ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 493

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
27 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2022–2023
Dati tas-seduti: 6 sa 9 ta’ Ġunju 2022
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2021/2250(INI))

2

2022/C 493/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-Pjan Direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża (2021/2102(INI))

19

2022/C 493/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku (2021/2232(INI))

32

2022/C 493/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri (2021/2079(INI))

48

2022/C 493/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2021/2168(INI))

62

 

L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar is-sigurtà fiż-żona tas-Sħubija tal-Lvant u r-rwol tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2021/2199(INI))

70

 

Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang, inklużi x-Xinjiang police files (2022/2700(RSP))

96

2022/C 493/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar l-istrumentalizzazzjoni tal-ġustizzja bħala strument ta' repressjoni fin-Nikaragwa (2022/2701(RSP))

100

2022/C 493/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar il-ksur tal-libertà tal-media u tas-sikurezza tal-ġurnalisti fil-Georgia (2022/2702(RSP))

104

2022/C 493/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru (RRF) tal-Polonja (2022/2703(RSP))

108

2022/C 493/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament (2020/2132(INI))

112

2022/C 493/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti (2022/2665(RSP))

120

2022/C 493/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (2022/2705(RSP))

130

2022/C 493/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (2022/2611(RSP))

132

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/15

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Politika Barranija, ta' Sigurtà u ta' Difiża tal-UE wara l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2022/2039(INI))

136


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/16

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-ħatra ta' Margreet Fröberg fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) (2022/2043(INS))

148

2022/C 493/17

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (06531/2022 – C9-0147/2022 – 2022/0005(NLE))

149

 

L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/18

P9_TA(2022)0227
Tisħiħ tal-mandat tal-Europol: dħul ta' allerti fis-SIS ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta' allerti mill-Europol (COM(2020)0791 – C9-0394/2020 – 2020/0350(COD))
P9_TC1-COD(2020)0350
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni

150

2022/C 493/19

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (COM(2021)0589 – 12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300(NLE))

151

2022/C 493/20

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300M(NLE))

152

2022/C 493/21

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 – C9-0319/2021 – 2021/0207(COD))

158

2022/C 493/22

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni (COM(2021)0567 – C9-0323/2021 – 2021/0204(COD))

198

2022/C 493/23

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi (COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD))

202

2022/C 493/24

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (COM(2021)0554 – C9-0320/2021 – 2021/0201(COD))

232

2022/C 493/25

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD))

295

 

Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2022

2022/C 493/26

P9_TA(2022)0241
Strument għal akkwist internazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (COM(2016)0034 – C9-0018/2016 – 2012/0060(COD))
P9_TC1-COD(2012)0060
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)

332


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2022–2023

Dati tas-seduti: 6 sa 9 ta’ Ġunju 2022

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/2


P9_TA(2022)0222

Rapport 2021 dwar it-Turkija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2021/2250(INI))

(2022/C 493/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2021 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2021)0644) u r-Rapport 2021 dwar it-Turkija (SWD(2021)0290) li jakkumpanjaha,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (1),

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005 u l-fatt li, bħal fil-każ tal-pajjiżi tal-adeżjoni kollha, l-adeżjoni tat-Turkija mal-UE tiddependi minn konformità sħiħa mal-kriterji ta' Copenhagen, u mill-ħtieġa li jiġu normalizzati r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri kollha tal-UE, inkluża r-Repubblika ta' Ċipru,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-21 ta' Settembru 2005 wara d-dikjarazzjoni li saret mit-Turkija mal-firma tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Ankara fid-29 ta' Lulju 2005, inkluża d-dispożizzjoni li r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent neċessarju tan-negozjati, u l-ħtieġa li t-Turkija tipproċedi bin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri kollha u li timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Ankara lejn l-Istati Membri kollha billi tneħħi l-ostakli kollha għall-moviment liberu tal-merkanzija, inklużi restrizzjonijiet fuq il-mezzi tat-trasport, mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016 u tad-29 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (2) (Ftehim ta' Riammissjoni UE-Turkija),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, tat-18 ta' Ġunju 2019 u tal-14 ta' Diċembru 2021 dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju u tal-14 ta' Ottubru 2019 dwar l-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019, tal-1-2 ta' Ottubru 2020 u tal-15-16 ta' Ottubru 2020 u tal-24 ta' Ġunju 2021, il-konklużjonijiet rilevanti l-oħra kollha tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew, id-Dikjarazzjoni tal-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE tal-15 ta' Mejju 2020 u r-riżultati ewlenin tal-vidjokonferenza tagħhom tal-14 ta' Awwissu 2020 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, l-eżitu tal-laqgħa informali tal-Ministri għall-affarijiet Barranin tal-UE f'Gymnich tas-27 u t-28 ta' Awwissu 2020, u d-Dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar il-Lvant tal-Mediterran,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta' Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (3), kif imġedda bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1657 tas-6 ta' Novembru 2020 (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1966 tal-11 ta' Novembru 2021 (5),

wara li kkunsidra s-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u fin-NATO,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2021 dwar il-Ħames Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija (COM(2021)0255),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta' Frar 2021 dwar ir-restrizzjoni ta' attivitajiet tal-NGOs u l-libertà ta' assoċjazzjoni f'isem il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ittra tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Ġunju 2021 dwar id-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, inklużi r-riżoluzzjonijiet interim tat-2 ta' Frar 2022 u tat-2 ta' Diċembru 2021 dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Kavala kontra t-Turkija, ir-riżoluzzjoni interim tat-2 ta' Diċembru 2021 dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Selahattin Demirtaş vs. It-Turkija (Nru 2), ir-riżoluzzjoni interim tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ċipru vs. It-Turkija, u r-riżoluzzjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, ir-riżoluzzjoni interim tad-9 ta' Marzu 2009 u d-disa' deċiżjonijiet sussegwenti dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ülke vs. It-Turkija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jgħid li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenza finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi kwalunkwe kawża li jkunu parti minnha, u l-obbligu li jirriżulta għat-Turkija li timplimenta s-sentenzi kollha tal-Qrati Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru, inkluża r-Riżoluzzjoni 186(1964) tal-4 ta' Marzu 1964, li tafferma mill-ġdid is-sovranità tar-Repubblika ta' Ċipru, ir-Riżoluzzjoni 550(1984) tal-11 ta' Mejju 1984 dwar l-azzjonijiet ta' seċessjoni f'Ċipru u r-Riżoluzzjoni 789(1992) tal-25 ta' Novembru 1992 li tħeġġeġ lil dawk kollha kkonċernati fil-kwistjoni ta' Ċipru jikkommettu ruħhom għall-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja stabbiliti fir-riżoluzzjoni, li jqisu t-tentattivi biex kwalunkwe parti ta' Varosha tiġi riżolta minn persuni oħra għajr l-abitanti tagħha bħala inammissibbli, u jitolbu t-trasferiment ta' dik iż-żona lill-amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Liġi Nru 7262 ta' Diċembru 2020 dwar il-Prevenzjoni tal-Finanzjament tal-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, li tuża l-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu bħala arma biex tattakka s-soċjetà ċivili,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-6 ta' Jannar 2021 dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-NGOs fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UNESCO tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-Hagia Sophia, f'Istanbul,

wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2022 ippubblikat minn Reporters Mingħajr Fruntieri, li jqiegħed lit-Turkija fil-149 post minn 180 pajjiż, ir-Rapport ta' Amnesty International għall-2020/21, u r-Rapport Dinji tal-2020 tal-Human Rights Watch,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Mejju 2021 dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni tal-2019-2020 dwar it-Turkija (6), tat-8 ta' Lulju 2021 dwar ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, speċifikament il-Partit Demokratiku tal-Poplu (HDP) (7), tal-21 ta' Jannar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, b'mod partikolari l-każ ta' Selahattin Demirtato u ta' priġunieri oħra minħabba twemmin (8), tas-26 ta' Novembru 2020 dwar iż-żieda fit-tensjonijiet f'Varosha wara l-azzjonijiet illegali mit-Turkija u l-ħtieġa urġenti li jissuktaw it-taħditiet (9), tal-15 ta' April 2015 dwar iċ-ċentinarju tal-Ġenoċidju Armen (10), tas-7 ta' Ottubru 2021 dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija (11), u tal-24 ta' Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0149/2022),

A.

billi t-Turkija, bħala pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, hija sieħba ewlenija fir-rigward tal-ekonomija u ġar importanti u sieħba strateġika għall-UE f'oqsma essenzjali ta' interess konġunt bħall-kummerċ, il-migrazzjoni, is-saħħa pubblika, il-klima, it-tranżizzjoni ekoloġika, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

B.

billi l-integrazzjoni ekonomika tat-Turkija mal-UE baqgħet konsiderevoli fl-2020, bil-pajjiż jirrappreżenta s-sitt l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE, filwaqt li l-UE tibqa' bil-bosta l-akbar sieħba kummerċjali tat-Turkija u l-akbar sors ta' investiment dirett barrani tagħha; billi t-Turkija bħalissa għaddejja minn diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji, li qed jaggravaw l-impatt ekonomiku tal-pandemija;

C.

billi l-ħidma fuq id-dimensjoni tas-sigurtà tal-UE mxiet 'il quddiem dan l-aħħar, u kisbet struttura u sustanza, u billi t-Turkija tirrappreżenta sieħba estremament siewja bħala alleata tan-NATO u sieħba strateġika li tokkupa post ewlieni fl-Ewropa u għandha rwol ġeostrateġiku strumentali fl-arkitettura tas-sigurtà tal-Baħar l-Iswed u, b'mod partikolari, fis-sigurtà tal-Ukrajna, li qed tiffaċċja aggressjoni mir-Russja; billi t-Turkija wriet nuqqas ta' rieda u ppreżentat kundizzjonijiet politiċi biex tilqa' lill-Finlandja u lil-Iżvezja fin-NATO; billi huwa importanti li fiċ-ċirkostanzi serji attwali l-alleati kollha tan-NATO jaġixxu bi prospettiva u jirratifikaw malajr il-protokolli tal-adeżjoni tal-Finlandja u tal-Iżvezja;

D.

billi t-Turkija tospita l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja, bi kważi 4 miljun rifuġjat irreġistrati mis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan, u billi l-finanzjament tal-UE lil dawn il-komunitajiet wera l-valur tiegħu biex jassisti lit-Turkija sabiex twieġeb malajr għall-ħtiġijiet umanitarji u ta' żvilupp tar-rifuġjati u tal-komunitajiet ospitanti tagħhom;

E.

billi wara l-passi meħuda lejn tnaqqis tat-tensjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, kif ukoll bejn it-Turkija u xi Stati Membri tal-UE fil-Lvant tal-Mediterran, il-Kunsill Ewropew offra li jrawwem dinamika aktar pożittiva fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, dment li dan ikompli jiġi indirizzat bi sforzi kostruttivi; billi, b'mod partikolari, il-Kunsill Ewropew esprima l-fatt li huwa lest li jaħdem mat-Turkija b'mod gradwali, proporzjonat u riversibbli f'għadd ta' oqsma ta' interess komuni, dment li t-tnaqqis tat-tensjonijiet riċenti bejn l-UE u t-Turkija, b'mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, ikun sostnut u t-Turkija timpenja ruħha b'mod kostruttiv u tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew, b'mod partikolari dwar relazzjonijiet tajbin ta' viċinat u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali;

F.

billi l-fatt li pajjiż ikun kandidat jippreżumi rieda li javviċina progressivament u jallinja mal-acquis tal-UE fl-aspetti kollha, inklużi l-valuri, l-interessi, l-istandards u l-politiki, li jirrispetta u jħares il-kriterji ta' Copenhagen, li jallinja mal-politiki u l-objettivi tal-UE, u li jsegwi u jżomm relazzjonijiet tajbin ta' viċinat mal-UE u l-Istati Membri kollha tagħha mingħajr diskriminazzjoni; billi analiżi tar-rapporti tal-UE f'dawn l-aħħar snin turi li t-Turkija għadha ferm 'il bogħod mill-valuri u l-qafas normattiv tal-UE, distakk li fil-fatt qed jikber f'oqsma fundamentali bħar-rispett għad-dritt internazzjonali, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet individwali, id-drittijiet ċivili u l-libertà tal-espressjoni kif ukoll ir-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali; billi r-rabtiet bejn is-soċjetà ċivili Torka u l-forzi prodemokratiċi u l-UE għadhom b'saħħithom, peress li l-UE hija impenjata bis-sħiħ li tipprovdi appoġġ liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet Torok li jippromwovu n-normi u l-valuri Ewropej;

G.

billi matul is-sena li għaddiet, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija bħala medja baqgħu stabbli, hekk kif kooperazzjoni u djalogu msaħħa dwar għadd ta' kwistjonijiet ikkoeżistew ma' kunflitti u tensjonijiet regolari; billi din ir-riżoluzzjoni tirrifletti din is-sitwazzjoni billi tilqa' l-iżviluppi pożittivi u tagħmel referenza għal potenzjal ulterjuri fir-relazzjoni, filwaqt li tiġbed l-attenzjoni għall-problemi residwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali bi ksur tal-kriterji ta' Copenhagen, ksur tad-dritt internazzjonali, jew provokazzjonijiet kontinwi kontra r-Repubblika ta' Ċipru; billi jekk din ir-riżoluzzjoni trid tivvaluta b'mod xieraq il-progress tat-Turkija jew in-nuqqas ta' progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, bħala l-qalba tal-proċess ta' adeżjoni, huwa importanti li jiġu deskritti l-mekkaniżmi konkreti għall-erożjoni tal-libertajiet li, meħuda flimkien, qed iwasslu għal dan ir-rigress ġenerali tal-istandards Ewropej; billi approċċ bħal dan ifisser li wieħed imur lil hinn mit-tfassil ta' lista twila ta' ċittadini u gruppi li qed ibatu b'riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet biex fil-fatt jiġu identifikati l-operaturi u l-korpi tal-awtoritajiet pubbliċi responsabbli minn din is-sitwazzjoni inkwetanti fil-qasam ta' azzjoni partikolari tagħhom; billi l-kritika trid tkun immirata aktar milli ġenerika;

Valutazzjoni ġenerali u żviluppi reċenti

1.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-distakk persistenti bejn it-Turkija u l-UE fil-valuri u l-istandards, u n-nuqqas kontinwu ta' rieda politika li jitwettqu r-riformi neċessarji biex jiġi indirizzat, b'mod partikolari, it-tħassib serju dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jkompli jaffettwa b'mod negattiv il-proċess ta' adeżjoni, minkejja d-dikjarazzjonijiet ripetuti tat-Turkija dwar l-objettiv tal-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq il-fatt li f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm rigress kostanti fir-rigward tal-impenji tat-Turkija fir-rigward tal-proċess ta' adeżjoni; iqis li mingħajr progress ċar u sinifikanti f'dan il-qasam, il-Parlament ma jistax jipprevedi t-tkomplija tan-negozjati tal-adeżjoni mat-Turkija, li effettivament ilhom wieqfa mill-2018; ifakkar li l-proċess ta' adeżjoni huwa u jibqa' wieħed ibbażat fuq il-mertu li jiddependi bis-sħiħ mill-progress oġġettiv miksub minn kull pajjiż;

2.

Jinnota li minkejja titjib żgħir fir-relazzjonijiet ġenerali bejn l-UE u t-Turkija matul l-aħħar sena u b'mod partikolari f'dawn l-aħħar xhur, bl-adozzjoni ta' attitudni aktar kooperattiva min-naħa tal-Gvern Tork, kooperazzjoni u djalogu msaħħa dwar għadd ta' kwistjonijiet ikkoeżistew ma' kunflitti regolari u r-relazzjonijiet baqgħu ta' sfida mal-Istati Membri ġirien tal-UE, b'mod partikolari l-Greċja u r-Repubblika ta' Ċipru; jesprimi t-tama li d-diffikultajiet attwali jistgħu jingħelbu u jiġu sostitwiti b'dinamika pożittiva aktar sostnuta u ġenwina; jilqa' d-djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u t-Turkija dwar it-tibdil fil-klima tas-16 ta' Settembru 2021 u l-fatt li t-Turkija fformulat il-Patt Ekoloġiku tagħha stess, stabbilixxiet politiki domestiċi ambizzjużi dwar il-klima u rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi fis-6 ta' Ottubru 2021; jilqa' d-djalogu ta' livell għoli dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà tat-12 ta' Ottubru 2021, li ffoka fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin u l-kriminalità organizzata, u l-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi; jilqa' d-djalogu ta' livell għoli dwar is-saħħa pubblika tal-1 ta' Diċembru 2021, fejn id-diskussjonijiet iffukaw fuq kooperazzjoni msaħħa dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa, inkluż fuq terminu qasir fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19; ifaħħar, f'dan il-kuntest, ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati COVID-19 f'Awwissu 2021;

3.

Jinnota li filwaqt li t-taħditiet dwar l-adeżjoni għadhom wieqfa, it-Turkija aġġornat il-pjan ta' azzjoni nazzjonali tagħha għall-adeżjoni mal-UE biex ikopri s-snin 2021-2023; jinnota wkoll il-progress li sar mit-Turkija fl-allinjament aktar mill-qrib mal-acquis tal-UE f'oqsma bħal-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni, is-sistema ta' kwalifiki nazzjonali tagħha u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, kif ukoll il-prestazzjoni aħjar tat-Turkija f'Orizzont 2020 b'riżultat ta' dan;

4.

Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li t-Turkija hija pajjiż ta' rilevanza strateġika f'termini politiċi, ekonomiċi u ta' politika barranija, sieħba li hija ewlenija għall-istabbiltà tar-reġjun usa', u alleata vitali, inkluż fi ħdan in-NATO, li miegħu l-UE tixtieq tfittex li terġa' tistabbilixxi relazzjonijiet ibbażati fuq id-djalogu, ir-rispett u l-fiduċja reċiproka; jilqa', f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet reċenti mistqarra fl-ogħla livell mill-awtoritajiet Torok dwar l-impenn ġdid tal-Gvern Tork fi triqtu lejn l-UE, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex iwettqu dak li jgħidu u juru dan l-impenn b'fatti u deċiżjonijiet speċifiċi; jemmen li, jekk il-kundizzjonijiet jippermettu, id-djalogu mal-awtoritajiet Torok u l-kontropartijiet fil-livelli kollha għandu jissaħħaħ aktar bħala mezz ta' għajnuna biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja u titnaqqas il-possibbiltà ta' konfrontazzjonijiet futuri, f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-involviment mat-Turkija b'mod gradwali, proporzjonat u riversibbli; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jerġa' jdaħħal id-djalogu politiku ta' livell għoli sospiż u d-djalogi settorjali ta' livell għoli dwar l-ekonomija, l-enerġija u t-trasport, kif ukoll il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija, marbuta mat-titjib fis-sitwazzjoni tal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

5.

Jesprimi tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fit-Turkija, li minħabba żvalutar tal-munita, inflazzjoni għolja ħafna u għoli tal-ħajja dejjem akbar qiegħda titfa' għadd dejjem akbar ta' nies f'diffikultà u faqar; jinnota li filwaqt li s-sitwazzjoni attwali ilha tiżviluppa fuq għadd ta' snin, din inbidlet fi kriżi monetarja f'Diċembru 2021, li aggravat l-impatti eżistenti relatati mal-pandemija fl-ekonomija; huwa mħasseb dwar l-interventi tal-President u n-nuqqas ta' fiduċja li rriżulta f'korpi allegatament indipendenti bħall-Bank Ċentrali u l-Istitut tal-Istatistika tat-Turkija (TÜIK); jinnota, f'dan ir-rigward, li l-indipendenza operattiva taż-żewġ istituzzjonijiet hija kriterju ewlieni għall-adeżjoni mal-UE; jenfasizza, barra minn hekk, li l-prestazzjoni dgħajfa tat-Turkija fir-rigward tar-rispett għall-istat tad-dritt għandha wkoll impatt serju fuq l-immaġni ta' reputazzjoni tal-pajjiż u li n-nuqqas ta' ċertezza tad-dritt jista' jaffettwa serjament il-kapaċità tagħha li tattira investiment barrani; jemmen li relazzjoni aktar b'saħħitha u eqreb mal-UE tgħin biex tittaffa ftit mit-tbatija u tgħin biex jittejbu l-istandards tal-għajxien tal-popolazzjoni Torka;

6.

Jinnota li f'Ottubru 2021 it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja żiedet lit-Turkija mal-lista ta' ġuriżdizzjonijiet meqjusa li mhumiex kapaċi jindirizzaw il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-proliferazzjoni; jesprimi t-tama li t-Turkija tkun tista' turi malajr il-progress meħtieġ fit-titjib tal-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT);

7.

Jesprimi r-rieda li jsaħħaħ u japprofondixxi l-għarfien u l-fehim reċiproku bejn is-soċjetajiet tat-Turkija u l-Istati Membri, filwaqt li jippromwovi t-tkabbir kulturali u l-iskambji soċjokulturali u jiġġieled kontra l-manifestazzjonijiet kollha ta' preġudizzju soċjali, reliġjuż, etniku jew kulturali; jesprimi l-impenn sħiħ tiegħu li jkompli jappoġġja lis-soċjetà ċivili indipendenti tat-Turkija fi kwalunkwe ċirkostanza u qafas ta' relazzjonijiet li jista' jġib miegħu l-futur;

L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

8.

Jiddeplora d-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, inkluż rigress fir-rigward tal-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; iqis li l-forma ta' governanza repressiva attwali, li l-pilastri ewlenin tagħha huma l-abbuż tal-qafas legali – partikolarment bl-applikazzjoni ta' akkużi ta' terroriżmu u r-restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni – u n-nuqqas ta' indipendenza tal-ġudikatura, hija politika governattiva deliberata, persistenti u sistematika mfassla għas-soppressjoni ta' kwalunkwe attività kritika, b'mod dirett jew permezz ta' effett dissważiv; jinsab allarmat bil-fatt li sabiex titwettaq din il-politika, l-awtoritajiet tal-istat Tork huma lesti li jinjoraw b'mod sfaċċat u persistenti l-obbligi legali internazzjonali u domestiċi tagħhom, bħal dawk li joriġinaw mis-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa;

9.

Jinsisti li l-qasam kruċjali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, li huwa fil-qalba tal-proċess ta' adeżjoni, ma jistax jinqata' u jiġi iżolat mir-relazzjonijiet globali mal-UE u jisħaq li għall-Parlament, dan jibqa' ostaklu serju għal progress ulterjuri fi kwalunkwe aġenda pożittiva li tista' tiġi offruta lit-Turkija, li għandha tkun tiddependi wkoll fuq ir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u l-prinċipju fundamentali ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali;

10.

Jistieden lit-Turkija timplimenta bis-sħiħ is-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'konformità mal-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, obbligu inkondizzjonat li ġej mis-sħubija tat-Turkija fil-Kunsill tal-Ewropa u huwa minqux fil-kostituzzjoni tagħha; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli s-sentenza reċenti tat-13-il Qorti Penali ta' Istanbul li timponi sentenza ta' għomor il-ħabs aggravata fuq Osman Kavala wara aktar minn erba' snin u nofs ta' detenzjoni inġusta, illegali u illeġittima; jemmen li s-Sur Kavala nstab ħati fuq akkużi mhux ġustifikati bl-iskop li jsikktuh u li jiskoraġġixxu l-vuċijiet kritiċi fit-Turkija; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Torok biex jaġixxu skont l-obbligi internazzjonali u domestiċi tagħhom u biex jirrispettaw is-sentenza finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'dan il-każ u jeħilsu minnufih lis-Sur Kavala; jikkundanna u jiddeplora l-isforzi u t-tentattivi kontinwi biex tiġi estiża l-priġunerija tas-Sur Kavala permezz ta' sensiela ta' tattiċi ġudizzjarji evażivi kumplessi, inklużi l-amalgamazzjoni u l-iskonnessjoni tal-fajls tal-każijiet u l-irregolaritajiet kostanti; jinsab allarmat bil-fatt li s-sentenza ta' għomor il-ħabs aggravata imposta mill-qorti hija bbażata fuq l-Artikolu 312 tal-Kodiċi Kriminali tat-Turkija (li jipprova jwaqqa' l-gvern bil-forza u l-vjolenza), minkejja li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ċaħdet speċifikament din l-akkuża fis-sentenzi tagħha; jieħu nota tad-deċiżjonijiet rikorrenti tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa li ħeġġu l-ħelsien tas-Sur Kavala, li wassal għat-tnedija storika ta' proċedimenti ta' ksur kontra t-Turkija permezz ta' riżoluzzjonijiet interim f'Diċembru 2021 u Frar 2022 dwar ir-rifjut tal-pajjiż li jirrispetta s-sentenza finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li l-proċedimenti ta' ksur jenfasizzaw il-gravità tal-ksur, min-naħa tat-Turkija, tal-obbligi tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u pajjiż kandidat tal-UE;

11.

Itenni l-kundanna u d-dispjaċir qawwija tiegħu dwar l-irtirar tat-Turkija, b'digriet presidenzjali, mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), deċiżjoni li hija partikolarment allarmanti minħabba l-għadd kontinwament kbir ta' femminiċidji u forom oħra ta' vjolenza fil-pajjiż, pass lura konsiderevoli għall-isforzi biex jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż; itenni l-appell tiegħu lill-Gvern tat-Turkija biex ireġġa' lura din id-deċiżjoni inkomprensibbli, li tikkostitwixxi ksur flagranti tal-valuri fundamentali Ewropej u se tifforma parti mill-evalwazzjoni tal-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija; jistieden lill-awtoritajiet Torok, f'dan ir-rigward, isegwu politika ta' tolleranza żero u jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet kollha, jappoġġjaw lis-superstiti, u jżommu lil dawk li jabbużaw responsabbli billi jimplimentaw bis-sħiħ, sadanittant, il-Liġi Torka Nru 6284 dwar il-Protezzjoni tal-Familja u l-Prevenzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa u l-miżuri kollha identifikati fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; huwa mħasseb ħafna dwar l-att tal-akkuża mressaq mill-Uffiċċju tar-Reati Intellettwali u Industrijali tal-Uffiċċju tal-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Istanbul, li qed ifittex l-għeluq tal-Pjattaforma “Se Nwaqqfu l-Femminiċidji” (KCDP), wieħed mill-akbar u l-aktar gruppi prominenti tad-drittijiet tan-nisa fit-Turkija għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, filwaqt li jakkużaha bi ksur tal-moralità pubblika;

12.

Jinnota l-importanza li tiġi mħarsa l-libertà ta' għaqda u dimostrazzjoni fit-Turkija, li hija minquxa fil-kostituzzjoni tagħha u tikkostitwixxi obbligu pożittiv li jirriżulta mill-istatus tagħha bħala firmatarja tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jesprimi dispjaċir dwar ir-rigress serju fil-libertà ta' għaqda u dimostrazzjoni, li qed tkun dejjem aktar taħt pressjoni fid-dawl tal-użu ta' rutina u l-estensjoni tal-projbizzjonijiet fuq il-protesti u d-dimostrazzjoni minn gvernaturi provinċjali, l-użu eċċessiv tal-forza kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti fost l-impunità ġenerali tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, u l-multi u l-prosekuzzjonijiet amministrattivi mogħtija lil dimostranti fuq akkużi ta' attivitajiet relatati mat-terroriżmu; huwa partikolarment imħasseb dwar il-projbizzjoni imposta mill-Gvernatur tal-provinċja ta' Van li ilha fis-seħħ għal aktar minn ħames snin; jiddeplora l-persekuzzjoni tal-ġurnalisti waqt protesti pubbliċi mill-forzi tal-pulizija Torok, inkluż skont id-direttiva ta' April 2021 mill-kap tad-Direttorat Ġenerali tas-Sigurtà (EGM) tat-Turkija li tagħti struzzjonijiet lill-forzi tal-pulizija Torok biex jimpedixxu reġistrazzjonijiet ta' protesti u dimostrazzjonijiet, li sussegwentement ġiet sospiża mill-Kunsill tal-Istat; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu l-akkużi kontra l-istudenti tal-Università ta' Boğaziçi mħarrka talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal għaqda paċifika, u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-libertà akkademika u l-awtonomija tal-universitajiet; huwa mħasseb, f'dan ir-rigward, bid-deċiżjoni reċenti li jitneħħew tliet dekani eletti mill-Università ta' Boğaziçi, li r-rettur attwali tagħha nħatar b'digriet presidenzjali f'Awwissu 2021; jilqa' d-dikjarazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-4 ta' Frar 2021, li fakkret li l-pandemija tal-COVID-19 ma tistax tintuża bħala mezz biex jissikktu l-vuċijiet kritiċi u kkundannat id-diskors ta' mibegħda minn uffiċjali ta' livell għoli kontra l-istudenti LGBTI; jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni vjolenti reċenti mill-pulizija fid-disa' parata Pride fl-Università ta' Boğaziçi, li fiha ntużat forza eċċessiva illegali kontra l-istudenti u nżammu arrestati bosta parteċipanti;

13.

Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar il-miżuri sproporzjonati u arbitrarji li jimminaw il-libertà tal-espressjoni; jieħu nota tat-tnaqqis ulterjuri fl-għadd ta' ġurnalisti fil-ħabs fit-Turkija u ż-żieda fl-għadd ta' liberazzjonijiet f'kawżi kontra ġurnalisti osservati reċentement; jitlob il-ħelsien u l-liberazzjoni tal-ġurnalisti, il-kittieba, l-impjegati tal-midja u l-utenti tal-midja soċjali kollha li għadhom detenuti illegalment sempliċement talli eżerċitaw il-professjoni u d-drittijiet ċivili tagħhom; jilqa' s-sentenzi reċenti tal-Kunsill tal-Istat li waqqfu l-eżekuzzjoni ta' xi artikoli tar-Regolamenti dwar il-Karta tal-Istampa u ċ-ċirkolari tal-pulizija li pprojbixxiet reġistrazzjonijiet awdjoviżivi f'dimostrazzjonijiet pubbliċi; jesprimi tħassib serju, sadanittant, dwar l-arresti arbitrarji kontinwi ta' ġurnalisti, impjegati tal-midja u utenti tal-midja soċjali, l-użu sistematiku ta' reati terroristiċi vagi biex isikktuhom, iż-żieda fir-restrizzjonijiet u ċ-ċensura imposti fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali u l-prattika tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' persuni fuq akkużi bħall-allegat nuqqas ta' rispett tal-valuri Iżlamiċi; jinsab partikolarment allarmat bl-abbuż kbir tal-Artikolu 299 tal-Kodiċi Penali tat-Turkija dwar insulti lill-president, li jista' jġorr sentenza ta' ħabs ta' bejn sena u erba' snin; iqis li huwa kompletament sproporzjonat li mill-2014, l-ewwel sena tal-mandat tal-President Erdoğan, tnedew aktar minn 160 000 investigazzjoni, tressqu aktar minn 35 500 kawża u ngħtaw aktar minn 12 800 kundanna għal insulti lill-president; jistieden lill-awtoritajiet Torok jemendaw il-liġi dwar l-insulti lill-president f'konformità mas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja sabiex il-liġi Torka dwar din il-kwistjoni tiġi allinjata mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinsab partikolarment allarmat bil-każ tal-ġurnalist Sedef Kabaş, li reċentement ġiet ikkundannata għal sentejn u erba' xhur ħabs mis-36 Qorti Penali tal-Prim Istanza ta' Istanbul talli allegatament “insultat lill-president” fuq xandira diretta fuq TELE1 TV fl-14 ta' Jannar 2022; jilmenta dwar it-trattament li rċeviet minn mindu ġiet arrestata f'nofsillejl tat-22 ta' Jannar 2022 wara li kienet fil-mira pubblika ta' uffiċjali għolja tal-gvern u wara li qattgħet 49 jum f'arrest preventiv qabel is-smigħ tal-kawża, u jiddenunzja l-fatt li l-att tal-akkuża mħejji mill-Uffiċċju tal-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Istanbul talab sa 12-il sena u 10 xhur ħabs għal reati differenti; iqis dan il-każ bħala eżempju ċar ta' abbuż tal-Artikolu 299 bil-għan li jkollu effett dissważiv fuq kwalunkwe ġurnalist jew ċittadin li jista' jesprimi kritika fil-konfront tal-president jew tal-gvern; jesprimi tħassib dwar iċ-ċirkolari presidenzjali dwar l-attivitajiet tal-istampa u tax-xandir ippubblikata fit-28 ta' Jannar 2022, peress li din tista' tinvolvi restrizzjonijiet illegali fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; huwa mħasseb li fost il-membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, it-Turkija kienet l-aktar waħda li kellha sentenzi relatati mal-ksur tal-libertà tal-espressjoni fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2021 u jiddeplora l-fatt li t-Turkija għadha kklassifikata fost il-pajjiżi fejn il-libertà tal-istampa hija l-aktar mhedda;

14.

Jafferma li l-prosekuzzjoni, iċ-ċensura u l-fastidju kontinwi fil-konfront tal-ġurnalisti u l-midja indipendenti jibqgħu kwistjoni ta' tħassib fit-Turkija u jeħtieġ li jiġu indirizzati mingħajr dewmien, peress li qed inaqqru l-fibra demokratika tas-soċjetà Torka; huwa mħasseb, barra minn hekk, dwar l-attakki fuq ġurnalisti u avversarji fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-President tal-Kunsill Suprem tar-Radju u t-Televiżjoni tat-Turkija (RTÜK) biex jieqaf mill-impożizzjoni eċċessiva ta' multi u projbizzjonijiet tax-xandir li jirrestrinġu l-libertà leġittima tal-espressjoni tal-ġurnalisti u x-xandara Torok; huwa mħasseb dwar it-theddida ta' RTÜK li jimblokka l-organi tal-istampa internazzjonali Deutsche Welle, Euronews u Voice of America jekk ma japplikawx għal liċenzji tax-xandir li jippermettu lill-gwardjan jissorvelja l-kontenut tagħhom; jitlob li RTÜK iwaqqaf il-miżuri punittivi diskriminatorji tiegħu kontra xandara indipendenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li hemm ingranaġġ ekonomiku dejjem jikber f'isem il-gvern, inkluż nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi (reklamar, offerti pubbliċi), li jippermettilu jeżerċita kontroll kważi sħiħ tal-midja tal-massa; huwa mħasseb dwar it-tixrid tal-propaganda tal-istat minn organi tal-istampa mmexxija mill-istat u dawk li jiffavorixxu lill-gvern; jistieden lill-president tal-Aġenzija għar-Reklamar tal-Istampa (BİK) biex jiżgura li l-projbizzjoni fuq ir-reklamar pubbliku ma sservix biex jitrażżan ir-rappurtar tal-midja indipendenti, kif ġara fil-każ tal-gazzetta ta' kuljum Evrensel, f'livell storiku baxx fl-istorja tal-istampa tat-Turkija; jistieden lid-Direttur tal-Komunikazzjonijiet għall-Presidenza Torka jiżgura li l-applikazzjonijiet tal-karti tal-istampa jiġu pproċessati malajr u jwaqqaf l-użu tal-ilmenti kriminali u r-retorika belliġerenti kontra l-ġurnalisti; jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija ssegwi s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Torka ta' Jannar 2022 li titlob li l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-Internet jiġi fformulat mill-ġdid biex jipproteġi l-libertajiet tal-espressjoni u tal-istampa; jinsab partikolarment allarmat bil-każ tal-ġurnalist Ċiprijott Tork Ali Kişmir, li reċentement ġie pprojbit milli jidħol fit-Turkija u qed jiffaċċja akkużi fil-qorti talli esprima kritika kontra Ankara;

15.

Jieħu nota tal-adozzjoni tar-raba' u l-ħames pakkett ġudizzjarju min-naħa tat-Turkija fl-2021, li, għalkemm jikkostitwixxu pass fid-direzzjoni t-tajba, huma modesti u ma jindirizzawx it-tħassib ewlieni; jafferma, madankollu, li l-problemi attwali ma jirriżultawx biss minn leġiżlazzjoni problematika, iżda ħafna drabi huma kkawżati minn falliment u nuqqas ta' rieda politika li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet adegwati eżistenti; jibqa' mħasseb dwar l-erożjoni kontinwa tal-istat tad-dritt u l-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja fit-Turkija, flimkien mal-effett dissważiv tas-sensji kollettivi mwettqa mill-gvern f'dawn l-aħħar snin kif ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi minn uffiċjali eżekuttivi dwar każijiet ġudizzjarji li jkunu għadhom għaddejjin, li jimminaw l-indipendenza, l-imparzjalità u l-kapaċità ġenerali tal-ġudikatura li tipprovdi rimedju effettiv għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota b'dispjaċir, f'dan il-kuntest, li r-riformi ġudizzjarji ma jindirizzawx dawn in-nuqqasijiet fundamentali; jisħaq li dan huwa qasam ta' tħassib kbir, peress li jirrappreżenta l-pedament ta' sistema demokratika li tiffunzjona u li taħdem għas-servizz u l-benefiċċju tal-popolazzjoni; jinnota l-ħatra fil-Qorti Kostituzzjonali Torka, f'Jannar 2021, ta' mħallef li kien serva biss 20 jum fil-Qorti tal-Kassazzjoni u li qabel kien aġixxa bħala Kap Prosekutur Pubbliku ta' Istanbul, fejn kien involut fil-kawżi kontroversjali mressqa kontra Osman Kavala, id-dimostranti ta' Gezi Park, u l-ġurnalisti Can Dündar u Erdem Gül, fost l-oħrajn; jirrimarka li l-Kunsill tal-Imħallfin u l-Prosekuturi (HSK) huwa l-element ewlieni ta' tħassib fir-rigward tan-nuqqas ta' indipendenza ġudizzjarja; itenni l-appell tiegħu biex in-nuqqasijiet fl-istruttura u l-proċess tal-għażla għall-membri ta' dan il-Kunsill jiġu indirizzati bil-għan li tiġi żgurata l-indipendenza tiegħu u jintemmu d-deċiżjonijiet arbitrarji tiegħu; jikkundanna bil-qawwa s-sensji u r-ritorn furzat ta' għadd kbir ta' mħallfin u prosekuturi Torok; ifakkar li kwalunkwe sensja u ħatra fil-ġudikatura għandha tkun soġġetta għal skrutinju partikolarment rigoruż, li l-fergħa eżekuttiva trid tkun ipprojbita milli tindaħal fl-affarijiet tal-ġudikatura jew tipprova teżerċita influwenza fuqha u li l-ħatra tal-ġudikatura trid tirrispetta l-prinċipji ta' indipendenza u imparzjalità; jinsab allarmat bir-rapporti ta' tendenza ta' persekuzzjoni fil-konfront ta' avukati li jirrappreżentaw individwi akkużati b'terroriżmu fejn l-avukati ġew imħarrka għall-istess reat bħal dak attribwit lill-klijent tagħhom, jew reat relatat, f'kuntest fejn dan ikkostitwixxa ostaklu ċar għat-tgawdija tad-dritt għal proċess ġust u aċċess għall-ġustizzja; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jiggarantixxi l-ħidma indipendenti tal-avukati u jeħles lil kull min ikun detenut illegalment sempliċiment talli jkun wettaq id-dmirijiet legali tiegħu; jinnota bi tħassib kbir li, minkejja t-tneħħija formali tal-istat ta' emerġenza f'Lulju 2018, l-impatt tiegħu fuq id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali għadu jinħass bil-qawwa u għad għandu impatt fuq ħafna individwi, fost l-aktar minn 152 000 impjegat taċ-ċivil, inklużi għalliema, tobba, akkademiċi (għall-paċi), avukati, imħallfin u prosekuturi, li tkeċċew b'mod arbitrarju u ġew ipprojbiti b'mod permanenti milli jaħdmu fis-settur pubbliku jew anke fil-professjonijiet tagħhom inġenerali; jisħaq li ħafna minn dawn is-sensji għadu qed ikollhom effetti devastanti fuq dawk imkeċċija kif ukoll il-familji tagħhom, inkluża stigma soċjali u professjonali permanenti; jesprimi dubji serji dwar il-funzjonament tal-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar il-Miżuri tal-Istat ta' Emerġenza bħala mekkaniżmu ta' rimedju intern minħabba n-nuqqas ta' indipendenza u imparzjalità tiegħu; jinnota li l-kanċellazzjonijiet arbitrarji tal-passaporti, minkejja titjib inkrementali, għadhom jikkostitwixxu ksur ewlieni tal-moviment liberu;

16.

Jesprimi tħassib dwar in-numru dejjem akbar ta' applikazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar ksur ta' drittijiet kostituzzjonali u n-nuqqas ta' bidliet implimentati meta jiġi żvelat dan il-ksur; jinnota d-dikjarazzjonijiet reċenti tal-President tal-Qorti Kostituzzjonali li jirrikonoxxu li aktar minn 73 % tal-aktar minn 66 000 applikazzjoni li waslu fl-2021 kienu jikkonċernaw id-dritt għal proċess ġust u jiddeskrivu s-sitwazzjoni bħala “mwiegħra”; iqajjem dubju dwar il-legalità tal-bidliet fir-regoli proċedurali tal-qorti li jippermettu li d-deċiżjonijiet jiġu differiti b'sena;

17.

Jinnota l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni ġdid dwar id-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-awtoritajiet Torok f'Marzu 2021 bħala apprezzabbli fil-prinċipju; jinnota, madankollu, li dan iħalli għadd ta' kwistjonijiet sottostanti mhux indirizzati u li l-impenn tal-gvern se jitkejjel skont kemm il-pjan jiġi implimentat u r-riformi jitwettqu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu għaċ-ċittadini kollha mingħajr diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw b'mod effettiv is-sitwazzjoni mwiegħra tal-Kurdi, l-Armeni, l-Assirjani u, b'mod partikolari, l-akkomodazzjoni u l-edukazzjoni tal-komunità Rom, li għadhom jiffaċċjaw livelli komparattivament ogħla ta' faqar, qgħad, diskriminazzjoni u esklużjoni;

18.

Jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-riżoluzzjonijiet interim tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rigward l-oġġezzjoni tal-kuxjenza; jinnota, f'dan ir-rigward, il-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-awtoritajiet Torok lill-Kumitat tal-Ministri u jħeġġiġhom jiżviluppaw miżuri ulterjuri biex jiżguraw, permezz tal-leġiżlazzjoni meħtieġa, eżerċizzju ġust u aċċessibbli tad-dritt għal oġġezzjoni tal-kuxjenza għas-servizz militari; jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem akbar ta' applikazzjonijiet quddiem il-Qorti Kostituzzjonali rigward oġġezzjoni ta' kuxjenza minn meta tressqet l-ewwel applikazzjoni fl-2017, u li dawn kienu għadhom pendenti mingħajr ebda komunikazzjoni essenzjali mal-applikanti; iħeġġeġ li jsiru l-emendi legali meħtieġa biex jitwaqqaf iċ-ċiklu tal-prosekuzzjonijiet u l-pieni kif ukoll ir-restrizzjonijiet kollha li jaffettwaw lil dawk li joġġezzjonaw minħabba raġunijiet ta' kuxjenza;

19.

Jistieden lill-awtoritajiet Torok jippromwovu riformi pożittivi u effettivi fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon billi jippermettu lill-komunitajiet reliġjużi jiksbu personalità ġuridika u drittijiet edukattivi, u billi japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-istatus tal-komunitajiet reliġjużi u s-sentenzi rilevanti kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluż dwar il-popolazzjoni Ortodossa Griega tal-gżejjer ta' Gökçeada (Imbros) u Bozcaada (Tenedos); jistieden lill-Gvern Tork iżid l-isforzi kontinwi relatati, fost l-oħrajn, mar-rikonoxximent pubbliku għall-identità Alevita u l-istatus legali u l-finanzjament ta' Cemevis, f'konformità mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar ir-reliġjon u l-klassijiet etiċi obbligatorji u l-postijiet ta' qima Aleviti; jistieden lill-awtoritajiet Torok jirrispettaw bis-sħiħ il-karattru storiku u kulturali tal-monumenti u s-simboli kulturali u reliġjużi, b'mod speċjali dawk ikklassifikati bħala Siti ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jinnota bi tħassib l-iżviluppi reċenti fir-rigward tal-monasteru storiku ta' Panagia Soumela, li qiegħed fil-Lista Tentattiva tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati r-restrizzjonijiet fuq it-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-membri tal-kleru, li jitħalla jinfetaħ mill-ġdid is-Seminarju ta' Halki, li ilu magħluq mill-1971, u li jitneħħew l-ostakli kollha biex dan ikun jista' jiffunzjona kif xieraq; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta r-rwol tal-Patrijarkat Ekumeniku għall-Insara Ortodossi madwar id-dinja kollha u biex tirrikonoxxi l-personalità ġuridika tiegħu u l-użu pubbliku tat-titlu ekkleżjastiku tal-Patrijarka Ekumeniku; jesprimi dispjaċir għall-fatt li għad irid jiġi ppubblikat regolament elettorali ġdid għal fondazzjonijiet mhux Musulmani, wara l-annullament tiegħu fl-2013, li ħoloq problemi serji għall-amministrazzjoni xierqa ta' dawn il-fondazzjonijiet, billi ma tista' ssir l-ebda elezzjoni; jinnota bi tħassib li d-diskors ta' mibegħda u r-reati ta' mibegħda kontra l-minoranzi reliġjużi, prinċipalment l-Aleviti, l-Insara u l-Lhud, komplew jiġu rrappurtati u li l-investigazzjonijiet baqgħu ineffettivi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iħarrku b'mod effettiv lit-trasgressuri u jipproteġu kif xieraq lill-minoranzi reliġjużi kollha;

20.

Jesprimi dispjaċir dwar il-pressjoni legali u amministrattiva sostnuta mill-Gvern Tork fuq is-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, il-ġurnalisti, l-akkademiċi, it-trejdjunjonisti, il-minoranzi etniċi u reliġjużi u bosta ċittadini Torok u l-ispazju dejjem jiċkien biex huma joperaw b'mod liberu fit-Turkija; jikkundanna l-għeluq arbitrarju tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs prominenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti tal-midja; jistieden lit-Turkija tikkunsidra vuċijiet kritiċi jew kuntrarji, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-akkademiċi u l-ġurnalisti, bħala kontributuri siewja għad-djalogu soċjali, aktar milli forzi destabbilizzanti, tippermettilhom jiffunzjonaw f'konformità mad-dmirijiet tagħhom u fil-mandat u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, u jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b'mod liberu, peress li dan jipprevedi demokrazija u soċjetà aktar b'saħħithom b'mod ġenerali; itenni l-appell tiegħu lill-Gvern tat-Turkija biex jirrieżamina l-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Finanzjament tal-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva ta' Diċembru 2020, li tagħti lill-Ministeru tal-Intern Tork u lill-President awtorità estensiva biex jirrestrinġu l-attivitajiet ta' NGOs, sħubijiet kummerċjali, gruppi u assoċjazzjonijiet indipendenti u tidher li għandha l-għan li tkompli tillimita, tirrestrinġi u tikkontrolla s-soċjetà ċivili; huwa mħasseb dwar l-osservazzjonijiet kemm tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li indikaw li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kienu l-ewwel li ġew awditjati skont din il-liġi; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jeżerċitaw pressjoni akbar fuq il-Gvern Tork u jżidu l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili indipendenti fit-Turkija, inkluż permezz tal-istrumenti finanzjarji rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u programmi rilevanti tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, finanzjament suffiċjenti għas-soċjetà ċivili, l-atturi mhux statali u l-kuntatti bejn il-persuni sabiex tingħata prijorità lill-isforzi favur id-demokrazija li jistgħu jgħinu biex tiġi ġġenerata r-rieda politika meħtieġa biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-finanzjament tal-gvernijiet lokali fir-rigward ta' proġetti ta' interess reċiproku; jisħaq li l-assistenza finanzjarja fl-ambitu tal-IPA III hija bbażata fuq il-kundizzjonalità marbuta mal-approċċ tal-“prijorità tal-kwistjonijiet fundamentali” u jtenni, f'dan il-kuntest, it-talba tiegħu li l-finanzjament tal-IPA għar-riformi fit-Turkija jiġi żborżat bi trasparenza sħiħa u jiġi ġestit direttament mill-UE jew minn istituzzjoni internazzjonali rikonoxxuta;

21.

Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-persuni LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward ta' attakki fiżiċi u reati ta' mibegħda – speċjalment kontra persuni transġeneru – il-projbizzjonijiet ripetuti tal-parati Pride madwar il-pajjiż, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, kif ukoll iċ-ċensura fil-midja u online, u jħeġġeġ lill-Gvern Tork iħares id-drittijiet ugwali u legali tagħhom; ifakkar fil-bżonn li jiġu adottati miżuri biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jgawdu dawn il-libertajiet b'mod sikur; jenfasizza l-pożizzjoni dejjem aktar omofobika tal-Gvern Tork u l-użu ta' diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI minn uffiċjali ta' livell għoli, li għandu l-għan li jistigmatizza u jikkriminalizza l-komunità LGBTI u jista' jservi bħala bażi għat-trawwim ta' reati ta' mibegħda u faċilitatur b'saħħtu ta' aktar fastidju, diskriminazzjoni u vjolenza potenzjali; ifakkar li l-obbligi tat-Turkija skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jinvolvu responsabbiltà fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra persuni LGBTI u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iwettqu l-impenji tagħhom; jitlob li l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess jiżdiedu bħala raġunijiet protetti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tax-xogħol kontra d-diskriminazzjoni; jissottolinja x-xejra fl-użu ta' proċedimenti ġudizzjarji biex titqiegħed mażżra ma' ħalq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-NGOs u l-avukati u jitrażżan l-attiviżmu, partikolarment fil-konfront ta' difensuri tad-drittijiet tal-persuni LGBTI; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-investigazzjonijiet kriminali kontra l-kmamar tal-avukati ta' Istanbul, Ankara u Diyarbakır u l-każ li kien jinvolvi lill-parteċipanti fil-parata Pride tal-2019 fil-Middle East Technical University ta' Ankara; jilqa' l-fatt li dawn tal-aħħar ħarġu liberati; qed isegwi bi tħassib serju l-proċess li għaddej kontra l-bord eżekuttiv u l-president tal-Kamra tal-Avukati ta' Ankara, li fih il-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Ankara qed jitlob sa sentejn ħabs għal allegati “insulti lil uffiċjal pubbliku” minħabba l-kritika li saret lill-kap tad-Direttorat tal-Affarijiet Reliġjużi (Diyanet) għad-dikjarazzjonijiet omofobiċi li għamel fil-14 ta' April 2020, jiġifieri li “l-Iżlam jisħet l-omosesswalità […] għax iġġib magħha l-mard u tirvina ġenerazzjonijiet sħaħ”; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jintroduċu l-miżuri legali meħtieġa biex tintemm kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru f'konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet jallinjaw il-leġiżlazzjoni kriminali dwar ir-reati ta' mibegħda omofobika u transfobika mar-Rakkomandazzjoni tal-Politika Ġenerali Nru 7 tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza; iħeġġeġ lit-Turkija twaqqa' l-akkużi kollha kontra l-parteċipanti paċifiċi f'avvenimenti LGBTI u tneħħi l-projbizzjonijiet ripetuti fuq avvenimenti Pride;

22.

Jesprimi tħassib serju dwar l-attakki kostanti kontra l-partiti tal-oppożizzjoni, b'mod partikolari l-HDP u oħrajn, inkluż il-Partit Popolari Repubblikan (CHP), fosthom billi ssir pressjoni fuqhom, jiġu mġiegħla jagħlqu u l-membri tagħhom jintbagħtu l-ħabs, li jimmina l-funzjonament xieraq tas-sistema demokratika; jenfasizza li d-demokrazija tippresupponi ambjent li fih il-partiti politiċi, is-soċjetà ċivili u l-midja jistgħu jiffunzjonaw mingħajr theddid jew restrizzjonijiet arbitrarji;

23.

Jinnota bi tħassib kbir li l-HDP, is-sindki eletti tiegħu u l-organizzazzjonijiet tal-partit, inkluża l-fergħa taż-żgħażagħ, qed jiġu speċifikament u kontinwament immirati u kriminalizzati mill-awtoritajiet Torok, u dan wassal għal sitwazzjoni fejn aktar minn 4 000 membru tal-HDP bħalissa jinsabu l-ħabs; ikompli jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni ta' Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ, l-eks kopresidenti tal-HDP, li ilhom il-ħabs minn Novembru 2016, u jitlob il-ħelsien immedjat tagħhom; jesprimi x-xokk tiegħu b'reazzjoni għad-diżrispett kontinwu u n-nuqqas ta' applikazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem min-naħa tal-awtoritajiet Torok biex it-Turkija teħles minnufih lil Selahattin Demirtaş; jikkundanna bil-qawwa l-akkuża miġjuba kontra l-HDP u favur il-projbizzjoni mill-ħajja politika ta' 451 individwu, inklużi l-biċċa l-kbira tal-membri tat-tmexxija attwali tal-partit, imressqa mill-Kap Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Kassazzjoni Torka u aċċettata b'unanimità mill-Qorti Kostituzzjonali tat-Turkija f'Ġunju 2021, li twaqqafhom milli jwettqu kwalunkwe tip ta' attività politika fil-ħames snin li ġejjin; ifakkar li l-Qorti Kostituzzjonali kienet diġa ħarġet projbizzjoni fil-konfront ta' sitt partiti politiċi li kienu fuq in-naħa tal-Kurdi; jinnota bi tħassib serju li x-xoljiment tal-HDP jirrappreżenta l-konklużjoni ta' ripressjoni li ilha għaddejja għal diversi snin, u jtenni li l-projbizzjoni tal-partit tkun żball politiku serju u daqqa irriversibbli għall-pluraliżmu u l-prinċipji demokratiċi; jenfasizza wkoll ir-rwol tat-22 Qorti Penali ta' Ankara fl-hekk imsejħa kawża Kobane kontra 108 individwi, inklużi bosta politiċi tal-HDP; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol speċjali tal-prosekutur pubbliku u jitlob ċarezza, b'mod partikolari, dwar l-allegat indħil politiku ddokumentat fil-fajl; jistaqsi wkoll kif il-qorti rnexxielha teżamina u taċċetta dokument ta' 3 530 paġna f'ġimgħa mingħajr ma semgħet lill-konvenuti;

24.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-każ li għaddej kontra l-Viċi President tas-CHP Gökçe Gökçen bħala parti minn investigazzjoni fil-konfront tal-bord eżekuttiv kollu tal-partit għall-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ktejjeb; huwa xxukkjat li f'waħda mit-tliet kawżi mressqa kontriha, l-Uffiċċju tal-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Ankara akkuża lil Gökçen bir-reat ta' attakk fiżiku fuq il-president, li jġib miegħu sentenza minima ta' ħames snin ħabs, b'rabta mal-pubblikazzjoni tal-fuljett; jinnota li filwaqt li din il-kawża ġiet miċħuda mit-18-il Qorti Kriminali Għolja ta' Ankara, iż-żewġ kawżi l-oħra għal malafama, inċitament għall-mibegħda u malafama kontra l-President għadhom għaddejjin; għadu mħasseb serjament dwar l-intimidazzjoni politika u ġudizzjarja kontinwa fil-konfront ta' Canan Kaftancıoğlu, il-president provinċjali tas-CHP ta' Istanbul, permezz ta' għadd dejjem akbar ta' kawżi kontriha; jikkundanna d-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Kassazzjoni li tilqa' tliet sentenzi minn ħamsa kontriha li jammontaw għal erba' snin u 11-il xahar ta' priġunerija u li timponi projbizzjoni politika fuq is-Sa Kaftancıoğlu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-natura arbitrarja tal-proċess ta' reġistrazzjoni mtawwal għall-Partit tal-Ħodor tat-Turkija, li applika għal ċertifikat ta' formazzjoni mal-Ministeru tal-Intern Tork fil-jum tat-twaqqif tiegħu f'Settembru 2020, iżda għadu ma nħariġlux wieħed;

25.

Jikkundanna l-użu rikorrenti tar-revoka tal-istatus parlamentari ta' membri parlamentari tal-oppożizzjoni, li jimmina serjament l-immaġni tal-Parlament Tork bħala istituzzjoni demokratika; ifakkar, f'dan ir-rigward, fis-sentenza reċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1 ta' Frar 2022 li fiha qalet li t-tneħħija tal-immunità ta' 40 membru parlamentari tal-HDP fl-2016 kisret id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda; qed isegwi bi tħassib il-każ tal-membru parlamentari tal-HDP għal Diyarbakır, Semra Güzel, li hi akkużata b'allegata “sħubija f'organizzazzjoni terroristika” b'rabta ma' ritratti meħuda ħames snin ilu, u li l-immunità leġiżlattiva tagħha tneħħiet fl-1 ta' Marzu 2022;

26.

Itenni l-kundanna tiegħu għad-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet Torok li jneħħu mill-kariga lil aktar minn 150 sindku elett demokratikament abbażi ta' evidenza dubjuża u s-sostituzzjoni arbitrarja tagħhom b'persuni ta' fiduċja maħtura mill-gvern ċentrali u mhux eletti; jikkundanna l-fatt li mill-aħħar elezzjonijiet lokali tal-31 ta' Marzu 2019 biss, 48 mill-65 sindku tal-HDP eletti demokratikament fix-Xlokk tat-Turkija tneħħew mill-gvern u ħafna minnhom ġew sostitwiti minn persuni ta' fiduċja; jemmen bis-sħiħ li dawn id-deċiżjonijiet illegali jimminaw id-demokrazija fil-livell lokali u jikkostitwixxu attakk dirett fuq l-aktar prinċipji bażiċi tagħha, billi jċaħħdu miljuni ta' votanti minn rappreżentanza eletta demokratikament; jistieden lit-Turkija treġġa' lura fil-kariga lis-sindki li tneħħew minnha; jikkritika bil-qawwa l-miżuri politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi meħuda mill-Gvern Tork biex jipparalizza l-muniċipalitajiet immexxija minn sindki ta' partiti tal-oppożizzjoni f'Istanbul, f'Ankara u f'Izmir;

27.

Jieħu nota tar-riformi elettorali reċenti adottati mingħajr kunsens bejn il-partiti, u t-tnaqqis tas-soll elettorali minn 10 % għal 7 %, li xorta huwa għoli wisq; jinnota bi tħassib il-bidliet fil-proċedura tal-għażla għall-bordijiet elettorali provinċjali responsabbli mill-għadd tal-voti u l-proċessi tal-appell, li sal-lum kienu komposti mill-aktar imħallfin anzjani iżda li issa se jibdew jittellgħu bil-polza; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex ittejjeb l-ambjent elettorali usa' fil-pajjiż kollu u fil-livelli kollha billi tiżgura kundizzjonijiet ekwi u ġusti għall-kandidati u l-partiti kollha u timxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa;

28.

Jirrikonoxxi t-tħassib leġittimu tat-Turkija dwar is-sigurtà u d-dritt li tiġġieled it-terroriżmu; jenfasizza, madankollu, li din hija xi ħaġa li trid issir b'rispett sħiħ għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; itenni l-kundanna qawwija u ċara tiegħu fil-konfront tal-attakki terroristiċi vjolenti min-naħa tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li ilu fil-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi tal-UE mill-2002; jinnota l-importanza li t-Turkija, l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkooperaw mill-qrib fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż kontra d-Da'esh; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib mal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jallinjaw mad-dispożizzjonijiet Ewropej il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar it-terroriżmu u prattiki relatati; jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin għal ftehim internazzjonali dwar skambji ta' data personali bejn l-Europol u l-awtoritajiet Torok responsabbli mill-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu; jesprimi t-tama li dawn in-negozjati jirrispettaw l-istandards Ewropej tal-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali; jistieden lit-Turkija, għal darb'oħra, tallinja l-liġi tagħha dwar il-protezzjoni tad-data mal-istandards tal-UE sabiex tkun tista' tikkoopera mal-Europol u ssaħħaħ il-korp ta' regolamenti li għandu jintuża fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità;

29.

Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet antiterroristiċi tat-Turkija għadhom wesgħin iżżejjed u jintużaw b'mod diskrezzjonali għar-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ta' kwalunkwe vuċi kritika fil-pajjiż, inklużi ġurnalisti, attivisti u avversarji politiċi, u jenfasizza li meta jabbużaw mil-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, l-awtoritajiet ikunu qed jimminimizzaw in-natura serja ta' din it-theddida dejjem preżenti; jinnota li f'dan il-kuntest għadhom qed jiġu rrappurtati każijiet ta' għajbien furzat; jesprimi tħassib serju dwar id-deċiżjoni tal-Ministru tal-Intern li jiftaħ investigazzjoni speċjali dwar il-Muniċipalità Metropolitana ta' Istanbul għal allegati rabtiet terroristiċi, li fiha hemm implikati aktar minn 550 mill-impjegati tagħha, u dwar l-intimidazzjoni ġudizzjarja li reġgħet bdiet fil-konfront ta' Öztürk Türkdoğan, avukat prominenti tad-drittijiet tal-bniedem u Kopresident tal-Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (İHD), li ttella' quddiem id-19-il Qorti Penali ta' Ankara fuq akkużi ta' “sħubija f'organizzazzjoni armata illegali” wara l-akkuża mressqa mill-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Ankara, iżda finalment ħareġ liberat;

30.

Għadu mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tal-Kurdi fil-pajjiż u dwar is-sitwazzjoni fix-Xlokk tat-Turkija fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni politika; jesprimi tħassib partikolari dwar għadd kbir ta' rapporti ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi involuti fit-tortura u l-maltrattament tad-detenuti b'reazzjoni għal theddid perċepit u allegat b'rabta mas-sigurtà fix-Xlokk tat-Turkija; jikkundanna l-miżuri ta' kustodja tal-pulizija fil-konfront ta' atturi prominenti tas-soċjetà ċivili u avversarji politiċi fix-Xlokk tat-Turkija u jistieden lit-Turkija tiżgura l-protezzjoni u s-sikurezza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tiftaħ minnufih investigazzjonijiet indipendenti dwar dawn il-każijiet; jikkundanna l-oppressjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, inkluża l-projbizzjoni prevista mill-Kostituzzjoni Torka fuq il-lingwi ta' gruppi bħall-komunità Kurda bħala lingwa materna fl-edukazzjoni u fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika; itenni li dan jikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali, li jħares id-drittijiet tal-persuni li jasserixxu s-sħubija tagħhom f'minoranza etnika jew reliġjuża u li jesprimu ruħhom bil-lingwa tradizzjonali tal-minoranza tagħhom; jisħaq fuq l-urġenza li jerġa' jinbeda proċess politiku kredibbli li jinvolvi lill-partijiet rilevanti u l-forzi demokratiċi kollha u li jwassal għal soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda;

31.

Jikkundanna bil-qawwa l-estradizzjoni furzata, is-sekwestru jew il-ħtif ta' ċittadini Torok li jirrisjedu barra mit-Turkija, li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt u d-drittijiet bażiċi tal-bniedem; iħeġġeġ lill-UE tindirizza din il-prattika inkwetanti fl-Istati Membri tagħha stess kif ukoll fil-pajjiżi kandidati u assoċjati; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tentattivi tal-Gvern Tork li jinfluwenza membri tad-dijaspora Torka fl-UE, pereżempju permezz tal-Presidenza għat-Torok Imsefrin u l-Komunitajiet Relatati (YTB) u l-Unjoni Turko-Iżlamika għall-Affarijiet Reliġjużi (DITIB), li jista' jammonta għal indħil fil-proċessi demokratiċi f'xi Stati Membri; jikkundanna, f'dan ir-rigward, l-attakki inaċċettabbli reċenti mill-midja Torka favur il-gvern fuq diversi politiċi Żvediżi, inkluż l-MEP Evin Incir, inklużi diżinformazzjoni u akkużi bla bażi, fosthom akkużi ta' affiljazzjoni mat-terroriżmu; għadu mħasseb dwar il-fatt li l-moviment razzista tal-lemin estrem Ülkü Ocakları, magħruf ukoll bħala l-Grey Wolves, li għandu rabtiet mill-qrib mal-Partit tal-Moviment Nazzjonalista (MHP) li qiegħed f'koalizzjoni fil-gvern, qed jinfirex mhux biss fit-Turkija iżda anke f'xi Stati Membri tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistudjaw il-possibbiltà li jipprojbixxu dawn l-assoċjazzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jissorveljaw mill-qrib l-attivitajiet razzisti ta' din l-organizzazzjoni u jiġġieldu biex irażżnu l-influwenza tagħha; jistieden lid-diviżjonijiet tal-komunikazzjoni strateġika tas-SEAE jiddokumentaw suspetti ta' diżinformazzjoni min-naħa tat-Turkija, partikolarment fl-Afrika, fil-Balkani tal-Punent, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, u jirrappurtaw il-konklużjonijiet tagħhom lill-Parlament Ewropew; jesprimi tħassib li l-Ujguri li jgħixu fit-Turkija għadhom f'riskju ta' detenzjoni u deportazzjoni lejn pajjiżi oħra li mbagħad jistgħu potenzjalment jagħtuhom f'idejn iċ-Ċina, fejn x'aktarx jiffaċċjaw persekuzzjoni serja; jistieden lill-awtoritajiet Torok jissospendu r-ratifika tat-trattat dwar l-estradizzjoni maċ-Ċina;

32.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rifjut tat-Turkija li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lit-Turkija tħaddan politika ta' tolleranza żero fir-rigward tat-tortura u tinvestiga kif dovut rapporti persistenti u kredibbli ta' tortura, maltrattament u trattament inuman jew degradanti waqt detenzjoni, interrogazzjoni jew kustodja, sabiex tintemm l-impunità u dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; jilqa' l-emenda reċenti għar-regolament dwar il-ħabsijiet biex minflok “strip search” issir “tfittxija bir-reqqa” u jistieden lid-direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Ħabsijiet u d-Detenzjoni jiżgura implimentazzjoni sħiħa “b'rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-unur”, kif iddikjarat fir-regolament emendat, peress li għad hemm allegazzjonijiet kredibbli li din il-prattika għadha għaddejja, inkluż fuq minorenni li jżuru l-ħabsijiet; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-ħabsijiet iffullati tat-Turkija, li qed tkabbar il-periklu fatali tal-pandemija tal-COVID-19 għall-ħabsin; jesprimi tħassib kbir, barra minn hekk, dwar ir-restrizzjonijiet arbitrarji imposti fuq id-drittijiet tal-priġunieri għal trattament mediku u żjarat; jenfasizza li skont data mill-Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-Turkija (İHD), bħalissa hemm 1 605 persuni morda fil-ħabs, 604 minnhom morda serjament; jiddeplora l-fatt li l-eks membru parlamentari Aysel Tuğluk għadha miżmuma l-ħabs minkejja l-kundizzjoni mwiegħra ta' saħħitha, kif determinat minn rapporti mediċi li sussegwentement ġew injorati mill-Kunsill tal-Mediċina Forensika (ATK) immexxi mill-Istat; jitlob il-ħelsien immedjat ta' Aysel Tuğluk; jesprimi x-xokk tiegħu b'reazzjoni għal rapporti dwar l-arrest ta' nisa waqt it-tqala jew ftit wara l-ħlas u jħeġġeġ lit-Turkija teħles lin-nisa kollha kkonċernati u ttemm il-prattika tal-arrest ta' nisa tqal immedjatament qabel jew wara li jkunu welldu; jesprimi tħassib dwar l-intimidazzjoni li qed jiffaċċja l-membru parlamentari tal-HDP Ömer Faruk Gergerlioğlu, li dan l-aħħar ma tħalliex jivvjaġġa barra mill-pajjiż u kien qed jiġi investigat mill-Kap Prosekutur Pubbliku ta' Kandıra – każ li twaqqa' dan l-aħħar – fuq akkużi li “insulta lill-Istat u l-korpi tiegħu”, “influwenza lill-esperti” u “faħħar ir-reat u l-kriminal” wara li appella biex Aysel Tuğluk tinħeles;

33.

