzat huwa li l-iżviluppaturi jqisu dan il-kost fl-offerti tagħhom li jfisser li l-kostijiet ta’ appoġġ se jiżdiedu kif xieraq.

Sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tat-trasferiment probabbli li għandu jitħallas mill-Istat Membru B lill-Istat Membru A, l-ewwel kunsiderazzjoni hija li jiġi kkalkolat l-iffrankar li l-Istat Membru B jista’ jagħmel minħabba l-proġett ta’ kooperazzjoni, jiġifieri l-iffrankar fil-kostijiet ta’ appoġġ. Dan jinvolvi l-kalkolu tal-kostijiet diretti ta’ appoġġ għall-PV solari (25) fl-Istat Membru A kif ukoll fl-Istat Membru B. Id-differenza bejn it-tnejn tirrappreżenta l-bażi għan-negozjar tal-prezz tat-trasferiment.

5   SOMMARJU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET GHAS-CBA U L-KONDIVIZJONI TAL-KOSTIJIET U TAL-BENEFICCJI

Fil-qosor, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għandhom firxa ta’ għażliet u gradi ta’ libertà għall-analiżi u l-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji meta jinvolvu ruħhom fi proġetti ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għall-benefiċċju reċiproku tagħhom.

B’mod ġenerali, jeħtieġ li jitwieġbu żewġ mistoqsijiet ċentrali mill-pajjiżi li jikkooperaw. L-ewwel nett, b’liema mekkaniżmu finanzjarju u b’liema prezz il-pajjiż li jixtri se jikkontribwixxi għall-kostijiet ta’ appoġġ tal-proġett? It-tieni, jekk il-pajjiż li jixtri huwiex se jikkumpensa lill-pajjiż ospitanti għall-kostijiet imġarrba domestikament u b’liema mekkaniżmu? Bħala regola ġenerali, l-Istat Membru li jħallas il-kostijiet ta’ appoġġ għandu jirċievi l-istatistika tal-RES korrispondenti.

It-taqsimiet li ġejjin jiġbru mill-ġdid il-passi u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin għall-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji, filwaqt li jibnu fuq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Din il-lista u l-kriterji huma mingħajr preġudizzju għall-kriterji għas-CBA skont ir-Regolament tal-FNE, li huma rilevanti għall-applikazzjonijiet biex jiġi riċevut l-istatus ta’ proġett transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.

Approċċ ġenerali u passi rikjesti għas-CBA inizjali

Dawn il-passi mhux eżawrjenti huma rrakkomandati li jiġu segwiti mill-promoturi tal-proġetti meta jwettqu CBA:

Jidentifikaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti

Jispeċifikaw l-istabbiliment ta’ proġett ta’ kooperazzjoni transfruntiera

Partijiet u entitajiet li jikkooperaw

Awtoritajiet u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn li jistgħu jiġu affettwati mill-kostijiet jew mill-benefiċċji bħall-iżviluppaturi, it-TSOs, id-DSOs, eċċ.

Post tal-proġett,

Teknoloġija użata u tfassil,

Funzjonalitajiet jew karatteristiċi tekniċi rilevanti oħrajn,

Daqs tal-kapaċità/tal-proġett,

Perjodu ta’ żmien,

Tip ta’ output u servizzi previsti, u

Komponenti addizzjonali rilevanti

Jiddefinixxu x-xenarju kontrofattwali xieraq, inkluż l-istabbiliment tiegħu (l-istess aspetti bħal ta’ hawn fuq)

Jelenkaw il-kostijiet u l-benefiċċji kollha li għandhom jiġu inklużi

Jaqblu dwar l-approċċ u l-metodoloġiji tal-kalkolu għall-indikaturi tas-CBA

Jiġbru l-aktar data reċenti minn sorsi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali vverifikati

Jikkwantifikaw u jimmonetizzaw l-indikaturi kwantifikabbli jekk ma jkunux għaljin wisq u jekk ma jkunux jiddeskrivu b’mod verbali l-effett ta’ indikaturi mhux monetizzati

Jikkalkulaw id-delta tal-VPN tal-proġett ta’ kooperazzjoni transfruntiera u l-kontrofattwali tiegħu

Jiktbu analiżi u l-ispjegazzjonijiet li jakkumpanjawha

Jivverifikaw ir-riżultati mal-awtoritajiet rilevanti u ma’ esperti (indipendenti) oħrajn

Jirfinaw l-analiżi kif meħtieġ bl-aġġustament tad-data u/jew tal-metodoloġija

L-ordni tal-passi mhijiex neċessarjament sekwenzjali u tista’ tkun iterattiva f’xi każijiet. L-Istati Membri jistgħu jqisu li jistabbilixxu punti uniċi ta’ kuntatt biex jappoġġaw lill-promoturi tal-proġetti f’dawn il-passi, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjoni tal-istabbiliment tal-proġett ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera.

Bini fuq is-CBA kemm jista’ jkun

CBA soċjetali dettaljata hija l-prerekwiżit għall-allokazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn l-Istati Membri u partijiet oħrajn. Madankollu, jista’ ma jkunx biżżejjed bħala bażi biex tiġi nnegozjata d-distribuzzjoni tagħhom. Għalhekk, is-CBA li tkun saret jeħtieġ li tiġi riveduta u estiża.

Il-partijiet li jikkooperaw għandhom jiżguraw li jibnu fuq is-CBA kemm jista’ jkun sabiex tinżamm il-koerenza mal-effetti ewlenin identifikati. Id-definizzjoni tal-proġett, id-data użata, ix-xenarju sottostanti u l-kundizzjonijiet limitu ma jistgħux jinbidlu u l-valuri netti kkalkolati fis-CBA għandhom jintużaw bħala l-punt tat-tluq għal diskussjonijiet ulterjuri. Trid tiġi speċifikata kwalunkwe kundizzjoni limitu li tħalli impatt fuq it-tħaddim tal-proġett u l-inkorporazzjoni tiegħu fis-sistema usa’ tal-enerġija, peress li dawn jinfluwenzaw l-indikaturi tal-kostijiet u l-benefiċċji.

L-arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fl-aħħar mill-aħħar se jkun l-eżitu ta’ proċess ta’ negozjar bejn il-partijiet li jikkooperaw. Għandu jkollhom il-flessibbiltà li jaqblu dwar liema kostijiet u benefiċċji għandhom jinkludu. Is-CBA jeħtieġ li ssib il-bilanċ bejn il-limitazzjoni tal-kumplessità u tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għal livell ġestibbli filwaqt li tistinka għall-inklużjoni tal-fatturi rilevanti kollha.

Prinċipji tal-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji

Il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandha tkun ibbażata fuq il-ġustizzja, jiġifieri l-ebda parti ma tirċievi benefiċċju mhux proporzjonat/ma ġġarrab kostijiet mhux proporzjonati minħabba l-kooperazzjoni li jistgħu jinkisbu billi jiġu kkumpensati l-partijiet kollha proporzjonati għall-kontribut tagħhom, il-prattikabbiltà, jiġifieri t-tnaqqis tal-kumplessità u b’hekk tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għal ammont ġestibbli permezz tal-limitazzjoni tal-partijiet kif ukoll il-kategoriji tal-kostijiet u tal-benefiċċji għal dawk l-aktar importanti, u r-riflessjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji reali (u qbil dwar arranġamenti potenzjali li jiddevjaw minn dawn fi stadju aktar tard biss).

It-tnaqqis tal-kumplessità

L-esperjenza tal-passat dwar il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni wriet li l-kumplessità tista’ tkun ta’ detriment u li l-istrutturi ta’ negozjar kumplessi ħafna ma’ diversi partijiet ikkonċernati għandhom probabbiltà ogħla li ma jirnexxux. Madankollu, dan jista’ jiġi mmitigat jekk il-pajjiżi li jikkooperaw l-ewwel jaqblu dwar il-prinċipji bażiċi u t-termini ta’ kooperazzjoni u mbagħad jipproċedu biex jinnegozjaw id-dettalji. Barra minn hekk, ftehimiet politiċi ta’ livell għoli dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji jistgħu jgħinu kif kien il-każ tal-Iżvezja u tan-Norveġja, filwaqt li nnegozjaw l-iskema ta’ appoġġ konġunt tagħhom.

L-indirizzar tal-inċertezza u l-kunsiderazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet

Peress li l-informazzjoni dwar il-kostijiet, il-benefiċċji u r-riskji ma tistax tkun magħrufa b’ċertezza, l-inċertezza hija parti naturali mill-proċess u jeħtieġ li tiġi meqjusa kif xieraq. Din tista’ tiġi mmitigata b’analiżi tas-sensittività u b’kontrolli tar-robustezza.

Aċċettazzjoni pubblika

Fir-rigward tal-aċċettazzjoni pubblika, huwa rakkomandabbli li kwalunkwe proġett ta’ kooperazzjoni jindirizza l-involviment pubbliku kmieni u b’mod proattiv biex jiġu evitati ostakli aktar tard. Kwalunkwe kost u benefiċċju dirett u indirett relatat mal-kooperazzjoni kif ukoll mal-approċċ ġenerali għall-allokazzjoni tagħhom bejn is-sħab li jikkooperaw għandu jiġi deskritt u kkomunikat b’mod ċar lill-pubbliku.

6   MUDELL TAL-FTEHIM INTERGOVERNATTIV

Parti I. Objettiv u Definizzjonijiet

Artikolu dwar l-objettiv

L-Istati Membri għandhom jinnotaw l-objettiv tal-Ftehim Intergovernattiv (IGA). Eżempju fil-kuntest tal-NSEC jista’ jkun li jippermetti l-kostruzzjoni ta’ kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-Baħar tat-Tramuntana. L-objettiv jiġi deċiż bejn l-Istati Membri li jikkooperaw.

Artikolu dwar id-definizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-aktar termini importanti inklużi fil-Ftehim Intergovernattiv. Dan jiżgura fehim komuni tal-partijiet involuti u jtejjeb ir-robustezza legali tal-ftehim.

Parti II. Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

Artikolu dwar il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni

Dan l-element għandu jiddeskrivi l-inkorporazzjoni legali tal-kooperazzjoni fil-kuntest tal-RED, jiġifieri jekk jintagħżilx trasferiment statistiku, proġett konġunt (ma’ Stat Membru ieħor tal-UE jew pajjiż terz) jew skema ta’ appoġġ konġunt.

Parti III. Speċifikazzjonijiet tal-kooperazzjoni

Artikolu dwar l-ambitu tal-kooperazzjoni

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-ambitu tal-kooperazzjoni: 1) l-implimentazzjoni tal-RES biss, 2) iż-żieda tal-infrastruttura mal-kooperazzjoni, 3) iż-żieda ta’ aspetti ta’ innovazzjoni mal-kooperazzjoni (bħall-ħżin, il-faċilitajiet ta’ konverżjoni, eċċ.)

Artikolu dwar l-iskema ta’ appoġġ magħżula

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-iskema ta’ appoġġ applikata (l-Istat Membru ospitanti, l-Istat Membru kontribwenti jew skema ġdida ta’ appoġġ). Jekk tintuża skema eżistenti, l-Istati Membri għandhom jinkludu referenza għall-bażi ġuridika rilevanti.

Artikolu dwar skema ġdida ta’ appoġġ (applikabbli biss għal skemi ta’ appoġġ konġunt)

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi tal-iskema ta’ appoġġ. L-elementi li għandhom jitqiesu huma:

a.

Proġett uniku / kooperazzjoni b’diversi proġetti

b.

Kapaċità/volum massimu (ammont ta’ MW installat jew MWh li għandu jiġi ttrasferit)

c.

Teknoloġija (teknoloġiji) eliġibbli

d.

Il-post jew il-proċess għall-għażla u l-iżvilupp minn qabel tas-sit

e.

Reġim ta’ konnessjoni mal-grilja

f.

Forma ta’ appoġġ

g.

Tfassil tal-Offerta / Irkant

h.

Ftehim dwar in-notifika tal-għajnuna mill-Istat

Artikolu dwar l-arranġament rilevanti tas-suq

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-arranġament rilevanti tas-suq (eż. suq ta’ referenza magħżul) għall-proġett ta’ kooperazzjoni u kwalunkwe dispożizzjoni addizzjonali rilevanti li dan jista’ jinkludi.

Artikolu dwar l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji u l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet

L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji u l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet.

F’każ ta’ kooperazzjoni sempliċi, l-istatistika tal-RES tista’ tiġi ttrasferita fuq il-prezz tat-trasferiment miftiehem. F’dan il-każ ta’ kooperazzjoni, l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandha tinżamm sempliċi kemm jista’ jkun, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet.

Għal kooperazzjoni aktar kumplessa (jew meta jkun qed jintalab aċċess għal finanzjament transfruntier tal-RES mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u / jew finanzjament tal-infrastruttura) tista’ tkun meħtieġa CBA aktar komprensiva. Fil-Ftehim Intergovernattiv, din it-taqsima għandha tagħmel referenza għall-kalkoli tas-CBA disponibbli u għall-approċċ tas-CBCA li jirriżulta.

Identifikazzjoni tal-benefiċċju soċjali nett

Distribuzzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji ewlenin fost il-partijiet

Pagamenti ta’ kumpens li jirriżultaw bejn l-Istati Membri (inkluż is-sehem tal-kostijiet ta’ appoġġ finanzjati minn kull sieħeb ta’ kooperazzjoni, id-distribuzzjoni li tirriżulta tal-istatistika tal-RES għall-finijiet tal-kontribut fil-mira)

Proċedura ta’ pagament

Notifika lill-Kummissjoni Ewropea kif rikjest mill-RED

Artikolu dwar l-obbligi tal-partijiet

Hawnhekk, l-Istati Membri li jikkooperaw għandhom jiddefinixxu r-responsabbiltajiet skont il-forma ta’ kooperazzjoni magħżula kif ukoll il-proċeduri u sistema li tippermetti l-monitoraġġ, l-ittraċċar u l-ħruġ ta’ provi u verifiki (inkluż it-trasferiment tad-data: kontenut, format u żmien).

Artikolu dwar korp responsabbli (applikabbli għal proġetti konġunti jew skemi ta’ appoġġ konġunt)

Dan l-element għandu jiddeskrivi l-korp responsabbli (eż. aġenzija, jew punt uniku ta’ kuntatt) u r-responsabbiltajiet tiegħu. Ir-responsabbiltajiet jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ proġetti, id-definizzjoni tal-proċedura tal-offerti, l-għażla tal-offerent, is-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ proġetti mogħtija, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ appoġġ u r-rapportar lill-istati li jikkooperaw.

Artikolu dwar in-notifika lill-Kummissjoni Ewropea

Skont l-RED, l-Istat Membru tal-bejgħ/ospitanti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bil-ftehim u bl-ammont eżatt tat-trasferiment statistiku li jirriżulta.

7   ANNESS

Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni disponibbli u l-prinċipji bażiċi ta’ kooperazzjoni

F’konformità mal-Artikoli 8, 9, 11 jew 13 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, hemm tliet mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ewlenin li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw:

Trasferimenti statistiċi (l-Artikolu 8): Fil-każ ta’ trasferimenti statistiċi, mhux aktar minn żewġ Stati Membri jaqblu li jikkooperaw u prattikament jattribwixxu ammont speċifikat ta’ enerġija rinnovabbli prodotta żejda fi Stat Membru wieħed lill-ieħor. Dan isir ex post permezz ta’ prezz ta’ trasferiment innegozjat. L-enerġija “mixtrija” minn Stat Membru wieħed se tgħodd għall-kontribut nazzjonali tiegħu skont id-Direttiva. Ma huwa involut l-ebda trasferiment jew kunsinna ta’ enerġija fiżika. It-trasferimenti statistiċi normalment ma jkunux relatati ma’ proġetti speċifiċi, anke jekk l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidħlu fi ftehim bħal dan jekk jitqies ta’ benefiċċju reċiproku. Barra minn hekk, it-trasferimenti statistiċi huma, fil-prinċipju, newtrali għat-teknoloġija. L-Istati Membri li jinvolvu ruħhom fi trasferiment statistiku għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena li fiha t-trasferiment ikollu effett. Il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għat-trasferimenti statistiċi huma relattivament baxxi peress li dawn huma komparattivament faċli biex jiġu stabbiliti u nnegozjati u jippermettu lill-Istati Membri jidħlu f’kooperazzjoni limitata mingħajr ma jkollhom jagħmlu l-ebda bidla fil-vetturi ta’ appoġġ domestiku tagħhom. Minħabba l-grad aktar baxx ta’ kumplessità tagħhom, hija meħtieġa anqas gwida dwar it-trasferimenti statistiċi, iżda l-aċċettazzjoni pubblika tista’ tkun problema minħabba l-fatt li l-ebda ġenerazzjoni rinnovabbli ma tiġi ttrasferita bi skambju għall-pagament. L-atturi privati huma esklużi milli jipparteċipaw fi trasferimenti statistiċi, jiġifieri huma riżervati għall-entitajiet pubbliċi.

Proġetti Konġunti bejn l-Istati Membri (l-Artikolu 9): L-Istati Membri jistgħu jidħlu wkoll fi proġetti konġunti ma’ xulxin biex jikkooperaw fuq proġetti tal-enerġija rinnovabbli fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku jew tat-tisħin u tat-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli. Il-proġetti konġunti jmorru lil hinn mis-sempliċi trasferimenti statistiċi u l-kooperazzjoni dejjem isseħħ b’referenza għal proġett speċifiku ġdid. Proġett konġunt jista’ jipprevedi jew le t-trażmissjoni fiżika tal-elettriku. Minbarra l-proġetti ta’ kooperazzjoni unika, eż. proġetti ta’ enerġija eolika lil hinn mill-kosta fuq skala kbira, arranġamenti ta’ diversi proġetti huma possibbli wkoll meta jiġi ripetut sett relatat ma’ installazzjonijiet żgħar jew ta’ daqs medju. Madankollu, dawn l-arranġamenti ta’ diversi proġetti jeħtieġ li jiġu distinti minn skemi ta’ appoġġ konġunti minħabba n-natura finita tagħhom. Il-proġetti jistgħu jikkonċernaw ir-rinnovazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti jew ikunu relatati ma’ oħrajn ġodda. Il-benefiċċji u l-kostijiet minn dawn il-proġetti huma kondiviżi bejn il-partijiet li jikkooperaw permezz ta’ regoli miftiehma. L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jimplimentaw il-proġett permezz ta’ skema ta’ appoġġ eżistenti ta’ parti li tikkoopera jew joħolqu skema mfassla apposta.

Proġetti konġunti jistgħu jkunu xierqa wkoll biex isir investiment b’mod konġunt f’teknoloġiji ġodda u tinġabar l-esperjenza fihom. Il-grad ta’ kooperazzjoni u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet huma ogħla meta mqabblin mat-trasferimenti statistiċi, iżda normalment aktar baxxi minn dawk tal-iskemi ta’ appoġġ konġunt, peress li l-kooperazzjoni hija limitata għal għadd miftiehem ta’ proġetti. Għall-kuntrarju tat-trasferimenti statistiċi, proġetti konġunti jistgħu jinvolvu wkoll operaturi privati.

Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (l-Artikolu 11): L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw ukoll proġetti konġunti ma’ pajjiżi terzi li jistgħu jsiru partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija jew mar-Renju Unit. Madankollu, proġetti konġunti ma’ pajjiżi terzi huma limitati għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (it-tisħin u t-tkessiħ ma humiex koperti) u jeħtieġ li tiġi stabbilita rabta fiżika reali mal-pajjiż terz. Sabiex jiġi żgurat input fis-sistema tal-elettriku tal-UE, il-kapaċità rispettiva ta’ interkonnettur jeħtieġ li tiġi rreġistrata fil-ħin. Bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għall-investiment mogħtija lill-installazzjoni, l-ammont ta’ elettriku prodott u esportat seta’ ma rċeviex appoġġ minn skema ta’ appoġġ ta’ pajjiż terz.

Skemi ta’ appoġġ konġunt (l-Artikolu 13): Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni possibbli ieħor għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri huma skemi ta’ appoġġ konġunt. Dan ifisser il-koordinazzjoni parzjali jew sħiħa u/jew l-amalgamazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali ta’ żewġ Stati Membri jew aktar. Peress li l-iskemi ta’ appoġġ konġunt jistgħu jinvolvu kostijiet konsiderevoli ta’ tranżazzjoni, dawn tipikament ikopru diversi proġetti. Madankollu, dawn jistgħu jintużaw ukoll għal proġetti uniċi kbar b’qafas speċifiku ħafna. L-iskemi ta’ appoġġ konġunt jistgħu jkunu relatati wkoll ma’ segment wieħed tas-suq nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli, pereżempju teknoloġija jew żona ġeografika speċifika, eż. reġjun tal-fruntiera. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-iskema ta’ appoġġ konġunt miftiehma ma tissostitwixxix l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali eżistenti li jibqgħu jeżistu b’mod parallel. Skemi ta’ appoġġ konġunt normalment ikunu aktar eżiġenti u kumplessi minn proġetti konġunti u tipikament jirrikjedu bidliet fil-leġiżlazzjoni u/jew fir-regolamentazzjoni nazzjonali.

Prinċipji ta’ kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli

B’mod ġenerali, il-kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri hija rregolata mill-prinċipji li ġejjin:

Opzjonalità: Żewġ Stati Membri jew aktar li jidħlu f’kooperazzjoni ma’ xulxin jew ma’ pajjiż terz jagħmlu dan fuq bażi volontarja. Barra minn hekk, meta l-Istati Membri jagħżlu li jingħaqdu flimkien għall-enerġija rinnovabbli, huma liberi li jfasslu d-dettalji u l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni bħal din.

Il-ħolqien ta’ benefiċċji soċjoekonomiċi: Il-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera jridu joħolqu valur minn perspettiva olistika u tas-soċjetà. F’termini ġenerali, il-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-proġett iridu jegħlbu l-kostijiet tiegħu meta jitqabblu mal-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli mingħajr kooperazzjoni.

L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku: Minbarra l-ħolqien ta’ benefiċċji netti għas-soċjetà, proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera jimmaterjalizzaw biss jekk il-proġetti jiżguraw benefiċċji reċiproċi għall-pajjiżi parteċipanti kollha u għall-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-pajjiżi. B’mod ġenerali, ma huwiex probabbli li l-partijiet ikkonċernati kollha jkunu f’pożizzjoni aħjar bil-proġett milli mingħajru, u għalhekk, il-pajjiżi jeħtieġ li jaqblu dwar liema partijiet ikkonċernati għandhom jiġu kkumpensati u liema le.

Ftehim dwar it-termini ta’ kooperazzjoni: L-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jimplimentaw il-kooperazzjoni jridu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet.

Applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi lokali: Filwaqt li l-pajjiżi li jikkooperaw għandhom jagħmlu ħilithom biex jallinjaw kemm jista’ jkun ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, jista’ jkun hemm limiti naturali għal dan. Dawn il-limiti se japplikaw b’mod partikolari għal kundizzjonijiet speċifiċi għall-post bħal-liċenzjar u t-taxxi. Għalhekk, in-norma hija li għandhom japplikaw ir-regoli tal-pajjiż fejn jinsab fiżikament il-proġett, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor u speċifikat mill-pajjiżi li jikkooperaw.

L-iżgurar ta’ impatt tanġibbli: L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jistrutturaw il-kooperazzjoni b’tali mod li jkollha impatti tanġibbli fuq is-sistemi u s-swieq tal-enerġija tagħhom. L-Istati Membri li jikkooperaw jistgħu, pereżempju, jirrikjedu l-importazzjoni fiżika tal-elettriku (li ssir xi ħaġa ta’ bilfors fi proġetti konġunti ma’ pajjiżi terzi).

Il-Kondiviżjoni tal-Kostijiet u tal-Benefiċċji: Skont id-Direttiva, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata għandha tkun tal-pajjiż li jiffinanzja l-installazzjoni. Skont it-teknoloġija, se jkunu rilevanti wkoll kostijiet u benefiċċji oħrajn minbarra l-kostijiet ta’ appoġġ. Il-kostijiet tal-konnessjoni mal-grilja u tal-integrazzjoni tas-sistema huma partikolarment rilevanti għal proġetti tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta, filwaqt li r-rilevanza tal-kostijiet ta’ appoġġ tipikament tonqos mat-teknoloġiji li jimmaturaw u mal-grad ta’ integrazzjoni tas-suq. Huma possibbli għażliet differenti għall-kontabbiltà. Il-pajjiżi sħab huma liberi li jistabbilixxu d-dettalji fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.


(1)  Hija tibni fuq il-“Guidance on the use of renewable energy cooperation mechanism” preċedenti, SWD(2013) 440 final, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/com_2013_public_intervention_swd05_en.pdf

(2)  Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni tista’ tinstab fl-Anness. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti biex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).

(4)  . COM(2021)393: “Reġjuni tal-Fruntiera tal-UE: Laboratorji ħajjin tal-integrazzjoni Ewropea”

(5)  Ir-reġjuni tal-fruntiera huma territorji fuq kull naħa tal-istess fruntiera (definizzjoni disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary:Border_region)

(6)  Din id-deskrizzjoni tal-każ tibni fuq ir-rapport ““Design options for cross-border auctions”, elaborat taħt il-proġett AURES II dwar irkantijiet għall-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli. Ir-rapport sħiħ jista’ jinkiseb minn http://aures2project.eu/wp-content/uploads/2019/06/AURES_II_D6_1_final.pdf

(7)  Mil-lum, ġew implimentati/miftiehma 12-il proġett ta’ kooperazzjoni (10 minnhom trasferimenti statistiċi, proġett konġunt wieħed u skema ta’ appoġġ konġunta waħda). Filwaqt li dan jindika li l-implimentazzjoni tista’ tkun qed titħaffef, l-użu tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għadu taħt l-aspettattivi. Il-proġetti li ġejjin ġew implimentati u/jew miftiehma: trasferimenti statistiċi bejn il-Lussemburgu u l-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Estonja, Malta u l-Estonja, in-Netherlands u d-Danimarka, l-Irlanda u d-Danimarka, l-Irlanda u l-Estonja, id-Danimarka u l-Belġju, il-Finlandja u l-Belġju, iċ-Ċekja u s-Slovenja, u l-Litwanja u l-Belġju; proġett konġunt bejn il-Ġermanja u d-Danimarka u skema ta’ appoġġ konġunt bejn l-Iżvezja u n-Norveġja. Meta wieħed iħares lejn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs) għall-2020, huwa ovvju li minħabba n-novità tal-mekkaniżmi u n-nuqqas ta’ proġetti implimentati, il-pjanijiet biex isir użu mill-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni kienu għadhom vagi, kawti jew saħansitra ma jeżistux. Ftit snin wara, fl-NECPs tagħhom, il-pjanijiet tal-Istati Membri għall-użu tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni kienu diġà aktar konkreti, b’mod partikolari minħabba konsultazzjonijiet li saru bejn l-Istati Membri fuq bażi bilaterali jew multilaterali, individwalment jew permezz ta’ gruppi u fora differenti. F’dan ir-rigward, għandha tiġi enfasizzata l-ħidma fil-fora tal-enerġija reġjonali, inklużi l-Gruppi ta’ Livell Għoli tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC), il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP), il-Konnettività tal-Enerġija fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC) jew l-Interkonnessjonijiet tal-Ewropa tax-Xlokk (SWE), jew il-Forum Pentalaterali. Il-fora rnexxielhom ilaqqgħu flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin u jiffaċilitaw id-djalogu. Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ pjanijiet rapportati konkreti, li jirriflettu d-diffikultajiet perċepiti fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni.