Jinsab ixxukkjat bis-skiet li jtarrax tal-Ombudsman Tork quddiem is-sitwazzjoni gravi tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż kif deskritt hawn fuq; jistieden lill-Kap Ombudsman tat-Turkija jiżgura li l-istituzzjoni tiegħu ssir għodda utli għaċ-ċittadini Torok u jkollha rwol attiv fit-tisħiħ tal-kultura tat-tiftix ta' rimedji legali, kif stipulat mill-istituzzjoni fl-għanijiet tagħha; jiddeplora l-fatt li la l-Ombudsman u lanqas l-Istituzzjoni Torka għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza – iż-żewġ istituzzjonijiet ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż – mhuma operazzjonalment, strutturalment jew finanzjarjament indipendenti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok jieħdu l-miżuri xierqa sabiex dawn l-istituzzjonijiet jirrispettaw, fejn rilevanti, il-Prinċipji ta' Pariġi u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza (13); jiddeplora l-fatt li xi membri tal-Istituzzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza wrew attitudni negattiva lejn id-drittijiet bażiċi tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-LGBTIQ, u esprimew appoġġ għall-ħruġ tat-Turkija mill-Konvenzjoni ta' Istanbul; jistieden lill-Kumitat ta' Inkjesta dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija jeżerċita bis-sħiħ is-setgħat estensivi tiegħu biex jinvestiga u jitlob li tittieħed responsabbiltà fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u jipproponi emendi leġiżlattivi biex jiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun allinjata mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li t-Turkija hija firmatarja tagħhom;

34.

Ifakkar li l-libertà tat-trade unions u d-djalogu soċjali huma kruċjali għall-iżvilupp u l-prosperità ta' soċjetà pluralistika; jiddeplora, f'dan il-kuntest, in-nuqqasijiet leġiżlattivi persistenti fid-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions u jenfasizza li d-dritt ta' organizzazzjoni, id-dritt ta' negozjar kollettiv u d-dritt tal-istrajkjar jikkostitwixxu drittijiet fundamentali tal-ħaddiema; jesprimi wkoll tħassib dwar il-persistenza ta' diskriminazzjoni qawwija kontra l-unions minn min iħaddem, kif ukoll it-tkeċċijiet, il-fastidju u l-inkarċerazzjoni li l-maniġers u l-membri ta' xi unions għadhom qed jiġu soġġetti għalihom; jesprimi tħassib ukoll dwar is-sensji sistematiċi ta' ħaddiema li jippruvaw jorganizzaw ruħhom; jistieden lill-awtoritajiet Torok jallinjaw ruħhom mal-istandards ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li l-pajjiż intrabat li jirrispetta, ineħħu l-ostakli li jillimitaw it-tgawdija tad-drittijiet tat-trade unions u jużaw id-djalogu soċjali b'mod effettiv, inkluż għall-miżuri ta' rkupru soċjoekonomiku relatati mal-COVID-19;

Relazzjonijiet usa' bejn l-UE u t-Turkija u l-politika estera Torka

35.

Jesprimi apprezzament ġenwin għall-appoġġ ċar tal-awtoritajiet Torok favur l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u l-kundanna tal-invażjoni u l-aggressjoni militari bla ġustifikazzjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jenfasizza l-importanza fundamentali ta' kooperazzjoni b'saħħitha bejn l-UE u t-Turkija fil-politika estera u ta' sigurtà fiż-żminijiet diffiċli tal-lum u jilqa', f'din il-perspettiva, l-allinjament sod tat-Turkija man-NATO u l-UE; jenfasizza li t-Turkija hija alleat tan-NATO u sieħeb strateġiku li miegħu naqsmu interessi kbar; ifaħħar id-deċiżjoni tat-Turkija li tinvoka l-Konvenzjoni ta' Montreux tal-1936 biex l-istati kollha tal-Baħar l-Iswed u ta' ibħra oħra ma jgħaddux mill-istretti tagħha; jilqa', barra minn hekk, l-assistenza finanzjarja u umanitarja kontinwa tat-Turkija lill-Ukrajna, kif ukoll id-disponibbiltà tal-Gvern Tork li jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet fil-kunflitt; jistieden lit-Turkija tallinja ruħha mas-sanzjonijiet u l-miżuri restrittivi meħuda mill-UE fil-konfront tal-awtoritajiet Russi u Belarussi u individwi responsabbli mill-aggressjoni illegali fil-konfront tal-Ukrajna u l-ħafna ksur tad-dritt internazzjonali li seħħ mill-bidu tal-gwerra; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-aspettattiva tiegħu li t-Turkija, f'koerenza mal-pożizzjoni tagħha dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, tevita li ssir rifuġju għall-kapital u l-investimenti Russi, f'ċirkomvenzjoni ċara tas-sanzjonijiet tal-UE; iħeġġeġ lit-Turkija tagħlaq l-ispazju tal-ajru tagħha għall-ajruplani Russi;

36.

Ifaħħar l-isforzi magħmula mit-Turkija biex tkompli tilqa' l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja; jilqa', f'dan ir-rigward, il-provvista kontinwa ta' finanzjament tal-UE għar-rifuġjati u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, u jesprimi l-impenn tiegħu li dan l-appoġġ ikompli jingħata fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-akbar trasparenza u preċiżjoni fl-allokazzjoni ta' fondi fil-qafas tas-suċċessur tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija, u li primarjament dawn il-fondi jingħataw direttament lir-rifuġjati u lill-komunitajiet ospitanti u jkunu ġestiti minn organizzazzjonijiet li jiggarantixxu l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal valutazzjoni oġġettiva tal-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar kwistjonijiet relatati mar-rifuġjati u l-migrazzjoni u jissottolinja l-importanza li ż-żewġ naħat jirrispettaw l-impenji rispettivi tagħhom skont id-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Turkija tal-2016 u l-Ftehim ta' Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija vis-à-vis l-Istati Membri kollha, inklużi t-tkomplija tar-riammissjoni ta' persuni rimpatrijati mill-gżejjer Griegi, interrotta f'Marzu 2020, jew l-attivazzjoni tal-Iskema Volontarja ta' Ammissjoni Umanitarja; jinsisti li r-rispett għal-libertajiet fundamentali jrid ikun fiċ-ċentru tal-proċess ta' implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija; ifaħħar ħafna l-kontribut essenzjali tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fit-Turkija għall-integrazzjoni tar-rifuġjati; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal aċċess aħjar u akbar għal servizzi ta' protezzjoni għal gruppi vulnerabbli speċifiċi; jistieden lill-Gvern Tork itejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol għar-rifuġjati Sirjani u jistabbilixxi miżuri biex jiġi evitat ir-riskju ta' apolidija għal ġenerazzjoni sħiħa ta' tfal Sirjani mwielda fit-Turkija; jirrikonoxxi l-pressjoni migratorja li qed tħabbat wiċċha magħha t-Turkija, iżda joġġezzjona bil-qawwa għal kwalunkwe strumentalizzazzjoni tal-migranti min-naħa tal-Gvern Tork; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti kontinwi ta' push-backs sommarji ta' Afgani u persuni oħra li nqabdu huma u jippruvaw jaqsmu l-fruntiera, kif ukoll rapporti ta' deportazzjonijiet arbitrarji lejn is-Sirja; jiddeplora l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li r-rifuġjati ġew soġġetti għalihom fit-Turkija; jinsisti li r-rimpatriju tar-rifuġjati għandu jseħħ biss fuq bażi volontarja u fis-sikurezza u jħeġġeġ lit-Turkija tagħti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali aċċess akbar għaċ-ċentri ta' deportazzjoni sabiex iwettqu monitoraġġ u joffru assistenza lil dawk li jkunu fil-proċess li jintbagħtu lura; jinnota bi tħassib sinjali ta' żieda f'attakki razzisti u ksenofobiċi fil-konfront tal-barranin, kif ukoll l-użu ta' narrattiva kontra r-rifuġjati u żieda fis-sentiment kontra l-immigrazzjoni fil-politika u s-soċjetà Torok; jinnota li fl-2021 ġiet reġistrata żieda kontinwa fl-applikazzjonijiet għall-ażil f'Ċipru u jfakkar fl-obbligu tat-Turkija li tieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex ma jinħolqux rotot ġodda bil-baħar jew mill-art għal migrazzjoni illegali mit-Turkija lejn l-UE;

37.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Unjoni Doganali attwali u jistieden lit-Turkija tirrispetta l-obbligi tagħha, fosthom l-eliminazzjoni tal-ostakli nontariffarji għall-moviment liberu; jemmen li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali jista' jġib benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini Torok u tal-UE, u għalhekk jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni li jinbdew negozjati dwar it-titjib ta' Unjoni Doganali li tkun ta' benefiċċju reċiproku, akkumpanjata minn mekkaniżmu effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim; iwissi, madankollu, li tali modernizzazzjoni tal-Unjoni Doganali trid tkun ibbażata fuq kundizzjonalità b'saħħitha b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet tajba ta' viċinat, u li din tista' ssir biss jekk it-Turkija timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali biex il-Ftehim ta' Ankara jiġi estiż għall-Istati Membri kollha bla riżervi u mingħajr diskriminazzjonijiet; jenfasizza li ż-żewġ partijiet iridu jkunu kompletament konxji minn din il-kundizzjonalità demokratika mill-bidu nett ta' kwalunkwe tip ta' negozjati, u li l-Parlament mhux se jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim finali mingħajr riżultati f'dan il-qasam;

38.

Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viża tikkostitwixxi pass importanti biex jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn il-persuni u hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini Torok, partikolarment l-akkademiċi, ir-rappreżentanti tan-negozji u persuni li għandhom rabtiet familjari fl-Istati Membri tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għall-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti jkunu ġew issodisfati u jħeġġeġ lill-Gvern Tork jaħdem biex jarmonizza l-politika tiegħu dwar il-viża ma' dik tal-UE u jirrispetta bis-sħiħ it-72 kriterju identifikati fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża b'mod nondiskriminatorju fil-konfront tal-Istati Membri kollha; jenfasizza li ftit li xejn sar progress reali dwar is-sitt parametri referenzjarji pendenti li għad iridu jiġu ssodisfati mit-Turkija; jinnota li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprevedi l-aċċelerazzjoni tat-twettiq tal-parametri referenzjarji li fadal; jenfasizza li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Torka kontra t-terroriżmu u dwar il-protezzjoni tad-data huma kundizzjonijiet ewlenin biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

39.

Jiddeplora t-tibdil li sar dan l-aħħar fid-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir tal-Kummissjoni (DĠ NEAR) mill-Kummissarju Várhelyi, biex issa l-unità inkarigata mit-Turkija ġiet integrata mal-unitajiet responsabbli mill-“Viċinat tan-Nofsinhar”; iqis li din il-mossa, allegatament magħmula għal finijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni tal-organizzazzjoni interna, kienet żball politiku serju u ġiet ikkritikata ħafna mhux biss mill-Gvern Tork iżda anke mill-atturi Torok kollha li huma favur l-Ewropa;

40.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jirratifika l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, l-impenn tiegħu favur newtralità karbonika sal-2053, u l-aħbar li se jadatta ruħu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew; iqis li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew hija opportunità importanti għall-UE u t-Turkija biex jallinjaw il-politika kummerċjali u klimatika tagħhom u jistieden lill-UE tikkoordina mill-qrib u tgħin lit-Turkija f'dan il-kuntest biex ikollha miżuri ambizzjużi f'termini ta' protezzjoni tal-klima; jinnota r-rwol favorevoli li l-aġenziji tal-UE u l-alleanzi industrijali tal-Unjoni jista' jkollhom fil-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fl-ambitu tat-trasformazzjoni ekoloġika; jistieden lit-Turkija tkompli bil-progress tagħha fl-allinjament mad-direttivi u l-acquis tal-UE b'rabta mal-ambjent u l-azzjoni klimatika; jistieden lill-Gvern Tork ikompli fuq dak li ħabbar u jiżviluppa strateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni biex l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'mod sinifikanti; ifaħħar ix-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet ambjentali u jwissi kontra l-impatt ambjentali serji ta' proġetti infrastrutturali pubbliċi kbar; jieħu nota tal-bidu tal-kostruzzjoni tal-Kanal ta' Istanbul fl-2021 u jissottolinja t-twissijiet tal-ambjentalisti u tal-Kamra tal-Inġiniera Ambjentali li l-kanal se jipperikola l-provvista tal-ilma dgħajfa ta' Istanbul u jeqred l-ekosistema tal-madwar, inkluż l-ekwilibriju naturali bejn il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Marmara; jistieden lill-awtoritajiet Torok jieħdu azzjoni immedjata biex jipproteġu l-Baħar Marmara u jipprojbixxu kwalunkwe proġett ta' infrastruttura li jkompli jikkontribwixxi għat-tniġġis tal-ilma; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Gvern Tork li jagħti status ta' protezzjoni ambjentali speċjali lill-Baħar Marmara; itenni l-appell tiegħu lill-Gvern Tork biex iwaqqaf il-pjanijiet li għandu għall-impjant tal-enerġija nukleari ta' Akkuyu u jikkonsulta mal-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fil-proġett Akkuyu, li se jkun f'reġjun suxxettibbli għal terremoti severi, u b'hekk jirrappreżenta theddida kbira mhux biss għat-Turkija iżda anke għar-reġjun tal-Mediterran kollu kemm hu;

41.

Jirrikonoxxi li t-Turkija tista' twettaq il-politika estera tagħha f'konformità mal-interessi u l-għanijiet li għandha, iżda jistenna li din il-politika tiġi mħarsa permezz ta' diplomazija u djalogu abbażi tad-dritt internazzjonali u, bħala pajjiż kandidat, tkun dejjem aktar allinjata ma' dik tal-UE; huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fil-politika estera u ta' sigurtà hija ta' importanza fundamentali u li l-istrutturi tas-sigurtà futuri tal-UE, partikolarment fil-viċinat, jirrikjedu kooperazzjoni strateġika u komunikazzjoni aħjar mat-Turkija sabiex ikunu effettivi; jemmen li jista' jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija dwar diversi oqsma ta' politika estera, pereżempju dwar l-Ukrajna u l-Afganistan; ifakkar ukoll li l-UE u n-NATO jibqgħu l-aktar sħab affidabbli fit-tul għat-Turkija fil-kooperazzjoni dwar is-sigurtà internazzjonali u jistieden lit-Turkija żżomm il-koerenza politika fl-oqsma tal-politika estera u ta' sigurtà fid-dawl tar-rwol tagħha bħala membru tan-NATO u l-istatus tagħha bħala pajjiż kandidat tal-UE; jistieden lill-Gvern Tork jittratta l-applikazzjonijiet għas-sħubija man-NATO tal-Finlandja u l-Iżvezja in bona fede, biex jimpenja ruħu b'mod kostruttiv fi sforzi biex isolvi kwistjonijiet pendenti possibbli f'konformità mal-valuri u r-rekwiżiti legali tal-UE u biex joqgħod lura milli jeżerċita kwalunkwe pressjoni mhux dovuta f'dan il-proċess; jiddeplora l-fatt, f'dan il-kuntest, li mill-pajjiżi kandidati kollha t-Turkija hija l-inqas wieħed allinjat (14 %) mal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), u jtenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex, bħala prijorità, terġa' lura minn din it-tendenza minħabba l-potenzjal kbir ta' azzjoni konġunta fir-rigward ta' sfidi differenti fir-reġjun u globalment; jinnota bi tħassib, f'dan ir-rigward, li l-politika estera tat-Turkija kienet sikwit f'kunflitt mal-prijoritajiet tal-UE fl-ambitu tal-PESK f'dawn l-aħħar snin, inkluż fir-rigward tal-Kawkasu, is-Sirja, il-Libja u l-Iraq;

42.

Ifaħħar ir-rikonċiljazzjoni reċenti bejn it-Turkija u l-Armenja b'rabta mad-deċiżjoni li jinbdew kuntatti bilaterali, il-ħatra ta' rappreżentanti speċjali u t-tkomplija tat-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi; iqis li dan it-tentattiv huwa żvilupp pożittiv ħafna li jħalli impatt pożittiv fuq il-prosperità u s-sigurtà fir-reġjun; iħeġġeġ liż-żewġ naħat ikomplu b'dawn l-isforzi bl-intenzjoni li jinnormalizzaw bis-sħiħ ir-relazzjonijiet tagħhom u jistieden lill-UE tappoġġja dan il-proċess attivament; iħeġġeġ lit-Turkija twitti t-triq għal rikonċiljazzjoni ġenwina bejn il-poplu Tork u dak Armen, inkluż li jiġi riżolt id-diżgwid dwar il-Ġenoċidju Armen, u tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tagħha li tħares il-wirt Armen u wirt kulturali ieħor; jesprimi t-tama li dan jista' jwassal għal dinamika ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; jilqa' wkoll l-isforzi diplomatiċi tat-Turkija biex tinnormalizza r-relazzjonijiet ma' diversi pajjiżi fil-Lvant Nofsani, speċjalment Iżrael; iħeġġeġ lit-Turkija, għal darb'oħra, tirrikonoxxi l-Ġenoċidju Armen;

43.

Jinnota li, minkejja ċerti sinjali ta' tnaqqis tat-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran mill-aħħar rapport dwar it-Turkija, dan l-aħħar ġiet osservata żieda qawwija ġdida; huwa konxju li kwalunkwe dinamika pożittiva tista' tiġi annullata faċilment fi kwalunkwe mument filwaqt li l-kwistjonijiet sottostanti jibqgħu ma jiġux solvuti; jiddeplora, f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-uffiċjali Torok, li fihom ikkontestaw is-sovranità tal-Greċja fuq uħud mill-gżejjer tagħha, u jqis li dawn huma kontroproduttivi u jimminaw l-ambjent ta' sigurtà fiż-żona; ikompli jħeġġeġ lit-Turkija u lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti biex jimpenjaw ruħhom f'soluzzjoni paċifika tat-tilwim bona fide u jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni unilaterali jew theddid; ikompli, b'mod partikolari, jistieden lin-naħat kollha juru impenn kollettiv ġenwin għan-negozjar taż-żoni ekonomiċi esklużivi (ŻEE) u l-blata kontinentali bona fide u f'konformità mar-regoli u l-prinċipji internazzjonali tad-delimitazzjoni; jikkundanna, f'dan ir-rigward, l-intimidazzjoni min-naħa ta' bastimenti tal-gwerra Torok fil-konfront ta' bastimenti tar-riċerka li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' stħarriġ fiż-ŻEE delimitata mir-Repubblika ta' Ċipru; jikkundanna, barra minn hekk, il-vjolazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru nazzjonali Grieg min-naħa tat-Turkija, inkluż b'ajruplani li jittajru fuq żoni u territorji abitati, azzjonijiet li jiksru kemm is-sovranità kif ukoll id-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE bi ksur tad-dritt internazzjonali; jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-Ġreċja u mar-Repubblika ta' Ċipru; jafferma mill-ġdid id-dritt tar-Repubblika ta' Ċipru li tidħol fi ftehimiet bilaterali dwar iż-ŻEE tagħha u li tesplora u tisfrutta r-riżorsi naturali tagħha f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali; jinnota b'dispjaċir li l-casus belli ddikjarat mill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija kontra l-Greċja fl-1995 għadu ma ġiex irtirat; jilqa' t-tkomplija tat-taħditiet esploratorji bejn il-Greċja u t-Turkija bil-għan li d-delimitazzjoni tal-blata kontinentali u ż-ŻEE tiġi indirizzata f'konformità mad-dritt internazzjonali; itenni l-appell tiegħu lill-Gvern Tork biex jiffirma u jirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li hija parti mill-acquis tal-UE; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-istedina magħmula mill-Gvern ta' Ċipru lit-Turkija biex iż-żewġ naħat jidħlu f'negozjati bona fide dwar id-delimitazzjoni marittima tal-kosta rispettiva tagħhom jew inkella jirrikorru għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, u jistieden lit-Turkija taċċetta l-istedina ta' Ċipru; jilqa' l-kontribut tat-Turkija għas-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-konnessjoni tal-Pipeline Trans-Anatoljan (TANAP) mal-Pipeline Trans-Adrijatiku (TAP) komplut; itenni l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kunsill Ewropew biex tiġi organizzata konferenza multilaterali dwar il-Lvant tal-Mediterran u jenfasizza li l-Patt Ekoloġiku u t-tranżizzjoni tal-enerġija jistgħu jipprovdu opportunitajiet importanti għal soluzzjonijiet tal-enerġija kooperattivi, sostenibbli u inklużivi fil-Lvant tal-Mediterran; jappella biex il-Lvant tal-Mediterran jingħata rwol ta' katalist ġenwin fid-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku;

44.

Jiddeplora l-fatt li l-problema ta' Ċipru għadha ma ġietx solvuta u jenfasizza li soluzzjoni konformi mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u fi ħdan il-qafas miftiehem ikollha impatt pożittiv fuq ir-relazzjonijiet tat-Turkija mal-UE; jerġa' jafferma bil-qawwa l-fehma tiegħu li l-unika soluzzjoni sostenibbli għall-kwistjoni ta' Ċipru hija dik ta' soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli, inkluż fl-aspetti esterni tagħha, fi ħdan il-qafas tan-NU, abbażi ta' federazzjoni bikomunitarja u biżonali b'personalità ġuridika internazzjonali unika, sovranità unika, ċittadinanza unika u ugwaljanza politika, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u f'konformità mad-dritt internazzjonali u abbażi tar-rispett għall-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jiddeplora l-fatt li l-Gvern Tork abbanduna l-bażi tas-soluzzjoni miftiehma u l-qafas tan-NU biex jiddefendi waħdu soluzzjoni ta' żewġ stati f'Ċipru; jistieden lit-Turkija tabbanduna din il-proposta inaċċettabbli għal soluzzjoni ta' żewġ stati; jistieden ukoll lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru u żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni unilaterali li ssaħħaħ il-qasma permanenti tal-gżira u żżomm lura milli tieħu xi azzjoni li tbiddel il-bilanċ demografiku; jikkundanna l-iffirmar tal-hekk imsejjaħ Protokoll Ekonomiku u Finanzjarju bejn it-Turkija u ż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern ta' Ċipru; jikkundanna l-fatt li t-Turkija qed tkompli tikser ir-riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jistiednu lit-Turkija tittrasferixxi ż-żona ta' Varosha lill-abitanti legali tagħha taħt l-amministrazzjoni temporanja tan-NU, billi tappoġġja l-ftuħ tal-belt ta' Varosha għall-pubbliku; huwa tal-fehma li dan il-pass jimmina l-fiduċja reċiproka u, konsegwentement, il-prospett li jerġgħu jibdew taħditiet diretti dwar soluzzjoni komprensiva għall-problema ta' Ċipru; jesprimi tħassib serju, f'dan ir-rigward, dwar l-attivitajiet illegali l-ġodda li seħħew dan l-aħħar fiż-żona magħluqa ta' Varosha biex tinfetaħ parti ġdida mill-bajja, kif ukoll l-iffirmar reċenti tal-“Protokoll Ekonomiku u Finanzjarju” msemmi hawn fuq li permezz tiegħu t-Turkija se tkun qed tiffinanzja proġetti għar-rikostruzzjoni ta' Varosha; jistieden lill-Gvern Tork jirritorna għad-djalogu bbażat fuq il-format tan-NU, li jirrappreżenta l-unika triq vijabbli lejn ir-rikonċiljazzjoni; jirrakkomanda li n-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru jkomplu taħt l-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU malajr kemm jista' jkun minn fejn tħallew fi Crans-Montana fl-2017; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tissodisfa l-obbligu ta' implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Ankara fil-konfront tal-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika ta' Ċipru; jiddeplora l-fatt li t-Turkija għadha ma għamlitx progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika ta' Ċipru; jissottolinja l-fatt li l-kooperazzjoni tibqa' essenzjali f'oqsma bħall-ġustizzja u l-affarijiet interni kif ukoll il-liġi tal-avjazzjoni u l-komunikazzjoni tat-traffiku tal-ajru mal-Istati Membri kollha tal-UE, inkluża r-Repubblika ta' Ċipru;

45.

Jistieden lit-Turkija tagħti lill-komunità Ċiprijotta Torka l-ispazju meħtieġ biex taġixxi skont ir-rwol tagħha bħala komunità leġittima tal-gżira, dritt garantit mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Ċipru; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiddjaloga mal-komunità Ċiprijotta Torka, u jfakkar li postha hu fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-partijiet kollha involuti juru approċċ aktar kuraġġuż biex iqarrbu lill-komunitajiet lejn xulxin; jenfasizza l-bżonn li, wara s-soluzzjoni komprensiva tal-problema ta' Ċipru, l-acquis tal-UE jiġi implimentat fil-gżira kollha, u jenfasizza li, sadattant, ir-Repubblika ta' Ċipru għandha r-responsabbiltà li żżid l-isforzi tagħha biex tiffaċilita d-djalogu taċ-Ċiprijotti Torok mal-UE; ifaħħar il-ħidma importanti tal-kumitat bikomunitarju inkarigat mit-tfittxija ta' persuni nieqsa (CMP) u jtenni l-apprezzament tiegħu għall-fatt li, wara l-agħar fażi tal-pandemija, it-Turkija gradwalment qed terġa' tagħti lis-CMP aċċess għas-siti rilevanti, inklużi żoni militari; jistieden lit-Turkija ssaħħaħ l-isforzi tagħha fl-għoti ta' informazzjoni kruċjali mill-arkivji militari tagħha kif ukoll fl-aċċess għax-xhieda f'żoni magħluqa; jistieden lit-Turkija tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali;

46.

Itenni l-kundanna tiegħu għall-interventi militari Torok fis-Sirja, li jiksru d-dritt internazzjonali u jimminaw l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun kollu; jistieden lit-Turkija ttemm l-okkupazzjoni illegali tat-Tramuntana tas-Sirja u Afrin u jtenni li l-ebda tħassib dwar is-sigurtà ma jista' jiġġustifika azzjoni militari unilaterali f'pajjiż barrani; jikkundanna l-fatt li t-Turkija u fazzjonijiet Sirjani lokali qed jabbużaw mid-drittijiet tal-popolazzjoni ċivili u jillimitaw il-libertajiet tagħhom b'impunità fit-territorji okkupati mit-Turkija; jikkundanna t-trasferiment illeġittimu ta' rifuġjati Sirjani lejn it-Tramuntana tas-Sirja bil-ħsieb li tingħata sura ġdida lill-kompożizzjoni demografika ta' żona prinċipalment Kurda fis-Sirja; jikkundanna l-fatt li t-Turkija qed tkompli tibgħat ċittadini Sirjani fit-Turkija illegalment biex jiffaċċjaw akkużi ta' terroriżmu li jistgħu jwasslu għal għomorhom il-ħabs; jikkundanna l-attakki persistenti tat-Turkija u l-preżenza militari kontinwa tagħha fit-territorju Iraqi, b'mod partikolari l-attakki fuq ir-reġjun ta' Sinjar b'maġġoranza Yazidi, li qed jimpedixxu r-ritorn tal-Yazidi u l-Insara li ħarbu mid-Da'esh fl-2014;

47.

Jistieden lit-Turkija timpenja ruħha bis-sħiħ favur ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt fil-Libja taħt l-awspiċji tan-NU; jinnota li l-indħil barrani persistenti fil-Libja qed ikompli jipperikola serjament l-implimentazzjoni tal-proċess ta' Berlin immexxi min-NU; jistieden lit-Turkija tirrispetta bis-sħiħ l-embargo fuq l-armi impost mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tikkoopera bis-sħiħ mal-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED) fl-operazzjoni IRINI u tippermetti kooperazzjoni effiċjenti bejn din tal-aħħar u l-operazzjoni Sea Guardian tan-NATO; itenni l-kundanna tiegħu għall-iffirmar taż-żewġ memoranda ta' qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar kooperazzjoni komprensiva fl-oqsma militari u tas-sigurtà u dwar id-delimitazzjoni taż-żoni marittimi, li huma interkonnessi u jikkostitwixxu ksur ċar kemm tad-dritt internazzjonali kif ukoll tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE; jistieden lit-Turkija tadotta approċċ aktar kostruttiv għall-istabbilizzazzjoni tas-Somalja u żżid il-koordinazzjoni politika u operattiva tagħha mal-UE dwar din il-kwistjoni;

It-triq 'il quddiem għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija

48.

Jinsisti li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali għandhom jibqgħu fil-qofol tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija fl-ambitu ta' kwalunkwe qafas, li għandu jkun sostnut bis-sħiħ mill-prinċipji tad-dritt internazzjonali, il-multilateraliżmu u relazzjonijiet tajbin ta' viċinat; jafferma mill-ġdid li l-proċess ta' adeżjoni u l-approċċ tiegħu bbażat fuq il-valuri kien il-qafas ewlieni għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, l-aktar għodda b'saħħitha biex tiġi eżerċitata pressjoni normattiva, u l-aħjar qafas biex jiġu sostnuti l-aspirazzjonijiet demokratiċi u pro-Ewropej tas-soċjetà Torka u tiġi promossa l-konverġenza mal-UE; jinnota li f'dan l-istadju m'għandux argumenti biex jimmodifika l-pożizzjoni kondizzjonali tiegħu dwar is-sospensjoni formali tan-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija; jinnota li bid-deċiżjoni tiegħu li jisfida apertament id-deċiżjonijiet vinkolanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem b'rabta mal-każ ta' Osman Kavala et al., il-Gvern Tork preżenti deliberatament waqqa' kwalunkwe aspirazzjoni li fiċ-ċirkustanzi attwali jerġa' jinfetaħ il-proċess ta' adeżjoni mal-UE; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jagħmlu rieżami tal-istat attwali tar-relazzjoni tagħhom permezz ta' djalogu komprensiv ta' livell għoli u jesploraw modi komplementari li jimxu pari passu mal-proċess ta' adeżjoni, bħal Ftehim ta' Assoċjazzjoni modernizzat, sabiex jerġgħu jidħlu fi sħubija mġedda, ibbilanċjata u reċiproka li tkun ibbażata bis-sħiħ fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

49.

Jinnota li l-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jirriskja li jipproduċi riżultati mhux sodisfaċenti; jitlob riekwilibriju tar-relazzjoni permezz ta' bażi soda għall-kooperazzjoni mmexxija minn interessi reċiproċi, u billi tinbena l-kunfidenza biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' fiduċja, mingħajr rikors għal azzjonijiet unilaterali jew dikjarazzjonijiet xewwiexa;

50.

Jemmen li l-UE għandha tkompli tesplora kull possibbiltà ta' djalogu, fehim komuni u konverġenza ta' pożizzjonijiet mat-Turkija; jistieden lit-Turkija tidħol fi djalogu kostruttiv u bona fide, inkluż dwar kwistjonijiet ta' politika estera fejn it-Turkija u l-UE kellhom pożizzjonijiet opposti, bil-ħsieb li għal darb'oħra jinstabu bażi u fehim komuni mal-UE, jingħata bidu ġdid għal djalogu u kooperazzjoni dwar relazzjonijiet tajbin ta' viċinat, u jerġa' jinbeda l-proċess ta' riformi fit-Turkija; jinnota li l-varjetà ta' prijoritajiet stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqfsa eżistenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija tagħmilha diffiċli ħafna biex isir progress effettiv; jiddeplora n-nuqqas ta' strateġija fit-tul, politika koerenti u sens ta' tmexxija konsistenti fil-konfront tat-Turkija fl-UE; jistieden lill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Ewropew u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jagħtu prova ta' tmexxija aktar b'saħħitha, strateġika u bbażata fuq il-valuri, b'obbligu ta' rendikont xieraq fil-konfront tal-Parlament; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jifformulaw approċċ koerenti u simplifikat għal din il-kwistjoni, inkluż b'kooperazzjoni mill-qrib fost l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, billi dan jikkonċerna wieħed mill-akbar ġirien u mill-aktar sħab importanti tagħna; jistieden lis-SEAE jintensifika d-djalogu u l-kooperazzjoni fil-livell transatlantiku mal-amministrazzjoni Biden fir-rigward tar-relazzjonijiet mat-Turkija;

51.

Iqis li, bħala pass neċessarju sabiex jittejjeb l-istat ġenerali tar-relazzjonijiet, hemm bżonn li ż-żewġ naħat jużaw lingwaġġ rispettuż, jagħmlu sforzi biex jiġġieldu l-preġudizzji u l-ideat żbaljati eżistenti, u jippermettu kunsiderazzjoni aktar oġġettiva u kompluta tal-immaġni tan-naħa l-oħra fl-opinjoni pubblika rispettiva, u b'hekk jinqatgħu l-perċezzjonijiet negattivi reċiproċi; jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl ta' dan, tniedi politika ta' komunikazzjoni mas-soċjetà Torka bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-UE; jenfasizza li retorika belliġerenti, reviżjonista u aggressiva ma tagħmilx ħlief issaħħaħ il-pożizzjonijiet estremi taż-żewġ naħat u li approċċ purament ostili jiffavorixxi lil dawk li għandhom l-għan li jifirdu lit-Turkija u l-UE;

52.

Jitlob li, bħala pajjiż ġar, it-Turkija tiġi integrata aktar fl-aġenda politika progressiva fit-tul tal-UE dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali kruċjali kif ukoll dwar is-saħħa, u jistieden lill-Kummissjoni tibqa' miftuħa għal oqsma ta' politika oħra li jistgħu jkunu ta' interess għaż-żewġ naħat, pereżempju kif it-Turkija tista' tiġi integrata aktar fil-ktajjen tal-valur tal-UE; jesprimi l-ottimiżmu tiegħu quddiem il-parteċipazzjoni attiva kontinwa tas-soċjetà Torka fil-programmi tal-UE, partikolarment fl-edukazzjoni, l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport, li jsawru sħubijiet aktar mill-qrib bejn iċ-ċittadini u jikkontribwixxu għas-sinkronizzazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bejn l-UE u t-Turkija; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ftehimiet li jagħtu status ta' assoċjazzjoni lit-Turkija għal Orizzont Ewropa, Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għall-perjodu 2021-2027; jinnota l-ħolqien ta' pjattaforma ta' investiment fit-Turkija min-naħa tal-Kummissjoni; jitlob li din il-pjattaforma tkun allinjata bis-sħiħ mal-prijoritajiet tal-politika tal-UE u l-kundizzjonalità fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) il-ġdid sabiex jiġu identifikati u kkoordinati fost l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali opportunitajiet ta' investiment xierqa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jenfasizza li d-djalogu mill-qrib tal-Parlament mal-bord strateġiku tal-EFSD+, li huwa inkarigat mit-tmexxija tal-investimenti u l-approvazzjoni tal-ħolqien ta' twieqi ta' investiment għall-EFSD+, huwa ta' importanza kruċjali biex tiġi żgurata s-sorveljanza demokratika ta' dan il-proċess;

53.

Jilqa' l-fatt li l-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija finalment qablet li torganizza laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija, li saret f'Marzu 2022 – l-ewwel laqgħa tat-tip tagħha minn Diċembru 2018; jibqa' tal-fehma li d-djalogu parlamentari jibqa' parti kruċjali mir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u jesprimi t-tama li l-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija jerġa' jibda jiffunzjona kif suppost;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-President, il-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija, u jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork.

(1)  ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 7.5.2014, p. 3.

(3)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47.

(4)  ĠU L 372 I, 9.11.2020, p. 16.

(5)  ĠU L 400, 12.11.2021, p. 157.

(6)  ĠU C 15, 12.1.2022, p. 81.

(7)  ĠU C 99, 1.3.2022, p. 209.

(8)  ĠU C 456, 10.11.2021, p. 247.

(9)  ĠU C 425, 20.10.2021, p. 143.

(10)  ĠU C 328, 6.9.2016, p. 2.

(11)  ĠU C 132, 24.3.2022, p. 88.

(12)  Testi adottati, P9_TA(2021)0466.

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/951 tat-22 ta' Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza (ĠU L 167, 4.7.2018, p. 28).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/19


P9_TA(2022)0223

Il-Pjan direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-Pjan Direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża (2021/2102(INI))

(2022/C 493/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

wara li kkunsidra l-miri tal-Unjoni għan-newtralità karbonika għall-2030 u l-2050,

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża tad-9 ta' Novembru 2020,

wara li kkunsidra l-Kunċett għal Approċċ Integrat dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà tal-5 ta' Ottubru 2021,

wara li kkunsidra l-Kunċett tal-UE għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Ottimizzazzjoni tal-Enerġija għall-Operazzjonijiet u l-Missjonijiet Militari mmexxija mill-UE,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) (1), b'mod partikolari l-premessa 60 tiegħu li tiddikjara kontribuzzjoni klimatika ta' 30 % u l-premessa 61 tiegħu li tiddikjara kontribuzzjonijiet ta' 7,5 % u 10 % tal-infiq annwali kontra t-telfien tal-bijodiversità sal-2027,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (2) (ir-“Regolament NDICI”), b'mod partikolari l-premessa 49 tiegħu li tiddikjara kontribuzzjoni klimatika ta' 30 %,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 dwar strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima (COM(2020)0301),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tan-NATO dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra d-dokument ta' strateġija tas-SEAE ta' Ġunju 2016 bit-titolu “A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy” (Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea) u r-rapporti ta' segwitu tiegħu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2018 dwar l-approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2020 dwar id-diplomazija dwar il-klima,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2021 dwar id-diplomazija dwar il-klima u l-enerġija – it-twettiq tad-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2020 u tal-10 ta' Mejju 2021 dwar is-sigurtà u d-difiża,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titolu “Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2017)0021),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività għall-2020 tal-Kummissjoni – l-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 bit-titolu “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” (COM(2021)0082),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-rapport ta' riċerka tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-21 ta' Ġunju 2021 dwar it-tibdil fil-klima,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-mexxejja tan-NATO f'Ġunju 2021 dwar il-klima u s-sigurtà,

wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar il-Klima u s-Sigurtà ta' Ġunju 2021 tal-Kunsill Militari Internazzjonali dwar il-Klima u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-proġett BIOSEC tal-2021 bit-titolu “Bijodiversità u Sigurtà”, iffinanzjat mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) għall-perjodu 2016-2020,

wara li kkunsidra l-proġett ADELPHI bit-titolu “Weathering Risk: A Climate and Security Risk and Foresight Assessment” (Riskju ta' Esponiment għall-Kundizzjonijiet tat-Temp: Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Prospettiva tal-Klima u s-Sigurtà),

wara li kkunsidra l-proġetti kofinanzjati mill-UE, bħal “FREXUS: Improving security and climate resilience in a fragile context through the water-energy-food security Nexus” (FREXUS: It-titjib tas-sigurtà u tar-reżiljenza għall-klima f'kuntest fraġli permezz tar-Rabta bejn l-ilma, l-enerġija u s-sigurtà alimentari) fir-reġjun tas-Saħel,

wara li kkunsidra d-dokumenti tan-NU dwar is-sigurtà tal-bniedem u dwar ir-responsabbiltà ta' protezzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar id-diplomazija dwar il-klima (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0084/2022),

A.

billi l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed tisfida l-ordni tas-sigurtà Ewropea b'mod mingħajr preċedent u qed tagħmel pressjoni fuq is-setturi kollha tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex isiru aktar b'saħħithom, aktar reżiljenti u aktar indipendenti, b'mod partikolari fl-oqsma tad-difiża, is-sigurtà, iċ-ċibersigurtà u l-infrastruttura kritika, iżda wkoll l-enerġija, inkluża l-effiċjenza enerġetika;

B.

billi l-fatturi ambjentali jistgħu jinfluwenzaw is-sigurtà tal-bniedem u tal-Istat b'diversi modi diretti u indiretti;

C.

billi t-tibdil fil-klima u l-impatti relatati mal-klima, inklużi d-degradazzjoni ambjentali, it-telfien tal-bijodiversità, id-deforestazzjoni, id-deżertifikazzjoni, it-temp estrem, l-iskarsezza tal-ilma u tal-ikel, it-tniġġis tal-arja u d-diżastri naturali diġà jippromwovu l-emerġenza ta' kunflitti jew kriżijiet u diġà qed jheddu s-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi lokali, reġjonali u internazzjonali; billi t-tibdil fil-klima, li l-konsegwenzi tiegħu diġà huma evidenti u huma previsti li jaċċelleraw fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul, sar multiplikatur dejjem aktar dominanti tar-riskju, peress li jista' jikkontribwixxi għall-aggravar ta' ċerti fatturi ta' kriżijiet li diġà jeżistu (bħal żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi jew oppressjoni politika qawwija), u jikkostitwixxi sfida ġdida għas-sigurtà li tirrikjedi riżorsi adegwati biex tiġi indirizzata, flimkien ma' theddid ibridu u ċibernetiku;

D.

billi r-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima u l-kunflitt jistgħu jkunu kumplessi, u l-effetti konkreti tat-tibdil fil-klima fuq il-kunflitt huma fil-biċċa l-kbira speċifiċi għall-kuntest; billi hemm bżonn li jiġu appoġġjati skambji aktar sistematiċi u estensivi u arrikkiment reċiproku bejn il-komunitajiet xjentifiċi li jaħdmu fuq ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà;

E.

billi t-tibdil fil-klima jibqa' fil-qalba tal-aġenda għall-paċi u s-sigurtà bħala l-“multiplikatur tat-theddid” aħħari, li jaggrava r-riskji soċjali, ekonomiċi u ambjentali eżistenti li jistgħu jikkawżaw diżordni u potenzjalment jirriżultaw f'kunflitt vjolenti; billi l-bidliet ambjentali u klimatiċi u l-konsegwenzi tagħhom, flimkien ma' fatturi oħra, jaggravaw il-vulnerabbiltajiet, it-tensjonijiet u r-riskji li diġà jeżistu, aktar milli dejjem jikkawżaw dawn huma stess jew ikunu kawża diretta ta' kunflitti armati bejn l-Istati jew internazzjonali; billi t-tibdil fil-klima jista' jaffettwa s-sigurtà tan-nies b'mod differenti skont il-ġeneru, l-istatus soċjoekonomiku, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-etniċità, ir-reliġjon (jew in-nuqqas tagħha), il-kapaċità jew id-diżabilità tagħhom, eċċ.; billi l-gruppi emarġinati b'mod partikolari għandhom it-tendenza li jkunu affettwati sproporzjonalment b'mod negattiv mit-tibdil fil-klima; billi r-riskji għas-sigurtà relatati mat-tibdil fil-klima jaffettwaw b'mod partikolari lill-popolazzjonijiet ekonomikament żvantaġġati u għandhom effetti soċjoekonomiċi; billi t-tibdil fil-klima għandu effetti negattivi fuq il-wirt kulturali u naturali taż-żoni affettwati;

F.

billi l-kriżi klimatika taffettwa kemm is-sigurtà tal-bniedem kif ukoll dik tal-Istat; billi t-tibdil fil-klima jikkonverġi b'diversi modi ma' dinamika politika, etnika u soċjoekonomika, u huwa xprunatur dirett tal-kunflitt fis-sens li jżid ir-riskji ta' diżastri u jpoġġi pressjoni addizzjonali fuq l-ekosistemi, u b'hekk jhedded l-għajxien tan-nies, is-sigurtà tal-ilma u tal-ikel, u l-infrastruttura kritika, fost l-oħrajn, billi jinstiga t-tibdil fl-użu tal-art u d-degradazzjoni ambjentali;

G.

billi ż-żieda fil-livelli tal-baħar diġà kkawżat għargħar u salinizzazzjoni, filwaqt li toħloq riskju kbir għas-sigurtà u l-eżistenza taż-żoni kostali u l-gżejjer li jinsabu fil-baxx; billi skont ir-rapport Groundswell 2021 aġġornat tal-Bank Dinji, it-tibdil fil-klima jista' jwassal biex sal-2050 216-il miljun persuna jiċċaqilqu minn post għal ieħor f'pajjiżhom stess; billi r-rapport jiddikjara wkoll li azzjoni immedjata u konkreta tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-iskala tal-migrazzjoni marbuta mat-tibdil fil-klima; billi l-iskarsezza tal-ilma għandha impatt multidimensjonali fuq is-sigurtà tal-bniedem u l-istabbiltà soċjopolitika; billi, minħabba t-tibdil fil-klima, il-provvisti tal-ilma se jiġu affettwati, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li d-domanda globali għall-ilma se tiżdied; billi t-tibdil fil-klima qed iżid ir-riskju ta' nixfiet u għargħar; billi l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-prezzijiet tal-ikel qed jimmina l-għajxien u jwassal għal spostament, mard u karestija, li jirriżultaw fil-migrazzjoni fuq skala bla preċedent;

H.

billi fis-Saħel, l-impatti tat-tibdil fil-kundizzjonijiet klimatiċi fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi naturali, flimkien ma' fatturi bħat-tkabbir tal-popolazzjoni, il-governanza dgħajfa u l-isfidi relatati mad-dritt għaż-żamma tal-art, wasslu għal żieda fil-kompetizzjoni fir-rigward tar-riżorsi naturali skarsi – b'mod partikolari l-art fertili u l-ilma – u rriżultaw f'tensjonijiet u f'kunflitti bejn il-komunitajiet u l-gruppi tal-għajxien;

I.

billi t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-fatturi li jsawru l-ambjent strateġiku, peress li jamplifika r-riskji u jimponi restrizzjonijiet; billi l-kriżi klimatika ġġenerat effetti fuq is-sistema internazzjonali, fejn għandha l-potenzjal li taggrava t-tensjonijiet ġeopolitiċi, u li tbiddel il-bilanċ bejn setgħat ewlenin; billi l-kwistjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima qed jiġu sfruttati minn atturi malizzjużi sabiex iżidu l-ingranaġġ tagħhom jew jinkoraġġixxu l-ostilitajiet; billi t-tidwib tal-għata polari tas-silġ qed iżid it-tensjonijiet ġeopolitiċi, b'mod partikolari madwar il-Pol tat-Tramuntana;

J.

billi l-forzi armati tal-Istati Uniti tilfu aktar tagħmir u infrastruttura militari minħabba diżastri naturali milli minħabba l-kunflitti armati fl-Afganistan u fl-Iraq flimkien; billi l-Amministrazzjoni ta' Biden għamlet sforzi pożittivi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż billi reġgħet ingħaqdet mal-Ftehim ta' Pariġi u billi integrat it-tibdil fil-klima fil-Gwida Strateġika nazzjonali Interim dwar is-Sigurtà tagħha;

K.

billi l-forzi armati huma fost l-akbar konsumaturi tal-fjuwils fossili madwar id-dinja;

L.

billi l-produzzjoni domestika taż-żejt u tal-gass tal-Unjoni qed tonqos b'mod kostanti; billi l-Unjoni tiddependi ħafna mill-enerġija u qed tiddependi dejjem aktar minnha, filwaqt li l-Istati Membri kollha tagħha huma importaturi netti tal-enerġija minn għadd limitat ta' pajjiżi terzi, u b'rata ta' dipendenza mill-enerġija li żdiedet minn 56 % għal 61 % matul il-perjodu 2000-2019; billi fi studju reċenti, l-impronta tal-karbonju tal-2019 tas-settur militari fl-Istati Membri, inklużi kemm il-forzi armati nazzjonali kif ukoll l-industriji tat-teknoloġija militari bbażati fl-UE, kienet stmata għal madwar 24,8 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2; billi t-trasformazzjoni tal-enerġija, kif ukoll is-sistemi avvanzati tal-armi, jirrikjedu aċċess għal materja prima kritika, li l-ktajjen tal-provvista tagħha joħolqu vulnerabbiltajiet f'xi każijiet, anke għal SMEs speċjalizzati fis-settur tad-difiża Ewropew, b'mod partikolari jekk ikunu ddominati minn għadd limitat ta' pajjiżi terzi;

M.

billi, skont l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), il-fjuwils tat-trasport ammontaw għal 52 % tal-konsum tal-enerġija tat-22 Stat Membru li pprovdew data għall-2016 u l-2017 (il-pajjiżi jirrappreżentaw 96,9 % tan-nefqa ġenerali fuq id-difiża tal-Istati Membri tal-EDA); billi, skont l-istess stħarriġ tal-EDA, l-infrastruttura militari u l-bini jirrappreżentaw konsumatur kbir ieħor tal-enerġija, bit-tisħin waħdu kien jirrappreżenta, bħala medja, 32 % tal-konsum tal-enerġija tal-forzi armati tal-Istati Membri fl-2017, li 75 % minnu kien iġġenerat mill-fjuwils taż-żejt u mill-gass naturali;

N.

billi minħabba l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jridu jtemmu l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja; billi minħabba l-attakk Russu fuq l-ordni tas-sigurtà Ewropea, il-forzi armati Ewropej jeħtieġ ukoll li jsiru aktar indipendenti mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili, filwaqt li fl-istess ħin is-saħħa militari u l-effikaċja tal-missjoni tagħhom jeħtieġ li jiżdiedu;

O.

billi xi Stati Membri tal-UE qed jużaw iż-żoni kbar tagħhom magħżula mill-militar biex jipproteġu l-bijodiversità, pereżempju billi jipprevjenu titjiriet bil-ħelikopters fuq żoni ta' tibjit;

P.

billi l-kriminalità ambjentali hija attività kriminali frekwenti ħafna fid-dinja u tħassib sinifikanti fir-rigward tas-sigurtà; billi hija meħtieġa kooperazzjoni aktar b'saħħitha dwar din il-kwistjoni bejn l-UE u l-pajjiżi sħab, billi l-Istati jiġu appoġġjati fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw il-kriminalità ambjentali;

Q.

billi l-kriminalità ambjentali saret ir-raba' l-akbar settur tal-kriminalità li jiġġenera rikavat fid-dinja, li qed jikber tliet darbiet aktar malajr mill-ekonomija globali; billi rapport tal-2016 tal-Interpol u tal-Programm tan-NU għall-Ambjent stima li r-rikavati mill-kriminalità ambjentali jilħqu USD 258 biljun fis-sena, inklużi l-kummerċ illegali ta' organiżmi selvaġġi, il-forestrija u l-kriminalità fis-sajd, tat-traffikar tal-iskart u l-estrazzjoni illegali;

R.

billi rapport tal-2018 tal-Interpol, l-RHIPTO u l-Inizjattiva Globali kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali sab li l-kriminalità ambjentali hija l-akbar xprunatur finanzjarju tal-kunflitti u l-akbar sors ta' introjtu għall-gruppi armati mhux statali u għall-organizzazzjonijiet terroristiċi, qabel attivitajiet illegali tradizzjonali bħall-ħtif ta' persuni għal riskatt u t-traffikar tad-droga;

S.

billi s-settur tad-difiża mhuwiex imsemmi fil-Ftehim ta' Pariġi tal-2015, u jħalli f'idejn il-gvernijiet nazzjonali biex jiddeċiedu jekk jinkludux l-isforzi ta' mitigazzjoni mis-settur tad-difiża fl-impenji nazzjonali tagħhom lejn il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC); billi s-setturi kollha jridu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u fl-istess ħin jadattaw għat-tibdil fil-klima sabiex jintlaħqu l-objettivi tan-newtralità tal-karbonju tal-Unjoni u tinżamm l-effettività operazzjonali; billi f'Settembru 2020, Franza żvelat l-Istrateġija l-ġdida tagħha għall-Enerġija fil-qasam tad-Difiża b'34 rakkomandazzjoni biex tnaqqas u tottimizza l-konsum tal-enerġija tal-forzi armati tagħha u ttejjeb is-sigurtà tal-enerġija tagħha;

T.

billi anke skambju nukleari żgħir ikollu konsegwenzi umanitarji serji, u jkollu impatt ukoll fuq il-klima b'mod negattiv ħafna, u jikkawża karestija u t-tqassir tal-istaġuni tat-tkabbir għal diversi snin;

U.

billi s-sigurtà trid tkun fil-qalba tal-ħsieb ambjentali sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta' żvilupp sostenibbli realistiċi, dejjiema u effettivi għas-sigurtà tal-bniedem u għall-istabbiltà globali; billi, bħala konsegwenza, l-azzjoni esterna tal-Unjoni trid tinkorpora dejjem aktar it-tibdil fil-klima u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali bħala riskju ewlieni għas-sigurtà, u tadatta kif xieraq l-istrateġiji u l-kunċetti, il-proċeduri, it-tagħmir u l-infrastruttura ċivili u militari, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, inkluż it-taħriġ, u, fejn xieraq, il-qafas istituzzjonali u l-mekkaniżmi ta' obbligu ta' rendikont tagħha; billi l-politika ta' sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-istrumenti tagħha għandhom jikkontribwixxu b'mod dirett għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-effetti negattivi fuq is-sigurtà tal-kriżi klimatika; billi l-kapaċità totali tal-istrumenti ta' governanza u ta' konsolidazzjoni tal-paċi trid tindirizza r-rabta bejn il-klima u s-sigurtà;

V.

billi, minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà u l-impatti relatati mal-klima, il-miżuri tas-sigurtà tal-klima, jiġifieri l-antiċipazzjoni u l-adattament għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima għall-ambjent strateġiku u l-missjonijiet militari, u l-finanzjament tagħhom, iridu jinftiehmu bħala li jikkontribwixxu wkoll għad-difiża u s-sigurtà; billi l-NDICI għandu mira ta' nfiq ta' 30 % tal-baġit tiegħu ta' seba' snin ta' EUR 80 biljun biex jappoġġja l-azzjonijiet dwar il-klima, u bejn 7,5 u 10 % fis-sena għall-objettivi tal-protezzjoni ambjentali u tal-bijodiversità;

Strateġija u kunċett

1.

Jinnota li l-Artikolu 21 tat-TUE jipprovdi bażi ġuridika xierqa biex l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika komuni ta' sigurtà u ta' difiża (PSDK) isiru adatti ħalli jindirizzaw l-isfidi ewlenin tas-seklu 21, li t-tibdil fil-klima u l-fatturi bbażati fuq il-klima huma xprunaturi ewlieni tagħhom; ifakkar li l-Artikolu 21 tat-TUE jitlob dan li ġej mill-Unjoni: “(c) tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali; […] (f) jiġu żviluppati miżuri internazzjonali sabiex tiġi preservata u mtejba l-kwalità tal-ambjent u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali globali…; tgħin lill-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li jiffaċċjaw diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem”; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li titħaffef u tiġi approfondita l-integrazzjoni tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih sensittivi għall-kunflitti fil-politiki esterni, barranin, tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni, b'mod partikolari l-PSDK tagħha; jiddikjara li l-objettivi primarji tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK huma, f'konformità mal-Artikoli 42(1) u 43(1) tat-TUE, iż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali fiż-żoni fejn jintużaw, filwaqt li għandha tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali sħiħa tagħhom;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jittieħdu tagħlimiet mill-bidliet li kkonċernaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa b'riżultat tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukraina u li jitħaffu l-proċessi ta' żvilupp tal-kapaċitajiet militari, kif ukoll il-proġetti bil-għan li t-teknoloġija militari ssir aktar indipendenti mill-fjuwils fossili, filwaqt li fl-istess ħin tiżdied l-effikaċja tal-missjonijiet u l-kapaċità tal-ġlied;

3.

Jissottolinja li, minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa fil-kontinent Ewropew, il-forniment ta' provvisti tal-enerġija lill-forzi armati Ewropej irid jiġi garantit f'kull ħin biex tiġi żgurata d-difiża xierqa tat-territorju u taċ-ċittadini tal-Unjoni; jirrikonoxxi li s-sigurtà tal-provvista tista' teħtieġ miżuri flessibbli fuq perjodu ta' żmien qasir;

4.

Jemmen bis-sħiħ li l-attivitajiet u t-teknoloġija militari għandhom jikkontribwixxu għall-miri tan-newtralità karbonika tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mingħajr ma jikkompromettu s-sigurtà tal-missjonijiet u mingħajr ma jimminaw il-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati; jissottolinja, f'dak ir-rigward, li l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-forzi armati tal-Istati Membri għandhom jaħdmu biex inaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom stess u l-effetti negattivi tagħhom fuq ir-riżorsi naturali u l-bijodiversità;

5.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' prospettiva mtejba sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi tat-tibdil fl-ekosistema u fil-klima fejn dawn jistgħu jżidu l-pressjoni fuq il-forzi armati jew joħolqu tensjonijiet reġjonali;

6.

Jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment f'soluzzjonijiet intelliġenti, integrati u “tas-soċjetà kollha” bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, jiġu evitati l-agħar effetti tat-tibdil fil-klima u jsir ukoll investiment kbir fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tan-nazzjonijiet li jeħtieġu dan, sabiex jiġu evitati l-instabbiltà, il-kunflitt u d-diżastri umanitarji kbar;

7.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jiżgura li l-protezzjoni ambjentali, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti relatati mat-tibdil fil-klima jiġu integrati kif xieraq fl-azzjoni esterna tal-Unjoni, fuq l-eżempju tar-Regolament NDICI; jitlob li jiġu żviluppati strateġiji, politiki, proċeduri, miżuri u kapaċitajiet speċifiċi għall-klima; jistieden lill-VP/RGħ jiżgura li l-iżvilupp ta' politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà u d-difiża fil-qasam tal-klima jinvolvi l-implimentazzjoni ta' approċċ għas-sigurtà tal-bniedem; jilqa' l-intenzjoni tas-SEAE għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK biex jiżviluppaw u jinkorporaw sett ta' azzjonijiet ħalli jimplimentaw b'mod effettiv l-aspetti ambjentali fil-ħidma tagħhom; jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi jinkorporaw l-aspetti ambjentali fil-programmi ta' taħriġ tal-missjonijiet ċivili u militari u billi jiskambjaw l-aħjar prattiki u għarfien espert;

8.

Jitlob li jiġu żviluppati parametri referenzjarji konkreti biex jitkejjel il-progress fl-indirizzar tar-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima, minn naħa waħda, u l-kunflitt min-naħa l-oħra; jistieden lill-VP/RGħ jirrapporta fuq bażi annwali lill-Parlament dwar il-progress li jkun sar fl-użu u l-issodisfar ta' dawn il-parametri referenzjarji u l-indikaturi; jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw l-għarfien dwar ir-ramifikazzjonijiet tas-sigurtà tal-klima fi programmi ta' assistenza militari barranija;

9.

Jissottolinja l-importanza li jiġu indirizzati r-rabtiet bejn it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u d-difiża fil-Boxxla Strateġika, bil-għan li jiġu identifikati għanijiet ċari u miżuri konkreti għall-Istati Membri biex isaħħu l-effiċjenza enerġetika tal-forzi armati u jadattaw għall-effetti komprensivi tas-sigurtà tat-tibdil fil-klima fuq terminu medju u fit-tul, li jvarjaw minn prospettiva strateġika, it-taħriġ u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fi ħdan il-qafas tal-UE;

10.

Ifakkar li l-insigurtà tirriżulta minn ħafna kawżi ewlenin interkonnessi differenti bħall-faqar, il-fraġilità tal-Istat, in-nuqqas ta' infrastruttura u servizzi pubbliċi, aċċess limitat ħafna għal oġġetti bażiċi, in-nuqqas ta' edukazzjoni, korruzzjoni, eċċ., li fosthom insibu t-tibdil fil-klima;

11.

Ifakkar li fl-Afrika, u, b'mod partikolari, fis-Saħel, l-interazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-fatturi tradizzjonali ta' kunflitt (fost l-oħrajn il-falliment tal-Istat, in-nuqqas ta' servizzi pubbliċi u d-deterjorament fl-ambjent tas-sigurtà) qed taggrava l-problemi ta' vjolenza u terroriżmu;

12.

Jitlob li jingħata appoġġ akbar għall-isforzi mmirati lejn l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u t-tisħiħ ta' alternattivi newtrali għall-klima fil-viċinat immedjat tal-UE, jiġifieri l-Balkani tal-Punent, is-Sħubija tal-Lvant u l-Viċinat tan-Nofsinhar, sabiex jiġu evitati sfidi possibbli għas-sigurtà;

13.

Jisħaq li minħabba t-tibdil fil-klima, it-temperatura tal-Artiku żdiedet tliet darbiet aktar malajr mill-pjaneta bħala medja matul dawn l-aħħar 50 sena; jissottolinja kif it-tibdil fil-klima biddel is-sitwazzjoni ġeopolitika fl-Artiku u qed joħloq sfida ġeopolitika għall-UE; jisħaq li l-Artiku għandu importanza strateġika u politika għall-UE u jissottolinja l-impenn tal-UE li tkun attur responsabbli li jfittex l-iżvilupp sostenibbli u paċifiku fit-tul tar-reġjun; jisħaq li l-Artiku jeħtieġlu jibqa' qasam ta' kooperazzjoni paċifika u jitlob li jiġu stabbiliti miżuri biex jiġu evitati passi li jwasslu għal aktar militarizzazzjoni; ifakkar li l-pajjiżi tal-UE, il-Finlandja, l-Iżvezja u d-Danimarka huma membri tal-Kunsill tal-Artiku;

Il-Pjan direzzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża

14.

Jilqa' l-Pjan Direzzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża (“il-Pjan Direzzjonali”) u jistieden lis-SEAE jiżgura, flimkien mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mal-EDA, fejn xieraq, l-implimentazzjoni komprensiva tat-tliet oqsma ta' ħidma – id-dimensjoni operazzjonali, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u s-sħubijiet; jitlob li l-perjodi ta' żmien għar-rieżami tal-Pjan Direzzjonali jiġu kkunsidrati mill-ġdid u, b'mod partikolari, li l-objettivi ġenerali jiġu rieżaminati ferm qabel l-2030; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali b'appoġġ għall-objettivi; iħeġġeġ lill-atturi kollha jittrattaw dan il-proċess bħala prijorità u jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi f'konformità mal-approċċ integrat; jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-forzi armati fir-rigward mhux biss tal-adattament, iżda wkoll tal-mitigazzjoni tal-effett tagħhom fuq it-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent, inkluż billi titkejjel u tiġi mmappjata b'mod komprensiv l-impronta ambjentali tal-forzi armati, kif propost fil-Pjan Direzzjonali; iħeġġeġ lill-VP/RGħ jipproponi lill-Istati Membri programm ta' azzjoni immedjata li jikkonsisti f'azzjonijiet ta' prijorità ppreżentati fil-Pjan Direzzjonali li jistgħu jiġu implimentati fuq perjodu ta' żmien qasir;

15.

Jilqa' b'mod partikolari l-miżuri ta' impatt immedjati u fuq perjodu ta' żmien qasir tal-Pjan Direzzjonali għall-2020-2021, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' proċess ta' rapportar ħafif – marbut mal-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' kejl – abbażi ta' indikaturi tal-progress relatati mal-impronta ambjentali, inklużi l-enerġija, l-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, eċċ., tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; jisħaq fuq il-ħtieġa li sal-2024 jitfasslu valutazzjonijiet aktar dettaljati, filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki u li jiġu inkorporati rekwiżiti aktar b'saħħithom għal speċifikazzjonijiet tekniċi xierqa bħala parti mill-akkwist sabiex jiġi mmitigat approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, kif inkluż fil-Kunċett Militari tal-2012 dwar il-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza Enerġetika għall-operazzjonijiet militari mmexxija mill-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi sistematikament kunsiderazzjonijiet klimatiċi u ambjentali fit-teknoloġija militari, fir-riċerka, fl-akkwist u fl-infrastruttura;

16.

Jilqa' l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tas-SEAE fil-qasam tad-diplomazija dwar il-klima, tas-sigurtà u tad-difiża, b'mod partikolari l-Qafas ta' Politika dwar id-Diplomazija dwar il-Klima, il-Pjan Direzzjonali u l-Kunċett għal Approċċ Integrat dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà; jistieden lill-VP/RGħ jiżgura li l-kunċetti differenti kollha jkunu marbuta u armonizzati kif xieraq f'qafas koerenti u konsistenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li dan isir prijorità, u jistieden lill-VP/HR jirrapporta dwar il-progress li jkun sar sa Ġunju 2023;

17.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Pjan Direzzjonali ma jenfasizzax id-domanda għolja futura mistennija tal-Unjoni għal enerġija rinnovabbli u fjuwils alternattivi kompetittivi fil-prezz, li tista' tinħoloq bħala opportunitajiet ta' benefiċċju reċiproku, tipprovdi fora ġodda għall-kooperazzjoni u d-djalogu, benefiċċji ekonomiċi reċiproċi, sigurtà akbar tal-provvista u stabbiltà internazzjonali; jissottolinja li l-karatteristiċi tal-idroġenu nadif jagħmluh wieħed mill-kandidati biex jissostitwixxi l-fjuwils fossili u jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-forzi militari;

18.

Jistieden lill-VP/RGħ jippreżenta, sa nofs l-2023, valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju u tal-impatt ambjentali tal-azzjoni esterna tal-UE sabiex tiġi stabbilita l-bażi għall-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li sal-2023 tiġi żviluppata metodoloġija sinifikattiva biex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-attivitajiet kollha tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE, inklużi l-emissjonijiet mill-manifattura, mill-pussess u miż-żarmar, anke sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas attwali ta' data affidabbli u komparabbli fuq livell internazzjonali, filwaqt li titqies is-sensittività tal-informazzjoni vvalutata, li ġiet ipprovduta mill-missjonijiet u mill-operazzjonijiet tal-PSDK; jemmen li l-Pjan Direzzjonali għandu jintuża biex jiġu skattati l-iżvilupp ta' strateġija u wegħdiet nazzjonali ċari ħalli jitnaqqsu l-emissjonijiet militari, inkluż rapportar obbligatorju dwar l-emissjonijiet militari lill-UNFCCC u lill-parlamenti nazzjonali, peress li mingħajr rapportar u trasparenza, mhux se jkun hemm pressjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-ebda mezz biex jiġi ddeterminat l-impatt ta' kwalunkwe wegħda;

19.

Jitlob li jiġu stabbiliti miri volontarji biex titnaqqas l-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari, u jitnieda l-perkors lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika sal-2050, u b'hekk tkompli tissaħħaħ l-effettività operazzjonali;

20.

Jipproponi t-tnedija ta' proġett pilota għall-kejl u l-immappjar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; jemmen li EUFOR Althea tkun għażla tajba f'dak ir-rigward;

Approċċ komprensiv u konsistenti

21.

Jitlob li tittieħed azzjoni koordinata biex jitnaqqsu malajr kemm l-iskala kif ukoll l-ambitu tat-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu b'mod drammatiku l-emissjonijiet, sabiex jiġu evitati konsegwenzi sinifikanti, severi jew katastrofiċi fuq is-sigurtà globali fil-futur; jenfasizza l-ħtieġa li l-elementi kollha tas-sigurtà jkunu reżistenti għall-klima, inklużi l-infrastruttura, l-istituzzjonijiet u l-politiki, u li jadattaw malajr għall-effetti tagħha;

22.

Jilqa' bis-sħiħ il-fatt li l-istrument il-ġdid tal-Unjoni Ewropa Globali (NDICI) jirrifletti sew l-urġenza u l-importanza ta' azzjoni esterna rapida, b'saħħitha u estensiva dwar il-klima; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li l-NDICI jintegra l-azzjoni dwar il-klima u se jiżgura li 30 % tal-baġit tiegħu ta' seba' snin ta' EUR 80 biljun jappoġġja l-azzjonijiet dwar il-klima; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ dawn il-miri u fil-kalkoli tagħha tinkludi biss miżuri b'dimensjoni klimatika ċara; jilqa' l-fatt li l-investimenti fil-fjuwils fossili u l-miżuri li għandhom effetti negattivi dannużi jew sinifikanti fuq l-ambjent u l-klima huma esklużi mill-finanzjament; jilqa' bis-sħiħ il-politika dwar is-sigurtà tal-klima tal-NDICI (ara s-sottotaqsima 3.1.(d) tal-Anness III tar-Regolament NDICI); jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-azzjonijiet li jfittxu li jiksbu eżiti komprensivi u inklużivi billi jorbtu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih mal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi; jilqa' l-programm tal-NDICI dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi inkluż appoġġ akbar għal stati fraġli u affettwati minn kunflitti fil-governanza ambjentali, inkluż il-bini tal-istituzzjonijiet; jitlob li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-bini tal-paċi relatat mal-ambjent fl-ambitu tal-programm ta' paċi, stabbiltà u prevenzjoni tal-kunflitti tal-NDICI; jemmen li l-approċċ tal-NDICI għas-sigurtà tal-klima għandu jkun punt ta' referenza għall-azzjoni esterna l-oħra kollha tal-Unjoni u jitlob lill-VP/RGħ jiżgura li l-PSDK b'mod partikolari tkun sinkronizzata ma' dan l-approċċ; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka eżistenti dwar il-vulnerabbiltajiet emerġenti għas-sigurtà tal-klima, b'mod partikolari fis-Saħel, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika tal-Lvant;

23.

Jemmen li s-sigurtà tal-klima għandha tiġi integrata bis-sħiħ fis-sett ta' għodod tal-Unjoni għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati fraġli u tal-popolazzjonijiet affettwati;

24.

Jissottolinja l-ħtieġa li tingħata spinta lill-kapaċitajiet strateġiċi tal-Unjoni dwar il-previżjoni, it-twissija bikrija, l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-analiżi tal-kunflitti permezz ta' data kwalitattiva u kwantitattiva u metodi innovattivi minn diversi sorsi; jissottolinja li, minbarra l-kooperazzjoni sistematika mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-programmi spazjali tal-Unjoni, iċ-Ċentru Satellitari tal-UE (SatCen) u ċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN), l-unità għall-prevenzjoni tal-kunflitti tas-SEAE, iċ-ċentri nazzjonali tar-riċerka, il-gruppi ta' riflessjoni, is-servizzi nazzjonali tal-intelligence u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-previżjoni strateġika, il-bini tal-paċi u r-riċerka dwar il-klima u l-kunflitti; jemmen li huwa tal-akbar importanza li tali għarfien jintuża biex jitfasslu missjonijiet, operazzjonijiet u azzjonijiet futuri kif xieraq, filwaqt li jitqiesu l-parametri li jvarjaw mit-tibdil fil-kundizzjonijiet tat-temp sal-kuntest politiku lokali; ifaħħar ir-rwol essenzjali li għandhom il-programmi spazjali Ewropej bħal Copernicus fil-fehim tat-tibdil fil-klima u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra; ifakkar li l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, b'mod partikolari SatCen, għandhom kapaċitajiet uniċi biex jiġbru data dwar it-tibdil fil-klima u l-aspetti tas-sigurtà tiegħu madwar id-dinja; jinnota li l-programm spazjali tal-UE huwa kruċjali wkoll biex jiġu indirizzati l-aspetti tas-sigurtà tat-tibdil fil-klima; jilqa' l-isforzi li qed jagħmel SatCen f'dan il-qasam;

25.

Jissottolinja li l-prinċipju ta' politika u ta' programmi mmexxija mid-data jrid ikun ċentrali għall-programmi tas-sigurtà tal-klima; huwa konxju, fl-istess ħin, tal-limitazzjonijiet tal-approċċi tal-big data u tal-indiċijiet kwantitattivi tal-istress ambjentali fir-rigward tat-tbassir tal-kunflitti, peress li joħolqu r-riskju li ftit li xejn jagħtu attenzjoni lill-kuntest tas-soċjetà lokali; ifakkar fin-nuqqas ta' disponibbiltà ta' data affidabbli f'xi pajjiżi fraġli, anke bħala riżultat ta' korruzzjoni u strutturi ta' governanza dgħajfa, f'liema każ tista' tintuża minflok data approssimattiva; jemmen li l-għarfien u l-inizjattivi tal-popolazzjonijiet lokali u tas-soċjetà ċivili għandhom rwol ewlieni x'jaqdu bħala parti mill-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq il-kunflitt;

26.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw li t-twissija bikrija u l-analiżi tal-kunflitti jiġu marbuta b'mod adegwat ma' azzjoni u reazzjonijiet bikrija, u li tiġi stabbilita kapaċità ta' prospettiva strateġika sinifikattiva; jilqa', f'dan ir-rigward, l-analiżi tal-kunflitt li qed iwettaq bħalissa s-SEAE ta' madwar 60 pajjiż; ifakkar li huwa essenzjali li l-azzjonijiet dwar il-klima jkunu sensittivi għall-kunflitti sabiex jiġi evitat li ssir ħsara b'mod involontarju u li jingħata kontribut għall-paċi kull meta jkun possibbli;

27.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approċċ każ b'każ, inklużi analiżijiet speċifiċi għar-reġjun u inizjattivi mmexxija lokalment, li jkun adattat għas-sitwazzjoni speċifika fil-prattika; jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet, u li l-appoġġ għas-sjieda lokali u għall-istrutturi ta' governanza lokali inklużivi huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-isforzi jkunu sostenibbli; jisħaq li approċċ inklużiv u responsabbli lejn il-popolazzjonijiet lokali u miżuri aktar effettivi għall-protezzjoni ambjentali, pereżempju l-aċċess għal riżorsi vitali jżidu wkoll is-sigurtà tal-forzi u tal-persunal tal-UE (is-sigurtà tal-missjonijiet); jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu lid-difensuri ambjentali peress li qed jesperjenzaw repressjoni akbar f'partijiet tad-dinja; jisħaq li l-Istati li qed inaqqsu l-kapaċità tad-difensuri ambjentali biex jieħdu azzjoni qed jagħmlu ħsara lil ħafna minn dawk li l-ħiliet tagħhom huma l-aktar meħtieġa, u qed jagħmlu ħsara lill-interessi tal-UE fil-proċess;

28.

Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-migrazzjoni ambjentali, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet komuni; jitlob li ssir enfasi speċjali fuq l-għoti ta' assistenza xierqa lit-tfal u liż-żgħażagħ;

29.

Jemmen li l-bini tal-paċi relatat mal-ambjent għandu jissaħħaħ, peress li huwa wieħed mis-soluzzjonijiet sostenibbli u ġusti ġenerali li jindirizzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima u jista' jippreżenta wkoll opportunitajiet biex tinbena l-paċi, filwaqt li jitrawmu d-djalogu u l-kooperazzjoni fil-livell lokali, nazzjonali u internazzjonali (pereżempju dwar il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-aċċess għall-art u l-ilma, il-protezzjoni ambjentali, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru, l-akkoljenza ta' rifuġjati minħabba l-klima, eċċ.) u jiġu ppreżentati opportunitajiet biex jiġi adottat approċċ trasformattiv ħalli jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitt u l-ixprunaturi strutturali tal-emarġinazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-inizjattivi ta' medjazzjoni ta' qabel il-kunflitt, inkluż permezz ta' livelli ogħla ta' finanzjament permezz tal-NDICI; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-kunflitt, u li tiġi indirizzata wkoll is-sitwazzjoni ta' wara l-kunflitt b'mod xieraq, peress li dan jista' jħalli lill-popolazzjonijiet aktar vulnerabbli għar-riskju ambjentali jew iwassal għal żieda fil-kriminalità ambjentali jew qerda (pereżempju deforestazzjoni) fi spazji mhux regolati;

30.

Jissottolinja li l-azzjoni dwar il-klima tal-Unjoni għandha tkun inklużiva, għandu jkollha l-għan li tavvanza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tapplika l-approċċ tal-UE bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, tippromwovi governanza tajba u timplimenta l-aġenda taż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà, u dik tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III; jitlob, b'mod partikolari, li jiġu appoġġjati l-inizjattivi tal-organizzazzjonijiet tan-nisa, taż-żgħażagħ u dawk indiġeni fil-livell lokali u li jinkisbu tagħlimiet minnhom;

31.

Jisħaq bl-istess mod fuq il-ħtieġa li jiġu skjerati l-esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-klima fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, filwaqt li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jappoġġjaw dawn l-isforzi billi jipprovdu tali esperti; jipproponi li d-delegazzjonijiet tal-UE jingħataw il-kompitu speċifiku li jtejbu r-rapportar dwar il-governanza tal-art u r-riżorsi naturali, kif ukoll l-iżviluppi soċjoekonomiċi u politiċi marbuta ma' dan; jissottolinja l-importanza li l-atturi rilevanti tal-UE jingħataw ukoll il-kompitu li jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni f'reġjuni li huma affettwati ħafna mit-tibdil fil-klima u mid-degradazzjoni ambjentali, bħas-Saħel, il-Qarn tal-Afrika u l-Paċifiku, u li jiżviluppaw mekkaniżmi biex jimmonitorjaw, jevalwaw, jiddokumentaw u jikkomunikaw lill-pubbliku dwar l-impatt, it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki tal-isforzi biex jinkisbu eżiti komprensivi billi ssir rabta bejn l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-bini tal-paċi;

32.

Jilqa' l-enfasi akbar fuq ir-rabta bejn is-sigurtà tal-klima u l-parteċipazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg fis-26 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-Partijiet fi Glasgow (COP26), u jitlob li jkun hemm kooperazzjoni konkreta bejn l-UE u n-NATO f'dan ir-rigward;

L-indirizzar tad-dimensjoni operattiva

33.

Jirrikonoxxi li ħafna missjonijiet tal-PSDK jitwettqu f'oqsma li huma affettwati serjament mit-tibdil fil-klima, li jimmultiplika l-isfidi għal dawn il-missjonijiet;

34.

Jisħaq li t-tibdil fil-klima jista' jiġġenera wkoll spostament tal-popolazzjoni u jippreżenta sfidi għaż-żoni tal-operazzjonijiet; jitlob li jkun hemm sensibilizzazzjoni ċara dwar l-aspetti tas-sigurtà tat-tibdil fil-klima bħala fattur kritiku li l-militari se jkollhom jindirizzaw, mhux biss minħabba l-impatti tiegħu fuq l-operazzjonijiet militari, iżda wkoll b'antiċipazzjoni taż-żieda fl-ispostament intern indott mill-klima, li diġà hija ogħla mill-ispostament tal-kunflitt; jinnota, madankollu, il-livell mhux suffiċjenti ta' tħejjija tal-forzi armati għall-implikazzjonijiet tas-sigurtà tal-klima li qed tinbidel fid-dinja;

35.

Jappoġġja l-integrazzjoni ta' approċċ sensittiv għall-klima u jemmen bis-sħiħ li huwa urġenti għall-Istati Membri li jawtorizzaw l-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha u li l-azzjonijiet kollha tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) jikkontribwixxu aktar għall-approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mas-sigurtà tal-klima, b'mod partikolari fir-reġjuni tas-Saħel u tal-Qarn tal-Afrika, u b'hekk nimxu wkoll lejn tnaqqis fl-ispejjeż tal-operazzjonijiet (tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, użu ta' sorsi ġodda tal-enerġija), filwaqt li tittejjeb l-effettività operazzjonali tal-missjonijiet;

36.

Jenfasizza li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u l-azzjonijiet tal-EPF jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tar-reżiljenza għall-klima tal-pajjiżi ospitanti tagħhom u jisħaq li għandu jiġi inkluż legat pożittiv f'termini tal-impronta lokali tagħhom, mingħajr ma jiġu affettwati l-kompiti ewlenin tagħhom ta' sigurtà u difiża, il-vijabbiltà u l-effettività operazzjonali tal-missjonijiet, u s-sigurtà tal-persunal militari u ċivili fl-istrateġiji ta' ħruġ tagħhom; jissottolinja li t-tnaqqis tad-dipendenza operattiva mill-fjuwils fossili jġib benefiċċji fl-effiċjenza u fl-effettività operazzjonali, inkluż it-titjib tas-sikurezza tal-persunal tal-missjoni billi jitnaqqsu l-ktajjen loġistiċi tal-provvista, u tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-involviment tal-PSDK fid-dawl tat-tmexxija globali tal-UE fil-klima;

37.

Ifakkar li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari kollha tal-PSDK u l-azzjonijiet tal-EPF għandhom ikunu parti minn strateġija politika usa' mfassla biex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-bniedem, u jfittxu li jżidu l-livell ta' sigurtà u ta' stabbiltà fil-livell lokali; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sigurtà tal-klima u l-bini tal-paċi relatat mal-ambjent jiġu integrati fil-kunċetti aġġornati tal-UE dwar ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni, filwaqt li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-istrutturi ta' governanza lokali rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi tas-sigurtà, l-inklużività (speċjalment fir-rigward tal-parteċipazzjoni u d-drittijiet tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-gruppi emarġinati fid-diversità kollha tagħhom), l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza;

38.

Jisħaq li l-impatti ewlenin tat-tibdil fil-klima attwalment jitolbu espansjoni tal-missjonijiet tas-sigurtà ċivili, li mhumiex parti mill-attività prinċipali tal-forzi armati;

39.

Jistieden lis-SEAE jiggarantixxi li l-missjonijiet ċivili u l-operazzjonijiet militari jkunu sensittivi għall-klima sa mit-tfassil; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġi evitat li l-attivitajiet tal-Unjoni f'pajjiżi terzi fraġli jikkontribwixxu għall-iskarsezza tar-riżorsi, għaż-żieda fil-prezzijiet tar-riżorsi vitali, jew għad-degradazzjoni u għat-tniġġis ambjentali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitfasslu infrastruttura tal-missjoni u katina tal-provvista li jkunu reżiljenti u sensittivi għall-klima u għall-ambjent u ottimizzati għall-enerġija u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju kemm jista' jkun; jemmen li huwa essenzjali li jsir investiment kbir fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' fjuwils u sistemi ta' propulsjoni newtrali għall-karbonju għal vetturi militari fuq l-art, fil-baħar, u fl-ajru u li jsir użu minn teknoloġija ġdida bħas-sistemi solari mobbli, b'mod partikolari għall-karatteristiċi statiċi, bil-għan li titnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar qbil possibbli bejn il-prestazzjoni operazzjonali u l-effiċjenza ambjentali, u mingħajr ma jinħolqu dipendenzi ġodda minn atturi barranin;

40.

Jipproponi li jiġi stabbilit kurrikulu għal kors “ħarreġ lil min iħarreġ” tal-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża biex il-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali jiġu integrati fis-sistema ta' taħriġ militari ordinarja fil-livelli tattiċi u strateġiċi; jemmen li tali korsijiet għandhom ikunu taħriġ obbligatorju ta' qabel l-iskjerament għall-konsulenti dwar is-sigurtà tal-klima għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, kif ukoll għad-delegazzjonijiet tal-UE;

41.

Jemmen li l-impronta tal-karbonju tal-infrastruttura militari tista' tiġi ottimizzata billi tinkiseb effiċjenza akbar f'termini ta' rinnovazzjoni u l-użu adattat tal-enerġija rinnovabbli;

42.

Jilqa' l-isforzi ta' modernizzazzjoni li saru biex it-tagħmir jiġi adattat għall-varjazzjonijiet estremi fit-temperatura kkawżati mit-tibdil fil-klima, b'mod partikolari ċ-ċelloli tal-ekodisinn, sabiex tiġi żgurata d-durabbiltà tat-tagħmir;

43.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-bini tal-paċi relatat mal-ambjent u s-sigurtà tal-klima tal-UE billi jiġu inklużi kompiti u jiġu appoġġjati sforzi relatati mal-medjazzjoni, id-djalogu, il-protezzjoni tan-nies ċivili, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u r-rikonċiljazzjoni sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet ikkawżati mit-tibdil fil-klima bejn komunitajiet differenti li jikkompetu għal riżorsi skarsi, bħall-art agrikola jew l-ilma, u li faċilment isaħħu gruppi armati u estremisti vjolenti jew jittrasformaw f'kunflitti armati jew saħansitra gwerer bejn l-Istati; jisħaq, f'dan ir-rigward, li missjonijiet adattati għandhom, fost l-oħrajn, jagħmlu enfasi fuq il-bini integrat tal-paċi, il-bini tal-paċi relatat mal-ambjent, u miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili għall-prevenzjoni tal-kunflitti; jipproponi li tali missjonijiet adattati jkunu jistgħu jagħmlu enfasi fuq dan li ġej:

(a)

l-iskarsezza tar-riżorsi kkawżata mit-tibdil fil-klima li twassal għal kunflitt u instabbiltà;

(b)

l-infrastruttura kritika f'pajjiżi fraġli u kif dawn isiru reżiljenti f'termini ta' sigurtà;

(c)

il-protezzjoni u d-difiża tal-bijodiversità b'mod sensittiv għall-kunflitti, b'mod partikolari fl-ekosistemi f'pajjiżi fraġli u mifnija bil-gwerra;

L-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari

44.

Jiddikjara li l-kapaċitajiet u s-servizzi militari kollha użati mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE u jkun hemm adattament għal kundizzjonijiet klimatiċi dejjem aktar diffiċli sabiex ikunu jistgħu, fost l-oħrajn, jiggarantixxu t-twettiq tal-kompiti tagħhom f'pajjiżhom u barra mill-pajjiż; jemmen li, fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, hemm ħtieġa urġenti li l-forzi armati tal-Istati Membri jadattaw il-kapaċitajiet tagħhom għal kundizzjonijiet klimatiċi dejjem aktar diffiċli;

45.

Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-impatt tat-tibdil fix-xejriet tat-temp ikkawżati mit-tibdil fil-klima u ta' avvenimenti tat-temp estremi aktar frekwenti fuq l-effettività operazzjonali tal-forzi armati u r-rekwiżiti tal-kapaċità li potenzjalment jirriżultaw minnhom;

46.

Jissottolinja li ż-żieda fin-nefqa fuq id-difiża, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinżamm il-livell ta' ambizzjoni tal-armati tagħna, ma għandhiex twassal għal żieda fl-emissjonijiet, u li parti mill-infiq fuq id-difiża għandha tkun iddedikata għall-investimenti fit-teknoloġiji u l-kapaċitajiet li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet, bħall-elettrifikazzjoni, u l-użu ta' fjuwils newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li jissottolinja wkoll li l-kunsiderazzjonijiet klimatiċi u ambjentali saru fattur ewlieni ta' xprunar; ifakkar li dawk li jfasslu l-istrateġiji u l-pjanijiet militari tal-UE u tan-NATO ilhom jaħdmu fuq il-kwistjoni ta' kif il-forzi armati jistgħu jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom għal aktar minn għaxar snin; jitlob lill-UE u lin-NATO jiżviluppaw metodoloġija komuni biex jgħinu lill-Alleati jkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn attivitajiet u installazzjonijiet militari u jadottaw miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; ifakkar li impronta tal-enerġija u domanda għall-fjuwil mnaqqsa għandhom ukoll effett pożittiv fuq is-sigurtà u l-effiċjenza tal-missjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, l-attivitajiet tal-EDA, b'mod partikolari l-Politika Go Green, il-kunċett Ekoloġiku Militari tagħha, il-Grupp ta' Ħidma tagħha dwar l-Enerġija u l-Ambjent, il-Forum ta' Konsultazzjoni tagħha għall-Enerġija Sostenibbli fis-Settur tad-Difiża u s-Sigurtà, u l-Forum ta' Inkubazzjoni tagħha dwar l-Ekonomija Ċirkolari fid-Difiża Ewropea; jitlob aċċellerazzjoni u twessigħ ta' tali proġetti u li ssir evalwazzjoni esterna indipendenti tagħhom;

47.

Jinnota li l-EDA kkonkludiet li t-tnaqqis sussegwenti fil-konsum tal-fjuwils fossili jnaqqas l-ispejjeż, l-emissjonijiet u d-dipendenzi minn sorsi mhux Ewropej, u li l-għadd ta' diżgrazzji jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti minħabba li hemm ħafna inqas konvojs tal-fjuwil li l-avversarji jistgħu jimmiraw lejhom, u b'hekk jiġu liberati r-riżorsi li jintużaw għall-protezzjoni tal-konvojs, u li l-kapaċitajiet ġenerali jsiru aktar effettivi permezz ta' titjib fir-reżistenza, il-mobbiltà u l-awtonomija; ifakkar li ż-żieda fis-sehem tal-fjuwils dekarbonizzati fil-militar tista', minbarra n-newtralità klimatika, tgħin biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista u l-awtonomija strateġika; jissottolinja li d-domanda għolja għall-fjuwils fossili u r-rotot twal tal-provvista jżidu l-ispejjeż għall-missjonijiet u għall-operazzjonijiet, u jżidu r-riskju tas-sigurtà għall-persunal u l-kuntratturi tal-missjonijiet;

48.

Jistieden lid-DĠ DEFIS, lill-Istati Membri, lis-SEAE u lill-EDA jadottaw approċċ li jinkorpora impronta tal-enerġija, tal-karbonju u ambjentali baxxa skont id-disinn meta jimplimentaw il-fondi rilevanti tal-UE u jirrapportaw regolarment dwar il-progress; jissottolinja li s-segwitu ta' approċċ koordinat fil-livell tal-UE huwa partikolarment importanti fit-tnedija ta' inizjattivi ta' riċerka, żvilupp, modernizzazzjoni, jew akkomunament u kondiviżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġija u l-kapaċitajiet militari u b'użu doppju; ifakkar li huwa importanti mil-lat strateġiku li jiġu żviluppati l-aspetti teknoloġiċi kollha u li jiġu indirizzati l-ispejjeż tul il-ħajja kollha, flimkien mal-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni fil-livell tal-UE, biex jiġi żgurat li t-tagħmir ikun adatt biex jindirizza l-effetti tal-kriżi klimatika; jilqa' l-fatt li l-FEŻ jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet dwar il-klima fil-politiki tal-UE u għall-ilħuq ta' mira ġenerali ta' 30 % tal-infiq tal-baġit tal-UE fuq l-għanijiet klimatiċi, li hija l-mira stabbilita għall-baġit tal-UE għall-2021-2027; ifakkar li l-azzjonijiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp jistgħu jiġu diretti lejn soluzzjonijiet biex tittejjeb l-effiċjenza, titnaqqas l-impronta tal-karbonju u jinkisbu l-aħjar prattiki sostenibbli; jilqa' l-investiment rilevanti ta' EUR 133 miljun previst fl-ewwel programm ta' ħidma annwali, iżda jinnota li dan jirrappreżenta biss 11 % tal-baġit annwali ġenerali tal-FEŻ; ifakkar fir-rwol ta' Next Generation EU għall-azzjoni dwar il-klima u jistieden lill-Istati Membri jużaw ir-riżorsi mill-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru tagħhom sabiex jinvestu fit-tranżizzjoni ekoloġika tal-infrastruttura militari tagħhom;

49.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti fid-difiża “ekoloġika”, b'mod partikolari billi jiġi ddedikat sehem ogħla ta' riċerka u żvilupp fl-innovazzjoni fil-qasam militari u fit-teknoloġija b'użu doppju (tagħmir, enerġija, eċċ.) iffinanzjati mill-baġit tal-UE għal fjuwils u sistemi ta' propulsjoni newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju għal inġenji tal-ajru militari, bastimenti u vetturi oħra, b'mod partikolari fir-rigward ta' sistemi futuri ta' armi ewlenin (pereżempju s-sistema futura għall-ġlied fl-ajru (FCAS) u l-karru armat ewlieni Ewropew (EMBT)) u oħrajn li jiġu żviluppati fl-oqfsa previsti mill-UE; jissottolinja li, minħabba n-natura doppja ta' tali investimenti, dawn għandhom effetti kollaterali pożittivi qawwija fis-settur ċivili, b'mod partikolari għall-industrija tal-avjazzjoni ċivili li tinsab f'diffikultà li qed tfittex mudelli kummerċjali u teknoloġiji inqas intensivi fl-enerġija u aktar kosteffettivi; jemmen li tista' tingħata preferenza lill-ekodisinn sabiex jiġu limitati l-impatti ambjentali tat-tagħmir militari matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar qbil possibbli bejn il-prestazzjoni operazzjonali u l-effiċjenza ambjentali; jemmen li l-elettrifikazzjoni tat-teknoloġija militari għandha tiġi promossa aktar u ffinanzjata b'mod estensiv permezz tas-sussidji Ewropej mogħtija permezz tal-FEŻ, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistemi tal-armi, iżda wkoll f'termini ta' akkomodazzjoni, kwartieri u sistemi relatati ta' tisħin jew tkessiħ, kemm jekk fl-Istati Membri kif ukoll jekk f'kampijiet militari meta jiġu varati; ifakkar li l-adattament tal-mezzi tad-difiża u l-użi tagħhom għat-tibdil fil-klima, hija responsabbiltà li taqa' prinċipalment f'idejn l-Istati Membri u li l-UE bħala tali għad ma għandhiex il-kapaċitajiet tagħha stess;

50.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE timmonitorja u timmitiga b'mod kontinwu kwalunkwe vulnerabbiltà u/jew dipendenza li tista' toħloq l-“elettrifikazzjoni” tal-forzi armati Ewropej, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal materja prima essenzjali; jisħaq li l-“ekoloġizzazzjoni” tal-forzi armati Ewropej, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tagħhom, ma jridu fl-ebda ċirkostanza joħolqu vulnerabbiltajiet ġodda jew jagħmlu lill-Ewropa jew liċ-ċittadini Ewropej inqas siguri;

51.

Jitlob li jiġu integrati kriterji tal-effiċjenza enerġetika u prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fil-programmi ta' żvilupp tal-kapaċitajiet u fil-linji gwida dwar l-akkwist, abbażi tal-esperjenza u t-tagħlimiet meħuda mill-Istati Membri u fil-qafas tal-attivitajiet tal-EDA; jitlob lill-Istati Membri jaħdmu fuq l-ottimizzazzjoni tal-proċess, id-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistema b'tali mod li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent abbażi tal-prinċipji taċ-ċirkolarità, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kwartieri Ġenerali Operazzjonali u l-uffiċċji fuq il-post; jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tal-EDA, tal-FEŻ u tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) fl-appoġġ tal-Istati Membri, fit-tixrid tal-aħjar prattiki nazzjonali u fl-organizzazzjoni ta' skambji bejn il-pari regolari dwar id-difiża ekoloġika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

52.

Jemmen li wasal iż-żmien li jiġu żviluppati proġetti ġodda tal-PESCO mmirati lejn l-istabbiliment ta' standards u parametri referenzjarji dwar l-effiċjenza enerġetika, il-ħolqien ta' kapaċitajiet ġodda jew il-ġbir u l-immodernizzar ta' dawk eżistenti; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-fattibbiltà li tintuża l-PESCO għall-istabbiliment ta' korp ta' inġiniera militari biex issir enfasi fuq l-indirizzar ta' diżastri naturali kkawżati mill-klima u l-protezzjoni tal-infrastruttura f'pajjiżi fraġli; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi rieżamijiet perjodiċi għall-valutazzjoni tal-progress li sar f'tali proġetti u li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kemm jista' jkun malajr; ifaħħar ir-rwol li għandhom l-operazzjonijiet konġunti biex tiġi salvata l-popolazzjoni ċivili f'diżastri naturali, bħall-eżerċizzji HUREX għall-ġestjoni tad-diżastri Franċiżi-Netherlandiżi fil-Karibew;

53.

Jissottolinja li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali għandhom jiġu indirizzati fir-reviżjoni futura tal-Patt Ċivili tal-PSDK, b'mod partikolari fir-rigward tal-integrazzjoni tal-aspetti klimatiċi u ambjentali fil-kompiti operazzjonali u fil-politika ta' taħriġ;

Iż-żieda tal-kooperazzjoni internazzjonali u t-tisħiħ tal-multilateraliżmu

54.

Ifakkar fl-importanza tal-kooperazzjoni bħala pedament tar-rwol ewlieni tal-UE fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima, kif stabbilit fil-Pjan Direzzjonali; jilqa' l-iskambji kontinwi bejn il-persunal man-NU u n-NATO, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib f'dan il-qasam; jistieden lis-SEAE u lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni jistabbilixxu aktar djalogu ma' sħab oħra, bħall-Unjoni Afrikana, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, il-Kanada u l-Istati Uniti; jisħaq li hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas attwali ta' data affidabbli u komparabbli fuq livell internazzjonali dwar il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-settur tad-difiża;

55.

Jenfasizza li l-politiki dwar is-sigurtà tal-klima ma jridux jagħmlu enfasi biss fuq l-adattament għat-turbolenza, ir-restrizzjonijiet tar-riżorsi u livelli ogħla ta' nuqqas ta' prevedibbiltà, iżda wkoll fuq it-trawwim ta' bidla aktar profonda meħtieġa biex jiġu restawrati l-istabbiltà ekoloġika u l-bilanċ f'livell globali;

56.

Jitlob li r-rabta bejn il-klima u s-sigurtà tiġi inkluża bħala qasam prijoritarju ġdid għas-Sħubija Strateġika bejn in-NU u l-UE dwar l-Operazzjonijiet ta' Paċi u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet;

57.

Jinnota l-ambizzjoni ddikjarata tan-NATO biex jintlaħqu emissjonijiet ta' karbonju żero netti sal-2050; jissottolinja l-fatt li 22 Stat Membru huma membri tan-NATO u jitlob lill-VP/RGħ jiżgura li l-objettivi, il-parametri referenzjarji u l-metodoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ikunu sinkronizzati bejn l-Istati Membri, peress li għandhom biss sett wieħed ta' forzi; jemmen li n-NATO u l-UE għandhom jiddeċiedu li jittrattaw is-sigurtà tal-klima bħala qasam ġdid għall-kooperazzjoni u għal azzjonijiet konkreti; jitlob, b'mod aktar speċifiku, li t-tibdil fil-klima u s-sigurtà jiġu inklużi bħala qasam ta' kooperazzjoni ġdid u konkret ħafna fit-Tielet Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u tan-NATO;

58.

Jenfasizza r-rwol importanti tad-diplomazija parlamentari fit-tisħiħ tar-rabtiet internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u jitlob li ssir enfasi akbar fuq ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà;

59.

Jisħaq li n-nuqqas ta' finanzjament għall-klima huwa ostaklu kbir biex jiġi indirizzat b'mod sinifikattiv it-tibdil fil-klima u tinbena s-sigurtà tal-klima; jesprimi dispjaċir għall-fatt li fl-2009, il-komunità internazzjonali wegħdet USD 100 biljun f'finanzjament għall-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda din il-wegħda kienet għadha ma ġietx issodisfata sa meta saret is-COP26;

o

o o

60.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149.

(2)  ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 99, 1.3.2022, p. 105.

(4)  ĠU C 118, 8.4.2020, p. 32.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/32


P9_TA(2022)0224

L-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku (2021/2232(INI))

(2022/C 493/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar Strateġija UE-Ċina ġdida (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/L.1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta' Marzu 2022, li tiddeplora l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ES-11/L.2 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-24 ta' Marzu 2022 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna,

wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika tal-UE, appoġġata mill-Kunsill Ewropew fl-24 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Federazzjoni Russa u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-4 ta' Frar 2022 dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali li jidħlu f'era ġdida u l-iżvilupp sostenibbli globali,

wara li kkunsidra l-Forum Ministerjali għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku tat-22 ta' Frar 2022,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2021 dwar l-isfidi u l-prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) rigward ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni UE-Tajwan (4),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-21 ta' Ottubru 2020 lill-Kunsill u lill-VP/RGħ dwar it-tħejjija tal-Għaxar proċess ta' rieżami tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-kontroll tal-armi nukleari u l-opzjonijiet ta' diżarm nukleari (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) (8),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ rigward ir-relazzjonijiet UE-Indja (9),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni adottata tiegħu fit-12 ta' Diċembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2021 dwar l-istat tal-kapaċitajiet ta' difiża ċibernetika tal-UE (11),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ottubru 2021,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ tas-16 ta' Settembru 2021 dwar l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku (JOIN(2021)0024),

wara li kkunsidra l-aġġornament ta' Lulju 2021 tal-istrateġija ta' Franza għall-Indo-Paċifiku bit-titolu “The Indo-Pacific region: a priority for France” (Ir-reġjun Indo-Paċifiku: prijorità għal Franza),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Indo-Paċifiku tat-3 ta' Diċembru 2021,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ tal-1 ta' Diċembru 2021 dwar “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),

wara li kkunsidra t-13-il Summit bejn l-Asja u l-Ewropa (ASEM) tal-25 u s-26 ta' Novembru 2021,

wara li kkunsidra l-Kunċett għal Approċċ Integrat dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà tal-5 ta' Ottubru 2021,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' April 2021 dwar Strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku,

wara li kkunsidra l-patt dwar is-sigurtà tal-AUKUS tal-15 ta' Settembru 2021,

wara li kkunsidra l-Komunikat tas-Summit tan-NATO fi Brussell tal-14 ta' Ġunju 2021,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2020 u tal-10 ta' Mejju 2021 dwar is-sigurtà u d-difiża,

wara li kkunsidra s-Sħubija dwar il-Konnettività bejn l-UE u l-Indja miftiehma fit-8 ta' Mejju 2021,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2188 tat-22 ta' Diċembru 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (12),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ministerjali konġunta UE-ASEAN tal-1 ta' Diċembru 2020 dwar il-konnettività,

wara li kkunsidra s-Summit UE-Ċina tal-1 ta' April 2022,

wara li kkunsidra ż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fl-Indja tal-24 u l-25 ta' April 2022,

wara li kkunsidra s-Summit UE-Ġappun tat-12 ta' Mejju 2022,

wara li kkunsidra l-komunikat konġunt maħruġ mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G7 fl-14 ta' Mejju 2022,

wara li kkunsidra l-istrateġija tan-Netherlands għall-Indo-Paċifiku tat-13 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Indo-Pacific: Guidelines for strengthening Dutch and EU cooperation with partners in Asia” (L-Indo-Paċifiku: Linji gwida għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tan-Netherlands u tal-UE mas-sħab fl-Asja),

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża tad-9 ta' Novembru 2020,

wara li kkunsidra l-“Linji gwida ta' politika għar-reġjun Indo-Paċifiku” tal-Gvern Federali Ġermaniż ta' Settembru 2020,

wara li kkunsidra s-Sħubija maqbula bejn l-UE u l-Ġappun għall-Konnettività Sostenibbli u Infrastrutturi ta' Kwalità fis-27 ta' Settembru 2019,

wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kummissjoni u l-VP/RGħ għall-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titolu “UE-Ċina – Perspettiva strateġika”,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Diżinformazzjoni, tal-5 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni li ttieħdet fil-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-ASEAN tal-21 ta' Jannar 2019 biex tiġi stabbilita Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-ASEAN,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore, li ġie ffirmat fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u l-VP/RGħ tad-19 ta' Settembru 2018 bit-titolu “Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi Fundamentali għal Strateġija tal-UE” (JOIN(2018)0031),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-kooperazzjoni msaħħa tal-UE għas-sigurtà fl-Asja u mal-Asja,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni ASEAN-UE 2018-2022,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn New Zealand u l-Unjoni Ewropea tal-5 ta' Ottubru 2016,

wara li kkunsidra l-proposta konġunta għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (JOIN(2016)0008),

wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tat-23 ta' Jannar 2013 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-komunikat tas-summit tal-14 ta' Ġunju 2021 maħruġ mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana fi Brussell,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-Arbitraġġ tal-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar (ir-Repubblika tal-Filippini vs ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina),

wara li kkunsidra l-ewwel Summit tal-mexxejja li qatt sar bil-membri preżenti fl-24 ta' Settembru 2021 tad-Djalogu Kwadrilaterali dwar is-Sigurtà (QUAD), magħmul mill-mexxejja politiċi tal-Istati Uniti, tal-Awstralja, tal-Ġappun u tal-Indja,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0085/2022),

A.

billi l-UE tiddefinixxi l-Indo-Paċifiku bħala reġjun li jkopri l-kosta tal-Lvant tal-Afrika sal-Istati gżejjer tal-Paċifiku; billi r-reġjun Indo-Paċifiku huwa reġjun varjat, li jospita 60 % tal-popolazzjoni tad-dinja u seba' membri tal-G20 u, huwa fattur ewlieni fl-ordni internazzjonali globali u fih hemm sħab politiċi, kummerċjali u ta' sigurtà li kulma jmur qed isiru aktar importanti għall-UE;

B.

billi madwar 90 % tal-kummerċ estern tal-UE jiġi ttrasportat bil-baħar; billi l-passaġġi fuq l-ilma ewlenin ta' importanza vitali għall-kummerċ tal-UE, bħall-Istrett ta' Malacca, il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u l-Istrett ta' Bab-el-Mandeb, jinsabu fir-reġjun Indo-Paċifiku;

C.

billi l-pajjiżi tal-UE u tal-Indo-Paċifiku qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi ta' sigurtà dejjem aktar simili kif ukoll sfidi mhux tradizzjonali; billi l-perspettiva tal-UE dwar ir-reġjun tirrifletti r-rikonoxximent politiku tal-ħtieġa li tittieħed responsabbiltà akbar fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà globali;

D.

billi fuq stedina tal-President Xi Jinping fl-4 ta' Frar 2022 ġie ffirmat test konġunt mill-Presidenti taċ-Ċina u tar-Russja qabel iċ-ċerimonja ta' ftuħ tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa f'Beijing; billi d-dikjarazzjoni konġunta ddikjarat, fost affarijiet oħra, li l-ħbiberija bejn iż-żewġ Stati “ma għandha ebda limitu”, u billi permezz ta' din id-dikjarazzjoni ċ-Ċina għall-ewwel darba ssieħbet uffiċjalment mad-domanda tar-Russja biex titwaqqaf l-espansjoni tan-NATO;

E.

billi, skont ir-rapporti tal-media, l-uffiċjali Ċiniżi fis-summit tal-4 ta' Frar 2022 talbu lill-uffiċjali għolja Russi biex ma jinvadux lill-Ukrajna qabel tmiem il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa f'Beijing; billi dan ifisser li uffiċjali għolja Ċiniżi kellhom xi livell ta' għarfien dirett dwar il-pjanijiet jew l-intenzjonijiet ta' gwerra tar-Russja qabel ma bdiet l-aggressjoni fl-24 ta' Frar 2022;

F.

billi fl-okkażjoni tas-Summit UE-Ċina tal-1 ta' April 2022, hija u tfakkar fir-responsabbiltà li għandha ċ-Ċina bħala attur globali biex taħdem favur il-paċi u l-istabbiltà, l-UE stiednet liċ-Ċina ssostni l-isforzi biex jinġieb immedjatament fi tmiemu t-tixrid ta' demm fl-Ukrajna, b'mod konsistenti mar-rwol taċ-Ċina fid-dinja bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u fid-dawl tar-relazzjonijiet partikolarment mill-qrib tagħha mar-Russja;

G.

billi b'rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, li bdiet b'invażjoni militari fl-24 ta' Frar 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat fit-2 ta' Marzu 2022 ir-Riżoluzzjoni ES-11/1, li tiddeplora l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b'141 vot favur, ħamsa kontra, 35 astensjoni u bi 12-il pajjiż li ma vvotawx; billi lanqas pajjiż wieħed fl-Indo-Paċifiku ma vvota kontra r-riżoluzzjoni u ċ-Ċina, l-Indja, il-Madagascar, il-Mozambique, il-Laos, l-Afrika t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tanzanija u l-Vjetnam biss astjenew fuq it-test finali;

H.

billi l-komunikazzjoni konġunta li ġiet adottata dan l-aħħar dwar strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, li hija msejsa fuq impenn ibbażat fuq il-prinċipji b'perspettiva fit-tul, tirrifletti evoluzzjoni profonda fil-mod ta' kif l-UE tħares lejn l-interessi, l-opportunitajiet u l-isfidi tagħha fir-reġjun Indo-Paċifiku u l-ambizzjoni tagħha li jkollha rwol akbar fil-ħarsien tal-valuri u l-interessi tagħha f'dan ir-reġjun ta' importanza ġeopolitika u ekonomika li kulma jmur qiegħda tikber; billi l-promozzjoni ta' arkitettura ta' sigurtà reġjonali miftuħa, stabbli u bbażata fuq ir-regoli u l-bini ta' relazzjonijiet b'saħħithom, rabtiet kummerċjali sostenibbli u kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ma' organizzazzjonijiet u pajjiżi reġjonali tal-Indo-Paċifiku huma ċentrali għall-istrateġija; billi l-Forum Ministerjali għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku tat-22 ta' Frar 2022 laqqa' flimkien il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri tal-UE u ta' madwar 30 pajjiż fir-reġjun Indo-Paċifiku, u billi l-UE u l-Istati Membri tagħha fil-laqgħa ssottolinjaw l-appoġġ tagħhom għal impenn akbar u fit-tul fl-Indo-Paċifiku, permezz ta' azzjonijiet konkreti u billi jissaħħu d-djalogu dwar is-sigurtà u d-difiża u r-relazzjonijiet bilaterali mas-sħab fir-reġjun;

I.

billi l-komunikazzjoni konġunta dwar “Il-Portal Globali” għandha l-għan li timmobilizza sa EUR 300 biljun f'investimenti biex tagħti spinta lir-rabtiet intelliġenti, nodfa u sikuri fis-setturi diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka fid-dinja kollha;

J.

billi f'dawn l-aħħar snin id-dinamika fir-reġjun, u b'mod partikolari dik li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wasslet għal tensjonijiet u kompetizzjoni ġeopolitiċi intensi, riflessa f'żieda fl-infiq militari, f'tisħiħ tal-forzi militari u f'retorika aktar aggressiva, u b'hekk thedded l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; billi għaldaqstant fir-reġjun Indo-Paċifiku evolva ċentru ġdid ta' kompetizzjoni reġjonali u globali; billi la hemm ordni ta' sigurtà reġjonali ġenerali u lanqas mekkaniżmu għat-tisħiħ tal-fiduċja biex jittaffew l-isfidi u t-tensjonijiet assoċjati; billi tali dinamika tirrappreżenta theddida serja għall-istabbiltà u għas-sigurtà fir-reġjun u fil-komunità globali, b'impatt dirett fuq l-interessi strateġiċi tal-UE bħala sieħeb politiku u ekonomiku fundamentali tal-pajjiżi fir-reġjun; billi l-ġlieda ideoloġika fir-reġjun bejn l-awtoritarjaniżmu u d-demokrazija għandha l-potenzjal li tinfluwenza l-eżitu tat-taqbid ekwivalenti madwar id-dinja, inkluż qrib l-Unjoni Ewropea; billi reġjun Indo-Paċifiku stabbli u paċifiku bbażat fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali huwa kruċjali għas-salvagwardja tas-sigurtà u l-interessi tal-UE; billi l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-instabbiltà, bħall-faqar, l-inġustizzja soċjali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa prekundizzjoni biex jiġu żgurati l-paċi u s-sigurtà fl-Indo-Paċifiku; billi l-UE hija impenjata lejn is-sigurtà tal-bniedem, il-paċi u d-dritt internazzjonali, u d-drittijiet tal-bniedem;

K.

billi l-UE hija l-investitur barrani ewlieni u l-fornitur tal-assistenza għall-iżvilupp ewlieni fl-Indo-Paċifiku; billi l-UE hija sieħeb kummerċjali importanti u diġà kkonkludiet ftehimiet ta' kummerċ ħieles, jew qiegħda fil-proċess li tagħmel dan, ma' pajjiżi fir-reġjun; billi l-UE diġà tista' tiddependi minn network wiesa' ta' sħubijiet u ftehimiet ma' għadd ta' pajjiżi, bħall-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Awstralja, l-Indja, New Zealand, il-Vjetnam u Singapore, u ma' organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) u l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP); billi l-UE hija preżenti fir-reġjun permezz tal-Istat Membru tagħha, Franza, b'mod partikolari permezz tad-dipartimenti Franċiżi ekstra-Ewropej La Réunion u Mayotte, kif ukoll it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika fl-Oċean Indjan, u fl-Oċean Paċifiku permezz ta' New Caledonia, kif ukoll permezz tal-kollettivitajiet Franċiżi ekstra-Ewropej tal-Polineżja Franċiża u Wallis u Futuna; billi dawn ir-reġjuni Franċiżi jospitaw madwar 1,6 miljun ċittadin tal-UE, inkluż 'il fuq minn 7 000 membru tal-persunal militari; billi, konsegwentement, l-UE hija attur residenti fl-Indo-Paċifiku;

L.

billi aktar minn nofs il-bastimenti tas-sajd tad-dinja joperaw fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, li waħdu jirrappreżenta madwar 12 % tas-sajd tad-dinja; billi l-UE kkonkludiet diversi ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi fir-reġjun Indo-Paċifiku (l-Istati Federali tal-Mikroneżja, il-Gżejjer Cook, il-Gżejjer Solomon, Kiribati, il-Madagascar, il-Mauritius, il-Mozambique u s-Seychelles) u billi l-flotta tas-sajd tal-UE hija preżenti kemm fl-oċean Indjan kif ukoll f'dak Paċifiku; billi l-UE hija membru attiv ta' diversi organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) fir-reġjun Indo-Paċifiku (il-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan, il-Partijiet tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u l-RFMO tan-Nofsinhar tal-Paċifiku); billi l-applikazzjoni tal-UE għas-sħubija fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana ġiet aċċettata fil-25 ta' Frar 2021 u billi hija jkollha djalogi ta' livell għoli dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-oċeani u s-sajd mal-Awstralja, l-Indoneżja, il-Ġappun u New Zealand; billi l-UE ffirmat ftehim ta' sħubija dwar l-oċeani maċ-Ċina; billi hija jkollha wkoll djalogi u għandha gruppi ta' ħidma dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat mal-Korea, mat-Tajlandja u mat-Tajwan;

M.

billi l-iżgurar tal-istabbiltà u tal-libertà tan-navigazzjoni fl-ilmijiet Indo-Paċifiċi huwa kruċjali għas-sostenibbiltà u l-paċi globali u reġjonali u għall-iżgurar tal-interessi strateġiċi tal-UE; billi l-UE hija involuta fl-appoġġ tas-sigurtà marittima reġjonali permezz tal-operazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) EUNAVFOR Atalanta; billi s-sħab tal-Indo-Paċifiku laqgħu l-Operazzjoni Atalanta u l-enfasi tagħha fuq il-prevenzjoni tal-piraterija u tas-serq armat, kif ukoll il-monitoraġġ tal-armi u t-traffikar tad-droga; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jżidu l-preżenza navali permanenti tagħha fir-reġjun permezz, fost l-oħrajn, tal-kunċett tal-Preżenzi Marittimi Koordinati;

N.

billi Franza għandha kapaċitajiet militari stazzjonati b'mod permanenti fiż-żona tal-Asja-Paċifiku; u billi jista' jkun pertinenti li wieħed jirrifletti dwar kif dawn il-pożizzjonijiet permanenti Franċiżi – permezz tal-Forzi Armati fil-Polineżja Franċiża (FAPF) u l-Forzi Armati ta' New Caledonia (FONA) b'mod partikolari – jistgħu jintużaw għal skjeramenti potenzjali Ewropej;

O.

billi t-tisħiħ tal-forzi militari taċ-Ċina, l-imġiba dejjem aktar assertiva u espansjonista tagħha fir-reġjun Indo-Paċifiku, l-attivitajiet militari tagħha fl-Istrett tat-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant u tan-Nofsinhar, inklużi azzjonijiet li jxekklu l-libertà tan-navigazzjoni mwettqa mill-Gwardja tal-Kosta Ċiniża u mill-Milizja Marittima, qed iżidu t-tensjonijiet fl-Indo-Paċifiku, u l-istess qed isir minħabba l-ksur intenzjonat u ripetut min-naħa taċ-Ċina taż-żona ta' identifikazzjoni tad-difiża tal-ajru tat-Tajwan, l-azzjonijiet tagħha biex ittemm l-indipendenza u l-awtonomija ta' Hong Kong, it-tisħiħ tal-forzi militari tagħha fil-fruntiera Sino-Indjana, ir-retorika dejjem aktar aggressiva tagħha, u l-kampanji manipulattivi tagħha ta' diżinformazzjoni u tal-media; jitlob lill-UE tħejji strateġija bbażata fuq ir-realtajiet fuq il-post li tippermettilha tirreaġixxi jekk ikun hemm bżonn; iwissi dwar il-periklu ta' tellieqa aċċellerata għall-armi fir-reġjun;

P.

billi l-assertività taċ-Ċina fir-reġjun mhijiex limitata għall-qasam militari iżda mmaterjalizzat ukoll permezz ta' prattiki kummerċjali aggressivi bbażati fuq il-koerċizzjoni diplomatika u l-politiki ta' diplomazija ostili tad-dejn; billi l-espansjoni ekonomika u finanzjarja taċ-Ċina fl-Indo-Paċifiku u fl-Ewropa tinvolvi investimenti fl-infrastruttura kritika; billi ċ-Ċina qed tipprova tikseb influwenza politika permezz tal-interessi ekonomiċi tagħha; billi l-kriżi tal-COVID-19 uriet l-importanza ta' ktajjen tal-provvista affidabbli u rabtiet ekonomiċi aktar bilanċjati maċ-Ċina;

Q.

billi fit-12 ta' Lulju 2016, il-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ f'każ importanti ddeċidiet li ma kien hemm l-ebda evidenza li storikament iċ-Ċina kienet eżerċitat kontroll esklużiv fuq it-territorji li hija ssostni li huma tagħha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; billi ċ-Ċina injorat din is-sentenza u, fost azzjonijiet oħra, ħolqot bażijiet militari fuq gżejjer magħmula mill-bniedem;

R.

billi ċ-Ċina wriet nuqqas ta' trasparenza u ta' riluttanza biex tidħol f'taħditiet dwar il-parteċipazzjoni potenzjali tagħha fi strumenti multilaterali għall-kontroll tal-armi nukleari, li ppermettielha taħżen bla xkiel ta' xejn armament kbir ta' missili ballistiċi ta' medda intermedja teknoloġikament avvanzati, bħal Dong-Feng 26s;

S.

billi t-trasformazzjoni diġitali qed ikollha impatt dejjem akbar fuq l-istruttura tas-sistema internazzjonali; billi l-iffissar tal-istandards internazzjonali u l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fit-teknoloġiji tal-fruntiera bħall-intelliġenza artifiċjali, il-computing kwantistiku, il-5G u s-6G huma ta' importanza strateġika għall-UE u għall-futur diġitali tagħha u billi hemm kompetizzjoni globali dejjem akbar għas-supremazija teknoloġika, li fiha ċ-Ċina hija impenjata b'mod sinifikanti;

T.

billi f'dikjarazzjoni konġunta tal-24 ta' Mejju 2022, il-mexxejja tal-Istati Uniti, l-Awstralja, l-Indja u l-Ġappun waqt is-Summit reċenti tal-QUAD reġgħu enfasizzaw il-prinċipji ta' Indo-Paċifiku ħieles u miftuħ: il-libertà, l-istat tad-dritt, il-valuri demokratiċi, is-sovranità u l-integrità territorjali; billi l-mexxejja ħabbru sensiela ta' inizjattivi ġodda mfassla biex japprofondixxu l-kooperazzjoni fir-reġjun kollu, inkluża s-Sħubija Indo-Paċifika għas-Sensibilizzazzjoni dwar il-Qasam Marittimu;

U.

billi fit-23 ta' Mejju 2022, il-President tal-Istati Uniti Biden iddikjara li l-Istati Uniti jintervjenu b'mod militari jekk iċ-Ċina tipprova tieħu lit-Tajwan bil-forza;

V.

billi fl-24 ta' Mejju 2022, erba' bomers H-6 Ċiniżi u żewġ bomers Tu-95 Russi wettqu titjiriet konġunti madwar il-Ġappun u r-Repubblika tal-Korea, li wasslu liż-żewġ pajjiżi biex tajru b'urġenza inġenji tal-ajru tal-ġlied biex jimmonitorjaw it-titjiriet; billi t-titjiriet konġunti saru fl-istess jum li fih il-President tal-Istati Uniti Biden kien qed jiltaqa' mal-kontropartijiet tiegħu fil-QUAD f'Tokyo;

W.

billi fit-23 ta' Mejju 2022, l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Brunei Darussalam, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malażja, New Zealand, ir-Repubblika tal-Filippini, Singapore, it-Tajlandja u l-Vjetnam nedew il-proċess biex jiġi stabbilit il-Qafas Ekonomiku għall-Prosperità Indo-Paċifiku, li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni, l-istabbiltà, il-prosperità, l-iżvilupp u l-paċi fir-reġjun; billi l-Qafas Ekonomiku għall-Prosperità Indo-Paċifiku joffri alternattiva għall-preżenza kummerċjali dejjem tikber taċ-Ċina fir-reġjun kollu;

X.

billi f'April 2022, iċ-Ċina u l-Gżejjer Solomon iffirmaw patt ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, li ġibed l-attenzjoni internazzjonali u wassal għal żieda fil-preżenza diplomatika u l-involviment mal-pajjiżi gżejjer tal-Paċifiku; billi fit-30 ta' Mejju 2022, waqt żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f'10 nazzjonijiet tal-gżejjer tal-Paċifiku, u minħabba tħassib dejjem akbar f'dawn il-pajjiżi, iċ-Ċina ħabbret li kienet qed twaqqaf ftehim reġjonali ppjanat man-nazzjonijiet tal-gżejjer tal-Paċifiku bit-titolu “Viżjoni ta' Żvilupp Komuni tal-Pajjiżi tal-Gżejjer tal-Paċifiku-Ċina”, li kien maħsub biex ikopri l-kummerċ ħieles u l-kooperazzjoni fis-sigurtà, inklużi oqsma bħat-taħriġ tal-pulizija, iċ-ċibersigurtà, l-immappjar marittimu u l-aċċess għar-riżorsi; billi l-President tal-Istati Federali tal-Mikroneżja, David Panuelo, sejjaħ il-proposta “l-aktar ftehim uniku propost li jista' jittrasforma l-qagħda attwali fil-Paċifiku fi kwalunkwe żmien ta' ħajjitna”, u qal li “jhedded li jġib, fl-aħjar xenarju, era ġdida tal-Gwerra Bierda, u, fl-agħar xenarju, Gwerra Dinjija”; billi minkejja li naqqset milli tiżgura dan il-ftehim estensiv, iċ-Ċina ffirmat għadd ta' ftehimiet bilaterali iżgħar man-nazzjonijiet tal-Paċifiku matul iż-żjarat reġjonali ta' Wang;

Y.

billi l-kriżi klimatika qed ikollha impatt fuq is-sistema internazzjonali, u għandha l-potenzjal li taggrava t-tensjonijiet ġeopolitiċi; billi l-azzjoni esterna tal-Unjoni trid tinkorpora dejjem aktar it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali bħala multiplikatur tar-riskju u tadatta kif xieraq l-istrateġiji u l-kunċetti u l-proċeduri tagħha, anki fl-Indo-Paċifiku;

Z.

billi fil-15 ta' Diċembru 1995 l-istati membri tal-ASEAN iffirmaw it-Trattat dwar iż-Żona Denuklearizzata tax-Xlokk tal-Asja (It-Trattat SEANWFZ) bħala impenn biex ir-reġjun tax-Xlokk tal-Asja jiġi ppreservat bħala reġjun ħieles mill-armi nukleari u minn armi oħra ta' qerda massiva;

Ir-risposta tal-UE għall-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku

1.

Jilqa' pożittivament il-komunikazzjoni konġunta li ġiet adottata dan l-aħħar dwar strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku; jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-istrateġija bħala l-ewwel pedament tal-approċċ magħqud tal-UE fir-rigward tar-reġjun, u jfaħħar in-natura inklużiva u multidimensjonali tal-istrateġija u l-inklużjoni tas-sigurtà u d-difiża bħala wieħed mis-seba' oqsma prijoritarji tagħha; jitlob lill-UE tuża l-istrateġija bħala strument biex iżżid b'mod effikaċi l-preżenza u l-influwenza tagħha fir-reġjun billi żżid ir-rabtiet strateġiċi u tapprofondixxi djalogu li jinkludi lil kulħadd u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u mad-difiża ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet tal-istess fehma fir-reġjun; jemmen li żieda fl-involviment ibbażat fuq il-valuri tal-UE fir-reġjun tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-prosperità reġjonali, u tgħin biex jingħelbu t-tensjonijiet reġjonali u jinħolqu relazzjonijiet aktar bilanċjati bejn l-atturi reġjonali; ifakkar li l-istrateġija hija proġett ta' Tim Ewropa u li l-ftehimiet bilaterali għandhom irawmu l-approċċ tal-UE, kif ukoll il-kapaċità tal-UE li tipproponi risponsi komuni għall-isfidi tas-sigurtà; jissottolinja li l-preservazzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u l-libertà tan-navigazzjoni fl-Indo-Paċifiku tibqa' ta' importanza kritika għall-UE u l-Istati Membri tagħha;

2.

Jissottolinja li r-reġjun Indo-Paċifiku huwa varjat ħafna, u li ma jistax jiġi applikat approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd; japprezza l-approċċ olistiku u l-aġenda pożittiva ppreżentati fl-Istrateġija tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija tadatta b'mod kostanti għall-bilanċ tal-poter li qed jinbidel malajr, filwaqt li tibqa' ankrata b'mod sod fil-valuri, fil-prinċipji u fin-normi Ewropej, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandu jservi bħala qafas normattiv għall-involviment tal-UE fl-Indo-Paċifiku; jissottolinja l-importanza tar-rabta bejn is-sigurtà, l-iżvilupp u l-assistenza umanitarja;

3.

Jissottolinja li l-gwerra ta' aggressjoni Russa illegali u mhux ipprovokata kontra l-Ukrajna, li bdiet fl-24 ta' Frar 2022, se jkollha impatt profond u dejjiemi fuq ir-relazzjonijiet internazzjonali; jisħaq fuq il-punt li l-UE għalhekk jeħtiġilha tkompli tikkonsolida l-impenji internazzjonali tagħha, kif stabbiliti fil-Boxxla Strateġika, fosthom, b'mod partikolari, fil-qasam strateġiku ewlieni tal-Indo-Paċifiku; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi r-relazzjoni aktar mill-qrib bejn ir-Russja u ċ-Ċina, kif muri, fost affarijiet oħra, mid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tal-4 ta' Frar 2022, dwar in-nuqqas ta' kundanna ċara min-naħa tat-tmexxija Ċiniża ta' din il-gwerra illegali, li tikser in-normi u l-liġijiet internazzjonali kollha u li diġà wasslet għall-mewt ta' eluf ta' persunal militari u eluf ta' ċivili innoċenti; jistieden bil-qawwa lit-tmexxija Ċiniża tassumi r-responsabbiltajiet tagħha bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u biex mhux biss tikkundanna dan il-ksur sfaċċat min-naħa tal-Federazzjoni Russa iżda wkoll tuża l-kuntatti mill-qrib tagħha mal-President Russu biex tħeġġu jwaqqaf minnufih din il-gwerra ta' aggressjoni vjolenti, ineħħi t-truppi kollha mit-territorju tal-Ukrajna u jirrispetta bis-sħiħ l-indipendenza tal-Ukrajna u r-rieda tal-poplu tagħha li jgħix fil-paċi u l-libertà;

4.

Jilqa' l-appoġġ enormi espress mill-pajjiżi tal-Indo-Paċifiku fil-votazzjonijiet fl-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta' Marzu 2022 fl-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar ir-Riżoluzzjoni ES-11/L.1 li tiddeplora l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll tal-24 ta' Marzu dwar ir-riżoluzzjoni ES-11/L.2 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna; ifakkar li lanqas pajjiż wieħed fir-reġjun ma vvota kontra r-riżoluzzjoni; jemmen li dan jibgħat messaġġ qawwi ħafna dwar l-appoġġ ġenerali għad-dritt internazzjonali, il-paċi u l-kooperazzjoni internazzjonali fir-reġjun; jesprimi dispjaċir, madankollu għall-fatt li, flimkien maċ-Ċina, l-Indja, il-Madagascar, il-Mozambique, il-Laos, l-Afrika t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tanzanija u l-Vjetnam iddeċidew li jastjenu fuq it-test finali; iħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi ma jagħlqux għajnejhom quddiem ir-realtajiet fl-Ukrajna, il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u t-tbatija u l-qtil terribbli ta' ċivili innoċenti, u b'hekk jirrieżaminaw il-pożizzjonijiet tagħhom u jingħaqdu mal-maġġoranza enormi tal-komunità internazzjonali biex b'mod ċar jikkundannaw il-gwerra ta' aggressjoni Russa u jingħaqdu fl-isforzi internazzjonali ħalli ssir ħidma lejn il-paċi fl-Ukrajna u tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili innoċenti;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-għaqda fl-UE bħala prekundizzjoni biex tinkiseb l-ambizzjoni tal-UE ta' sovranità strateġika miftuħa fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u ż-żieda fit-theddid multidimensjonali u fil-kompetizzjoni bejn il-poteri, b'mod partikolari l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina; jitlob li jkun hemm aktar għaqda fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-adozzjoni ta' miżuri biex tiġi indirizzata l-politika antidemokratika u l-imġiba aggressiva taċ-Ċina, li jipperikolaw is-sovranità tal-ġirien tagħha u l-istabbiltà tar-reġjun Indo-Paċifiku; ifakkar li l-approċċ unifikat tal-UE jrid ikun sostnut minn politika barranija u ta' sigurtà prammatika, imsejsa fuq il-prinċipji u bbażata fuq il-valuri li tfittex li tikkoopera mas-sħab jekk ikun possibbli u taġixxi waħedha jekk ikun meħtieġ sabiex tfittex li tikseb is-solidarjetà u s-sovranità strateġiċi tal-Unjoni u akkumpanjata minn għodod kredibbli tal-politika barranija, kif ukoll minn riforma tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, b'mod partikolari permezz ta' tranżizzjoni għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, li tiffaċilita rispons rapidu għal sfidi serji ta' sigurtà u twassal għall-paċi, is-sigurtà tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u d-demokrazija; jirrimarka li l-impenn dejjem akbar tal-Istati Uniti fil-konfront tal-Indo-Paċifiku għandu implikazzjonijiet għas-sigurtà Ewropea u għalhekk itenni l-ħtieġa li jkun hemm Unjoni Ewropea tad-Difiża kapaċi; jenfasizza li, sabiex taħdem mas-sħab fir-reġjun Indo-Paċifiku, u filwaqt li tqis il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-UE jeħtieġ li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha biex tkun sieħeb globali effettiv; jappoġġja, għalhekk, l-ambizzjoni li tinħoloq kapaċità ta' skjerament rapidu;

6.

Jisħaq fuq id-determinazzjoni tal-UE li tippromwovi arkitettura ta' sigurtà reġjonali miftuħa, stabbli u bbażata fuq ir-regoli, ir-rispett tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, inklużi rotot marittimi sikuri għall-komunikazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u preżenza msaħħa tal-forza navali, f'konformità mal-qafas ġuridiku stabbilit mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jistieden lill-UE ssegwi relazzjonijiet bilaterali produttivi mas-sħab fir-reġjun, inklużi l-pajjiżi Afrikani tal-Indo-Paċifiku u taħdem ukoll mill-qrib ma' demokraziji liberi oħra u ma' alleati storiċi, bħan-NATO, l-Istati Uniti u r-Renju Unit, speċjalment fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u Ċina dejjem aktar assertiva u aggressiva, bil-ħsieb li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi komuni tas-sigurtà reġjonali u globali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-objettiv komuni ta' sostenibbiltà u prosperità, u li jissaħħaħ il-multilateraliżmu permezz tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; ifakkar li n-nuqqas ta' konformità jew l-ksur espliċitu ta' dawn il-valuri u l-prinċipji jkollu riperkussjonijiet negattivi għall-interessi vitali ekonomiċi u ta' sigurtà tal-UE, kif ukoll għall-involviment tagħha fi sħubijiet bilaterali u reġjonali, li possibbilment iwasslu għal sanzjonijiet;

7.

Iħeġġeġ lill-UE tisfrutta bis-sħiħ il-pożizzjoni u r-reputazzjoni tagħha bħala attur globali kredibbli, affidabbli u awtonomu għall-paċi fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġeopolitika dejjem akbar bejn il-potenzi globali u reġjonali fl-Indo-Paċifiku; ifakkar li l-valur miżjud tal-involviment tal-UE fl-Indo-Paċifiku jinsab fil-firxa komprensiva tagħha ta' miżuri ta' assistenza ċivili u militari, inklużi kontributi mhux militari żviluppati sew; ifakkar li l-UE għandha network kbir ta' assi diplomatiċi biex tiffaċilita d-djalogu, il-medjazzjoni, il-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-kontroll tal-armi, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u d-denuklearizzazzjoni, kif ukoll soluzzjonijiet legali u għarfien espert fil-qasam tal-multilateraliżmu u l-istabbiliment ta' miżuri għall-bini tal-fiduċja, u miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li jistgħu jiġu kondiviżi wkoll ma' sħab li jaġixxu fl-ispirtu ta' bona fide; iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ in-network diplomatiku u konsulari tal-Istati Membri fir-reġjun u li jiġu difiżi l-valuri u l-interessi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jitlob lill-UE torbot il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-pajjiżi fir-reġjun u l-isforzi tad-diplomazija tagħha aktar mill-qrib mal-valuri u l-interessi tagħha; jitlob lill-UE żżid l-isforzi ta' komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għall-Indo-Paċifiku u tinvolvi lill-pajjiżi sħab fil-proċess ta' implimentazzjoni sabiex issaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' sigurtà u tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet inklużi fl-Istrateġija;

8.

Iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ l-impenn tagħha mas-sħab tagħha tal-Indo-Paċifiku għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS), kif ukoll għar-riżoluzzjonijiet 2250, 2419 u 2535 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà (YPS), b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa għal implimentazzjoni effettiva; jisħaq fuq l-importanza u l-valur miżjud pożittiv tal-parteċipazzjoni tan-nisa fiż-żamma tal-paċi u fil-bini tal-paċi, inkluż fin-negozjati u fil-missjonijiet;

Sovranità strateġika bbażata fuq il-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli

9.

Iqis li l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur sfaċċat tar-Russja tad-dritt internazzjonali, kif ukoll ir-rifjut tar-Russja li timmedja u twettaq negozjati onesti, jikkostitwixxu theddida severa għas-sigurtà, il-paċi u l-istabbiltà globali u għall-komunikazzjoni libera u miftuħa fid-dominji marittimu, tal-ajru, tal-ispazju u taċ-ċiberspazju, li huma essenzjali għall-paċi u biex jinżammu miftuħin ir-rotot kummerċjali reġjonali u globali; iħeġġeġ lis-servizzi rilevanti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna janalizzaw l-impatt tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-politika tal-UE għall-Indo-Paċifiku, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli ta' kunflitt reġjonali fuq l-interessi ekonomiċi u ta' sigurtà tal-UE, filwaqt li jivvalutaw kif l-UE tista' twieġeb għal sitwazzjoni ta' sigurtà li qed tiddeterjora fir-reġjun Indo-Paċifiku; jesprimi tħassib serju dwar l-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-ekonomiji nazzjonali tal-pajjiżi Indo-Paċifiċi, speċjalment fir-rigward tal-prezzijiet li qed jogħlew tal-qamħ, tal-enerġija u tal-fertilizzanti; itenni r-rwol ta' stabbilizzazzjoni li l-UE jista' jkollha fir-reġjun;

10.

Jesprimi tħassib kbir dwar it-tisħiħ rapidu tal-forzi militari taċ-Ċina, inkluż it-test ta' missili ipersoniċi tagħha li nkixef dan l-aħħar, u l-imġiba dejjem aktar assertiva tagħha, bil-għan, fost affarijiet oħra, li tavvanza r-rivendikazzjonijiet territorjali tagħha fl-Ibħra taċ-Ċina tal-Lvant u tan-Nofsinhar; jenfasizza li l-hotspots tas-sigurtà u l-kwistjonijiet mhux solvuti, bħall-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, l-imblokk tal-fruntieri reċenti bejn iċ-Ċina u l-Indja, ir-repressjoni tad-demokrazija f'Hong Kong u fil-Macao, in-nuqqas taċ-Ċina li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt nazzjonali u internazzjonali li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi f'Xinjiang, it-Tibet u l-Mongolja Interna, u t-theddid ippreżentat miċ-Ċina għall-integrità territorjali tat-Tajwan, immaterjalizzaw ruħhom permezz ta' azzjonijiet militari, kollha jeżerċitaw aktar pressjoni fuq is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali; Jikkundanna d-diplomazija taċ-Ċina li tirrikorri għal intimidazzjoni u kampanji manipulattivi ta' diżinformazzjoni; jesprimi wkoll tħassib dwar iż-żieda fil-preżenza taċ-Ċina f'areni strateġiċi oħra, bħall-Oċean Indjan, ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Paċifiku u tal-Oċeanja, u l-Baħar Għarbi;

11.

Ifakkar li d-diviżjonijiet tal-imgħoddi naqqsu l-kapaċità tal-UE li tieħu pożizzjoni komuni fil-konfront taċ-Ċina; jenfasizza li l-approċċ tal-UE fil-konfront taċ-Ċina jrid ikun unifikat, prammatiku, multidimensjonali u msejjes fuq il-prinċipji, inkluża l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni b'impatt globali bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, approċċ li jħabbatha maċ-Ċina f'dak li jikkonċerna l-provvista ta' alternattivi ekonomiċi, politiċi u strateġiċi għal pajjiżi terzi, u li jindirizza u possibbilment jissanzjona liċ-Ċina fejn jidħlu kwistjonijiet li fihom ikun hemm diverġenzi sostanzjali bejn il-fehmiet rispettivi tagħna, pereżempju fil-protezzjoni tal-valuri tal-UE bħar-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u l-espressjoni ta' fehmiet kontra l-aggressjonijiet vjolenti fil-konfront ta' pajjiżi indipendenti, filwaqt li jiġu kkundannati dawk li jwettqu tali ksur, inklużi dawk responsabbli mill-qtil ta' ċivili innoċenti permezz ta' atti ta' gwerra, bħalma tista' tosserva l-komunità internazzjonali bħalissa fl-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna;

12.

Jilqa' favorevolment id-djalogu ġdid f'waqtu ħafna bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina u l-istabbiliment ta' konsultazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Indo-Paċifiku, u jitlob approċċ koordinat biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, fosthom permezz ta' djalogu parlamentari transatlantiku intiż biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet multilaterali u l-organizzazzjonijiet reġjonali, jippromwovi d-demokrazija u jsaħħaħ ir-reżiljenza demokratika fir-reġjun Indo-Paċifiku u lil hinn minnu; jilqa' l-intenzjoni tal-Istati Uniti li ssaħħaħ l-istabbiltà, ir-reżiljenza u s-sigurtà reġjonali; jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-għaqda b'saħħitha tal-komunità trans-Atlantika fir-rispons għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jaraha bħala sinjal b'saħħtu ħafna għad-dinja kollha li aħna impenjati lejn il-valuri tagħna u lesti niddefenduhom jekk dawn jitpoġġew taħt prova;

13.

Jieħu nota tal-konklużjoni reċenti tal-patt tas-sigurtà trilaterali AUKUS; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' konsultazzjoni minn qabel f'dan il-proċess u jtenni s-solidarjetà tiegħu ma' Franza; huwa tal-fehma soda li relazzjonijiet b'saħħithom bejn l-UE u l-Awstralja, ibbażati fuq il-fiduċja reċiproka u l-konsultazzjoni, huma importanti għall-istabbiltà tar-reġjun u li dawn għandhom jitmexxew aktar 'il quddiem u ma jiġux affettwati mill-konklużjoni tal-AUKUS; iqis li l-AUKUS u l-QUAD huma partijiet importanti tal-arkitettura tas-sigurtà reġjonali u jissottolinja li s-sigurtà reġjonali effettiva tirrikjedi djalogu miftuħ u inklużiv li jinvolvi l-atturi reġjonali, l-atturi ekstra-reġjonali kkonċernati kif ukoll l-atturi internazzjonali rilevanti; jistieden għalhekk lill-VP/RGħ jeżamina mas-sħab rilevanti l-possibbiltajiet li jiġi stabbilit djalogu permanenti mal-AUKUS u rappreżentanza fil-laqgħat tal-membri tal-QUAD anki f'oqsma mhux militari bħat-tibdil fil-klima, it-teknoloġija, is-saħħa u l-kummerċ sabiex jiġu allinjati l-isforzi u jissaħħu s-sinerġiji bejn l-istrateġiji rispettivi tagħna dwar l-Indo-Paċifiku; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat u msaħħaħ aktar il-qafas ta' kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, inkluż fil-politika barranija u ta' sigurtà; jinnota li s'issa r-Renju Unit ma esprima ebda interess biex jagħmel dan;

14.

Jenfasizza r-rwol fundamentali li għandha l-konnettività fir-relazzjonijiet ġeopolitiċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, u jilqa' l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mill-VP/RGħ dwar l-istrateġija dwar il-Portal Globali ippreżentata f'Diċembru 2021 bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni sostenibbli ma' Stati tal-istess fehma u billi tintuża s-setgħa ta' persważjoni biex jiġu promossi l-valuri Ewropej u żgurati sħubijiet b'saħħithom u dejjiema; jemmen li din l-inizjattiva tista' tkun alternattiva attraenti għall-istrateġija ta' konnettività Ċiniża għas-sħab tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku u lil hinn minnu; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fejn tidħol il-konnettività għall-UE u għar-reġjun Indo-Paċifiku biex jiġu indirizzati b'suċċess l-isfidi l-ġodda tas-sigurtà, inklużi ċ-ċibersigurtà, il-konnettività diġitali, u l-infrastruttura kritika, u jemmen li din għandha tinkludi wkoll sforzi biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-infrastruttura globali tal-internet, inklużi l-kejbils taħt il-baħar; jissottolinja l-importanza tat-tisħiħ tas-sigurtà klimatika u tal-iżvilupp sostenibbli permezz ta' investimenti fil-konnettività; jitlob implimentazzjoni rapida ta' din l-istrateġija fl-Indo-Paċifiku, fosthom permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti konkreti u viżibbli;

15.

Jirrikonoxxi li l-Boxxla Strateġika tal-UE tidentifika l-Indo-Paċifiku bħala reġjun ta' interess strateġiku ewlieni għall-UE filwaqt li tidentifika wkoll sett konkret ta' objettivi biex jintlaħqu fir-reġjun u l-kapaċitajiet meħtieġa biex dawn jintlaħqu, abbażi tal-valutazzjoni konġunta tat-theddid; jenfasizza li sabiex tkun attur tas-sigurtà kredibbli fir-reġjun, kif ukoll fil-livell internazzjonali, l-UE jeħtieġ li żżid aktar l-isforzi konġunti tagħha fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet, speċjalment fil-qasam marittimu, filwaqt li tiffoka fuq proġetti ta' rilevanza strateġika; jirrakkomanda aktar kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO biex jirreaġixxu għall-isfidi tas-sigurtà relatati mal-Indo-Paċifiku, kif deskritt fil-Boxxla Strateġika tal-UE;

It-tisħiħ tas-sħubijiet mal-organizzazzjonijiet reġjonali u mal-pajjiżi demokratiċi

16.

Itenni li t-tisħiħ tas-sħubijiet eżistenti mal-atturi reġjonali u l-bini ta' oħrajn ġodda huwa karatteristika ewlenija tal-istrateġija; jenfasizza li l-azzjoni unifikata bejn l-UE u l-alleati tradizzjonali tagħha fir-reġjun hija kruċjali biex tinkiseb l-istabbiltà; jilqa' l-fatt li l-UE qed tippjana li tintensifika d-djalogi tagħha mas-sħab dwar is-sigurtà u d-difiża, fosthom dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċibersigurtà, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-theddid ibridu, is-sigurtà marittima u l-ġlieda kontra l-indħil u d-diżinformazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, it-titjib tal-komunikazzjoni strateġika, u l-ġbir ta' evidenza bil-ħsieb li jittejbu l-attribuzzjoni u s-sanzjonijiet kollettivi, tittejjeb is-sigurtà klimatika u jiġi żgurat rispons multilaterali effettiv għall-kriżi tal-COVID-19 u kriżijiet tas-saħħa futuri globali, minbarra d-djalogi dwar l-ispazju u s-sigurtà marittima; jilqa' wkoll il-fatt li l-UE qed tiskjera konsulenti militari fid-delegazzjonijiet tal-UE fir-reġjun, kif għamlet fiċ-Ċina u fl-Indoneżja;

17.

Jenfasizza l-kooperazzjoni fit-tul bejn l-UE u l-ASEAN dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża, u jilqa' favorevolment l-aġġornament reċenti tar-relazzjonijiet bilaterali għal sħubija strateġika; itenni l-impenn qawwi tiegħu biex jappoġġja ċ-ċentralità u l-arkitettura multilaterali inklużiva tal-ASEAN; jitlob lill-UE tistabbilixxi u testendi l-preżenza tagħha fir-reġjun billi tapprofondixxi l-kooperazzjoni mal-ASEAN u mal-membri tagħha; jistieden lill-ASEAN tinvolvi lill-UE fil-Laqgħa tal-Ministri għad-Difiża tal-ASEAN Plus u fis-Summit tal-Asja tal-Lvant; jissottolinja r-rwol fundamentali tad-diplomazija parlamentari fit-tisħiħ tad-demokrazija u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, u għalhekk iħeġġeġ l-istabbiliment ta' Assemblea Parlamentari UE-ASEAN u skambji parlamentari aktar numerużi u regolari mar-reġjun, inkluż fl-okkażjoni tas-Summit għall-45 anniversarju fi Brussell fl-2022; jisħaq fuq il-punt li l-UE għandha tesplora l-possibbiltà li tinvolvi ruħha f'miżuri ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet mal-ASEAN f'oqsma bħall-prevenzjoni ta' konflitti ċivili, il-medjazzjoni, il-bini tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, fosthom billi tikkoopera ma' sħab reġjonali oħra dwar tali miżuri;

18.

Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-koordinazzjoni mill-qrib mal-Awstralja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u New Zealand b'reazzjoni għall-gwerra Russa kontra l-Ukrajna u jilqa' l-allinjament mill-qrib bejn l-UE u dawn l-erba' pajjiżi fir-rigward tas-sanzjonar tar-Russja u l-Belarussja għall-azzjonijiet illegali u inumani tagħhom; jilqa' d-djalogu msaħħaħ bejn in-NATO u l-erba' sħab tagħha fl-Indo-Paċifiku, jiġifieri l-Awstralja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u New Zealand, bil-ħsieb li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' sigurtà trażversali u sfidi globali u li jissaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni komuni dwar l-iżviluppi tas-sigurtà fir-reġjun Ewro-Atlantiku u r-reġjun Indo-Paċifiku, b'mod partikolari l-laqgħat tal-ambaxxaturi bejn il-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO (NAC) u dawn l-erba' pajjiżi tal-Asja-Paċifiku, komunement imsejħa l-format “NAC+4”; jitlob lill-UE tiżviluppa djalogu simili mal-erba' sħab tal-Asja-Paċifiku; jenfasizza li l-oqsma ta' prijorità għall-kooperazzjoni mas-sħab għandhom jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-theddid ibridu, in-nonproliferazzjoni u r-rispons għall-kriżijiet, id-difiża ċibernetika, it-tħejjija ċivili u l-aġenda tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà; jistieden lin-NATO tuża l-proċess ta' riflessjoni tagħha għall-2030 biex ittejjeb il-kooperazzjoni mas-sħab tagħha ħalli tiddefendi l-valuri kondiviżi, tikkonsolida d-demokraziji fir-reġjun, issaħħaħ ir-reżiljenza u żżomm l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, filwaqt li tiżgura konsistenza akbar bejn il-politiki dwar iċ-Ċina b'rispett sħiħ lejn l-awtonomija tad-deċiżjonijiet u tal-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

19.

Jilqa' l-proġett “It-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Sigurtà fl-Asja u mal-Asja” u biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tiegħu jħeġġeġ skambji u vjaġġi ta' studju regolari għall-uffiċjali militari bl-iskop li jiffaċilitaw il-fehim reċiproku u jrawmu approċċ strateġiku komuni;

20.

Itenni l-importanza tas-sħubija strateġika stabbilita sew bejn l-UE u l-Ġappun u jenfasizza s-sħubija tagħna fl-oqsma tas-sigurtà, tad-difiża u tal-konnettività; jinnota li l-Ġappun huwa l-uniku sieħeb Indo-Paċifiku msemmi speċifikament fil-Boxxla Strateġika tal-UE; jilqa' l-eżitu tat-28 Summit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fit-12 ta' Mejju 2022, fejn il-mexxejja affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni għal Indo-Paċifiku ħieles u miftuħ ibbażat fuq valuri kondiviżi u strateġiji komplementari għar-reġjun; jinnota li l-Ġappun tradizzjonalment akkumula għarfien espert u għarfien dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi fl-Indo-Paċifiku; jistieden, għalhekk, lill-UE żżid il-kollaborazzjoni mal-Ġappun biex issaħħaħ b'mod effettiv il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà marittima fir-reġjun, speċjalment mal-ASEAN; jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni tal-Ġappun fl-isforzi internazzjonali kontra l-piraterija fil-Golf ta' Aden, billi jwettaq eżerċizzji konġunti fl-Operazzjoni Atalanta tal-EUNAVFOR; jitlob liż-żewġ sħab itejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima u jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni fi ħdan il-qafas tal-PSDK f'oqsma bħall-intelligence, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u ċ-ċibersigurtà; jilqa' l-impenn li ħadu l-UE u l-Ġappun biex itejbu l-konsultazzjonijiet fil-qasam tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni u biex jippromwovu aktar, fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna, it-tisħiħ tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari; jistieden lill-UE u lill-Ġappun ikomplu jespandu l-konsultazzjonijiet fil-qasam tat-theddid ibridu, inklużi djalogi dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza mwettqa minn atturi statali u mhux statali; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament tal-Ġappun mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rigward tar-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali; jilqa' t-tnedija rapida tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-UE u l-Ġappun biex tinżamm l-istabbiltà tas-swieq globali tal-enerġija u jesprimi l-apprezzament tiegħu għas-solidarjetà murija mill-Ġappun talli forna provvisti affordabbli ta' gass naturali likwifikat lill-UE;

21.

Jitlob lill-UE tkompli ssaħħaħ is-sħubija strateġika tagħha mal-Indja; jilqa' għaldaqstant l-impenji tal-UE u tal-Indja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u l-fatt li reċentement taw bidu għal djalogu dwar is-sigurtà marittima; jistieden liż-żewġ partijiet ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni operattiva tagħhom fuq il-baħar, inklużi taħriġ navali konġunt u waqfiet f'portijiet, kif ukoll azzjonijiet biex jiġu protetti u promossi r-rotot marittimi għall-komunikazzjoni anki bħala parti mis-Sħubija dwar il-Konnettività bejn l-UE u l-Indja stabbilita dan l-aħħar; jitlob ukoll lill-UE u lill-Indja jtejbu l-koordinazzjoni u l-iskambji reċiproċi sabiex isaħħu l-għarfien dwar id-dominju marittimu fl-Indo-Paċifiku; jilqa' ż-żjara fl-Indja tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, fl-24 u l-25 ta' April; jissottolinja li dan huwa pass pożittiv lejn it-tisħiħ ta' sħubijiet futuri u l-approfondiment tal-kooperazzjoni bilaterali fl-Indo-Paċifiku; jinnota li l-Indja hija sieħba ewlenija fil-bini ta' ambjent ta' sigurtà marittima; itenni li l-istabbilizzazzjoni tal-Ażja Ċentrali u tal-Ażja t'Isfel għandha tkun objettiv primarju tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' kundanna ċara min-naħa tal-Gvern Indjan tal-gwerra illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u jistieden lill-Gvern Indjan jirrieżamina l-pożizzjoni tiegħu fid-dawl tal-ksur ipprovat b'mod ċar tad-dritt internazzjonali min-naħa tar-Russja; jistieden lill-Indja, bħala l-akbar demokrazija fid-dinja, ma tibqax passiva quddiem l-attakk brutali kontra l-Ukrajna, li hija waħda mill-akbar demokraziji Ewropej, u jistieden lill-Gvern Indjan jitkellem kontra l-qtil ta' ċivili innoċenti u l-azzjonijiet reviżjonisti u brutali mwettqa minn Vladimir Putin;

22.

Jisħaq fuq il-punt li r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja għandha għeruq storiċi u rabtiet umani profondi u hija bbażata fuq valuri u prinċipji komuni, bħall-paċi, is-sigurtà u r-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-istat tad-dritt, inkluż id-dritt internazzjonali; jilqa' favorevolment l-iżviluppi pożittivi fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Awstralja dwar is-sigurtà u d-difiża fl-aħħar għaxar snin u l-involviment tal-Awstralja fl-operazzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet; jitlob liż-żewġ sħab itejbu aktar il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bil-għan li jippromwovu s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Indo-Paċifiku, fosthom fir-rigward tal-libertà tan-navigazzjoni, u jinvolvu ruħhom f'diskussjonijiet bil-għan li jiġu identifikati oqsma ta' interess kondiviż għall-kooperazzjoni futura dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u mad-difiża; jinnota, madankollu, li l-fiduċja reċiproka ġiet affettwata min-nuqqas ta' konsultazzjoni u informazzjoni dwar il-ftehim AUKUS; jesprimi x-xewqa tiegħu li fil-futur ikollu kooperazzjoni reċiproka tajba dwar id-difiża; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament tal-Awstralja mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rigward tar-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali;

23.

Jesprimi tħassib dwar il-ftehim ta' sigurtà reċenti taċ-Ċina mal-Gżejjer Solomon, li jista' jkollu implikazzjonijiet għas-sigurtà tal-Indo-Paċifiku; jissottolinja li l-preżenza possibbli tal-flotta Ċiniża fil-Gżejjer Solomon tista' twassal għat-tfixkil tal-aċċess għall-korsiji marittimi għall-Awstralja, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll militari; jenfasizza li l-libertà tan-navigazzjoni fl-ilmijiet Indo-Paċifiċi hija essenzjali għall-paċi globali u reġjonali, filwaqt li jiġu żgurati l-interessi strateġiċi tal-UE u tas-sħab tagħha;

24.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni tajba bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, inkluż fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u javża li l-attivitajiet nukleari min-naħa tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) jippreżentaw theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u għall-isforzi globali fir-rigward tad-diżarm u n-nonproliferazzjoni; jikkundanna bil-qawwa l-provokazzjonijiet intensifikati tar-RDPK mill-bidu tal-2022, inkluż l-isparar ta' tliet missili ballistiċi ta' medda qasira miż-żona Sunan ta' Pyongyang fit-12 ta' Mejju, kif ukoll l-isparar mir-RDPK ta' tliet missili ballistiċi fil-25 ta' Mejju wara t-tluq tal-President tal-Istati Uniti Biden mir-Repubblika tal-Korea; jinnota b'dispjaċir li, din is-sena, dan huwa s-17-il test ewlieni tal-armi; jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li għandha r-Repubblika tal-Korea fl-appoġġ tal-isforzi lejn iż-żarmar komplet, verifikabbli u irriversibbli tal-programmi tal-missili nukleari u ballistiċi tar-RDPK; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jużaw il-kredibbiltà u l-għarfien espert tagħhom biex jikkontribwixxu b'mod effettiv għal dawn l-isforzi, inkluż billi jappoġġjaw riżoluzzjoni paċifika u diplomatika mar-RDPK f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali tagħna; jikkundanna bil-qawwa t-testijiet tal-missili ballistiċi u dawk nukleari tar-RDPK u attivitajiet oħra relatati mal-proliferazzjoni nukleari; iħeġġeġ lir-RDPK tiffirma u tirratifika malajr it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) u terġa' lura għall-konformità mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari; u mal-Ftehim ta' Salvagwardji Komprensivi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), filwaqt li ddaħħal fis-seħħ il-Protokoll Addizzjonali tiegħu; jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea dwar iċ-ċibersigurtà wriet li hija għodda effettiva fl-indirizzar tal-attakki ċibernetiċi li joriġinaw mir-RDPK u minn pajjiżi reġjonali oħra; jitlob kemm lill-UE kif ukoll lir-Repubblika tal-Korea jkomplu jintensifikaw l-isforzi konġunti biex tiġi miġġielda ċ-ċiberkriminalità u tinbena infrastruttura reżiljenti; jistieden lill-UE u lir-Repubblika tal-Korea japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom fi kwistjonijiet ta' politika u teknoloġija spazjali; jilqa' bil-qawwa l-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament tar-Repubblika tal-Korea mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rigward tar-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali;

25.

Iqis li t-Tajwan huwa sieħeb ewlieni u demokratiku fl-Indo-Paċifiku u jappoġġja bil-qawwa t-triq demokratika tiegħu; jissottolinja l-appoġġ mill-qrib tal-UE u l-ħbiberija tagħha mat-Tajwan u, anki fid-dawl tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna, jirrifjuta bis-sħiħ kwalunkwe tentattiv mill-propaganda Ċiniża biex isiru similaritajiet bejn il-gwerra Russa fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà tat-Tajwan peress li dawn is-sitwazzjonijiet ivarjaw b'mod sinifikanti, kemm mil-lat storiku kif ukoll meta jiġi analizzat ir-rwol tat-Tajwan fil-kuntest reġjonali u globali; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rwol pożittiv li jiżvolġi t-Tajwan fit-trawwim tal-paċi u tas-sigurtà fir-reġjun Indo-Paċifiku, speċjalment fl-Istrett tat-Tajwan; jissottolinja l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib ma' sħab tal-istess fehma biex jinżammu l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan; itenni li r-relazzjoni bejn iċ-Ċina u t-Tajwan għandha tiġi żviluppata b'mod kostruttiv permezz ta' djalogi mingħajr koerċizzjoni jew tattiċi ta' destabbilizzazzjoni miż-żewġ naħat; jisħaq fuq l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe azzjoni unilaterali li tista' ddgħajjef l-istatus quo tal-Istrett tat-Tajwan, u jtenni li kwalunkwe bidla fir-relazzjonijiet bejn l-istretti ma tridx issir kontra r-rieda taċ-ċittadini tat-Tajwan; jitlob lill-UE ssaħħaħ is-sħubija eżistenti mat-Tajwan sabiex flimkien jippromwovu valuri komuni bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fir-reġjun Indo-Paċifiku, jaħdmu flimkien fuq temi bħar-rotot marittimi sikuri għall-komunikazzjoni u spazju tal-ajru miftuħ u sikur, u jinvolvu ruħhom fi sforzi konġunti biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima; jappoġġja kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-aġenziji, l-NGOs u l-gruppi ta' riflessjoni rilevanti Ewropej u Tajwaniżi, u jesprimi mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni tat-Tajwan bħala membru osservatur f'organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament tat-Tajwan mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rigward tar-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali;

26.

Jilqa' r-rwol pożittiv li għandha New Zealand fil-paċi u s-sigurtà reġjonali; jilqa' l-enfasi qawwija tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u New Zealand dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir, inkluż fl-indirizzar tar-reżiljenza ekonomika mdgħajfa, li hija fattur ewlieni ta' riskju għas-sigurtà; ifaħħar il-kontribut ta' New Zealand għall-missjonijiet tal-UE bħall-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta; jilqa' d-deċiżjoni meħuda dan l-aħħar mill-Kumitat Konġunt biex jiġu esplorati opportunitajiet ulterjuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, b'mod partikolari f'oqsma tas-sigurtà marittima u jiżdiedu l-iskambji rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti u l-kontenut terroristiku online, kif ukoll l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni; jistenna bil-ħerqa l-ħidma kollettiva biex jiġi rispettat id-dritt internazzjonali fir-reġjun; jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-kooperazzjoni mill-qrib u l-allinjament ta' New Zealand mal-UE u mal-Istati Uniti fir-rigward tar-rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħruġ ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għal dan il-ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali;

27.

Jitlob lill-UE tintensifika l-kooperazzjoni mal-Istati tal-Paċifiku kemm permezz tal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku kif ukoll permezz tal-ftehim il-ġdid bejn l-UE u l-OSAKP; jissuġġerixxi li l-Assemblea Parlamentari Konġunta OSAKP-UE il-ġdida u, b'mod partikolari, l-Assemblea Parlamentari Reġjonali UE-Paċifiku tagħha għandhom ikunu involuti fl-istrateġija tal-UE għall-Indo-Paċifiku;

28.

Jissottolinja l-kontribut importanti, u t-tisħiħ possibbli, tas-sħab tal-Indo-Paċifiku fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE permezz ta' ftehimiet qafas ta' parteċipazzjoni mal-Awstralja, New Zealand, ir-Repubblika tal-Korea u l-Vjetnam, u jitlob li jiġu konklużi aktar ftehimiet qafas ta' parteċipazzjoni ma' pajjiżi sħab; jappoġġja l-isforzi tas-sħab tal-Indo-Paċifiku biex jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom stess ħalli jżommu l-paċi;

29.

Jitlob lill-UE tistieden lis-sħab tal-Indo-Paċifiku tal-istess fehma jipparteċipaw fi proġetti ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti magħżula, dment li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi tkun eċċezzjonali u deċiża każ b'każ abbażi ta' sett miftiehem ta' kundizzjonijiet politiċi, sostantivi u legali; jisħaq fuq il-punt li tali kooperazzjoni tista' tkun fl-interess strateġiku tal-UE, fost l-oħrajn fir-rigward tal-għoti ta' għarfien espert tekniku jew kapaċitajiet addizzjonali u tista' ttejjeb l-interoperabbiltà u l-koerenza, b'mod partikolari fil-każ ta' sħab strateġiċi bħad-demokraziji tal-Indo-Paċifiku;

30.

Jilqa' l-Komunikat tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tal-14 ta' Mejju 2022 li jenfasizza l-importanza li jinżamm Indo-Paċifiku ħieles u miftuħ li jkun inklużiv u rregolat mill-valuri tal-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi, l-integrità territorjali u r-riżoluzzjoni paċifika u inklużiva tat-tilwim; jappoġġja bil-qawwa l-impenn meħud mill-pajjiżi tal-G7 biex jaħdmu lejn dan l-għan billi jipproteġu u jippromwovu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, itejbu l-konnettività reġjonali u jsaħħu r-reżiljenza nazzjonali;

Libertà tal-beni komuni globali: il-bażi fundamentali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indo-Paċifiku

Dimensjoni tas-sigurtà marittima

31.

Jenfasizza li s-sigurtà marittima u l-libertà ta' navigazzjoni, li jridu jiġu żgurati f'konformità mad-dritt internazzjonali u, b'mod partikolari, mal-UNCLOS, huma fost l-isfidi ewlenin fl-Indo-Paċifiku; jitlob aktar azzjoni esterna tal-UE, b'mod partikolari sforzi diplomatiċi, biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt lil hinn mill-kosta u tissaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni marittima ma' pajjiżi fl-Indo-Paċifiku; jistieden lill-Istati kollha li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw malajr l-UNCLOS; jilqa' wkoll l-istabbiliment ta' oqfsa sistematiċi u koordinati, inklużi eżerċizzji konġunti, waqfiet fil-portijiet u sforzi biex tiġi miġġielda l-piraterija li jmexxu 'l quddiem id-diplomazija navali u jikkontribwixxu għas-sigurtà marittima reġjonali;

32.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw il-kapaċitajiet marittimi tagħhom fir-reġjun b'mod koordinat u awtonomu, inkluż billi jesploraw modi ta' kif għandha tiġi żgurata preżenza navali Ewropea permanenti u kredibbli fl-Oċean Indjan; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità tal-UE bħala fornitur effettiv tas-sigurtà marittima, u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi diskussa u tittieħed deċiżjoni dwar selezzjoni tal-aktar sfidi rilevanti u urġenti li jistgħu jiġu indirizzati b'mod realistiku bl-għajnuna tal-UE f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab fir-reġjun, inkluża l-protezzjoni tal-bastimenti u tal-ekwipaġġi tagħhom; jenfasizza l-fatt li Franza hija l-uniku Stat Membru bi preżenza militari permanenti fl-Oċean Indjan; jilqa' pożittivament il-fatt li n-Netherlands u l-Ġermanja bagħtu l-frejgati fir-reġjun; jissottolinja li jistgħu jsiru aktar missjonijiet navali, inklużi missjonijiet fil-livell tal-UE, u se jkunu meħtieġa fil-futur, inkorporati f'approċċ koordinat u komprensiv għas-sigurtà reġjonali; jilqa' l-eżerċizzji navali konġunti li l-EUNAVFOR Atalanta wettqet s'issa mal-Ġappun, mar-Repubblika tal-Korea, mal-Indja, mal-Vjetnam, mal-Oman u ma' Djibouti u jħeġġeġ it-tisħiħ ta' tali eżerċizzji konġunti; jissottolinja li l-EUNAVFOR Atalanta għandha rwol importanti fid-diplomazija navali; jilqa' l-kontribut qawwi tagħha għas-sigurtà reġjonali fl-Oċean Indjan, b'mod partikolari billi tipproteġi b'suċċess il-bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel u billi tillimita l-piraterija, u jfaħħar is-sinerġiji maħluqa mal-EUCAP Somalja u l-EUTM Somalja; ifaħħar ukoll il-kooperazzjoni ma' New Zealand u n-Navy tal-Istati Uniti, u l-ħidma mwettqa b'mod konġunt mal-Operazzjoni Ocean Shield tan-NATO u mal-Operazzjoni AGENOR, il-komponent militari tal-inizjattiva mmexxija mill-Ewropa Għarfien tas-Sitwazzjoni Marittima fl-Istrett ta' Hormuz (EMASOH); jistieden lill-Istati Membri kostali jibnu l-kapaċitajiet navali militari tagħhom bil-ħsieb li jtejbu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE fis-settur marittimu globali u jitlob lill-UE tespandi ulterjorment l-ambitu ġeografiku tal-EUNAVFOR Atalanta fl-Oċean Indjan; jistieden lill-Istati Membri li diġà żiedu l-preżenza navali tagħhom fl-Indo-Paċifiku jikkoordinaw l-approċċ tagħhom fil-fora tal-UE; jilqa' f'dan ir-rigward id-deċiżjoni reċenti meħuda mill-Kunsill Affarijiet Barranin li titnieda l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-Preżenzi Marittimi Koordinati fl-Oċean Indjan tal-Majjistral billi tiġi stabbilita żona marittima ta' interess li tkopri ż-żona marittima mill-Istrett ta' Hormuz lejn iż-Żona Tropikali tan-Nofsinhar u mit-tramuntana tal-Baħar l-Aħmar lejn iċ-ċentru tal-Oċean Indjan, u b'hekk tibni fuq l-assi individwali tal-Istati Membri; jitlob sinerġiji b'saħħithom mal-EUNAVFOR Atalanta; jilqa' t-tnedija rapida tal-EUTM Mozambique;

33.

Ifakkar li s-sigurtà marittima effettiva tirrikjedi viżjoni usa' tal-istabbiltà marittima, li tqis il-problemi tal-korruzzjoni fuq l-art, l-istat tad-dritt, il-kawżi ewlenin tas-sajd illegali, id-drogi illegali, it-traffikar tal-armi u tal-persuni u l-piraterija, u l-impatt ambjentali tal-attivitajiet marittimi kummerċjali u industrijali, inkluża l-estrazzjoni tal-karburanti fossili; jitlob lill-UE tindirizza dawn il-problemi b'mod parallel ma' miżuri ta' sigurtà marittima aktar tradizzjonali;

34.

Jilqa' pożittivament l-attivitajiet navali konġunti u jitlob lis-sħab tal-UE u tal-Indo-Paċifiku jkomplu jibnu fuq l-oqfsa ta' kooperazzjoni marittima eżistenti; jitlob lill-UE tevalwa mas-sħab tagħha l-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' monitoraġġ dwar il-ksur tad-dritt marittimu internazzjonali fir-reġjun Indo-Paċifiku; jenfasizza l-valur miżjud għall-UE li timpenja ruħha f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali, bħad-Djalogu ta' Livell Għoli UE-ASEAN dwar il-Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Sigurtà Marittima, il-Laqgħa Asja-Ewropa u l-Forum Reġjonali tal-ASEAN;

35.

Jitlob lill-UE tikkomplementa l-preżenza marittima tagħha bi programmi mtejba ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet marittimi għal sħab tal-istess fehma, inkluż billi tkompli timplimenta l-proġetti CRIMARIO I u II bħala parti mill-programm tal-UE dwar Rotot Marittimi Kritiċi u billi tespandi l-kooperazzjoni dwar azzjonijiet biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar il-qasam marittimu u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; jistieden lill-UE tivvaluta l-opportunità li testendi l-ambitu ġeografiku tal-CRIMARIO għall-Paċifiku tan-Nofsinhar;

36.

Jirrimarka l-fatt li l-ġestjoni tas-sajd hija aspett rilevanti tal-ambjent marittimu; iħeġġeġ lill-UE tkompli tippromwovi l-governanza tal-oċeani fir-reġjun u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli u l-parteċipazzjoni tagħha fil-ġestjoni reġjonali tas-sajd; jitlob lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma' sħab internazzjonali tal-istess fehma biex tiġġieled is-sajd eċċessiv, il-kapaċità żejda u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-Indo-Paċifiku u tinkludi sistematikament il-ġestjoni tas-sajd fl-aġenda tad-djalogi dwar is-sigurtà marittima mas-sħab tagħha tal-Indo-Paċifiku; iħeġġeġ lill-UE tkompli tippromwovi t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol għas-sajjieda fir-reġjun Indo-Paċifiku f'konformità mar-regolamenti u l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti tas-sigurtà u d-difiża fl-aġġornament li jmiss tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani skedata għall-2022;

Id-dimensjoni tat-teknoloġija, taċ-ċiberspazju, tal-ajru u tal-ispazju

37.

Jissottolinja l-importanza tal-informazzjoni u taċ-ċibersigurtà bħala parti mill-infrastruttura kritika tal-ekonomija globali u għall-protezzjoni tad-demokraziji mid-diżinformazzjoni u mill-attakki malizzjużi; jilqa' l-isforzi tal-UE biex tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' reżiljenza ċibernetika għas-sħab fir-reġjun; jistieden lis-sħab tal-UE u tal-Indo-Paċifiku jtejbu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inklużi l-kampanji ta' diżinformazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tikkoordina ma' sħab tal-Indo-Paċifiku tal-istess fehma dwar l-attribuzzjoni kollettiva u dwar mekkaniżmi mmirati lejn il-kondiviżjoni ta' evidenza u intelligence li jservu bħala bażi għall-ħruġ ta' sanzjonijiet ċibernetiċi; jistieden lill-UE u lin-NATO jallinjaw l-istrateġiji rispettivi tagħhom li għandhom l-għan li jipprovdu rispons adegwat għall-attakki ċibernetiċi li joriġinaw mir-reġjun; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jindirizzaw l-isfida tad-diżinformazzjoni b'mod simili għad-diżinformazzjoni li toriġina mil-Lvant tal-UE; jipproponi l-istabbiliment ta' ċentru ta' komunikazzjoni strateġiku indipendenti tal-UE għar-reġjun Indo-Paċifiku b'persunal u riżorsi ddedikati inkorporati f'delegazzjoni tal-UE fir-reġjun;

38.

Jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni mnedija bejn l-UE u għadd ta' sħab tal-Indo-Paċifiku dwar iċ-ċibersigurtà u d-difiża; jitlob lill-UE tħaffef l-istabbiliment ta' Network tal-UE għad-Diplomazija Ċibernetika, li għandu l-għan li jippromwovi n-normi u l-oqfsa ġuridiċi taċ-ċibersigurtà fir-reġjun; jitlob lill-UE u lill-pajjiżi tal-Indo-Paċifiku tal-istess fehma jippromwovu ċiberspazju bbażat fuq ir-regoli, ħieles, miftuħ u sigur u jsaħħu r-regolamentazzjoni internazzjonali tal-isfera ċibernetika, fost l-oħrajn permezz tal-Konvenzjoni ta' Budapest, u jippromwovu inizjattivi fil-qafas tan-NU;

39.

Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa sħubijiet reġjonali u globali ma' produtturi demokratiċi reġjonali ta' teknoloġiji kritiċi bl-ambizzjoni li taħdem lejn alleanza globali ta' demokraziji tat-teknoloġija għall-istabbiliment ta' normi u standards ġusti, miftuħa u mmexxija mill-valuri bbażati fuq ir-regoli, l-użu etiku u ċċentrat fuq il-bniedem ta' teknoloġiji li jirrispettaw il-privatezza tal-utenti individwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali u l-governanza tal-internet; jitlob kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Indo-Paċifiku fir-rigward tar-rispons għal pressjonijiet possibbli fuq il-ktajjen tal-provvista globali, u l-mitigazzjoni tagħhom, bħala riżultat ta' sanzjonijiet internazzjonali kontra kumpaniji Russi u setturi ekonomiċi; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab demokratiċi tal-Indo-Paċifiku fl-iżvilupp ta' normi globali dwar l-użu militari tal-intelliġenza artifiċjali u projbizzjoni globali fuq sistemi tal-armi kompletament awtonomi; jitlob approċċ strateġiku koordinat u mifrux mal-Ewropa kollha għar-reġjun bil-għan li jiġu żgurati provvisti ta' teknoloġija u materjali kritiċi u tissaħħaħ il-kapaċità tas-sħab demokratiċi li jipproduċuhom; jitlob rekwiżiti stretti, kemm politiċi kif ukoll tekniċi, għax-xiri ta' tali teknoloġiji minn stati mhux demokratiċi fir-reġjun, bħaċ-Ċina;

40.

Jitlob aċċess indaqs u mingħajr ostakli għall-ispazju tal-ajru bbażat fuq ir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; jappoġġja l-impenn għall-moviment miftuħ u liberu permezz ta' inizjattivi bħall-Ftehim Komprensiv dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-ASEAN;

41.

Jissottolinja l-importanza dejjem akbar tad-dimensjoni spazjali tal-kooperazzjoni u s-sigurtà internazzjonali; jesprimi tħassib dwar iż-żieda fl-iżvilupp u fil-proliferazzjoni tal-armi spazjali, li żżid il-periklu ta' tellieqa għall-armi; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-kooperazzjoni u d-djalogu reġjonali u globali dwar l-affarijiet spazjali, fosthom permezz tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet Spazjali, bħala mezz biex jitneħħew it-tensjonijiet u jiġi evitat li l-ispazju jimtela bl-armi; jitlob lill-UE tibni fuq il-kooperazzjoni b'suċċess dwar il-politika u t-teknoloġija spazjali mar-Repubblika tal-Korea u mal-Ġappun u tniedi kooperazzjoni dwar il-ħiliet u t-teknoloġija spazjali ma' sħab reġjonali oħra;

Sfidi mhux tradizzjonali relatati mas-sigurtà

42.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-propaganda hija ta' interess komuni għall-pajjiżi tal-UE u tal-Indo-Paċifiku, kif ukoll għall-komunità internazzjonali; jitlob lill-UE tistabbilixxi proġett għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Estremiżmu Vjolenti (PCVE), inklużi azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza għall-estremiżmu vjolenti, bħal pjattaforma unifikata għall-ġlieda kontra l-estremiżmu fir-reġjun Indo-Paċifiku; jistieden lill-UE u lis-sħab tal-Indo-Paċifiku tal-istess fehma jsaħħu l-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-intelligence kontra t-terroriżmu, fosthom billi jintensifikaw l-iskambji akkademiċi; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa aktar il-kooperazzjoni bejn il-Europol u l-Aseanopol, kif ukoll bejn il-Europol u l-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, biex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta' prattiki tajbin u ta' għarfien espert f'oqsma ewlenin ta' interess, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra l-kriminalità tranżnazzjonali, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi illeċiti u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali; ifakkar li t-traffikar tal-bnedmin għadu sfida fl-Indo-Paċifiku kollu; jitlob lill-UE tappoġġja lis-sħab reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Protokoll tan-NU dwar it-Traffikar u inizjattivi reġjonali bħall-Konvenzjoni tal-ASEAN kontra t-Traffikar tal-Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal;

43.

Jitlob li jkun hemm involviment aktar mill-qrib mal-pajjiżi tal-Indo-Paċifiku fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà li jirriżultaw mill-Afganistan wara l-ħtif tal-poter min-naħa tat-Talibani, inklużi t-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi u tal-bnedmin, filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-kriżi umanitarja u t-theddid għas-sigurtà tal-bniedem;

44.

Jenfasizza li r-riskju tal-proliferazzjoni tal-armi nukleari u t-tisħiħ u l-istazzjonament b'mod rapidu ta' kapaċitajiet nukleari u teknoloġija tal-missili teknoloġikament avvanzati ġodda fir-reġjun Indo-Paċifiku għadhom jirrappreżentaw tħassib ewlieni għas-sigurtà reġjonali u globali; jesprimi tħassib serju dwar l-erożjoni kontinwa tal-arkitettura tad-diżarm u tal-kontroll tal-armi; iħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi sħab tal-istess fehma biex itejbu l-kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari u n-nonproliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-universalità tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fir-reġjun Indo-Paċifiku; jitlob lill-UE tikkoordina ma' sħab tal-istess fehma biex jinvolvu ruħhom f'diplomazija intensiva maċ-Ċina, filwaqt li titqies il-modernizzazzjoni kontinwa tal-arsenal nukleari tagħha, inklużi missili b'kapaċità nukleari għolja ħafna, sabiex jintlaħaq reġim universali ġdid ta' kontroll tal-armi, u arkitettura effettiva għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' suċċessur possibbli għat-Trattat dwar il-Forzi Nukleari ta' Medda Intermedja u t-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi ġdid, li jiskadi fl-2026, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà; jitlob li jinżammu u jiġu rispettati t-trattati u l-istrumenti internazzjonali eżistenti dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni; jistieden lill-Istati li mhumiex parti mill-qafas tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari li għandhom armi nukleari jżommu lura mill-proliferazzjoni ta' kwalunkwe teknoloġija nukleari relatata mal-militar u jsiru partijiet għat-Trattat; ifaħħar l-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN), iffinanzjata fl-ambitu tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, u jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkompli jsaħħaħ it-taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sħab tagħna tal-Indo-Paċifiku; jappoġġja t-Trattat dwar iż-Żona Denuklearizzata tax-Xlokk tal-Asja (SEANWFZ), bħala reġjun ħieles mill-armi nukleari u minn armi oħra ta' qerda massiva, u b'mod partikolari l-għan li jitmexxa 'l quddiem id-diżarm nukleari;

45.

Ifakkar li r-reġjun Indo-Paċifiku huwa espost ħafna għat-tibdil fil-klima, u dan jinvolvi riskji serji għas-sigurtà; iħeġġeġ lis-sħab tal-UE fl-Indo-Paċifiku jintensifikaw l-azzjonijiet tagħhom biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u jħeġġeġ lill-UE tappoġġja lil dawn is-sħab fl-isforzi tagħhom biex jilħqu emissjonijiet aktar baxxi u jimplimentaw il-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u jżidu l-kapaċitajiet tagħhom fil-valutazzjoni, l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni ta' riskji relatati mal-klima u s-sigurtà; jitlob lill-UE tqiegħed ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-klima fil-quċċata tal-aġenda tal-kooperazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku u timplimenta bis-sħiħ il-Pjan Direzzjonali tal-UE għad-Difiża u l-Klima fl-involviment tagħha fir-reġjun;

46.

Jilqa' l-pjan tal-UE li ssaħħaħ il-ħidma tagħha mar-reġjun Indo-Paċifiku dwar l-assistenza umanitarja u l-kapaċitajiet ta' għajnuna f'każ ta' diżastru; jitlob lill-UE u lis-sħab tagħha tal-Indo-Paċifiku jqisu l-prevenzjoni u r-reżiljenza għad-diżastri bħala prijorità u jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030;

o

o o

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  ĠU C 117, 11.3.2022, p. 40.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0052.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2021)0504.

(4)  ĠU C 184, 5.5.2022, p. 170.

(5)  ĠU C 404, 6.10.2021, p. 240.

(6)  ĠU C 456, 10.11.2021, p. 117.

(7)  ĠU C 390, 18.11.2019, p. 172.

(8)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 44.

(9)  ĠU C 506, 15.12.2021, p. 109.

(10)  ĠU C 388, 13.11.2020, p. 341.

(11)  ĠU C 132, 24.3.2022, p. 102.

(12)  ĠU L 435, 23.12.2020, p. 74.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/48


P9_TA(2022)0225

Il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri (2021/2079(INI))

(2022/C 493/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 174, 175 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-40 Assemblea Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni tal-Gżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tal-Ewropa (CPMR) tal-15 ta' April 2021,

wara li kkunsidra s-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP) u l-kunċetti stabbiliti fih,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030,

wara li kkunsidra l-istudju li sar għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu bit-titolu “Il-Gżejjer tal-Unjoni Ewropea: Is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri”, ippubblikat f'Marzu 2021,

wara li kkunsidra l-istudju li sar għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu bit-titolu “Il-Politika ta' Koeżjoni u t-Tibdil fil-Klima”, ippubblikat f'Marzu 2021,

wara li kkunsidra l-istrument għall-irkupru Next Generation EU,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tas-26 Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni Ultraperiferiċi, iffirmata f'Ponta Delgada fit-18 ta' Novembru 2021,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-10 ta' Diċembru 2020 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (2021/C 37/10) (3),

wara li kkunsidra l-ftehim tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2021 dwar approċċ ġenerali għall-aġġornament tar-regoli tal-UE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2021 dwar ir-rieżami tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea: is-7 rapport tal-Kummissjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar l-azzjoni koordinata tal-Unjoni Ewropea biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2021 bit-titolu “Lejn sħubija aktar b'saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali fil-gżejjer tal-Mediterran,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0144/2022),

A.

billi huwa stmat li l-popolazzjoni tar-reġjuni insulari tal-UE tgħodd aktar minn 20 000 000 ruħ (4,6 % tal-popolazzjoni totali tal-UE); billi l-popolazzjoni insulari Ewropea hija mifruxa fuq madwar 2 400 gżira li jappartjenu għal 13-il Stat Membru;

B.

billi l-gżejjer tal-UE li qed jiffaċċjaw għadd kbir ta' problemi strutturali diġà huma fil-biċċa l-kbira kkategorizzati bħala reġjuni tal-Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) 2 jew NUTS 3;

C.

billi l-gżejjer spiss ibatu minn taħlita ta' żvantaġġi naturali multipli u permanenti bħad-daqs żgħir, fil-biċċa l-kbira d-densità baxxa tal-popolazzjoni, l-isfidi demografiċi bħall-pressjoni demografika staġjonali, iċ-ċokon tas-swieq, l-insularità doppja (gżira u arċipelagu), it-topografija diffiċli simili ħafna għal dik tar-reġjuni muntanjużi, id-dipendenza mit-trasport marittimu u bl-ajru u d-dipendenza fuq għadd żgħir ta' prodotti.

D.

billi t-tibdil demografiku ma għandux l-istess impatt fuq il-pajjiżi u r-reġjuni kollha, iżda għandu impatt akbar fuq ir-reġjuni li diġà qegħdin lura, filwaqt li jaggrava l-inugwaljanzi soċjali u territorjali eżistenti; billi r-reġjuni rurali, periferiċi u ultraperiferiċi, inklużi l-gżejjer, l-aktar li huma affettwati mid-depopolazzjoni, billi b'mod partikolari ż-żgħażagħ u n-nisa qed jitilqu minn dawk iż-żoni, u dan jirriżulta fil-fatt li sehem dejjem akbar ta' persuni kbar fl-età jgħixu hemmhekk, ħaġa li tista' żżid ir-riskju ta' iżolament soċjali;

E.

billi l-karatteristiċi speċifiċi tal-gżejjer huma rikonoxxuti mill-Artikolu 174 tat-TFUE, u billi l-applikazzjoni konkreta ta' dan l-Artikolu b'attenzjoni speċifika għat-territorji insulari tal-UE għadha nieqsa; billi dawn il-karatteristiċi għandhom jitqiesu fil-politiki tal-UE, b'mod partikolari billi jitfasslu strateġija ddedikata, pjan ta' azzjoni Ewropew u aġenda ta' politika tal-gżejjer bi prijoritajiet għall-azzjoni definiti b'mod ċar;

F.

billi r-reġjuni insulari huma kollha komparattivament inqas żviluppati mir-reġjuni kontinentali tal-Istat Membru tagħhom u għandhom PDG per capita aktar baxx minn dawn tal-aħħar;

G.

billi tliet Stati Membri tal-UE huma gżejjer;

H.

billi l-iskonnessjoni fiżika tal-gżejjer u l-bogħod tagħhom mill-kontinent joħolqu limitazzjonijiet addizzjonali, inkluż għas-suq tax-xogħol, il-kollegamenti tat-trasport sostenibbli u l-mobilità, l-importazzjoni tal-materja prima u prodotti għall-konsumatur, l-aċċess għall-prodotti tal-gżejjer għas-swieq esterni tal-viċinat, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-kummerċ, l-aċċess għall-ilma u s-sanità, il-provvista tal-enerġija u l-faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart; billi din l-iskonnessjoni ġeografika tagħmel it-tranżizzjoni ekoloġika ta' territorji bħal dawn lejn ekonomija newtrali għall-klima bil-wisq aktar diffiċli;

I.

billi l-aċċess ugwali għal miżuri ta' kwalità u inklużivi ta' taħriġ f'ħiliet, ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid, kif ukoll għal informazzjoni dwar ir-riżorsi tal-ħiliet, il-konsulenza, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-persuni kollha, inkluż għal persuni li jgħixu fiż-żoni rurali u remoti u l-gżejjer skarsament popolati u depopolati, huwa kruċjali għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza;

J.

billi, f'konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, għar-reġjuni ultraperiferiċi, li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom huma gżejjer, l-UE jeħtiġilha tadotta miżuri speċifiċi mmirati biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-politiki komuni tal-UE għal dawk ir-reġjuni, b'mod partikolari f'oqsma bħall-politiki doganali u kummerċjali, il-politika fiskali, iż-żoni ħielsa, il-politiki tal-agrikoltura u s-sajd, il-kundizzjonijiet għall-forniment ta' materja prima u prodotti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuna mill-Istat u l-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-fondi strutturali u għall-programmi orizzontali tal-Unjoni; billi miżuri speċifiċi f'dawk l-oqsma kollha jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE;

K.

billi matul il-pandemija tal-COVID-19, il-ħaddiema staġjonali u stazzjonati spiss ma kellhomx kura tas-saħħa bażika, akkomodazzjoni deċenti, tagħmir protettiv personali u informazzjoni adegwata; billi dawn spiss kellhom biss aċċess inadegwat jew l-ebda aċċess għall-iskemi ta' protezzjoni soċjali fl-Istati Membri ospitanti, inklużi l-benefiċċju tal-mard u skemi tal-qgħad għal żmien qasir; billi l-mobilità tal-ħaddiema tiddependi ħafna fuq il-mezzi tat-trasport disponibbli, u l-ħaddiema mill-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma affettwati b'mod partikolari;

L.

billi l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kulturali fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 fit-territorji insulari tal-Unjoni huma partikolarment inkwetanti u billi l-irkupru Ewropew jenħtieġ li jinkludi lill-gżejjer u ma għandux jiġġenera disparitajiet reġjonali ġodda; billi l-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-ekonomiji tal-gżejjer huma vulnerabbli ħafna għal avvenimenti bħal dawn;

M.

billi r-rati tal-qgħad spiss għoljin tal-gżejjer, li għandhom it-tendenza li jkunu ogħla minn dawk fil-kontinent, ġew aggravati serjament mill-kriżi tal-COVID-19, u affettwaw liż-żgħażagħ b'mod partikolari;

N.

billi l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi huma fl-ewwel linja quddiem it-tibdil fil-klima, u huma affettwati mil-livelli tal-baħar li qed jogħlew u l-erożjoni kostali u t-tisħin u l-aċidifikazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani u ż-żieda fil-frekwenza u l-vjolenza tad-diżastri naturali bħaċ-ċikluni, l-iżbroffi ta' vulkani, in-nirien tal-foresti u l-maltempati, l-għargħar, in-nixfa u l-problemi tad-deżertifikazzjoni li jista' jkollhom effetti negattivi fuq l-agrikoltura u l-provvista tal-ikel u jistgħu jikkawżaw diversi forom ta' ħsara ekonomika, soċjali u ambjentali; billi dawn jistgħu jkunu laboratorji eċċellenti għal firxa ta' proċessi ta' tranżizzjoni ekoloġika u ħafna qed ifittxu li jiksbu l-awtonomija tal-enerġija abbażi tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġiji;

O.

billi l-gżejjer għandhom ħafna assi li jridu jiġu sfruttati aħjar;

P.

billi jitqies il-ġid eċċezzjonali tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-gżejjer; billi l-ekosistemi tal-gżejjer huma partikolarment mhedda mill-impatt tat-tibdil fil-klima u jenħtieġ li jiġu protetti;

Q.

billi, f'ħafna gżejjer, iż-żoni interni għadhom lura meta mqabbla mar-reġjuni kostali f'termini ta' żvilupp ekonomiku u aċċessibbiltà għas-servizzi;

R.

billi l-azjendi agrikoli fil-gżejjer, ħafna minnhom ta' daqs żgħir, huma mxekkla mill-pożizzjoni remota tagħhom, l-insularità u l-kundizzjonijiet ambjentali, id-dipendenza fuq l-enerġija mill-kontinent, id-diversità limitata fil-produzzjoni minħabba l-kundizzjonijiet lokali u klimatiċi u d-dipendenza għolja fuq is-swieq lokali, kif ukoll mill-kriżi klimatika, id-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u n-nuqqas ta' infrastrutturi bażiċi bħat-toroq, il-provvista tal-ilma, il-ġestjoni tal-iskart, u l-infrastruttura diġitali u dik tas-saħħa; billi dawn id-diffikultajiet strutturali spiss jiġu aggravati mill-fatt li mhemmx servizzi ta' interess ġenerali żviluppati bis-sħiħ;

S.

billi l-gżejjer, b'mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, huma vulnerabbli ħafna għall-kriżijiet soċjoekonomiċi kif ukoll għad-diżastri naturali bħall-avvenimenti estremi tat-temp u l-attività vulkanika; billi minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom u d-diffikultajiet fl-aċċess għall-provvisti bażiċi mit-territorji kontinentali, bħall-fjuwil jew l-ilma, il-gżejjer huma affettwati b'mod aktar sever minn fenomeni bħall-pandemija tal-COVID-19, li joħolqu diffikultajiet partikolari għall-bdiewa; billi t-territorji insulari fl-Unjoni jirrappreżentaw 80 % tal-bijodiversità tal-Ewropa, jospitaw ħafna mill-ispeċijiet endemiċi tal-kontinent u jistgħu jaġixxu bħala rifuġji għall-ispeċijiet li huma mhedda bl-estinzjoni, filwaqt li jirrappreżentaw wkoll żoni vitali għall-mgħoddija tax-xitwa, punti ta' waqfien jew konġestjonijiet għall-għasafar, il-mammiferi u l-invertebrati migratorji minbarra li għandhom teżori ta' pajsaġġ u ambjentali li jirrikjedu protezzjoni speċifika;

T.

billi parti sostanzjali tal-iżvilupp soċjoekonomiku tal-gżejjer huwa bbażat fuq setturi li fin-natura tagħhom huma staġjonali ħafna, bħal fil-każ tal-agrikoltura u t-turiżmu; billi l-bdiewa fir-reġjuni insulari jbatu speċjalment minn kompetittività mnaqqsa minħabba l-fatt li jridu jħallsu spejjeż tat-trasport għalja u ma jistgħux jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala, peress li f'ħafna gżejjer l-art hija riżorsa skarsa; billi l-gżejjer tal-UE se jkunu jeħtieġu jikkonformaw mal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt bħala parti essenzjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew sabiex jiġu żviluppati sistemi tal-provvista tal-ikel ekwi, tajbin għas-saħħa u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; billi dawn ir-reġjuni jistgħu jitqiegħdu fi żvantaġġ serju mill-kompetizzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE, li ħafna drabi ma jirrispettawx l-istess standards ta' produzzjoni ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel u jkollhom kosti lavorattivi ħafna aktar baxxi;

U.

billi l-impatt tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt fuq il-produzzjoni agrikola tal-UE jista' jkollu konsegwenzi serji f'dawn ir-reġjuni minħabba l-kompetittività dgħajfa tagħhom fir-rigward tal-importazzjonijiet minn barra u l-isfidi li jiffaċċjaw biex jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom;

V.

billi l-bijodiversità tal-baħar u tal-art tal-gżejjer hija fil-biċċa l-kbira endemika, u għalhekk hija aktar fraġli; billi t-tniġġis marin u kostali, kif ukoll is-sajd eċċessiv u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li għandu impatt akbar fuq l-ambjent tal-gżejjer, b'konsegwenzi serji ħafna għall-impjiegi, is-settur tas-sajd fuq skala żgħira u l-komunitajiet lokali, jista' jkun sors ta' tħassib għall-gżejjer;

W.

billi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer għandhom il-potenzjal li jgħinu biex jiġi żgurat futur sostenibbli għall-Ewropa f'setturi strateġiċi bħall-enerġija nadifa, il-bijodiversità u l-ekoturiżmu;

Karatteristiċi u speċifiċitajiet tal-gżejjer tal-Unjoni Ewropea

1.

Jirrikonoxxi l-insularità bħala żvantaġġ strutturali permanenti; Jinnota li huwa għalhekk li jeħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji għall-integrazzjoni sabiex il-gżejjer ikunu jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi u jegħilbu l-ostakli li l-insularità tagħhom tikkawża;

2.

Ifakkar li l-Artikolu 174 tat-TFUE jistipola li l-Unjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-gżejjer Ewropej;

3.

Jissottolinja li l-gżejjer Ewropej, filwaqt li jiffaċċjaw sfidi komuni, għandhom diversi karatteristiċi ġeografiċi u strutturi istituzzjonali, li jfisser li huwa kruċjali li jiġu adottati soluzzjonijiet flessibbli li jqisu dawn l-ispeċifiċitajiet;

4.

Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' viżjoni tal-UE għall-gżejjer Ewropej u jitlob li tiġi żviluppata viżjoni Ewropea tal-gżejjer u li jiġu sfruttati l-punti b'saħħithom tal-gżejjer;

5.

Jirrimarka li l-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikonoxxi wkoll l-insularità fost il-kundizzjonijiet li jirrestrinġu l-iżvilupp tad-disa' reġjuni ultraperiferiċi u li jikkwota l-insularità bħala waħda mill-kundizzjonijiet li taggrava s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturalment fraġli tagħhom; ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi miżuri speċifiċi għal dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi; jappella għal regolament speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ħalli ċ-ċirkostanzi ambjentali, ġeografiċi u soċjali partikolari ta' dawk it-territorji li jaqgħu taħt l-Artikolu 349 tat-TFUE jkunu jistgħu jitqiesu;

6.

jenfasizza li l-PDG u l-livell ta' żvilupp tal-gżejjer Ewropej huma taħt il-medja tal-Unjoni u tal-pajjiżi li dawn jagħmlu parti minnhom;

7.

jenfasizza li wieħed mill-iżvantaġġi ewlenin għall-gżejjer jinsab fil-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi u naturali tagħhom; jinnota li l-gżejjer ġeneralment għandhom żvantaġġ naturali doppju jew triplu, jiġifieri l-insularità, it-terren muntanjuż u l-post tagħhom f'arċipelagu;

8.

Ifakkar li l-insularità tiġġenera problemi strutturali ta' dipendenza mit-trasport marittimu u bl-ajru, li huwa servizz pubbliku li minnu tiddependi l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fil-gżejjer, bi spejjeż addizzjonali għall-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkanzija, il-materja prima, inkluża l-enerġija, il-komoditajiet, u l-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għat-trasport tal-passiġġieri;

9.

Jisħaq li, fil-każ tal-arċipelagi, l-insularità doppja, u kultant tripla, timmultiplika dawn id-diffikultajiet;

10.

Jenfasizza d-defiċits tal-gżejjer f'dawk li huma popolazzjoni, materja prima u riżorsi ta' kull tip, u jinnota li għal ħafna gżejjer, il-kwistjoni tal-aċċess għall-ilma tax-xorb u għas-sanitazzjoni, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi kollha, hija waħda ċentrali għall-ħajja tan-nies u għall-iżvilupp tal-agrikoltura, il-produzzjoni tal-enerġija, is-sostenibbiltà tal-gżira u l-kapaċità ta' intensità tat-turiżmu tagħha;

11.

Jenfasizza li l-iżolament minħabba l-insularità ifisser dipendenza fuq is-swieq tal-kontinent u ta' żoni kontinentali u jżid l-ispiża ta' ċerti servizzi bħall-immaniġġjar tal-iskart kif ukoll ta' ċerti prodotti, speċjalment għall-gżejjer żgħar jew remoti li jiddependu ħafna mill-importazzjonijiet;

12.

jenfasizza li l-ekonomiji tal-gżejjer huma orjentati lejn is-setturi primarji u terzjarji u li l-ispeċjalizzazzjoni eċċessiva ddgħajjef in-nisġa ekonomika billi tagħmilha aktar vulnerabbli għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-kriżijiet; jinsab imħasseb dwar l-iżviluppi fit-tul li f'ħafna gżejjer jistgħu joħolqu ekonomija li hija bbażata biss fuq it-turiżmu, u dan iwassal għal vulnerabbiltajiet staġjonali bħad-differenzi fir-riżorsi finanzjarji bejn l-istaġun għoli tat-turiżmu u dak baxx; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-ekonomija tal-gżejjer tiġi diversifikata billi jissaħħu s-setturi sekondarji tagħhom sabiex jinkiseb bilanċ tajjeb u suq tax-xogħol varjat;

13.

Jinnota bi tħassib l-effetti li għadhom għaddejjin bħalissa u dawk fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19, li qed jaggravaw sitwazzjoni li diġà hija prekarja għall-gżejjer tal-UE f'ħafna oqsma; jinnota bi tħassib li d-deterjorament tas-saħħa mentali huwa fattur sinifikanti għall-prekarjetà, minħabba l-iżolament u l-għażliet ristretti taż-żoni insulari;

14.

Jenfasizza li l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 huma saħansitra aktar severi f'ħafna gżejjer u fir-reġjuni ultraperiferiċi milli fil-kontinent, kif rifless fiż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-merkanzija marittima, u li qed iżidu mad-diffikultajiet strutturali soċjali u ekonomiċi li huma karatteristiċi ta' dawn ir-reġjuni; jinnota li ż-żidiet attwali fil-prezzijiet se jservu biss biex isaħħu dawn id-diffikultajiet;

15.

Ifakkar lill-Istati Membri li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tfittex li tnaqqas id-disparitajiet fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali bejn il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni l-aktar żviluppati; jistieden lill-Kummissjoni tiddikjara jekk din id-dispożizzjoni ġietx issodisfata fil-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru meta tippreżenta r-rapport ta' rieżami tagħha lill-Parlament;

Kwistjonijiet u sfidi għall-gżejjer Ewropej

Tibdil fil-klima u bijodiversità

16.