(8)  L-istudji u l-proġetti jinkludu, fost l-oħrajn, il-proġett dwar il-Mekkaniżmi ta’ Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u l-interazzjoni ma’ skemi ta’ appoġġ skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (2009/28/KE) (https://res-cooperation.eu/), il-proġett CA-RES (https://www.ca-res.eu/), jew il-proġett MUSTEC (https://mustec.eu/). Ara wkoll l-istudju dwar “Cooperation between EU countries under the RES directive”, 2014, disponibbli fuq https://energy.ec.europa.eu/topics/renewable-energy/renewable-energy-directive-targets-and-rules/cooperation-mechanisms_en#documents

(9)  Xi eżempji magħrufin jinkludu Memorandum ta’ Qbil dwar ċentru tal-enerġija lil hinn mill-kosta wieħed jew aktar bejn id-Danimarka u n-Netherlands, Memorandum ta’ Qbil bejn il-Latvja u l-Estonja dwar proġett konġunt lil hinn mill-kosta, Ittra ta’ Intenzjoni dwar l-analiżi ta’ proġetti lil hinn mill-kosta konġunti u ibridi bejn id-Danimarka u l-Ġermanja, u Memorandum ta’ Qbil dwar l-esplorazzjoni ta’ għażliet għall-gżejjer tal-enerġija bejn id-Danimarka u l-Belġju.

(10)  Għall-biċċa l-kbira tal-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera, jista’ jiġi preżunt li l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi huma dawk li jġarrbu l-ogħla kostijiet u li jirċievu l-maġġoranza tal-benefiċċji. Għalhekk huma l-partijiet naturali li qed jinnegozjaw u se jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati tagħhom b’mod awtomatiku.

(11)  Filwaqt li jiġi rikonoxxut l-enfasi dejjem akbar fuq forom kumplessi ta’ kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli, bħal fil-kuntest ta’ parks eoliċi ibridi lil hinn mill-kosta, għandha tiġi pprovduta “gwida dwar kif tiġi kkoordinata l-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji bejn il-fruntieri għall-proġetti tat-trażmissjoni tal-enerġija flimkien mal-iżvilupp ta’ proġetti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija”. Din il-Gwida hija relatata mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament TEN-E [ir-Regolament (UE) 2022/869] kif ukoll mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima” COM(2020) 741 final, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/offshore_renewable_energy_strategy.pdf

(12)  L-elementi tal-mudell ċentralizzat huma parti mill-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 biex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet relatati mal-permessi ta’ proġetti RES fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (COM (2022) 222 final).

(13)  Dan huwa prinċipalment dovut għall-effetti tan-network, iżda l-inċertezza tista’ tkun relatata wkoll mal-bidliet regolatorji.

(14)  F’sistema ta’ premium fuq naħa waħda, jekk il-prezz tas-suq ikun taħt il-prezz tal-eżerċitar tal-irkant, il-produtturi jirċievu appoġġ li jkopri d-distakk, u jekk il-prezz tas-suq ikun ogħla, jistgħu jżommu d-dħul żejjed. Il-premium fuq żewġ naħat jopera b’mod simili, madankollu d-dħul żejjed irid jitħallas lura mill-produttur. Fl-iskema ta’ premium fiss, il-produtturi jirċievu ammont fiss ta’ dħul żejjed minbarra l-prezz tas-suq.

(15)  Kif jiġu rkuprati l-kostijiet tal-appoġġ jista’ jiġi deċiż ukoll fil-livell nazzjonali minn kull pajjiż li jikkoopera, ħlief fil-każ ta’ skemi ta’ appoġġ konġunt.

(16)  2022/C 80/01

(17)  Ara https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/guides/2014/guide-to-cost-benefit-analysis-of-investment-projects-for-cohesion-policy-2014-2020.

(18)  “The Economic Appraisal of Investment Projects at the EIB. Version March 2013 - Under review”, disponibbli fuq https://www.eib.org/attachments/thematic/economic_appraisal_of_investment_projects_en.pdf

(19)  “Methodologies for assessing the contribution of cross-border projects to the general criteria and for producing the cost-benefit analysis specified in Part IV of the Annex to the Regulation (EU) 2021/1153 establishing the Connecting Europe Facility”, disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52021SC0429&qid=1564520971474

(20)  Ara https://tyndp.entsoe.eu/cba

(21)  Jekk l-għajnuna mill-Istat tkun meħtieġa biex jitwettaq il-proġett tal-enerġija rinnovabbli, l-analiżi tad-diskrepanza fil-finanzjament imwettqa skont is-CEEAG għandha tkun konsistenti mas-suppożizzjonijiet ewlenin tas-CBA.

(22)  Fir-rigward tal-infrastruttura, ir-Raba’ Rapport ta’ Monitoraġġ dwar id-deċiżjonijiet tas-CBCA ppubblikat mill-ACER żvela li l-maġġoranza tal-proġetti tal-enerġija trans-Ewropej li jinvolvu infrastruttura transfruntiera, jagħżlu approċċi ta’ allokazzjoni tal-kostijiet “tradizzjonali”. Il-biċċa l-kbira tal-proġetti fuq l-art isegwu l-hekk imsejjaħ “prinċipju territorjali”, fejn kull pajjiż iġarrab il-kostijiet assoċjati mal-implimentazzjoni tal-proġett fit-territorju tiegħu stess, minkejja kwalunkwe benefiċċju li l-proġett jista’ jġib bejn il-pajjiżi, filwaqt li “allokazzjoni tal-kostijiet ta’ 50/50” hija prevalenti għal dawk lil hinn mill-kosta. Dan l-approċċ jista’ ma jkunx effettiv f’każijiet bħal grilji ġodda b’malja lil hinn mill-kosta li potenzjalment jaffettwaw ammont akbar ta’ partijiet.

(23)  Ara b’mod partikolari l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11.2(a) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(24)  Imġarrbin mit-TSO.

(25)  Tista’ tintuża teknoloġija alternattiva għall-kalkolu f’każ li paragun dirett ma jkunx possibbli jew ma jkunx realistiku.


29.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 495/24


Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Gwida lill-Istati Membri għall-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tal-2021 sal-2030

(2022/C 495/02)

Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija f’livell rekord mit-tieni nofs tal-2021, aggravati mill-aggressjoni militari mhux iġġustifikata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, jagħtu spinta qawwija sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni tal-Enerġija billi titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u tintemm kwalunkwe dipendenza mill-fjuwils fossili Russi. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet estremi tat-temp reċenti għamlu pressjoni addizzjonali fuq il-provvisti tal-enerġija, affettwaw ir-rendiment tal-għelejjel u n-navigazzjoni interna, u ħallew impatt fuq il-benesseri taċ-ċittadini, u dan ta twissija qawwija dwar il-ħtieġa ta’ adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Dawk l-iżviluppi reċenti jenfasizzaw ir-rilevanza tal-ippjanar integrat għall-politiki għall-enerġija u l-klima. Illum, aktar minn qatt qabel, Unjoni tal-Enerġija b’saħħitha u azzjoni klimatika koordinata huma l-prerekwiżit għas-solidarjetà, għall-prosperità u għas-sostenibbiltà fl-Unjoni Ewropea. Sabiex tissaħħaħ malajr is-sigurtà tal-enerġija u titħaffef it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika b’mod ġust, l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jibnu fuq is-saħħa tas-sistema ta’ governanza stabbilita fil-livell Ewropew.

Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament dwar il-Governanza) (1) jistabbilixxi sistema ta’ governanza flessibbli iżda robusta għal kollaborazzjoni trasparenti u ta’ tisħiħ reċiproku bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Dan jgħin sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti bejn il-politiki għall-enerġija u l-klima u azzjoni koordinata madwar l-Istati Membri kollha.

Il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (minn hawn ’il quddiem pjanijiet nazzjonali jew NECPs) huma l-għodda ta’ ppjanar strateġiku ċentrali skont ir-Regolament dwar il-Governanza. L-NECPs jipprovdu prevedibbiltà tal-investiment fuq terminu qasir, medju u twil, speċjalment fi żminijiet ta’ inċertezza, u huma kruċjali għall-mobilizzazzjoni tal-investiment enormi meħtieġ sabiex tinkiseb l-ambizzjoni kollettiva tan-newtralità klimatika u sabiex ikun hemm tranżizzjoni ekwa u ġusta, filwaqt li jiġu ppreservati s-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija. Dawn jgħinu lill-Istati Membri jilħqu flimkien l-objettivi klimatiċi u tal-enerġija skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (2) u l-pakkett ta’ proposti (3)“Lesti għall-mira ta’ 55 %” li jinkludu l-ambizzjoni ogħla dwar l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli kif ukoll l-impenji internazzjonali tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Pariġi.

L-NECPs għandhom ukoll rwol ewlieni fit-twettiq tal-pjan REPowerEU (4) , fid-dawl taż-żieda fl-isfidi għal Unjoni tal-Enerġija aktar reżiljenti. Sa mill-bidu taż-żieda fil-prezz tal-enerġija f’nofs l-2021, l-UE adottat rispons ta’ emerġenza komprensiv u mfassal apposta sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-enerġija, xprunat mill-aħħar żviluppi ġeopolitiċi. Dan se jagħti sura ġdida lill-Unjoni tal-Enerġija fil-perjodu ta’ tħejjija sal-2030 u lil hinn. Il-pjanijiet nazzjonali jridu jkopru l-isfidi kritiċi tas-sigurtà u tal-affordabbiltà tal-enerġija. Dan jinkludi l-ħtieġa li l-provvista tal-enerġija tiġi ddiversifikata malajr, li tiġi żviluppata skeda konsistenti għall-ħżin tal-gass (5), li jiġi rifless it-tnaqqis tad-domanda ta’ emerġenza (6) u l-intervent ta’ emerġenza sabiex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija u tissaħħaħ is-solidarjetà (7).

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-2021 sal-2030 sa Ġunju 2023 (abbozzi ta’ pjanijiet) u Ġunju 2024 (pjanijiet finali) (8). Meta jitqiesu l-politiki u ċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi li evolvew b’mod sinifikanti fl-enerġija u fil-klima mit-tħejjija tal-NECPs inizjali fl-2019 sal-2020, l-aġġornamenti għandhom jiffokaw fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni klimatika aktar ambizzjuża, tranżizzjoni aktar rapida tal-enerġija nadifa, u aktar sigurtà tal-enerġija. L-NECPs aġġornati għandhom jippermettu lill-UE timxi lejn Unjoni tal-Enerġija aktar reżiljenti u sostenibbli, inkluż billi tnaqqas malajr id-dipendenza mill-fjuwils fossili Russi, filwaqt li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

Dan id-dokument joffri gwida lill-Istati Membri dwar il-proċess u l-ambitu tat-tħejjija tal-NECPs aġġornati abbozzati u finali, b’mod partikolari billi jidentifika prattiki tajbin u jiddeskrivi l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi politiċi u ġeopolitiċi reċenti, fi ħdan il-qafas legali stabbilit mir-Regolament dwar il-Governanza, u b’mod partikolari l-Anness I tiegħu (9).

Fil-proċess tat-tħejjija ta’ din il-gwida, il-Kummissjoni involviet bis-sħiħ lill-Istati Membri fil-livell tekniku u kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ workshop iddedikat għall-partijiet ikkonċernati fit-8 ta’ Settembru 2022 (10), avvenimenti esterni u kuntatti bilaterali. Din il-gwida għandha titqies bħala wieħed mill-elementi tal-iskambju u tal-kooperazzjoni kontinwi matul il-proċess kollu.

Kaxxa 1: Prinċipji u prattiki tajbin għall-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima

L-istabbiliment ta’ żieda fl-ambizzjoni sabiex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għan-newtralità klimatika u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija f’konformità mal-Liġi dwar il-Klima, adattata għall-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u REPowerEU. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-enerġija rinnovabbli, lill-effiċjenza enerġetika, lis-sigurtà tal-enerġija, u lit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

It-tisħiħ tal-ippjanar fi ħdan l-NECPs sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ekwa u ġusta, il-mitigazzjoni tal-impatti soċjali u tal-impjiegi, l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, u l-iżgurar ta’ aċċess affordabbli għal servizzi essenzjali għal kulħadd.

L-għoti ta’ objettivi u miri nazzjonali, inkluż dwar il-finanzjament, li juru perkorsi konkreti sal-2030 u sal-2050, f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali fit-tul.

L-integrazzjoni tal-għanijiet ta’ adattament u t-turija tagħhom kull fejn rilevanti fil-ħames dimensjonijiet tal-NECPs aġġornati.

L-istabbiliment ta’ objettivi u miri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan u l-integrazzjoni ta’ miri akbar kif ukoll miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament fis-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 u mhux tas-CO2 u tal-assorbimenti tal-karbonju.

L-isfruttament tas-sinerġiji bejn l-aġenda tal-enerġija u dik diġitali sabiex tiġi xprunata d-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija.

It-titjib tad-dimensjoni tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-kompetittività b’mod partikolari b’miri u b’objettivi speċifiċi filwaqt li tiġi integrata d-diversifikazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet sabiex titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.

Il-parteċipazzjoni f’konsultazzjoni wiesgħa u inklużiva mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali, mas-sħab soċjali, u mal-partijiet ikkonċernati settorjali fi stadju bikri tal-proċess.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali bħala aspett integrali tal-pjanijiet nazzjonali: b’mod partikolari fir-rigward tad-dimensjoni tas-Sigurtà tal-Enerġija, sabiex jiġu identifikati politiki konsistenti u solidarjetà fil-fond.

L-esplorazzjoni ta’ sinerġiji bejn l-objettivi, il-miri u l-kontributi, u l-politiki u l-miżuri tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija (11).

It-teħid ta’ tagħlimiet mill-NECPs inizjali, il-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u l-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiġu identifikati lakuni u oqsma li fihom jista’ jsir titjib għal ambizzjoni u twettiq akbar.

L-iżgurar ta’ konsistenza ma’ strumenti oħrajn ta’ ppjanar u t-turija tal-politiki, tal-miżuri u tal-investimenti rilevanti fl-NECPs aġġornati (12).

Il-formulazzjoni ta’ bażi analitika komprensiva, aġġornata u granulari li tinkludi l-impatti fuq l-ekonomija, l-impjiegi, is-soċjetà, ir-riċerka, l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-ambjent kif ukoll il-kontribut li se jsir mill-ekonomija ċirkolari.

Il-provvista ta’ pjan ta’ finanzjament dettaljat li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ investiment għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet, permezz tal-użu kosteffiċjenti tal-appoġġ baġitarju pubbliku u l-mobilizzazzjoni tal-investiment privat, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji u skemi ta’ finanzjament innovattivi.

Il-kunsiderazzjoni u l-iżgurar ta’ konsistenza mar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

1   It-turija tal-kuntest legali, soċjoekonomiku, politiku u ġeopolitiku l-ġdid

Din it-taqsima tindirizza kif il-bidliet sinifikanti mill-2019 fil-qafas leġiżlattiv, soċjoekonomiku u ġeopolitiku għall-politiki għall-enerġija u l-klima jaffettwaw l-aġġornamenti tal-NECPs f’termini ta’ ambizzjoni u ambitu. Dan huwa kkomplementat b’lista ta’ referenzi fit-Tabella 1, li tiġbor fil-qosor l-objettivi, il-miri u l-kontributi ewlenin, u l-politiki u l-miżuri meħtieġa sabiex dawn jintlaħqu, ippreżentati fil-leġiżlazzjoni, fl-istrateġiji u fil-proposti. L-Istati Membri huma mistiedna jirriflettu dawn ir-referenzi fl-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom. Il-pjanijiet aġġornati finali għandhom jirriflettu kwalunkwe żvilupp sinifikanti ġdid f’kuntest leġiżlattiv, soċjoekonomiku u ġeopolitiku li qiegħed jinbidel fuq bażi kontinwa, u jridu jikkunsidraw kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa dwar l-abbozz tal-pjanijiet aġġornati (13).

1.1    Iż-żieda tal-ambizzjonijiet tal-2030 lejn in-newtralità klimatika

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ipprovda momentum qawwi sabiex tiżdied l-ambizzjoni enerġetika u klimatika, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Bil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-għanijiet li tintlaħaq in-newtralità klimatika fil-livell tal-UE sal-2050 u li l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sal-2030 jitnaqqsu b’mill-anqas 55 % meta mqabbla mal-1990 saru obbligu legali. Dawn il-miri huma sostanzjalment aktar stretti meta mqabbla ma’ dawk li fuqhom l-Istati Membri bbażaw l-NECPs inizjali tagħhom (14).

It-twettiq tal-ambizzjoni tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” itejjeb il-qafas tal-2030 għall-enerġija u l-klima. Dan neċessarjament se jwassal lill-Istati Membri sabiex jaġġornaw l-objettivi u l-miri stabbiliti fl-NECPs inizjali tagħhom u l-politiki u l-miżuri sabiex dawn jintlaħqu, b’mod partikolari fid-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni (inkluża l-enerġija rinnovabbli), l-effiċjenza enerġetika, u s-suq intern tal-enerġija.

B’mod parallel, u sabiex tiġi implimentata ż-żieda fl-ambizzjoni, ġew adottati wkoll strateġiji Ewropej ewlenin dwar l-enerġija u l-klima, b’mod partikolari dwar l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija (15), l-idroġenu (16), dik lil hinn mill-kosta (17), l-enerġija rinnovabbli solari (18), l-adattament għat-tibdil fil-klima (19), iċ-ċikli sostenibbli tal-karbonju (20), il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema (21) .. Strateġiji rilevanti oħrajn, jiġifieri dwar it-tniġġis żero (22), il-bijodiversità (23), il-foresti (24) u l-mobilità sostenibbli u intelliġenti (25) ġew ippreżentati wkoll mill-Kummissjoni sabiex jgħinu ħalli jintlaħqu l-objettivi tal-klima u tal-enerġija.

Aktar kmieni din is-sena, il-pjan REPowerEU ppreżenta miżuri speċifiċi sabiex titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE mill-fjuwils fossili Russi, u sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew b’azzjonijiet ġodda, filwaqt li l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jintuża bħala l-bażi. Dan għandu l-għan li jikseb enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli, li toħloq sistema tal-enerġija aktar reżiljenti u Unjoni tal-Enerġija reali. Skont dan il-pjan, il-Kummissjoni talbet lill-koleġiżlaturi jżidu l-miri fid-Direttivi dwar l-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli. L-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU se taċċellera l-varar ta’ alternattivi għall-gass naturali u ta’ sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari l-bijometan sostenibbli, l-idroġenu rinnovabbli, il-fotovoltajċi solari u t-teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta, u se tagħti bidu għal miżuri strutturali ta’ effiċjenza enerġetika fuq perjodu medju sa twil.

L-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jirriflettu din iż-żieda fl-ambizzjoni. L-Istati Membri għandhom jinkorporaw bis-sħiħ il-miri l-ġodda u riveduti tal-enerġija u tal-klima inklużi fil-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-proposti tar-REPowerEU (26), anke jekk il-proċess leġiżlattiv għall-adozzjoni għadu ma ġiex konkluż. L-Istati Membri diġà għandhom jikkunsidraw il-miri nazzjonali miżjuda proposti skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) u r-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) fejn skont iż-żewġ atti l-koleġiżlaturi approvaw il-livell ta’ ambizzjoni propost mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-miri l-ġodda skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika riformulata u d-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Minn meta tħejjew l-NECPs inizjali, l-Istati Membri ħadmu wkoll fuq l-istrateġiji nazzjonali fit-tul tagħhom stess skont ir-Regolament dwar il-Governanza. F’konformità mar-Regolament dwar il-Governanza, l-NECPs aġġornati għandhom ikunu konsistenti ma’ dawn l-istrateġiji fit-tul, kif ukoll mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu wkoll l-iżviluppi internazzjonali relatati mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-proċess stabbilit mill-Patt Klimatiku ta’ Glasgow sabiex tiżdied l-ambizzjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni (27). Dan fih diversi deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-enerġija u tal-klima, inkluż it-tnaqqis gradwali tal-enerġija mill-faħam, l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili, u l-kunsiderazzjoni ta’ azzjonijiet ulterjuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mhux tas-CO2, inkluż il-metan, sal-2030.

1.2    Iż-żieda fis-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija, lejn Unjoni tal-Enerġija aktar reżiljenti

L-NECPs aġġornati jeħtieġ li jsaħħu t-tħejjija u jsaħħu l-miżuri fl-UE li jaħdmu favur is-sigurtà kollettiva tal-enerġija. Is-sitwazzjoni ġeopolitika reċenti xprunat żieda bla preċedent fil-prezzijiet tal-enerġija bl-ingrossa u bl-imnut, b’bidliet minn sena għal oħra jilħqu l-ogħla livell ta’ 360 % u 55 % rispettivament (Awwissu 2022). Din il-volatilità estrema fis-suq tal-enerġija tikkonċerna lill-Istati Membri kollha, u taffettwa l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi u l-kompetittività tal-ekonomija. Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni qiegħda żżid il-pressjoni fuq is-sigurtà tal-enerġija Ewropea.

Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jirriflettu l-miżuri li jirriżultaw mill-pjan REPowerEU li se jittrasforma bis-sħiħ is-sistema tal-enerġija fit-tul.

Ir-Regolament il-ġdid dwar il-ħżin tal-gass (28) jirrikjedi li l-Istati Membri jsaħħu l-ippjanar tas-sigurtà tal-enerġija tagħhom. Id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija billi jiġu esplorati għażliet ġodda għall-importazzjonijiet tal-enerġija, inkluż għall-fjuwils nukleari u għall-fjuwils fossili alternattivi, hija kritika. L-Istati Membri għandhom jintegraw kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista meta jirriflettu fuq it-taħlita tal-enerġija fl-NECPs aġġornati tagħhom.

L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jirriflettu l-progress u l-ippjanar fuq il-proġetti ta’ infrastruttura li huma identifikati bħala sinifikanti sabiex jissodisfaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-objettivi tar-REPowerEU. It-TEN-E (29) u l-Proġetti ta’ Interess Komuni (PCIs) għamlu s-swieq tal-enerġija tagħna aktar siguri, integrati aħjar u aktar kompetittivi. Il-ħames lista ta’ PCIs (30) u l-infrastruttura addizzjonali limitata identifikati fl-Anness 3 tal-pjan REPowerEU, se jgħinu sabiex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet li fadal fil-grilji u sabiex ikomplu jiġu ddiversifikati r-rotot u r-riżorsi tal-gass, isaħħu l-grilji tal-elettriku fuq l-art u jgħinu sabiex jintlaħqu għanijiet ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-baċiri tal-ibħra Ewropej kollha. Fl-istess ħin, il-proġetti ta’ infrastruttura ma għandhomx iwasslu għal intrappolament ta’ fjuwils fossili u assi mitlufa li jxekklu t-tranżizzjoni fit-tul lejn ekonomija newtrali għall-klima.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jużaw il-potenzjal sħiħ tar-rispons immedjat għall-kriżi tal-enerġija sabiex jikkonsolidaw id-dimensjoni tas-sigurtà tal-enerġija tal-pjanijiet nazzjonali.

L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu l-Komunikazzjoni “Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura” (31) u r-Regolament tal-Kunsill dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis tad-domanda għall-gass (32) , li jistabbilixxu miżuri għat-tħejjija għal tfixkil potenzjali fil-provvista tal-gass. Dawn il-miżuri għal żmien qasir għandhom l-għan li jsaħħu t-tħejjija kollettiva tal-UE, fi spirtu ta’ solidarjetà. Il-miżuri adottati fl-ambitu ta’ dan il-qafas huma interkonnessi mal-pjan REPowerEU, u b’mod partikolari mal-Komunikazzjoni “Save Energy” tal-UE.

Il-Kummissjoni ressqet ukoll azzjonijiet immedjati sabiex tindirizza ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta miżuri ta’ emerġenza sabiex jindirizza l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (33). It-tnaqqis tad-domanda għall-elettriku fil-ħinijiet l-aktar intensivi, flimkien ma’ appoġġ adegwat għall-konsumaturi finali, li jirriżulta mil-limitu massimu fuq id-dħul ta’ teknoloġiji inframarġinali u l-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà, se jikkontribwixxu għal enerġija sigura u aktar affordabbli għax-xhur li ġejjin. Fit-18 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni ressqet aktar proposti ta’ emerġenza sabiex trażżan il-prezzijiet tal-enerġija u sabiex tiżgura aktar solidarjetà fit-tħejjija (34).

Is-solidarjetà u l-azzjonijiet kollettivi huma ċentrali għall-NECPs, peress li jaffettwaw is-sigurtà tal-enerġija ta’ kull Stat Membru, l-affordabbiltà tal-enerġija u, fl-aħħar mill-aħħar, ir-reżiljenza kollettiva tal-UE.

Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jirriflettu kif il-miżuri ta’ emerġenza sabiex jillimitaw l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija huma: (i) integrati fl-ippjanar fuq perjodu ta’ żmien medju lejn l-2030 u (ii) konsistenti mal-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija. Filwaqt li għandhom l-għan li jipprovdu għajnuna lill-konsumaturi finali, dawn il-miżuri għandhom jitfasslu b’tali mod li ma jfixklux l-objettivi ġenerali fit-tul tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inklużi l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni, tat-tniġġis żero, tal-bijodiversità, tal-effiċjenza fir-riżorsi u tal-effiċjenza enerġetika. Jeħtieġ ukoll li jkunu sostenibbli mill-aspett fiskali u ma għandhomx jikkompromettu s-sigurtà tal-provvista u l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-NECPs aġġornati tagħhom kif beħsiebhom iġibu lill-konsumaturi il-benefiċċji ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bi prezz aktar baxx u teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Sabiex is-settur tal-elettriku jiġi dekarbonizzat bis-sħiħ, l-Istati Membri għandhom jinvestigaw inċentivi ta’ investiment fil-flessibbiltà, grilji (intelliġenti), soluzzjonijiet diġitali abilitanti għall-grilji tal-elettriku, u kapaċità kostanti. Jidher li huwa rilevanti wkoll li jiġu żgurati swieq forward aktar likwidi, u li l-konsumaturi jiġu protetti aħjar minn volatilità eċċessiva tal-prezzijiet, prezzijiet għoljin u teħid eċċessiv ta’ riskji mill-fornituri. L-NECPs għandhom jesploraw ukoll kif tista’ tittejjeb l-effiċjenza tal-kummerċ transfruntier, filwaqt li jiġi żgurat li kull forma ta’ elettriku jkunu jistgħu jiġu nnegozjati liberament bejn l-Istati Membri. B’mod parallel, il-Kummissjoni qiegħda timpenja ruħha b’mod urġenti f’riforma profonda u komprensiva tad-disinn tas-suq tal-elettriku.