Jenfasizza li l-bijodiversità fil-gżejjer hija kkaratterizzata minn karatteristiċi uniċi bijoġeografiċi, filoġenetiċi u funzjonali, li l-gżejjer jospitaw ammont sinifikanti tal-bijodiversità tad-dinja u jospitaw kongregazzjonijiet mill-akbar tat-tnissil ta' speċijiet importanti, iżda li esperjenzaw ukoll telf sproporzjonat tal-bijodiversità; jenfasizza li huma meħtieġa politiki u azzjonijiet reġjonali mmirati bħal assistenza teknika aktar koordinata biex tiġi protetta u restawrata l-bijodiversità unika tal-gżejjer u biex jiġu ppreservati r-riżorsi naturali skarsi li hemm fihom, bħall-ħamrija u l-ilma, sabiex tiġi salvagwardjata l-produttività agrikola tagħhom, b'mod partikolari għall-prodotti tradizzjonali sostenibbli, u jiġi żgurat l-għajxien filwaqt li jingħata kontribut biex jintlaħaq l-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ għall-bdiewa li huma involuti fi prattiki favur il-bijodiversità, inkluż permezz ta' rati ogħla ta' finanzjament u kofinanzjament;

17.

Jenfasizza li ħafna gżejjer għandhom ambjent fraġli u bijodiversità endemika tal-baħar u tal-art u li l-iżvilupp tat-turiżmu, b'mod partikolari f'xi gżejjer tal-Mediterran, qed ikompli jżid il-pressjoni anthropoġenika fuq il-bijodiversità;

18.

Jitlob politiki u azzjonijiet reġjonali mmirati, sostenibbli u effiċjenti għall-gżejjer li jkollhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jipproteġu u jirrestawraw il-bijodiversità unika tagħhom, jippromwovu ekonomija blu iffukata fuq it-turiżmu u s-sajd sostenibbli, u jappoġġjaw ir-riċerka f'qiegħ il-baħar; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-gżejjer;

19.

ifakkar li l-gżejjer huma fuq il-linja ta' quddiem tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari biż-żieda fil-livelli tal-baħar u t-tisħin u l-aċidifikazzjoni tal-ibħra u l-oċeani, l-impatt li qed jikber tad-desertifikazzjoni u l-proliferazzjoni tad-diżastri naturali;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ħtieġa li jittejjeb il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u tadattah għal realtajiet ġodda u theddid ġdid bħad-diżastri naturali jew l-effetti tat-tibdil fil-klima, sabiex jiġu indirizzati b'mod aktar realistiku l-konsegwenzi ta' dawn il-fenomeni;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza malajr l-importanza li jiġu adattati l-mekkaniżmi ta' emerġenza eżistenti biex jiġu indirizzati d-diżastri naturali dejjem aktar severi bħall-iżbroff tal-vulkan fuq il-gżira ta' La Palma (Spanja), li hija sfida soċjali u ekonomika mingħajr preċedent li tirrikjedi rispons proporzjonat għall-ħsara kkawżata;

22.

Jinnota bi tħassib ir-riskji assoċjati mas-sajd eċċessiv u t-tniġġis marin u kostali; jitlob, fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluża l-Liġi dwar il-Klima, li jingħata appoġġ speċifiku għall-gżejjer, peress li dan huwa essenzjali biex isiru adatabbli, reżiljenti u previdenti kif xieraq biex jiġġieldu lit-tibdil fil-klima u jadattaw għalih; jitlob li jiġu varati fil-gżejjer tal-UE strumenti li jikkumpensaw għall-impatti soċjali negattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

23.

Jitlob li ssir analiżi tal-istrateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri naturali, il-miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-politiki reġjonali sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' akkomodazzjoni u infrastruttura fuq il-pjanuri tal-għargħar kostali jew fiż-żoni suxxettibbli għall-uqigħ tal-art;

Aċċess għall-ilma u ġestjoni tal-ilma

24.

Iqis li l-gżejjer jistgħu jirrappreżentaw laboratorju formidabbli għall-prattiki ta' sostenibbiltà f'setturi bħall-enerġija nadifa, l-ekonomija ċirkolari, il-mobilità intelliġenti, l-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija blu; iqis li huwa neċessarju b'mod partikolari li jitqassru l-ktajjen tad-distribuzzjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport tal-materja prima u tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, peress li dan huwa ta' importanza kbira biex ir-reġjuni insulari jsiru aktar kompetittivi u awtosuffiċjenti;

25.

Jenfasizza li kważi l-gżejjer kollha qed jesperjenzaw prekarjetà dejjem akbar tal-assi ambjentali tagħhom, b'mod partikolari r-riżorsi tal-ilma; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni timmobilizza finanzjament addizzjonali biex tipprovdi appoġġ aħjar għar-reġjuni insulari fl-aċċess għall-ilma u l-ġestjoni tiegħu u tadotta politika komuni dwar il-ġestjoni tal-ilma għall-gżejjer;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-purifikazzjoni tal-ilma, u b'mod partikolari tal-ilma mormi, u li jiġi garantit ċiklu sostenibbli tal-ilma; ifakkar li spiss id-desalinizzazzjoni tiswa ħafna flus u mhijiex mod effettiv kif tipprovdi l-provvista kollha tal-ilma ta' gżira; ifakkar ukoll fl-isfidi marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart fit-territorji insulari, li għandhom riżorsi limitati biex jaħżnu u jipproċessaw l-iskart, b'mod partikolari fl-istaġuni turistiċi għoljin li matulhom tiżdied il-produzzjoni tal-iskart; Jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol strateġiku tal-ekonomija ċirkolari, li għandu jiġi estiż biex jinkludi l-ġbir u r-riċiklaġġ ekonomiku tal-iskart tal-baħar;

It-tranżizzjoni tal-enerġija

27.

jitlob regoli speċifiċi u appoġġ finanzjarju biex jgħinu lill-gżejjer jilħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż addizzjonali marbuta ma' setturi bħall-enerġija u t-trasport kif ukoll l-impatt tat-teknoloġiji mobbli fuq is-sistemi tal-enerġija tagħhom; jirrikonoxxi li hemm il-ħtieġa ta' livelli ta' investiment proporzjonalment għolja ħafna għall-ġestjoni ta' enerġiji rinnovabbli intermittenti; jitlob li dawn l-ispejjeż jitqiesu fil-pakkett leġiżlattiv “lesti għall-mira ta' 55 %”;

28.

Jissottolinja l-ħtieġa tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta' 55 %” u l-opportunitajiet li jirriżultaw minnu; huwa tal-fehma, madankollu, li l-implimentazzjoni konkreta ta' dawn il-miżuri leġiżlattivi għandha timxi id f'id mal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, peress li l-gżejjer iserrħu biss fuq it-trasport bl-ajru u dak marittimu;

29.

Jitlob miżuri ta' kumpens konkreti li jikkumpensaw għal kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-gżejjer tal-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà aktar nodfa, li tista' tinqala' minħabba d-dipendenza tagħhom fuq is-settur tal-avjazzjoni u fuq dak marittimu;

30.

Iqis li l-monitoraġġ mill-qrib huwa importanti biex jiġi żgurat li l-gżejjer jiġu integrati bis-sħiħ fl-iżvilupp ta' infrastruttura marittima ekoloġika; jitlob li l-gżejjer isiru prijorità fl-iżvilupp tal-infrastruttura mmirata lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bl-ajru u dak marittimu; jenfasizza li l-iżvantaġġi strutturali tal-gżejjer iħallu liċ-ċittadini u n-negozji tagħhom aktar esposti għal prezzijiet li qed jogħlew;

31.

Jirrimarka li minħabba d-daqs żgħir tagħhom u s-sistemi tal-enerġija iżolati tagħhom, il-gżejjer jiffaċċjaw sfida mill-akbar fir-rigward tal-provvista tal-enerġija peress li ġeneralment jiddependu mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-trasport u t-tisħin;

32.

Iqis li l-użu tal-enerġija rinnovabbli, inkluża l-enerġija mill-marea, għandu jkun prijorità li ġġib benefiċċji sostanzjali għall-gżejjer, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, inkluża l-preservazzjoni tal-arkitettura tradizzjonali u l-ħabitats lokali tal-gżejjer; jitlob, għalhekk, l-appoġġ tal-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli skont il-karatteristiċi ġeografiċi tal-gżejjer; jilqa' l-programmi tal-idroġenu ekoloġiku li ġew varati mill-gżejjer;

33.

Jitlob li l-awtonomija enerġetika bbażata fuq enerġiji rinnovabbli tiġi stabbilita bħala mira għall-gżejjer Ewropej kollha, li għandha tiġi appoġġjata bir-riżorsi finanzjarji meħtieġa u li wieħed għandu jidħol għaliha permezz tat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili u l-introduzzjoni ta' miżuri biex jiżdied il-potenzjal ta' enerġiji sostenibbli u rinnovabbli; jitlob li ssir riċerka addizzjonali biex l-enerġija mill-oċeani ssir aktar affordabbli u adattata għall-karatteristiċi ġeografiċi tal-baċiri tal-baħar differenti;

34.

Jissottolinja li, sabiex tinkiseb tranżizzjoni ambjentali effettiva, huwa essenzjali li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet lokali tal-gżejjer Ewropej u li jiġi żviluppat il-potenzjal tagħhom kemm bħala faċilitaturi tal-kompetittività ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll bħala promoturi ta' mġiba li ma tagħmilx ħsara lill-klima fost iċ-ċittadini; ifakkar li din it-tranżizzjoni tiddependi wkoll minn politiki u inizjattivi robusti ta' riċerka u innovazzjoni li jrawmu l-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati lokali filwaqt li jippromwovu adozzjoni usa' tal-faċilitajiet tar-riċerka fit-territorji insulari;

35.

ifakkar lill-Istati Membri li l-pjanijiet ta' tranżizzjoni nazzjonali tagħhom, previsti mill-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, għandhom jinkludu studju u analiżi speċifiċi dwar kull waħda mill-gżejjer tagħhom;

Żvilupp ekonomiku u soċjali

36.

Jenfasizza l-importanza li tiġi appoġġjata n-nisġa ekonomika lokali tal-gżejjer Ewropej, b'mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

37.

Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jipprovdu opportunitajiet ta' impjiegi fir-reġjuni li jinsabu f'riskju ta' depopolazzjoni, b'attenzjoni speċjali mogħtija għat-titjib tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jisħaq fuq l-importanza tas-servizzi ta' konsulenza, it-tagħlim tul il-ħajja u programmi għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema ta' kull età;

38.

Jitlob miżuri urġenti biex tiġi limitata d-depopolazzjoni tal-gżejjer kif ukoll l-eżodu tal-imħuħ u tal-ħiliet u biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja, inkluż billi tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-gruppi vulnerabbli, biex jiġu appoġġjati n-negozji lokali u jiġu protetti l-impjiegi, u biex jiġi indirizzat it-tixjiħ tal-popolazzjoni; jitlob ukoll li jiġi promoss l-iżvilupp ta' faċilitajiet tal-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali, tat-titjib tal-ħiliet, tal-intraprenditorija innovattiva u sostenibbli u tal-impjieg għall-abitanti tal-gżejjer, b'mod partikolari għan-nisa, li jiffaċċjaw rata ogħla ta' qgħad mill-irġiel fi kważi l-gżejjer kollha tal-UE, u għaż-żgħażagħ;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehim tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2021 jiġi estiż biex jiġu aġġornati r-regoli tal-UE dwar ir-rati tal-VAT għaż-żoni insulari kollha fl-UE fejn applikabbli;

40.

Jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 kixfet id-dgħufijiet fil-qasam tas-saħħa f'ħafna gżejjer Ewropej; Jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li jġu żviluppati u mtejba l-infrastruttura tas-saħħa u l-aċċess għall-kura u jingħata appoġġ biex jiġi inkoraġġit l-istabbiliment ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa, b'mod partikolari fit-territorji insulari l-aktar remoti;

41.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu inkoraġġiti, fil-livell lokali, il-kooperazzjoni mill-qrib, il-mobilità u l-iskambji tal-għarfien bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika, in-negozji, u ċ-ċittadini individwali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-abitanti tal-gżejjer Ewropej, b'mod partikolari dawk li jinsabu l-aktar 'il bogħod mill-Ewropa kontinentali, ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod ekwu fil-programmi ta' mobilità Ewropej bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, DiscoverEU u l-programm futur Aim, Learn, Master, Achieve (ALMA);

42.

Ifakkar fl-importanza tal-programmi tal-UE bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr dan il-programm, f'allinjament mill-qrib ma' fondi tal-UE bħall-FSE+, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, b'interess partikolari għal dawk li jgħixu f'żoni rurali u f'reġjuni b'limitazzjonijiet naturali jew demografiċi fis-swieq tax-xogħol tagħhom, inklużi l-gżejjer, sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha ta' taħt l-età ta' 30 sena jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, taħriġ jew edukazzjoni vokazzjonali, ikunu kapaċi jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għal opportunitajiet ta' impjieg f'firxa wiesgħa ta' setturi, jew jiġu offruti traineeship jew apprendistat b'remunerazzjoni fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jkunu telqu mill-edukazzjoni formali;

43.

Jilqa' l-isforzi biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ issir aktar inklużiva u biex tiġi evitata kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, inkluż taż-żgħażagħ li jgħixu f'żoni remoti, rurali jew urbani żvantaġġati jew f'territorji extra-Ewropej u reġjuni insulari;

Kultura

44.

iqis il-kultura u l-iżvilupp tas-settur kulturali fil-gżejjer bħala fundamentali; iqis li l-identitajiet kulturali u lingwistiċi tal-gżejjer għandhom jiġu protetti u promossi, inkluż fl-ambjenti edukattivi, peress li dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ tagħhom, u għat-tisħiħ tal-UE kollha, fuq ħafna livelli;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-2024 is-Sena Ewropea tal-Gżejjer.

L-agrikoltura u s-sajd

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta' regolament li jistabbilixxi miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura għall-gżejjer kollha tal-livell NUTS 2 u NUTS 3 bil-għan li tinkiseb awtonomija alimentari u tiżdied il-kompetittività tal-prodotti tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-istrumenti eżistenti bħall-programm ta' għażliet speċifikament relatati mad-distanza u l-insularità (POSEI) u r-regolament li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (10);

47.

Jappella għal azzjonijiet li għandhom l-għan li jagħlqu d-distakk ekonomiku bejn iż-żoni interni u r-reġjuni kostali li ħafna drabi jippersisti f'territorji insulari;

48.

Jinnota li l-prodotti agrikoli u tal-ikel tal-gżejjer huma ta' kwalità unika minħabba l-kundizzjonijiet mikroklimatiċi u topografiċi speċifiċi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss il-konsum ta' prodotti agrikoli mir-reġjuni insulari u periferiċi permezz tal-politika ta' koeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw soluzzjonijiet sostenibbli għat-trasport tal-prodotti agrikoli bejn il-biċċa l-kbira tal-gżejjer u l-kontinent; huwa tal-fehma li dan se jżid il-kompetittività b'mod partikolari tal-gżejjer iżgħar u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa żgħar;

49.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' appoġġ akbar għall-iżvilupp sostenibbli tal-gżejjer, fil-limiti ekoloġiċi u b'kunsiderazzjoni xierqa għal ambjent tal-art u tal-baħar b'saħħtu, għall-agrikoltura, għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-foresti, għat-trobbija tal-bhejjem, għall-akkwakultura, għas-sajd sostenibbli, għall-produzzjoni lokali, u għall-ekonomija blu, inkluż permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni Ewropej; iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ tal-UE għall-modernizzazzjoni tal-attività agrikola fil-gżejjer, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-biedja ta' preċiżjoni, biex dawk ir-reġjuni jiġu megħjuna jilħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

50.

Jirrimarka li d-distakk fl-iżvilupp imġarrab miż-żoni rurali tal-gżejjer qed ikompli jiżdied minħabba l-fatt li, peress li l-biċċa l-kbira tal-gżejjer ma għandhomx bliet vibranti, ma jistgħux jibbenefikaw mill-ġid konsegwenzjali finanzjarju urban; jinnota li dan iwassal għal tnaqqis fil-kompetittività, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità li l-SMEs ikollhom li jesploraw l-ekonomiji ta' skala;

51.

Jenfasizza l-importanza tal-ippjanar spazjali li jiffoka fuq l-użu effettiv u effiċjenti tal-art;

52.

Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu n-nies fiż-żoni rurali u remoti u li l-opportunitajiet tat-taħriġ ta' aġġornament u t-taħriġ mill-ġdid isiru aktar aċċessibbli u jkunu mfassla għall-persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, fis-sajd, fil-forestrija u f'impjiegi oħra f'dawn ir-reġjuni, kif ukoll li dawn jingħataw il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali u l-ħiliet l-oħra kollha meħtieġa biex jaħtfu aħjar l-opportunitajiet attwali u futuri offruti mill-ekonomija ekoloġika u dik blu, u biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-preservazzjoni tal-ambjent;

53.

Jenfasizza n-nuqqas ta' soluzzjonijiet sostenibbli għat-trasport ta' prodotti agrikoli bejn il-biċċa l-kbira tal-gżejjer u l-kontinent u għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn u lejn il-gżejjer, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw proġetti innovattivi għal konnessjonijiet aktar ekoloġiċi fil-pjanijiet ta' żvilupp tagħhom għall-gżejjer tal-UE;

54.

Jistieden lill-Istati Membri jutilizzaw l-għodod disponibbli kollha fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni u jidentifikaw u jippromwovu opportunitajiet għall-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn id-diversi politiki u fondi tal-Ewropej sabiex isaħħu s-sigurtà tal-ikel u l-awtosuffiċjenza tal-gżejjer, fost oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u jagħmluhom parti integrali mit-tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel ċirkolari sostenibbli u żoni rurali intelliġenti, u hekk ibiddlu l-iżvantaġġi ġeografiċi f'opportunitajiet; huwa tal-fehma li l-promozzjoni tar-rwol tal-gżejjer fil-katina tal-ikel sostenibbli permezz ta' strumenti ta' politika tal-UE inkluża l-politika ta' koeżjoni tista' tiġġenera opportunitajiet addizzjonali ta' xogħol u twaqqaf it-tendenza ta' depopolazzjoni fir-reġjuni insulari;

55.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-ktajjen tal-provvista qosra rimunerattivi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-iżvilupp ta' settur tal-biedja li jipprijoritizza prodotti tradizzjonali b'valur miżjud għoli, il-konsum lokali u soluzzjonijiet ekoloġiċi, u jikkontribwixxi biex tintlaħaq l-awtonomija alimentari;

56.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata ulterjorment id-Dikjarazzjoni ta' Cork 2.0 dwar ħajja aħjar fiż-żoni rurali biex issir riflessjoni dwar l-isfidi u l-opportunitajiet attwali li qed jiffaċċjaw lill-gżejjer tal-Ewropa; jitlob li l-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tintegra b'mod speċifiku l-partikolaritajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer tal-Eġew; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-politiki tal-gżejjer matul il-proċessi tal-ippjanar reġjonali biex tappoġġja l-agrikoltura sostenibbli, il-produzzjoni tal-ikel, l-agroturiżmu, l-ekonomija blu u l-konnettività inkluż b'fondi li jikkomplementaw lil dawk mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-introduzzjoni tal-ekonomija ċirkolari u t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli; Iħeġġiġha wkoll tivvaluta l-prezz reali tal-insularità u tal-insularità doppja tar-reġjuni arċipelagi, filwaqt li tqis il-vulnerabbiltajiet u l-assi tar-reġjuni insulari, b'mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi; jemmen li fil-politika ta' koeżjoni tal-UE għandu jitqies il-prezz reali tal-insularità għar-reġjuni insulari, filwaqt li fl-istess ħin għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt li għandhom l-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-UE fuq il-gżejjer u għandha tkun ibbażata fuq data aġġornata u armonizzata; jenfasizza li l-Osservatorju Rurali jirrappreżenta opportunità unika għall-produzzjoni ta' data ta' kwalità għolja adegwata u aġġornata għat-territorji insulari iffukata, fost oħrajn, fuq l-aċċess għall-art, li tistabbilixxi l-bażi għall-iżvilupp agrikolu u ekonomiku olistiku tal-gżejjer;

57.

Jemmen li l-annimali ħajjin għandhom ikomplu jiġu ttrasportati bil-baħar, minħabba li s-setturi tal-biedja ta' xi gżejjer jiddependu wisq mill-esportazzjonijiet, prinċipalment l-iżgħar gżejjer, li ma jistgħux jibagħtu karkassi tal-annimali minħabba d-daqs żgħir tagħhom u n-nuqqas ta' infrastruttura li jirriżulta minn dan il-fatt;

58.

Iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ tal-UE għall-modernizzazzjoni tal-attività agrikola fil-gżejjer, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-biedja ta' preċiżjoni, biex dawk ir-reġjuni jiġu megħjuna jilħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

59.

Jirrimarka, madankollu, li peress li l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt tkompli tillimita l-użu tal-aġenti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Unjoni, għandha tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-għelejjel tropikali u subtropikali fir-reġjuni ultraperiferiċi u tillimita l-aċċess għas-swieq tal-Unjoni għall-prodotti li ma jissodisfawx l-istandards tal-Unjoni;

60.

Jemmen li, fir-rigward speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-koeżjoni tal-UE għandha titwettaq permezz ta': it-tisħiħ tal-Artikolu 349 TFUE, b'mod partikolari billi jiġi kkonsolidat l-“acquis tal-UE” applikabbli f'dawk ir-reġjuni; iż-żamma u t-tisħiħ tal-programm POSEI u l-baġit tiegħu, b'mod partikolari billi jiġi traspost għal setturi oħra lil hinn mill-agrikoltura bħas-sajd, it-trasport, it-turiżmu, eċċ.; u l-iżgurar ta' trattament differenzjat tal-prodotti tar-reġjuni ultraperiferiċi fin-negozjar mill-ġdid tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika u tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u l-protezzjoni sħiħa tal-prodotti agrikoli sensittivi bħall-banana, it-tadam, iz-zokkor u l-ħalib f'dawk in-negozjati;

61.

Jitlob li jissaħħu mekkaniżmi speċifiċi fi ħdan il-qafas tal-PAK permezz tal-programm POSEI sabiex id-dipendenza tar-reġjuni ultraperiferiċi mill-provvisti agrikoli u agroalimentari titnaqqas, u biex is-sigurtà tal-ikel u l-kapaċità li dawn ir-reġjuni jkollhom aċċess għas-swieq tagħhom jissaħħu, kemm jekk jinsabu fit-territorju tagħhom stess kif ukoll jekk banda oħra fl-Unjoni; għal dan il-għan, jitlob żieda fil-baġit tal-POSEI mill-2027 'il quddiem sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet dejjem akbar ta' dawn ir-reġjuni mbiegħda u insulari u biex tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali tagħhom, peress li huma mwikkija bi spejjeż ta' produzzjoni addizzjonali sinifikanti;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tħalli r-rata ta' kofinanzjament fit-tul għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-livell ta' 85 % għall-FAEŻR sabiex tiżgura l-iżvilupp soċjoekonomiku ta' dawn it-territorji u b'hekk ittaffi l-problemi li jirriżultaw mill-fatt li jinsabu f'lokalità mbiegħda;

63.

Jappella għal konformità stretta mal-istandards ambjentali u soċjali Ewropej applikabbli għall-prodotti tropikali minn pajjiżi mhux tal-UE u għal kwoti sistematiċi tal-importazzjoni għall-prodotti tropikali minn tali pajjiżi, abbażi tal-flussi kummerċjali eżistenti; iqis li għandhom jiddaħħlu mekkaniżmi speċifiċi ta' sorveljanza u ta' sanzjoni biex tiġi vverifikata l-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet; jirrakkomanda li jiġi impost il-prinċipju tal-konformità għall-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE, b'mod partikolari għall-prodotti organiċi;

64.

Jirrikonoxxi l-fatt li r-reġjuni kostali u r-reġjuni ultraperiferiċi huma storikament dipendenti fuq is-sajd u għandhom jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju sabiex jiġu kkonsolidati l-impjiegi fis-settur tas-sajd u jiġu żviluppati setturi ġodda u jinħolqu wkoll impjiegi ġodda, speċjalment fis-sajd fuq skala żgħira; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu politiki mmirati biex jipproteġu l-impjiegi eżistenti, joħolqu impjiegi ġodda diversi u jippromwovu d-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-protezzjoni u l-appoġġ tal-gruppi vulnerabbli u żvantaġġati; jappoġġja l-użu kkombinat tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej biex jinħolqu s-sinerġiji, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet;

65.

Jinsab imħasseb ħafna dwar is-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema fl-industrija tas-sajd, li spiss titqiegħed f'riskju mhux biss bin-natura perikoluża inerenti tax-xogħol f'ibħra miftuħa, iżda wkoll bl-użu ta' bastimenti li ma jissodisfawx l-istandard attwali ta' sikurezza, u dan iżid l-esponiment tagħhom għal aċċidenti relatati max-xogħol, inklużi aċċidenti serji; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u deċenti għall-ħaddiema kollha fis-settur kif ukoll kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta fost il-kumpaniji tas-sajd madwar id-dinja, mingħajr ma jitbaxxew l-istandards Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ adegwat għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-flotta f'konformità mar-rekwiżiti ta' sostenibilità ambjentali u b'enfasi partikolari fuq is-sajd fuq skala żgħira, b'mod partikolari f'reġjuni insulari u ultraperiferiċi, fejn l-età medja tal-bastimenti hija ferm ogħla minn dik tas-sajd industrijali; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jinstab ftehim dwar is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd;

It-Turiżmu

66.

jinnota li s-settur tat-turiżmu huwa l-kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku tar-reġjuni insulari f'termini ta' dħul u impjiegi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju speċifiku addizzjonali għat-turiżmu sostenibbli fil-gżejjer, filwaqt li ssolvi l-problema tat-turiżmu staġjonali u tappoġġja proġetti pilota innovattivi biex tippromwovi soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi u diġitali f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u tgħin lill-gżejjer li huma dipendenti ħafna mit-turiżmu biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tistabbilixxi tikketta Ewropea tat-turiżmu sostenibbli biex tippromwovi l-punti b'saħħithom u l-isforzi tal-gżejjer u tar-reġjuni insulari f'din iż-żona;

67.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu kemm l-approċċ ta' żvilupp territorjali integrat fir-rigward tal-gżejjer, bħall-investimenti territorjali integrati u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, kif ukoll l-inizjattivi bħall-irħula intelliġenti u ċ-ċentri ta' innovazzjoni diġitali Ewropej fir-rigward tal-gżejjer sabiex jiġu appoġġjati l-agrikoltura sostenibbli u l-produzzjoni tal-ikel b'enfasi partikolari fuq prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll l-agroturiżmu sostenibbli; jenfasizza kemm hu importanti li jiġi promoss l-użu intelliġenti tal-enerġija u tal-ilma sabiex jiġi żgurat li l-gżejjer jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi skarsi tagħhom;

Aċċess għas-servizzi pubbliċi

68.

Jitlob l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport tal-gżejjer sabiex jitrawwem it-trasport sostenibbli, u l-appoġġ għall-immodernizzar u l-ekoloġizzazzjoni tal-infrastruttura tat-toroq, tal-ajruporti u tal-portijiet filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta; jitlob, b'mod partikolari, li jiġi pprovdut appoġġ għal trasport pubbliku u privat li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent;

69.

Jitlob li tingħata prijorità lil investiment akbar fl-infrastruttura bażika biex jittejjeb l-aċċess tal-unitajiet domestiċi kollha għall-ilma tax-xorb u s-servizzi sanitarji;

70.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità territorjali tal-gżejjer kollha permezz ta' trasport marittimu u bl-ajru sostenibbli, filwaqt li tingħata attenzjoni stretta biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' monopolju, ħlief f'każijiet ta' skarsezza ta' servizzi regolari tat-trasport f'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni ħielsa, li joħolqu l-ħtieġa li dak li jkun jirrikorri għal ftehimiet ta' servizz pubbliku; jissottolinja l-importanza li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż billi r-residenti jiġu offruti tariffi mnaqqsa, u li tiġi żgurata s-sikurezza u l-adegwatezza tal-pontijiet tal-art u l-kollegamenti tat-toroq;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' ħidma 2021-2023 tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programmi ta' kooperazzjoni Ewropej jikkontribwixxu għall-aċċessibbiltà territorjali tal-gżejjer; jinnota li t-titjib tal-aċċessibilità tal-gżejjer u l-iżvilupp ta' kollegamenti tat-trasport sostenibbli lejhom u bejniethom huma kruċjali għall-iżvilupp tagħhom u għall-forniment ta' servizzi pubbliċi essenzjali bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura soċjali; jemmen li t-titjib ta' din in-natura m'għandux ikun limitat għall-kontinent jew, fejn applikabbli, għall-Istati Membri tal-UE;

72.

Jenfasizza, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, l-importanza li tittejjeb l-infrastruttura tas-saħħa, li jiġu msaħħa s-servizzi tat-telemediċina u tat-telepsikjatrija u li tiġi aġġornata l-fornitura tal-kura tas-saħħa primarja u l-aċċess għall-mediċini fil-gżejjer tal-UE;

73.

Jissottolinja li l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd huma kruċjali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmluha prijorità li jagħlqu d-distakk fil-ħiliet diġitali billi jiżguraw li r-reġjuni vulnerabbli, inklużi ż-żoni rurali u remoti u ċ-ċittadini li jinsabu fil-bżonn, ikollhom aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali, il-hardware minimu meħtieġ, l-aċċess mifrux għall-internet, u l-appoġġ diġitali u għodod ta' tagħlim teknoloġiku oħra; jissottolinja li jrid jingħata appoġġ lil dawn il-kategoriji biex jiżdiedu l-ħiliet diġitali meħtieġa biex jirnexxu u biex jiġu evitati inugwaljanzi dejjem aktar profondi, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jaqa' lura;

74.

Jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali effiċjenti għall-gżejjer huma prijorità assoluta, b'mod partikolari biex jikkontribwixxu biex jingħelbu l-iżvantaġġi ġeografiċi li jiffaċċjaw u biex itejbu l-fornitura ta' teknoloġiji u infrastrutturi diġitali, servizzi ta' edukazzjoni u taħriġ kif ukoll is-saħħa elettronika, inklużi t-telemediċina u t-telepsikjatrija, u servizzi governattivi essenzjali oħra għaċ-ċittadini u l-SMEs li jġibu effetti pożittivi għall-istrateġiji u l-operazzjonijiet tan-negozju;

75.

Jisħaq fuq l-importanza li jinżammu l-infrastrutturi diġitali li jgħaqqdu l-gżejjer tal-UE mal-bqija tad-dinja, jiġifieri billi jiġi allokat finanzjament Ewropew suffiċjenti għas-sostituzzjoni ta' kejbils sottomarini obsoleti;

76.

Jemmen li, speċjalment fi gżejjer żgħar, huwa diffiċli biex l-SMEs jaċċessaw faċilment l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-promozzjoni tal-intraprenditorija, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-opportunitajiet iffinanzjati mill-UE; jitlob appoġġ finanzjarju aktar b'saħħtu f'dan ir-rigward kif ukoll l-għoti ta' sessjonijiet ta' informazzjoni mtejba, servizzi konsultattivi u taħriġ imfassal apposta;

Migrazzjoni

77.

Jinnota li xi gżejjer iħabbtu wiċċhom mal-wasla ta' għadd kbir ta' migranti, li xi drabi jaqbeż sew il-popolazzjoni lokali, u li mhumiex f'pożizzjoni li jfornu l-mezzi meħtieġa ta' akkomodazzjoni u assistenza;

78.

Jiġbed l-attenzjoni għall-pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza fil-gżejjer, fil-gżejjer periferiċi u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jitlob li l-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-gżejjer jirrikonoxxi r-realtà tal-asil u l-migrazzjoni msemmija hawn fuq, li tirrikjedi soluzzjonijiet ikkoordinati fil-livell Ewropew li jirrispettaw il-benesseri u d-dinjità tal-individwu, filwaqt li tiġi indirizzata l-pressjoni;

Valutazzjoni mill-ġdid ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat u miżuri biex jitnaqqas id-defiċit tal-iżvilupp

79.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi analiżi tal-volum tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-intrapriżi bbażati fil-gżejjer tal-UE; jemmen li huwa indispensabbli, minkejja l-isforzi li jsiru mill-UE u mill-Istati Membri, li jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-intrapriżi li jinsabu fit-territorji insulari ibbenefikaw minn tali miżuri u jivvalutaw mill-ġdid ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif xieraq; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' għajnuna mill-Istat aktar flessibbli għall-kumpaniji tat-trasport bl-ajru u marittimu f'dawn it-territorji insulari, minħabba d-dipendenza totali tagħhom minn dawn il-mezzi tat-trasport;

80.

Jitlob li kwalunkwe reviżjoni futura tal-qafas leġiżlattiv dwar l-għajnuna mill-Istat tkun soġġetta għal studji tal-impatt ibbażati fuq indikaturi speċifiċi li jagħmluha possibbli li jiġi vvalutat in-nuqqas ta' kompetittività tal-ekonomiji tar-reġjuni insulari, ukoll f'dak li jirrigwarda l-konsegwenzi tal-pakkett “Lesti għall-mira ta' 55 %” fuq dawn it-territorji, u li jitfassal reġim digressiv speċifiku għat-territorji insulari meta l-miżuri straordinarji previsti fil-qafas temporanju ta' għajnuna mill-Istat jispiċċaw wara l-31 ta' Diċembru 2021;

81.

Jappella għall-ħolqien ta' sottokategorija “gżejjer”, minħabba l-karatteristiċi distinti tagħhom, b'rabta mal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2021-2027, u l-abolizzjoni tal-limiti massimi “de minimis” għall-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej, li 'l fuq minnhom hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni;

82.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' approċċ aktar flessibbli biex jiġi żgurat użu aktar effettiv tal-finanzjament Ewropew fit-territorji insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi, mingħajr ma jiġu kompromessi l-istandards tal-kwalità u l-proċeduri ta' monitoraġġ rilevanti;

83.

Jinnota li r-regola de minimis attwali tirrestrinġi l-kompetittività u tqajjem diffikultajiet fil-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej; huwa tal-fehma li l-gżejjer tal-UE kollha għandhom ikunu eżentati mil-limiti massimi applikabbli tar-regola de minimis sabiex ikunu inqas żvantaġġati; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tadatta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex tiżgura li s-sussidji biex tiġi rimedjata l-insularità ma jitqisux bħala għajnuna mill-Istat iżda bħala kumpens biex il-gżejjer Ewropej u r-reġjuni ultraperiferiċi jitqiegħdu fuq l-istess livell mal-kontropartijiet kontinentali tagħhom;

84.

Jappella li jiġi vvalutat mill-ġdid il-kriterju tad-distanza (150 km) użat biex il-gżejjer jiġu kklassifikati bħala reġjuni tal-fruntiera eliġibbli għall-finanzjament taħt programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera li jaqgħu taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali tal-politika ta' koeżjoni jew il-Politika Ewropea tal-Viċinat, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tal-gżejjer; jemmen li jekk irid jiġi stabbilit xi tip ta' limitu, ikun aktar xieraq, fil-każ tar-reġjuni insulari, li l-kundizzjoni tat-territorju transkonfinali tiġi applikata fil-livell tal-baċir marittimu;

Politika Ewropea speċifika u adattata għall-gżejjer

85.

jenfasizza li n-nuqqas ta' data statistika dwar il-gżejjer ixekkel l-iżvilupp ta' politiki mmirati; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Istitut Ewropew għat-Territorji Żvantaġġati, relatat mal-Artikolu 174 tat-TFUE, biex jiġbor data statistika affidabbli u aggregata, inkluża data diżaggregata skont il-ġeneru, li tiġi aġġornata regolarment bl-użu ta' kriterji armonizzati fil-livelli amministrattivi kollha; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir tad-data statistika dwar il-ġżejjer Ewropej u tintroduċi l-verifika territorjali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti tagħha, bil-għan li tiżviluppa politiki mmirati u tivvalutat kif il-leġiżlazzjoni proposta taffettwa liċ-ċittadini u n-negozji bbażati fir-reġjuni differenti;

86.

Jirrimarka li l-gżejjer bħalissa mhumiex kollha koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klassifikazzjoni territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tibda diskussjonijiet dwar dan, bil-ħsieb li l-gżejjer jiġu inklużi fil-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika u tikkunsidra t-twaqqif ta' programm simili għall-inizjattiva urbana Ewropea biex jiġu appoġġjati s-sħubijiet bejn il-gżejjer Ewropej sabiex jiġu stabbiliti approċċi innovattivi għall-problemi speċifiċi għall-gżejjer u biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiġu implimentati soluzzjonijiet li huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u n-negozji;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tal-istudji diġà prodotti mill-gżejjer Ewropej dwar l-isfidi u l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-insularità, u tistabbilixxi analiżijiet interdixxiplinari li jkopru l-karatteristiċi demografiċi, ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tat-territorji insulari sabiex jiġi żgurat li dawn ir-reġjuni ma jsofru mill-ebda żvantaġġ kompetittiv marbut mal-kundizzjoni ġeografika tagħhom;

88.

Jitlob allokazzjoni tal-baġit addizzjonali, mmirata biex tgħin lill-gżejjer Ewropej jegħilbu l-isfidi u d-disparitajiet li jiffaċċjaw u li tkopri l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-gżejjer Ewropej fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni futura; jissuġġerixxi li jitwessa' l-punt ta' kuntatt tal-gżejjer billi titwaqqaf task force tal-gżejjer fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-allokazzjoni tal-baġit ibbażata fuq il-PDG per capita sabiex tkopri d-disparitajiet kollha bejn il-gżejjer;

Patt tal-Gżejjer u pjan ta' azzjoni Ewropew għall-gżejjer

90.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni dinamika tal-Artikolu 174 tat-TFUE u tibni fuq dak l-artikolu b'aġenda għall-gżejjer Ewropej ġenwina u toħloq strateġija Ewropea għall-gżejjer ibbażata fuq dan ir-rapport, li tkun konformi mal-ħtiġijiet lokali u r-realtajiet fuq il-post u tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull wieħed mill-baċiri tal-baħar tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar id-diversi sitwazzjonijiet tat-territorji insulari u tikkunsidra strateġija għall-gżejjer bi proposti konkreti;

91.

Jitlob li jitfassal mill-aktar fis possibbli u jiġi implimentat Patt tal-Gżejjer bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin, jiġifieri l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u soċjali, is-soċjetà ċivili, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, fuq il-mudell tal-Patt Urban u l-Patt Rurali futur;

92.

Jenfasizza li d-djalogu mal-komunitajiet tal-gżejjer u bejniethom huwa essenzjali biex titrawwem il-prossimità mal-proġett Ewropew, jinbnew pontijiet bejn il-kulturi, jiġi stimulat l-interess fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tiġi promossa l-kostruzzjoni tal-Unjoni Ewropea nnifisha;

o

o o

93.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60.

(2)  ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1.

(3)  ĠU C 37, 2.2.2021, p. 57.

(4)  ĠU C 15, 12.1.2022, p. 2.

(5)  ĠU C 390, 18.11.2019, p. 53.

(6)  ĠU C 316, 6.8.2021, p. 2.

(7)  ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.

(8)  ĠU C 117, 11.3.2022, p. 18.

(9)  ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/62


P9_TA(2022)0226

L-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2021/2168(INI))

(2022/C 493/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 3, 11, 38, 120 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent tal-baħar (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (2) (ir-Regolament PKS), u speċjalment l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar l-istrateġija mill-għalqa sal-platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (6),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (Direttiva 2008/56/KE) (COM(2020)0259),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2019 bit-titolu “Social data in the EU fisheries sector” (Id-data soċjali fis-settur tas-sajd tal-UE),

wara li kkunsidra r-rapport tal-STECF tas-17 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Social dimension of the CFP” (Id-dimensjoni soċjali tal-PKS),

wara li kkunsidra r-rapport ekonomiku annwali tal-STECF tal-2021 dwar il-Flotta tas-Sajd tal-UE ppubblikat fit-8 ta' Diċembru 2021,

wara li kkunsidra r-rapport tal-STECF tat-28 ta' April 2021 dwar il-kriterji u l-indikaturi biex jiġu inkorporati aspetti ta' sostenibbiltà għall-prodotti tal-frott tal-baħar fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq,

wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 mitlub mill-Kumitat għas-Sajd dwar il-kriterji għall-allokazzjoni tal-aċċess għas-sajd fl-UE,

wara li kkunsidra s-sentenza tat-Tribunal Amministrattiv ta' Montpellier tal-15 ta' Lulju 2021 fil-kawża numru 1801790,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Fondazzjoni għall-Ekonomija Ġdida (NEF) ta' Settembru 2021 bit-titolu “Who gets to fish in the EU? A 2021 update of how EU Member States allocate fishing opportunities” (Min jidħol jistad fl-UE? Aġġornament tal-2021 ta' kif l-Istati Membri tal-UE jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Fond Dinji għall-Organiżmi Selvaġġi bit-titolu “Evaluating Europe's course to sustainable fisheries by 2020” (Evalwazzjoni tal-perkors tal-Ewropa lejn is-sajd sostenibbli sal-2020),

wara li kkunsidra r-rapport minn Low Impact Fishers of Europe u Our Fish tas-27 ta' Ottubru 2021 bit-titolu “How the EU can Transition to Low Environmental Impact, Low Carbon, Socially Just Fishing” (Kif l-UE tista' Tgħaddi għal Impatt Ambjentali Baxx, Livell Baxx ta' Emissjonijiet ta' Karbonju, Sajd Soċjalment Ġust),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2020 tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tkarkir Elettriku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Parir Speċjali tal-ICES tal-20 ta' Mejju 2020 bi tweġiba għat-talba min-Netherlands rigward l-impatti tat-tkarkir bl-impulsi fuq l-ekosistema u l-ambjent mis-sajd għal-lingwata (Solea solea) fil-Baħar tat-Tramuntana,

wara li kkunsidra l-Artikolu 6.18 tal-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tas-sajjieda artiġjanali u fuq skala żgħira u l-aċċess preferenzjali tagħhom, fejn xieraq, għaż-żoni u r-riżorsi tas-sajd tradizzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0152/2022),

A.

billi r-Regolament PKS tinkludi l-objettivi “li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura huma ambjentalment sostenibbli fit-tul u huma ġestiti b'mod li huwa konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, u li jingħata kontribut għad-disponibbiltà ta' provvisti tal-ikel”, li jiġi applikat “l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u … [timmira] li tiżgura li l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom 'il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli”, u jsemmi l-objettivi tal-implimentazzjoni ta' “approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati”, li “tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddipendu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jittieħed kont tas-sajd kostali u l-aspetti soċjoekonomiċi” u “tippromwovi attivitajiet ta' sajd kostali, b'kont meħud tal-aspetti soċjoekonomiċi”;

B.

billi l-objettiv 14.b tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU jitlob lill-partijiet jipprovdu “aċċess ta' sajjieda artiġjanali fuq skala żgħira għar-riżorsi u s-swieq tal-baħar”;

C.

billi l-Kunsill huwa responsabbli għall-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd (qabdiet permissibbli totali jew l-isforzi totali tas-sajd), li mbagħad jitqassmu fost l-Istati Membri biex jiżguraw il-prinċipju ta' stabbiltà relattiva; billi l-istabbiltà relattiva hija element importanti tal-PKS li wriet li hija affidabbli fit-tul u tipprovdi viżibbiltà lis-sajjieda, u li ma għandhiex tiġi mminata; billi kull Stat Membru jqassam dawn l-opportunitajiet tas-sajd fost is-sajjieda u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tiegħu, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà;

D.

billi, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma responsabbli għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd; billi jista' jkun hemm differenzi kbar bejn is-setturi f'pajjiżi differenti, bir-riżultat li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhuwiex mixtieq;

E.

billi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-PKS, l-Istati Membri jeħtiġilhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-PKS; billi dawk il-kriterji jistgħu jinkludu l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent, l-istorja tal-konformità, il-kontribut għall-ekonomija lokali u l-livelli ta' qbid storiku;

F.

billi l-Artikolu 17 ma jeskludix is-sajd rikreattiv mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, u huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu kif jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd fil-livell nazzjonali;

G.

billi l-Artikolu 17 jiddikjara wkoll l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, bħal b'konsum imnaqqas tal-enerġija jew ta' ħsara għall-ħabitat;

H.

billi skont l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-metodu tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom li mhumiex soġġetti għal sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, u kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-metodu tal-allokazzjoni;

I.

billi l-pubblikazzjoni ta' data dwar l-allokazzjonijiet tal-kwoti tas-sajd għandha ssir f'konformità mar-regolamenti rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data;

J.

billi l-valutazzjoni tal-STECF tad-dimensjoni soċjali tal-PKS sabet li fl-2020, 16 minn 23 Stat Membru kostali wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni biex jinformawha bil-metodu ta' allokazzjoni użat;

K.

billi l-UE ma ssodisfatx l-iskadenza li tikseb status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar tal-UE sal-2020, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina; billi r-rapport li l-Kummissjoni adottat fl-2020 dwar l-ewwel ċiklu ta' implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, filwaqt li qies in-natura olistika tagħha, stabbilixxa li s-sistema ta' protezzjoni tal-UE hija waħda mill-aktar ambizzjużi fid-dinja u kkonkluda li jeħtieġ li tittejjeb biex jiġu indirizzati problemi bħas-sajd eċċessiv f'xi ibħra u prattiki ta' sajd mhux sostenibbli, skart tal-plastik, nutrijenti eċċessivi, storbju taħt l-ilma, u tipi oħra ta' tniġġis;

L.

billi l-UE ma rrispettatx l-iskadenza tal-2020 biex tikseb ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet kollha tas-sajd; billi, madankollu, sar progress konsiderevoli lejn il-kisba tal-mira tal-MSY, b'mod partikolari fil-Grigal tal-Atlantiku u l-Baħar Baltiku, fejn fl-2020, 99 % tal-ħatt l-art li huwa ġestit biss mill-UE u li għalih kien disponibbli parir xjentifiku, kien “stokkijiet ġestiti b'mod sostenibbli”;

M.

billi l-UE impenjat ruħha li twettaq l-Aġenda 2030 tan-NU li tinkludi l-SDG 14: għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli;

N.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija mill-għalqa sal-platt, il-Parlament talab lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri “jipprovdu appoġġ adegwat għat-tranżizzjoni lejn sajd b'impatt baxx” inkluż “billi jiżdied il-perċentwal tal-kwoti nazzjonali allokati għas-sajd kostali fuq skala żgħira”;

O.

billi “sajd kostali fuq skala żgħira” huwa definit fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) bħala attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tal-baħar u tas-sajd fl-ilmijiet interni ta' tul totali ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat, jew minn sajjieda bil-mixi, inklużi dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra;

P.

billi l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 tinkludi l-objettiv li jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd u tal-estrazzjoni fuq ħabitats u speċijiet tal-baħar sensittivi, inkluż qiegħ il-baħar, bil-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb;

Q.

billi l-objettivi tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità jinkludu t-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet għal livell li jippermetti l-irkupru u l-konservazzjoni tagħhom;

R.

billi s-sajd tal-UE huwa settur strateġiku tal-Unjoni, li jipprovdi għadd sinifikanti ta' impjiegi diretti u indiretti fiż-żoni tas-sajd u kostali, filwaqt li jżomm ekonomija sostenibbli billi jgħaqqad l-impjiegi u l-għajxien tan-nies mat-territorju u maż-żamma tat-tradizzjonijiet kulturali;

S.

billi l-FEMSA jipprovdi appoġġ finanzjarju għas-sajjieda żgħażagħ li jibdew attivitajiet tas-sajd, filwaqt li ma hemm l-ebda garanzija sussegwenti biex jinkisbu opportunitajiet tas-sajd;

T.

billi s-sajd jagħti kontribut indispensabbli għas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni;

U.

billi s-sajd joħloq impjiegi kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art; billi xi reġjuni jiddependu fuq il-ħatt l-art li jseħħ lokalment biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' ħafna negozji u biex jinżammu komunitajiet kostali vivaċi;

V.

billi ma hemm l-ebda rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament PKS mill-Kummissjoni, li jfisser li l-uniċi evalwazzjonijiet disponibbli għal din il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni inizjali huma dawk ippubblikati mill-STECF, l-organizzazzjonijiet tal-karità, is-settur tas-sajd innifsu, l-NGOs u l-partijiet ikkonċernati;

W.

billi skont l-aħħar valutazzjoni tal-STECF dwar id-dimensjoni soċjali tal-PKS, it-talba tal-Kummissjoni tal-2020 lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar is-sistema ta' allokazzjoni tagħhom kienet tinkludi mistoqsija dwar il-valutazzjoni tal-impatt u żewġ Stati Membri biss (l-Iżvezja u d-Danimarka) irrappurtaw li wettqu valutazzjoni bħal din; billi l-istess rapport sab li fl-2020, 16 biss minn 23 Stat Membru kostali wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni biex jinformawha bil-metodu ta' allokazzjoni użat; billi bosta minn dawk ir-reazzjonijiet kienu ta' użu limitat peress li kien fihom biss deskrizzjonijiet wiesgħa tal-flotta tas-sajd nazzjonali jew sempliċement enfasizzaw l-intenzjoni tal-allokazzjonijiet tagħhom mingħajr ma spjegaw il-kriterji “trasparenti u oġġettivi”;

X.

billi għall-istaġun tas-sajd tal-2020, l-allokazzjoni tal-kwota tat-tonn lill-bastimenti fuq skala żgħira kienet ta' 3,03 % fl-Italja, 11,6 % fil-Kroazja, 11,89 % fi Franza, 13,68 % fil-Portugall u 36,93 % fi Spanja;

Y.

billi ħafna mill-istokkijiet huma prinċipalment fil-mira ta' tipi differenti ta' flotot, iżda xi ftit minnhom huma fil-mira kemm ta' flotot fuq skala żgħira kif ukoll ta' skala kbira;

Z.

billi bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament PKS u bl-allokazzjoni ta' kwoti tas-sajd abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi ta' natura ambjentali, soċjali jew ekonomika, l-UE tista' tikseb tranżizzjoni ġusta għal flotta tas-sajd b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u b'impatt baxx; billi, dan l-objettiv irid jimxi id f'id mal-objettiv li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel;

AA.

billi l-Kummissjoni qed tiżviluppa pjan ta' azzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, li jrid jikkontribwixxi għal wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi jiżgura s-sostenibbiltà tas-sajd u l-protezzjoni adegwata tal-ekosistemi tal-baħar u l-bijodiversità tagħhom;

AB.

billi fl-10 ta' Novembru 2020, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim dwar ir-Regolament li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran; billi l-Kunsill imbagħad ivvota kontra dan il-ftehim, u dan jikkontradixxi deċiżjoni li diġà ntlaħaq qbil dwarha maż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra;

AC.

billi l-Brexit kellu wkoll impatt fuq id-distribuzzjoni tad-drittijiet tas-sajd fl-UE;

1.

Ifakkar li l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsa pubblika naturali, li l-attivitajiet u l-ġestjoni tas-sajd huma assi bbażati fuq din ir-riżorsa u jappartjenu għall-wirt komuni tagħna, u li l-istokkijiet tal-ħut għandhom jiġu ġestiti b'mod li jiggarantixxi l-ogħla benefiċċji fit-tul għas-soċjetà, jimminimizza l-impatt fuq l-ekosistemi u jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel billi jipprovdi ikel tajjeb għas-saħħa; ifakkar li l-profittabbiltà ekonomika tal-flotta Ewropea għandha tiġi żgurata permezz ta' sfruttament ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u abbażi ta' pariri xjentifiċi affidabbli u l-prinċipju ta' prekawzjoni;

2.

Jissottolinja li l-ishma tal-kwoti u l-opportunitajiet tas-sajd jirrappreżentaw intitolament għal riżorsa pubblika; jenfasizza f'dan ir-rigward li fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri li jallokaw opportunitajiet tas-sajd u filwaqt li jżommu f'moħħhom il-prinċipji tal-istabbiltà u l-prevedibbiltà, l-ebda attur ma għandu jingħata dritt indefinit maż-żmien għal kwota jew opportunità tas-sajd partikolari;

3.

Jenfasizza li fis-sajd taħt il-ġestjoni tal-kwoti, il-problema tal-ispeċijiet bi kwota limitanti għandha l-potenzjal li tagħlaq l-operazzjonijiet tas-sajd qabel tmiem l-istaġun b'implikazzjonijiet ekonomiċi potenzjalment sinifikanti għas-sajjieda; jissottolinja f'dan ir-rigward li sistema tajba ta' kwoti għandha tinkludi grad ġust ta' flessibbiltà peress li tippermetti lis-sajjieda li jeħtieġu kwoti żejda għal speċi bi kwota limitanti u lis-sajjieda li għandhom kwoti disponibbli biex jaslu għal eżitu ta' benefiċċju reċiproku;

4.

Jenfasizza li huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kriterji li jużaw meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd;

5.

Jinnota li l-Kummissjoni ma bdiet l-ebda proċedura ta' ksur kontra xi Stat Membru fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament PKS;

L-użu ta' kriterji oġġettivi u trasparenti

6.

Jenfasizza li m'hemm l-ebda studju tal-Kummissjoni li janalizza l-applikazzjoni tal-kriterji għall-allokazzjoni tal-kwoti skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament PKS; jinnota li hemm nuqqas ta' trasparenza u li diversi Stati Membri mhumiex jippubblikaw liema kriterji japplikaw meta jiddistribwixxu l-opportunitajiet tas-sajd u jħeġġiġhom jagħmlu dawk il-kriterji pubbliċi u faċilment aċċessibbli, ifakkar li metodu ta' allokazzjoni oġġettiv jinvolvi d-deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa ta' kriterji ta' allokazzjoni definiti sew inkluża deskrizzjoni ċara tal-ponderazzjonijiet relattivi tal-kriterji jew il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom f'każ ta' kriterji multipli għall-allokazzjoni;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal, jekk ikun meħtieġ, rapport dwar l-applikazzjoni tal-kriterji tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament PKS minn kull wieħed mill-Istati Membri;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri li mhumiex jirrispettaw l-obbligi tagħhom f'termini ta' trasparenza dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd;

9.

Jenfasizza li kriterji ta' allokazzjoni trasparenti huma wieħed mill-parametri li jipprovdu stabbiltà u ċertezza tad-dritt għall-operaturi; jissottolinja li huwa mixtieq li jsir progress dwar it-trasparenza madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kriterji u l-applikazzjoni prattika tagħhom; jenfasizza, għalhekk, li l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż il-metodu ta' allokazzjoni, għandha tkun faċilment aċċessibbli u kapaċi tinftiehem minn kulħadd, u b'mod partikolari mill-operaturi u l-partijiet ikkonċernati sabiex jiġi ffaċilitat metodu ta' allokazzjoni konsistenti u bbażat fuq ir-regoli li jippermetti skrutinju aħjar, opportunitajiet indaqs għall-partijiet interessati kollha u aktar prevedibbiltà għas-sajjieda;

10.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-metodi rispettivi tagħhom ta' tqassim tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-pubbliku, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;

11.

Iqis li l-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, għandha l-obbligu li tiggarantixxi r-rispett sħiħ tal-preskrizzjonijiet minquxa fl-Artikolu 17 tar-Regolament PKS; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura l-applikazzjoni korretta mill-Istati Membri kollha tad-dispożizzjoni vinkolanti dwar it-trasparenza tal-Artikolu 17 fir-rigward tal-proċessi nazzjonali tal-allokazzjoni tal-kwoti permezz ta' attività ta' monitoraġġ attiva u kostanti u, jekk ikun meħtieġ, tiftaħ proċedura ta' ksur kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw ma' dak ir-rekwiżit;

12.

Huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP), il-kooperattivi u s-sidien tal-kwoti jistgħu jiżvelaw l-allokazzjoni tal-kwoti tagħhom fuq bażi volontarja, iżda bl-ebda mod ma jistgħu jiġu obbligati jagħmlu dan, minħabba l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

13.

Ifakkar li l-OP u l-kooperattivi tas-sajd għandhom rwol essenzjali fit-tqassim u l-ġestjoni tal-kwoti tas-sajd fost il-bastimenti differenti; jinnota li, f'ħafna Stati Membri, relattivament ftit sajjieda fuq skala żgħira jappartjenu għal OP, u saħansitra inqas sajjieda fuq skala żgħira għandhom l-OP dedikati tagħhom stess, u b'hekk jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jisfruttaw dan il-kanal biex jaċċessaw il-kwoti tas-sajd; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-ħolqien ta' OP għal u minn sajjieda fuq skala żgħira;

14.

Iqis li l-metodi ta' allokazzjoni għandhom jiġu żviluppati bl-involviment tal-komunitajiet tas-sajd, l-awtoritajiet reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, filwaqt li jiġi żgurat li s-segmenti kollha tal-flotta, l-OP, il-Cofradias tas-sajd u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema jkunu rappreżentati b'mod ġust, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, u li dawn għandhom jinkludu salvagwardji bħal perjodi ta' avviż li jippermettu lis-sajjieda jadattaw f'każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-metodu ta' allokazzjoni tagħhom;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jfasslu sistemi ta' allokazzjoni sabiex jiggarantixxu s-sempliċità, jevitaw proċessi burokratiċi ta' piż u, fl-aħħar mill-aħħar, jippermettu lill-operaturi u lill-partijiet ikkonċernati jimmonitorjaw il-kriterji u l-proċess tal-allokazzjoni;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u opportunitajiet indaqs għas-sajjieda kollha biex jippermettu aċċess ġust għar-riżorsi tal-baħar;

L-użu ta' kriterji ambjentali, soċjali u ekonomiċi

17.

Jinnota li ma hemm l-ebda rapport tal-Kummissjoni u lanqas każijiet irreġistrati ta' Stati Membri li biddlu l-metodi ta' allokazzjoni tagħhom minn mindu daħlu fis-seħħ il-PKS riformata u l-Artikolu 17 tar-Regolament PKS, li jissuġġerixxi li r-riforma tal-PKS fl-2013 ma kellhiex impatt kbir fuq il-metodi ta' allokazzjoni; jinnota li l-STECF, fir-rapport tiegħu dwar id-dimensjoni soċjali tal-PKS, jirrimarka li għalkemm l-Istati Membri b'mod ġenerali ma għamlux linja diretta bejn l-Artikolu 17 tar-Regolament PKS u s-sistemi nazzjonali ta' allokazzjoni tal-kwoti tagħhom, huma jużaw jew użaw kriterji fil-proċess ta' allokazzjoni li jistgħu jiġu ttikkettati bħala kriterji soċjali;

18.

Jinnota li l-livelli storiċi tal-qabdiet bħalissa huma l-aktar kriterji komuni applikati mill-Istati Membri biex iqassmu l-opportunitajiet tas-sajd; iqis li tali kriterji joffru stabbiltà u jirrikonoxxi d-dipendenza tal-flotta u tal-komunitajiet tas-sajd fuq ir-riżorsi tas-sajd u l-importanza li l-flotot u l-komunitajiet tas-sajd ikollhom aċċess stabbli u prevedibbli għar-riżorsi tas-sajd;

19.

Jinnota li data disponibbli turi li huma biss ftit l-Istati Membri jużaw kriterji ta' natura ambjentali, soċjali jew ekonomika biex iqassmu l-opportunitajiet tas-sajd u li, jekk jintużaw, ma jkollhomx ħafna piż fit-tqassim finali;

20.

Ifakkar li l-Artikolu 17 tar-Regolament PKS jiddikjara li “Meta jallokaw opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika”; jinnota li l-verżjoni bl-Ingliż tinkludi l-kelma “għandhom”; jinnota li hemm diskrepanzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti li jistgħu jwasslu għal interpretazzjonijiet differenti tal-imperattiv legalment vinkolanti ta' dan l-element; jinnota, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fid-deċiżjoni tagħha fil-kawża Spika (C-540/16) (7), tikkonkludi li l-Istati Membri jridu jużaw “kriterji trasparenti u oġġettivi” meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom skont l-Artikolu 16 tar-Regolament PKS; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni fir-rapport tagħha li jmiss dwar il-funzjonament tal-PKS;

21.

Jilqa' l-fatt li l-metodi ta' allokazzjoni attwali bbażati l-aktar fuq drittijiet storiċi jippermettu ċertu livell ta' stabbiltà ekonomika fis-settur tas-sajd, li jista' jkun kundizzjoni li tippermetti lill-operaturi jinnovaw u jadottaw tekniki aktar sostenibbli, iżda jirrikonoxxi li, f'xi każijiet, dawn iseħħu li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tax-xejriet bħall-konċentrazzjoni ekonomika fis-settur tas-sajd li tfixkel il-kompetizzjoni, toħloq ostakli għal parteċipanti ġodda u tagħmel is-settur mhux attraenti għal sajjieda żgħażagħ ġodda; iqis, barra minn hekk, li, f'ċerti każijiet, dawn il-metodi ma jipprovdux biżżejjed inċentiva lis-sajjieda li jimplimentaw prattiki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, ma jipprovdux opportunitajiet ġusti lis-sajjieda kollha, inklużi s-sajjieda fuq skala żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jiggarantixxu b'mod adegwat distribuzzjoni ġusta tal-kwoti bejn is-segmenti differenti tal-flotta, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tas-sajjieda kollha;

22.

Jinnota li għal stokkijiet li għalihom il-qabdiet totali permissibbli qed jiżdiedu, pereżempju fil-każ ta' ġestjoni tajba tal-istokkijiet jew pjan ta' rkupru b'suċċess, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jqassmu l-kwoti addizzjonali abbażi ta' kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali, f'konformità mal-Artikolu 17;

23.

Jenfasizza li s-sajd artiġjanali u tradizzjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, bħall-Cofradias tas-sajd, huma karatteristika fundamentali tas-soċjetà lokali, l-ekonomija, il-kultura u t-tradizzjoni f'ħafna żoni kostali u gżejjer madwar l-UE u jemmen, għalhekk, li għandhom jirċievu attenzjoni u trattament speċjali; inklużi kwoti ad hoc, speċjalment fil-każ ta' żieda fil-kwantità tal-istokk ġenerali grazzi għal ġestjoni tajba tal-istokk jew pjan ta' rkupru b'suċċess;

24.

Iqis li l-użu tat-tipi kollha ta' kriterji msemmija fl-Artikolu 17 (ekonomiċi, soċjali u ambjentali) meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd huwa element importanti biex jinkisbu bis-sħiħ l-objettivi stabbiliti fir-Regolament PKS, fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u fl-istrateġija tal-bijodiversità għall-2030; ifakkar li huma l-Istati Membri li huma responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni;

25.

Ifakkar li d-data ta' kwalità dwar l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tas-sajd rikreattiv spiss tkun nieqsa jew mhux kompluta, li jfisser li l-kriterji ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika ma jistgħux jiġu żviluppati kif meħtieġ skont l-Artikolu 17;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb u ssaħħaħ il-ġbir ta' tali data għas-sajd rikreattiv permezz ta' qafas imtejjeb għall-ġbir tad-data u strumenti oħra ta' politika;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull Stat Membru kkonċernat jalloka opportunitajiet tas-sajd skont ir-Regolament PKS u b'mod partikolari l-Artikolu 17, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika; iqis li kull Stat Membru, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandu jiżgura li l-kriterji jkunu sostenibbli u bbilanċjati biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi lokali li jeħtieġ li jiġu indirizzati;

28.

Iqis li t-tipi ta' sajd u r-realtajiet li jiffaċċjaw ivarjaw ħafna madwar l-UE u li għalhekk ma hemm l-ebda kriterju wieħed tajjeb għal kulħadd ta' natura ekonomika, ambjentali jew soċjali li jista' jiġi applikat b'mod uniformi fl-UE kollha;

29.

Ifakkar li, f'diversi pajjiżi, l-Istati Membri u l-OP ħolqu riżervi ta' kwoti li jistgħu jitqassmu lis-sajjieda abbażi ta' kriterji ambjentali, soċjali u soċjali;

30.

Jistieden lill-Istati Membri jinċentivaw lis-sajjieda jużaw il-prattiki, il-metodi u l-innovazzjonijiet tas-sajd l-aktar sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; jemmen li tali inċentivi għandhom jiġu kkunsidrati waqt it-tfassil tal-metodu ta' allokazzjoni skont l-Artikolu 17 jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jqisu l-kunsiderazzjonijiet klimatiċi u tal-ekosistema fil-proċessi ta' allokazzjoni tagħhom, abbażi ta' sett ta' kriterji trasparenti; ifakkar li, skont l-Artikolu 17, l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, bħal b'konsum imnaqqas tal-enerġija jew ta' ħsara għall-ħabitat.

31.

Jistieden lill-Istati Membri jinċentivaw lill-operaturi, permezz tal-proċessi ta' allokazzjoni tagħhom, jistabbilixxu u jsaħħu d-djalogu soċjali mal-unions u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema kif ukoll japplikaw bis-sħiħ ftehimiet ta' negozjar kollettiv sabiex jippromwovu s-sostenibbiltà soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fi ħdan is-settur tas-sajd;

32.

Ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. jinnota li xi Stati Membri qed jipprovdu inċentivi bħal dawn; jistieden lil Stati Membri oħra jipprovdu inċentivi bħal dawn;

33.

Jenfasizza li l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bl-użu ta' kriterji bħal impatt ambjentali aktar baxx u li tqis storja ta' konformità tista' tikkontribwixxi għar-restawr tal-popolazzjonijiet tal-ħut għal livell sostenibbli u għat-titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità;

34.

Jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-PKS, jappoġġjaw id-dħul fin-negozju ta' sajjieda żgħażagħ u ġodda, sabiex inaqqsu l-ostakli għad-dħul, jikkoreġu l-fallimenti tas-suq, u fl-aħħar mill-aħħar jiffaċilitaw it-tiġdid ġenerazzjonali tant meħtieġ fis-settur tas-sajd; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jużaw l-opportunitajiet kollha fi ħdan il-FEMSA biex jindirizzaw il-kwistjoni tat-tiġdid ġenerazzjonali;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha f'ħidma aktar proattiva mal-Istati Membri kkonċernati dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-PKS; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tassisti lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minn kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta' natura ekonomika, soċjali u ambjentali meta jfasslu l-metodoloġija tagħhom għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, pereżempju billi jippubblikaw linji gwida; jenfasizza li trid tingħata kunsiderazzjoni biex jiġu offruti stabbiltà u prospetti ekonomiċi għas-sajjieda għall-futur;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rapport li jmiss tagħha dwar il-funzjonament tal-PKS, tanalizza l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament PKS mill-Istati Membri u tagħmel proposti dwar kif tista' tittejjeb;

37.

Jenfasizza li l-UE għadha nieqsa minn għodda leġiżlattiva sabiex timplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku matul l-aħħar sessjonijiet tagħha; jenfasizza bi tħassib kbir li vojt normattiv bħal dan jirriskja li jipperikola l-allokazzjoni ta' kwoti importanti għas-settur tas-sajd tal-UE; iħeġġeġ lill-presidenza tal-Kunsill, għalhekk, biex toħroġ bi proposta alternattiva għall-ftehim diġà milħuq bejn il-partijiet li jallinja mal-pożizzjoni tal-Parlament;

o

o o

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(3)  ĠU C 506, 15.12.2021, p. 160.

(4)  ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1.

(5)  ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.

(6)  ĠU C 184, 5.5.2022, p. 2.

(7)  Is-sentenza tat-12 ta' Lulju 2018, UAB “Spika” et al. vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos, C-540/16, ECLI:EU:C:2018:565.


L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/70


P9_TA(2022)0236

Is-sigurtà fiż-żona tas-Sħubija tal-Lvant u r-rwol tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar is-sigurtà fiż-żona tas-Sħubija tal-Lvant u r-rwol tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2021/2199(INI))

(2022/C 493/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-paragrafi tlieta, erbgħa u sitta tiegħu,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-TUE, b'mod partikolari l-Kapitolu 2, it-Taqsima 2 tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (2), il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (3), il-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (4), u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan mill-parti l-oħra (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2021 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1792 tal-11 ta' Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2021/748 (12), 2021/749 (13) u 2021/750 (14) tas-6 ta' Mejju 2021 dwar il-parteċipazzjoni tal-Kanada, tar-Renju tan-Norveġja u tal-Istati Uniti tal-Amerka fil-proġett PESCO Mobbiltà Militari,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1537 tat-22 ta' Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (15),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1127 tat-30 ta' Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (16),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (17),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri Parteċipanti (18),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (19), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/813 tal-20 ta' Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (20),

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (21), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1990 tat-3 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (22),

wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma annwali għall-2021 tal-Fond Ewropew għad-Difiża, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2021,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2020 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (COM(2020)0823),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2020 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (COM(2020)0829),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-16 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (JOIN(2020)0018),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020)0605),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-13 ta' Settembru 2017 bit-titolu “Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-bini ta' ċibersigurtà b'saħħitha għall-UE” (JOIN(2017)0450),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titolu “Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2017)0021),

wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew li saret fl-10 u l-11 ta' Marzu 2022, il-laqgħa formali tal-Kunsill Ewropew li saret fl-24 u l-25 ta' Marzu 2022 u s-summit straordinarju tan-NATO tal-24 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta' Frar 2021 dwar is-sigurtà u d-difiża,

wara li kkunsidra l-aġenda strateġika ġdida 2019-2024, adottata mill-Kunsill Ewropew fl-20 ta' Ġunju 2019,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013, tas-26 ta' Ġunju 2015, tal-15 ta' Diċembru 2016, tad-9 ta' Marzu 2017, tat-22 ta' Ġunju 2017, tal-20 ta' Novembru 2017 u tal-15 ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2018 dwar l-approċċ integrat għal konflitti u kriżijiet esterni u tal-24 ta' Jannar 2022 dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2013, tat-18 ta' Novembru 2014, tat-18 ta' Mejju 2015, tas-27 ta' Ġunju 2016, tal-14 ta' Novembru 2016, tat-18 ta' Mejju 2017, tas-17 ta' Lulju 2017, tal-25 ta' Ġunju 2018, tas-17 ta' Ġunju 2019, tal-10 ta' Diċembru 2019, tas-17 ta' Ġunju 2020, tat-12 ta' Ottubru 2020, tal-20 ta' Novembru 2020, tas-7 ta' Diċembru 2020 u tal-10 ta' Mejju 2021 dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2021 dwar il-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2020 dwar ir-rieżami strateġiku tal-PESCO għall-2020,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2020 dwar azzjoni esterna tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2019 dwar l-isforzi komplementari għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill fid-19 ta' Novembru 2018, dwar l-istabbiliment ta' Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar qafas għal rispons diplomatiku konġunt tal-UE għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi (“Is-sett ta' għodod taċ-ċiberdiplomazija”),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-ewwel ċiklu tar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) ippreżentat lill-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Novembru 2020,

wara li kkunsidra l-istrateġija globali bit-titolu “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea” ippreżentata mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-summits tas-Sħubija tal-Lvant (SL) tal-2009 fi Praga, tal-2011 f'Varsavja, tal-2013 f'Vilnius, tal-2015 f'Riga, tal-2017 fi Brussell u tal-2021 fi Brussell,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni komuni adottata mill-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Barranin tat-Trio Assoċjat, u dawk adottati mill-Polonja u mil-Litwanja fit-13 ta' Diċembru 2021 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-ambitu tal-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji tal-istati tas-Sħubija tal-Lvant okkupati mir-Russja,

wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Minsk tal-5 ta' Settembru 2014, il-Memorandum ta' Minsk tad-19 ta' Settembru 2014 u l-pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, adottati u ffirmati f'Minsk fit-12 ta' Frar 2015, u approvati b'mod ġenerali mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 2202 (2015) tas-17 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra l-laqgħat trilaterali tal-14 ta' Diċembru 2021 u tas-6 ta' April 2022 bejn il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-President tar-Repubblika tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev u l-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Armenja Nikol Pashinyan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO tal-10 ta' Lulju 2018 u d-dikjarazzjoni konġunta UE-NATO tat-8 ta' Lulju 2016,

wara li kkunsidra s-sitt rapport ta' progress tas-17 ta' Mejju 2021 dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta' proposti approvati mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra s-sett komuni ta' 74 proposta għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Varsavja approvata mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-UE u tan-NU tal-24 ta' Jannar 2022 dwar it-Tisħiħ tas-Sħubija Strateġika NU-UE dwar l-Operazzjonijiet ta' Paċi u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet: Prijoritajiet 2022-2024,

wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Karta ta' Pariġi tal-1990 għal Ewropa Ġdida, il-Kodiċi ta' Kondotta tal-OSKE dwar l-Aspetti Politikomilitari tas-Sigurtà tat-3 ta' Diċembru 1994, il-Memorandum dwar l-Assigurazzjonijiet tas-Sigurtà b'Rabta mal-Adeżjoni tal-Ukrajna għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari tal-5 ta' Diċembru 1994 (il-Memorandum ta' Budapest dwar l-Assigurazzjonijiet tas-Sigurtà) u d-Dokument ta' Vjenna tat-30 ta' Novembru 2011 dwar il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja u tas-sigurtà,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet tranżatlantiċi (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-priġunieri tal-gwerra wara l-kunflitt l-aktar reċenti bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża (25),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna (26),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni – rapport annwali 2020 (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni – rapport annwali 2020 (28),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova (29),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (30),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Ġunju 2020 (31),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobbiltà militari (32),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar iċ-ċiberdifiża (33),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, speċjalment dawk relatati mal-azzjonijiet tar-Russja fit-territorji tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, l-annessjoni illegali tagħha tal-Krimea, il-ksur tad-drittijiet tat-Tatari tal-Krimea, l-okkupazzjoni ta' partijiet mit-territorju tal-Ukrajna, il-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova u l-attivitajiet relatati ta' stabbiliment ta' fruntieri, kif ukoll il-propaganda ostili tagħha u d-diżinformazzjoni kontra l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0168/2022),

A.

billi s-Sħubija tal-Lvant hija parti mill-politika tal-viċinat tal-UE u billi l-UE għandha approċċ komprensiv għas-sigurtà u r-reżiljenza, inkluż kontra t-theddid ċibernetiku u ibridu, li huwa mfassal speċifikament biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet mas-sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna, biex jgħin fil-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà, ir-reżiljenza, il-prosperità kondiviża, l-iżvilupp sostenibbli, ir-riformi u s-sigurtà tal-bniedem fil-viċinat tal-Lvant tal-UE, isaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika, jappoġġja r-riforma transsettorjali u jikkontribwixxi għar-reżiljenza ġenerali ta' dawk il-pajjiżi, fi spirtu ta' sjieda u responsabbiltà kondiviżi;

B.

billi s-Sħubija tal-Lvant tfittex li trawwem l-istabbiltà, il-prosperità u l-kooperazzjoni reċiproka, u li tavvanza l-impenn għar-riformi meħtieġa; billi hemm ħtieġa urġenti li tissaħħaħ ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti fis-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari permezz ta' approċċi u fora multilaterali bħall-OSKE; billi hemm bżonn li tiġi żviluppata strateġija dwar kif għandhom jiġu indirizzati aħjar l-aspetti tas-sigurtà tal-politika tal-UE fis-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-pajjiżi sħab rilevanti bħala punt tat-tluq, peress li d-destabbilizzazzjoni tar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant toħloq theddida globali sinifikanti u theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-kontinent Ewropew;

C.

billi f'dawn l-aħħar snin is-Sħubija tal-Lvant qed tiffaċċja ksur serju tad-dritt internazzjonali, tat-theddid għas-sigurtà u kunflitti, u dan wassal għall-gwerra ta' aggressjoni attwali mir-Russja kontra l-Ukrajna; billi s-sigurtà u l-paċi fil-viċinat tal-Lvant jippresupponu r-rispett u ż-żamma tad-dritt internazzjonali, l-integrità territorjali u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; billi l-UE għandha tagħmel ħilitha biex tgħin lill-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant jerġgħu jiksbu s-sovranità tagħhom u l-kontroll sħiħ fuq it-territorji tagħhom; billi l-impenn ċar tal-UE għall-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant huwa kruċjali għal riformi prodemokratiċi u għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tas-soċjetajiet tagħhom;

D.

billi l-UE u s-sħab tas-Sħubija tal-Lvant iddeċidew b'mod konġunt li japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li jindirizzaw it-theddid ibridu u ċibernetiku; billi trid tiġi ppreservata wkoll enfasi fuq it-theddid konvenzjonali, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi reċenti li seħħew fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u fl-Asja Ċentrali;

E.

billi l-għanijiet essenzjali tas-Sħubija tal-Lvant huma ta' benefiċċju għall-ġirien kollha, inkluża r-Russja, peress li jgħinu biex jiffurmaw reġjun aktar stabbli permezz ta' miżuri li jippreservaw id-dritt internazzjonali, jirrispettaw l-integrità territorjali u permezz tat-trattati li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-istati u jsaħħu l-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u relazzjonijiet tajbin ta' viċinat billi jippromwovu l-paċi, l-istabbiltà, il-prosperità kondiviża u l-prospetti għall-popli tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant; billi d-destabbilizzazzjoni tar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant toħloq theddida sinifikanti għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-UE u dik globali;

F.

billi s-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fil-15 ta' Diċembru 2021 afferma mill-ġdid id-dritt sovran ta' kull sieħeb li jagħżel il-livell ta' ambizzjoni u l-għanijiet tiegħu fir-relazzjonijiet tiegħu mal-UE;

G.

billi s-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-2021 irriżulta fi sforzi akbar biex tittejjeb ir-reżiljenza, tissaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, u titrawwem is-sigurtà, id-djalogu ċibernetiku u l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-PSDK;

H.

billi kull pajjiż fiż-żona tas-Sħubija tal-Lvant, bl-eċċezzjoni tal-Belarussja, għandu kunflitt territorjali fuq l-art tiegħu, immexxi mir-Russja jew li jinvolviha;

I.

billi fit-22 ta' Frar 2022, iż-żewġ kmamar tal-Parlament Russu – il-Kunsill tal-Federazzjoni u d-Duma tal-Istat – approvaw b'mod unanimu r-rikonoxximent tar-reġjuni separatisti tal-Ukrajna ta' Donetsk u Luhansk bħala stati indipendenti;

J.

billi fit-23 ta' Frar 2022, il-Parlament Russu vverifika li jippermetti lill-President Putin juża l-armata Russa barra mill-pajjiż biex “jappoġġja lis-separatisti fl-Ukrajna”;

K.

billi fl-24 ta' Frar 2022, il-President Russu Vladimir Putin ħabbar f'xandira fuq it-televixin irrekordjata minn qabel li huwa kien ordna “operazzjoni militari speċjali” fil-Lvant tal-Ukrajna; billi ftit minuti wara, seħħew attakki bil-missili f'għexieren ta' bliet madwar il-pajjiż, inkluża l-kapitali tal-Ukrajna; billi fil-bidu, it-truppi u l-vetturi armati qasmu lejn l-Ukrajna tal-Lvant mill-fruntiera Russa, kif ukoll mill-Belarussja fit-Tramuntana u mill-Krimea, annessa illegalment mir-Russja, lejn in-Nofsinhar;

L.

billi fis-27 ta' Frar 2022, il-President Putin ħa d-deċiżjoni li jqiegħed forzi nukleari u missili Russi fl-ogħla livell ta' prontezza għall-ġlied;

M.

billi fl-24 ta' Frar 2022, wara li ġabret aktar minn 200 000 truppa f'formazzjoni offensiva fuq il-fruntiera tal-Ukrajna, filwaqt li żiedet ukoll it-tattiċi ibridi u ċibernetiċi tagħha tal-gwerra kontra l-awtoritajiet Ukreni eletti, ir-Russja nediet invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mill-fruntieri tagħha tat-Tramuntana, tal-Lvant u tan-Nofsinhar u mill-Baħar l-Iswed, filwaqt li bbumbardjat bis-saħħa ż-żoni ċivili bl-użu tas-superjorità tal-forzi tal-ajru u navali u tal-armi tagħha; billi kumplessivament dan huwa l-akbar kunflitt militari fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;

N.

billi minkejja l-ostakli inizjali minħabba sforzi intensivi ta' reżistenza min-naħa tal-Ukrajna, il-forzi Russi wettqu operazzjonijiet offensivi u attakki bl-ajru u bl-artillerija/bir-rokits fuq pożizzjonijiet u infrastruttura ċivili, inklużi kurituri ta' evakwazzjoni magħrufa;

O.

billi fit-13 ta' Marzu 2022 r-Russja eskalat il-gwerra tagħha ta' aggressjoni fl-Ukrajna b'attakki fuq bażi militari ewlenija inqas minn 16-il km bogħod mill-fruntiera tal-Polonja, u dan wassal biex inqatlu 35 persuna u korrew 134 oħra, u b'hekk komplew jiżdiedu t-tensjonijiet fir-reġjun;

P.

billi r-Russja tal-President Putin għadha tinvolvi ruħha fi gwerra ta' aggressjoni u gwerra ibrida kontinwa kontra xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, appoġġjata mit-theddida dejjem preżenti ta' forza fir-reġjun kollu, mill-aggressjoni armata u mill-okkupazzjoni illegali, sabiex l-istati jinżammu politikament dgħajfa u żbilanċjati u marbuta mal-isfera ta' influwenza awtodikjarata ta' Moska, u dan jinjora b'mod effettiv id-dritt sovran tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għall-integrità territorjali, biex jagħmlu l-għażliet ta' politika barranija tagħhom stess u biex jagħżlu l-alleanzi tagħhom stess, bi ksur tal-prinċipji rilevanti tal-OSKE stabbiliti fl-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975, il-Karta ta' Pariġi tal-1990 kif ukoll id-Dokument ta' Istanbul (1999) u d-Dikjarazzjoni ta' Astana (2010); billi l-azzjonijiet aggressivi tar-Russja u t-tentattivi tagħha li ddgħajjef l-ordni ta' sigurtà Ewropew qed jikkawżaw instabbiltà kemm fir-reġjun kif ukoll lil hinn minnu u għandhom l-għan ukoll li jdgħajfu u jiddegradaw ir-rwol tal-UE fir-reġjun;

Q.

billi l-aggressjoni militari diretta tar-Russja kontra l-Georgia fl-2008 u l-okkupazzjoni sussegwenti ta' 20 % tat-territorji tagħha, l-invażjoni tagħha, l-okkupazzjoni temporanja u l-annessjoni illegali tal-Krimea fl-2014, u l-appoġġ tagħha għas-separatisti f'Donetsk u Luhansk iddestabbilizzaw ir-reġjun u serva bħala preċedent li wassal għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal ksur ċar tas-sovranità, l-indipendenza, l-unità u l-integrità territorjali tal-Georgia u tal-Ukrajna; billi l-UE kkundannat bil-qawwa dawn l-azzjonijiet u tenniet bis-sħiħ id-determinazzjoni tagħha li ma tirrikonoxxix ir-reġjuni tar-Russja li huma annessi u okkupati illegalment, li hija użat biex tniedi aggressjoni kontra xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li wassal biex l-Istati Membri u l-UE jieħdu firxa ta' miżuri restrittivi; billi l-azzjonijiet tar-Russja wrew li r-Russja tirrifjuta l-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant li jissieħbu mal-UE jew man-NATO u hija ddeterminata li ssostni u tiġġieled kwalunkwe tentattiv għal għajnuna fl-iżvilupp demokratiku f'reġjun li tqis bħala “pajjiż barrani fil-qrib”; billi l-“pajjiż barrani fil-qrib” għadu meqjus mill-Kremlin bħala l-isfera ta' influwenza tar-Russja;

R.

billi l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tesponi vulnerabbiltajiet kbar fis-sigurtà tal-Istati Membri u tal-pajjiżi li qed jaspiraw li jissieħbu mal-UE, speċjalment l-istati fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed;

S.

billi l-Belarussja għenet u assistiet fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, billi ppermettiet lill-forzi armati Russi jwettqu provi militari b'tul ta' ġimgħa fuq it-territorju tal-Belarussja qabel ma ppermettiet li t-territorju tagħha jservi bħala launch pad għall-invażjoni tal-Ukrajna;

T.

billi f'Settembru 2021, l-eżerċizzju militari konġunt ZAPAD tar-Russja mal-Belarussja u ma' diversi pajjiżi oħra fl-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO) immexxija mir-Russja kien jinkludi daqs 200 000 truppa li tħarrġu fil-kontroinsurġenza, il-gwerra urbana u l-attakki ċibernetiċi b'wiri ta' forza mhux trasparenti; billi r-Russja u l-Belarussja jwettqu regolarment eżerċizzji militari konġunti u qablu fuq duttrina militari konġunta; billi l-eżerċizzju militari konġunt bejn ir-Russja u l-Belarussja “2022 Allied Resolve” serva biex juri li d-distakk tar-Russja fil-kapaċitajiet militari qed jonqos b'mod rapidu, filwaqt li qed iwettaq dejjem aktar l-għan tar-Russja li tapprofondixxi r-relazzjonijiet politiċi u militari tagħha mal-pajjiżi tas-CSTO; billi dawn l-eżerċizzji militari wrew li kienu taħriġ għall-invażjoni eventwali u l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna; billi l-forzi militari Russi fil-Belarussja huma ta' theddida għall-Ukrajna, għall-Polonja, għal-Litwanja u għall-Ewropa kollha u jistgħu jkunu parti minn pjan aħħari biex tittieħed il-Belarussja u tiġi okkupata;

U.

billi, huwa u jfittex li jibqa' fil-poter, ir-reġim illeġittimu ta' Aliaksandr Lukashenka saħħaħ ir-relazzjonijiet mar-Russja ta’ Putin, qabel li japprofondixxi l-integrazzjoni tal-Istat tal-Unjoni u jospita t-truppi Russi tul il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u qed jipprovdi appoġġ loġistiku u militari lit-truppi Russi li qed jiġġieldu l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna;

V.

billi l-Belarussja hija ħatja għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, wara li ppermettiet u appoġġjat l-invażjoni tar-Russja mit-territorju Belarussu, u b'hekk uriet b'mod ċar l-lealtà politika tagħha u wasslet għal reġim ta' sanzjonijiet tal-UE b'saħħtu u msaħħaħ kontra l-Belarussja;

W.

billi l-ebda kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża ma għandha tinkludi r-reġim illeġittimu ta' Aliaksandr Lukashenka, peress li kwalunkwe attività potenzjali tista' tintuża kontra l-Istati Membri tal-UE jew biex il-poplu tal-Belarussja jiġi oppressat;

X.

billi wara dimostrazzjonijiet tal-massa kontra frodi elettorali kbira, ir-reġim Belarussu kompla żied ir-repressjoni domestika u vjolenti kontra proporzjon kbir taċ-ċittadini tal-Belarussja li jaspiraw għal soċjetà demokratika, u abbanduna l-għan tiegħu li jrawwem relazzjonijiet aħjar mal-UE; billi l-Belarussja reġġgħet ix-xejriet lejn id-demokratizzazzjoni u bdiet tistrumentalizza l-migranti fl-isfond ta' kriżi fuq il-fruntiera bejn l-UE u l-Belarussja, u billi għadha twaqqa' l-aspirazzjonijiet domestiċi lejn il-liberalizzazzjoni u tiddestabbilizza u toħloq diżunità fost l-Istati Membri tal-UE sabiex tikseb it-tneħħija ta' sanzjonijiet immirati tal-UE kontra individwi u entitajiet responsabbli għal oppressjoni krudili; billi r-reġim ta' Lukashenka jhedded l-istabbiltà reġjonali billi jwettaq gwerra ibrida u, għad-detriment tas-sikurezza tal-avjazzjoni, ġiegħel titjira ta' Ryanair tinżel f'Minsk, li wassal lill-UE timponi sanzjonijiet;

Y.

billi fis-27 ta' Frar 2022 il-Belarussja approvat kostituzzjoni ġdida li tirrinunzja għall-istatus mhux nukleari tal-pajjiż;

Z.

billi wara d-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi uffiċjalment ir-repubbliki tal-popli ta' Luhansk u Donetsk fil-21 ta' Frar 2022, il-President Russu Vladimir Putin iddikjara li l-Ftehimiet ta' Minsk “ma għadhomx jeżistu” u li l-Ukrajna kienet responsabbli għall-kollass tagħhom; billi l-Format tan-Normandija u l-Ftehimiet ta' Minsk I u II s'issa wrew li ma kinux effettivi u naqsu milli jtemmu l-ostilitajiet kollha bejn l-Ukrajna u l-forzi appoġġjati mir-Russja u l-formazzjonijiet armati illegali f'ċerti żoni tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna; billi l-futur tal-Format tan-Normandija u tal-Ftehimiet ta' Minsk I u II huwa inċert ħafna, peress li l-kunflitt armat internazzjonali fl-Ukrajna qatel eluf u wassal għall-ispostament ta' madwar 10 miljun persuna u aktar minn 4 miljun rifuġjat; billi l-bumbardament ta' kuljum u l-ġlied bl-armi tan-nar għadhom iwasslu għal korrimenti u qtil tan-nies;

AA.

billi t-theddid għall-viċinat tal-Lvant mhux biss jikkonċerna l-imġiba u l-azzjonijiet tar-Russja, iżda jinkludi wkoll firxa wiesgħa ta' theddid inklużi l-influwenza ta' reġimi awtoritarji oħra, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, il-korruzzjoni, l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, id-diżinformazzjoni, it-tibdil fil-klima, iċ-ċiberattakki, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, it-tniġġis ambjentali bħala riżultat ta' kunflitt militari, l-eliminazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, l-azzjonijiet ibridi u għadd ta' theddidiet oħra għall-koeżjoni tas-soċjetajiet fil-viċinat;

AB.

billi t-theddid ibridu jinvolvi l-kombinazzjoni sistematika tal-gwerra tal-informazzjoni, il-manuvri tal-forza aġli, il-gwerra ċibernetika tal-massa u l-użu akbar ta' teknoloġiji emerġenti u fixkiela minn qiegħ il-baħar sal-ispazju, inkluż kemm tagħmir avvanzat għat-teħid tan-nifs kif ukoll sorveljanza bbażata fl-ispazju u l-użu ta' sistemi tal-attakki, li kollha kemm huma se jkunu permessi bl-intelliġenza artifiċjali (IA) avvanzata, il-computing kwantistiku, it-teknoloġiji dejjem aktar “intelliġenti” ta' drone swarms, il-kapaċitajiet ċibernetiċi offensivi, is-sistemi ta' missili ipersoniċi, in-nanoteknoloġija u l-gwerra bijoloġika;

AC.

billi l-potenzjal tar-Russja li teskala għall-użu ta' armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari ma jistax jiġi injorat; billi l-UE kienet allarmata bl-erożjoni tal-arkitettura globali ta' diżarm, nonproliferazzjoni u kontroll tal-armi;

AD.

billi l-forzi Russi skjeraw attakki militari fuq l-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Chornobyl u Zaporizhzhia, ħadu l-kontroll tal-impjanti u żammew lill-persunal tagħhom bħala ostaġġi għal diversi ġimgħat, filwaqt li l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika ma setgħetx taċċessa d-data trażmessa minn dawn il-faċilitajiet u mill-monitoraġġ tal-materjal nukleari; billi impjanti tal-enerġija nukleari oħra fl-Ukrajna jistgħu jkunu mmirati fil-każ ta' ostilitajiet kontinwi;

AE.

billi Moska nediet kampanja ta' diżinformazzjoni li allegat li l-Istati Uniti kienu qed jiżviluppaw armi bijoloġiċi fl-Ukrajna; billi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina appoġġja l-affermazzjonijiet tar-Russja;

AF.

billi r-Russja talbet laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex tiddiskuti l-akkużi tagħha dwar l-użu ta' armi bijoloġiċi;

AG.

billi l-kampanja uffiċjali Russa ta' diżinformazzjoni tista' tkun qed tistabbilixxi l-bażi għall-użu ta' armi bijoloġiċi; billi d-diżinformazzjoni dwar l-armi bijoloġiċi tista' tkun skuża għall-użu eventwali tagħhom;

AH.

billi kampanji ta' diżinformazzjoni sponsorjati mir-Russja u interferenza ibrida jheddu l-iżvilupp tal-istat tad-dritt, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-perspettiva Ewropea fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; billi d-diżinformazzjoni tqarraq bil-popolazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fil-proċessi demokratiċi u fil-media tradizzjonali, tippolarizza s-soċjetajiet, timmina d-drittijiet tal-bniedem, taggrava l-kundizzjonijiet tal-minoranzi u tal-gruppi vulnerabbli, u għandha effett ġenerali ta' deterjorament fuq is-sigurtà interna tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

AI.

billi r-Russja qed tfittex li tneħħi u tfassal mill-ġdid l-ordni ta' sigurtà Ewropew u li toħroġ wegħdiet mill-komunità tranżatlantika li ma taċċettax lill-Ukrajna u lill-Georgia fin-NATO, u qed titlob li t-truppi tan-NATO jiġu rtirati minn xi Stati Membri tal-UE, u b'hekk ma jiġux irrispettati l-prinċipji ewlenin tas-sigurtà Ewropea kif miftiehem bejn il-pajjiżi Ewropej, inkluża r-Russja; billi l-fatt li t-truppi Russi invadew lill-Ukrajna permezz tat-territorju Belarussu sabiex jgħinu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna juri l-azzjonijiet li r-Russja titlob mill-alleati tagħha, u b'hekk dan ikompli joħloq theddida serja għall-Polonja, għall-Istati Baltiċi, għall-pajjiżi sħab tas-Sħubija tal-Lvant u għall-Ewropa kollha;

AJ.

billi l-UE, in-NATO u l-Istati Membri tagħhom qed jippromwovu soluzzjoni diplomatika paċifika li tirriżulta fir-Russja li ttemm minnufih l-attivitajiet militari kollha fl-Ukrajna u tirtira mingħajr kundizzjonijiet il-forzi u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna, u l-Istati Membri li jaħdmu biex isaħħu r-reżiljenza u l-kapaċità tal-Ukrajna li tiddefendi lilha nnifisha; billi r-Russja, deliberatament u konxjament, injorat l-Unjoni Ewropea fid-djalogu u n-negozjati dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, filwaqt li hija kompromessa s-sigurtà tal-UE; billi ma jista' jkun hemm l-ebda diskussjoni dwar is-sigurtà Ewropea mingħajr il-pajjiżi Ewropej; billi l-OSKE hija l-unika organizzazzjoni Ewropea li tiġbor flimkien il-pajjiżi Ewropej kollha inklużi r-Russja, l-Asja Ċentrali u s-sħab tranżatlantiċi; billi l-OSKE tibqa' qafas xieraq għad-diskussjoni dwar kif għandu jissaħħaħ l-ordni ta' sigurtà Ewropew komuni fl-interess ta' kulħadd; billi qed isiru sforzi konsiderevoli biex tiġi sostnuta kooperazzjoni intensa bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti u fost l-Istati Membri nfushom fir-rigward tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi t-taħditiet bilaterali intensivi dwar il-gwerra Russa ta' aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna naqsu milli jiksbu kwalunkwe tip ta' żvilupp lejn soluzzjoni sostenibbli għal din il-kriżi;

AK.

billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill Affarijiet Barranin, inklużi kemm il-ministri tal-affarijiet barranin kif ukoll dawk tad-difiża, iltaqgħu f'diversi okkażjonijiet biex jiddiskutu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jiddeċiedu dwar l-istrateġija tal-UE biex din tiġi indirizzata; billi l-UE indirizzat l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna b'sanzjonijiet li baqgħu jiżdiedu; billi saru skambji ta' fehmiet dwar l-arkitettura tas-sigurtà tal-Ewropa fid-dawl tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-VP/RGħ; billi l-Kumitat Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Parlament organizza missjoni ad hoc fl-Ukrajna bejn it-30 ta' Jannar u t-2 ta' Frar 2022;

AL.

billi l-OSKE tibqa' qafas xieraq għad-diskussjoni dwar kif għandu jissaħħaħ l-ordni ta' sigurtà Ewropew komuni fl-interess ta' kulħadd;

AM.

billi b'reazzjoni diretta għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri tal-UE, b'mod partikolari l-Ġermanja, saħħew bil-kbir il-baġits tad-difiża tagħhom;

AN.

billi diversi Stati Membri qed jipprovdu għajnuna militari bilaterali lill-Ukrajna biex tgħin lill-forzi armati tal-Ukrajna fid-difiża tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

AO.

billi għadd ta' Stati Membri tal-UE ddeċidew li jirrispondu b'mod pożittiv għat-talbiet tal-Ukrajna għal tagħmir militari; billi diversi Stati Membri tal-UE, ibda bl-istati Baltiċi u l-Polonja, bagħtu armi lill-Ukrajna biex jassistu lill-forzi armati Ukreni b'armi sofistikati ħalli jirreżistu l-forzi tal-invażjonijiet tar-Russja; billi l-brigata Litwana-Pollakka-Ukrena hija l-ewwel u l-akbar struttura għat-taħriġ u l-manuvri bejn il-forzi armati Ewropej u dawk Ukreni;

AP.

billi l-UE adottat żewġ miżuri ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi li se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u r-reżiljenza tal-forzi armati tal-Ukrajna u għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili kontra l-aggressjoni militari li għaddejja bħalissa; billi l-miżuri ta' assistenza, b'valur totali ta' EUR 1,5 biljun, se jiffinanzjaw il-forniment ta' tagħmir u provvisti lill-forzi armati Ukreni, inkluż, għall-ewwel darba, tagħmir letali;

AQ.

billi f'Novembru 2021, il-Kunsill ħabbar pakkett ta' 14-il proġett ġdid tal-kapaċitajiet tal-PESCO għas-sigurtà tal-art, marittima, tal-ajru, ċibernetika u tal-ispazju; billi fit-22 ta' Frar 2022, it-Tim ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku ffinanzjat mill-PESCO ħabbar l-iskjerament ta' esperti taċ-ċibersigurtà biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-attakki ċibernetiċi tar-Russja kontra l-entitajiet Ukreni;

AR.

billi l-Boxxla Strateġika li għadha kif ġiet adottata trid tipprovdi l-PSDK bl-ambizzjoni politika u strateġika, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa biex tiġġenera bidla pożittiva, b'mod partikolari fil-viċinat strateġiku tagħha; billi r-rieda politika fost l-Istati Membri tal-UE hija kruċjali fl-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika; billi l-għan tal-Boxxla Strateġika huwa li tagħti impatt pożittiv fir-rigward tal-ħeffa u r-robustezza ta' rispons komuni għall-isfidi ġeopolitiċi u globali, filwaqt li jagħti prijorità lil difiża Ewropea ġenwina kontra ambjent ta' theddid emerġenti;

AS.

billi l-Kummissjoni adottat pakkett ġdid ta' assistenza makrofinanzjarja ta' emerġenza ta' EUR 1,2 biljun għall-Ukrajna sabiex tgħin lill-pajjiż jiffaċċja l-isfidi ekonomiċi u ġeopolitiċi attwali u jindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu minħabba l-azzjonijiet aggressivi tar-Russja; billi l-Kummissjoni se talloka wkoll EUR 120 miljun addizzjonali lill-Ukrajna, u b'hekk iżżid b'mod sinifikanti l-assistenza bilaterali tagħha lill-pajjiż f'għotjiet din is-sena; billi l-UE se tkompli tinvesti fil-futur tal-Ukrajna permezz tal-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment, li għandu l-għan li jikseb sa EUR 6,5 biljun f'investimenti matul il-ftit snin li ġejjin;

AT.

billi l-UE u l-alleati tagħha adottaw pakketti wiesgħa u mingħajr preċedent ta' sanzjonijiet u miżuri b'reazzjoni għall-atti ta' aggressjoni tar-Russja fuq l-integrità territorjali tal-Ukrajna, li jwaqqfu l-aċċess tar-Russja għas-swieq kapitali tal-Punent, jiffriżaw l-assi u jipprojbixxu tranżazzjonijiet fuq tliet banek Russi, kif ukoll jeskludu l-banek ewlenin mis-sistema SWIFT;

AU.

billi s-sanzjonijiet fis-settur tal-enerġija jagħmluha aktar diffiċli u aktar għalja għar-Russja biex ittejjeb ir-raffineriji taż-żejt tagħha; billi l-UE pprojbixxiet l-esportazzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta' inġenji tal-ajru u tagħmir relatat lil-linji tal-ajru Russi, kif ukoll is-servizzi kollha relatati ta' tiswija, manutenzjoni jew dawk finanzjarji; billi l-ispazju tal-ajru għall-inġenji tal-ajru kollha li huma proprjetà tar-Russja, irreġistrati fir-Russja jew ikkontrollati mir-Russja ngħalaq mill-Punent; billi dawn l-inġenji tal-ajru mhux se jibqgħu jkunu jistgħu jinżlu, jitilqu minn jew itiru fuq it-territorju tal-UE u l-alleati tagħha; billi l-Punent qed jespandi l-ambitu tal-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju biex jillimita l-aċċess tar-Russja għal teknoloġija kruċjali, bħas-semikondutturi jew is-software mill-aktar avvanzat; billi l-UE pprojbixxiet l-aċċess lid-diplomatiċi Russi u l-gruppi relatati u lill-kummerċjanti flimkien mal-istrumenti tal-media Russi li huma proprjetà tal-Istat, Russia Today u Sputnik, kif ukoll is-sussidjarji tagħhom; billi l-ħames pakkett ta' sanzjonijiet tal-UE jinkludi 217-il individwu addizzjonali u 18-il entità u jżid embargo fuq il-faħam mal-lista ta' sanzjonijiet;

AV.

billi s-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja u l-Belarussja jirrappreżentaw turija bla preċedent tal-unità min-naħa tal-Istati Membri tal-UE u wasslu għal ħsara ekonomika sinifikanti lill-pilastri ewlenin tal-ekonomiji tar-Russja u tal-Belarussja, li s'issa rriżulta fil-kollass temporanju tar-rublu, żieda fir-riskju ta' inadempjenzi tal-bonds, l-għeluq temporanju tal-borża ta' Moska, tnaqqis tremend għall-kummerċ taż-żejt Russu, u l-esklużjoni tar-Russja minn firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

AW.

billi s-sanzjonijiet kontra r-Russja qed jagħmlu ħsara reali u jistgħu jwasslu għal reċessjoni; billi r-rublu kkollassa temporanjament, ir-riskju ta' inadempjenza tal-bonds żdied f'daqqa, il-borża ta' Moska ngħalqet u l-kummerċ taż-żejt Russu jinsab fi skontijiet dejjem aktar profondi;

AX.

billi l-Ukrajna applikat formalment għas-sħubija fl-UE fit-28 ta' Frar 2022, u ġiet segwita malajr minn applikazzjonijiet għal sħubija fl-UE mir-Repubblika tal-Moldova u mill-Georgia fit-3 ta' Marzu 2022;

AY.

billi fid-dawl tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Istati Membri qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' għadd bla preċedent ta' persuni spostati hekk kif l-Ukreni qed jaħarbu lejn postijiet sikuri; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati qed jistenna li jkun hemm bejn 6 u 8 miljun rifuġjat; billi l-maġġoranza tar-rifuġjati ħarbu lejn Stati Membri ġirien tal-UE, b'mod partikolari l-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija u s-Slovakkja, kif ukoll lejn il-ġar diġà fraġli tal-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, li wassal għal pressjoni kbira ħafna biex jiġu pprovduti risistemazzjoni u assistenza; billi l-Kummissjoni attivat il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili biex tappoġġja lill-Ukrajna u lill-pajjiżi tal-fruntieri; billi adottat proposta leġiżlattiva bit-titolu “Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)”; billi ppreżentat strumenti finanzjarji ewlenin, inklużi EUR 500 miljun mill-baġit tal-UE, l-estensjoni proposta tal-perjodu ta' implimentazzjoni għall-flus disponibbli għall-Istati Membri taħt il-fondi tal-affarijiet interni tal-2014-2020, u l-użu tal-fondi tal-affarijiet interni għall-2021-2027;

AZ.

billi ftit wara l-bidu tal-invażjoni Russa, il-Kunsill Ewropew, għall-ewwel darba, qabel b'mod unanimu dwar l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (34) li immedjatament tat status protett kif ukoll aċċess għas-saħħa, l-edukazzjoni, ix-xogħol u r-residenza tal-UE liċ-ċittadini u lir-rifuġjati Ukreni kollha u lil dawk kollha li għal żmien twil għexu fl-Ukrajna li qed jaħarbu mill-Ukrajna;

BA.

billi l-Inizjattiva dwar it-Tliet Ibħra (3SI), li tinvolvi 12-il pajjiż fuq il-ġnub tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE u madwar 112-il miljun ċittadin li jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw in-networks tal-infrastruttura, l-enerġija, it-trasport u dawk diġitali, hija żvilupp kritiku li jista' jiġi estiż biex jinkludi lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fi sforz biex ikomplu jsaħħu r-rabtiet mal-UE;

BB.

billi l-Parlament Ewropew jappoġġja bis-sħiħ il-Pjattaforma Internazzjonali tal-Krimea, li tnediet f'Awwissu 2021 fi Kyiv mill-Ukrajna, mill-Istati Membri tal-UE u minn sħab internazzjonali oħra biex tiġi żviluppata inizjattiva mill-President tal-Ukrajna; billi l-pjattaforma hija format importanti għall-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni mmirati lejn iż-żieda tal-effettività tar-rispons internazzjonali għall-okkupazzjoni illegali li għaddejja tal-Krimea, filwaqt li tafferma mill-ġdid in-nuqqas ta' rikonoxximent tal-annessjoni tagħha u l-ksib tat-tneħħija tal-okkupazzjoni tal-Ukrajna u r-ritorn paċifiku tagħha għall-kontroll tal-Ukrajna; billi l-pjattaforma qed twieġeb għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja billi żżid il-pressjoni internazzjonali fuq il-Kremlin, waqt li tipprevjeni aktar ksur tad-drittijiet u tipproteġi lill-vittmi tar-reġim ta' okkupazzjoni;

BC.

billi r-Russja qed tkompli l-passaportizzazzjoni illegali tagħha ta' ċittadini Ukreni fit-territorji okkupati temporanjament taż-żoni Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna;

BD.

billi fis-26 ta' Frar 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fassal abbozz ta' test li jikkundanna l-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna, li ġie rrifjutat mir-Russja u li minnu astjenew iċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda;

BE.

billi fit-2 ta' Marzu 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat riżoluzzjoni mhux vinkolanti li titlob waqfien immedjat għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi l-vot għadda b'maġġoranza kbira ta' 140 pajjiż favur, ħames voti kontra u 38 astensjoni;

BF.

billi fis-16 ta' Marzu 2022, il-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali Karim Khan, mar-ritorn tiegħu minn żjara fl-Ukrajna, iddikjara li “jekk l-attakki jiġu mmirati intenzjonalment kontra l-popolazzjoni ċivili: dan huwa reat li l-uffiċċju tiegħi jista' jinvestiga u jressaq quddiem il-liġi”;

BG.

billi fis-7 ta' April 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU vvutat li tissospendi lir-Russja mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

BH.

billi b'reazzjoni għall-invażjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata mir-Russja tal-Ukrajna fi Frar 2022, in-NATO użat eluf ta' forzi ta' difiża addizzjonali tal-art, tal-ajru u marittimi fil-parti tal-Lvant tal-Alleanza; billi l-Alleanza attivat il-Forza ta' Rispons tan-NATO;

BI.

billi n-NATO qed tgħin fil-koordinazzjoni tat-talbiet tal-Ukrajna għall-assistenza u qed tappoġġja lill-alleati tagħha stess fl-għoti ta' għajnuna umanitarja u mhux letali;

BJ.

billi n-NATO kkonfermat mill-ġdid il-Politika tagħha dwar il-Bibien Miftuħa; billi l-alleati tan-NATO qed ipoġġu l-forzi fuq stat ta' allert u jibagħtu vapuri u ġettijiet tal-ġlied addizzjonali għall-iskjeramenti tan-NATO fl-Ewropa tal-Lvant, filwaqt li jsaħħu d-deterrenza u d-difiża alleati;

BK.

billi għadd ta' inġenji tal-ajru Russi mingħajr bdot abbord daħlu fl-ispazju tal-ajru ta' diversi membri tan-NATO qabel ma kkraxxjaw fit-territorji tagħhom, bi ksur ċar tal-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi membri tan-NATO;

BL.

billi fit-8 ta' Marzu 2022, il-President Zelenskyy tal-Ukrajna ħabbar li mhux se jkompli jsegwi l-adeżjoni tan-NATO u li l-Ukrajna hija lesta li tikkomprometti l-istatus tar-reġjuni separatisti ta' Luhansk u Donetsk tal-Ukrajna kkontrollati mir-Russja;

BM.

billi l-UE għandha tkun qed twieġeb għat-theddid tal-Kremlin mhux biss b'miżuri ta' sigurtà ibsin bħat-twassil ta' armi lill-Ukrajna biex tgħinha tiddefendi lilha nnifisha, iżda wkoll bl-użu ta' setgħa ta' persważjoni ta' strumenti Ewropej bħall-għoti ta' status ta' kandidat għall-adeżjoni;

BN.

billi l-PSDK trid tkun ibbażata fuq koordinazzjoni u kooperazzjoni saħansitra aktar mill-qrib mal-qagħda ta' difiża u deterrenza tan-NATO u mal-Politika dwar il-Bibien Miftuħa, b'rispett sħiħ għall-arranġamenti ta' sigurtà tal-Istati Membri tal-UE, minbarra l-ħtieġa ta' koordinazzjoni mill-qrib bejn l-UE u n-NATO sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-Boxxla Strateġika tal-UE u l-kunċett Strateġiku li jmiss tan-NATO; billi xi wħud mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandhom aspirazzjonijiet li jissieħbu fin-NATO;

BO.

billi bejn l-2014 u l-bidu tal-gwerra, l-Istati Uniti pprovdew aktar minn USD 2,9 biljun f'assistenza għas-sigurtà lill-Ukrajna, b'allokazzjoni annwali ta' USD 393 miljun mill-2021, li għamel lill-Ukrajna l-akbar riċevitur uniku ta' għajnuna militari barranija fl-Ewropa, filwaqt li kull sena l-Istati Uniti jħarrġu wkoll erba' brigati tal-forzi armati Ukreni; billi l-Istati Uniti pprovdew tagħmir letali lill-Ukrajna u ħabbru, l-aktar reċentement, pakkett ta' assistenza ta' USD 800 miljun li jinkludi armi tqal, artillerija, droni u munizzjon, li wassal biex l-ammont totali ta' assistenza tas-sigurtà tal-Istati Uniti għall-Ukrajna jaqbeż il-USD 4 biljun u li għadu jiżdied sa mill-bidu tal-gwerra;

BP.

billi fis-27 ta' Jannar 2022, il-Parlament tar-Renju Unit u l-Verkhovna Rada tal-Ukrajna ffirmaw ftehim ta' akkwist militari biex l-Ukrajna tiġi pprovduta bi proġetti ta' investiment fl-2022 sal-2023; billi l-ftehim militari għandu valur totali ta' GBP 1,7 biljun u għandu l-għan li jespandi l-kapaċitajiet navali tal-Ukrajna;

BQ.

billi mid-9 ta' Frar 2022, l-għajnuna ta' emerġenza tar-Renju Unit lill-Ukrajna issa laħqet l-ammont ta' GBP 400 miljun, u billi r-Renju Unit qiegħed elf truppa fuq stat ta' allert għall-iskjerament lejn l-Ewropa tal-Lvant sabiex jipprovdu sigurtà għar-rifuġjati tal-Ukrajna;

BR.

billi r-Renju Unit jipprovdi bini tal-kapaċitajiet u taħriġ mhux letali lil aktar minn 20 000 membru tal-persunal tal-forzi armati Ukreni u forna sistemi ta' difiża; billi r-Renju Unit ipprovda wkoll lill-Ukrajna tagħmir ta' armi letali;

BS.

billi l-Kanada nediet l-Operazzjoni UNIFIER, il-Programm ta' Taħriġ u Kooperazzjoni Militari, u l-Proġett ta' Assistenza għat-Taħriġ tal-Pulizija, li b'mod kollettiv ħarreġ aktar minn 30 000 membru tal-forzi tas-sigurtà u tas-servizzi tal-pulizija tal-Ukrajna u pprovda tagħmir tattiku u armi; billi bejn Jannar u April 2022, il-Kanada impenjat aktar minn CAD 118-il miljun f'tagħmir militari biex tappoġġja lill-Ukrajna u allokat CAD 500 miljun f'għajnuna militari addizzjonali għall-Ukrajna għas-sena fiskali 2022-2023;

BT.

billi n-Norveġja tat armi kontra t-tankijiet u sistemi ta' difiża tal-ajru flimkien ma' pakkett komprensiv ta' għajnuna militari mhux letali bħal ġkieket kontra l-balal, elmi, porzjonijiet ta' ikel fuq il-post u provvisti essenzjali oħra, filwaqt li allokat ukoll aktar minn EUR 40 miljun b'appoġġ għall-Ukrajna;

BU.

billi l-Ġappun ipprovda għajnuna militari mhux letali, inklużi ġkieket kontra l-balal, elmi, ġeneraturi tal-enerġija u ikel, minbarra self ta' USD 100 miljun lill-Ukrajna;

BV.

billi l-Bord Konsultattiv għar-Riforma tad-Difiża, magħmul minn esperti ta' livell għoli mill-Istati Uniti, mir-Renju Unit, mill-Kanada, mill-Polonja, mill-Ġermanja u mil-Litwanja, huwa l-korp konsultattiv internazzjonali tal-ogħla livell fl-Ukrajna;

BW.

billi r-rwol dejjem aktar attiv taċ-Ċina fil-kompetizzjoni fir-reġjun għall-influwenza politika, soċjali u ekonomika qed jikber fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, fejn l-investiment Ċiniż, fosthom permezz tal-Inizjattiva “Belt and Road”, tgħaqqad self irħis li jixpruna l-proporzjonijiet tad-dejn mal-PDG bl-eżitu previst li jkun inadempjenza fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li jwassal għal rikumpens aggressiv, ħafna drabi fil-forma ta' sjieda ta' infrastruttura strateġika u allinjament tal-politika;

BX.

billi l-influwenza ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Iran, fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant hija fil-biċċa l-kbira kkonċentrata fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, fejn l-influwenza kulturali, reliġjuża, politika u ekonomika tal-Iran li ilha teżisti qed tkompli tikber, li jwassal għar-riskju li tiġi mminata s-sigurtà u l-istabbiltà ta' xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant minħabba tentattivi ta' qtil marbuta mal-ħaddiema tal-Korp ta' Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-Iran fil-Georgia u fl-Ażerbajġan, u dan joħloq aktar tħassib għall-isforzi tal-UE biex tippromwovi s-sigurtà, l-istabbiltà u r-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat fost il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

BY.

billi l-kunflitt ta' 44 jum skattat mill-Ażerbajġan biddel fundamentalment l-istatus quo politiku, strateġiku u operazzjonali tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, li rriżulta f'eluf ta' mwiet, għexieren ta' eluf ta' persuni spostati u wassal għall-iskjerament mir-Russja ta' madwar 2 000 truppa hekk imsejħa għaż-żamma tal-paċi fil-kuritur ta' Lachin u fi u madwar Nagorno-Karabakh bħala parti mill-ftehim ta' waqfien mill-ġlied tal-10 ta' Novembru 2020; billi l-ġlied bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja għadu għaddej u l-kunflitt ta' Nagorno-Karabakh ma ġiex solvut; billi r-Russja mhux se tkun tista' ssolvi waħedha kunflitt li beda fl-ispazju post-Sovjetiku; billi n-nuqqas ta' prospettiva strateġika tal-UE u l-inizjattiva diplomatika ppermettew lir-Russja, lit-Turkija, lill-Iran u lil atturi oħra jsaħħu l-influwenza tagħhom fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;

BZ.

billi l-pipeline ewlieni biex jipprovdi l-gass lil Nagorno-Karabakh saritlu ħsara u t-territorju kkontestat tħalla mingħajr aċċess għall-provvisti tal-enerġija fit-8 ta' Marzu 2022 bħala riżultat ta' impenji militari kontinwi bejn il-forzi tal-Armenja u tal-Ażerbajġan f'Nagorno-Karabakh;

CA.

billi fil-bidu ta' Jannar 2022, il-forzi tas-CSTO (immexxija mill-militar Russu u li jinkludu wkoll truppi mill-Belarussja u mill-Armenja, fost l-oħrajn) intervenew fil-Każakistan, fuq talba tal-gvern tal-pajjiż, biex jgħinu fit-twaqqif tal-inkwiet ċivili sabiex jiġi żgurat li jkompli jiggverna r-reġim attwali u biex l-organizzazzjoni tintuża biex tappoġġja l-interessi tiegħu;

CB.

billi l-Federazzjoni Russa qed tkompli ssaħħaħ aktar il-preżenza militari illegali tagħha fit-territorji okkupati tal-Georgia tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar, biex tintensifika l-akkumulazzjoni militari u l-eżerċizzji militari tagħha, biex tinvolvi ruħha f'passaportizzazzjoni u biex iżżid l-“istabbiliment ta' fruntieri” permezz tal-installazzjoni ta' ċnut tal-fildiferru mxewwek u ostakli oħra tul il-Linja ta' Demarkazzjoni Amministrattiva, bil-konsegwenza tad-destabbilizzazzjoni serja tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post u b'periklu għall-għajxien tal-popolazzjoni fiż-żoni affettwati mill-kunflitti;

CC.

billi s-suċċess ta' kwalunkwe missjoni tal-PSDK jiddependi mir-robustezza tal-mandat tiegħu u mil-livell ta' rieda politika u l-koeżjoni tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi sħab, kif ukoll mir-rieda tal-Istati Membri li jinvestu l-għarfien espert, l-assi, il-persunal u r-riżorsi tagħhom;

CD.

billi l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) tal-UE se jkollha tikkunsidra kif tipproteġi l-missjonijiet skjerati mmexxija mill-UE u l-persunal ċivili tal-UE kontra tali theddid li qed jiżdied;

CE.

billi jekk il-missjonijiet tal-PSDK iridu jilħqu l-objettivi tal-missjoni tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jinkludi kompiti konsultattivi u ta' taħriġ biex ilaħħqu mat-teknoloġiji emerġenti u fixkiela li malajr qed jidħlu fl-ambjent ta' “kunflitt iffriżat”; billi l-missjonijiet tal-PSDK fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant iridu jibqgħu fis-seħħ sakemm jitqiesu meħtieġa mill-pajjiżi riċevituri u mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-objettivi tal-missjoni;

CF.

billi l-Kunsill bħalissa qed jiddiskuti għażliet biex tiżdied il-preżenza tal-PSDK fl-Ukrajna;

CG.

billi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM) hija missjoni ċivili mnedija fl-2014, fuq talba tal-Gvern tal-Ukrajna, biex l-UE tappoġġja r-riforma tal-infurzar tal-liġi u tal-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt, u b'hekk terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fost iċ-ċittadini tal-Ukrajna wara l-avvenimenti vjolenti li seħħew fir-rivoluzzjoni tal-Ukrajna;

CH.

billi l-EUAM identifikat ħames oqsma ta' prijorità, inklużi s-sigurtà nazzjonali u tal-istat, il-kriminalità organizzata u transfruntiera, il-ġustizzja kriminali, is-sikurezza tal-komunità u l-ġestjoni tal-pulizija, u t-trasformazzjoni u l-innovazzjoni diġitali, fl-appoġġ tar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili fl-Ukrajna b'baġit annwali ta' EUR 29,5 miljun u persunal awtorizzat ta' 371 ruħ, inklużi ċittadini Ukreni u persunal minn pajjiżi oħra mhux tal-UE, u mandat li wasal biex jiġġedded fl-2024;

CI.

billi l-EUAM tkopri tliet oqsma ta' operazzjoni: l-għoti ta' pariri strateġiċi għall-iżvilupp ta' dokumenti strateġiċi u ta' leġiżlazzjoni; l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' riformi permezz ta' pariri prattiċi, taħriġ u tagħmir; u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex jiġu żgurati l-koerenza u l-isforzi ta' riforma bejn l-Ukrajna u l-atturi internazzjonali;

CJ.

billi l-EUAM qed twettaq l-attivitajiet tagħha bi sħubija mal-Kunsill tas-Sigurtà nazzjonali u mas-Servizz tal-Intelligence Barranija tal-Ukrajna; billi l-EUAM taħdem mas-sistema tal-qorti tal-Ukrajna permezz tal-prosekuturi tagħha biex tiżgura l-indipendenza u l-effiċjenza tal-prosekuzzjoni; billi l-EUAM tħarreġ u toffri tagħmir lill-forzi tal-pulizija tal-Ukrajna permezz tal-uffiċċji reġjonali tagħha fuq il-post u l-kollaborazzjoni mal-provinċji ġirien; billi l-EUAM tiffoka l-inizjattivi tagħha ta' taħriġ tal-pulizija permezz tal-għoti ta' pariri strateġiċi u “Djalogu dwar is-Sikurezza tal-Komunità” u tħarreġ lill-pulizija lokali f'oqsma ewlenin;

CK.

billi l-EUAM tikkollabora mal-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA) tal-Europol biex tassisti lill-awtoritajiet tal-Ukrajna f'miżuri ta' bini tal-kapaċitajiet u fil-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

CL.

billi l-ħidma tal-EUAM biex tassisti r-riforma tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna (SSU) tibqa' l-prijorità tagħha u trid tiffoka l-appoġġ tagħha għall-implimentazzjoni tar-riforma biex tiżgura li l-SSU gradwalment jelimina s-setgħat investigattivi ta' qabel il-proċess, jiddemilitarizza s-servizz, ikollu diviżjoni ċara tal-kompetenzi ma' aġenziji oħra tas-sigurtà, jagħmel sorveljanza effettiva, u jnaqqas il-kapaċità tiegħu; billi, jekk jiġi implimentat kif xieraq, l-abbozz ta' Liġi 3196 jistipula li l-SSU jikkonċentra l-isforzi tiegħu fuq il-counter-intelligence, il-kontroazzjoni għat-theddid għas-sigurtà tal-istat, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-istat nazzjonali u l-integrità territorjali, u l-protezzjoni tas-sigrieti tal-istat; billi r-riformi meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżvilupp demokratiku jitolbu li l-SSU ssirlu: separazzjoni ċara tal-funzjonijiet, tneħħija mill-investigazzjoni ta' reati ekonomiċi u ta' korruzzjoni (ħlief f'każijiet eċċezzjonali meta dan jiġi awtorizzat mill-Avukat Ġenerali), indipendenza politika, demilitarizzazzjoni u ottimizzazzjoni ulterjuri, trasparenza u responsabbiltà akbar, u enfasi miżjuda fuq il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;

CM.

billi l-assistenza tal-EUAM fl-istabbiliment tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika (BES), li jimmira l-kriminalità finanzjarja madwar l-Ukrajna, hija sforz ewlieni ta' riforma; billi l-għażla trasparenti tal-persunal tal-BES u x-xoljiment tas-Servizz Fiskali tal-Istat huma kritiċi għat-tnaqqis gradwali tal-influwenza tal-oligarka fuq l-ekonomija tal-Ukrajna; billi l-BES mistenni li jiret setgħat investigattivi ta' qabel il-proċess mill-SSU fl-isfera tas-sigurtà ekonomika u jrid jappoġġja l-isforzi tal-Ukrajna biex tirreżisti l-pressjoni mill-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi;

CN.

billi fl-2020, l-EUAM stabbiliet ir-raba' uffiċċju tagħha fuq il-post f'Mariupol biex tappoġġja l-implimentazzjoni ta' riformi mmexxija ċentralment fil-livell reġjonali u lokali bħat-taħriġ u l-għoti ta' pariri lill-awtoritajiet lokali tal-infurzar tal-liġi, u dan jirrifletti r-rwol dejjem akbar tal-EUAM fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Ukrajna fil-pajjiż kollu u x-xewqa tal-Ukrajna li tallinja mal-objettivi tal-PSDK; billi l-uffiċċju fuq il-post f'Mariupol ġie evakwat u mbagħad inqered bħala riżultat tal-attakk militari tar-Russja;

CO.

billi bħala riżultat tal-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna, il-persunal internazzjonali kollu kien sfurzat li jiġi evakwat b'mod sikur mill-pajjiż; billi l-Missjoni tkompli żżomm kuntatt mal-kontropartijiet tal-Ukrajna u tibqa' fuq stat ta' allert sakemm jaslu aktar struzzjonijiet mill-kwartieri ġenerali tal-UE;

CP.

billi, bħala riżultat tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-persunal kollu tal-Istati Membri tal-PSDK tal-EUAM Ukrajna ġie evakwat;

CQ.

billi l-Missjoni tal-UE ta' Assistenza fil-Fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna (EUBAM) hija missjoni ċivili li ġiet imnedija fl-2005; billi għandha mandat mhux eżekuttiv li ttejjeb il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tal-fruntieri tal-gwardji tal-fruntieri, l-awtoritajiet doganali u l-infurzar tal-liġi fl-Ukrajna u fir-Repubblika tal-Moldova b'baġit annwali ta' EUR 12-il miljun u persunal ta' aktar minn 200 membru, b'mandat li wasal biex jiġġedded f'Novembru 2023;

CR.

billi l-EUBAM tassisti lir-Repubblika tal-Moldova u lill-Ukrajna biex jissodisfaw l-obbligi taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), bħala parti mill-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni tagħhom mal-UE, u hija mfassla biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-fruntiera u doganali tal-Moldova u tal-Ukrajna; billi hija inkarigata: mill-ġlieda kontra l-frodi doganali, il-kuntrabandu tad-droga, il-migrazzjoni irregolari u t-traffikar ta' bnedmin; mill-appoġġ għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri; u mill-assistenza għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt tat-Tranżnistrija permezz tal-proċess “5+2”;

CS.

billi l-kuntrabandu tat-tabakk, inklużi prodotti ffalsifikati, kien qed jikkawża telf stmat ta' EUR 10 biljun fis-sena għall-baġits tal-Istat tar-Repubblika tal-Moldova, tal-Ukrajna u tal-Istati Membri; billi mill-2020-2021, l-EUBAM impedixxiet bosta operazzjonijiet ta' kuntrabandu, ħatfet ammonti kbar ta' munizzjon, tabakk, alkoħol, etanol u eroina;

CT.

billi l-EUBAM qed tassisti lis-servizzi tal-fruntiera tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Ukrajna fl-iżvilupp ta' indikaturi komuni ġenerali użati għall-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar;

CU.

billi t-Task Force dwar id-Drogi tal-EUBAM tfittex li tinvolvi lis-servizzi sħab tal-Missjoni ma' awtoritajiet oħra tal-infurzar tad-droga fir-reġjun; billi l-EUBAM tikkollabora ma' bosta organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-Europol, il-Frontex u l-OSKE permezz tal-Grupp ta' Ħidma tagħha dwar l-Armi, l-Operazzjonijiet Konġunti ORION II u inizjattivi “EU 4 Border Security”;

CV.

billi l-EUBAM kienet avukat konsistenti tal-ftuħ mill-ġdid tal-kurituri tat-trasport internazzjonali li jaqsmu t-Tranżnistrija u tiżviluppa u taġixxi bħala avukat għal miżuri tekniċi għat-tisħiħ tal-fiduċja bejn Chisinau u Tiraspol dwar it-trasport, id-dwana, il-kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji, u kwistjonijiet ta' infurzar tal-liġi;

CW.

billi l-EUBAM tikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitt Tranżnistrijan permezz ta' miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja u bħala preżenza ta' monitoraġġ fil-parti Tranżnistrijana tal-fruntiera bejn il-Moldova u l-Ukrajna;

CX.

billi l-Federazzjoni Russa żżomm l-hekk imsejħa missjoni ta' żamma tal-paċi fit-Tranżnistrija ta' madwar 500 suldat u l-Grupp Operattiv tat-Truppi Russi (OGRT) ta' madwar 1 500 suldat, teżerċita kontroll fuq il-gruppi armati tas-separatisti tat-Tranżnistrija u tospita aktar minn 100 eżerċizzju militari konġunt kull sena mat-Tranżnistrija; billi huwa mħasseb dwar it-tentattivi mis-separatisti minn Tiraspol biex jiksbu rikonoxximent tal-indipendenza tat-Tranżnistrija fl-4 ta' Marzu 2022;

CY.

billi bħala riżultat tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, is-sikurezza u s-sigurtà tal-missjoni tal-EUBAM PSDK Moldova huma serjament ipperikolati u jistgħu jwasslu għall-evakwazzjoni eventwali tagħha mill-pajjiż;

CZ.

billi l-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM) hija missjoni ċivili li ġiet imnedija fl-2008, wara l-Ftehim ta' Sitt Punti medjat mill-UE li temm il-gwerra bejn il-Georgia u r-Russja; billi fit-13-il sena tal-eżistenza tagħha, l-EUMM irrappreżentat l-impenn politiku qawwi tal-UE fir-reġjun billi kkontribwiet għat-tisħiħ tal-fiduċja u għan-normalizzazzjoni, u pprovdiet stabbiltà fil-prattika fost il-partijiet involuti fil-kunflitt u fir-reġjun usa';

DA.

billi l-EUMM bħalissa tospita 325 membru tal-Missjoni, inklużi aktar minn 200 osservatur ċivili b'baġit allokat ta' EUR 44,8 miljun u mandat li wasal biex jiġġedded f'Diċembru 2022;

DB.

billi l-mandat oriġinali mill-2008 għadu l-istess fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ġlied tat-12 ta' Awwissu 2008, medjat mill-EU, bejn il-Georgia u r-Russja, li jitlob: li ma jsir l-ebda rikors għall-użu tal-vjolenza, il-waqfien tal-ostilitajiet, l-għoti ta' aċċess għall-għajnuna umanitarja, ir-ritorn tal-forzi armati tal-Georgia għall-kwartieri tas-soltu tagħhom, l-irtirar tal-forzi armati Russi għall-pożizzjonijiet ta' qabel l-ostilità u l-ftuħ ta' diskussjoni internazzjonali dwar is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja;

DC.

billi r-Russja ma tikkonformax mal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ġlied bejn il-Georgia u r-Russja, medjat mill-UE, tat-12 ta' Awwissu 2008, peress li żżomm preżenza tal-forzi armati tagħha illegalment, u l-aġenti tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB) u l-Gwardji tal-Fruntiera tal-Federazzjoni Russa fir-reġjuni separatisti tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar; billi hija ma tippermettix l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' sigurtà internazzjonali fil-prattika, u bl-istess mod tipprevjeni lill-EUMM milli tidħol fit-territorji okkupati mir-Russja, li huwa ostakolu kritiku għat-twettiq tal-objettivi tal-missjoni; billi l-mandat tal-EUMM huwa validu fil-Georgia kollha; billi l-EUMM qed tħabbat wiċċha mal-isforzi tat-Russja li tistabbilixxi l-fruntieri, u dan jinvolvi li l-linji ta' demarkazzjoni amministrattiva jiġu mmexxija fit-territorju Georgjan u b'hekk tkompli tiġi estiża l-okkupazzjoni territorjali tal-Georgia;

DD.

billi l-ksur evidenti tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ġlied, medjat mill-UE, tat-12 ta' Awwissu 2008 u tal-waqfien mill-ġlied mill-Federazzjoni Russa għadu għaddej u ħafna drabi jintlaqa' b'rispons jew b'sejħiet għal azzjoni limitati mill-Istati Membri, jew bl-ebda rispons, u dan iġib miegħu r-riskju li r-Russja tiġi mħeġġa twettaq aktar azzjonijiet bħal dawn; billi saru arresti illegali fil-Linji ta' Demarkazzjoni Amministrattiva u attivitajiet illegali ta' “stabbiliment ta' fruntieri”;

DE.

billi l-EUMM ma hijiex missjoni ċivili tipika minħabba l-mandat tagħha u tiffoka fuq l-attivitajiet ta' monitoraġġ, il-bini ta' kompetenza ċivili u l-fatt li din tmexxi attivitajiet ta' tisħiħ tal-fiduċja permezz ta' għotjiet żgħar u proġetti mmirati bejn iż-żewġ naħat; billi l-mandat jippermettilha tiffoka fuq it-theddid ibridu, id-drittijiet tal-bniedem, il-minoranzi u l-aspetti ambjentali tas-sigurtà; billi l-EUMM ħolqot Kumitat Konsultattiv dwar il-Gwerra Ibrida u għandha kuntatti regolari mal-Uffiċċju ta' Kollegament tan-NATO u mat-tim li jimplimenta l-Pakkett Sostanzjali bejn in-NATO u l-Georgia;

DF.

billi l-EUMM tiffaċilita l-laqgħat tal-Mekkaniżmu għall-Prevenzjoni u r-Rispons għall-Inċidenti f'Ergneti u tiżgura r-regolarità ta' dawn il-laqgħat li jindirizzaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-prattika, u li jinkludu l-Gvern tal-Georgia, ir-reġjuni separatisti u l-Federazzjoni Russa; billi, sfortunatament, hemm mekkaniżmu pendenti simili f'Gali, l-Abkażja;

DG.

billi l-EUMM għandha ħtieġa kostanti li tespandi l-fokus analitiku u l-kapaċitajiet tagħha biex tindirizza t-theddid ibridu persistenti u għalhekk tirrikjedi baġit u riżorsi suffiċjenti;

DH.

billi l-EUMM hija mira ta' attivitajiet ta' diżinformazzjoni, speċjalment minn strumenti tal-media u kanali tal-media soċjali bbażati fir-reġjuni okkupati appoġġjati mir-Russja, li jġiegħlu lill-EUMM torganizza r-riżorsi interni tagħha biex tipprovdi l-kooperazzjoni meħtieġa u tesplora modi kif tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni;

DI.

billi l-EUMM kienet qed timmaniġġja “Hotline”, mekkaniżmu għat-tisħiħ tal-fiduċja li jservi bħala kanal ta' komunikazzjoni sinifikanti disponibbli 24 siegħa kuljum bejn il-Gvern tal-Georgia u l-awtoritajiet de facto fl-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar, inklużi l-gwardji tal-fruntiera tal-Federazzjoni Russa skjerati fiż-żewġ reġjuni, dwar inċidenti fuq il-post; billi fl-2021 din il-Hotline ġiet attivata aktar minn 2 100 darba; billi l-EUMM tappoġġja l-formati tan-negozjati u l-kanali ta' komunikazzjoni permezz tal-parteċipazzjoni fid-Diskussjonijiet Internazzjonali ta' Ġinevra (GID) u billi tippresjedi b'mod konġunt il-laqgħat tal-Mekkaniżmu għall-Prevenzjoni u r-Rispons għall-Inċidenti (IPRM) f'Ergneti;

DJ.

billi fl-24 ta' Ottubru 2019, għall-ewwel darba f'aktar minn għaxar snin, il-gwardji tal-fruntiera tal-FSB qasmu l-Linja ta' Demarkazzjoni Amministrattiva, waqt li żammew taħt detenzjoni l-osservaturi tal-EUMM u ġiegħlu lill-UE tinnegozja l-ħelsien tagħhom;

DK.

billi r-rwol tal-EUMM fl-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji u tas-sigurtà tal-bniedem tal-popolazzjoni lokali f'żoni affettwati mill-kunflitti u fl-iffaċilitar ta' skambji effettivi ta' informazzjoni, pereżempju b'rabta mal-qsim mediku jew mar-rilaxx tal-persuni u tal-EUMM timmonitorja dawk miżmuma fil-Linji ta' Demarkazzjoni Amministrattiva (ABLs), kif ukoll fl-iffaċilitar konġunt ta' diskussjonijiet wiċċ imb wiċċ fil-laqgħat tal-IPRM f'Ergneti, iżid valur kbir għar-rwol importanti li għandha l-EUMM kemm fil-kontribuzzjoni għas-sigurtà, fil-ġestjoni tal-konflitt kif ukoll fit-tisħiħ tal-fiduċja;

DL.

billi l-Georgia hija waħda mill-akbar kontributuri per capita għall-missjonijiet tal-PSDK fl-Afrika;

DM.

billi l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għadhom vulnerabbli ħafna għan-nuqqas ta' sigurtà tal-enerġija, b'mod partikolari r-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna, li jesperjenzaw ripetutament rikatti tal-enerġija min-naħa tar-Russja;

DN.

billi l-miżuri tal-UE biex ittaffi n-nuqqas ta' sigurtà tal-enerġija permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija se jsaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun tal-Lvant;

DO.

billi l-Kummissjoni kienet diġà ħadet azzjoni biex tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq fornitur wieħed billi tiddiversifika l-fornituri tal-gass tagħha; billi, bi tweġiba għall-effetti kkawżati mis-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja, sabiex titwaqqaf id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija Russi, il-Kummissjoni fasslet pjan ġdid biex sal-aħħar tal-2022 tissostitwixxi, 100 biljun metru kubu ta' importazzjonijiet tal-gass mir-Russja permezz ta' importazzjonijiet ogħla ta' gass naturali likwifikat u ta' pipelines minn fornituri mhux Russi, u volumi akbar ta' produzzjoni u importazzjonijiet ta' bijometan u idroġenu rinnovabbli; billi l-pjan għandu l-għan li jnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili fid-djar, fil-bini, fl-industriji u fis-sistemi tal-enerġija, u li jagħti spinta lill-effiċjenza enerġetika, iżid is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-elettrifikazzjoni, u jindirizza r-restrizzjonijiet infrastrutturali;

1.