L-Istati Membri huma mistiedna jagħmlu l-aħjar użu mill-approċċ integrat tal-pjanijiet nazzjonali, u jesploraw bis-sħiħ is-sinerġiji fid-dimensjonijiet rilevanti tal-pjanijiet. Pereżempju, il-progress rapidu fil-ħżin, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u r-rispons tad-domanda se jżidu s-sigurtà tal-enerġija u jgħinu sabiex titħaffef l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, iżidu l-effiċjenza enerġetika fis-sistema tal-enerġija globali u jtejbu l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija.

Meta rilevanti, il-kooperazzjoni reġjonali u l-forum rilevanti jridu jiġu mmobilizzati bis-sħiħ sabiex jiġu żviluppati azzjoni kollettiva u mekkaniżmi ta’ solidarjetà li jiżguraw provvisti alternattivi, jipprevjenu t-tfixkil u jżidu t-tħejjija u r-reżiljenza.

Fl-aħħar nett, f’konformità mal-pjan REPowerEU, il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jirriflettu l-involviment estern tal-enerġija tal-UE (35). L-Istati Membri għandhom jirreferu għal inizjattivi jew proġetti rilevanti li jkunu twettqu jew ġew implimentati f’konformità mal-istrateġija Global Gateway (36).

Kaxxa 2: L-użu tal-ixprun tas-Semestru Ewropew

Ir-Regolament dwar il-Governanza jirrikjedi li l-Istati Membri jqisu l-aħħar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (37). Ir-Rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew tal-202221 jidentifikaw sfidi makroekonomiċi ewlenin pendenti jew emerġenti ġodda, mhux koperti biżżejjed mill-impenji meħuda fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs).

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2022 għal kull Stat Membru jiffokaw fuq dawk l-isfidi strutturali, inkluż għall-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU, b’attenzjoni xierqa għall-ġustizzja soċjali tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa (38). Fil-qasam tal-politika għall-enerġija u l-klima, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-ewwel u qabel kollox l-għan li jnaqqsu d-dipendenza mill-fjuwils fossili Russi u jkomplu jiddekarbonizzaw l-ekonomija. Huma jitolbu li jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli u tal-infrastruttura meħtieġa, filwaqt li jiġu appoġġati t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet meħtieġa tal-forza tax-xogħol, jiġu indirizzati d-diskrepanzi fix-xogħol u fil-ħiliet, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjonijiet madwar l-UE. Għal numru konsiderevoli ta’ Stati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet huma relatati wkoll mal-mobilità sostenibbli, filwaqt li għal xi Stati Membri r-rakkomandazzjonijiet huma relatati mal-aspetti ambjentali, bħall-ekonomija ċirkolari.

Fl-aġġornament tal-NECPs tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2022 u l-2023 maħruġa fl-ambitu tas-Semestru Ewropew. Dawn għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar kif il-politiki u l-miżuri rilevanti f’kull dimensjoni tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati jikkontribwixxu għat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-enerġija u l-klima speċifiċi għall-pajjiżi.

1.3    L-iżgurar ta’ tranżizzjoni ekwa u ġusta

1.3.1   Il-mitigazzjoni tal-impatti soċjali u tal-impjiegi u t-twettiq ta’ tranżizzjoni ekwa u ġusta fil-qasam tal-enerġija u tal-klima

L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu aħjar l-impatti soċjoekonomiċi mill-pjanijiet nazzjonali inizjali. Il-ġustizzja u s-solidarjetà huma objettivi ewlenin u parti integrali mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jirrikonoxxi li l-ebda persuna u l-ebda post ma għandhom jitħallew jibqgħu lura. L-indirizzar mill-bidu nett tal-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-klima u l-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi, tal-industriji esposti u tal-ħaddiema matul il-proċess kollu huma prerekwiżit sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-enerġija attwali u titwitta t-triq għal tranżizzjoni ġusta.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika tiddeskrivi pakketti ta’ politika sabiex tiġi appoġġata tranżizzjoni ekoloġika ġusta, u tistieden lill-Istati Membri jqisu bis-sħiħ il-proċess tal-aġġornament tal-NECPs tagħhom (39). B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw strateġiji ċari li jidentifikaw u jkejlu l-konsegwenzi soċjali, fuq l-impjiegi u fuq il-ħiliet (jew kwalunkwe impatt distribuzzjonali ieħor) tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-klima u jagħtu kunsiderazzjoni xierqa dwar kif dawn l-isfidi għandhom jiġu indirizzati b’mod effettiv. Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jagħtu prijorità ċara lill-finanzjament għal tranżizzjoni ġusta, għat-taħriġ mill-ġdid u għat-titjib tal-ħiliet, u għall-appoġġ tal-aġġustamenti fis-suq tax-xogħol.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri għandhom isegwu kemm approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha kif ukoll approċċ granulari li jiffoka fuq ir-reġjuni, l-industriji u l-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar affettwati, speċjalment dawk li diġà jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

Kaxxa 3: Politiki u miżuri ewlenin ta’ tranżizzjoni ġusta għall-NECPs aġġornati

il-promozzjoni tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika, inkluż fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali affordabbli; il-forniment ta’ inċentivi u pariri finanzjarji lill-individwi, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-inċentivi maqsuma fost is-sidien u l-inkwilini u lill-evoluzzjoni tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni;

l-għoti ta’ pariri mfassla apposta lill-konsumaturi kollha, u speċjalment lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż bl-użu ta’ għodod diġitali, dwar kif titnaqqas id-domanda għall-enerġija u jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. L-immirar tal-miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija lejn attivitajiet ta’ konsum u produzzjoni b’domanda għolja għall-enerġija;

l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi tal-enerġija billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli, billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u billi tiġi żviluppata aktar l-awtoprovvista permezz tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u taċ-ċittadin, flimkien ma’ kampanji, b’enfasi speċjali fuq gruppi vulnerabbli u konsumaturi li jgħixu f’żoni rurali u remoti (eż. ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (40));

il-prevenzjoni ta’ sfidi għat-trasport sostenibbli, inkluż l-affordabbiltà għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ dirett u bl-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa;

l-appoġġ għall-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, b’mod partikolari permezz ta’ servizzi pubbliċi tal-impjiegi, assistenza mfassla għat-tiftix ta’ impjiegi u miżuri oħrajn tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol (eż. korsijiet ta’ apprendiment, inċentivi ta’ reklutaġġ u tranżizzjoni, programmi ta’ impjieg immirati u marbuta maż-żmien, skemi ta’ appoġġ għall-apprendistati u traineeships ta’ kwalità);

il-promozzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u tal-intraprenditorija f’attivitajiet ekoloġiċi, pereżempju permezz ta’ miżuri finanzjarji u mhux finanzjarji, l-iżgurar ta’ appoġġ aċċessibbli għal gruppi sottorappreżentati u vulnerabbli u l-inkoraġġiment tal-promozzjoni ta’ kriterji għall-għoti ekoloġiku għall-imprendituri;

l-attrezzar tan-nies bil-ħiliet it-tajba sabiex jaċċessaw impjiegi ta’ kwalità u l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, bil-promozzjoni ta’ (1) edukazzjoni u taħriġ inklużivi, f’konformità mal-previżjonijiet tal-ħiliet u permezz ta’ sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati, bħala l-Patt għall-Ħiliet (41); (2) skemi għal apprendistati, traineeships imħallsa u skemi ta’ job shadowing; (3) taħriġ għall-adulti għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, pereżempju permezz ta’ kontijiet tal-apprendiment individwali (42), korsijiet rikonoxxuti b’mod wiesa’ jew is-sħubija fil-Patt tal-UE għall-Ħiliet (43);

l-iżgurar ta’ aċċess bilanċjat u ugwali għall-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u ta’ impjieg fil-livelli kollha u fis-setturi kollha, pereżempju billi jitnaqqas l-iżbilanċ attwali bejn il-ġeneri li sa issa kkaratterizza l-istudenti STEM u s-settur tal-enerġija;

l-iżgurar ta’ sistemi ġusti ta’ benefiċċji tat-taxxa u protezzjoni soċjali sabiex jiġu appoġġati l-persuni u l-unitajiet domestiċi l-aktar affettwati, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż permezz ta’ (1) appoġġ immirat u temporanju għall-introjtu dirett sabiex jiġu kkomplementati l-miżuri ta’ investiment, (2) it-trasferiment tal-piż tat-taxxa mill-introjti mix-xogħol lejn objettivi ekoloġiċi u (3) l-għoti ta’ skemi innovattivi ta’ tranżizzjoni minn impjieg għall-ieħor sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-introjtu matul it-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol.

1.3.2   L-indirizzar tal-isfidi urġenti tal-faqar enerġetiku

L-affordabbiltà hija prijorità tal-Unjoni tal-Enerġija, u għandha tiġi riflessa fl-NECPs aġġornati. L-Istati Membri kollha huma mħeġġa jistabbilixxu objettiv ċar, speċifiku, li jista’ jintlaħaq, li jista’ jitkejjel u li jkun marbut biż-żmien għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw in-numru ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku (44). Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku (45) tipprovdi gwida dwar indikaturi xierqa għall-kejl tiegħu. Huwa mħeġġeġ li tingħata spjegazzjoni dwar kif tintuża din id-definizzjoni u l-indikaturi u dwar kif tinġabar id-data dwar il-faqar enerġetiku, inkluż fil-livell nazzjonali u lokali.

L-NECPs aġġornati għandhom iqisu l-aħħar żviluppi leġiżlattivi, speċjalment id-definizzjoni proposta tal-faqar enerġetiku fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u l-Fond Soċjali għall-Klima propost, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika.

Abbażi ta’ valutazzjoni bħal din, jekk Stat Membru jsib li numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi jinsabu f’faqar enerġetiku, fil-pjan nazzjonali aġġornat tiegħu jrid jinkludi objettiv indikattiv nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inkluż perjodu ta’ żmien sa meta għandhom jintlaħqu l-objettivi (46). Madankollu, meta titqies iż-żieda attwali fil-prezzijiet tal-enerġija, l-Istati Membri kollha huma mħeġġa jistabbilixxu objettiv għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku. Jekk objettiv ma jitqiesx neċessarju, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw din id-deċiżjoni u jiddeterminaw in-numru minimu ta’ unitajiet domestiċi li jikkwalifikaw bħala “sinifikanti” f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jiddeskrivu l-politiki u l-miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, inklużi miżuri ta’ politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħrajn. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif ġie ddeterminat l-objettiv, u, sabiex iqisu ż-żieda attwali fil-prezz tal-enerġija, għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli.

2   Kwistjonijiet tematiċi

2.1    It-tisħiħ tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

Il-qafas stabbilit tal-governanza tal-enerġija wera li huwa pożittiv, peress li l-miri tal-UE tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 ġew maqbuża. Is-sostituzzjoni rapida u imperattiva tal-fjuwils fossili Russi se tirrikjedi żieda enormi fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li tagħti prijorità lill-miżuri strutturali għall-effiċjenza enerġetika u tibni fuq l-għoti ta’ spinta qawwija lill-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, il-varar ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-enerġija se jkollu rwol importanti fl-appoġġ tat-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija; it-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-atturi tal-enerġija u dawk diġitali u l-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-aġenda tal-enerġija u dik diġitali huma strumentali sabiex jintlaħaq l-objettiv klimatiku. Il-potenzjal tal-mekkaniżmu ta’ governanza jeħtieġ li jiġi mmobilizzat bis-sħiħ filwaqt li jiġu aġġornati l-pjanijiet nazzjonali f’dik id-direzzjoni.

2.1.1   L-aċċellerazzjoni tal-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tal-idroġenu

L-NECPs aġġornati għandhom jallinjaw mal-ambizzjoni miżjuda proposta fid-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli billi jipprovdu kontribut nazzjonali lejn il-mira globali vinkolanti tal-UE. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu wkoll kontributi settorjali proporzjonati ma’ din il-mira ġenerali, u li jilħqu s-sottomiri għas-settur tat-trasport, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-setturi tal-industrija u tal-bini. Hija meħtieġa l-adozzjoni aċċellerata u massiva ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli madwar l-UE kollha sabiex ikun hemm kontribut deċiżiv għall-ambizzjoni tal-UE li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili mir-Russja u li jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika.

F’konformità mal-pjan REPowerEU, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sostituzzjoni tal-gass naturali billi tiżdied il-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli (jiġifieri, prinċipalment ibbażata fuq skart organiku u residwi tal-foresti u agrikoli) u billi jitħaffef l-użu tal-idroġenu rinnovabbli fis-setturi tat-trasport u tal-industrija li diffiċli jiġu dekarbonizzati.

L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu l-varar tal-infrastruttura u l-inċentivi meħtieġa, f’konformità mal-mira tar-REPowerEU ta’ 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli domestiku u 35 bcm ta’ produzzjoni sostenibbli ta’ bijometan sal-2030. Barra minn hekk, għandu jiġi deskritt il-perkors għas-sostituzzjoni tal-fjuwil tat-trasport ibbażat fuq iż-żejt permezz tal-elettrifikazzjoni u l-idroġenu rinnovabbli fit-trasport fuq l-art. F’konformità mal-objettiv ta’ 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu importat sal-2030, il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jirriflettu wkoll inizjattivi jew azzjonijiet li ttieħdu jew li huma ppjanati, jew sħubijiet internazzjonali li se jiġu stabbiliti jew li ġew stabbiliti, bil-għan li jiffaċilitaw l-importazzjonijiet ta’ idroġenu rinnovabbli.

Fl-NECPs aġġornati tagħhom, l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jintegraw komponent dwar il-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijogass u tal-bijometan, jivvalutaw il-potenzjali nazzjonali u jiddefinixxu t-trajettorji sabiex jilħquhom sal-2030 u sal-2050 (47).

Huwa meħtieġ qafas komprensiv ta’ politiki u miżuri li jippromwovu l-varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi rilevanti kollha tal-ekonomija. L-introduzzjoni aktar mgħaġġla tal-enerġija rinnovabbli hija partikolarment rilevanti għas-setturi li fihom il-progress sa issa kien aktar bil-mod (bħat-trasport, il-bini u l-industrija, speċjalment f’setturi industrijali diffiċli sabiex jitrażżnu). L-enfasi għandha tkun fuq il-promozzjoni tal-użu tal-elettrifikazzjoni, tat-teknoloġiji rinnovabbli (inkluż l-idroġenu rinnovabbli fis-setturi industrijali), tal-ħżin tal-enerġija, u tar-rispons tad-domanda li jżidu l-flessibbiltà għas-sistema tal-enerġija u jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-sistema għall-enerġija rinnovabbli.

Sfida partikolari għall-iżvilupp u għall-varar tal-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-NECPs tikkonċerna l-permessi. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jallinjaw il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom mal-proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (48) minn Mejju 2022, l-istrateġija solari tal-UE u r-Rakkomandazzjoni assoċjata dwar it-tħaffif tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli (49).

Filwaqt li jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw ukoll miżuri sabiex jiffaċilitaw il-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija u l-garanziji tal-oriġini. Il-politiki għandhom jindirizzaw ukoll l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet rinnovabbli fil-bini, wara l-proposta ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tat-tisħin (eż. pompi tas-sħana) u l-bjut solari, f’konformità mal-ambizzjoni tar-REPowerEU.

2.1.2   Il-bini fuq miżuri strutturali għall-effiċjenza enerġetika

Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika spiss jistgħu jkunu l-orħos mod, u dak l-aktar sikur u nadif sabiex titnaqqas id-dipendenza tagħna mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja u tiġi żgurata triq ġusta lejn it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Barra minn hekk, l-użu ta’ anqas enerġija jappoġġa s-sigurtà tal-provvista u tal-ħżin tal-enerġija, jgħin fit-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, u jżid il-kompetittività fix-xenarju globali.

L-NECPs aġġornati għandhom jallinjaw maż-żieda fl-ambizzjoni proposta fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, billi jipprovdu kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti ġenerali tal-UE u s-sehem tal-konsum tal-enerġija tas-setturi tal-użu aħħari. Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jinkludu wkoll dettalji dwar il-kalkolu u l-metodoloġija tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, u l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ispazju ta’ art totali li għandu jiġi rinnovat jew l-iffrankar annwali ekwivalenti tal-enerġija għall-bini pubbliku.

Il-politiki, il-miżuri u l-programmi dwar l-effiċjenza enerġetika fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jinkludu s-setturi kollha tad-domanda għall-enerġija, inklużi l-bini (residenzjali u terzjarju), l-industrija u t-trasport. Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” (50) għandu jintuża bħala prinċipju ġenerali u l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi spjegata. Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti l-metodoloġija tal-kalkolu u d-data sottostanti għall-kalkolu tal-Fattur tal-Enerġija Primarja.

Fir-rigward tal-bini, l-NECPs aġġornati għandhom jiġu allinjati mal-ambizzjoni u mar-rekwiżiti aġġornati u miżjuda fil-proposta tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, u mal-isforzi akbar fir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini, bl-objettiv li jiġu rdoppjati r-rati ta’ rinnovazzjoni (Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (51)). L-NECPs aġġornati, wara l-impenji fl-istrateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni fit-tul, għandhom jinkludu l-miżuri meħuda għad-dekarbonizzazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini, inklużi l-miżuri ta’ assistenza finanzjarja u teknika ta’ appoġġ, li huma relatati wkoll mad-disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet.

F’konformità mar-REPowerEU u mal-Komunikazzjoni “Save Energy” tal-UE (52) , l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-kontributi tagħhom u kif qegħdin jimplimentaw ir-REPowerEU billi jinkludu miżuri dwar it-tibdil fl-imġiba, kampanji ta’ komunikazzjoni u miżuri fiskali implimentati jew ippjanati sabiex jinkoraġġixxu l-iffrankar tal-enerġija.

2.1.3. L-esplorazzjoni tal-potenzjal sħiħ tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali

Trasformazzjoni diġitali profonda tas-sistema tal-enerġija tal-UE hija wkoll wieħed mill-elementi kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-REPowerEU u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi, id-dekarbonizzazzjoni, l-elettrifikazzjoni, l-integrazzjoni tas-settur u d-deċentralizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija kollha jirrikjedu sforz kbir fid-diġitalizzazzjoni.

L-Istati Membri huma mistiedna jidentifikaw sinerġiji bejn l-attivitajiet, il-miri u l-objettivi nazzjonali tal-enerġija u dawk diġitali, u jirriflettu dwar kif jistgħu jkomplu jiġu sfruttati permezz ta’ politiki u miżuri f’konformità mad-“Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija — pjan ta’ azzjoni tal-UE” (53). Id-diġitalizzazzjoni se tkun kruċjali għat-tisħiħ tal-involviment tal-konsumatur u l-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-elettriku li hija adatta għas-sistema tal-enerġija futura. L-investiment fid-diġitalizzazzjoni tal-grilja tal-elettriku se jippermetti wkoll trasformazzjoni kosteffettiva tas-sistema tal-enerġija.

Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll li jfittxu sinerġiji bejn l-NECPs u l-pjanijiet direzzjonali strateġiċi nazzjonali tad-Deċennju Diġitali sottomessi fl-ambitu tal-Perkors għad-Deċennju Diġitali 2030 (DDPP) (54), sabiex jiżguraw li l-infrastruttura u t-teknoloġiji diġitali jikkontribwixxu għal ekonomija u soċjetà sostenibbli ċirkolari u newtrali għall-klima f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-Istati Membri huma mistiedna jirriflettu dwar kif se jinfluwenzaw il-proċess u l-għodod tad-Deċennju Diġitali, u b’mod partikolari l-proġetti multinazzjonali, sabiex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika.

2.2    L-integrazzjoni tal-imperattivi tal-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-frekwenza u s-severità tal-estremitajiet tat-temp qegħdin jiżdiedu. Mit-tħejjija tal-NECPs inizjali, l-importanza tal-adattament għat-tibdil fil-klima qiegħda tiġi rikonoxxuta dejjem aktar fuq livell globali (55). Fl-2021, il-Kummissjoni ppubblikat strateġija ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, li ssottolinjat l-importanza tal-integrazzjoni tar-reżiljenza għall-klima fl-oqfsa fiskali nazzjonali, u ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tisħaq fuq l-importanza li l-miżuri settorjali jkunu reżiljenti għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima (56).

L-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu l-għanijiet ta’ adattament fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom sabiex jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali fl-ambitu tal-Unjoni tal-Enerġija (57) , f’konformità mal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE. Ir-riskji relatati mat-tibdil fil-klima jridu jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-ippjanar, u jżidu l-kapaċità ta’ adattament tal-Istati Membri, isaħħu r-reżiljenza u jnaqqsu l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Fuq kollox, l-azzjoni ta’ adattament, jekk tkun imfassla kif xieraq, tista’ ġġib ukoll kobenefiċċji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u ttejjeb ir-reżiljenza soċjali u ekonomika b’mod ġust, meta jitqiesu l-impatti reġjonali u soċjetali mhux uniformi tat-tibdil fil-klima u tal-estremitajiet tat-temp. L-investiment ta’ mitigazzjoni jeħtieġ li jkun reżistenti għall-klima.

Meta possibbli l-għanijiet ta’ adattament għandhom jiġu kkwantifikati u marbuta b’mod ċar mal-objettivi u mal-politiki speċifiċi tal-Unjoni tal-Enerġija li jappoġġaw. Ir-referenzi għall-istrateġija jew għall-pjan nazzjonali ta’ adattament jistgħu jiġu inklużi fit-taqsimiet rilevanti tal-kapitolu dwar il-politiki u l-miżuri fl-NECPs aġġornati. Pereżempju, NECPs aġġornati jistgħu jistabbilixxu liema miżuri se jissalvagwardjaw il-potenzjal ta’ sekwestru tal-karbonju tal-użu tal-art (dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni), il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (dimensjoni tas-sigurtà tal-enerġija), jew l-iffrankar tal-enerġija residenzjali (dimensjoni tal-effiċjenza enerġetika) fid-dawl tal-istress idriku u l-iskarsezza tal-ilma, l-għargħar, in-nirien fil-foresti jew il-mewġiet ta’ sħana. Is-soluzzjonijiet ippjanati u implimentati bbażati fuq in-natura jistgħu jiġu deskritti, flimkien mal-impatti reali jew mistennija tagħhom f’termini ta’ adattament għat-tibdil fil-klima (eż. protezzjoni mid-deżertifikazzjoni, minn sħana urbana, minn għargħar, eċċ.). Għandha ssir enfasi partikolari fuq l-ilma, b’mod partikolari fuq ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija għall-iskarsezza strutturali jew staġunali tal-ilma. Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll approċċi innovattivi bħal poloz tal-assigurazzjoni u miżuri fiskali li jindirizzaw il-lakuna fil-protezzjoni tal-klima, kif ukoll investimenti mmirati lejn il-preservazzjoni tal-bijodiversità li jikkontribwixxu għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

2.3    It-titjib tal-ippjanar għas-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura

Is-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura se jkollhom rwol kruċjali fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar in-newtralità klimatika u l-adattament, permezz ta’ tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, ta’ assorbiment tal-karbonju u ta’ servizzi tal-ekosistema mtejba sabiex tittejjeb ir-reżiljenza. Il-bir tal-karbonju tal-UE ilu jonqos b’mod kostanti. Il-fatturi ewlenin jinkludu żieda fid-domanda għall-injam, foresti li jilħqu maturità bħala ħsad, u żieda fid-disturbi tal-foresti. Fl-istess ħin, il-progress dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur agrikolu tal-UE staġna minkejja appoġġ akbar għall-azzjoni klimatika. Is-sorsi ewlenin tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur agrikolu huma l-emissjonijiet tal-metan mill-bhejjem — kemm mill-fermentazzjoni enterika kif ukoll mill-ġestjoni tad-demel — kif ukoll mill-emissjonijiet tal-ossidu nitruż minħabba l-użu ta’ fertilizzanti kimiċi u l-ġestjoni tad-demel.

Kif deskritt fit-Taqsima 1.1, l-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu iż-żieda fl-ambizzjoni proposta għar-reviżjoni tar-Regolament LULUCF billi jistabbilixxu l-perkors lejn il-miri nazzjonali. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jindikaw kif beħsiebhom iżidu l-kontribut tas-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura tagħhom għall-mira klimatika mtejba tal-UE, permezz ta’ politiki u miżuri u ambizzjoni mtejba. L-Istati Membri għandhom jintegraw aħjar il-miżuri ta’ mitigazzjoni, adattament u restawr tan-natura fis-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura tagħhom f’kuntest b’inizjattivi relatati għall-bijodiversità u għall-bijoenerġija. Dan l-aħħar, il-proposta għal Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura (58) tindirizza wkoll aspetti tal-ġestjoni tal-art pertinenti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu żieda fl-ambizzjoni fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, billi jkopru l-emissjonijiet tas-CO2 2 u dawk mhux tas-COu l-assorbimenti tal-karbonju fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, tal-produzzjoni u tal-użu tal-enerġija rinnovabbli, u tal-preservazzjoni, tal-protezzjoni u tar-restawr tal-ekosistemi.

Kaxxa 4: Il-kontenut tal-NECPs aġġornati relatati mal-LULUCF. L-ippjanar u l-kwantifikazzjoni tal-attivitajiet li ġejjin:

L-identifikazzjoni tat-titjib għas-sistema tal-ġbir u tal-monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa għal għażliet ta’ politika effettivi, għat-tfassil u għall-implimentazzjoni fis-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura (eż. permezz ta’ immaġnijiet satellitari). Is-sistema għandha tinkludi l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva fir-rigward tal-objettivi tal-protezzjoni u tar-restawr tal-ekosistemi;

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur agrikolu mhux tas-CO2, inkluż fir-rigward tal-fermentazzjoni enterika, tal-ġestjoni tad-demel u tal-ġestjoni tal-fertilizzanti;

Iż-żieda tal-assorbimenti netti fis-setturi tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura inkluż permezz tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, u materjali li jaħżnu l-karbonju fit-tul (bħal prodotti tal-kostruzzjoni bbażati fuq l-injam), b’enfasi fuq approċċi integrati bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura sabiex jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi tal-protezzjoni u tar-restawr tal-ekosistemi, kif ukoll għal objettivi ambjentali oħrajn (eż. il-bijodiversità, it-tniġġis żero, it-twaqqif tat-tnaqqis tar-riżorsi naturali);

Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika relatati mal-bijomassa, inkluża l-provvista ta’ iżolaturi b’bażi bijoloġika.

2.4    L-indirizzar tal-emissjonijiet tal-metan

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu objettivi u miri settorjali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan u politiki u miżuri korrispondenti fl-NECPs aġġornati tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-istrateġija tal-UE dwar il-metan (59).

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan jikkontribwixxi direttament għat-tnaqqis tar-rata tat-tisħin. Barra minn hekk, peress li l-metan huwa prekursur tal-ożonu, it-tnaqqis tiegħu jnaqqas ukoll it-tniġġis tal-arja. Il-metan għandu potenzjal ta’ tisħin globali li huwa 28 darba akbar mis-CO2 fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena. Fl-UE, aktar minn nofs l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan jiġu mill-agrikoltura, bil-bhejjem responsabbli għal 54 % tal-emissjonijiet totali tal-metan tal-UE (aktar minn 6 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE) (60). Madwar kwart tal-emissjonijiet tal-metan jiġu minflok minn skart solidu u ilma mormi, u kważi għoxrin fil-mija mill-enerġija.

Il-metan huwa kopert mir-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi (61) , li jagħti lill-Istati Membri flessibbiltà sabiex jagħżlu l-politiki xierqa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan. Barra minn hekk, l-UE għandha diversi politiki settorjali li jgħinu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan (62), bħall-Politika Agrikola Komuni, id-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’Landfills u r-reviżjonijiet proposti kif ukoll ippjanati tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, u r-Regolament il-ġdid propost dwar it-tnaqqis tal-metan fis-settur tal-enerġija.

Kaxxa 5: Eżempji ta’ politiki u miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan:

Agrikoltura – l-introduzzjoni ta’ inċentivi għat-tnissil li jtejbu s-saħħa u l-fertilità, il-ġestjoni tal-għalf u l-addittivi tal-għalf sabiex jitnaqqas il-metan mill-fermentazzjoni enterika filwaqt li jiġu pprevenuti l-kompromessi ma’ kwistjonijiet ambjentali oħrajn, bħall-emissjonijiet tal-ammonijaka; il-promozzjoni ta’ tekniki ta’ ħżin tad-demel (eż. demel likwidu għat-tkessiħ, aċidifikazzjoni tad-demel likwidu, il-kisi ta’ ħażniet tad-demel u tad-demel likwidu, l-introduzzjoni ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u rekwiżiti ta’ monitoraġġ) u diġestjoni anaerobika bl-irkupru tal-bijogass sabiex jitnaqqas il-metan mill-ġestjoni tad-demel, bil-benefiċċju addizzjonali tat-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-gass naturali u tal-prevenzjoni tal-emissjonijiet tal-ammonijaka; il-promozzjoni ta’ dieti aktar sostenibbli b’anqas laħam aħmar u pproċessat u b’aktar sorsi ta’ proteini tal-pjanti.

Skart solidu u ilma mormi – it-tnaqqis tar-rimi fil-landfills tal-iskart organiku permezz ta’ implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-landfills; is-separazzjoni tas-sorsi u d-diġestjoni anaerobika bl-irkupru tal-bijogass, sabiex jitnaqqas il-metan mill-iskart solidu; id-diġestjoni anaerobika tal-ħama bl-irkupru tal-bijogass, sabiex jitnaqqas il-metan mill-ilma mormi.

Enerġija – f’konformità mar-Regolament propost dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan (63), il-kejl, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija jeħtieġ li jittejbu u l-emissjonijiet jeħtieġ li jitnaqqsu permezz ta’ detezzjoni u tiswija obbligatorji tat-tnixxijiet, u projbizzjoni fuq l-ivventjar u l-ivvampjar.

2.5    L-integrazzjoni tal-ħżin ġeoloġiku fit-tul tas-CO2

L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fl-NECPs aġġornati tagħhom l-isforzi ppjanati sabiex l-industriji tagħhom ikunu jistgħu jaqbdu u jaħżnu l-emissjonijiet tal-proċess inerenti tagħhom b’mod permanenti f’siti tal-ħżin ġeoloġiku, f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE. L-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika jirrikjedi li l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jifdal madwar l-UE minn setturi diffiċli sabiex jitrażżnu jiġu bbilanċjati fl-UE sa mhux aktar tard mill-2050 u li l-UE tikseb emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem.

Diversi attivitajiet, inklużi industriji li jużaw ħafna enerġija, bħas-siment, il-ħadid u l-azzar, l-aluminju, il-polpa u l-karta u r-raffineriji, kif ukoll l-agrikoltura, għandhom emissjonijiet inerenti fil-proċess li jirriżultaw mill-proċessi ta’ produzzjoni nfushom. Il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, jew il-qbid u l-użu tal-karbonju jistgħu jipprovdu kontribut ewlieni sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet ta’ dawn is-setturi.

Barra minn hekk, dan jista’ jgħin fit-tneħħija tas-CO2 mill-atmosfera permezz tal-assorbimenti tal-karbonju bħall-bijoenerġija flimkien mal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (BECCS) u permezz tal-Qbid Dirett tal-Karbonju Atmosferiku (DACCS). L-użu tal-BECCS għandu jiġi indirizzat fl-NECPs aġġornati b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-limiti u tad-disponibbiltà tal-bijomassa sostenibbli.

Kaxxa 6: L-istabbiliment ta’ objettivi, miri u kontributi għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

il-projezzjoni aggregata annwali tal-emissjonijiet ta’ proċessi inerenti li se jkollhom jitnaqqsu permezz tal-qbid tas-CO2;

is-CO2 tal-arja bijoġenika u diretta annwali li se jkun disponibbli għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2;

il-kapaċità ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 li jista’ jsir disponibbli mill-aspett operazzjonali kull sena;

il-kapaċità annwali ta’ ħżin tas-CO2 li tista’ ssir disponibbli fi tmiem l-isfruttament tal-ħażniet tal-idrokarburi;

l-infrastruttura ppjanata tat-trasport tas-CO2;

appoġġ għall-finanzjament pubbliku disponibbli għall-investiment fil-qbid, fit-trasport u fil-ħżin tas-CO2;

kwalunkwe miżura oħra sabiex tappoġġa l-varar ta’ opportunitajiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-tul.

2.6    Il-promozzjoni tad-dimensjoni tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-kompetittività

Filwaqt li jibnu fuq il-valutazzjoni tal-2020 tal-NECPs inizjali (64) u jqisu ċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi attwali u l-iżviluppi ta’ politika reċenti, l-Istati Membri huma mistiedna jsaħħu d-dimensjoni tal-innovazzjoni fir-riċerka u l-kompetittività fil-pjanijiet aġġornati tagħhom.

Perkors ta’ suċċess fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) fl-enerġija nadifa u fit-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jirrikjedi biżżejjed esperti u imprendituri, appoġġat mill-użu sinerġistiku tal-programmi tal-UE, nazzjonali u reġjonali. Miri u objettivi nazzjonali ċari tar-riċerka u l-innovazzjoni sal-2030 (u meta xieraq l-2050), aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni huma kruċjali sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Dawn l-elementi huma wkoll essenzjali sabiex jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni mis-suq, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE, u eventwalment iwasslu għal introduzzjoni aċċellerata tat-teknoloġiji mistennija li jkollhom impatt fuq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. L-istrateġiji tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jħaddnu u jrawmu aspetti mhux teknoloġiċi u transdixxiplinari li huma ta’ importanza kritika għall-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija; l-istimulazzjoni tat-tibdil fl-imġiba, għażliet ta’ stil ta’ ħajja konxji mill-klima, il-promozzjoni ta’ innovazzjonijiet istituzzjonali, ta’ governanza u ta’ politika sabiex jinħolqu kundizzjonijiet abilitanti għal trasformazzjoni newtrali għall-klima.

Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jiddeskrivu l-objettivi u l-politiki tal-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-espansjoni tal-manifattura ta’ teknoloġiji, tagħmir u komponenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju disponibbli kummerċjalment (pereżempju billi jirriflettu s-sitwazzjoni u x-xejriet attwali għall-investimenti, il-valur miżjud) fit-territorju tagħhom — kif ukoll l-objettivi u l-politiki tagħhom sabiex dan jinkiseb permezz ta’ sforzi ta’ diversifikazzjoni f’pajjiżi terzi. Il-pjan REPowerEU jispeċifika li l-kisba tiegħu tirrikjedi d-diversifikazzjoni tal-provvista ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ materja prima kritika, it-tnaqqis tad-dipendenzi settorjali, it-tegħlib tal-konġestjonijiet fil-katina tal-provvista u l-espansjoni tal-kapaċità tal-manifattura tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa tal-UE. L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-manifattura u l-ktajjen tal-valur industrijali f’teknoloġiji essenzjali tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Kaxxa 7: L-aħjar prattika għat-titjib tad-dimensjoni tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-kompetittività

L-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa għat-twettiq tal-objettivi klimatiċi u tal-klima, inklużi l-impatti ambjentali u l-aspetti ta’ tranżizzjoni ġusta (65) u l-valutazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni ekoloġika.

Id-deskrizzjoni tal-objettivi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-miri ta’ finanzjament li juru perkorsi konkreti u kwantitattivi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-2030 u tal-2050 għal teknoloġiji essenzjali speċifiċi tal-enerġija nadifa u għall-ġbir u l-ħżin tal-karbonju.

L-integrazzjoni tal-passi industrijali tal-ktajjen tal-valur tal-enerġija nadifa, pereżempju billi jiġu indirizzati l-kapaċitajiet tal-manifattura għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, u b’hekk tiġi appoġġata wkoll il-kompetittività tal-industrija Ewropea.

L-esplorazzjoni ta’ sinerġiji bejn il-fondi u l-attivitajiet nazzjonali rilevanti, mal-Pjattaformi tal-Innovazzjoni u mal-Gruppi ta’ Ħidma dwar l-Implimentazzjoni tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET) u meta xieraq mal-erba’ Missjonijiet tal-Patt Ekoloġiku tal-UE (66).

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-pjan SET, speċjalment iżda mhux esklużivament permezz tas-Sħubija Ewropea għat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.

Id-deskrizzjoni ta’ kif tista’ tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab globali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija nadifa.

It-titjib tal-appoġġ u tal-aċċess għall-finanzjament għall-innovazzjoni tan-negozju inklużi n-negozji ġodda, in-negozji li qegħdin jespandu u l-SMEs.

L-integrazzjoni tal-espansjoni tal-manifattura u tal-kapaċità ta’ produzzjoni diversifikata ta’ enerġija nadifa u tal-ktajjen tal-valur tat-teknoloġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-objettivi u fil-politiki u fil-miżuri nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività.

L-integrazzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, pereżempju b’rabta mal-Patt għall-Ħiliet dwar l-enerġija rinnovabbli.

L-integrazzjoni tal-kunċetti ta’ riċiklabbiltà u ċirkolarità u l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza, u d-diversifikazzjoni effettiva tal-akkwist ta’ materja prima importata, komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija nadifa.

L-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni ta’ kif tista’ tittejjeb il-kompetittività tat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa fis-suq globali, inklużi l-ixprunaturi ewlenin u l-isfidi kemm fis-swieq interni kif ukoll f’dawk globali.

2.7    L-integrazzjoni tal-objettiv tan-newtralità klimatika

L-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu fl-NECPs aġġornati tagħhom elementi li jtejbu l-koerenza u l-konsistenza mal-objettiv tal-UE tan-newtralità klimatika, filwaqt li jibnu fuq l-istrateġiji nazzjonali tagħhom fit-tul. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima emendat ir-Regolament dwar il-Governanza sabiex jinkludi l-objettiv tan-newtralità klimatika fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar il-Governanza (67). L-elementi fejn l-Istati Membri jistgħu jtejbu l-koerenza u l-konsistenza jinkludu:

Fil-valutazzjoni tagħhom tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati, billi tiġi analizzata l-konsistenza mal-objettiv tal-UE għan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Liġi dwar il-Klima (l-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament dwar il-Governanza);

Fil-bażi analitika għall-pjan, billi jiġi deskritt il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv tal-UE għan-newtralità klimatika, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Liġi dwar il-Klima (l-Artikolu 8(2)(e) tar-Regolament dwar il-Governanza, u l-Anness 1, il-Parti 1, it-Taqsima B, il-punt 5.5 ir-Regolament dwar il-Governanza);

Meta jiġu stabbiliti l-politiki u l-miżuri relatati mal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, billi tiġi pprovduta perspettiva lejn l-objettiv tal-UE għan-newtralità klimatika (l-Anness I, il-Parti 1, it-Taqsima A, il-punt 3.1.1.i tar-Regolament dwar il-Governanza).

3   Punti trażversali li trid tingħatalhom attenzjoni sabiex jiġu aġġornati l-NECPs

3.1    Filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-NECPs inizjali

Il-pjanijiet nazzjonali inizjali dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati mill-Istati Membri jistabbilixxu l-pedament għat-tisħiħ tal-ambizzjonijiet u għall-ilħuq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-pjan REPowerEU. It-tħejjija tagħhom segwiet il-proċess iterattiv stabbilit fir-Regolament dwar il-Governanza, filwaqt li bniet fuq konsultazzjonijiet estensivi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kif ukoll konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u mas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni vvalutat l-ewwel abbozz ta’ pjanijiet fuq bażi individwali u fil-livell tal-UE (68) u ħarġet rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri (69) għall-finalizzazzjoni tal-pjanijiet. Il-pjanijiet finali ġew sottomessi, għalkemm xi wħud b’dewmien, sal-31 ta’ Diċembru 2019, u l-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet finali fuq livell individwali u b’mod aggregat (70).

3.1.1   It-titjib tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima sal-2030

L-“approċċ ta’ gvern sħiħ” huwa parti ċentrali mit-tħejjija tal-pjanijiet inizjali u wieħed mill-prinċipji ewlenin tar-Regolament dwar il-Governanza. Dan jgħin sabiex tittejjeb il-konsistenza fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u jinħolqu sinerġiji bejn oqsma ta’ politika differenti.

L-Istati Membri huma mistiedna jilħqu lill-awtoritajiet u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha meta jkunu qegħdin iħejju l-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali abbozzati u finali integrati tagħhom. Dawn l-awtoritajiet rilevanti għandhom jaħdmu flimkien fil-portafolli differenti tagħhom sabiex jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali u jilħqu l-għanijiet kondiviżi tal-Unjoni tal-Enerġija, tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tas-Semestru Ewropew, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-pjan REPowerEU u żviluppi oħrajn fil-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. Tali proċess għandu jiżgura li l-awtoritajiet jieħdu taħt idejhom l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati.

L-Istati Membri huma mħeġġa jibnu fuq il-pjanijiet nazzjonali inizjali tagħhom filwaqt li jikkunsidraw bis-sħiħ il-valutazzjoni relatata mwettqa mill-Kummissjoni.

3.1.2   Sinerġiji ma’ rapporti ta’ progress integrati

L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-ewwel rapporti ta’ progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima (NECPRs) meta jkunu qegħdin iħejju l-NECPs aġġornati tagħhom. Ir-rapporti jistgħu jintużaw sabiex: (i) jgħinu fid-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali, inkluż dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima; (ii) jiġu stmati l-lakuni li fadal sabiex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fl-ewwel pjanijiet nazzjonali; u (iii) jinsiltu konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-politiki u tal-miżuri u l-investimenti li l-NECPRs fihom f’kull dimensjoni u settur, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-arja u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja.

Sal-15 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri, għall-ewwel darba, se jissottomettu l-NECPRs lill-Kummissjoni (71). . Ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-progress huma tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tar-Regolament dwar il-Governanza. L-NECPRs se jikkontribwixxu għal valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza tal-progress fl-implimentazzjoni tal-NECPs inizjali u b’hekk huma mod siewi sabiex jiġu identifikati oqsma potenzjali li fihom jista’ jsir titjib. Il-format tar-rapportar u l-monitoraġġ tal-progress ġie żviluppat sabiex tiġi analizzata l-implimentazzjoni tal-politiki għall-enerġija u l-klima fl-NECPs, filwaqt li jitqies li jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

Il-parti analitika tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati, kif ukoll il-politiki u l-miżuri ppjanati, jistgħu jibbenefikaw mill-informazzjoni miġbura għar-rapportar tal-progress. Madankollu, jekk jirreferu għas-swieq tal-elettriku u tal-gass, għall-prezzijiet tal-enerġija u għad-diżaggregazzjoni tal-elementi attwali tal-prezzijiet (fil-komponenti tal-enerġija, tan-network, tat-taxxi/tal-imposti fil-prezzijiet), l-Istati Membri għandhom jipprovdu analiżi aġġornata meta mqabbla maż-żmien tas-sottomissjoni tal-NECPRs.

3.2    Parteċipazzjoni pubblika bikrija u inklużiva f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus

Kif kien il-każ għall-pjanijiet inizjali, l-Istati Membri jridu jiżviluppaw l-aġġornament tal-NECPs fi djalogu mal-awtoritajiet lokali, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mas-sħab soċjali, mal-komunità tan-negozju settorjali, mal-investituri u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. L-Artikolu 10 tar-Regolament dwar il-Governanza jirrikjedi li l-Istati Membri jagħtu lill-pubbliku opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jipparteċipa fl-elaborazzjoni tal-NECPs. L-Istati Membri huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus (72) u għalhekk, huma obbligati jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati f’qafas trasparenti u ġust (73). B’mod partikolari, il-pubbliku jrid jingħata żmien raġonevoli sabiex jipparteċipa fil-fażijiet differenti u jrid jiġi kkonsultat meta l-għażliet kollha jkunu għadhom miftuħa (74). Konsultazzjoni tajba timplika li l-pubbliku għandu jkollu aċċess għad-dokumenti, għar-rapporti u għas-suppożizzjonijiet rilevanti kollha fil-bidu tal-perjodu ta’ konsultazzjoni. L-Istati Membri huma mistiedna jirriflettu dwar l-aħjar prattiki, bħall-istabbiliment tal-konsultazzjoni permezz ta’ sit web dedikat tal-NECP, li fih l-informazzjoni kollha.

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu djalogu dwar l-enerġija u l-klima f’diversi livelli. Dawn iridu jipprovdu pjattaforma sabiex jiddiskutu mal-partijiet ikkonċernati dwar ix-xenarji differenti previsti għall-politiki għall-enerġija u l-klima u sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-UE dwar in-newtralità klimatika stabbilit fil-Liġi dwar il-Klima (75). L-Istati Membri se jirrapportaw dwar il-progress fl-istabbiliment ta’ dan id-djalogu fl-NECPRs. Għall-konsultazzjonijiet pubbliċi, l-Istati Membri huma mħeġġa jsaħħu d-djalogu f’diversi livelli u jaħdmu ma’ individwi u gruppi reġjonali u lokali li jistgħu jressqu miżuri konkreti. Huma għandhom jesploraw ukoll sinerġiji ma’ fora eżistenti, bħall-Patt tas-Sindki. L-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jiżguraw konsultazzjoni u involviment sħaħ u f’waqthom tas-sħab soċjali, f’konformità mar-regoli u l-prattiki nazzjonali rilevanti. Id-djalogu soċjali u approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha huma kruċjali għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ta’ politiki effettivi għall-enerġija u l-klima f’konformità mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Fl-NECPs aġġornati, l-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu sommarju tal-konsultazzjonijiet u tal-fehma tal-pubbliku jew tal-fehmiet provviżorji. L-Istati Membri għandhom jispjegaw kif il-fehmiet tal-pubbliku tqiesu qabel ma ġew sottomessi l-pjanijiet nazzjonali abbozzati u finali. L-Istati Membri huma mistennija wkoll jiddeskrivu kif il-proċess ippermetta lill-pubbliku jipparteċipa b’mod trasparenti u ġust.

3.3    It-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali għal rispons koordinat aħjar u l-promozzjoni tas-solidarjetà

L-Istati Membri huma mħeġġa jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali meta jkunu qegħdin iħejju l-pjanijiet nazzjonali aġġornati. Sa fejn ikun possibbli, huwa rrakkomandat li tali kooperazzjoni tiġi kkoordinata permezz ta’ forum ta’ kooperazzjoni reġjonali stabbilit. Il-gruppi reġjonali stabbiliti fl-ambitu tal-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija (76), kif ukoll il-gruppi ta’ riskju reġjonali marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-gass fis-suq tal-UE jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ, meta meħtieġ. Minkejja li l-mekkaniżmu ta’ governanza tfassal sabiex jistimula l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell transfruntier u reġjonali (77), l-Istati Membri ma ħatfu l-ebda potenzjal sħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali matul it-tħejjija tal-NECPs inizjali.

L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jinvolvu ruħhom b’mod volontarju fl-abbozzar konġunt ta’ partijiet mill-NECPs tagħhom, kemm fil-livell territorjali kif ukoll f’dak settorjali. Din hija l-opportunità sabiex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u jittejjeb il-kontenut tal-NECPs. Il-Kummissjoni hija lesta li tiffaċilita din il-kooperazzjoni jekk l-Istati Membri jitolbu dan matul it-tħejjija tal-abbozz tal-NECPs aġġornati. Il-kooperazzjoni reġjonali dwar il-politiki għall-enerġija u l-klima tippermetti l-esplorazzjoni ta’ sinerġiji sabiex jintlaħqu b’mod effiċjenti l-objettivi tal-enerġija u klimatiċi nazzjonali, filwaqt li jiġi żgurat li l-pjanijiet ikunu aktar konsistenti. L-oqsma għall-koordinazzjoni jistgħu jinkludu, pereżempju, proġetti konġunti jew skemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli (eż. perjodi ta’ żmien konsistenti u miżuri għall-istabbiliment ta’ skema konġunta) u approċċi konsistenti fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli f’reġjun jew kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Pjan SET.

L-Istati Membri huma mistiedna jiġbru fil-qosor l-eżitu tal-konsultazzjonijiet reġjonali fl-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom, inklużi kummenti minn Stati Membri oħrajn, u jispjegaw kif tqiesu dawn il-kummenti.

L-Istati Membri huma mistiedna wkoll jinvolvu lis-sħab reġjonali sabiex jiżguraw ippjanar konsistenti u jindirizzaw ir-riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista. Dan huwa importanti wkoll sabiex jiġi żgurat il-varar ta’ infrastruttura tal-elettriku u infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija suffiċjenti (dimensjoni fiżika), kif ukoll sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq. L-iżviluppi reċenti fil-politika għall-enerġija wrew il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni reġjonali sabiex tingħata spinta lir-reżiljenza u lit-tħejjija tas-sistema tal-enerġija u titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Illum, aktar minn qatt qabel, il-kooperazzjoni reġjonali u s-solidarjetà Ewropea huma l-aktar assi b’saħħtu tal-UE sabiex tinkiseb provvista tal-enerġija diversifikata, tissaħħaħ id-dimensjoni tas-sigurtà tal-enerġija tal-NECPs, u fl-aħħar mill-aħħar tinkiseb Unjoni tal-Enerġija aktar reżiljenti. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni qiegħda tippubblika gwida speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-benefiċċji u tal-kostijiet fi proġetti ta’ kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jagħtu rendikont qasir tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija fl-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom, u l-azzjoni possibbli li tirriżulta minn din il-ħidma. Il-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija nħolqot sabiex tikkoordina l-ħidma għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass tal-UE lil hinn mis-sorsi Russi. Dan se jinvolvi parzjalment il-ħolqien ta’ mekkaniżmu volontarju għax-xiri tal-gass u tal-idroġenu rinnovabbli għall-UE, billi jsir l-aħjar użu mill-piż politiku u tas-suq kollettiv tal-UE. Barra minn hekk, inħolqu ħames gruppi reġjonali (l-Ewropa tax-Xlokk, l-Ewropa Ċentrali tal-Lvant, il-Majjistral, il-Lbiċ u l-Istati Baltiċi), sabiex ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-operazzjonalizzazzjoni tal-isforz tal-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija.

3.4    L-esplorazzjoni tal-potenzjal sħiħ tas-sinerġiji u tal-interkonnessjonijiet ma’ strumenti oħrajn ta’ ppjanar għat-tranżizzjoni ekoloġika u ġusta

L-NECPs aġġornati għandhom jirriflettu l-istrumenti l-ġodda ta’ finanzjament tal-ippjanar li ġew stabbiliti minn meta fl-2019 ġew sottomessi l-ewwel NECPs finali. L-aċċess għal xi fondi jiddependi mill-approvazzjoni ta’ pjanijiet dedikati tal-Istati Membri. L-NECPs għandhom jirriflettu b’mod konsistenti u integrat il-politiki u l-miżuri rilevanti kollha li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, inklużi l-azzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ finanzjament li jirriżultaw minn strumenti oħrajn ta’ finanzjament u ppjanar (78).

3.4.1   Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Huwa importanti li l-Istati Membri jirriflettu bis-sħiħ l-investimenti fl-enerġija u fil-klima u r-riformi tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) fl-NECPs aġġornati (79) u jibnu fuqhom sabiex jilħqu l-miri, l-objettivi u l-impenji aġġornati tagħhom għall-2030. F’termini kwantitattivi, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) tipprovdi l-akbar sors ġdid ta’ finanzjament għall-politika għall-enerġija u l-klima. Sa Awwissu 2026 (80), l-RRPs se jkomplu jixprunaw l-aġendi ta’ riforma u investiment tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima fi gradi differenti. L-RRPs tħejjew sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi, għall-miri u għall-kontributi tal-NECPs, fid-dawl taż-żieda fl-ambizzjoni għall-2030 u għall-2050. Skont il-pjan REPowerEU, l-Istati Membri għandhom jirriflettu politiki u miżuri addizzjonali fl-RRPs tagħhom billi jinkludu kapitolu speċifiku dwar ir-REPowerEU.

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-konsistenza, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jiddeskrivu b’mod ċar ir-rwol tal-RRPs, inklużi l-kapitoli tar-REPowerEU, fl-implimentazzjoni tal-NECPs aġġornati. Għal dan il-għan, il-pjanijiet nazzjonali aġġornati għandhom jipprovdu informazzjoni kwantitattiva fir-rigward tal-kontribut tal-miżuri tal-RRP għall-objettivi u għall-miri aġġornati għall-klima u l-enerġija, anke f’termini ta’ finanzjament. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna jagħmlu kontroreferenza għall-kapitolu tal-RRP u tar-REPowerEU għal kull politika u miżura rilevanti fl-NECPs aġġornati tagħhom. L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk il-politika jew il-miżura hijiex kompletament jew parzjalment parti mill-kapitolu tal-RRP u tar-REPowerEU u r-rwol tal-NECP fl-ikkomplementar tal-Kapitoli tal-RRPs u tar-REPowerEU.