Itenni l-impenn tal-UE u jissottolinja l-appoġġ inekwivoku tagħha għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fi ħdan il-fruntieri tagħhom rikonoxxuti internazzjonalment u li tappoġġja l-isforzi tagħhom biex jinfurzaw bis-sħiħ dawk il-prinċipji; jissottolinja l-importanza tal-unità u s-solidarjetà tal-Istati Membri f'dan ir-rigward;

2.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna mhux provokata u inġustifikabbli u l-azzjonijiet relatati tagħha f'żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna, fil-Krimea annessa illegalment u fil-Belarussja; jisħaq fuq il-punt li l-aggressjoni u l-espansjoni Russi kontinwi tal-attivitajiet militari tagħha fl-Ukrajna għandhom impatt detrimentali fuq is-sigurtà Ewropea u globali; itenni l-pożizzjoni tiegħu li s-sħab u l-alleati għandhom iżidu l-appoġġ militari tagħhom għall-Ukrajna u l-forniment tagħhom ta' armi, li huwa f'konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU li jippermetti awtodifiża individwali u kollettiva;

3.

Jissottolinja li l-paċi sostenibbli u s-sigurtà tal-bniedem fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant huma essenzjali għall-UE; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra ta' aggressjoni mnedija mill-Federazzjoni Russa u l-involviment tagħha kemm fil-gwerra militari kif ukoll f'dik ċibernetika fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jitlob li tintemm minnufih il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-irtirar sħiħ u immedjat tat-truppi Russi kollha mit-territorji kollha okkupati mir-Russja fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u li jintemmu l-ostilitajiet militari kontra l-Ukrajna, li qed iwasslu biex jintilfu l-ħajjiet ta' persuni ċivili u suldati u qed jikkawżaw l-ispostament ta' miljuni ta' persuni, filwaqt li jfixklu l-iżvilupp soċjoekonomiku; jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakk fuq il-faċilitajiet nukleari tal-Ukrajna u l-okkupazzjoni tagħhom mill-forzi Russi u jqis li t-tentattivi tar-Russja li ssaħħaħ l-influwenza malizzjuża tagħha fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant permezz tal-forza u l-koerċizzjoni jridu jfallu; jissottolinja l-importanza tal-unità, is-solidarjetà u l-koerenza tal-Istati Membri f'dan ir-rigward; jitlob li tiżdied il-kooperazzjoni ma' alleati demokratiċi tal-istess fehma sabiex tiġi mmitigata u miġġielda l-influwenza negattiva ta' potenzi ta' pajjiżi terzi fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant;

4.

Jilqa' l-konklużjonijiet tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-2021 u aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; filwaqt li jitqiesu l-isfidi tas-sigurtà li jiffaċċjaw il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari l-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitti fit-tul, l-azzjonijiet militari evidenti, it-theddid ibridu u l-interferenza fil-proċessi demokratiċi, jipproponi li tiżdied il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża u li jiżdiedu l-investiment u l-assistenza fis-sigurtà, fil-qasam militari, fl-intelligence u fil-kooperazzjoni ċibernetika mal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant;

5.

Jappoġġja koordinazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib tad-difiża u s-sigurtà ma' xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; bil-ħsieb li jiġu promossi l-objettivi strateġiċi tas-sigurtà tal-bniedem u l-paċi sostenibbli madwar ir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant u lil hinn minnu, u li tiġi mħeġġa għal dan il-għan l-applikazzjoni ta' approċċ integrat billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-PSDK b'rabta mal-għodod ta' politika rilevanti; jappoġġja bis-saħħa l-missjonijiet tal-PSDK li għaddejjin fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant; jinsisti ħafna fuq it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-sigurtà tal-politika tas-Sħubija tal-Lvant tal-UE, fuq l-iżvilupp ta' sħubijiet strateġiċi ta' sigurtà ma' xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, fuq it-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà, u fuq l-iżvilupp ta' rwol aktar attiv għall-UE fid-dieskalazzjoni tat-tensjonijiet li għaddejjin, il-prevenzjoni ta' kunflitti futuri, miżuri ta' medjazzjoni u għat-tisħiħ tal-fiduċja, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tal-konflitti fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, id-diżinformazzjoni u l-propaganda, fl-assistenza u l-kooperazzjoni dwar id-difiża ċivili u fl-appoġġ ta' rieżami komprensiv tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li jidentifika oqsma ta' difiża u sigurtà li jeħtieġ li jittejbu u jippermetti lill-UE u lill-Istati Membri jikkoordinaw l-appoġġ tagħhom; iqis li hemm bżonn ta' aktar promozzjoni tal-allinjament u tal-konverġenza gradwali tal-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE u tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, f'konformità mal-impenji tas-sħab mal-UE; jistieden lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jallinjaw mal-politika ta' sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja għall-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna;

6.

Jisħaq fuq il-punt li r-riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti li għaddejjin jew li għadhom ma ġewx solvuti fir-reġjun, ibbażata fuq id-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat, hija kruċjali għall-bini u t-tisħiħ ta' demokraziji reżiljenti u sostenibbli fis-Sħubija tal-Lvant; ifakkar fil-fatt li l-paċi u s-sigurtà jirrikjedu istituzzjonijiet b'saħħithom u pubblikament responsabbli, governanza tajba u rispett għall-istat tad-dritt; iħeġġeġ bis-sħiħ lis-sħab tas-Sħubija tal-Lvant biex ikomplu jinvolvu ruħhom fir-riformi rilevanti, peress li hija biss ir-reżiljenza interna bbażata fuq istituzzjonijiet b'saħħithom u demokratiċi li se tippermetti li tinkiseb ir-reżiljenza meħtieġa għat-theddid estern;

7.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tkompli tippromwovi ambjent li jwassal għas-soluzzjoni tal-kunflitti u li jappoġġja attivitajiet li jippromwovu l-fiduċja u l-kuntatti bejn il-persuni fost il-komunitajiet maqsuma f'kunflitti, li tagħti prijorità lill-isforzi u tespandi l-finanzjament għall-konsolidazzjoni tal-paċi preventiva, inkluża d-diplomazija preventiva, kif ukoll mekkaniżmi ta' twissija bikrija u ta' azzjoni;

8.

Jistieden lill-istati tas-Sħubija tal-Lvant jaħdmu b'mod kostanti biex ikomplu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, peress li dan jiżgura approfondiment tal-kooperazzjoni li diġà tagħti l-frott u se jevita frizzjoni bla bżonn li tista' tirriżulta minn kwistjonijiet bilaterali mhux solvuti;

9.

Jitlob li ssir enfasi aktar b'saħħitha fuq ir-rikonċiljazzjoni u l-bini mill-ġdid tar-rabtiet komunitarji fid-dawl tad-diviżjonijiet preżenti fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, l-involviment attiv mal-atturi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-komunitajiet reliġjużi, f'oqsma bħall-analiżi tal-kunflitti lokali, il-medjazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali;

10.

Jitlob koordinazzjoni aktar mill-qrib mal-OSKE sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari fl-oqsma tat-traffikar ta' bnedmin, il-kontroll tal-armi, il-migrazzjoni strumentalizzata, it-tisħiħ tal-fiduċja u l-iffaċilitar tad-djalogu fost il-partijiet kollha għall-kriżi;

11.

Għadu mħasseb dwar il-ksur kontinwu tal-ilmijiet territorjali u tal-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi fil-Baħar Baltiku, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u fil-Baħar ta' Azov mir-reġim Russu; jistieden lill-Istati Membri fiż-żona tal-Baħar l-Iswed, fl-isfond tal-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna, biex iżidu l-kooperazzjoni militari mas-sħab fil-Lvant tal-Baħar l-Iswed (l-Ukrajna, il-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova), kemm b'mod bilaterali kif ukoll fi ħdan in-NATO; jissottolinja l-importanza tal-involviment tal-UE u tan-NATO mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, sabiex jiġi żgurat reġjun tal-Baħar l-Iswed sigur u stabbli;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u jħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni fi ħdan il-Pjattaforma Internazzjonali tal-Krimea sabiex jindirizzaw it-theddid ibridu għas-sigurtà usa' tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed li jinħoloq minn jew li huwa relatat mal-okkupazzjoni illegali u l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja u l-militarizzazzjoni tal-Baħar Iswed u tal-Baħar ta' Azov;

13.

Iqis l-Inizjattiva tat-Tliet Ibħra (3SI) tista' sservi bħala waħda mill-formats għall-użu ta' investiment li jippromwovi s-sigurtà u l-istabbiltà reċiproka fl-infrastruttura kritika u jemmen li din għandha tinfetaħ biex tinkludi l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-qafas tal-politiki u l-programmi Ewropej eżistenti, speċjalment is-Sħubija tal-Lvant; jissottolinja li t-3SI għandha taħdem mill-qrib mal-UE biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u l-inizjattivi, u approċċi kunfliġġenti; jappoġġja l-idea li l-UE għandha tieħu t-tmexxija tat-3SI;

14.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu aġenda ta' integrazzjoni aktar ambizzjuża għall-Ukrajna, li tista' tinkludi passi prattiċi lejn l-ewwel stadju intermedju tal-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-Suq Uniku tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa, abbażi tal-mertu, l-applikazzjonijiet għall-istatus ta' kandidat tal-Georgia, tal-Ukrajna u tar-Repubblika tal-Moldova;

15.

Jiddikjara l-ħtieġa li l-Membri tal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew u s-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem jimmonitorjaw is-sitwazzjoni kontinwament;

L-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-PSDK fis-Sħubija tal-Lvant

16.

Jilqa' l-fatt li l-Boxxla Strateġika adottata tiddedika fokus adegwat lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, inklużi l-appoġġ lill-Ukrajna fid-dawl tal-aggressjoni Russa u r-reżiljenza ulterjuri fid-dawl tal-provokazzjonijiet u t-theddid Russi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li tkun ikkoordinata mill-qrib u koerenti mal-Kunċett Strateġiku 2022 tan-NATO li jmiss, speċjalment f'oqsma tal-ġlieda kontra l-aggressjoni Russa, id-difiża ċibernetika u l-ġlieda kontra l-gwerra ibrida, id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni u l-interferenza barranija, peress li l-ambjent Ewropew tas-sigurtà u r-reżiljenza Ewropea ma jistgħux jinkisbu mingħajr is-sigurtà u r-reżiljenza fit-tul tal-ġirien kollha tal-UE; jinnota li l-approċċ tal-UE jrid ikun olistiku, inklużi l-appoġġ għal riformi demokratiċi u ekonomiċi, it-tisħiħ tar-reżiljenza istituzzjonali u tas-soċjetà, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sigurtà u tad-difiża;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għandhom kemm sħubija fl-UE kif ukoll fin-NATO u li jmexxu inizjattivi differenti ta' bini tal-kapaċità tan-NATO mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jiżguraw li l-isforzi ta' taħriġ u t-trasferiment tal-aħjar prattiki jkunu kkoordinati mal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC tal-UE) u mas-CPCC; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-missjonijiet tal-PSDK fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant iħaddnu koordinazzjoni mill-qrib mal-istrateġija u l-azzjonijiet tan-NATO fir-reġjun;

18.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri parteċipanti fil-PESCO biex ifasslu l-proġetti tal-PESCO għall-ħtiġijiet tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE, pereżempju billi jiġu żviluppati sistemi ta' komunikazzjoni ta' persuni ċivili u siguri bi kriptaġġ għoli, u, f'konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fi proġetti tal-PESCO, biex jiġi kkunsidrat li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jiġu mistiedna jipparteċipaw; jinnota li l-inklużjoni ta' sħab strateġiċi bħall-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant fi proġetti individwali tal-PESCO tista' tkun fl-interessi strateġiċi tal-UE u tkun ta' benefiċċju reċiproku, peress li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jiksbu kapaċitajiet uniċi u għarfien espert tekniku, b'mod partikolari fl-indirizzar ta' theddid ibridu u sigurtà ċibernetika; jilqa', f'dan ir-rigward, l-iskjerament tal-esperti tat-Tim ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku ffinanzjati mill-PESCO għall-Ukrajna;

19.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jespandu l-mekkaniżmi ta' appoġġ għall-parteċipazzjoni ulterjuri tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant f'missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK, meta jkun meħtieġ, fosthom permezz ta' vjaġġi ta' studju u/jew fuq il-post, workshops, taħriġ u korsijiet tal-PSDK, eċċ., dan jgħin biex tiżdied l-interoperabbiltà tas-sħab, jiġu żviluppati proċeduri komuni u azzjonijiet konġunti; ikompli jħeġġiġhom jikkooperaw mal-biċċa l-kbira tas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant dwar iċ-ċibersigurtà, inkluża l-kondiviżjoni tal-intelligence reċiproka, u l-assistenza fl-infrastruttura kritika;

20.

Jikkunsidra l-konsultazzjoni ta' xi sħab tas-Sħubija tal-Lvant fl-istadji bikrija tal-ippjanar tal-missjonijiet u/jew tal-operazzjonijiet tal-PSDK, speċjalment dawk il-missjonijiet u/jew l-operazzjonijiet li s-sħab tas-Sħubija tal-Lvant qed jospitaw jew se jkunu qed jospitaw;

21.

Jisħaq fuq l-importanza tal-involviment attiv u r-rwol konsultattiv imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-PSDK kif implimentat fir-reġjun tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

22.

Jilqa' l-ftehim fil-Kunsill fit-13 ta' April 2022 dwar it-tielet porzjon ta' appoġġ militari taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi li jammonta għal EUR 1,5 biljun biex jipprovdi materjal militari letali u tagħmir ta' fjuwil u ta' protezzjoni, u jitlob li dawn jiġu pprovduti minnufih; jisħaq fuq l-importanza għall-UE, minħabba l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna u l-ambjent ta' sigurtà dejjem aktar diffiċli li qiegħed jaffettwa l-istabbiltà u l-governanza tas-sħab tal-Lvant tagħna, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tagħna fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2021 li juża l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) biex jipprovdi pakkett ta' EUR 31 miljun lill-Ukrajna, pakkett ta' EUR 12,75 miljun lill-Georgia u pakkett ta' EUR 7 miljun lir-Repubblika tal-Moldova biex jassisti fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom ta' reżiljenza u difiża, b'mod partikolari l-kapaċitajiet ta' ċibersigurtà, dawk mediċi, tal-inġinerija, dawk mobbli u tal-loġistika, u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni; iħeġġeġ l-użu ulterjuri tal-EPF biex tiżdied il-kapaċità tal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari dawk li qed jiffaċċjaw aggressjoni armata u dawk li jospitaw missjonijiet tal-PSDK, biex tkompli tindirizza l-ħtiġijiet ta' sigurtà tagħhom f'oqsma ewlenin bħat-tagħmir meħtieġ għall-iskambju tal-intelligence permezz ta' linji ta' komunikazzjoni siguri u l-għodod tekniċi meħtieġa għall-ġlieda kontra l-aggressjoni armata u t-theddid ibridu; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE ttejjeb l-appoġġ materjali u monetarju għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tiffoka wkoll fuq il-bini tal-kapaċitajiet bl-għan li ttejjeb ir-reżiljenza ta' kull pajjiż tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari f'kampanji għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, kif ukoll fid-difiża nazzjonali; jissottolinja li l-UE jeħtieġ li tiżviluppa approċċ integrat sabiex tkun tista' tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jiffaċċjaw ix-xenarju ta' theddid interkonness reċiproku;

23.

Jissottolinja l-importanza tas-solidarjetà tal-UE u tal-Istati Membri mal-Ukrajna u s-sitwazzjoni ta' sigurtà dejjem aktar prekarja f'għadd ta' pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li kwalunkwe forniment ta' appoġġ għat-tagħmir permezz tal-EPF lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ikun strettament konformi mad-dritt internazzjonali rilevanti rigward il-provvista ta' tagħmir lill-forzi armati, ikun konformi mal-ħtiġijiet tal-objettivi ta' appoġġ tal-UE għall-pajjiż tas-Sħubija tal-Lvant ikkonċernat u jsir – fejn rilevanti – f'koordinazzjoni mal-inizjattivi rispettivi ta' bini tal-kapaċità tan-NATO għall-pajjiżi sħab u l-ippjanar strateġiku sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn u tiżdied l-effiċjenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strumenti ta' għajnuna militari li jippermettu lil xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jixtru tagħmir mill-produtturi tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-proċeduri amministrattivi sabiex ma jimblukkawx deċiżjonijiet li diġà ttieħdu rigward il-forniment ta' tagħmir lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

24.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-baġit tal-EPF biex l-UE tkun tista' ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-kapaċitajiet ta' difiża tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, bħal dawk għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu;

25.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu r-reżiljenza militari tal-Ukrajna permezz tal-forniment ta' armi, inklużi armi ta' kontra l-vapuri, kontra l-inġenji tal-ajru u kontra t-tankijiet; jilqa' d-deċiżjoni tal-Istati Membri kollha li pprovdew lill-Ukrajna tagħmir letali sabiex jagħtu spinta lill-kapaċità tal-Ukrajna li tiddefendi s-sovranità u l-integrità territorjali tagħha;

26.

Jilqa' l-istabbiliment ta' “kamra ta' punt ċentrali ta' koordinament” tal-Persunal Militari tal-UE; jirrikonoxxi li l-Polonja saret ċentru loġistiku responsabbli biex jiżgura li l-provvisti materjali u finanzjarji kollha jilħqu l-forzi armati tal-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaġixxu b'mod urġenti biex iżidu u jippożizzjonaw mill-ġdid il-persunal u l-provvisti fl-Istati Membri tal-UE tal-Lvant, b'mod partikolari tagħmir ta' komunikazzjoni sigur, provvisti mediċi u armi sofistikati;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala parti minn rispons finanzjarju innovattiv għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, biex tivvaluta meta reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali tkun xierqa u biex tirrieżamina, fost politiki oħra, infiq akbar għad-difiża, divestiment mill-idrokarburi Russi, it-tnaqqis tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-gwerra għaċ-ċittadini tal-UE u s-serħan mid-dejn, minbarra l-forniment kontinwu ta' għajnuna militari lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant permezz tal-EPF;

28.

Jilqa' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta' programm ġdid ta' assistenza makrofinanzjarja ta' emerġenza (MFA) għall-Ukrajna li jiswa sa EUR 1,2 biljun li se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika u r-reżiljenza ġenerali tal-Ukrajna fil-kuntest maħluq mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-impatt tagħha fuq is-sitwazzjoni ekonomika; jinnota li l-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej allokaw aktar minn EUR 17-il biljun f'għotjiet u f'self lill-pajjiż mill-2014;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-monitoraġġ tar-reġimi ta' sanzjonijiet biex tiżgura l-konformità mar-reġimi ta' sanzjonijiet eżistenti;

It-tisħiħ tal-kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-għodod

30.

Jitlob lill-UE kif ukoll lill-alleati tan-NATO biex jisfruttaw kull mezz possibbli biex jappoġġjaw it-tisħiħ tal-kooperazzjoni militari u tas-sigurtà mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, peress li mingħajr dan, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun ma jistgħux jiġu żgurati; jilqa' l-Politika dwar il-Bibien Miftuħa tan-NATO li żżomm relazzjonijiet politiċi u operazzjonali mill-qrib mal-pajjiżi aspiranti kkonċernati, jiġifieri l-Ukrajna u l-Georgia;

31.

Jisħaq fuq l-importanza ta' konsultazzjonijiet intensivi u ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u n-NATO fir-rigward ta' sitwazzjonijiet li qed jeskalaw bħall-gwerra Russa attwali ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna; jissottolinja li din il-kooperazzjoni għandha tirrispetta l-arranġamenti ta' sigurtà tal-Istati Membri kollha u tkun ibbażata fuq l-unità u s-solidarjetà fost l-Istati Membri, u fuq l-aderenza mal-prinċipji relatati mal-ordni ta' sigurtà Ewropew u mad-dritt internazzjonali eżistenti, inklużi s-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien; jitlob lill-komunità tranżatlantika biex tingrana u tespandi l-isforzi attwali u futuri biex jiġu miġġielda l-atti diretti u indiretti tar-Russja ta' aggressjoni u attivitajiet immirati kontra l-Ukrajna, il-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova;

32.

Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni man-NATO, anke permezz tad-Dikjarazzjoni Konġunta li jmiss dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, fl-appoġġ tal-bini tal-kapaċità tad-difiża u s-sigurtà tas-sħab tagħna fil-viċinat tal-Lvant; jilqa' l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Uniti, l-UE u l-Istati Membri tagħha u d-diskussjonijiet intensi li qed isiru fin-NATO rigward is-sigurtà tal-Ewropa;

33.

Jistieden lis-SEAE jikkoordina rapporti ta' valutazzjoni, valutazzjonijiet ta' theddid u messaġġi politiċi mal-ambaxxati tal-Istati Membri u mal-Uffiċċji ta' Kollegament tan-NATO fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant;

34.

Huwa mħasseb li membru wieħed tan-NATO qed idewwem l-aċċess tal-Ukrajna għall-Aġenzija tal-Appoġġ u l-Akkwist tan-NATO minkejja l-ħtiġijiet urġenti u għal raġunijiet mhux relatati mas-sitwazzjoni attwali;

35.

Huwa mħasseb li stat membru tan-NATO qed jimblokka d-diskussjonijiet bejn in-NATO u l-Ukrajna fil-livell ministerjali, u b'hekk jimpedixxi lil din is-sħubija milli tiżviluppa;

36.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ jiddedika attenzjoni partikolari għas-sigurtà taż-żona tas-Sħubija tal-Lvant fid-djalogu li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-sigurtà u d-difiża, fid-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-Russja u fid-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina; jinnota li d-Djalogu dwar is-Sigurtà bejn l-UE u l-Istati Uniti jirrappreżenta opportunità importanti biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tar-relazzjonijiet tranżatlantiċi fis-sigurtà u d-difiża, u għandu jiddedika biżżejjed żmien u riżorsi biex jittejjeb l-ambjent tas-sigurtà fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jinnota li Sħubija tal-Lvant demokratika, stabbli u favur l-Ewropa titqies bħala theddida mir-reġim tal-Kremlin u għalhekk tinsab taħt pressjoni politika u militari, speċjalment l-Ukrajna; ifakkar fil-fatt li l-ordni ta' sigurtà Ewropew ma jistax jiġi diskuss mingħajr il-pajjiżi Ewropej; jissottolinja li l-istabbiltà tar-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant hija essenzjali għas-sigurtà tal-kontinent Ewropew kollu;

37.

Jitlob lill-UE tappoġġja media u ġurnalisti indipendenti ta' kwalità għolja fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex isaħħu l-pluraliżmu, il-libertà tal-media u l-istat tad-dritt, jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jżidu r-reżiljenza ġenerali tas-soċjetajiet demokratiċi fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

38.

Huwa mħasseb dwar il-manipulazzjoni dejjem akbar tal-informazzjoni, id-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu li jirriżultaw, b'mod partikolari, mir-Russja iżda wkoll minn atturi oħra, li jaffettwaw diversi teatri u missjonijiet tal-PSDK direttament u li jiddestabbilizzaw reġjuni sħaħ;

39.

Jiddeplora l-isforzi tal-awtoritajiet Russi biex iżommu segretezza sħiħa fil-konfront tal-popolazzjoni tagħhom stess dwar il-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna, b'mod partikolari billi jsejħu l-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna bħala “operazzjoni speċjali” u billi jtemmu l-libertà tal-istampa u jimponu sanzjonijiet legali ħorox kontra individwi u l-media indipendenti;

40.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jtejbu l-kooperazzjoni mas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari fl-oqsma tal-komunikazzjoni strateġika u tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe interferenza barranija malizzjuża, sabiex tinbena r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà u biex jiġu miġġielda d-dgħufija u l-frammentazzjoni tas-soċjetajiet u tal-istituzzjonijiet;

41.

Jitlob lill-UE tiffaċilita proġetti għall-gvernijiet, għas-soċjetajiet ċivili, għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u għal atturi oħra tal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant li se jgħinuhom jiġġieldu d-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu, fosthom permezz tal-ħidma importanti tad-diviżjoni tal-SEAE StratCom, mat-task forces tagħha, iċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN tal-UE) u ċ-Ċellola ta' Fużjoni Ibrida, is-Sistema ta' Twissija Rapida, il-kooperazzjoni stabbilita fil-livell amministrattiv bejn is-SEAE, il-Kummissjoni u l-Parlament, in-network immexxi mill-Kummissjoni kontra d-diżinformazzjoni, u t-task force amministrattiva tal-Parlament kontra d-diżinformazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jestendu l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant biex jinkludu ċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu (Hybrid COE);

42.

Jissottolinja l-ħtieġa kruċjali li tingħata spinta lill-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab tas-Sħubija tal-Lvant fl-oqsma tal-komunikazzjoni strateġika, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe interferenza barranija malizzjuża;

43.

Jitlob lis-SEAE jtejjeb il-kapaċità tad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ħalli jesponu l-kampanji ta' diżinformazzjoni li jheddu l-prinċipji demokratiċi kkoordinati mill-atturi tal-istat barrani, speċjalment ir-Russja; jitlob rispons strutturat għal theddid ibridu għall-missjonijiet tal-PSDK bħala kwistjoni ta' urġenza, peress li dan huwa tentattiv biex jiġu deleġittimizzati;

44.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jesploraw għażliet ħalli jrawmu l-bini tal-kapaċità ċibernetika tas-sħab tagħna bħall-aġġustament ta' mandati konsultattivi biex jinkludu taħriġ speċjalizzat fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tal-gwerra ibrida, u kampanji ta' diżinformazzjoni, analiżi tal-gwerra ċibernetika u tal-OSINT, ħalli jiġi żgurat li l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant isaħħu l-infrastruttura teknika meħtieġa għar-reżiljenza ċibernetika; jinkoraġġixxi t-tnedija ta' missjonijiet ċibernetiċi ċivili; jinnota l-ħidma importanti ta' taħriġ imwettqa mill-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) fil-qasam tad-difiża ċibernetika u jilqa' l-avvenimenti ta' taħriġ u edukazzjoni mmirati organizzati mill-KESD għas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant;

45.

Iħeġġeġ lill-UE żżid il-politiki tagħha dwar iċ-ċibersigurtà, peress li l-gwerra ta' aggressjoni fl-Ukrajna tirrappreżenta potenzjal għoli b'mod allarmanti għal eskalazzjoni bla preċedent, inkluż minn partijiet terzi;

46.

Jirrikonoxxi r-rwol tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika u fis-sorveljanza tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, u jitlob li din tingħata appoġġ u finanzjament kontinwi u, fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, tiġi inkluża fi proġetti importanti sabiex jiġu ffaċilitati responsabbiltà u trasparenza akbar fis-settur tad-difiża u s-sigurtà;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-viżibbiltà tal-missjonijiet tal-PSDK fis-Sħubija tal-Lvant billi jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika tagħha, billi b'mod proattiv jiġġieldu d-diżinformazzjoni kontrihom, billi jinkludu lilhom u, b'mod partikolari, lid-Delegazzjonijiet tal-UE, fil-messaġġi politiċi tagħhom, f'dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku u f'impenji mal-istampa internazzjonali;

48.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali tagħha għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni, id-djalogu u d-dieskalazzjoni fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jissottolinja li l-UE jista' jkollha rwol aktar b'saħħtu fl-istabbiliment ta' miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja u tista' tieħu sehem aktar fl-isforzi ta' rikonċiljazzjoni; jitlob lill-Istati Membri u lis-SEAE jaħdmu wkoll fuq it-tisħiħ tat-taħriġ u tal-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab tagħna tas-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tal-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni; ifaħħar l-inizjattiva taċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE dwar il-Mitigazzjoni tar-Riskju Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari fi Tbilisi f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi tagħhom permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ komuni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

49.

Jilqa' l-Kunċett tal-UE dwar il-wirt kulturali f'kunflitti u kriżijiet; huwa tal-fehma li l-PSDK tista' tagħti kontribut biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mas-sigurtà marbuta mal-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali, u jilqa' l-possibbiltajiet li jiġu esplorati tali sforzi fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jinnota li l-inklużjoni tal-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-aspett tad-djalogu interkulturali fil-mandat tal-missjoni tkun ta' benefiċċju għall-proċess tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-konklużjoni ta' ftehimiet sostenibbli;

50.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li t-tranżizzjoni diġitali mwettqa fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tiġi ssalvagwardjata minn attivitajiet malizzjużi u għalhekk jinkoraġġixxi l-użu ulterjuri tal-inizjattivi ewlenin eżistenti tal-UE għall-bini tal-kapaċità ċibernetika fir-reġjun – CyberEast u EU4Digital – biex jiġi inkluż l-istabbiliment ta' strutturi legali u amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni ta' software u hardware, jiġu kkoordinati Skwadri ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters nazzjonali u korpi forensiċi u investigattivi ċibernetiċi madwar l-Ewropa; jistieden liċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà jaħdem mill-qrib mas-sħab tal-Lvant tal-UE biex itejjeb iċ-ċibersigurtà fir-reġjun; jistieden lill-Kunsill jikkollabora mal-Ukrajna biex isaħħaħ iċ-ċibersigurtà reċiproka tagħna u r-reżiljenza reċiproka tagħna għat-theddid ċibernetiku u l-attakki ibridi;

51.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri juru rieda politika u solidarjetà ikbar billi jiskjeraw għadd suffiċjenti ta' persunal imħarreġ sew u kwalifikat għall-missjonijiet tal-PSDK fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant, biex jiżguraw li għadd kbir tal-Istati Membri jkunu rrappreżentati fil-missjonijiet fir-reġjun kollu u biex iħeġġu parteċipazzjoni akbar minn pajjiżi mhux tal-UE f'dawn il-missjonijiet, b'mod partikolari pajjiżi li ospitaw missjonijiet tal-PSDK li ntemmu b'suċċess u li għandhom fehim aħjar tal-kuntest lokali; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi sħab tas-Sħubija tal-Lvant fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK f'pajjiżi terzi, f'konformità mal-interessi u l-valuri Ewropej; japprova l-kooperazzjoni ta' għadd akbar ta' Stati Membri mas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tas-sigurtà, bħall-Brigata Litwana-Pollakka-Ukrena;

52.

Jilqa' t-tnedija ta' konsulenti militari għall-Missjonijiet u d-Delegazzjonijiet tal-UE, u jħeġġeġ sforzi biex jissaħħaħ aktar l-għarfien espert dwar is-sigurtà u d-difiża fid-Delegazzjonijiet tal-UE;

53.

Iqis il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bħala sejħa għall-azzjoni għad-difiża Ewropea sabiex jiġi żgurat li missjonijiet futuri tal-PSDK fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant jirċievu aktar mezzi, livell ogħla ta' ambizzjoni u mandati rieżaminati biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati, bit-tama li jintlaħqu l-objettivi tal-missjoni;

54.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw kapaċitajiet aktar effiċjenti ta' kondiviżjoni tal-intelligence fi ħdan u bejn il-missjonijiet tal-PSDK, u biex jagħtu enfasi partikolari lill-kollaborazzjoni msaħħa u s-sekondar ta' persunal mill-Europol u mill-Interpol fil-kwartieri ġenerali tal-missjoni tal-PSDK biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-intelligence bla xkiel;

55.

Jistieden lis-SEAE, lill-MPCC, lis-CPCC u lill-kwartieri ġenerali tal-PSDK irawmu kultura ġdida ta' fehim bejn is-sħab ċivili u militari bbażata fuq relazzjonijiet istituzzjonali mtejba u sensibilizzazzjoni u valutazzjoni kondiviżi fi sforz biex jiġi żviluppat qafas ta' ppjanar u kultura komprensivi;

56.

Iħeġġeġ lill-kwartieri ġenerali tal-missjonijiet tal-PSDK jitolbu sinerġiji aktar mill-qrib maċ-ċentri konġunti nazzjonali ta' taħriġ u evalwazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

57.

Jistieden lis-CPCC, lill-MPCC, lill-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) u lill-persunal militari tal-UE (EUMS) jiżviluppaw mudell għall-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u għarfien espert dwar il-kunċetti ta' ppjanar ta' kampanji jew missjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' valutazzjonijiet ta' theddid u riskju, twissija bikrija u prospettiva strateġika, fl-aktar stadju bikri possibbli, ma' sħab essenzjali biex il-kampanja tkun ta' suċċess;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, b'mod partikolari lis-CPCC u lill-EUMC jadattaw ruħhom aħjar għall-ħolqien ta' gruppi ta' ħidma interaġenzjali permezz tal-eżerċizzji u t-taħriġ; jemmen li l-aċċess tal-PSDK kemm għall-ippjanar, għar-riżorsi kif ukoll għal-loġistika jagħtiha l-potenzjal li tintuża bħala ċentru ta' prattika għar-reżiljenza u l-irkupru tas-soċjetà kemm fid-dawl tad-diżastri kkawżati mill-bniedem kif ukoll dawk naturali;

59.

Jistieden lis-CPCC u lill-MPCC jenfasizzaw l-importanza tal-edukazzjoni ċivili-militari professjonali għall-persunal kollu fil-missjonijiet tal-PSDK; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu lill-persunal fil-missjonijiet tal-PSDK tagħmir u taħriġ xierqa biex isir aktar allert u aktar reżiljenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi l-Programm Militari Erasmus għall-uffiċjali tas-Sħubija tal-Lvant biex jiffinanzjaw l-istudji tagħhom f'akkademji militari madwar l-UE; jitlob lill-UE tesplora l-għażla li tespandi r-rwol tal-KESD biex jiffaċilita t-taħriġ tal-uffiċjali tal-forzi armati u tad-difiża nazzjonali; jinkoraġġixxi parteċipazzjoni aktar konsistenti u strutturata tal-persunal rilevanti fil-korsijiet tal-KESD u l-kooperazzjoni ma' mekkaniżmi bħall-Programm ta' Żvilupp professjonali (PDP);

60.

Jinkoraġġixxi l-espansjoni tal-Programm Militari Erasmus billi jiġu aċċettati uffiċjali mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll biex jiġu ffinanzjati l-istudji tagħhom f'akkademji militari madwar l-UE;

61.

Iħeġġeġ lill-kwartieri ġenerali tal-missjoni tal-PSDK jitolbu sinerġiji aktar mill-qrib maċ-ċentri nazzjonali konġunti ta' taħriġ u evalwazzjoni fil-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant, bħal karigi ta' kmand konġunti u eżerċizzji tal-persunal, dwar xenarji possibbli li jinvolvu mexxejja ċivili u militari mill-Istati Membri tal-UE, persunal tal-missjoni tal-PSDK u l-pajjiżi assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lis-CPCC u lill-MPC itejbu s-sinerġiji ma' oqsma ta' politika oħrajn u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti bil-ħsieb li jiżdiedu l-isforzi fil-konsolidazzjoni tal-paċi preventiva, fid-diplomazija preventiva, fit-twissija bikrija, fit-tisħiħ tal-fiduċja u fit-titjib tar-reżiljenza taċ-ċittadini kontra d-diżinformazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinvolvu ruħhom f'eżerċizzji konġunti mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant f'oqsma bħall-eżerċizzji marittimi, l-operazzjonijiet komuni ta' appoġġ bl-ajru u l-appoġġ għall-paċi;

63.

Jesprimi tħassib u jħeġġeġ li jiġu indirizzati l-politiċizzazzjoni prevalenti tal-forzi tad-difiża u l-influwenzi politiċi fuqhom f'xi pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, peress li dan jirriżulta fit-tneħħija jew fit-tnaqqis tal-karigi politikament motivati ta' uffiċjali li ġew edukati u mħarrġa fil-programmi appoġġjati mill-UE, mill-Istati Membri u minn pajjiżi sħab oħra;

64.

Jissottolinja l-importanza li l-UE tippromwovi r-rwol tan-nisa u taż-żgħażagħ fil-konsolidazzjoni tal-paċi fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant u li tavvanza l-Aġendi tan-Nisa, tal-Paċi u tas-Sigurtà u taż-Żgħażagħ, tal-Paċi u tas-Sigurtà fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aspetti sensittivi għall-ġeneru tal-operazzjonijiet militari u l-missjonijiet ċivili (tfassil, ippjanar, analiżi, bilanċ bejn il-ġeneri tal-persunal, eċċ.), billi jintuża t-taħriġ obbligatorju tal-UE għall-persunal tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, u billi jiġu stabbiliti konsulenti dedikati dwar il-ġeneru għal kull missjoni u operazzjoni tal-PSDK;

L-għoti ta' PSDK fiż-żona tas-Sħubija tal-Lvant b'kapaċitajiet politiċi u strateġiċi addizzjonali

65.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u b'mod partikolari lis-CPCC biex jiżguraw li l-EUAM iżżomm bħala prijorità tagħha r-riforma tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna u biex testendi l-ambitu tal-kooperazzjoni mal-SSU dwar iċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-theddid ibridu wara li jitneħħa l-istat ta' emerġenza;

66.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-UE jestendu l-kooperazzjoni tal-EUAM għall-istrutturi kollha kontra l-korruzzjoni li huma involuti fir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili u biex jinkludu, jew fil-forma ta' taħriġ u struzzjoni jew abbażi tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-istabbiliment b'mod konġunt tal-prijoritajiet futuri, kemm l-apparat tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni tal-istat Ukren, jiġifieri l-Aġenzija Nazzjonali dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, kif ukoll il-Qorti Suprema dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrakkomandaw l-inklużjoni f'korsijiet ta' taħriġ kontinwi ta' rappreżentanti tas-servizzi u l-amministrazzjoni tal-Ukrajna, studji ta' każijiet ta' korruzzjoni u analiżijiet tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' investigazzjonijiet u n-nuqqas ta' infurzar tar-responsabbiltà għall-awturi, sabiex il-persunal jiġi assistit fi rwoli kontra l-korruzzjoni sabiex jiġi evitat li jerġgħu jsiru l-iżbalji tal-passat; jilqa' l-adattabbiltà tal-missjonijiet tal-PSDK b'reazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lis-CPCC jiżguraw li l-EUAM żżomm il-prijoritizzazzjoni tar-riforma tal-SSU tal-Ukrajna wara l-istat ta' emerġenza biex tiġi żgurata sorveljanza akbar, inqas setgħat investigattivi ta' qabel il-proċess u ċentri ta' detenzjoni u t-tnaqqis u d-demilitarizzazzjoni tal-SSU, b'valutazzjoni trimestrali dwar l-implimentazzjoni;

68.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-UE jespandu l-appoġġ tagħhom għall-isforzi ta' diġitalizzazzjoni tal-EUAM relatati mar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili tal-Ukrajna permezz ta' taħriġ u l-forniment ta' teknoloġiji li jappoġġjaw ir-reġistrar tad-data, il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' preżentazzjoni fil-qorti biex jassistu fit-trasparenza, fit-tisħiħ tal-fiduċja komunitarja u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa' l-impenn tal-EUAM li ssaħħaħ ir-rwol tan-nisa fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi;

69.

Ifakkar li l-mandati estiżi jridu jkunu akkumpanjati minn riżorsi xierqa; huwa mħasseb dwar ir-riskju ta' tixrid jekk l-EUAM tħaddan setturi wesgħin iżda ma jkollhiex mezzi adegwati biex twettaq il-missjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-komponent professjonali tal-EUAM ma' rappreżentanti speċjali tas-servizzi, sabiex jimplimentaw ir-riformi b'mod effettiv u jipprovdu pariri prattiċi;

70.

Jitlob l-estensjoni tal-mandat tal-EUAM fil-qasam tal-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-komunikazzjoni strateġika, it-teknoloġija diġitali u ċ-ċibersigurtà sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-gvern tal-Ukrajna li jiġġieldu t-theddid għall-informazzjoni, bħall-użu ta' komunikazzjonijiet biex tiġi mminata l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, it-tixrid ta' informazzjoni ħażina u propaganda ostili, il-polarizzazzjoni tas-soċjetà u l-formazzjoni ta' perċezzjonijiet negattivi tal-Ukrajna fid-dinja;

71.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna fl-isforzi tagħha biex tiflaħ għall-aggressjoni Russa u tkompli tirriforma s-settur tad-difiża tagħha, li għaddej minn riformi fundamentali li se jkollhom konsegwenzi fit-tul għall-forzi armati tal-Ukrajna, il-kapaċità tagħhom li jiżguraw is-sigurtà u l-fiduċja pubblika u l-kunfidenza tal-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jadottaw id-deċiżjoni bħala kwistjoni ta' urġenza wara riżoluzzjoni politika bejn l-Ukrajna u r-Russja biex jniedu missjoni ta' konsulenza u taħriġ militari tal-PSDK biex jassistu lill-Ukrajna topera f'żoni ta' ġlied urbani b'popolazzjoni densa, fil-gwerra asimetrika u ċibernetika, u r-riforma tas-sistema edukattiva militari professjonali tagħha, li hija l-aktar qasam sinifikanti għall-iffaċilitar tal-bidla u l-iżgurar tas-sostenibbiltà tat-trasformazzjoni tas-sistema ta' difiża;

72.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu r-reazzjonijiet pubbliċi tagħhom għal provokazzjonijiet kontra l-EUMM, speċjalment ksur tal-waqfien mill-ġlied; ifakkar li l-EUMM għandha l-mandat li tkopri t-territorju kollu tal-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tal-Georgia u tinsisti fuq aċċess mingħajr xkiel għar-reġjuni tal-Georgia tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li jiġu pprovduti riżorsi adegwati lill-kwartieri ġenerali tal-EUMM, speċjalment kanali siguri ta' informazzjoni u komunikazzjoni, tagħmir għall-viżjoni billejl, immaġni ta' kwalità aħjar u kapaċitajiet imtejba ta' ġbir u analiżi ta' intelligence minn sorsi miftuħa (OSINT);

74.

Jistieden lill-Kunsill iżomm l-EUAM, l-EUMM u l-EUBAM sakemm ikun meħtieġ abbażi ta' valutazzjonijiet regolari tal-implimentazzjoni tagħhom u tal-ħtiġijiet fid-dawl tal-prijoritajiet tal-PSDK, u jappoġġja l-istrutturi tal-mandat rinnovabbli tagħhom biex jiżguraw adattament aktar faċli għal kwalunkwe bidla fil-fatti fil-prattika; jitlob valutazzjoni regolari tal-ħtiġijiet ta' missjonijiet oħra jew komplementari fid-dawl tal-prijoritajiet tal-PSDK;

75.

Itenni l-appoġġ tal-UE għas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u għall-isforzi fil-qafas tal-proċess ta' negozjati 5+2 biex tinstab soluzzjoni politika paċifika, dejjiema, komprensiva u politika għall-kunflitt tat-Tranżnistrija, ibbażata fuq ir-rispett tas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, bi status speċjali għat-Tranżnistrija, li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, anke fit-territorji li bħalissa ma humiex ikkontrollati mill-awtoritajiet kostituzzjonali; ifakkar li, fit-22 ta' Ġunju 2018, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat riżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa tirtira t-truppi u l-armamenti tagħha mingħajr kundizzjonijiet mit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova u li terġa' tafferma l-appoġġ tagħha għall-implimentazzjoni immedjata ta' dik ir-riżoluzzjoni;

76.

Jesprimi tħassib dwar l-iżviluppi riċenti fit-territorju tar-reġjun Tranżnistrijan u jikkundannahom bħala provokazzjonijiet perikolużi f'sitwazzjoni ta' sigurtà volatili ħafna; jitlob il-kalma sabiex jiġu ppreservati s-sigurtà u l-benesseri tan-nies li jgħixu fuq iż-żewġ naħat tax-xmara Dniester u fil-pajjiżi ġirien;

77.

Jesprimi tħassib serju dwar it-tensjonijiet kontinwi fuq il-fruntiera bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan wara l-kunflitt vjolenti fil-ħarifa tal-2020; jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE jkomplu jibnu l-fiduċja, inaqqsu t-tensjonijiet u jaħdmu għal soluzzjoni paċifika bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; jenfasizza l-importanza tal-iskambju u tar-rilaxx sħiħ tad-detenuti, li jiġi indirizzat id-destin tal-persuni neqsin, li tiġi ffaċilitata t-tneħħija ta' mini għal skopijiet umanitarji, li jiġi żgurat il-moviment sikur u liberu tal-persuni ċivili f'Nagorno-Karabakh, li jiġu megħjuna l-popolazzjonijiet affettwati mill-konflitti, il-kuntatti bejn in-nies, li jiġu appoġġjati l-isforzi ta' rikostruzzjoni u jissottolinja li l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u d-djalogu interkulturali tkun ta' benefiċċju għall-proċess tar-riżoluzzjoni tal-konflitti; huwa tal-fehma li l-konsegwenzi ta' dawn l-ostilitajiet u l-preżenza tal-hekk imsejħa “gwardjani tal-paċi” Russi ma għandhomx ikollhom impatt fuq l-iżviluppi politiċi fl-Armenja u l-futur tal-aġenda ta' riforma tal-pajjiż;

78.

Jilqa' l-eżitu tal-laqgħa ta' livell għoli tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-President tar-Repubblika tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev u l-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Armenja Nikol Pashinyan fl-14 ta' Diċembru 2021, li fiha ż-żewġ mexxejja affermaw mill-ġdid it-tħejjija tagħhom li jaħdmu fuq kwistjonijiet bilaterali miftuħa u li jniedu negozjati dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri, li għalihom l-UE hija lesta li tipprovdi assistenza teknika; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jippromwovu l-bidu tan-negozjati dwar id-delimitazzjoni u d-demarkazzjoni tal-fruntieri tal-Istat u ftehim sostenibbli li jwassal għal koeżistenza paċifika;

79.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex ma jħallux il-kunflitt bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja jsir intrattabbli;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprevjeni kwalunkwe użu jew finanzjament mill-UE ta' teknoloġiji ta' sorveljanza illegali, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom mal-Gvern tal-Ażerbajġan biex itemm l-użu ta' tali teknoloġiji ta' sorveljanza illegali u ċibersigurtà repressiva;

81.

Jesprimi tħassib serju dwar azzjonijiet destabbilizzanti u terroristiċi minn ċerti pajjiżi, b'mod partikolari l-Iran, fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe att ta' terroriżmu; jilqa' l-kooperazzjoni fis-sigurtà bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u jappoġġja bis-sħiħ l-approfondiment ulterjuri tal-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu; jistieden lis-SEAE jidħol fi djalogu dwar is-sigurtà mal-Armenja, kif diġà għamel mal-Ażerbajġan, mill-aktar fis possibbli; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex ma jħallux il-kunflitt bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja jibqa' fl-istat li qiegħed;

82.

Jenfasizza r-rwol dejjem akbar li għandha ċ-Ċina fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, bħal permezz tal-konklużjoni ta' ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Georgia; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tagħmel valutazzjoni strateġika dwar kif tali rwol dejjem akbar jista' jkollu impatt fuq l-influwenza tal-UE fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-kooperazzjoni magħhom;

83.

Jistieden lis-SEAE jimmonitorja l-preżenza dejjem tikber taċ-Ċina fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, inklużi l-konsegwenzi (u l-konsegwenzi potenzjali) għas-sigurtà interna tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll is-sitwazzjoni ġeopolitika usa';

84.

Jirrikonoxxi li Beijing opponiet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja fuq l-Ukrajna, li tgħid li huma unilaterali u mhux awtorizzati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jisħaq li ċ-Ċina għadha ma kkundannatx l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna jew irrikonoxxiet li r-Russja invadiet lill-Ukrajna; jinnota li fiċ-Ċina, it-televixin tal-Istat qed jinjora fil-biċċa l-kbira l-gwerra ta' aggressjoni fl-Ukrajna u jsostni li l-invażjoni kienet it-tort tal-Istati Uniti u tan-NATO;

85.

Jitlob embargo immedjat fuq l-importazzjonijiet Russi taż-żejt, tal-faħam, tal-fjuwil nukleari u tal-gass u li n-Nord Stream I u II jiġu abbandunati għalkollox; jirrimarka li n-Nord Stream II kien jirrappreżenta għodda importanti għar-Russja biex iżżid l-influwenza politika u ekonomika tagħha fuq l-Istati Membri u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jinnota li hemm potenzjal għoli għall-użu tal-bijofjuwils fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, li jistgħu jużaw aħjar diversi riżorsi tal-enerġija rinnovabbli bħala mezz biex titnaqqas id-dipendenza enerġetika;

86.

Jilqa' r-rieda espressa fl-aktar Summit riċenti tas-Sħubija tal-Lvant f'Diċembru 2021 biex tiġi esplorata kooperazzjoni settorjali mtejba fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija ma' sħab assoċjati tas-Sħubija tal-Lvant interessati; jindika s-sigurtà tal-klima bħala qasam ta' kooperazzjoni ulterjuri possibbli bejn l-UE u s-Sħubija tal-Lvant;

87.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-istabbiliment ta' fond tas-Sħubija tal-Lvant speċifiku għall-klima li jinkludi l-kooperazzjoni transfruntiera u reġjonali, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, ir-riċerka u l-edukazzjoni, u enfasi partikolari fuq il-bini tal-kapaċitajiet f'teknoloġiji ekoloġiċi bbażati fuq l-aħjar prattiki fl-Istati Membri;

o

o o

88.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-aġenziji tal-UE involuti fid-difiża u ċ-ċibersigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

(3)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

(4)  ĠU L 23, 26.1.2018, p. 4.

(5)  ĠU L 246, 17.9.1999, p. 3.

(6)  ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.

(7)  ĠU L 202, 8.6.2021, p. 1.

(8)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.

(9)  ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.

(10)  ĠU L 359 I, 11.10.2021, p. 6.

(11)  ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14.

(12)  ĠU L 160, 7.5.2021, p. 106.

(13)  ĠU L 160, 7.5.2021, p. 109.

(14)  ĠU L 160, 7.5.2021, p. 112.

(15)  ĠU L 351 I, 22.10.2020, p. 5.

(16)  ĠU L 246, 30.7.2020, p. 12.

(17)  ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(18)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(19)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.

(20)  ĠU L 180, 21.5.2021, p. 149.

(21)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(22)  ĠU L 411, 7.12.2020, p. 1.

(23)  ĠU C 99, 1.3.2022, p. 105.

(24)  ĠU C 15, 12.1.2022, p. 156.

(25)  ĠU C 494, 8.12.2021, p. 54

(26)  ĠU C 465, 17.11.2021, p. 87.

(27)  ĠU C 456, 10.11.2021, p. 78.

(28)  ĠU C 456, 10.11.2021, p. 64.

(29)  ĠU C 404, 6.10.2021, p. 136.

(30)  ĠU C 385, 22.9.2021, p. 40.

(31)  ĠU C 362, 8.9.2021, p. 114.

(32)  ĠU C 388, 13.11.2020, p. 22.

(33)  ĠU C 28, 27.1.2020, p. 57.

(34)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).


Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/96


P9_TA(2022)0237

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang, inklużi x-Xinjiang police files

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang, inklużi x-Xinjiang police files (2022/2700(RSP))

(2022/C 493/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rapporti preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (1) u tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-Ujguri fiċ-Ċina (China-cables) (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 (4) li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989,

wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż, u l-Artikolu 4 tagħha, li jiddefendi d-drittijiet tal-minoranzi etniċi,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt għandhom ikunu fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina, f'konformità mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u mal-impenn taċ-Ċina li taderixxi għalihom fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha stess;

B.

billi l-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi u għadd ta' mezzi tal-media internazzjonali, inklużi l-BBC, l-El Pais ta' Spanja, il-Le Monde ta' Franza u d-Der Spiegel tal-Ġermanja, setgħu jeżaminaw ix-Xinjiang police files;

C.

billi l-awtoritajiet responsabbli Ċiniżi ċaħdu l-allegazzjonijiet ta' ksur massiv u strutturali tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang;

D.

billi x-Xinjiang police files jiddokumentaw fid-dettall – u, għall-ewwel darba, b'għadd kbir ta' ritratti – id-dimensjonijiet tar-ripressjoni sistematika, brutali u arbitrarja fir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang;

E.

billi dan il-materjal juri r-rwol infurmat, l-appoġġ attiv u l-involviment dirett tal-Gvern Ċentrali f'Beijing, inklużi Xi Jinping u Li Keqiang, u tal-uffiċjali ewlenin tar-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang biex imexxu l-politika tal-internament tal-massa fix-Xinjiang; billi d-dokumenti jindikaw ukoll l-appoġġ infurmat u attiv tal-President Xi Jinping għall-kampanji ta' “riedukazzjoni”, “azzjoni ħarxa” u “deestremifikazzjoni” tax-Xinjiang, kif ukoll għal infiq kontinwu fuq faċilitajiet ta' detenzjoni u persunal addizzjonali għall-ġestjoni tal-influss ta' detenuti;

F.

billi t-Tribunal tal-Ujguri u korpi investigattivi u organizzazzjonijiet ta' riċerka kredibbli u indipendenti oħra kkonkludew li l-ksur serju u sistemiku tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina kontra l-Ujguri u popli oħra etniċi Turkiċi jammonta għal tortura, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju (5); billi l-Gvern tal-Istati Uniti u l-korpi leġiżlattivi fl-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit, in-Netherlands, il-Belġju, Franza, il-Litwanja, iċ-Ċekja u l-Irlanda għamlu determinazzjonijiet simili;

G.

billi mill-2017, diversi NGOs irrappurtaw ripetutament li ċ-Ċina kienet qed issegwi d-detenzjoni tal-massa tal-Ujguri, il-Każaki u gruppi etniċi oħra li huma fil-biċċa l-kbira Musulmani fix-Xinjiang;

H.

billi l-atroċitajiet kontra l-Ujguri għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-politiki interni u esterni ripressivi u aggressivi usa' taċ-Ċina;

1.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-fatt li l-komunità Ujgura fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ġiet sistematikament oppressa minn miżuri brutali, inklużi d-deportazzjoni tal-massa, l-indottrinazzjoni politika, is-separazzjoni tal-familja, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà reliġjuża, il-qerda kulturali u l-użu estensiv tas-sorveljanza;

2.

Jiddikjara li l-evidenza kredibbli dwar il-miżuri ta' prevenzjoni tat-twelid u s-separazzjoni tat-tfal Ujguri mill-familji tagħhom tammonta għal delitti kontra l-umanità u tirrappreżenta riskju serju ta' ġenoċidju; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jwaqqfu l-programmi kollha sponsorjati mill-gvern ta' xogħol furzat u sterilizzazzjoni furzata tal-massa u jtemmu minnufih kwalunkwe miżura mmirata lejn il-prevenzjoni tat-twelid fil-popolazzjoni Ujgura, inklużi aborti furzati jew sanzjonijiet għal ksur tal-kontroll tat-twelid;

3.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sentenzi eċċessivi u arbitrarji ta' ħabs mogħtija bħala riżultat ta' allegazzjonijiet ta' terroriżmu jew estremiżmu li, skont x-Xinjiang police files, fisser li fl-2018 kienu qed jinżammu 22 000 persuna, li jirrappreżentaw 12 % tal-popolazzjoni adulta Ujgura tal-Kontea ta' Konasheher (6); jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allegati akkużi ta' stupru sistematiku, abbuż sesswali u tortura tan-nisa fil-kampijiet ta' riedukazzjoni taċ-Ċina;

4.

Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż itemm minnufih il-prattika ta' detenzjoni arbitrarja mingħajr akkuża, proċess jew kundanna għal reati kriminali mmirati kontra l-Ujguri u popli oħra etniċi Turkiċi, jagħlaq il-kampijiet u ċ-ċentri ta' detenzjoni kollha, u jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk detenuti, u jerġa' jgħaqqad lit-tfal Ujguri li jitqiegħdu bil-forza f'faċilitajiet tal-imbark immexxija mill-istat, mal-ġenituri tagħhom;

5.

Ifakkar li ċ-Ċina rratifikat il-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, li tipprevedi l-projbizzjoni assoluta u mhux derogabbli tat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-akkademiku Ujgur u lir-Rebbieħ tal-Premju Sakharov 2019 Ilham Tohti, u biex jiżguraw, sadanittant, li jkollu aċċess regolari u mingħajr restrizzjonijiet għall-familja tiegħu u għall-avukati tal-għażla tiegħu;

7.

Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jippermettu aċċess liberu, sinifikanti u mingħajr xkiel għar-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang u aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-kampijiet ta' internament għal ġurnalisti indipendenti, osservaturi internazzjonali u korpi investigattivi, inkluż, b'mod partikolari, id-detenturi ta' mandat tal-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll għaċ-ċentri ta' detenzjoni, sabiex jiġu vvalutati l-allegazzjonijiet Ċiniżi li dawn ma għadhomx operattivi;

8.

Ifakkar fil-proposti biex issir sessjoni speċjali jew dibattitu urġenti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u dwar l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni biex jinħoloq mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar, f'konformità ma' sejħa globali minn mijiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mir-reġjuni kollha;

9.

Jiddeplora l-fatt li, fil-qafas taż-żjara tagħha fiċ-Ċina u fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, l-awtoritajiet Ċiniżi ma ppermettewx li l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikollha aċċess sħiħ għall-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċentri ta' detenzjoni, li waqqafha milli tara l-iskala sħiħa tal-kampijiet ta' riedukazzjoni politika fix-Xinjiang; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissarju tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Bachelet naqset milli żżomm lill-Gvern Ċiniż responsabbli b'mod ċar għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-Ujguri matul iż-żjara tagħha;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissarju Għoli tippubblika immedjatament ir-rapport tant mistenni dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang, abbażi tal-korp disponibbli, wiesa' u dejjem akbar ta' evidenza tal-iskala u l-gravità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed jitwettaq mill-awtoritajiet Ċiniżi;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jadottaw malajr sanzjonijiet addizzjonali mmirati lejn uffiċjali Ċiniżi ta' grad għoli, bħal Chen Quanguo, Zhao Kezhi, Guo Shengkun u Hu Lianhe, kif ukoll oħrajn identifikati fix-Xinjiang police files, u individwi u entitajiet oħra, li huma involuti fi ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang;

12.

Jistieden lill-Kunsill jindirizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang fil-Kunsill Ewropew li jmiss u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-G7 u tal-G20 biex bl-istess mod jindirizzaw is-suġġett;

13.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu l-passi kollha meħtieġa, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, biex itemmu dawn l-atroċitajiet u jiżguraw ir-responsabbiltà għad-delitti mwettqa, inkluż permezz ta' mekkaniżmi internazzjonali ta' responsabbiltà;

14.

Jirrikonoxxi li r-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina huma dejjem aktar ikkaratterizzati minn kompetizzjoni ekonomika u rivalità sistemika; jirrikonoxxi l-fatt li l-mexxejja tal-UE qajmu l-kwistjoni tal-ksur serju fix-Xinjiang fis-summit reċenti bejn l-UE u ċ-Ċina u jenfasizza l-importanza li din il-kwistjoni tkompli titqajjem f'kull okkażjoni u fl-ogħla livelli;

15.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jidentifikaw u jimmitigaw b'mod urġenti r-riskji relatati mal-interferenza barranija Ċiniża; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' repressjoni transnazzjonali jew tentattivi biex jitrażżnu d-dissidenti Ċiniżi jew ir-rappreżentanti tal-komunità Ujguri li jgħixu barra mill-pajjiż;

16.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jissospendu t-trattati ta' estradizzjoni tagħhom maċ-Ċina u ma' Hong Kong;

17.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jippermettu lill-Ujguri kollha li jixtiequ jitilqu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex jagħmlu dan;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-prodotti kollha prodotti minn xogħol furzat u fuq prodotti manifatturati mill-kumpaniji Ċiniżi kollha elenkati bħala li jisfruttaw ix-xogħol furzat; itenni l-pożizzjoni tiegħu favur direttiva ambizzjuża dwar id-diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà korporattiva;

19.

Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri jivverifikaw jekk entitajiet li joperaw fis-suq intern tal-UE humiex direttament jew indirettament involuti fil-ħolqien ta' sistemi ta' sorveljanza tal-massa fix-Xinjiang, fl-operat jew fil-bini ta' faċilitajiet ta' detenzjoni għal gruppi ta' minoranza fix-Xinjiang, jew fit-twettiq ta' tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe persuna sanzjonata għall-abbuż ta' Ujguri u gruppi ta' minoranza oħra fix-Xinjiang; jisħaq li d-determinazzjoni ta' dawn il-fatti għandha tiskatta miżuri relatati mal-kummerċ, esklużjoni mill-akkwist pubbliku u sanzjonijiet;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika taċ-Ċina.

(1)  ĠU C 445, 29.10.2021, p. 114.

(2)  ĠU C 255, 29.6.2021, p. 60.