Meta applikabbli, dawn għandhom jinkludu referenza għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (CID) dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istati Membri għandhom jirriflettu dwar kwalunkwe estensjoni tal-investimenti u tar-riformi li jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-objettivi, għall-miri u għall-kontribut għall-2030 tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri sabiex jużaw l-esperjenza tagħhom tal-proċess tal-RRP. Dan jista’ jkompli jtejjeb il-livell ta’ dettall tal-investimenti u tar-riformi fl-NECPs aġġornati f’termini ta’ stimi tal-kostijiet, ta’ finanzjament, ta’ deskrizzjoni tal-ambitu, u inklużi l-istadji importanti u l-miri speċifiċi. Jeħtieġ li tinżamm il-konsistenza bejn iż-żewġ strumenti.

Għalkemm mhux rekwiżit skont ir-Regolament dwar il-Governanza attwali,il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw il-kriterji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH) meta jiddefinixxu l-politiki u l-miżuri għall-NECPs aġġornati. Il-konformità sħiħa mal-kriterji tad-DNSH hija karatteristika ewlenija tad-disinn tal-RRF. Dan jiżgura li l-pjanijiet jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u għal irkupru sostenibbli, filwaqt li jillimitaw il-ħsara lir-riżorsi tal-bijodiversità, tal-ilma u tal-baħar, jagħtu spinta liċ-ċirkolarità, jipprevjenu t-tniġġis u jevitaw l-intrappolament ta’ assi u attivitajiet mhux sostenibbli. Il-Kummissjoni pprovdiet gwida teknika dwar l-applikazzjoni tal-kriterji tad-DNSH fil-kuntest tal-RRPs (81).

3.4.2   Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (82), b’mod partikolari l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), inħoloq sabiex jimmobilizza l-investimenti bejn l-2021 u l-2027. Din l-għodda ta’ investiment se tgħin lir-reġjuni Ewropej l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika, minħabba d-dipendenza għolja tagħhom mill-estrazzjoni tal-fjuwils fossili — inklużi l-faħam, il-pit u x-shale bituminuż — u minn proċessi industrijali b’intensità ta’ karbonju. Il-JTF, parti mill-politika ta’ koeżjoni, japplika wkoll il-prinċipju tad-DNSH u jeskludi l-investimenti fil-fjuwils fossili. Dan jistabbilixxi qafas ta’ governanza b’saħħtu ffokat fuq it-TJTPs, li qegħdin jiġu ffinalizzati. It-TJTPs huma dokumenti strateġiċi li jispjegaw il-proċess ta’ tranżizzjoni ġusta f’kull Stat Membru u l-attivitajiet sabiex jiġu mmitigati l-konsegwenzi soċjoekonomiċi mistennija fit-territorji l-aktar affettwati. It-TJTPs se jkunu l-qafas għall-miżuri u għall-investimenti f’reġjuni dipendenti mill-faħam u/jew reġjuni b’industriji b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra (bħall-industriji tal-kimika, tal-azzar u tas-siment) li l-aktar li ntlaqtu b’mod negattiv mit-tranżizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jirriflettu fl-NECPs aġġornati l-proċess ta’ tranżizzjoni deskritt fil-Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta (TJTPs). L-Istati Membri għandhom jispjegaw is-sinerġiji bejn il-miri għall-klima u l-enerġija għall-2030 u t-tranżizzjoni mill-fjuwils fossili. Għandhom jiddeskrivu wkoll kif l-ilħuq tal-miri nazzjonali se jimmitiga l-impatti soċjoekonomiċi b’mod immirat fil-livell reġjonali.

3.4.3   Il-Fond Soċjali għall-Klima

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex, sa fejn ikun possibbli, jinkludu l-analiżi sottostanti meħtieġa għat-tħejjija tal-pjanijiet soċjali għall-klima fl-NECPs aġġornati. Huma għandhom jispjegaw kif qegħdin jippjanaw li jużaw id-dħul mill-Fond Soċjali għall-Klima (SCF) sabiex jilħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi rilevanti. L-SCF (83) huwa propost fl-ambitu tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” sabiex jindirizza l-impatti soċjali fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-utenti tat-trasport u l-mikrointrapriżi li jistgħu jirriżultaw mill-inklużjoni ta’ bini u trasport bit-triq f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS). L-għan tal-SCF huwa li jappoġġa lil gruppi vulnerabbli fit-tnaqqis tad-dipendenza tagħhom minn fjuwils fossili għaljin billi jagħmel il-bini aktar effiċjenti, jiddekarbonizza t-tisħin u t-tkessiħ tal-bini (inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli) u jżid l-aċċess għat-trasport sostenibbli. L-SCF għandu wkoll l-għan li jappoġġa lil gruppi vulnerabbli permezz ta’ miżuri nazzjonali, li jipprovdu appoġġ temporanju mmirat għall-introjtu dirett, filwaqt li jkunu qegħdin jiġu varati miżuri ta’ investiment.

Meta jiġu ffinalizzati n-negozjati dwar il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, se jkun hemm rabta mill-qrib bejn l-NECPs u l-pjanijiet tal-SCF minħabba li l-NECPs jiddeskrivu l-qafas ta’ politika li fih se jopera l-SCF. Il-pjanijiet tal-SCF se jitfasslu mir-riformi u mill-impenji ppjanati li jsiru mill-Istati Membri fl-NECPs. Il-pjanijiet tal-SCF infushom se jiffokaw fuq miżuri konkreti u investiment iffinanzjati mill-SCF. Dawn se jiżguraw ukoll konsistenza u jiżviluppaw sinerġiji mal-NECPs u programmi u strumenti rilevanti oħrajn tal-UE.

3.4.4   Il-politika agrikola komuni

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ifittxu sinerġiji bejn il-pjanijiet strateġiċi tal-politika agrikola komuni (CSPs) u l-NECPs. Permezz tas-CSPs nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri fasslu skemi ta’ appoġġ, li jinkludu l-indirizzar tal-objettivi klimatiċi, tal-enerġija, tas-saħħa u tal-bijodiversità. Il-Kummissjoni pprovdiet rakkomandazzjonijiet u osservazzjonijiet dwar is-CSP ta’ kull Stat Membru. Barra minn hekk, l-Istati Membri identifikaw jew ippjanaw miżuri nazzjonali barra mis-CSPs li jistgħu jikkontribwixxu għal dawn l-ambizzjonijiet. Fid-dawl ta’ dawn l-objettivi, l-Istati Membri huma obbligati jivvalutaw mill-ġdid u, meta meħtieġ, jaġġustaw is-CSPs tagħhom ladarba jidħlu fis-seħħ il-miri aktar ambizzjużi introdotti mir-Regolament LULUCF u r-Regolament emendat dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (li għad irid jiġi adottat) (84). L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-NECPs u s-CSPs u jesploraw sinerġiji bejniethom kull meta jkun possibbli.

Ir-rabta bejn iż-żewġ proċessi tista’ tittejjeb aktar billi: (i) jissaħħu l-isforzi sabiex jiġu vvalutati l-impatti tal-politiki u tal-miżuri agrikoli fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; (ii) jiżdiedu l-assorbimenti tal-karbonju; u (iii) jiġu identifikati sorsi ta’ enerġija rinnovabbli rilevanti bħall-bijometan. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qegħdin jorganizzaw il-bini tal-kapaċitajiet bħala parti mill-attivitajiet sabiex jittejjeb ir-rapportar dwar il-politiki u l-miżuri dwar il-klima (85).

3.4.5   Politika ta’ koeżjoni

Fl-NECPs aġġornati tagħhom, l-Istati Membri huma mistiedna jirriflettu dwar is-sinerġiji mad-dokumenti ta’ ppjanar eżistenti mfassla fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-2021 sal-2027. Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE (imwassla permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta) tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (86).

Fl-2021 sal-2027, il-politika ta’ koeżjoni (il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 392 biljun ta’ investimenti tal-UE) tiffoka fuq ħames objettivi ta’ politika (inkluż wieħed dwar tranżizzjoni ekoloġika u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju lejn ekonomija newtrali għall-klima) u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Sabiex jibbenefikaw mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati Membri huma meħtieġa jħejju ftehimiet ta’ sħubija segwiti minn programmi operazzjonali. Dawn tal-aħħar jeħtieġ li jqisu l-NECPs u jindirizzaw kwalunkwe sfida identifikata fihom. L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jissodisfaw il-kundizzjonijiet abilitanti, inklużi dawk relatati ma’ NECP komplut, mal-effiċjenza enerġetika, mar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali u mal-enerġija rinnovabbli, mal-effiċjenza enerġetika, mar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali u mal-enerġija rinnovabbli.

3.5    Bażi analitika b’saħħitha

Il-pjanijiet nazzjonali aġġornati affidabbli jeħtieġ li jirriflettu viżjoni strateġika u jkunu sostnuti minn analiżi kwantitattiva soda u robusta tas-sitwazzjonijiet attwali u mbassra. Bażi analitika b’saħħitha se tiżgura wkoll li l-partijiet differenti tal-pjan ikunu komprensivi u komparabbli. It-taqsima analitika tal-NECP tibda bis-sitwazzjoni attwali, inklużi projezzjonijiet b’politiki u miżuri eżistenti (87),, li evolvew b’mod sinifikanti mill-NECPs inizjali. It-taqsima “sitwazzjoni attwali” tal-pjan aġġornat, għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, jeħtieġ li tirrifletti kwalunkwe bidla rilevanti bbażata fuq l-aħħar informazzjoni disponibbli. B’mod partikolari, għandu jiġi kkunsidrat l-impatt soċjali u ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali li taffettwa l-prezzijiet tal-enerġija, u x-xejriet tas-suq intern tal-enerġija u tas-sigurtà tal-enerġija u tal-emissjonijiet b’mod aktar wiesa’.

L-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-aktar għodod u approċċi aġġornati għall-immudellar. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istess parametri ewlenin għall-prezzijiet tal-importazzjoni taż-żejt, tal-gass u tal-faħam kif ukoll għall-prezzijiet tal-karbonju skont is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet bħal dawk użati għar-rapportar skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri għandhom jirreferu b’mod ċar is-sorsi li fuqhom hija bbażata l-analiżi tagħhom sabiex jiżguraw it-trasparenza tad-data użata. Kull meta jkun possibbli, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jużaw l-istatistika Ewropea uffiċjali.

3.5.1   Xenarji u perjodu ta’ żmien

L-NECPs aġġornati għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali (88) billi jinkludu projezzjonijiet tal-gassijiet serra tal-iżviluppi settorjali u projezzjonijiet għal dimensjonijiet oħrajn tal-Unjoni tal-Enerġija, b’miżuri eżistenti (jiġifieri xenarju “WEM”) mill-anqas sal-2040, inkluż l-2030 (89). Barra minn hekk, l-NECPs aġġornati għandhom jinkludu projezzjonijiet b’politiki u miżuri ppjanati addizzjonali (jiġifieri xenarju “WAM”) (90). Dawn il-projezzjonijiet se jippermettu li jiġi vvalutat l-impatt ta’ dawn il-politiki u l-miżuri ppjanati, u jqabblu l-impatt tagħhom ma’ dawk tal-politiki u l-miżuri eżistenti, tal-anqas sal-2040 (91) , (92). L-Istati Membri jridu jiddeskrivu wkoll il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-UE għan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima (93). .

Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tbiddel ir-rekwiżiti għall-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra (94) għal sekwenza ta’ sitt snin minflok erba’ snin futuri li jispiċċaw b’żero jew ħamsa, immedjatament wara s-sena tar-rapportar. Peress li l-Istati Membri se jħejju projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050 għas-sottomissjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Governanza sal-15 ta’ Marzu 2023, huma mħeġġa jipprovdu projezzjonijiet sal-2050 kemm għax-xenarji WEM kif ukoll għal dawk ta’ WAM fl-NECPs aġġornati tagħhom, sabiex juru ix-xejriet lejn in-newtralità klimatika fl-UE.

L-Istati Membri jridu jagħmlu disponibbli għall-pubbliku deskrizzjoni dettaljata tas-suppożizzjonijiet, tal-parametri u tal-metodoloġiji użati għax-xenarji u għall-projezzjonijiet finali, filwaqt li jqisu r-restrizzjonijiet statistiċi, ir-restrizzjonijiet ta’ liċenzjar ta’ settijiet ta’ data kummerċjali, u l-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data (95). Għandhom jintużaw kemm jista’ għodod u data ta’ aċċess miftuħ sabiex jiġu promossi t-trasparenza, il-validazzjoni u l-komparabbiltà tar-riżultati.

3.5.2   Valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali

Fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt makroekonomiku fil-livell nazzjonali, u meta applikabbli, reġjonali tal-politiki u tal-miżuri ppjanati jew tal-gruppi ta’ politiki u miżuri. Meta jkun possibbli, l-impatti tagħhom fuq is-saħħa, l-ambjent, il-kompetittività, l-impjiegi, il-ħiliet u s-soċjetà għandhom jiġu vvalutati wkoll. Dan għandu jinkludi tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq politiki u miżuri eżistenti jew gruppi ta’ miżuri (96) b’enfasi speċifika fuq il-valutazzjoni tal-impatti distributtivi (97) u l-faqar enerġetiku (98). Il-Kummissjoni regolarment tagħmel disponibbli r-riżultati tal-proġetti ta’ riċerka f’dan il-qasam, inkluż l-immudellar makro u mikro għall-valutazzjoni tal-impatti tal-impjiegi, soċjali u distributtivi tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, jew l-iżviluppi ġeopolitiċi (eż. xenarji tal-prezzijiet tal-enerġija) (99). Dawk l-elementi jistgħu jappoġġaw l-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw kwistjonijiet bħal konġestjonijiet possibbli fl-ekonomija kollha jew settorjali, b’mod partikolari għall-provvista tal-enerġija, għall-ilma u għall-materja prima, u għad-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol u tal-ħiliet. Barra minn hekk, il-bidliet mistennija fil-kompożizzjoni settorjali tal-ekonomija tal-Istati Membri għandhom jiġu deskritti minħabba li se jkun hemm tnaqqis f’xi industriji, oħrajn se jinħolqu jew jikbru, u oħrajn se jinbidlu. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-settur tal-enerġija nadifa. L-impatt pożittiv tat-tranżizzjoni tal-enerġija għandu jiġi vvalutat bis-sħiħ ukoll.

L-impatt ambjentali indirizzat fil-pjanijiet aġġornati għandu jirrifletti s-sejbiet tar-rapporti nazzjonali dwar il-progress fl-enerġija u fil-klima (NECPRs) (100). Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw ukoll l-interazzjonijiet attwali u futuri bejn id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa (it-tindif mit-tniġġis). Il-konnessjonijiet bejn l-ilma, l-enerġija u l-klima għandhom rwol kritiku fl-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija. Avvenimenti estremi bħal nixfiet u temperaturi għoljin joħolqu stress fuq is-sistemi tal-enerġija, li jaffettwa l-operazzjonijiet tal-impjanti tal-enerġija. Il-livelli baxxi tal-ilma qegħdin jaggravaw il-kriżi tal-enerġija tal-Ewropa, u jaffettwaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija idroelettrika u nukleari u n-navigazzjoni interna. L-Istati Membri huma mistiedna jiddeskrivu l-impatt tal-politiki u l-miżuri ppjanati fl-NECPs aġġornati dwar il-ġestjoni tal-ilma (inklużi n-nixfiet, l-għargħar u d-domanda għall-ilma) u l-ekosistemi akkwatiċi, b’mod partikolari fuq id-dimensjoni tas-sigurtà tal-enerġija. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw l-NECPs aġġornati f’konformità mad-dokumenti ta’ ppjanar rilevanti għall-ġestjoni tal-ilma, bħall-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara, il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tar-Riskju ta’ Għargħar u l-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tan-Nixfiet.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw l-NECPs aġġornati mill-qrib bl-aġġornament tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja (NAPCPs) tagħhom (101). Meta mqabbla mal-NECPs inizjali, għad hemm lok fl-aġġornament sabiex tittejjeb u tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fuq l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. Bħala parti mill-NECPRs integrati, l-Istati Membri se jirrapportaw ukoll informazzjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-impatt tal-politiki u tal-miżuri (jew gruppi ta’ politiki u miżuri) fuq il-kwalità tal-arja u fuq l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. Madankollu, valutazzjoni fl-NECPs tippermetti lill-Istati Membri jipprijoritizzaw dawk il-miżuri li jimmassimizzaw il-benefiċċji aggregati. Barra minn hekk, il-politiki u l-miżuri għandhom jkunu konsistenti mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità (102), mal-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (103), mal-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero (104) u mal-Pjan tal-Ewropa sabiex Jingħeleb il-Kanċer (105).

L-impatti ambjentali indirizzati fil-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu wkoll l-impatti tal-politiki għall-klima u l-enerġija fuq il-bijodiversità. It-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità huma interrelatati. Il-politiki għall-enerġija u l-klima jistgħu jwasslu għal sinerġiji iżda wkoll għal kompromessi mal-bijodiversità (eż. restawr tan-natura jew soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura sabiex jiżdiedu l-bjar meta mqabbla mad-deforestazzjoni jew mad-degradazzjoni tal-foresti sabiex tiġi prodotta l-bijomassa għall-enerġija). Dawn l-impatti għandhom jiġu riflessi u kkwantifikati fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati.

3.5.3   L-integrazzjoni u l-immudellar tal-kontribut tal-ekonomija ċirkolari għat-tranżizzjoni tal-klima

Fil-pjan nazzjonali aġġornat tagħhom, l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu l-politiki u l-miżuri ewlenin tagħhom dwar l-ekonomija ċirkolari li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-konsum tal-enerġija u l-użu ta’ materja prima kritika. L-ekonomija ċirkolari tnaqqas l-iskart (inkluż l-iskart organiku, is-sors tal-emissjonijiet tal-metan) u l-użu ta’ riżorsi verġni (inklużi l-enerġija u l-materja prima kritika) u b’hekk tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan joħloq impjiegi qrib il-prodotti li jeħtieġ li jinżammu, jiġu rinnovati jew kondiviżi (106). Barra minn hekk, iċ-ċirkolarità ttejjeb id-disponibbiltà tal-materja prima, u tnaqqas id-dipendenza tal-ekonomija Ewropea mill-importazzjonijiet. L-ekonomija ċirkolari toħloq ukoll impjiegi u opportunitajiet ġodda f’livelli differenti ta’ ħiliet, inkluż għal gruppi li spiss ma jkunux irrappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol bħan-nisa, il-persuni b’diżabilità u l-gruppi vulnerabbli. L-NECPs aġġornati għandhom jagħmlu referenza għal dawk l-istrateġiji, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-leġiżlazzjoni relatati mal-ekonomija ċirkolari b’impatti fuq l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-NECPs għandhom jistmaw ukoll it-tnaqqis reali u mistenni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksub bis-saħħa ta’ miżuri tal-ekonomija ċirkolari, bl-użu tal-għodod ta’ mmudellar disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-politiki u l-miżuri ewlenin dwar l-iskart u l-ilma mormi, bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan. Dawn għandhom jinkludu l-kwantifikazzjoni tal-impatt reali jew stmat ta’ tali politiki u miżuri fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jipprovdu informazzjoni dwar il-mudelli użati sabiex jiġi stmat l-impatt.

3.6    Il-finanzjament tat-tranżizzjonijiet tal-enerġija u tal-klima: It-tqabbil tal-ħtiġijiet ta’ investiment mal-finanzjament pubbliku u privat disponibbli

L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva u konsistenti lejn l-investiment pubbliku u privat meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi tal-enerġija u l-klima tagħhom fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati tagħhom. Meta jissottomettu l-pjanijiet nazzjonali fl-2020, l-Istati Membri kollha jistabbilixxu l-ħtiġijiet ta’ investiment fl-enerġija, inklużi l-analiżijiet settorjali. Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha koprew il-ħtiġijiet ta’ investiment għall-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija jew taw ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-ħtiġijiet ta’ investiment għat-tranżizzjoni tal-klima, inklużi l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-metodoloġiji u l-mudelli użati sabiex jiġu ppreżentati d-diversi ċifri spiss kienu inkonsistenti. Id-differenzi fl-approċċi u l-profondità tal-analiżi għamluha diffiċli li jitqabblu l-istimi tal-investiment fil-pjanijiet nazzjonali kollha. Dan kien ifisser li ma kienx hemm biżżejjed prevedibbiltà għall-investituri u li r-robustezza ġenerali tal-pjanijiet nazzjonali tnaqqset.

Sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali konsistenti bejn il-ħtiġijiet ta’ investiment u l-finanzjament, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsolidaw il-ħarsa ġenerali fil-livell ta’ kull individwu jew grupp ta’ politiki u miżuri. Għal kull wieħed minnhom, għandha tiġi deskritta informazzjoni dwar l-investiment li mistenni jitwassal u l-finanzjament tiegħu min-naħa pubblika (fil-livell nazzjonali u tal-UE) u min-naħa privata. Il-mudell fl-Anness XIII dwar il-Progress lejn il-finanzjament tal-NECPR jista’ jintuża bħala struttura ta’ rapportar.

3.6.1   Stima tal-ħtiġijiet ta’ investiment

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni fl-NECPs aġġornati tagħhom dwar il-volumi ta’ investiment li jistennew li jirrikjedu fir-rigward tal-politiki u tal-miżuri ppjanati (107). Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jiddeskrivu s-sorsi ta’ finanzjament sabiex jimplimentaw il-politiki u l-miżuri ewlenin ippjanati jew gruppi ta’ politiki u miżuri (ara t-Taqsima 3.6.2 hawn taħt). Għal politiki u miżuri li diġà ġew adottati u implimentati, l-Istati Membri għandhom jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-investiment inizjali stmat u meta disponibbli, l-investiment reali bl-użu, meta possibbli, ta’ informazzjoni miġbura permezz tal-NECPRs. Jekk ikun possibbli, din il-ħarsa ġenerali għandha tinqasam skont politiki u miżuri ewlenin jew gruppi ta’ politiki u miżuri. Bażi analitika tajba tgħin sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ investiment. Dawn il-ħtiġijiet jistgħu jiġu stmati b’modi differenti, bl-użu ta’ approċċi komplementari minn fuq għal isfel jew minn isfel għal fuq. Filwaqt li l-approċċi minn fuq għal isfel huma l-aktar adatti sabiex jitqabblu xenarji ta’ politika alternattivi, l-approċċi minn isfel għal fuq jgħinu sabiex jiġu segwiti l-ħtiġijiet ta’ investiment u riformi individwali.

Kaxxa 8: Prattiki tajbin sabiex jiġu deskritti l-ħtiġijiet ta’ investiment stmati

Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-Istati Membri huma partikolarment imħeġġa jinkludu l-elementi li ġejjin fl-NECPs aġġornati tagħhom:

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-istimi;

Deskrizzjoni tal-linja bażi (jiġifieri, xenarju mingħajr l-investiment addizzjonali);

Indikazzjoni ċara ta’ għal xiex jirreferu in-numri (eż. investiment kumulattiv meta mqabbel ma’ investiment addizzjonali annwali, valuri nominali meta mqabbla ma’ dawk skontati) u, possibbilment, it-tipi ta’ investiment inklużi (eż. kapital, oġġetti durabbli, spejjeż operatorji);

Diżaggregazzjoni tal-investiment tul gruppi definiti sew ta’ politiki u miżuri ewlenin, possibbilment il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u/jew tas-setturi f’konformità mar-rapportar integrat dwar il-progress;

Informazzjoni dwar il-volum ta’ investiment li mistenni jiġi skattat u li mistenni jkun meħtieġ sabiex tinkiseb kull politika u miżura (PaM), u s-sors ta’ finanzjament (pubbliku (nazzjonali, tal-UE, inkluż l-RRF) u privat — meta disponibbli).

Is-sena bażi tal-valur tal-investiment u r-rata ta’ skont relattiva.

3.6.2   Finanzjament pubbliku u privat

L-Istati Membri huma mħeġġa jiddeskrivu kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi l-finanzjament ta’ kull politika u miżura inkluża fl-NECPs aġġornati. Dan jinkludi informazzjoni dwar kif se jintużaw l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u dawk nazzjonali (108). Pereżempju, kif għandhom jintużaw il-programmi fl-ambitu tal-baġit tal-UE, bħall-RRF, id-dħul iġġenerat permezz tal-EU ETS (inkluż il-Fond għall-Modernizzazzjoni, il-Fond għall-Innovazzjoni kif ukoll id-dħul nazzjonali ġġenerat mill-irkant tal-kwoti) u riżorsi oħrajn disponibbli fil-livell nazzjonali. Peress li diversi strumenti tal-UE u nazzjonali jistgħu jikkomplementaw lil xulxin, l-Istati Membri huma mħeġġa jiddeskrivu kif ħolqu sinerġiji kosteffiċjenti u soluzzjonijiet imħallta għall-appoġġ finanzjarju pubbliku, kif jiġi evitat il-finanzjament doppju, u kif l-istrumenti pubbliċi huma mistennija jkomplu jimmobilizzaw l-investiment privat.

L-Istati Membri huma mistiedna jiddeskrivu r-rwol li għandhom il-banek għall-iżvilupp fil-finanzjament tal-investimenti fl-enerġija u fil-klima, kif ukoll fl-inklużjoni tal-kapital privat. Pereżempju, il-Bank Ewropew tal-Investiment stabbilixxa serje ta’ objettivi (kemm fl-UE kif ukoll fl-operazzjonijiet globali tiegħu) bħala l-“bank klimatiku” tal-UE: 50 % tal-operazzjonijiet tiegħu se jappoġġaw l-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali sal-2025; il-finanzjament kollu tiegħu minn tmiem l-2020 ġie allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi; u stabbilixxa mira ġenerali għall-mobilizzazzjoni ta’ mill-anqas EUR 1 triljun fi proġetti tal-klima u tal-ambjent fid-deċennju attwali.

L-NECPs aġġornati għandhom jipprovdu wkoll ħarsa ġenerali lejn kemm is-settur privat huwa mistenni li jiffinanzja l-politiki u l-miżuri ppjanati. Pereżempju, għall-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-volum mistenni ta’ investiment privat, u l-użu mill-konsumaturi ta’ prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika (self ekoloġiku, ipoteki għall-effiċjenza enerġetika).

4   Proċess iterattiv mal-Kummissjoni u t-triq ’il quddiem

Il-Kummissjoni tistenna li l-Istati Membri kollha jirrispettaw iż-żmien stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw it-tħejjija tal-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati finali minħabba ż-żieda fl-ambizzjonijiet u ż-żmien limitat li fadal qabel l-2030.

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-aġġornament tal-NECPs. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri fil-livell tekniku, sabiex tiżgura aktar skambji fil-fond u tipprovdi dettalji addizzjonali dwar aspetti speċifiċi ta’ din il-gwida. Il-Kummissjoni se torganizza gruppi ta’ ħidma rilevanti, skambji bilaterali, u se timpenja ruħha f’ambjenti settorjali u reġjonali sabiex tappoġġa kooperazzjoni tajba matul il-proċess kollu.

Lil hinn minn skambji regolari, il-Kummissjoni tuża diversi strumenti, inklużi s-Semestru Ewropew u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, kif ukoll diversi miżuri u studji ta’ appoġġ, bħal kuntratti ta’ appoġġ għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-aġġornamenti tal-NECP. Wara li l-Istati Membri jippreżentaw l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati (109), il-Kummissjoni se tivvalutahom u tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Istati Membri, kif previst fir-Regolament dwar il-Governanza.

Bħala parti mill-proċess iterattiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, din tal-aħħar se tivvaluta l-NECPs skont ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Governanza u se tqis bis-sħiħ il-gwida pprovduta f’dan id-dokument. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari dwar jekk l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti mill-Istati Membri humiex biżżejjed għall-kisba kollettiva tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi dawk fil-leġiżlazzjoni rilevanti li bħalissa qiegħda tiġi nnegozjata kif ukoll fil-valutazzjoni tal-pjanijiet individwali.

Tabella 1

Objettivi, miri u kontributi ewlenin u politiki u miżuri mressqa fil-leġiżlazzjoni, fl-istrateġiji u fil-proposti

Nota:

din it-tabella ma hijiex eżawrjenti, iżda pjuttost tiġbor fil-qosor l-elementi ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati għall-aġġornament tal-NECPs.

Inizjattiva

Referenza

Tip

Objettivi u miri

Politiki u Miżuri

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima

COM(2019) 640 final

Ir-Regolament (UE) 2021/1119

Komunikazzjoni

Leġiżlazzjoni Adottata

In-newtralità klimatika fil-livell tal-UE sal-2050.

Tiżdied il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 għal mill-anqas 50 % u lejn 55 %.

mhux applikabbli

Nixprunaw ekonomija newtrali għall-klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija

COM(2020) 299 final

Komunikazzjoni

L-ebda objettiv addizzjonali

Miżuri sabiex:

l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tintuża sabiex tibbilanċja l-grilja elettrika u tiżgura l-integrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli;

is-settur tat-tisħin u tal-elettriku jingħaqdu sabiex tiġi żgurata integrazzjoni akbar tal-enerġija rinnovabbli fit-tnejn li huma;

diversi setturi tal-użu finali, u s-settur tal-enerġija jingħaqdu, sabiex jiġi żgurat l-użu tas-sħana mormija;

jiġi żgurat l-aċċess għad-data għall-utenti tal-vetturi elettriċi.

Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima

COM(2020) 301 final

Komunikazzjoni

6 GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE sal-2024 u 40 GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli sal-2030.

mhux applikabbli

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku

COM(2020) 9600

Komunikazzjoni

L-ebda objettiv addizzjonali

Miżuri sabiex:

jitnaqqas il-faqar enerġetiku permezz tal-effiċjenza enerġetika;

jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-enerġija tal-gruppi kollha ta’ konsumaturi, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli.

Strateġija tal-UE sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima

COM(2020) 741 final

Komunikazzjoni

Kapaċità installata ta’ mill-anqas 60 GW ta’ teknoloġija eolika lil hinn mill-kosta u ta’ mill-anqas 1 GW ta’ enerġija mill-oċeani sal-2030, bil-għan li jintlaħqu 300 GW u 40 GW sal-2050,

L-Istati Membri għandhom jintegraw l-objettivi tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pjanijiet tal-ispazju marittimu nazzjonali tagħhom.

mhux applikabbli

Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima

COM(2021) 82 final

Komunikazzjoni

Soċjetà reżiljenti għall-klima, adattata bis-sħiħ għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima.

Hemm 48 impenn ta’ politika pubblika fl-istrateġija

Implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, sabiex jgħinu fit-tnaqqis tar-riskju klimatiku u tat-thedded għas-saħħa, fiż-żieda tal-protezzjoni tal-klima, u fis-salvagwardjar tal-aċċess għall-ilma ħelu.

Pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfiet, miżuri sabiex tiżdied il-kapaċità taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija u l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma.

“Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi Triqitna lejn in-Newtralità Klimatika

COM(2021) 550 final

Komunikazzjoni

mhux applikabbli (l-objettivi jinsabu fi proposti ta’ akkumpanjament)

mhux applikabbli (il-miżuri jinsabu fi proposti ta’ akkumpanjament)

Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (110)

COM(2021) 558 final

Proposta leġiżlattiva

Mira fil-livell tal-UE ta’ 9 % għall-effiċjenza enerġetika fl-2030 u l-kontributi riveduti tal-Istati Membri għal din il-mira.

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija – sottomira għall-iffrankar tal-enerġija li ġej mill-faqar enerġetiku u mill-akkomodazzjoni soċjali affordabbli.

Mira li jitnaqqas il-konsum finali totali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha.

Rekwiżit għar-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku kollu għal livelli ta’ bini b’emissjonijiet kważi żero.

Miżuri li jirriflettu l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”.

Miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli għall-akkwist pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Lista ta’ korpi pubbliċi li jridu jikkontribwixxu għall-mira tat-tnaqqis tal-konsum finali totali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi.

Miżuri sabiex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija.

Miżuri dwar is-setturi tat-trasformazzjoni, tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali.

Miżuri għall-promozzjoni tal-awditi tal-enerġija u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija.

Valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u tat-tkessiħ (għandha tkun applikabbli għall-NECP 2024 finali).

Miżuri li jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali.

Miżuri li jħeġġu lill-korpi pubbliċi jużaw l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija għar-rinnovazzjoni ta’ bini kbir.

Miżuri għall-promozzjoni tas-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku.

Ċertifikazzjoni u/jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti għall-professjonijiet fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika.

Il-finanzjament ta’ programmi u ta’ skemi tal-effiċjenza enerġetika.

Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (ewlenija)[1]

COM(2021) 557 final

Proposta leġiżlattiva

Il-mira riveduta ’l fuq fil-livell tal-UE ta’ 40 % għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (RES) fl-2030 u l-kontributi riveduti tal-Istati Membri għal din il-mira.

Il-mira riveduta ’l fuq tal-intensità u tat-tnaqqis tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport.

Is-sottomira riveduta ’l fuq għall-bijofjuwils avvanzati għall-2025 u għall-2030.

Is-sottomiri l-ġodda għall-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fit-trasport.

Iż-żieda annwali l-ġdida fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ, inkluża parti vinkolanti taż-żieda u r-rati ta’ żieda volontarja tal-Istati Membri.

Iż-żieda annwali indikattiva riveduta ’l fuq fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali

Il-parametri referenzjarji indikattivi l-ġodda għas-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini nazzjonali fl-2030.

Iż-żieda annwali indikattiva l-ġdida tas-sehem tal-RES fl-industrija għall-2021 sal-2030.

Il-mira l-ġdida tal-RFNBO fl-industrija għall-2030 u għall-2035.

Proġetti konġunti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (l-Artikolu 9).

Skemi ta’ ċertifikazzjoni għad-disinjaturi u għall-installaturi tal-RES (l-Artikolu 18).

Miżuri dwar l-integrazzjoni tas-sistema (l-Artikolu 20 u 20a).

Miżuri sabiex tinkiseb iż-żieda medja annwali fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ f’konformità mal-Artikolu 24(1) u (2), u l-miżuri applikati mil-lista skont l-Artikolu 23(4).

Valutazzjoni tal-potenzjal nazzjonali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (l-Artikolu 23(1a)).

Miżuri sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ distrettwali.

Miżuri sabiex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tkessiħ u fit-tkessiħ distrettwali.

Qafas li jippermetti l-integrazzjoni tas-settur bejn in-networks tal-enerġija.

Il-mekkaniżmu ta’ kreditu taħt l-obbligu tat-trasport (l-Artikolu 25).

Miżuri relatati mal-kriterji ta’ sostenibbiltà, inkluż dwar żoni no-go għall-bijomassa tal-foresti.

Miżuri li jiżguraw il-prinċipju kaskata tal-bijomassa.

Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija

COM(2021) 805 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

Pjanijiet ta’ mitigazzjoni tal-metan u kejl ta’ minjieri tal-metan abbandunati u bjar inattivi.

Mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri

COM(2021) 564 final

Proposta leġiżlattiva

L-indirizzar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati f’merkanzija speċifika, meta tiġi importata fit-territorju doganali tal-UE sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Mhux applikabbli

Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija

COM(2021) 563 final

Proposta leġiżlattiva

Jiġi żgurat li regoli ċari ta’ tassazzjoni għall-prodotti tal-enerġija u l-elettriku jkomplu jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata li t-tassazzjoni tirrifletti aħjar l-impatt li għandhom fuq l-ambjent u fuq is-saħħa

Miżuri sabiex tiġi imposta tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku f’konformità mad-Direttiva.

L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (111)

COM(2021) 561 final

Proposta leġiżlattiva

Il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għandhom mandat sabiex jammontaw għal 2 % tal-fjuwil tal-avjazzjoni fl-2025, 5 % fl-2030, u 63 % fl-2050.

mhux applikabbli

L-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu (FuelEU Maritime) (111)

COM(2021) 562 final

Proposta leġiżlattiva

Limitu fuq l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord bastiment.

L-obbligu li tintuża l-provvista tal-enerġija fuq l-art jew teknoloġija b’emissjonijiet żero fil-portijiet.

mhux applikabbli

Varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi (111)  (112)

COM(2021) 559 final

Proposta leġiżlattiva

Miri nazzjonali għall-varar ta’ infrastruttura suffiċjenti ta’ fjuwils alternattivi fl-Unjoni, għall-vetturi tat-triq, għall-bastimenti u għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji.

mhux applikabbli

Sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS) (ewlenija) – inklużi dawk marittimi, tal-bini u tat-trasport

COM(2021) 551 final

Proposta leġiżlattiva

Il-kontribut tas-setturi koperti mill-EU ETS ta’ -61 % fl-2030 meta mqabbla mal-2005.

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 43 % fl-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

L-ipprezzar tal-karbonju u l-għoti ta’ finanzjament għall-klima permezz ta’ dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti, il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Fond għall-Innovazzjoni, flimkien mar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) bħala għodda sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq tal-karbonju.

ETS Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq

COM(2021) 571 final

Proposta leġiżlattiva

Iż-żamma tal-parametri attwali tal-MSR wara l-2023 sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tas-suq: rata ta’ dħul ta’ 24 % u ammont minimu ta’ 200 miljun kwota li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva.

mhux applikabbli

Avjazzjoni ETS

COM(2021) 552 final

Proposta leġiżlattiva

Jiġu eliminati gradwalment il-kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas għall-avjazzjoni kollha fl-2027, u tiġi kkonsolidata l-kwantità totali tal-kwoti tal-avjazzjoni fil-livelli attwali bl-applikazzjoni tal-fattur ta’ tnaqqis lineari tal-ETS.

mhux applikabbli

ETS fir-rigward tan-notifika dwar il-CORSIA

COM(2021) 567 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-Fond Soċjali għall-Klima

COM(2021) 568 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

Pjan nazzjonali għall-klima soċjali.

Miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bini.

Miżuri sabiex tiżdied id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini.

Miżuri li jagħtu aċċess imtejjeb għal mobilità u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Ir-Regolament (UE) 2021/1056

Leġiżlazzjoni Adottata

mhux applikabbli

Attivitajiet appoġġati skont l-Artikolu 8.

Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

COM(2021) 555 final

Proposta leġiżlattiva

Żieda fil-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 fis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi għal 40 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005, u l-qsim tal-miri tal-UE f’allokazzjonijiet nazzjonali vinkolanti.

mhux applikabbli

Reviżjoni tar-Regolament dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija

COM(2021) 554 final

Proposta leġiżlattiva

Żieda fil-mira tal-UE għall-assorbimenti tal-karbonju sal-2030 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija għal 310 Mt u miri vinkolanti nazzjonali għall-2026 sal-2030.

Għan għan-newtralità klimatika għall-2035 fis-settur tal-art.

Pjanijiet ta’ mitigazzjoni integrati għas-settur tal-art.

Rabta mar-restawr tal-bijodiversità u tan-natura.

CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet

COM(2021) 556 final

Proposta leġiżlattiva

Karozzi tal-passiġġieri: il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2030 tilħaq tnaqqis ta’ 37,5 % tal-mira fl-2021. il-mira għall-2035 hija tnaqqis ta’ 100 %.

Vetturi kummerċjali: il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2030 tilħaq tnaqqis ta’ 31 % tal-mira fl-2021. il-mira għall-2035 hija tnaqqis ta’ 100 %.

mhux applikabbli

Id-Direttiva riformulata dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija

COM(2021) 802 final

Proposta leġiżlattiva

Miri stabbiliti fil-livell nazzjonali sabiex jiġi żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u sabiex il-bini eżistenti jinbidel f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.

Standards minimi ġodda tar-rendiment tal-enerġija.

Aġġornament tad-definizzjoni ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija għal bini ġdid u eżistenti.

Pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini.

Miżuri dwar l-appoġġ għall-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija (l-Artikolu 9(3)).

Idroġenu/gass

Reviżjoni tar-Regolament

COM(2021) 804 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

Miżuri preventivi u ta’ emerġenza għas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

Miżuri relatati maċ-ċibersigurtà.

Idroġenu/gass

Reviżjoni tad-Direttiva

COM(2021) 803 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

Miżuri li jippermettu suq tal-idroġenu, b’mod partikolari l-infrastruttura.

Miżuri dwar id-dritt tal-konsumaturi għall-idroġenu.

Rakkomandazzjoni

dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika

2022/C 243/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija newtrali għall-klima u ambjentalment sostenibbli sal-2050 tkun ġusta u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

Pakketti ta’ politika komprensivi u konsistenti dwar:

a)

appoġġ attiv għal impjiegi ta’ kwalità;

b)

edukazzjoni, taħriġ u apprendiment tul il-ħajja;

c)

sistemi ta’ benefiċċji tat-taxxa ġusti u protezzjoni soċjali;

d)

aċċess għal servizzi/akkomodazzjoni essenzjali.

Sigurtà tal-provvista u prezzijiet affordabbli tal-enerġija: Għażliet għal miżuri immedjati u tħejjija għax-xitwa li jmiss

COM(2022) 138 final

Komunikazzjoni

mhux applikabbli

Kumpens finanzjarju fis-suq bl-imnut u bl-ingrossa bħall-appoġġ għall-introjtu, tassazzjoni mnaqqsa, il-mudell ta’ aggregazzjoni.

Prezz fiss għall-ġeneraturi.

Obbligi tal-livell tal-ħżin tal-gass

Ir-Regolament (UE) 2022/1032

Regolament

Livell minimu ta’ ħżin tal-gass ta’ 80 % sal-1 ta’ Novembru 2022, li jiżdied għal 90 % fis-snin ta’ wara.

Objettivi nazzjonali sabiex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistemi tal-enerġija, inkluż il-ħżin tal-enerġija.

Miżuri li jiżguraw li t-trajettorji u l-miri tal-mili jintlaħqu fis-snin ta’ wara, u jiżguraw il-mili ta’ ħażniet taħt l-art.

Stabbiliment ta’ miżuri għall-koordinazzjoni mal-Istati Membri.

Il-Pjan REPowerEU

COM(2022) 230 final

Komunikazzjoni

Objettivi nazzjonali għall-eliminazzjoni gradwali tal-gass Russu.

Objettivi nazzjonali dwar id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u l-provvista minn pajjiżi mhux tal-UE.

Objettivi nazzjonali sabiex jiġu ssostitwiti l-fjuwils fossili Russi billi jintużaw sorsi tal-enerġija domestiċi, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli u l-gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Miri għall-produzzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli, b’mod partikolari billi jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-produzzjoni tal-metan għal 35 bcm sal-2030.

Miri għall-produzzjoni tal-idroġenu.

Reviżjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u tal-pjanijiet ta’ emerġenza.

Id-diversifikazzjoni tar-rotot tal-provvista tal-gass u taż-żejt.

Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tat-tisħin.

Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri.

Miżuri sabiex titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjoni mas-sħab internazzjonali.

Politiki u miżuri li jwasslu għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal bidla minn fjuwils fossili għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’mod partikolari l-bijometan sostenibbli, u l-idroġenu rinnovabbli.

“Save Energy” tal-UE

COM(2022) 240 final

Komunikazzjoni

mhux applikabbli

Miżuri dwar it-tnaqqis tad-domanda fuq perjodu ta’ żmien qasir.

Miżuri sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika kif elenkati fit-Taqsima 3.2 tal-Komunikazzjoni.

Miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fit-trasport u tiġi mħeġġa l-bidla għal inizjattivi rinnovabbli effiċjenti.

Miżuri ta’ finanzjament sabiex jakkumpanjaw tali investiment.

L-Istrateġija tal-UE dwar l-Enerġija Solari

COM(2022) 221 final

Komunikazzjoni

Il-kapaċità fotovoltajka solari tal-UE ta’ kważi 600 GW sal-2030.

L-objettivi nazzjonali sabiex tiġi stabbilita komunità tal-enerġija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli f’kull muniċipalità b’popolazzjoni ta’ aktar minn 10 000 persuna.

Miżuri sabiex jiġi permess awtokonsum effettiv f’bini b’diversi appartamenti (l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli II).

Miżuri sabiex jiġi żgurat li l-unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija u l-konsumaturi vulnerabbli jkollhom aċċess għall-enerġija solari.

Il-qafas tal-investimenti u l-azzjoni sabiex jiġu aċċellerati l-investimenti solari flimkien mar-rinnovazzjonijiet, mal-ħżin u mal-pompi tas-sħana.

Miżuri sabiex jiġu eliminati l-ostakli amministrattivi għal estensjonijiet kosteffettivi tas-sistemi diġà installati.

Miżuri sabiex jiġu appoġġati l-fotovoltajċi integrati fil-bini għal bini ġdid u għal rinnovazzjonijiet.

Miżuri sabiex jiġu vvalutati u mneħħija l-ostakli mhux iġġustifikati għall-iżvilupp tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u taċ-ċittadin.

Miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli għal forom innovattivi ta’ varar tal-enerġija solari.

Impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f’dinja li qiegħda tinbidel

JOIN/2022/23 final

Komunikazzjoni

mhux applikabbli

Miżuri sabiex l-UE titħejja għall-kummerċ tal-idroġenu rinnovabbli, filwaqt li tingħata prijorità lill-ħtiġijiet tal-enerġija u tal-ilma tal-popolazzjonijiet lokali.

Miżuri sabiex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà u l-aċċess għall-finanzjament għal investimenti fl-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija.

Emendi għad-Direttivi dwar l-Enerġija Rinnovabbli, ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u l-Effiċjenza Enerġetika

COM(2022) 222 final

Proposta leġiżlattiva

Il-mira riveduta ’l fuq fil-livell tal-UE ta’ 45 % għall-RES fl-2030.

Mira fil-livell tal-UE ta’ 13 % għall-effiċjenza enerġetika fl-2030 u l-kontributi riveduti tal-Istati Membri għal din il-mira.

Objettivi nazzjonali dwar id-determinazzjoni ta’ “żoni go to”.

L-immappjar tal-oqsma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-kontributi nazzjonali lejn il-mira tal-UE għall-enerġija rinnovabbli għall-2030.

Miżuri dwar l-enerġija rinnovabbli jmorru f’żoni.

Miżuri għall-konformità mal-limiti ta’ żmien għall-għoti ta’ permessi.

Miżuri sabiex jiġi limitat it-tul ta’ żmien sabiex jiġu permessi installazzjonijiet solari fuq il-bejt (reviżjoni tal-REDII).

Miżuri sabiex jiġi żgurat li l-bini l-ġdid kollu jkun “lest sabiex jilqa’ l-enerġija solari”, u sabiex l-enerġija solari ssir obbligatorja għal kategoriji ta’ bini (reviżjoni tal-EPBD).

Rakkomandazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u l-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija

C(2022) 3219 final

Rakkomandazzjoni

L-objettivi u l-miri nazzjonali għat-titjib tal-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid tal-persunal sabiex titnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet tal-persunal li jaħdem fuq il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u l-valutazzjonijiet ambjentali.

Trajettorji fit-tul għall-espansjoni ppjanata għall-enerġija rinnovabbli.

Miżuri sabiex:

jitħaffu u jiġu ssimplifikati l-proċessi għall-għoti ta’ permessi;

jiġu ssimplifikati r-reġimi għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

tiġi ssimplifikata l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u jitfassal punt uniku ta’ servizz;

jiġu introdotti proċeduri diġitalizzati;

jiġu ssimplifikati l-proċeduri ambjentali;

jiġi ssimplifikat ir-repowering tal-enerġija rinnovabbli eżistenti;

jiġu inkoraġġuti proġetti innovattivi;

jiġu ffaċilitati l-ftehimiet korporattivi dwar ix-xiri tal-enerġija.

Gwida dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u l-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija

SWD(2022) 149

Gwida

L-istess bħar-Rakkomandazzjoni dwar l-għoti ta’ permessi.

L-istess bħar-Rakkomandazzjoni dwar l-għoti ta’ permessi.

Emenda għall-RRF (kapitoli tar-REPowerEU)

COM(2022) 231 final

Proposta leġiżlattiva

mhux applikabbli

Il-kapitolu tar-REPowerEU għandu jiġi inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Gwida dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest tar-REPowerEU

C(2022) 3300 final

Avviż tal-Kummissjoni

mhux applikabbli

Miżuri ġodda li jikkontribwixxu għall-objettivi tar-REPowerEU (lista ta’ investimenti u riformi possibbli pprovduti fl-avviż).

Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura

COM(2022) 360 final

Komunikazzjoni

Objettivi nazzjonali sabiex jinkiseb il-pjan ta’ tnaqqis tad-domanda għall-gass ta’ 15 %.

Miżuri sabiex jitnaqqsu t-tisħin u t-tkessiħ fil-bini.

Miżuri sabiex jiġi ffrankat il-gass fil-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana.

Miżuri sabiex jiġi mħeġġeġ il-bdil tal-fjuwil fl-industrija.

Miżuri koordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass

Ir-Regolament (UE) 2022/1369

Regolament

Tnaqqis fil-konsum nazzjonali tal-gass mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023 b’mill-anqas 15 % meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Marzu fil-5 snin konsekuttivi.

mhux applikabbli

Intervent ta’ emerġenza sabiex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija

COM(2022) 473 final

Proposta leġiżlattiva

It-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku b’10 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ referenza.

It-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku fil-ħinijiet l-aktar intensivi b’5 %.

Miżuri sabiex jitħaffef l-użu tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari mill-SMEs.

Id-diġitalizzazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sistema tal-Enerġija

COM(2022) 552 final

Komunikazzjoni

mhux applikabbli

Miżuri sabiex:

jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f’soluzzjonijiet diġitali għall-enerġija, inklużi n-negozji li qegħdin jespandu;

jiżdied l-investimenti fl-iżvilupp, fil-varar, fl-ittestjar u fil-pilotaġġ, u fl-adozzjoni mis-suq ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-enerġija;

jiżdied l-investiment fl-intelliġenza tal-grilja tal-elettriku;

jiġu promossi l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-ippjanar tal-infrastruttura diġitali, pereżempju billi s-sħana mormija terġa’ tintuża miċ-ċentri tad-data

jiġu esplorati l-għażliet kollha tan-networks pubbliċi (b’mod partikolari l-bażijiet 5G) u tal-meded tal-ispettru għas-soluzzjonijiet tal-grilja tal-enerġija li jirrikjedu konnettività madwar l-Ewropa

tingħata s-setgħa lill-konsumaturi, jiżdiedu l-ħiliet diġitali, u jiġu offruti servizzi tal-enerġija intelliġenti;

tiġi indirizzata l-impronta tal-karbonju tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-atturi tal-enerġija u dawk diġitali u jinħolqu sinerġiji bejn l-aġendi tal-enerġija u dawk diġitali.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament dwar il-Governanza) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”: Nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika, COM(2021) 550 final; Il-Pakkett dwar l-Idroġenu u l-Gass Dekarbonizzat COM(2021) 803 u COM(2021) 804.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan REPowerEU, it-18 ta’ Mejju 2022, COM(2022) 230 final.

(5)  Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni “Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura” COM(2022) 360 final u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261 I, 7.10.2022, p. 1).

(7)  Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill Li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntieri tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet, COM(2022) 549 final.

(8)  Ara l-Artikolu 14 u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 u l-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza.

(9)  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

(10)  Stakeholder workshop on updates of national energy and climate plans | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).

(11)  Il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar il-Governanza huma relatati mill-qrib u jsaħħu lil xulxin: is-sigurtà tal-enerġija, is-suq intern tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni u r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

(12)  . Ara t-Taqsima 3.4.

(13)  Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar il-Governanza, il-Kummissjoni se tivvaluta l-abbozz tal-NECPs aġġornat mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-pjanijiet finali.

(14)  L-Artikolu 2(11) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(15)  Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija, COM(2020) 2999 final.

(16)  Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima, COM(2020) 301.

(17)  Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima, COM(2020) 741.

(18)  L-enerġija solari għar-rienerġizzazzjoni tal-Ewropa, COM(2022) 221.

(19)  Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.

(20)  Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM(2021) 800.

(21)  Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija – Pjan ta’ azzjoni tal-UE COM(2022) 552.

(22)  Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021) 400.

(23)  Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380.

(24)  L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030, COM(2021) 572.

(25)  Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, COM(2020) 789 final.

(26)  Ir-Regolament (UE) 2022/1032.

(27)  Id-Deċiżjoni 1/CMA.3.

(28)  Ir-Regolament (UE) 2022/1032.

(29)  Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).

(30)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/564 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 14).

(31)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura” COM(2022) 360 final.

(32)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 1).

(33)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261 I, 7.10.2022, p. 1).

(34)  Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, tal-iskambji transfruntiera tal-gass u parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet, COM(2022) 549 final.

(35)  Impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f’dinja li qed tinbidel, JOIN(2022) 23 final.

(36)  Il-Global Gateway, JOIN(2021) 30 final.

(37)  L-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(38)  Ara l-Anness 8 tar-Rapporti tal-Pajjiżi tas-Semestru tal-2022.

(39)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).

(40)  L-UE għandha disa’ reġjuni ultraperiferiċi li jinsabu fil-Punent tal-Oċean Atlantiku, fil-baċir tal-Karibew, fil-foresta tal-Amażonja u fl-Oċean Indjan. B’kollox, fihom jgħixu 4,8 miljun ċittadin. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma gżejjer, arċipelagi u territorju tal-art wieħed (il-Guyana Franċiża) u mhumiex parti mill-grilja kontinentali Ewropea. Skont l-Artikolu 5(1)(e)(iv) tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri għandhom iqisu r-restrizzjonijiet ġeografiċi, ambjentali u naturali, inklużi dawk ta’ żoni u reġjuni mhux interkonnessi fl-istabbiliment ta’ miri għall-enerġija rinnovabbli.

(41)  https://pact-for-skills.ec.europa.eu/index_en.

(42)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kontijiet individwali tal-apprendiment.

(43)  Ara wkoll ir-Rapport tal-JRC, Czako V. Skills for the clean energy transition, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022, JRC129676.

(44)  L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament Finanzjarju.

(45)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku (ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.).

(46)  L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(47)  Implementing the Repower EU Action Plan: investment needs, hydrogen accelerator and achieving the bio-methane targets, SWD(2022) 230 final, p. 35.

(48)  Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika, COM(2022) 222 final.

(49)  L-Istrateġija tal-UE għall-Enerġija Solari COM(2022) 221 final, Gwida għall-Istati Membri dwar prattiki tajbin biex jitħaffu l-proċeduri tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti tal-Enerġija Rinnovabbli u dwar l-iffaċilitar tal-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija SWD(2022) 0149 final.

(50)  L-Artikolu 2(18) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(51)  Il-Komunikazzjoni dwar il-mewġa ta’ rinnovazzjoni, COM 2020 662 final.

(52)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Save Energy” tal-UE, COM(2022) 240 final.

(53)  Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija – Pjan ta’ azzjoni tal-UE, COM(2022) 552.

(54)  Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 “Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali”, COM(2021) 574 final.

(55)  Pereżempju, fis-Summit tan-NU dwar il-Klima, is-Summit Globali dwar l-Adattament u COPs differenti tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta’ Pariġi.

(56)  Skont l-Artikolu 5 tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-politiki dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima jkunu koerenti, jappoġġaw b’mod reċiproku u jipprovdu kobenefiċċji għall-politiki settorjali, u jaħdmu lejn integrazzjoni aħjar tal-adattament għat-tibdil fil-klima b’mod konsistenti fl-oqsma kollha ta’ politika.

(57)  L-Artikolu 4(a)(1)(iii) u l-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza.

(58)  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura, COM(2022) 304 final.

(59)  L-Istrateġija tal-UE dwar il-Metan, COM(2020) 663 final.

(60)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

(61)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(62)  Bħall-Politika Agrikola Komuni, id-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’Landfills u r-reviżjonijiet proposti kif ukoll ippjanati tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

(63)  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942, COM(2021) 805 final.

(64)  Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima Immexxu ’l quddiem it-tranżizzjoni ekoloġika u nippromwovu l-irkupru ekonomiku permezz ta’ ppjanar integrat tal-enerġija u tal-klima.

(65)  Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).

(66)  Adaptation to Climate Change, Restore our Ocean and Waters, Climate-Neutral and Smart Cities, A Soil Deal for Europe.

(67)  L-Artikolu 13 tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

(68)  Ningħaqdu flimkien biex inwettqu l-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika – Nistabbilixxu l-pedamenti għal tranżizzjoni b’suċċess lejn l-enerġija nadifa, COM(2019) 285. Ara wkoll Economidou, M., Ringel, M., Valentova, M., Zancanella, P., Tsemekidi Tzeiranak, S., Zangheri, P., Paci, D., Ribeiro Serrenho, T., Palermo, V. u Bertoldi, P., National Energy and Climate Plans for 2021-2030 under the EU Energy Union, EUR 30487 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020, ISBN 978-92-76-27013-3, doi:10.2760/678371, JRC122862.

(69)  National energy and climate plans | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).

(70)  Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima – Immexxu ’l quddiem it-tranżizzjoni ekoloġika u nippromwovu l-irkupru ekonomiku permezz ta’ ppjanar integrat tal-enerġija u tal-klima, COM(2020)564.

(71)  Skont l-Artikoli 17 sa 25 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(72)  Aarhus (europa.eu).

(73)  L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

(74)  L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

(75)  Il-proġett NECPlatform iffinanzjat fl-ambitu tal-Programm LIFE għandu l-għan li jappoġġa sitt Stati Membri tal-UE (il-Bulgarija, il-Kroazja, Franza, l-Italja, il-Portugall u r-Rumanija) fl-istabbiliment u fil-ġestjoni ta’ Pjattaformi permanenti ta’ djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija (CED), li jgħinuhom jikkonformaw mal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Governanza billi jrawmu l-integrazzjoni vertikali u orizzontali tal-politiki għall-enerġija u l-klima, aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: Funding & tenders (europa.eu).

(76)  EU Energy Platform (europa.eu).

(77)  L-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(78)  Għal ħarsa ġenerali lejn l-għodod u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta, ara l-Anness 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, SWD(2021) 452 final.

(79)  Stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(80)  Madwar 40 % tal-allokazzjonijiet tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRP) huma relatati ma’ miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u diversi RRPs jaqbżu b’marġni sostanzjali l-limitu ta’ finanzjament għall-klima ta’ 37 % stabbilit fir-Regolament. In-nefqa totali fuq il-klima fis-26 pjan adottati sal-5 ta’ Ottubru 2022 tammonta għal EUR 199,9 biljun. Barra minn hekk, il-pjanijiet jinkludu EUR 18,4-il biljun ta’ nefqa addizzjonali fuq l-ambjent, fejn l-ammont totali tan-nefqa indikat bħala li jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi jew ambjentali jitla’ għal EUR 218,2-il biljun jew 44,1 % tal-allokazzjoni totali.

(81)  COM(2021) 1054 final.

(82)  Imħabbar bħala parti mill-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-14 ta’ Jannar 2020.

(83)  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, COM(2021) 568.

(84)  Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku (UE) 2021/2115, l-Artikolu 120.

(85)  Webinar on the evaluation of agricultural greenhouse gas policies and measures, July 2022, ara https://www.eionet.europa.eu/etcs/etc-cm/products/webinars-and-workshops/2021-webinar-on-the-evsaluation-of-agricultural-greenhouse-gas-policies-and-measures

(86)  Fl-2014 sal-2020, dan kien is-sors ewlieni ta’ finanzjament tal-UE għall-investimenti fil-klima u l-enerġija, bi kważi EUR 70 miljun investiti. Cohesion policy supporting the Energy Union, European Structural and Investment Funds (europa.eu).

(87)  L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(88)  F’konformità mat-Taqsima B tal-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza.

(89)  L-Anness I, it-Taqsima B.4.2.1.ii. tar-Regolament dwar il-Governanza.

(90)  L-Anness I, it-Taqsima B.5 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(91)  Mill-anqas sa 10 snin wara l-perjodu kopert mill-pjan.

(92)  L-Anness I, it-Taqsima B, 5.1.i. tar-Regolament dwar il-Governanza.

(93)  L-Artikolu 8(2)(e) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(94)  National energy and climate plans | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).

(95)  L-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(96)  L-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(97)  Ara l-Komunikazzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Distribuzzjonali, COM(2022) 494 final.

(98)  L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament Finanzjarju.

(99)  Ara pereżempju l-proġetti GD-AMEDI u AMEDI+, immexxija b’mod konġunt mid-DĠ EMPL u mid-DĠ JRC. Ir-riżultati ewlenin taż-żewġ proġetti se jiġu ppreżentati u se jsiru aċċessibbli fuq sit web ta’ proġett konġunt.

(100)  L-Artikolu 14(4) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(101)  Dan l-aġġornament se jkun dovut fl-2023 għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, jiġifieri 4 snin wara l-adozzjoni tal-ewwel NAPCP, f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi.

(102)  COM(2020) 380 final.

(103)  COM(2020) 98 final.

(104)  COM(2021) 400 final.

(105)  https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/non_communicable_diseases/docs/eu_cancer-plan_mt.pdf

(106)  Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, COM(2020) 98.

(107)  L-Anness I, it-Taqsima.5.3.(i) tar-Regolament dwar il-Governanza.

(108)  L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2022, COM(2022) 547, fih lista ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE disponibbli.

(109)  L-Artikolu 31 tar-Regolament dwar il-Governanza.

(110)  COM(2022) 222 final (ara x’imkien ieħor fit-tabella) ipproponiet li żżid aktar xi wħud mill-miri f’din il-proposta.

(111)  Proposta b’bażi legali differenti mir-Regolament dwar il-Governanza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn l-NECP u l-objettivi/il-miri, u l-politiki u l-miżuri sabiex dawn jintlaħqu, kif meħtieġ skont din il-proposta. L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu politiki u miżuri relatati ma’ din il-proposta fl-NECP jekk ikollhom karatteristiċi klimatiċi u tal-enerġija importanti.

(112)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn l-NECP u l-qafas ta’ politika nazzjonali f’dan ir-Regolament propost.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

29.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 495/56


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali

(2022/C 495/03)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:

1.

L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ # 3 fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, intitolat “Soċjetajiet inklużivi”, għandu l-għan li “jiġu pprovduti aktar spazji, opportunitajiet, riżorsi u programmi li jrawmu d-djalogu (1) u l-koeżjoni soċjali, u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni” u l-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ # 4 intitolat “Informazzjoni u djalogu kostruttiv” għandu l-għan li jiżgura li ż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fi djalogu parteċipattiv u kostruttiv.

2.

Filwaqt li tibni fuq il-possibbiltajiet eżistenti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) tirrikonoxxi l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa u jiġu onorati, appoġġati u involuti biex jiġi żgurat li l-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom jitqiesu kif xieraq f’azzjonijiet politiċi fl-oqsma ta’ politika kollha (2). Id-dimensjoni interġenerazzjonali tal-politiki dwar iż-żgħażagħ turi li hija kruċjali għall-ksib tal-objettivi tas-Sena u għall-iżgurar tal-wirt tagħha b’mod soċjalment koeżiv.

3.

Il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha, fost affarijiet oħra, il-potenzjal li tgħin biex jiġu involuti ż-żgħażagħ bi sfondi u kondizzjonijiet tal-għajxien differenti, inkluż dawk b’inqas opportunitajiet, f’tipi differenti ta’ proġetti u attivitajiet interġenerazzjonali u tista’ sservi bħala strument siewi għall-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ekwità interġenerazzjonali kif ukoll għall-bini ta’ relazzjonijiet pożittivi bejn persuni ta’ ġenerazzjonijiet differenti.

4.

Il-Kunsilli taż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-istrutturi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, in-networks taż-żgħażagħ u l-gruppi mhux formali taż-żgħażagħ jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tad-djalogu, l-ekwità u s-solidarjetà interġenerazzjonali. Bl-għarfien espert (3) u l-kompetenza tagħhom dwar iż-żgħażagħ huma joħolqu spazju għall-esperimentazzjoni u jistgħu jikkontribwixxu għall-iskoperta ta’ soluzzjonijiet innovattivi u modi ta’ kollaborazzjoni interġenerazzjonali.

5.

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna - li kkawżat influss bla preċedent ta’ refuġjati Ukreni fl-Ewropa fl-2022 - urew li l-voluntiera ta’ kull età huma importanti għas-soċjetajiet fil-promozzjoni tar-reżiljenza tas-soċjetà fil-konfront ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Il-volontarjat taż-żgħażagħ fl-Istati Membri matul il-pandemija u l-influss ta’ refuġjati wrew il-potenzjal tagħhom li jippromwovu s-solidarjetà interġenerazzjonali u joħolqu rabtiet interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u gruppi ta’ età oħra (4).

6.

Il-volontarjat interġenerazzjonali jlaqqa’ flimkien iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età f’attivitajiet, programmi u proġetti bi skop u ta’ benefiċċju reċiproku li jippromwovu solidarjetà, fehim aktar profond u rispett bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħin biex jinbnew komunitajiet aktar koeżivi.

7.

Id-distakk diġitali juri inugwaljanza li ilha teżisti fl-iżvilupp tal-ħiliet u fl-għoti ta’ aċċess għal teknoloġiji ġodda. Il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-Tixjiħ tagħraf li “l-investiment fil-ħiliet diġitali, l-iżvilupp tal-komunità u l-koeżjoni interġenerazzjonali jistgħu jipprevjenu d-deterjorament tas-saħħa u l-benessri mentali u jnaqqsu l-inugwaljanzi” (5). Il-kondiviżjoni tal-ħiliet u l-għarfien diġitali hija qasam fejn iż-żgħażagħ jista’ jkollhom rwol ewlieni u jistgħu jgħinu biex jinħoloq sens aktar b’saħħtu ta’ konnessjoni interġenerazzjonali ma’ persuni akbar minnhom (6).

8.

Il-programmi u l-inizjattivi tal-UE bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, kif ukoll il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), inkluż ALMA (Aspira, Tgħallem, Aħkem, Ikseb) taħt il-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (NextGenerationEU), għandhom il-potenzjal li jkunu strumenti siewja għall-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali u l-inkoraġġiment tas-solidarjetà interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Proġetti bbażati fuq attivitajiet ta’ volontarjat u solidarjetà huma prova ħajja tal-impenn taż-żgħażagħ li jkunu involuti b’mod attiv fi djalogu interġenerazzjonali u s-solidarjetà, fost affarijiet oħra.

9.

Il-promozzjoni tal-ekwità interġenerazzjonali permezz ta’ politiki relatati maż-żgħażagħ (7) fil-livelli kollha hija rilevanti ħafna, speċjalment f’żoni rurali, remoti, periferiċi u inqas żviluppati u fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-proporzjon dejjem jiċkien ta’ ġenerazzjonijiet iżgħar fi Stati Membri differenti (8) u l-“eżodu ta’ mħuħ” jirrappreżentaw sfida serja għal ħafna minn dawn il-komunitajiet, fejn huwa kruċjali li tingħata prijorità ogħla lill-ekwità interġenerazzjonali billi jiġu fformulati politiki ta’ appoġġ relatati maż-żgħażagħ (9) biex tiġi żgurata l-koeżjoni.

10.

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri (10) jeħtieġ li tiġi żgurata meta tiġi ffaċilitata dimensjoni interġenerazzjonali fil-politiki relatati maż-żgħażagħ u meta tiġi pprovduta ħidma fost iż-żgħażagħ. Dan jeħtieġ sforzi mhux biss mill-gvernijiet, iżda wkoll mis-soċjetà ċivili inkluż l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-media u s-settur privat.

11.

Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala l-akbar mekkaniżmu parteċipattiv għaż-żgħażagħ fl-UE u s-sistema ta’ ġestjoni konġunta tal-Kunsill tal-Ewropa jipprovdu spazji għall-kunċettwalizzazzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali bħala proċess li fih persuni ta’ etajiet differenti jkollhom spazju għal riflessjoni u koproduzzjoni komuni. Matul il-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ fi Praga fil-11-13 ta’ Lulju 2022, iż-żgħażagħ esprimew il-fehma li d-djalogu interġenerazzjonali ma għandux jissostitwixxi djalogu dirett taż-żgħażagħ ma’ dawk li jfasslu l-politika, iżda għandu jsir flimkien miegħu.

IQISU LI:

12.

Huwa importanti li jiġi promoss id-djalogu kemm fost iż-żgħażagħ kif ukoll bejnhom u l-ġenerazzjonijiet akbar fl-età. Il-benefiċċji li jinġabru l-esperjenza u l-kompetenzi ta’ ġenerazzjonijiet differenti huma sinifikanti u jikkontribwixxu għall-bini ta’ soċjetajiet paċifiċi u koeżivi bbażati fuq ir-rispett reċiproku, l-empatija, is-solidarjetà u fehim tal-ħtiġijiet tal-gruppi tal-etajiet kollha.

13.

L-involviment taż-żgħażagħ fi djalogu interġenerazzjonali u fi proġetti ta’ solidarjetà interġenerazzjonali, inkluż attivitajiet ta’ volontarjat, jippermetti liż-żgħażagħ jiksbu kompetenzi trasversali u ħiliet soċjali, li jistgħu jiġu applikati f’oqsma oħra ta’ ħajjithom. L-involviment attiv ta’ ġenerazzjonijiet differenti fid-djalogu interġenerazzjonali jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ħiliet interpersonali u l-adattabbiltà reċiproka u jgħin biex jinbnew ir-reżiljenza u l-benesseri tas-soċjetà permezz tal-involviment soċjali, il-kultivazzjoni ta’ konnessjonijiet soċjali u l-prevenzjoni tal-iżolament soċjali.

14.

Il-promozzjoni tal-ekwità interġenerazzjonali permezz ta’ approċċ olistiku u li jħares ’il quddiem lejn l-iżvilupp ta’ politiki relatati maż-żgħażagħ tikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali. Dawk li jfasslu l-politika appoġġati minn riċerkaturi, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, professjonisti oħra (11) u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jeħtieġ li juru impenn politiku qawwi biex jaġixxu fuq l-inugwaljanzi kemm fi ħdan kif ukoll bejn ġenerazzjonijiet differenti u jindirizzaw l-isfidi interġenerazzjonali. Hemm bżonn li jkollhom aċċess għal data u evidenza nazzjonali jew Ewropej eżistenti, diżaggregati skont l-età, li jimmonitorjaw l-inugwaljanzi bejn iż-żgħażagħ minn sfondi u kondizzjonijiet tal-għajxien differenti u bejn il-gruppi ta’ età.

15.

Dawk li jfasslu l-politika, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ inkluż il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi, l-edukaturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jeħtieġ li jikkunsidraw, fejn rilevanti, miżuri addizzjonali u approċċi innovattivi li jistgħu jlaqqgħu liż-żgħażagħ flimkien ma’ gruppi ta’ età oħra fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

16.

L-eteroġeneità tal-ġenerazzjonijiet, f’termini ta’ diversi karatteristiċi individwali u ta’ grupp, inkluż il-kapaċitajiet mentali u fiżiċi, il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u l-identitajiet li jħaddnu, trid tiġi rispettata sabiex il-ġenerazzjonijiet kollha jkollhom opportunità ugwali li jgawdu parteċipazzjoni sħiħa u effettiva fi djalogu interġenerazzjonali fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwa l-ħajja personali, professjonali u soċjali tagħhom.

17.

Huwa importanti li jiġu appoġġati l-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ bi ħlas u b’mod volontarju fil-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-ħidma tagħhom. Jenħtieġ li l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ bi ħlas u b’mod volontarju fuq id-dimensjoni interġenerazzjonali jiġu adattati, fejn xieraq, biex jippromwovu s-solidarjetà u l-ekwità interġenerazzjonali meta tiġi pprovduta ħidma fost iż-żgħażagħ u fl-attivitajiet ta’ volontarjat.

18.

Għandu jiġi esplorat l-involviment tar-riċerkaturi fl-iżvilupp ta’ miżuri strutturali fit-tul għall-promozzjoni tas-solidarjetà u l-ġustizzja interġenerazzjonali, pereżempju permezz tal-għoti ta’ indikaturi rigward l-ekwità interġenerazzjonali jew permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka perjodiċi li jeżaminaw l-ekwità interġenerazzjonali.

19.

Inizjattivi innovattivi ta’ djalogu interġenerazzjonali dwar l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali jistgħu jħeġġu liż-żgħażagħ Ewropej jiffaċilitaw l-involviment tal-pari tagħhom u ta’ persuni akbar fl-età fit-tranżizzjoni diġitali. Inizjattivi bħal dawn, li għandhom l-għan li jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet biex isaħħu l-ħiliet tagħhom ta’ litteriżmu diġitali, jistgħu jnaqqsu s-solitudni tal-membri tal-komunità, jikkontribwixxu għall-benesseri tagħhom u jżidu l-inklużjoni soċjali tagħhom u b’hekk jgħinu biex jinbnew komunitajiet koeżivi.

20.

Il-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli, kif imsemmi fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tiegħu, jinvolvi l-involviment attiv taċ-ċittadini ta’ kull età fil-bini ta’ komunitajiet sikuri, inklużivi u koeżivi. Ir-rikonoxximent soċjetali tad-diversi ħtiġijiet u responsabbiltajiet ta’ gruppi ta’ etajiet varji jista’ jissaħħaħ permezz ta’ avvenimenti u attivitajiet ta’ volontarjat li jlaqqgħu flimkien rappreżentanti ta’ gruppi ta’ etajiet differenti, sabiex il-ġenerazzjonijiet iżgħar u akbar fl-età jingħataw l-opportunità li jinteraġixxu u jiskambjaw fehmiet dwar is-suġġetti assoċjati ma’ Ewropa sostenibbli.

21.

Il-fehim tad-diversità ġenerazzjonali għandu implikazzjonijiet importanti f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet interġenerazzjonali b’saħħithom u koeżjoni soċjali. Sabiex jiġi promoss id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet iżgħar u dawk akbar fl-età, it-tfal għandhom jingħataw ukoll l-opportunità li jinvolvu ruħhom fi djalogu interġenerazzjonali, bil-ħsieb li tinħoloq esperjenza kondiviża ta’ djalogu kostruttiv filwaqt li jiġu żviluppati r-rispett reċiproku u l-empatija minn età bikrija.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI FIL-LIVELLI XIERQA BIEX:

22.

Iqajmu kuxjenza dwar il-kunsiderazzjonijiet ta’ ekwità interġenerazzjonali fost dawk li jfasslu l-politika u jipprovdulhom l-evidenza, l-informazzjoni, id-data u r-riżorsi rilevanti oħra meħtieġa biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bbażata fuq l-età fit-tfassil tal-politika.

23.

Jesploraw possibbiltajiet biex fl-istrateġiji u l-politiki għaż-żgħażagħ jiġu inklużi, fejn xieraq, objettivi u miżuri, li jirriflettu d-dimensjoni interġenerazzjonali. Dawn l-objettivi u l-miżuri għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-għarfien, l-evidenza u l-prattiki tajba, u f’konsultazzjoni ma’ gruppi varji ta’ żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, sabiex jinkisbu eżiti ta’ politika aktar reattivi u inklużivi.

24.

Jippromwovu u jiffaċilitaw, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-kunsilli taż-żgħażagħ, u l-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni attiva u sinifikanti tagħhom fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali tal-politiki kollha relatati maż-żgħażagħ.

25.

Jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ opportunitajiet u spazji aċċessibbli għaż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fi djalogu interġenerazzjonali sinifikanti fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi fl-oqsma kollha ta’ politika li jaffettwaw ħajjithom u l-benesseri tagħhom billi jimplimentaw miżuri mmirati li jippermettu l-involviment, b’mod partikolari, ta’ żgħażagħ b’inqas opportunitajiet u gruppi sottorappreżentati ta’ żgħażagħ.

26.

Jesploraw modi biex jipprovdu spazju biex ilaqqgħu flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw għodod ta’ djalogu interġenerazzjonali bħal settijiet ta’ għodod ta’ djalogu interġenerazzjonali, u jiffaċilitaw l-aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar kif l-ilħna taż-żgħażagħ jistgħu jinstemgħu permezz ta’ opportunitajiet ta’ djalogu interġenerazzjonali.

27.

Jagħmlu użu mill-opportunitajiet ipprovduti mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-programmi Erasmus+ biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u taż-żgħażagħ li jgħinu fl-iżvilupp tal-volontarjat komunitarju billi joħolqu sħubijiet li jirriflettu d-diversità tal-komunità kollha u l-ħtiġijiet ta’ ġenerazzjonijiet differenti.

28.

Jesploraw possibbiltajiet fejn oqfsa eżistenti bbażati fuq il-kompetenza (12) għall-edukazzjoni, it-tagħlim u t-taħriġ formali u mhux formali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ jistgħu jgħinu biex jirriflettu d-dimensjoni interġenerazzjonali fl-attivitajiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI XIERQA, B'ADERENZA MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

29.

Jesploraw l-użu ta’ linji gwida, settijiet ta’ għodod (13) u mekkaniżmi eżistenti bħall-panels taċ-ċittadini (14) biex jappoġġaw l-integrazzjoni tad-dimensjoni taż-żgħażagħ fil-politiki settorjali u b’hekk itejbu l-koerenza tal-politika, sabiex jipprovdu politiki u servizzi li huma aktar reattivi għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

30.

Ikomplu l-użu ta’ mekkaniżmi u pjattaformi parteċipattivi eżistenti, bħal sessjonijiet ta’ simulazzjoni tal-parlament taż-żgħażagħ u djalogu ta’ politika ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, nazzjonali, reġjonali u Ewropew biex jiġi promoss djalogu interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-partijiet ikkonċernati b’mandati ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha.

31.

Jużaw in-networks u l-għodod eżistenti, inkluż il-Eurodesk u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ għall-promozzjoni ta’ informazzjoni faċli għall-utent dwar id-diversi possibbiltajiet tal-UE għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi li jappoġġaw id-djalogu interġenerazzjonali, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ekwità interġenerazzjonali.

32.

Jiffaċilitaw l-iskambju ta’ prattiki tajba li jkopru l-involviment konġunt ta’ ċittadini iżgħar u akbar fl-età f’attivitajiet ta’ solidarjetà kif ukoll fl-ippjanar tal-komunità, kif żviluppati fi programmi bħall-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta’ għodod u pjattaformi eżistenti tal-UE, sabiex tiżdied il-koeżjoni soċjali fil-komunitajiet lokali.

33.

Jorganizzaw attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku, bħal seminars, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari jew forom rilevanti oħra ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati minn oqsma ta’ politika differenti, iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ dwar il-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ekwità interġenerazzjonali.

34.

Fi ħdan il-qafas finanzjarju u l-programmi eżistenti, jappoġġaw u, fejn possibbli, jesploraw l-istabbiliment ta’ spazji u inizjattivi għaż-żgħażagħ. Sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, jippermettulhom jiżviluppaw u jipparteċipaw f’attivitajiet li jippromwovu d-djalogu interġenerazzjonali.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ BIEX:

35.

Trawwem sinerġiji bejn il-politika taż-żgħażagħ u politiki u programmi oħra rilevanti għaż-żgħażagħ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, inkluż l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ # 3 “Soċjetajiet inklużivi”, u # 4, “Informazzjoni u djalogu kostruttiv”, bil-miri ta’ din tal-aħħar jinkludu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali kif ukoll l-involviment fi djalogu rispettuż u mhux vjolenti.

36.

Tenfasizza r-rwol tal-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ fis-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati kunsiderazzjonijiet interġenerazzjonali fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha.

37.

Tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri dwar it-trawwim tad-djalogu interġenerazzjonali u s-solidarjetà interġenerazzjonali billi jagħmlu użu mill-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Wiki taż-Żgħażagħ u l-programmi u l-inizjattivi tal-UE bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-Ewropa Kreattiva u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

JISTIEDNU LILL-ATTURI KOLLHA INVOLUTI FL-ATTIVITAJIET TA' KOOPERAZZJONI EWROPEA FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX:

38.

Jippromwovu l-Jum Ewropew tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet li ilu jiġi ċċelebrat kull sena fid-29 ta’ April mill-2009 u jipprovdi opportunità tajba għall-Unjoni biex iġġedded l-impenn tagħha għat-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet sabiex tippromwovi soċjetà ġusta u sostenibbli (15).

39.

Jistimulaw id-djalogu interġenerazzjonali sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età u l-etaiżmu billi jlaqqgħu flimkien gruppi ta’ etajiet differenti u jippermettulhom isiru jafu lil xulxin aħjar, jitgħallmu minn xulxin u jikkooperaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

40.

Jagħmlu sforzi konġunti biex jimplimentaw l-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4 billi jinvolvu ġenerazzjonijiet differenti permezz ta’ attivitajiet konġunti mmirati lejn l-involviment tal-komunitajiet lokali fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni mmirata u l-kampanji ta’ propaganda. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-programmi tal-litteriżmu medjatiku mmirati lejn il-bini tar-reżiljenza tas-soċjetà fid-dawl ta’ kampanji mmirati ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni jiġu evalwati u kkunsidrati għall-espansjoni kemm fl-edukazzjoni formali kif ukoll f’kuntesti ta’ tagħlim mhux formali. Dan huwa partikolarment importanti fil-kuntest ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi bħal fil-każ tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna fl-2022.


(1)  Għall-finijiet ta' dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, ‘djalogu’ huwa mifhum li jfisser ‘djalogu interġenerazzjonali’.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022), ĠU L 462, 28.12.2021, p.1.

(3)  L-għarfien espert dwar iż-żgħażagħ huwa mifhum li jfisser l-għarfien taż-żgħażagħ dwar dak li raw jaħdem u jiffunzjona sew.

(4)  It-tweġibiet tal-Istati Membri fi kwestjonarji aġġornati perjodikament dwar il-miżuri adottati mill-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ matul il-pandemija tal-COVID-19 taħt il-presidenzi HR, DE, PT u SI.

(5)  Il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-Tixjiħ: Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet, COM (2021) 50 final, ĠU C 50, 27.1.2021, p. 21.

(6)  Rapport speċjali EURACTIV Golden years: Opportunities for Europe's ageing population, 22 ta' Ġunju 2022, b'referenza għal Edwards Lifesciences' Unifying Generations: Building the Pathway to Intergenerational Solidarity, 21 ta' Ġunju 2022.

(7)  Il-politiki relatati maż-żgħażagħ huma politiki li jaffettwaw il-ħajja taż-żgħażagħ u li l-komponent integrali tagħhom huwa t-titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ, flimkien ma' appoġġ għal possibbiltajiet ugwali ta' parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika, soċjali u politika.

(8)  Nota ta' Politika tal-UNECE dwar it-Tixjiħ Nru 18, Marzu 2017.

(9)  Il-politiki ta' appoġġ relatati maż-żgħażagħ huma bbażati fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u jindirizzaw aspetti differenti tal-politiki pubbliċi li mhumiex koperti minn dokumenti ta' politika aktar ġenerali, pereżempju l-benesseri, is-saħħa mentali, l-akkomodazzjoni, l-aċċess għall-infrastruttura jew is-servizzi, eċċ.).

(10)  L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 tipprovdi qafas għall-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tistabbilixxi l-objettivi tal-politika u l-azzjonijiet ewlenin għall-perjodu 2020-2025. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, COM (2020) 152 final.

(11)  Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, “professjonist ieħor” huwa mifhum li jfisser persuna, li normalment titqies - skont il-kuntest nazzjonali differenti - bħala mentor, edukatur, akkademiku, għalliem jew ħarrieġ, li tipprovdi struzzjoni jew taħriġ lil dawk li jfasslu l-politika, lil dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u lill-voluntiera li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ bl-għan li jkunu jistgħu jitgħallmu l-ħiliet li jeħtieġu għall-impjieg jew l-attivitajiet tagħhom.

(12)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2017)4 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ.

(13)  OECD (2020), Governance for Youth, Trust and Intergenerational Justice: Fit for All Generations? OECD Public Governance Reviews, OECD Publishing, Paris or United Nations Youth Strategy, youth marker methodology, Youth 2030 Working with and for young people.

(14)  COM(2022) 404 final: Il-Panels taċ-Ċittadini jippermettu liċ-ċittadini jaħsbu b'mod konġunt dwar suġġetti rilevanti għalihom. Pereżempju, il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej kienu karatteristika ewlenija tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Kif kien il-każ f'din il-Konferenza, hemm bżonn li l-parteċipanti jintgħażlu b'mod aleatorju. Iżda hemm bżonn ukoll li jirriflettu d-diversità u d-demografija tal-Ewropa. Hemm bżonn li terz tal-parteċipanti jkunu żgħażagħ. Meta jkun xieraq, “rapport taċ-ċittadini” jiġi integrat fil-valutazzjoni tal-impatt, li jiġbor fil-qosor l-eżiti ta' dawn il-proċessi parteċipattivi u deliberattivi. Meta l-parteċipanti kollha jkunu żgħażagħ, dan ikun magħruf bħala “test taż-żgħażagħ”. L-ewwel waħda minn din il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' Panels taċ-Ċittadini ser titnieda fil-kuntest tad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022.

(15)  Deċiżjoni Nru 940/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012), ĠU L 246/5, 23.9.2011.


ANNESS

a)   REFERENZI

Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill ħadu nota tad-dokumenti li ġejjin:

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2022 dwar il-mobbiltà ta' voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea, ĠU C 157, 11.4.2022, p. 1.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala faċilitaturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent, ĠU C 159, 12.4.2022, p. 9.

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, ĠU C 462, 28.12.2021, p. 1.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar is-salvagwardja u l-ħolqien ta' spazji ċiviċi għaż-żgħażagħ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ, ĠU C 501I, 13.12.2021, p.19.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, ĠU C 241, 21.6.2021, p.3.

Il-Kummissjoni Ewropea, Green Paper dwar it-Tixjiħ: Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet, COM (2021) 50 final.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Integrazzjoni tat-Tixjiħ fil-Politiki Pubbliċi, 6976/21(2021).

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, ĠU C 415, 1.12.2020, p.16.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-ħolqien ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ f'żoni rurali u remoti, ĠU C 193, 9.6.2020, p. 3.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ - Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012), ĠU L 246, 23.9.2011, p. 5.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien, COM (2021) 573.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, COM/2021/142 final.

Kunsill Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet Barranin, nota ta' politika, Settembru 2021, Europe's invisible divides: How covid-19 is polarising European politics.

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, COM (2020) 152.

Il-Kummissjoni Ewropea, Studju ta' mmappjar dwar id-dimensjoni interġenerazzjonali tal-isport: apport finali lill-Kummissjoni Ewropea, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020.

Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f'20 prinċipju.

OECD, Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Ħolqien ta' Opportunitajiet Aħjar għaż-Żgħażagħ OECD/LEGAL/0474, 10.06. 2022.

Rapport tal-OECD, Governance for Youth, Trust and Intergenerational Justice: Fit for all Generations?, 22 ta’ Novembru 2020.

Rapport tal-OECD, Youth and Covid-19: Rispons, Irkupru u Reżiljenza, 11 ta’ Ġunju 2020.

Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, SWD(2021) 305 final, 3 ta’ Novembru 2021.

United Nations, Youth Strategy Youth 2030: Working with and for young people.

Deležan Tomaž, Derailing modern democracies: the case of youth absence from an intergenerational perspective, Annales, 2018.

Deležan Tomaž, Intergenerational dialogue for democracy. International IDEA Discussion Paper 1/2017.

Letter to EU institutions, Parents for Future in Europe, 12 ta' Ġunju 2020.

b)   DEFINIZZJONIJIET TAL-KUNĊETTI EWLENIN GĦALL-FINI TA’ DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET

“Il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fit-tfassil tal-politika taż-żgħażagħ u l-proviżjoni ta' ħidma fost iż-żgħażagħ” tfisser il-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali, is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ġustizzja/l-ekwità interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ fi ħdan il-mandat tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019–2027 permezz ta':

politiki transettorjali innovattivi dwar iż-żgħażagħ (pereżempju l-istabbiliment tad-dimensjoni interġenerazzjonali bħala waħda mill-prijoritajiet orizzontali, pilastri, jew għanijiet strateġiċi jew operazzjonali fid-dokumenti tal-politika dwar iż-żgħażagħ) li jrawmu d-djalogu fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex iż-żgħażagħ ikollhom vuċi ugwali fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom, u b'hekk tiġi promossa d-diversità tal-età u l-ekwità tal-età fil-ħajja pubblika fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

l-arrikkiment tal-proviżjoni ta' ħidma fost iż-żgħażagħ bl-integrazzjoni tas-solidarjetà interġenerazzjonali u d-djalogu interġenerazzjonali fl-attivitajiet ta' ħidma fost iż-żgħażagħ u l-attivitajiet ta' volontarjat.

“Djalogu interġenerazzjonali” tfisser spazju jew opportunità parteċipattivi interattivi u sikuri li jlaqqgħu flimkien ġenerazzjonijiet iżgħar u akbar fl-età biex joħolqu għarfien kondiviż u esperjenza kollettiva. Dan jista' jitmexxa permezz ta' diversi mekkaniżmi (eż. stħarriġ, laqgħat, diskussjonijiet madwar mejda, panels taċ-ċittadini, fora jew kunsilli konsultattivi), bl-għan li jinkisbu livelli għoljin ta' ċittadinanza infurmata, teħid ta' deċiżjonijiet kondiviżi, u l-integrazzjoni tal-ekwità interġenerazzjonali, u l-prinċipji tal-ġustizzja f'livelli differenti ta' governanza.

“Ugwaljanza interġenerazzjonali” tfisser l-għoti tal-istess livell ta' opportunitajiet u assistenza lill-gruppi ta' etajiet kollha fis-soċjetà. Dan jiżgura li l-gruppi ta' etajiet kollha jkollhom l-istess drittijiet u responsabbiltajiet.

“Ekwità interġenerazzjonali” tfisser ir-rikonoxximent li gruppi ta' etajiet differenti għandhom ħtiġijiet differenti u li jridu jsiru aġġustamenti għall-iżbilanċi. Il-proċess huwa kontinwu u jeħtieġ li jiġu identifikati u megħluba ostakli intenzjonati u mhux intenzjonati li jirriżultaw minn preġudizzju jew minn strutturi sistemiċi. Ekwità tfisser l-għoti ta' diversi livelli ta' appoġġ u assistenza skont il-ħtiġijiet jew il-kapaċitajiet speċifiċi ta' gruppi ta' etajiet differenti. Dan jiżgura li l-gruppi ta' etajiet kollha jingħataw ir-riżorsi li jeħtieġu biex ikollhom aċċess għall-istess opportunitajiet.

“Ġustizzja interġenerazzjonali” tirreferi għal ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet ibbażata fuq l-idea li l-kisba tal-benesseri mill-ġenerazzjoni attwali ma għandhiex tnaqqas l-opportunitajiet għal ħajja tajba u deċenti għall-ġenerazzjonijiet suċċessivi (Nazzjonijiet Uniti, 2013 (1)). Fil-kuntest ta' dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, il-ġustizzja interġenerazzjonali tiddeskrivi r-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet kontemporanji, jiġifieri bejn il-ġenerazzjonijiet iżgħar u dawk akbar fl-età.

“Solidarjetà interġenerazzjonali” tirreferi għal appoġġ reċiproku u kooperazzjoni bejn gruppi ta' etajiet differenti sabiex tinkiseb soċjetà fejn persuni ta' kull età għandhom rwol x'jaqdu skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom u jistgħu jibbenefikaw mill-progress ekonomiku u soċjali tal-komunità tagħhom fuq bażi ugwali.

c)   SOMMARJU TAR-RAPPORT FINALI DWAR IL-KONSULTAZZJONIJIET NAZZJONALI FL-AMBITU TAD-DISA’ ĊIKLU TAD-DJALOGU TAL-UE MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ:

Il-fażi ta' konsultazzjoni tad-disa' ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EUYD9) saret minn Jannar sa Awwissu 2022. Dan is-sommarju tar-riżultati tal-EUYD9 ikopri l-attivitajiet ta' konsultazzjoni mwettqa mill-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali, il-kontribut mill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi taż-Żgħażagħ li jipparteċipaw fl-EUYD9, u l-eżiti tal-Konferenza taż-Żgħażagħ EUYD9 fi Praga, ir-Repubblika Ċeka (2). Ir-riżultati tal-ġbir ta' prattiki tajba (3) ta' nofs it-terminu huma inkorporati wkoll.

Riżultati tas-sottotema 1: “Informazzjoni u edukazzjoni”

Skont iż-żgħażagħ li pparteċipaw fil-konsultazzjonijiet, is-sorsi ta' informazzjoni u l-opportunitajiet biex jitgħallmu dwar it-tibdil fil-klima għandhom:

ikunu adatti għaż-żgħażagħ, aċċessibbli u disponibbli f'firxa ta' formati u lingwi.

juru r-rilevanza tat-tibdil fil-klima għall-ħajja ta' firxa varjata ta' żgħażagħ.

ikunu komprensivi, affidabbli u infurmati mix-xjenza, ikopru firxa ta' suġġetti ambjentali u juru proċessi politiċi u żviluppi relatati mas-sostenibbiltà.

jenfasizzaw ir-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima u l-inugwaljanza, li ħafna żgħażagħ ma kinux konxji tagħhom fil-konsultazzjonijiet.

imorru lil hinn mill-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jimmiraw li jimmotivaw u jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ biex jaġixxu favur is-sostenibbiltà, inkluż permezz ta' azzjoni politika u billi jagħmlu għażliet ta' stil ta' ħajja sostenibbli.

jevitaw “messaġġi apokalitiċi” li joħolqu sentimenti ta' nuqqas ta' tama, u jkollhom impatt fuq is-saħħa mentali taż-żgħażagħ.

Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' tagħlim dwar is-sostenibbiltà, ġie ssuġġerit li l-iskejjel jintużaw aħjar, u li s-suġġett jiġi inkluż fil-kurrikuli tagħhom. Għalkemm l-iskejjel kienu l-aktar forum issuġġerit għal dawn l-opportunitajiet, is-soċjetà ċivili, il-klabbs taż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-għodod diġitali u l-programmi bejn il-pari kienu wkoll fost l-ambjenti ta' tagħlim ta' benefiċċju identifikati. Tqajmet il-ħtieġa ta' finanzjament għall-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex jiġu estiżi l-opportunitajiet ta' tagħlim relatati mas-sostenibbiltà.

Riżultati tas-sottotema 2: “Azzjoni u awtonomizzazzjoni”

Opinjoni komuni fost il-parteċipanti tal-konsultazzjoni kienet li dawk li jfasslu l-politika u l-politiċi wrew nuqqas ta' azzjoni dwar kwistjonijiet ta' sostenibbiltà u dawk ambjentali, u li ż-żgħażagħ għandhom modi limitati ħafna biex iżommu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għal dawn is-suġġetti. Kien hemm sentimenti ta' nuqqas ta' fiduċja u skuntentizza fil-konfront tal-politiċi. Ħafna żgħażagħ, iżda mhux kollha, setgħu jidentifikaw varjetà ta' mekkaniżmi parteċipattivi disponibbli, (eż. protesti, petizzjonijiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili). B'mod ġenerali, madankollu, intqal li dawn il-mekkaniżmi kollha kienu qed jonqsu milli jġibu bidla fis-sostenibbiltà, minħabba nuqqas ta' azzjoni minn dawk rilevanti li jfasslu l-politika. L-ebda tip speċifiku ta' mekkaniżmu ma ġie identifikat b'mod wiesa' bħala aktar effettiv. Iż-żgħażagħ involuti fi strutturi formali, (eż. kunsilli taż-żgħażagħ, bordijiet konsultattivi) qalu li dawn l-istrutturi kellhom xi impatt meta inkorporati fit-tfassil tal-politika. Madankollu, ħafna żgħażagħ ma kinux konxji ta' dawn l-istrutturi. Intqal li l-opportunitajiet biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jinżammu responsabbli għalihom jiġu mtejba billi:

dawk li jfasslu l-politika jimpenjaw ruħhom għal azzjoni aktar estensiva bbażata fuq l-eżiti tal-mekkaniżmi parteċipattivi.

titjieb l-aċċessibbiltà tal-mekkaniżmi parteċipattivi, filwaqt li jiġi żgurat li dawn jiffukaw fuq it-tħassib ta' gruppi emarġinati kif ukoll kwistjonijiet ta' maġġoranza u jippermettu liż-żgħażagħ emarġinati jieħdu rwoli ta' tmexxija.

jiżdied l-għadd ta' opportunitajiet għall-parteċipazzjoni dwar is-sostenibbiltà, speċjalment djalogu informali u regolari mar-rappreżentanti eletti.

jiġu promossi u protetti l-kunsilli taż-żgħażagħ billi jiżdiedu r-riżorsi, jiġu stabbiliti aktar kunsilli lokali taż-żgħażagħ u jiġi żgurat appoġġ leġiżlattiv.

Riżultati tas-sottotema 3: “Governanza”

Il-Konferenzi taż-Żgħażagħ tal-EUYD9 fi Franza u fir-Repubblika Ċeka u l-laqgħa ministerjali informali tat-22 ta' Jannar 2022 fi Strasburgu identifikaw tħassib miż-żgħażagħ dwar l-involviment tagħhom biss għall-apparenza - youthwashing. Iż-żgħażagħ li pparteċipaw fil-fażi ta' konsultazzjoni kienu inqas familjari mal-kunċett iżda spiss setgħu jirrikonoxxuh. Intqal li l-youthwashing huwa interazzjoni bejn il-politiċi jew dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ li ma għandha ebda possibbiltà ġenwina li toħloq bidla politika, minkejja l-aspettattivi li tagħmel dan. Il-konsultazzjonijiet identifikaw li l-mekkaniżmi parteċipattivi jistgħu jnaqqsu l-youthwashing billi:

iżidu t-trasparenza u l-viżibbiltà bl-għoti ta' informazzjoni ċara liż-żgħażagħ dwar il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tat-talbiet tagħhom u bl-iżgurar li l-impenji ta' dawk li jfasslu l-politika jiġu rreġistrati u promossi pubblikament.

jagħtu segwitu u feedback liż-żgħażagħ dwar l-azzjonijiet meħuda minn dawk li jfasslu l-politika wara attivitajiet ta' parteċipazzjoni b'dawk li jfasslu l-politika jirrapportaw pubblikament dwar il-bidliet miksuba jew jiġġustifikaw in-nuqqas ta' bidliet miksuba sal-iskadenzi mogħtija, kif ukoll jinvolvu ruħhom fi djalogu kontinwu maż-żgħażagħ.

jiżviluppaw rabtiet aktar konsistenti u aktar b'saħħithom bejn il-mekkaniżmi parteċipattivi u s-setturi ta' politika marbuta mas-sostenibbiltà.

Riżultati tas-sottotema 4: “Mobbilità u solidarjetà”

Fil-konsultazzjoni, iż-żgħażagħ minn firxa varjata ta' sfondi emarġinati ġew mistoqsija x'jista' jippermettilhom jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ta' mobbiltà fl-UE kollha relatati mal-ambjent. L-ostakli finanzjarji jew l-ostakli finanzjarji perċepiti kienu kwistjoni ewlenija. Dawn kienu jinkludu spejjeż diretti, li ma jkunux jistgħu jieħdu pawża mill-impjieg jew li jirriskjaw li jitilfu l-assistenza soċjali. L-ostakli lingwistiċi u n-nuqqas ta' informazzjoni aċċessibbli dwar l-opportunitajiet ukoll kellhom rwol. Xi żgħażagħ qiesu l-opportunitajiet ta' mobbiltà tal-UE bħala mhux maħsuba għaż-żgħażagħ ġejjin mill-isfondi tagħhom. It-tendenza li tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet immedjati tal-ħajja jew kwistjonijiet lokali aktar milli suġġetti ambjentali wkoll kienet fattur. Iż-żgħażagħ ikkonsultati identifikaw il-ħtieġa li:

jitnaqqas il-limitu għall-aċċess tal-opportunitajiet billi jitneħħew l-ispejjeż, jiġu offruti opportunitajiet għal żmien qasir (jumejn sa tlett ijiem), jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, u jkun hemm konnessjoni diretta permezz ta' skejjel jew proġetti lokali.

jiżdiedu l-finanzjament u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jippromwovu proġetti ta' mobbiltà u solidarjetà.

tingħata attenzjoni lill-inizjattivi ambjentali lokali li huma konnessi mal-komunitajiet taż-żgħażagħ emarġinati stess u li jaffettwawhom.

jiżdiedu l-pubbliċità u s-sensibilizzazzjoni, inkluż it-twassil ta' opportunitajiet ta' mobbiltà konnessi mal-iskejjel kif ukoll permezz ta' ħidma ma' organizzazzjonijiet, professjonisti u parteċipanti preċedenti li għandhom “rabtiet ta' fiduċja” maż-żgħażagħ f'ċirkostanzi emarġinati.

jiġu enfasizzati l-benefiċċji personali tal-parteċipazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-impjegabbiltà u l-ħiliet tal-impjieg, u l-opportunitajiet isiru aktar attraenti.

jiġi pprovdut appoġġ flessibbli, ta' kwalità għolja u professjonali li jkun kapaċi jissodisfa varjetà ta' ħtiġijiet differenti ta' aċċessibbiltà inkluż organizzazzjonijiet ta' riżorsi li jaħdmu maż-żgħażagħ f'ċirkostanzi emarġinati biex jappoġġaw opportunitajiet ta' mobbiltà ambjentali.

Riżultati tas-sottotema 5: “Aċċess għall-infrastruttura”

Il-limitazzjonijiet finanzjarji ġew identifikati bħala wieħed mill-fatturi ewlenin li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jagħmlu għażliet ta' għajxien aktar sostenibbli. Il-parteċipanti kkonsultati appellaw għall-iżvilupp ta' infrastruttura sostenibbli li tkun affordabbli għaż-żgħażagħ. Ġie enfasizzat ukoll in-nuqqas ġenerali ta' infrastruttura fiż-żoni rurali. It-tipi ta' infrastruttura mitluba kienu jinkludu:

trasport pubbliku affordabbli u mtejjeb flimkien ma' faċilitajiet aktar sikuri u aktar mifruxa għaċ-ċikliżmu, biex b'hekk isiru għażliet vijabbli meta mqabbla mal-karozzi.

għażliet ta' akkomodazzjoni finanzjarjament aċċessibbli, peress li ż-żgħażagħ qalu li l-ostakli finanzjarji kienu fattur ewlieni li jagħmilha diffiċli għalihom biex iqisu s-sostenibbiltà meta jagħżlu l-akkomodazzjoni.

spazji pubbliċi aktar ekoloġiċi u miftuħa u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

għażliet affordabbli ta' ikel u konsum sostenibbli, inkluż ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid. Dan kien importanti għal ħafna żgħażagħ iżda mhux prijorità għolja daqs suġġerimenti oħra.

Il-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ fi Praga identifikat rwol għall-politika taż-żgħażagħ u s-settur taż-żgħażagħ fl-appoġġ għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-oqsma ta' politika relatati b'mod aktar dirett mal-infrastruttura, bħat-trasport, l-akkomodazzjoni, l-ippjanar urban, l-enerġija u l-agrikoltura.

Riżultati tat-tema trasversali: Djalogu interġenerazzjonali

Il-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ fi Praga identifikat li s-sostenibbiltà u l-inklużjoni mhumiex “kwistjonijiet taż-żgħażagħ”, iżda pjuttost kwistjonijiet li jaffettwaw lis-soċjetà kollha. Għalhekk, intqal li l-prattika t-tajba fit-tfassil tal-politika kienet teħtieġ djalogu interġenerazzjonali bejn il-ġenerazzjonijiet kollha. Ma kien hemm l-ebda domanda qawwija għal djalogu interġenerazzjonali fil-konsultazzjonijiet tal-EUYD9, iżda kien hemm xi livell ta' appoġġ meta s-suġġett ġie introdott liż-żgħażagħ parteċipanti. Intqal li d-djalogu interġenerazzjonali għandu l-potenzjal li:

jilleġittimizza t-tħassib u l-isforzi taż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet ta' sostenibbiltà u jibni r-rikonoxximent tagħhom.

jibni solidarjetà u appoġġ reċiproku bejn il-ġenerazzjonijiet.

jippromwovi t-tagħlim interġenerazzjonali u jippermetti liż-żgħażagħ jinfluwenzaw il-fehmiet tal-ġenerazzjonijiet akbar fl-età dwar is-sostenibbiltà.

Intqal li d-djalogu interġenerazzjonali ma għandux jissostitwixxi l-mekkaniżmi eżistenti għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ jew id-djalogu dirett bejn iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika iżda għandu jsir flimkien ma' dawn l-attivitajiet.


(1)  Nazzjonijiet Uniti, Intergenerational solidarity and the needs of future generations (Is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri), Rapport tas-Segretarju Ġenerali, A/68/322, 2013.

(2)  Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE EUYD9 fi Praga, ir-Repubblika Ċeka. Rapport Finali tal-Konferenza: Deliberations on Sustainability and Inclusion, 25 ta' Lulju 2022.

(3)  Rapport ta' Nofs it-Terminu tal-EUYD9. Good Practices and Consultation Processes, 30 ta' Ġunju 2022.


Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 495/66


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Diċembru 2022

(2022/C 495/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0640

JPY

Yen Ġappuniż

142,21

DKK

Krona Daniża

7,4365

GBP

Lira Sterlina

0,88058

SEK

Krona Żvediża

11,1038

CHF

Frank Żvizzeru

0,9863

ISK

Krona Iżlandiża

151,90

NOK

Krona Norveġiża

10,4495

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,252

HUF

Forint Ungeriż

403,30

PLN

Zloty Pollakk

4,7008

RON

Leu Rumen

4,9460

TRY

Lira Turka

19,9144

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5660

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4361

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2931

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6772

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4323

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 348,59

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,2890

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4224

HRK

Kuna Kroata

7,5365

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 765,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,7055

PHP

Peso Filippin

59,613

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,953

BRL

Real Brażiljan

5,6109

MXN

Peso Messikan

20,6856

INR

Rupi Indjan

88,0943


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.