(3)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(4)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(5)  https://uyghurtribunal.com/wp-content/uploads/2021/12/Uyghur-Tribunal-Summary-Judgment-9th-Dec-21.pdf;

https://14ee1ae3-14ee-4012-91cf-a6a3b7dc3d8b.usrfiles.com/ugd/14ee1a_3f31c56ca64a461592ffc2690c9bb737.pdf;

https://newlinesinstitute.org/uyghurs/the-uyghur-genocide-an-examination-of-chinas-breaches-of-the-1948-genocide-convention/

https://www.ushmm.org/genocide-prevention/reports-and-resources/the-chinese-governments-assault-on-the-uyghurs

(6)  https://www.washingtonpost.com/world/2022/05/24/xinjiang-michelle-bachelet-china-uyghur/


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/100


P9_TA(2022)0238

L-istrumentalizzazzjoni tal-ġustizzja bħala strument ta' repressjoni fin-Nikaragwa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar l-istrumentalizzazzjoni tal-ġustizzja bħala strument ta' repressjoni fin-Nikaragwa (2022/2701(RSP))

(2022/C 493/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Diċembru 2021 (1), it-8 ta' Lulju 2021 (2), it-8 ta' Ottubru 2020, id-19 ta' Diċembru 2019 (3), l-14 ta' Marzu 2019 (4) u l-31 ta' Mejju 2018 (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, tal-15 ta' Awwissu 2021, it-8 ta' Novembru 2021 u l-14 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-48 u d-49 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapport annwali tagħha dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa tas-7 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-23 ta' Ġunju 2021, l-20 ta' Novembru 2021 u l-11 ta' Frar 2022,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Ġunju 2004, kif aġġornati fl-2008,

wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra (il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali),

wara li kkunsidra r-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1969 (il-Patt ta' San José),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, ir-regoli standard minimi tan-NU dwar it-trattament tal-priġunieri (ir-Regoli Nelson Mandela), ir-regoli tan-NU dwar it-trattament tal-priġunieri nisa u miżuri li ma jċaħħdux il-libertà għal trasgressuri nisa (ir-Regoli ta' Bangkok) u l-Konvenzjoni ta' Vjenna,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/HRC/49/L.20 dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa, adottata fil-31 ta' Marzu 2022 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tan-Nikaragwa,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi minn April 2018, ir-reġim ta' Ortega-Murillo daħħal qafas ta' repressjoni statali fin-Nikaragwa, ikkaratterizzat mill-impunità sistemika għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-deterjorament tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt, u l-implimentazzjoni ta' strateġija orkestrata bil-konnivenza ċara tal-ġudikatura, li għandha l-għan li ssikket kwalunkwe vuċi kuntrarja;

B.

billi mill-2018 'l hawn, b'mod sistematiku u mmirat, l-awtoritajiet tan-Nikaragwa tefgħu l-ħabs, taw fastidju u intimidaw avversarji politiċi, membri tal-oppożizzjoni, studenti u mexxejja rurali, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, rappreżentanti tan-negozju u artisti, li ripetutament iffaċċjaw theddid ta' mewt, intimidazzjoni, kampanji ta' malafama online, fastidju, sorveljanza, attakki, persekuzzjoni ġudizzjarja u ċaħda arbitrarja tal-libertà; billi, minkejja dawn il-bosta riskji, il-ġurnalisti u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem qed ikomplu jiżvolġu rwol essenzjali fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem fin-Nikaragwa;

C.

billi, f'dawn l-aħħar snin, ir-reġim ta' Ortega-Murillo adotta u applika qafas regolatorju dejjem aktar repressiv;

D.

billi, sal-lum, skont il-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI), mill-inqas 182 avversarju politiku qed jinżammu l-ħabs f'kundizzjonijiet inumani li mhumiex konformi mal-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħar-Regoli Nelson Mandela; billi sebgħa minn dawn il-priġunieri politiċi kienu prekandidati presidenzjali għall-elezzjonijiet tal-2021; billi l-kritiċi tar-reġim tan-Nikaragwa ġew soġġetti għal abbużi sistematiċi fil-ħabs, inkluż trattament inuman, umiljanti u degradanti li jammonta għal tortura, u li wassal għall-mewt tal-priġunier politiku u eks mexxej tar-ribelli Hugo Torres, fost l-oħrajn; billi l-awtoritajiet tan-Nikaragwa taw fastidju anke lill-familji u l-qraba ta' priġunieri politiċi, li sofrew persekuzzjoni u theddid;

E.

billi n-nuqqas ta' separazzjoni tas-setgħat u l-kontroll sħiħ tal-istituzzjonijiet min-naħa tar-reġim tan-Nikaragwa wasslu biex il-ġudikatura u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kellhom ibaxxu rashom għar-rieda tar-reġim, b'disprezz totali tal-istat tad-dritt, l-indipendenza ġudizzjarja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u, b'hekk, tad-demokrazija, sabiex jiġi stabbilit dittatorjat fin-Nikaragwa;

F.

billi l-qrati tan-Nikaragwa taw verdetti ta' ħtija u sentenzi ħorox lil kull min esprima opinjoni kuntrarja f'seduti bil-magħluq li naqsu milli jirrispettaw garanziji bażiċi ta' proċess ġust;

G.

billi l-imħallfin u l-prosekuturi f'dawn il-proċessi kisru konsistentement l-obbligu ta' proċess ġust; billi, f'nota pubblika, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kiser il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza;

H.

billi t-trażżin u r-repressjoni kostanti ġiegħlu eluf ta' Nikaragwani jaħarbu mill-pajjiż; billi qed jiġu osservati xejriet simili ta' repressjoni fejn l-attakki fuq il-libertà ta' espressjoni intensifikaw; billi t-theddid tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-konfront ta' diversi ġurnalisti u ħaddiema tal-midja wassal biex ħafna minnhom jitilqu min-Nikaragwa biex ifittxu protezzjoni;

I.

billi fl-2022, ir-reġim ta' Ortega-Murillo pprojbixxa kważi 400 organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ u ċaħħadhom mill-istatus legali tagħhom; billi l-Knisja Kattolika kienet ukoll vittma tar-reġim ta' Ortega-Murillo, bħalma kienu, fost l-oħrajn, l-Akkademja Lingwistika tan-Nikaragwa, membri ta' komunitajiet indiġeni u gruppi minoritarji oħra;

J.

billi r-reġim ta' Ortega-Murillo kiser id-dritt internazzjonali, speċjalment il-Konvenzjoni ta' Vjenna, meta attakka l-kwartieri ġenerali u okkupa l-bini tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, li tkeċċiet min-Nikaragwa fil-25 ta' April 2022;

K.

billi, wara inizjattiva b'appoġġ qawwi organizzata mis-soċjetà ċivili, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU stabbilixxa Grupp ta' Esperti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex jinvestiga bir-reqqa u b'mod indipendenti kull allegat ksur u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn April 2018, inkluż mil-lat ta' dimensjoni tal-ġeneru; billi kemm l-UE kif ukoll l-Istati Uniti imponew sanzjonijiet fuq in-Nikaragwa;

1.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli r-repressjoni sistematika fil-konfront tal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni, it-trażżin tal-atturi tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja, ħaddiema oħra tal-midja, ġurnalisti, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, studenti u membri tal-Knisja Kattolika, fost l-oħrajn, u l-korruzzjoni persistenti tal-uffiċjali tar-reġim tan-Nikaragwa;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-mewt ta' Hugo Torres fil-ħabs;

3.

Jikkundanna l-arrest ta' Patri Manuel Salvador García, li ilu f'arrest preventiv mill-1 ta' Ġunju 2022, u jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu;

4.

Itenni l-appell tiegħu għall-estradizzjoni immedjata ta' Alessio Casimirri lejn l-Italja;

5.

Jikkundanna d-detenzjoni abbużiva, in-nuqqas ta' garanziji proċesswali u l-kundanni illegali ta' priġunieri politiċi fin-Nikaragwa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa jirristabbilixxu l-garanziji għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet ċivili u politiċi għaċ-ċittadini Nikaragwani kollha, iwaqqfu l-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika, l-istampa u s-soċjetà ċivili, jeħilsu minnufih u bla kundizzjonijiet lil dawk miżmuma arrestati minn April 2018 'l hawn, jannullaw il-proċedimenti legali kontrihom u jippermettu r-ritorn sikur tar-rifuġjati u l-eżiljati kollha lejn djarhom;

6.

Jappella li l-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jerġgħu jiġu stabbiliti u li l-awtoritajiet pubbliċi jirrispettaw il-kodiċi kriminali u l-preżunzjoni tal-innoċenza u jieqfu jikkriminalizzaw l-oppożizzjoni;

7.

Jikkundanna s-sentenzi ġudizzjarji illeġittimi li jikkonfermaw biss l-intenzjoni repressiva tar-reġim tan-Nikaragwa u li l-imħallfin saru għodda ta' repressjoni b'responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

8.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea żżomm lir-reġim tan-Nikaragwa responsabbli, b'mod partikolari l-imħallfin tiegħu, għar-repressjoni fil-pajjiż u l-proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront ta' personalitajiet tal-oppożizzjoni u kritiċi oħra; jistieden lill-Kunsill jibda minnufih il-proċedimenti biex jinkludi l-imħallfin li ġejjin fil-lista ta' individwi sanzjonati mill-UE: Nadia Camila Tardencilla, Angel Jeancarlos Fernández González, Ulisa Yaoska Tapia Silva, Rosa Velia Baca Cardoza, Veronica Fiallos Moncada, Luden Martin Quiroz García, Karen Vanesa Chavarría, Felix Ernesto Salmerón Moreno, Nancy Aguirre Gudiel, William Irving Howard López, Erick Ramón Laguna Averruz, Melvin Leopoldo Vargas García, Irma Oralia Laguna Cruz u Rolando Sanarrusia, fost l-oħrajn, kif ukoll l-imħallfin tal-Qorti tal-Appell ta' Managua li kienu wkoll involuti fiċ-ċaħda tad-drittijiet proċedurali u sostantivi tal-persuni kundannati illegalment: Octavio Rothschuh Andino, Ángela Dávila u Argentina Solís;

9.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex, skont l-Artikoli 13 u 14 tal-Istatut ta' Ruma, jiftħu investigazzjoni formali dwar in-Nikaragwa u Daniel Ortega permezz tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal delitti kontra l-umanità skont l-Artikolu 7 tal-Istatut ta' Ruma;

10.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għaċ-ċittadini tan-Nikaragwa li jipprotestaw b'mod paċifiku kontra r-reġim ta' Ortega-Murillo; jiddispjaċih ħafna li ma ttieħdet l-ebda azzjoni ġudizzjarja li tiżgura ġustizzja u riparazzjoni għall-vittmi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mir-repressjoni tal-2018 'l hawn;

11.

Iħeġġeġ lin-Nikaragwa tirrevoka l-leġiżlazzjoni li għaddiet mill-2018 u li ċċekken bla bżonn l-ispazju ċiviku u demokratiku, partikolarment il-Liġi Speċjali dwar iċ-Ċiberkriminalità (il-Liġi 1042), il-Liġi 1040 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, u l-Liġi 1055 dwar id-Difiża tad-Drittijiet taċ-Ċittadini għall-Indipendenza, is-Sovranità u l-Awtodeterminazzjoni għall-Paċi, kif ukoll ir-riforma tal-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali; ifakkar li, fid-dawl tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, in-Nikaragwa għandha l-obbligu li tirrispetta u tikkonsolida l-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; itenni t-talba tiegħu li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi attwali, tiskatta l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

12.

Jenfasizza li l-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, għandhom jitħallew imorru lura n-Nikaragwa; jiddeplora n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-awtoritajiet tan-Nikaragwa mal-mekkaniżmi reġjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE tappoġġja l-mandat tat-tliet membri indipendenti tal-Grupp ta' Esperti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fin-Nikaragwa, imwaqqaf reċentement mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u tikkollabora mill-qrib magħhom bil-ħsieb li tippromwovi l-obbligu ta' rendikont għall-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa;

13.

Jikkundanna l-fatt li kważi 400 NGO ġew imġiegħla jieqfu jaħdmu fin-Nikaragwa, inkluża l-Akkademja Lingwistika tan-Nikaragwa; jistieden lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa ma jibqgħux iġiegħlu lill-NGOs jagħlqu bla bżonn u jirristabbilixxu l-personalità ġuridika tal-organizzazzjonijiet, il-partiti politiċi, l-universitajiet u l-organi tal-istampa li ġew imġiegħla jagħlqu arbitrarjament, kif ukoll jirritornaw kwalunkwe assi, dokumentazzjoni u tagħmir sekwestrat illegalment;

14.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-repressjoni tal-midja ħielsa u indipendenti fil-pajjiż, li ġiegħlet lil aktar minn 100 ġurnalist jeżiljaw ruħhom;

15.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsegwu mill-qrib is-sitwazzjoni fuq il-post permezz tar-rappreżentanti lokali u l-ambaxxati tagħhom fin-Nikaragwa; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lill-Istati Membri li għandhom missjonijiet diplomatiċi fil-pajjiż jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, jagħtu l-appoġġ xieraq kollu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem miżmuma arrestati, inkluż permezz ta' żjarat fil-ħabs u monitoraġġ tal-proċess ġudizzjarju, jikkundannaw pubblikament l-abbużi kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja indipendenti u jappoġġjaw il-ħidma tagħhom; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti kollha disponibbli biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza fejn xieraq, u jipprovdu kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE għal raġunijiet umanitarji;

16.

Jiddispjaċih ħafna li r-rappreżentanti tan-Nikaragwa vvutaw kontra t-tkeċċija tar-Russja mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-atroċitajiet imwettqa mill-forzi tagħha waqt il-gwerra fl-Ukrajna u li n-Nikaragwa astjeniet fuq ir-Riżoluzzjoni ES-11/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta' Marzu 2022 li tikkundanna l-invażjoni tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja u titlob l-irtirar sħiħ tal-forzi Russi;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, kif ukoll lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2021)0513.

(2)  ĠU C 99, 1.3.2022, p. 204.

(3)  ĠU C 255, 29.6.2021, p. 65.

(4)  ĠU C 23, 21.1.2021, p. 126.

(5)  ĠU C 76, 9.3.2020, p. 164.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/104


P9_TA(2022)0239

Il-ksur tal-libertà tal-media u tas-sikurezza tal-ġurnalisti fil-Georgia

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar il-ksur tal-libertà tal-media u tas-sikurezza tal-ġurnalisti fil-Georgia (2022/2702(RSP))

(2022/C 493/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Georgia, b'mod partikolari dik tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (1),

wara li kkunsidra ż-żjara reċenti tar-Rappreżentant tal-OSKE għal-Libertà tal-Media fil-Georġia fit-28 u d-29 ta' April 2022,

wara li kkunsidra l-ftehim milħuq bejn il-forzi politiċi tal-Georgia fid-19 ta' April 2021, bil-medjazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Georgia, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ b'mod sħiħ fl-1 ta' Lulju 2016 (2),

wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri għall-2021 u l-2022,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tagħhom, li ilu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2016, il-Georgia u l-UE impenjaw ruħhom li jiżviluppaw djalogu politiku bil-għan li jsaħħu r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-media;

B.

billi l-Georgia ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal sħubija fl-UE fit-3 ta' Marzu 2022, u b'hekk uriet l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-poplu tal-Georgia, li jgawdu minn appoġġ kbir fost il-pubbliku u fl-ispettru politiku kollu, inkluża l-oppożizzjoni;

C.

billi l-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-media u s-sikurezza tal-ġurnalisti huma elementi essenzjali ta' demokrazija vibranti u l-protezzjoni tagħhom mill-awtoritajiet hija indikatur importanti għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija; billi midja pluralistika, ħielsa u indipendenti hija pedament fundamentali tad-demokrazija u wieħed mill-pilastri ewlenin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;

D.

billi l-Ftehim tad-19 ta' April 2021, bil-medjazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, issottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet ta' ġustizzja politiċizzata, fost oħrajn, billi tiġi adottata u implimentata riforma ambizzjuża tal-ġudikatura biex jiżdiedu l-indipendenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistema ġudizzjarja;

E.

billi fil-5 ta' Lulju 2021 aktar minn 50 ġurnalist, rappreżentant tal-media u dimostrant paċifiku ġew attakkati b'mod vjolenti minn attivisti prinċipalment tal-lemin estrem meta kienu qegħdin ikopru l-Pride's March for Dignity ta' Tbilisi, avveniment li fl-aħħar mill-aħħar ġie kkanċellat bil-forza; billi Alexander Lashkarava, cameraman għal TV Pirveli, miet ftit wara dan l-attakk minħabba l-korrimenti li sofra;

F.

billi l-ambjent tal-media tal-Georgia, wara diversi snin ta' titjib, iddeterjora b'mod rapidu matul dawn l-aħħar ftit snin u għadd kbir bla preċedent ta' attakki fiżiċi vjolenti kontra ġurnalisti seħħew fil-Georgia minn meta seħħet il-vjolenza tal-massa kontra l-Pride March ta' Tbilisi fil-5 ta' Lulju 2021, li wasslet għal dikjarazzjonijiet ta' tħassib minn diversi organizzazzjonijiet internazzjonali fid-difiża tal-libertà tal-media u għat-tnaqqis sinifikanti fil-grad tal-Georgia fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa (minn punteġġ ta' 71,36 u klassifikazzjoni ta' 60 minn 180 fl-2021 għal punteġġ ta' 59,9 u klassifikazzjoni ta' 89 minn 180 fl-2022);

G.

billi l-għadd ta' attakki verbali fuq il-ġurnalisti u l-għadd ta' kawżi ta' malafama, inklużi dawk imnedija minn uffiċjali tal-gvern u individwi assoċjati mal-partit fil-gvern, kontra rappreżentanti tal-media u kumpaniji kritiċi qiegħed jiżdied; billi kif osservat Transparency International Georgia, il-bidla fil-prattika ġudizzjarja tpoġġi l-oneru tal-prova fuq il-ġurnalisti, minkejja dispożizzjoni mhux ambigwa li tiddikjara l-kuntrarju fil-liġi tal-Georgia; billi l-ġurnalisti, b'mod partikolari dawk minn kanali tal-media kritiċi dwar il-gvern, jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku;

H.

billi kien hemm nuqqas ta' trasparenza u effett utli fl-investigazzjonijiet, li wassal għal impressjoni mifruxa ta' impunità għal dawk ħatja ta' reati kontra ġurnalisti;

I.

billi fl-4 ta' April 2022, il-Qorti tal-Belt ta' Tbilisi kkundannat sitt persuni għal ħames snin ħabs minħabba l-attakk fuq żewġ cameramen u ġurnalist matul l-attakki vjolenti kontra l-Pride March f'Tbilisi fil-5 ta' Lulju 2021;

J.

billi fis-16 ta' Mejju 2022, Nika Gvaramia, direttur tal-istazzjon televiżiv Mtavari, ġie kkundannat għal tliet snin u nofs ħabs skont l-Artikolu 220 tal-Kodiċi Kriminali dwar akkużi dubjużi ta' ħasil tal-flus, tixħim u falsifikazzjoni ta' dokumenti relatati mal-attivitajiet tal-passat tiegħu bħala direttur ta' Rustavi 2 TV, sentenza li ġiet perċepita b'mod mifrux fil-Georgia bħala tentattiv biex jissikket leħen kritiku ta-gvern attwali; billi dan il-każ diġà ġie vvalutat b'mod negattiv mid-Difensur Pubbliku tal-Georgia fl-2019;

K.

billi investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet selettivi mmirati lejn dawk li jopponu l-gvern attwali jimminaw il-fiduċja tal-pubbliku mhux biss fl-istituzzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll fil-gvern innifsu, filwaqt li r-ripetizzjoni ta' każijiet simili kontra s-sidien ta' media marbuta mal-oppożizzjoni timmina l-isforzi mmirati biex tiżdied l-indipendenza tal-ġudikatura;

L.

billi l-eks President Mikheil Saakashvili, li s-saħħa tiegħu kienet qiegħda tiddeterjora b'mod kostanti, finalment ġie rilokat fi sptar ċivili wara opinjonijiet minn tobba indipendenti li l-kundizzjoni tiegħu ma kinitx ser titjieb mod ieħor;

M.

billi r-riforma tal-liġi dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħti lill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Komunikazzjonijiet tal-Georgia (GNCC) id-dritt li taħtar maniġers speċjali fil-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni li jinfurzaw id-deċiżjonijiet tal-GNCC;

N.

billi nfetħu kawżi l-qorti kontra sidien oħra ta' mezzi tal-media kritiċi, jew kontra l-qraba tagħhom, prinċipalment David Kezerashvili ta' Formula TV u Vakhtang Tsereteli, il-fundatur tal-istazzjon indipendenti TV Pirveli; billi f'Jannar 2022 il-Qorti tal-Belt ta' Tbilisi ddeċidiet li l-fundaturi ta' TBC Bank u l-partit politiku Lelo for Georgia, Mamuka Khazaradze u Badri Japaridze, kif ukoll Avtandil Tsereteli, missier Vakhtang Tsereteli, kienu ħatja ta' frodi u kkundannathom għal seba' snin ħabs; billi s-sentenza tagħhom ġiet madankollu mibdula, peress li l-istatut tal-limitazzjonijiet għall-frodi kien skada;

O.

billi l-Georgia bdiet tesperjenza żieda fid-diżinformazzjoni Russa u fil-propaganda kontra l-UE f'dawn l-aħħar snin u speċjalment mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna, immirata lejn in-nisa, il-komunità LGBTQI+, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi etniċi, b'mod partikolari;

P.

billi ħafna ġurnalisti ġew ikkonfermati li huma fost membri tas-soċjetà tal-Georgia li l-konverżazzjonijiet tagħhom kienu ġew irreġistrati, kif muri mir-rivelazzjonijiet dwar l-interċezzjonijiet telefoniċi illegali mifruxa f'Settembru 2021;

Q.

billi għadu ma ngħata ebda riżultat tanġibbli mill-investigazzjonijiet dwar il-każ tal-ġurnalist tal-Ażerbajġan Afgan Mukhtarli, li f'Mejju 2017 inħataf fil-Georgia u ġie ttrasportat illegalment fuq il-fruntiera mal-Ażerbajġan biex jiġi pproċessat f'Baku, allegatament b'kollużjoni ma' uffiċjali tas-sigurtà tal-Georgia;

1.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-media u s-sikurezza tal-ġurnalisti fil-Georgia f'dawn l-aħħar snin, minkejja l-qafas legali sod tal-Georgia biex tiggarantixxi l-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-media;

2.

Jikkundanna l-għadd dejjem jikber ta' każijiet ta' intimidazzjoni, theddid u vjolenza kontra ġurnalisti u l-persekuzzjoni tagħhom, inkluż għadd dejjem jikber ta' investigazzjonijiet kriminali dwar il-ħaddiema u s-sidien tal-media; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jinvestigaw bir-reqqa kwalunkwe każ ta' vjolenza u jħarrku lil dawk responsabbli għall-inċitament u t-twettiq ta' attakki vjolenti kontra ġurnalisti u ħaddiema oħra tal-media, li b'hekk jirrimedjaw l-impressjoni ta' impunità għal tali reati; jistieden lill-Georgia tillimita l-użu ta' kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika mmirati lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tal-media, li jservu biex ifixklu l-ħidma kritika u indipendenti tagħhom;

3.

Jistieden lill-Georgia tiżgura l-libertà tal-media, li għandha tinvolvi indipendenza editorjali, sjieda trasparenti tal-media u kopertura pluralistika, imparzjali u nondiskriminatorja tal-fehmiet politiċi fl-ipprogrammar minn xandara privati u, b'mod partikolari, minn xandara pubbliċi, speċjalment matul il-kampanji elettorali; jistieden lill-Georgia tiggarantixxi aċċess mingħajr xkiel għall-informazzjoni li suppost tkun disponibbli għall-pubbliku u tiżgura s-sikurezza, il-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-ġurnalisti u professjonisti oħra tal-media;

4.

Jikkundanna s-sentenza ta' Nika Gvaramia, id-direttur tal-istazzjon televiżiv ewlieni favur l-oppożizzjoni Mtavari, fis-16 ta' Mejju 2022, li enfasizzat in-nuqqas ta' fiduċja persistenti fis-sistema ġudizzjarja tal-Georgia; japprova s-sejħa minn Reporters mingħajr fruntieri għal rieżami tal-kundanna ta' Nika Gvaramia; jenfasizza, għal darb'oħra, il-ħtieġa urġenti li l-gvern ġenwinament javvanza r-riforma tal-ġudikatura permezz ta' proċess wiesa' u inklużiv bejn il-partiti bil-għan li tiżdied l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura, f'konformità mal-impenji meħuda bħala sieħeb assoċjat tal-UE;

5.

Jistieden lir-rappreżentanti kollha tal-Gvern tal-Georgia biex joqogħdu lura milli jużaw retorika aggressiva u trattament diskriminatorju fil-konfront tar-rappreżentanti tal-media fil-Georgia u biex jippromwovu approċċ tolleranti li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem fid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tagħhom;

6.

Jiddenunzja bil-qawwa n-nuqqas persistenti ta' investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet diliġenti ta' dawk responsabbli għall-vjolenza kontra ġurnalisti u dimostranti paċifiċi fil-marċ ta' Tbilisi Pride fil-5 ta' Lulju 2021; jinsisti li l-impunità għall-awturi ta' tali atti fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġi ttollerata, peress li jiksru kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll l-impenji internazzjonali u Ewropej tal-Georgia, u jitlob li jitwettqu investigazzjonijiet effettivi dwar l-inċidenti tal-5 ta' Lulju 2021; jikkundanna d-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-persuni LGBTQI+; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Georgjani jimplimentaw bis-sħiħ leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni fil-prattika;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jwettqu investigazzjonijiet effettivi fl-iskandlu tal-interċettazzjonijiet telefoniċi u jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għas-superviżjoni demokratika tas-sorveljanza u l-ġbir tad-data mill-istituzzjonijiet tal-Istat;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit ambjent tax-xogħol sikur u favorevoli għall-ġurnalisti, il-ħaddiema tal-media u l-mezzi tal-media, kemm fil-leġiżlazzjoni kif ukoll fil-prattika, inkluż għal dawk il-ġurnalisti li jfittxu rifuġju mir-Russja, il-Belarussja u reġimi awtoritarji oħra; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Georgia tagħmel użu mill-kooperazzjoni internazzjonali biex ittejjeb l-ambjent tal-media u l-leġiżlazzjoni rilevanti f'konformità mal-aħjar prattiki internazzjonali;

9.

Ifaħħar lil Nino Lomjaria, id-Difensur Pubbliku tal-Georgia, għall-azzjonijiet tagħha fis-salvagwardja tal-libertà tal-media, minkejja l-attakki regolari mill-gvern;

10.

Jirrikonoxxi x-xenarju varjat u pluralistiku tal-media fil-Georgia, iżda jiddispjaċih dwar ir-relazzjoni estremament mimlija tensjoni bejn il-partit fil-gvern u l-mezzi tal-media kritiċi, kif ukoll bejn il-partiti tal-oppożizzjoni u l-media favur il-gvern; jiddeplora bil-qawwa l-polarizzazzjoni tax-xenarju tal-media, li tirrifletti l-polarizzazzjoni dejjem akbar u dannuża tax-xenarju politiku;

11.

Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Georgjani biex iżommu lura milli jindaħlu fil-libertà tal-media jew milli jsegwu kawżi ġudizzjarji b'motivazzjoni politika kontra s-sidien jew ir-rappreżentanti tal-media;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jeħilsu lill-eks President Mikhail Saakashvili mill-ħabs għal raġunijiet umanitarji sabiex ikun jista' jsegwi trattament mediku xieraq barra mill-pajjiż;

13.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda kostanti fid-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni Russa fil-Georgia, fil-kuntest tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia jiżviluppa programmi ta' edukazzjoni dwar il-litteriżmu fil-media għaċ-ċittadini tiegħu, jappoġġa lis-soċjetà ċivili fil-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' verifika tal-fatti, u jieħu passi attivi biex jipprevjeni kampanji ta' diżinformazzjoni minn atturi barranin jew domestiċi kontra l-pajjiż, gruppi jew persuni vulnerabbli, bħal dawk li jgħixu f'komunitajiet ta' minoranza etnika jew f'żoni milquta minn kunflitti, u partiti politiċi;

14.

Iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha tal-Georgia joqogħdu lura milli jisfruttaw it-tentattivi ta' diżinformazzjoni Russi biex jimmiraw l-avversarji politiċi rispettivi tagħhom, peress li dan jikkontribwixxi biss għat-tixrid ulterjuri tad-diżinformazzjoni u jipperikola l-koeżjoni soċjali u d-demokrazija;

15.

Iħeġġeġ lill-Georgia tagħmel l-aħjar użu possibbli mill-istrumenti u l-inizjattivi kollha ddedikati għat-tisħiħ tar-reżiljenza fl-ambitu tas-Sħubija tal-Lvant u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju lill-media indipendenti u lis-soċjetà ċivili fil-Georgia;

16.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rwol distruttiv tal-uniku oligarka, Bidzina Ivanishvili, fil-politika u l-ekonomija tal-Georgia, u l-livell ta' kontroll li jeżerċita fuq il-gvern u d-deċiżjonijiet tiegħu, inklużi dawk dwar il-persekuzzjoni politikament motivata tal-ġurnalisti u tal-avversarji politiċi; jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rabtiet personali u kummerċjali esposti ta' Ivanishvili mal-Kremlin, li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-Gvern attwali tal-Georgia fir-rigward tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja; jappella lill-Kunsill u lis-sħab demokratiċi jikkunsidraw li jimponu sanzjonijiet personali fuq Ivanishvili għar-rwol tiegħu fid-deterjorament tal-proċess politiku fil-Georgia;

17.

Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Georgia fil-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw azzjonijiet li jimmonitorjaw u jivvalutaw ir-riskji għall-pluraliżmu u l-libertà tal-media, jiddefendu l-ġurnalisti mhedda u jiffaċilitaw it-trasformazzjoni u l-kompetittività tas-settur tal-media tal-aħbarijiet fil-Georgia;

18.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jirrispettaw b'mod riżolut l-ogħla standards tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-indipendenza ġudizzjarja, il-proċessi ġusti u l-libertajiet fundamentali, inkluż fil-qasam tal-libertà tal-media, u b'hekk juru mingħajr ambigwità d-determinazzjoni politika tagħhom li jattwalizzaw l-aspirazzjonijiet Ewropej ambizzjużi tal-poplu tal-Georgia, kif tixhed l-applikazzjoni tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE tat-3 ta' Marzu 2022; jesprimi t-twemmin tiegħu li l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Georgia jistħoqqilhom li jiġu ssodisfati u għalhekk jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu biex jagħtu l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Georgia, f'konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi tal-mertu u bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet Georgjani jissodisfaw il-kriterji kollha;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Georgia.

(1)  ĠU C 385, 22.9.2021, p. 40.

(2)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/108


P9_TA(2022)0240

L-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru (RRF) tal-Polonja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru (RRF) tal-Polonja (2022/2703(RSP))

(2022/C 493/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 2, 7(1) u 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (1) (ir-Regolament RRF),

wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja: proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2022 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-Polonja tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Polonja tal-2022 (COM(2022)0622) (minn issa 'l quddiem “ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-Semestru Ewropew tal-2022”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar ir-rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2021 dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2021 dwar il-libertà tal-media u d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt fil-Polonja (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fil-Polonja u l-preċedenza tad-dritt tal-UE (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2022 dwar is-seduti ta' smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija (9),

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Ġunju 2022 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Polonja (COM(2022)0268),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-pjan nazzjonali ta' rkupru (RRF) tal-Polonja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE, u kif inhuma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi dawk il-valuri, li huma komuni għall-Istati Membri u li għalihom l-Istati Membri kollha ssottoskrivew liberament, jikkostitwixxu l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-Unjoni;

B.

billi kwalunkwe riskju ċar li Stat Membru jikser serjament il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn jimmaterjalizza r-riskju, iżda għandu impatt ukoll fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta' bejniethom u fuq in-natura nnifisha tal-Unjoni u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tagħha kif ukoll id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha skont id-dritt tal-Unjoni;

C.

billi l-bidliet mibdija mill-Gvern Pollakk, b'mod partikolari fis-sistema ġudizzjarja, wasslu għal erożjoni serja tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

D.

billi d-deċiżjoni meħuda fl-1 ta' Ġunju 2022 mill-Kulleġġ tal-Kummissarji dwar proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Polonja allegatament ma ġietx deċiża b'mod unanimu;

E.

billi, matul is-sessjoni plenarja ta' Ottubru 2021, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, iddeskriviet tliet kriterji għall-approvazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Polonja: ix-xoljiment tal-awla dixxiplinari tal-qorti suprema; ir-riforma tal-proċedimenti dixxiplinari għall-imħallfin; u r-riintegrazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin sospiżi mill-awla dixxiplinari;

F.

billi l-Parlament talab ripetutament lill-Kummissjoni u lill-Kunsill joqogħdu lura milli japprovaw l-abbozz ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Polonja sakemm il-Gvern tal-Polonja jimplimenta s-sentenzi tal-QĠUE u tal-qrati internazzjonali b'mod sħiħ u xieraq, u jiżguraw li l-valutazzjoni tal-pjan tiggarantixxi l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż, b'mod partikolari dwar is-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja;

G.

billi r-riformi fil-Polonja fil-qasam tal-ġustizzja għadhom għaddejjin u l-abbozzi ta' liġi reċenti li qed jitressqu għall-votazzjoni u l-proposti li qed jiġu diskussi ma indirizzawx b'mod effettiv it-tħassib kollu rigward l-indipendenza tal-korpi ġudizzjarji u l-proċeduri dixxiplinari inkwistjoni; billi s-Senat Pollakk qed jipprova jemenda dawn il-proposti biex iġibhom konformi mal-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja; billi diversi mħallfin għadhom qed jiffaċċjaw proċeduri dixxiplinari u/jew ma reġgħux ġew integrati;

H.

billi reċentement l-awtoritajiet Pollakki ħadu għadd ta' miżuri li huma f'kontradizzjoni diretta mat-tliet kondizzjonijiet stabbiliti mill-President tal-Kummissjoni, fost l-oħrajn, is-sospensjoni fi Frar 2022 ta' mħallef Pollakka talli applikat id-dritt Ewropew u s-sentenzi tal-qrati Ewropej; billi, barra minn hekk, il-President tal-Polonja ħatar aktar minn 200 imħallef ġdid, l-hekk imsejħa “neomħallfin”, li kienu nnominati b'mod difettuż (fuq talba tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura (neo-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura)), inklużi erba' ħatriet fil-Qorti Suprema; billi, barra minn hekk, fl-10 ta' Marzu 2022, fuq talba tal-Ministru tal-Ġustizzja; it-“Tribunal Kostituzzjonali”, politiċizzat u kompletament subordinat (bil-parteċipazzjoni tal-hekk imsejħa “imħallfin sostituti”), dgħajjef il-validità tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Polonja billi qajjem dubji dwar il-kapaċità tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-qrati Pollakki li jeżaminaw il-korrettezza tal-ħatra tal-imħallfin u l-indipendenza tan-neo-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura;

I.

billi r-Regolament dwar l-RRF jistabbilixxi b'mod ċar il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħejjija, l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjan nazzjonali, u b'mod partikolari, fl-Artikolu 19 u fl-Anness V, il-11-il kriterju ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta' interess meta jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-RRF; billi r-Regolament dwar l-RRF jirrikjedi li l-korpi inkarigati bil-kontroll u s-superviżjoni jkollhom is-setgħa legali u l-kapaċità amministrattiva li jeżerċitaw il-kompiti tagħhom b'mod indipendenti u billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill innifsu jenfasizza li protezzjoni ġudizzjarja effettiva hija prerekwiżit għall-funzjonament ta' sistema ta' kontroll intern;

J.

billi, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-Semestru Ewropew tal-2022, il-Kummissjoni ddikjarat li l-indipendenza, l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema ġudizzjarja huma komponenti essenzjali f'dan ir-rigward u li fil-Polonja, l-istat tad-dritt iddeterjora u l-indipendenza ġudizzjarja għadha ta' tħassib serju, u li dan ġie nnotat ukoll f'diversi deċiżjonijiet tal-QĠUE u tal-QEDB;

K.

billi, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-Semestru Ewropew tal-2022, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Polonja tieħu azzjoni fl-2022 u fl-2023, fost l-oħrajn, biex ittejjeb il-klima għall-investiment tagħha, b'mod partikolari billi tissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja u tiżgura konsultazzjonijiet pubbliċi effettivi u l-involviment tas-sħab soċjali fil-proċess tat-tfassil tal-politika;

L.

billi l-RRF hija mistennija li ttaffi l-ekonomiji u ċ-ċittadini tal-UE mill-impatti l-aktar akuti tal-pandemija tal-COVID-19 u hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE u tikkatalizza t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jekk jiġu implimentati b'mod effettiv filwaqt li tosserva b'mod strett l-istat tad-dritt u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE;

M.

billi l-Kummissjoni tqis li l-pjan tal-Polonja jinkludi stadji importanti relatati mal-indipendenza tal-ġudikatura biex tittejjeb il-klima tal-investiment u jiddaħħlu fis-seħħ il-kondizzjonijiet għal implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; billi ma jista' jsir l-ebda żborż fl-ambitu tal-RRF sakemm jintwera t-twettiq ta' dawk l-istadji importanti;

N.

billi, f'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar l-RRF, ebda pjan adottat wara l-31 ta' Diċembru 2021 mhuwa eliġibbli għall-prefinanzjament;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni fl-1 ta' Ġunju 2022, tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Polonja, li ġie ppreżentat mill-Polonja fit-3 ta' Mejju 2021, meta jitqies il-ksur eżistenti u kontinwu tal-pajjiż tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, inkluż tal-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura; itenni li l-eżistenza ta' tali ksur ġiet dokumentata sew minn ħafna sentenzi tal-qorti, valutazzjonijiet u pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, inklużi fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament u fil-proċeduri li għadhom għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali; ifakkar li l-konformità mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE u tal-QEDB u l-konformità mal-preminenza tad-dritt tal-UE mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu ttrattati bħala pedina ta' negozjar;

2.

Jiddispjaċih li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-RRP ma jipprevedux ir-riintegrazzjoni immedjata tal-imħallfin kollha sospiżi b'mod illegali fil-pożizzjonijiet preċedenti tagħhom u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Polonja jaċċelera b'mod sinifikanti l-proċess tar-riintegrazzjoni tagħhom fil-pożizzjonijiet preċedenti tagħhom, u lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tiffaċilita dan il-proċess; iqis li rieżami ġudizzjarju tad-deċiżjoni dwar is-sospensjoni jista' jipproċedi waqt li l-imħallfin ikunu fil-kariga; jiddeplora u jikkundanna l-prattiki attwali kontra xi mħallfin, li ġew trasferiti lejn dipartiment ieħor u/jew ġew imġiegħla jmorru fuq liv mar-ritorn tagħhom jew li ġew affettwati minn tattiċi simili bi ksur ta' diversi sentenzi tal-Qorti Pollakka u tal-Qorti Ewropea;

3.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill biex japprova l-pjan nazzjonali tal-Polonja fl-ambitu tal-RRF biss darba li tkun ikkonformat bis-sħiħ mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-RRF, u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu, speċjalment bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-kunflitt ta' interess u l-frodi, u mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kollha tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-istat tad-dritt u darba li tkun implimentat is-sentenzi rilevanti kollha tal-QĠUE u tal-QEDB; ifakkar li l-kooperazzjoni bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tagħhom ma tistax tiffunzjona jekk ikun hemm nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt;

4.

Ifakkar li l-konformità mal-istat tad-dritt u mal-Artikolu 2 tat-TUE huma prerekwiżiti biex jinkiseb aċċess għall-fond, li l-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità tal-istat tad-dritt huwa applikabbli bis-sħiħ għall-RRF u li m'għandha tiġi ffinanzjata ebda miżura fl-ambitu tal-RRF li tmur kontra l-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; ifakkar li l-Kummissjoni trid timmonitorja b'mod kostanti u b'reqqa kbira r-riskji għall-interessi finanzjarji tal-UE fl-implimentazzjoni tal-RRF u kwalunkwe ksur jew ksur potenzjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, u tieħu azzjoni immedjata jekk l-interessi finanzjarji tal-UE tkun tista' ssirilhom ħsara, f'konformità mar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u r-Regolament dwar l-RRF;

5.

Jinsisti li l-istadji importanti u l-miri relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istabbiliment ta' sistema ta' kontroll adegwata, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontra l-frodi, il-kunflitti ta' interess u l-korruzzjoni huma prekondizzjonijiet u jridu jiġu ssodisfati qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament u jfakkar li ebda pagament fl-ambitu tal-RRF ma jista' jsir qabel ma jiġu ssodisfati;

6.

Iqis li ma jista' jsir l-ebda pagament lill-Polonja fl-ambitu tal-RRF sa ma jiġu implimentati bis-sħiħ is-sentenzi rilevanti kollha tal-QĠUE u tal-QEDB; jisħaq li l-Kummissjoni u l-Kunsill huma politikament responsabbli quddiem il-Parlament għall-azzjonijiet tagħhom;

7.

Jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-għeluq tal-Awla Dixxiplinari illegali tal-Qorti Suprema u t-trasferiment tal-funzjonijiet dixxiplinari lil awla oħra tal-Qorti Suprema bħala waħda mill-kondizzjonijiet essenzjali għar-rilaxx ta' fondi fl-ambitu tal-RRF; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika mekkaniżmu ta' verifika robust kif ukoll perjodu ta' prova biex tiżgura li l-awla l-ġdida tissodisfa l-kriterji ta' qorti indipendenti u imparzjali stabbilita bil-liġi kif meħtieġ skont l-Artikolu 19 tat-TUE qabel ir-rilaxx ta' kwalunkwe fondi; jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm b'mod strett l-iskeda ta' żmien prevista fl-RRP;

8.

Ifakkar li l-Polonja hija marbuta bl-ordni tal-QĠUE u xorta trid tħallas penali ta' kuljum ta' EUR 1 miljun sa ma tindirizza d-deċiżjonijiet relatati mal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiskrutinizza r-riforma tas-sistema dixxiplinari sabiex tiżgura li tkun strettament konformi mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE;

9.

Jiddispjaċih li l-kwistjonijiet rigward it-“Tribunal Kostituzzjonali” illeġittimu u l-“Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura” (NCJ) li jdgħajfu l-imparzjalità u l-indipendenza tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura mhumiex indirizzati fl-“istadji importanti”; jistieden lill-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta' ksur dwar din il-kwistjoni mingħajr dewmien;

10.

Jiddeplora n-nuqqas ta' informazzjoni, speċjalment għall-Parlament, rigward in-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki; jistenna li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament malajr u regolarment dwar kwalunkwe żvilupp rilevanti;

11.

Ifakkar, barra minn hekk, li l-adeżjoni għall-istat tad-dritt u l-ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-UE għandhom jiġu evalwati kontinwament matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-RRF u li l-ilħuq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri u l-pagamenti relatati jippresupponu li ma kien hemm ebda treġġigħ lura tal-miżuri relatati mal-istadji importanti u l-miri li diġà ntlaħqu b'mod sodisfaċenti; jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha toqgħod lura milli tiżborża l-finanzjament u, meta jkun applikabbli, tirkupra l-fondi, fil-każ li tali kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

12.

Ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, għandha tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura l-konformità mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u l-preminenza tad-dritt tal-UE;

13.

Ifakkar li l-għan tal-RRF huwa li tagħti spinta lill-irkupru u r-reżiljenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluża l-Polonja; jiddeplora l-fatt li, minħabba l-azzjonijiet tal-Gvern Pollakk, il-finanzjament tal-RRF għadu ma laħaqx lill-poplu u lir-reġjuni tal-Polonja;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.

(2)  ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.

(3)  ĠU C 385, 22.9.2021, p. 317.

(4)  ĠU C 81, 18.2.2022, p. 27.

(5)  ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.

(6)  ĠU C 117, 11.3.2022, p. 151.

(7)  ĠU C 184, 5.5.2022, p. 154.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2022)0074.

(9)  Testi adottati, P9_TA(2022)0204.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/112


P9_TA(2022)0242

Id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament (2020/2132(INI))

(2022/C 493/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, kif emendat (1) (Il-Ftehim Qafas tal-2010),

wara li kkunsidra il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (2) (Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (7),

wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss ta' bejn l-2019 u l-2024 ippreżentati mill-President tagħha, Ursula von der Leyen, fis-16 ta' Lulju 2019 bit-titolu “A Union that strives for more – My agenda for Europe” (Unjoni li tirsisti għal aktar – L-aġenda tiegħi għall-Ewropa),

wara li kkunsidra l-istudju ta' Lulju 2020 ikkummissjonat mill-Parlament u bit-titolu “The European Parliament's right of initiative” (Id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament Ewropew),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0142/2022),

A.

billi, l-Artikolu 15 TUE jispeċifika li l-Kunsill Ewropew jeħtieġ li ma jeżerċitax funzjonijiet leġiżlattivi;

B.

billi l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta demokratikament u direttament miċ-ċittadini; billi, għall-kuntrarju tas-sistemi kostituzzjonali tal-Istati Membri, il-Parlament ma għandu l-ebda dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva dirett ġenerali, li, skont l-Artikolu 17(2) TUE, huwa tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jiddikjaraw mod ieħor;

C.

billi t-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva indirett minħabba li, skont l-Artikolu 225 TFUE, “il-Parlament Ewropew jista', b'maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti adegwati fuq dawk il-kwistjonijiet li dwarhom ikun iqis li hu neċessarju li jsir att tal-Unjoni sabiex jiġu implimentata t-Trattati”;

D.

billi l-Artikolu 225 TFUE jistipula wkoll li “jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet”;

E.

billi r-rapporti fuq inizjattiva proprja u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament jikkostitwixxu għodda importanti għall-istabbiliment tal-aġenda politika tal-UE;

F.

billi fl-ambitu tal-Ftehim Qafas tal-2010, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta dwar is-segwitu konkret għal kwalunkwe talba tal-Parlament biex tippreżenta proposta skont l-Artikolu 225 TFUE fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni rilevanti fil-plenarja; billi, meta l-Kummissjoni ma tikkonformax ma' dan l-obbligu, dan jista' jikkostitwixxi nuqqas ta' aġir skont l-Artikolu 265 TFUE;

G.

billi terz biss tal-proċeduri ta' inizjattiva leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva tal-Parlament sal-2019 jistgħu jitqiesu li kellhom suċċess u l-biċċa l-kbira tar-rapporti fuq inizjattiva proprja leġiżlattivi (INLs) adottati mill-2011 'l hawn ma ġew segwiti minn ebda preżentazzjoni ta' proposti xierqa mill-Kummissjoni sal-2019 (8);

H.

billi l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jistipula li l-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta komunikazzjoni speċifika dwar is-segwitu għal talbiet bħal dawn u li jekk “tiddeċiedi li ma tippreżentax proposta, b'reazzjoni għal tali talba, ser tinforma lill-istituzzjoni kkonċernata bir-raġunijiet dettaljati, u tipprovdi, fejn xieraq, analiżi tal-alternattivi possibbli u tirrispondi għal kwalunkwe kwistjoni mqajma mill-koleġiżlaturi b'rabta mal-analiżi dwar ‘valur miżjud Ewropew’ u dwar ‘kemm tqum in-non-Ewropa’”;

I.

billi t-Trattati jagħtu lill-Parlament drittijiet ta' inizjattiva diretti fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu stess, l-elezzjoni tal-Membri tiegħu u l-Istatut tagħhom, l-Istatut tal-Ombudsman Ewropew u d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament, li għalihom tapplika proċedura speċjali, u fir-rigward tat-tnedija ta' proċeduri relatati mar-rispett tal-istat tad-dritt u r-reviżjonijiet tat-Trattat;

J.

billi d-drittijiet ta' inizjattiva diretti tal-Parlament għadhom 'il bogħod milli jkunu biżżejjed biex jippermettulu jirrappreżenta leħen iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, u dan effettivament iħalli lill-Kummissjoni b'monopolju fuq l-eżerċizzju tal-inizjattiva leġiżlattiva;

K.

billi rwol aktar prominenti għall-Parlament fl-istabbiliment tal-aġenda tal-Unjoni permezz tat-tisħiħ tad-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament jirrikjedi wkoll l-estensjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għal oqsma ta' politika oħrajn u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni interistituzzjonali;

L.

billi l-Parlament ipproduċa inizjattiva leġiżlattiva partikolarment ambizzjuża dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, adottata f'Ottubru 2016 (9) u 2020 (10) billi stieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jidħlu f'negozjati mal-Parlament dwar ftehim interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 295 TFUE; billi l-istat tad-dritt huwa wieħed mill-oqsma fejn jista' jiġi żviluppat id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament;

M.

billi l-għoti ta' dritt ta' inizjattiva dirett lill-Parlament jibbilanċja mill-ġdid il-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;

N.

billi l-evidenza empirika turi li s-suċċess tal-inizjattivi tal-Parlament essenzjalment jiddependi fuq il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet segwita mill-Kunsill (maġġoranza kwalifikata jew unanimità) (11);

O.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, il-Parlament fakkar li “fil-każ ta' reviżjoni futura possibbli tat-Trattati, id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva jista' jiġi attribwit ukoll lill-Parlament bħala r-rappreżentant dirett taċ-ċittadini tal-UE”; billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kient, fost affarijiet oħra, opportunità storika biex tiġi promossa r-riforma tad-demokrazija Ewropea u tat-Trattati bl-involviment taċ-ċittadini;

P.

billi fuq il-pjattaforma diġitali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, id-demokrazija Ewropea kienet waħda mill-kwistjonijiet li kisbet l-aktar kontributi miċ-ċittadini;

Q.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament ippropona “li f'konformità ma' prattika komuni f'għadd ta' Stati Membri, iż-żewġ kmamar tal-leġiżlatura tal-UE, il-Kunsill u, b'mod partikolari, il-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni eletta direttament miċ-ċittadini, jenħtieġ li jingħataw id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva, mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva leġiżlattiva bażika tal-Kummissjoni”;

R.

billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jiddeterminaw ir-regoli għall-abbozzar u l-adozzjoni tar-riżoluzzjonijiet skont l-Artikolu 225 TFUE; billi teżisti distinzjoni fil-prattika bejn ir-rapporti fuq inizjattiva proprja (INI) u r-rapporti INL; billi l-Ftehim Qafas tal-2010 u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ma jagħmlux distinzjoni bħal din;

Id-dritt(ijiet) ta' inizjattiva dirett(i) tal-Parlament stabbilit(i) mit-Trattati

1.

Jenfasizza u jiddispjaċih li l-Parlament, minkejja li huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, m'għandux dritt ta' inizjattiva dirett ġenerali;

2.

Jissottolinja li t-Trattat ta' Lisbona diġà jagħti drittijiet ta' inizjattiva diretti lill-Parlament, filwaqt li jirrikonoxxi l-kompetenza tiegħu li jorganizza lilu nnifsu, il-funzjoni ta' skrutinju tiegħu u l-leġittimità demokratika tiegħu bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta b'mod dirett;

3.

Jenfasizza li fi struttura istituzzjonali fejn il-Parlament għad ma għandux dritt ta' inizjattiva dirett ġenerali, il-proċeduri leġiżlattivi speċjali li jniedi jkollhom dinjità kostituzzjonali speċjali u preminenza fuq il-proċeduri leġiżlattivi ordinarji;

4.

Ifakkar li f'dawn l-aħħar 20 sena, il-Parlament ripetutament għamel użu minn tali drittijiet leġiżlattivi speċjali, minkejja li huma daqstant insuffiċjenti; jiddispjaċih, madankollu, li dawn il-proċeduri leġiżlattivi speċjali rarament ġew konklużi b'suċċess minħabba n-nuqqas ta' qbil min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Kunsill (12);

5.

Jenfasizza li l-Parlament għamel użu mid-dritt ta' inizjattiva tiegħu billi nieda proċedura tal-istat tad-dritt skont l-Artikolu 7 TUE; jikkundanna n-nuqqas ta' segwitu min-naħa tal-Kunsill għal din il-proċedura u għat-talbiet ripetuti sussegwenti tal-Parlament għal azzjoni u jirrimarka li n-nuqqas tal-Kunsill li jagħmel użu effettiv mill-Artikolu 7 TUE jkompli jdgħajjef l-integrità tal-valuri komuni Ewropej, il-fiduċja reċiproka u l-kredibbiltà tal-Unjoni b'mod ġenerali; iqis li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u immedjata tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (13) filwaqt li jitħares ir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur; iqis li l-Unjoni għadha strutturalment mhux lesta biex tiġġieled ir-rigress fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u l-ksur tagħhom fl-Istati Membri; jemmen li d-deterjorament b'rabta ma' dawn il-kwistjonijiet f'diversi Stati Membri wera l-ħtieġa ta' kooperazzjoni interistituzzjonali ġenwina; jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' rispons xieraq għall-inizjattiva tal-Parlament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jidħlu mingħajr dewmien f'negozjati mal-Parlament dwar ftehim interistituzzjonali;

6.

Itenni l-proposta motivata tiegħu dwar l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju min-naħa tal-Ungerija tal-valuri li l-Unjoni hija msejsa fuqhom; itenni t-tħassib serju tiegħu li l-proċeduri standard għas-seduti ta' smigħ ma jiżgurawx it-trattament ugwali tal-Parlament, minn naħa waħda, u l-Kummissjoni u terz tal-Istati Membri, min-naħa l-oħra, f'dik li hija preżentazzjoni ta' proposta motivata u f'termini ta' aċċess għall-informazzjoni; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li s-seduti ta' smigħ għadhom ma rriżultaw f'ebda progress sinifikanti rigward l-indirizzar tar-riskji ċari ta' ksur serju tal-valuri tal-UE;

7.

Jiddispjaċih għall-fatt li tliet Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-liġi elettorali emendata tal-Unjoni Ewropea li ġiet adottata fl-2018;

8.

Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-Kunsill sal-lum irrifjuta li jinnegozja mal-Parlament dwar id-dritt ta' inkjesta tiegħu, minkejja li dan imur kontra l-Artikolu 226 TFUE u l-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera, u b'hekk iħalli dispożizzjoni tat-Trattat mhux implimentata minkejja d-dmir li jagħmel dan;

9.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Istatut il-ġdid tal-Ombudsman Ewropew, b'segwitu għall-inizjattiva tal-Parlament, peress li dan jiżgura li l-istatut ikun konsistenti mat-Trattat ta' Lisbona;

Id-drittijiet ta' inizjattiva tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew stabbiliti bit-Trattati

10.

Jiddispjaċih li fil-qasam tal-politika ekonomika u monetarja, l-Artikolu 121 TFUE jipprevedi biss li l-Parlament jiġi infurmat; jinnota wkoll li l-Kunsill eżerċita l-Artikolu 121 TFUE bħala dritt ta' inizjattiva de facto f'dan il-qasam, u jitlob aktar responsabbiltajiet għall-Parlament bħala l-unika istituzzjoni tal-UE li tirrappreżenta leħen iċ-ċittadini;

11.

Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Artikolu 68 TFUE ġie eżerċitat bħala dritt ta' inizjattiva de facto mill-Kunsill Ewropew fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; jenfasizza l-fatt li l-Kunsill Ewropew mhuwiex koleġiżlatur, u li l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' programmi operattivi pluriennali f'dan il-qasam mingħajr l-ebda obbligu li jikkonsulta mal-Parlament jew mal-Kummissjoni għandha tiġi riveduta minħabba l-impatt partikolarment serju ta' dawn il-politiki fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jitlob li l-Parlament u l-Kunsill jingħataw din il-kompetenza fuq termini ugwali f'reviżjoni li jmiss tat-Trattat;

12.

Jinnota li skont l-Artikolu 76 TFUE, il-Kunsill, permezz ta' kwart tal-Istati Membri tiegħu, għandu dritt ta' inizjattiva li huwa simultanju ma' dak tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni dwar il-liġi amministrattiva u l-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali;

13.

Jinnota li dawn l-iżviluppi huma parti minn xejra usa' lejn żbilanċ dejjem akbar bejn il-Kunsill, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni fis-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-oqsma kollha ta' politika, fi gradi differenti; jisħaq li din il-prattika tnawwar l-arkitettura istituzzjonali tal-UE kif stabbilita mit-Trattati; jemmen li l-bilanċ għandu jerġa' jiġi stabbilit favur il-leġittimità demokratika permezz ta' drittijiet ekwivalenti għall-Parlament;

14.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' trasparenza fl-użu tad-dritt ta' inizjattiva indirett tal-Kunsill stabbilit fl-Artikolu 241 TFUE; jitlob lill-Kunsill jippubblika, b'mod faċli għall-utent u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, it-talbiet kollha magħmula bl-użu ta' din il-bażi legali u jinsisti fuq it-talba tiegħu biex il-Kunsill jiżgura l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza fl-atti kollha tiegħu (14), f'konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti;

Id-dritt ta' inizjattiva indirett tal-Parlament stabbilit bit-Trattati

15.

Ifakkar li mit-Trattat ta' Maastricht, il-Parlament, b'rikonoxximent tal-leġittimità demokratika unika tiegħu, kiseb id-dritt li jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi;

16.

Jinnota li f'konformità mal-Artikolu 225 TFUE, it-talbiet iridu jkunu fil-kompetenza tal-Unjoni u li attwalment l-uniku obbligu tal-Kummissjoni huwa li tinforma lill-Parlament bir-raġunijiet tagħha għan-nuqqas ta' preżentazzjoni ta' proposta;

17.

Ifakkar li l-Parlament u l-Kummissjoni qablu li jkomplu jsaħħu dan id-dritt permezz tal-Ftehim Qafas tal-2010; jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta dwar is-segwitu tagħha għat-talbiet tal-Parlament fi żmien tliet xhur u, jekk ikun deċiż hekk mill-kulleġġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva;

18.

Jemmen li wasal iż-żmien li tintwera rieda politika aktar ambizzjuża u għalhekk jitlob li jiġi kkunsidrat rieżami tal-Ftehim Qafas tal-2010 bil-għan li jiġu żgurati drittijiet ta' inizjattiva aktar b'saħħithom għall-Parlament;

19.

Jiddispjaċih għall-fatt li, sal-2019, fis-segwitu tagħha għar-rapporti ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament adottati skont l-Artikolu 225 TFUE, il-Kummissjoni kienet ippreżentat proposti leġiżlattivi b'segwitu għat-talbiet tal-Parlament f'minoranza tal-każijiet biss (15); jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-iskadenzi biex il-Kummissjoni twieġeb għat-talbiet tal-Parlament u tressaq proposti leġiżlattivi ma ġewx rispettati fil-biċċa l-kbira tal-każijiet;

20.

Iqis li l-uniku obbligu tal-Kummissjoni li tinforma lill-Parlament bir-raġunijiet tagħha għalfejn ma tatx segwitu għal INL adottata minn maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament huwa dgħajjef wisq, u għalhekk jilqa' bl-aktar mod qawwi l-appoġġ tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen għad-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament u l-impenn meħud biex il-Kummissjoni dejjem twieġeb b'att leġiżlattiv għat-talbiet tal-Parlament skont l-Artikolu 225 TFUE, b'rispett sħiħ għall-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà u tat-tfassil aħjar tal-liġijiet; jistenna li l-Kummissjoni żżomm dan l-impenn biex tniedi leġiżlazzjoni b'segwitu għall-adozzjoni ta' kwalunkwe talba bħal din mill-Parlament adottata mill-maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu f'INL; iqis li kemm dan l-impenn kif ukoll is-setgħa tal-Parlament li jinfluwenza l-aġenda tal-UE għandhom jissaħħu;

21.

Ifaħħar lill-Kulleġġ tal-Kummissarji attwali talli wieġeb għat-talbiet kollha tal-Parlament fil-ħin (16), ħlief f'każ wieħed (17); jenfasizza, barra minn hekk, li f'każ wieħed biss talba ma rriżultatx fi proposta leġiżlattiva; iqis li dan juri li ġie stabbilit preċedent interistituzzjonali u jistenna li l-Kummissjoni tkompli tirrispetta l-impenn tagħha li twieġeb għat-talbiet kollha;

22.

Jemmen li r-riflessjoni dwar id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament għandha timxi id f'id ma' riflessjoni usa' dwar l-inizjattiva politika fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;

23.

Jissuġġerixxi li s-segwitu għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) għandu jittejjeb u jisħaq li jekk il-Kummissjoni tonqos milli tippubblika l-intenzjonijiet tagħha fl-iskadenzi mogħtija, jew tkun stabbiliet f'komunikazzjoni li ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni fuq IĊE li tkun issodisfat ir-rekwiżiti proċedurali u tkun konformi mat-Trattati, b'mod partikolari l-valuri fundamentali tal-Unjoni mnaqqxa fl-Artikolu 2 TUE, il-Parlament jista' jiddeċiedi li jagħti segwitu għall-IĊE b'INL;

Il-futur tad-dritt(ijiet) ta' inizjattiva tal-Parlament

24.

Huwa konvint bis-sħiħ li dritt ta' inizjattiva ġenerali u dirett ikompli jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Unjoni, jagħti s-setgħa liċ-ċittadini tal-Unjoni u jirrifletti l-evoluzzjoni matul iż-żmien tal-kompetenzi tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha lejn demokrazija Ewropea aktar b'saħħitha;

25.

Huwa tal-fehma li l-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, għandu jingħata d-dritt li jipproponi leġiżlazzjoni;

26.

Jemmen bis-sħiħ li t-Trattati għandhom jiġu riveduti sabiex il-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament u għalhekk l-istituzzjoni li tirrappreżenta leħen iċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, jingħata dritt ġenerali u dirett li jniedi leġiżlazzjoni; jisħaq li l-Parlament għandu jniedi l-proċedura skont l-Artikolu 48 TUE biex jistabbilixxi tali dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva; huwa tal-fehma li d-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament għandu tal-anqas japplika f'dawk l-oqsma ta' politika fejn il-Parlament għandu s-setgħa li jippromulga leġiżlazzjoni bħala koleġiżlatur;

27.

Jisħaq li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet opportunità bla preċedent biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali u jingħata impetu ġdid lid-demokrazija Ewropea u jħeġġeġ bil-qawwa li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-parteċipanti fil-Konferenza favur dritt ta' inizjattiva ġenwin għall-Parlament;

28.

Itenni d-dinjità kostituzzjonali speċjali u rinforzata tal-kwistjonijiet li bħalissa l-Parlament għandu d-dritt ta' inizjattiva fir-rigward tagħhom, u għalhekk iqis li tali dritt esklużiv għandu jiġi estiż għall-kwistjonijiet fejn il-leġittimità demokratika u s-sovranità tal-Unjoni huma partikolarment rilevanti;

29.

Jinnota li d-drittijiet ta' inizjattiva attwali tal-Parlament jinkludu proċeduri leġiżlattivi speċjali differenti, bħal fil-każ ta' regolamenti relatati mal-kompożizzjoni tiegħu stess, l-elezzjoni tal-Membri tiegħu u l-Istatut tagħhom, l-Istatut tal-Ombudsman Ewropew kif ukoll id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament;

30.

Iqis li t-Trattati bilkemm jirregolaw tali proċeduri u jitlob ftehim interistituzzjonali ġdid bejn it-tliet istituzzjonijiet iddedikat esklużivament għal din il-kwistjoni, b'rispett sħiħ għad-dinjità kostituzzjonali speċjali tiegħu u filwaqt li tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Unjoni Ewropea; iqis li dan il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid jista' jikkontempla miżuri biex jiġi evitat li l-fajls jiġu mblukkati istituzzjonalment;

31.

Jikkunsidra li r-regoli interni tal-Parlament għandhom jirriflettu aħjar in-natura speċjali ta' dawn il-proċeduri leġiżlattivi; jirrakkomanda, b'mod partikolari, li meta l-adozzjoni ta' att mill-Parlament tkun tirrikjedi l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament għandu, b'segwitu għall-votazzjoni dwar l-att propost, jidħol fi proċedura ta' konsultazzjoni ma' dawn l-istituzzjonijiet; huwa wkoll tal-fehma li l-Parlament għandu jissimplifika l-proċeduri biex jinbidlu tali atti proposti b'segwitu għal tali konsultazzjonijiet;

32.

Jemmen li l-estensjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u d-definizzjoni ta' proċedura leġiżlattiva ordinarja fejn il-Parlament igawdi d-dritt ta' inizjattiva għandhom jitqiesu bħala proċessi komplementari;

33.

Iqis li r-rikonoxximent ta' dritt ta' inizjattiva dirett tal-Parlament ma jeskludix il-possibbiltà li l-Kummissjoni żżomm dritt simultanju jew iżżomm monopolju tal-inizjattiva bħal fil-qasam tal-baġit; jista' jipprevedi wkoll li l-Kunsill ikollu dritt ta' inizjattiva dirett f'oqsma definiti b'mod strett; jitlob lit-tliet istituzzjonijiet jirriflettu dwar kif id-drittijiet ta' inizjattiva simultanji jistgħu jikkoeżistu b'mod effettiv u jiġu implimentati fil-prattika;

34.

Jimpenja ruħu li juża bis-sħiħ, jiżviluppa u jkompli jsaħħaħ il-potenzjal ta' dritt ta' inizjattiva indirett tal-Parlament kif previst fit-Trattati u żviluppat aktar fi ftehimiet interistituzzjonali u permezz tal-impenn tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen;

35.

Iqis li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet għandu rwol essenzjali fl-iżgurar ta' kooperazzjoni sinċiera u trasparenti fiċ-ċiklu leġiżlattiv kollu kemm hu u jippermetti li jinkiseb fehim aħjar u reċiproku dwar il-pożizzjonijiet rispettivi tal-istituzzjonijiet differenti;

36.

Jitlob valutazzjoni konġunta tal-funzjonament tal-Ftehim Qafas tal-2010 u l-ħtieġa ta' reviżjoni mmirata biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet u l-perjodi ta' żmien tiegħu relatati mad-dritt ta' inizjattiva indirett tal-Parlament ikunu jistgħu jiġu rispettati b'mod effettiv; jitlob ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jivvalutaw flimkien mal-Parlament x'reviżjoni trid issir għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bil-għan li jiġu eliminati l-ostakli li jista' jkun hemm għas-setgħat tal-Parlament li jipproponi inizjattivi leġiżlattivi;

37.

Iqis li huwa xieraq li jiġu rieżaminati r-rekwiżiti, il-proċeduri u r-regoli interni tiegħu, anke fir-rigward tal-abbozzar ta' rapporti ta' inizjattiva leġiżlattiva skont l-Artikolu 225 TFUE biex jiġi żgurat li l-proposti jkunu ffokati u sostanzjati sew; jissuġġerixxi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri deskritti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għall-abbozzar u l-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet skont l-Artikolu 225 TFUE biex jiġi żgurat li kwalunkwe talba lill-Kummissjoni għal inizjattiva leġiżlattiva titqies b'mod adegwat, filwaqt li dejjem jiġi rispettat il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, irrispettivament mir-riżoluzzjoni parlamentari li tinkludi t-talba;

38.

Jimpenja ruħu li jiffavorixxi dawn l-istrumenti bħala l-mezz primarju biex tintalab il-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni; jindika, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li t-talbiet jiġu indirizzati lill-Kummissjoni waħedha u li jiġi żgurat li l-kontenut tar-rapporti ta' inizjattiva leġiżlattiva jibqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tas-suġġett tar-rapport skont kif ikun ġie deċiż; jissottolinja li l-adozzjoni ta' rapporti ffokati u sostanzjati sew skont l-Artikolu 225 TFUE min-naħa tal-Parlament tirrikjedi li tiġi żgurata l-kapaċità teknika u amministrattiva meħtieġa;

39.

Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-rapporti ta' inizjattiva leġiżlattiva sabiex jiġi żgurat li l-proċess ikun kemm jista' jkun effettiv, trasparenti u inklużiv; jenfasizza r-rwoli tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u tal-Konferenza tal-Presidenti f'dan ir-rigward;

40.

Jenfasizza li l-Parlament jirrispetta bis-sħiħ il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jenfasizza l-ħtieġa ta' analiżi minn qabel tal-valur miżjud Ewropew, kif ukoll valutazzjoni dwar il-kost tan-non-Ewropa, u li għandu struttura biex jitwettqu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-impatt, sa fejn ikun possibbli li dan isir, qabel ma jippreżenta rapport INL sabiex tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew prevista fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

41.

Jemmen li l-Kummissjoni, meta tivvaluta l-prinċipji tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tat-tfassil aħjar tal-liġijiet bħala parti mis-segwitu tagħha għat-talbiet tal-Parlament għal proposti leġiżlattivi skont l-Artikolu 225 TFUE, għandha tqis kif xieraq l-analiżijiet ta' akkumpanjament li jikkonċernaw il-valur miżjud Ewropew u l-kost tan-non-Ewropa prodotti mill-Parlament; jirrimarka li fl-ambitu tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni diġà hija obbligata twieġeb għal kwalunkwe kwistjoni mqajma mill-koleġiżlaturi fir-rigward ta' tali analiżijiet;

42.

Jemmen, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha torbot b'mod ċar l-abbozzi tal-proposti adottati b'segwitu għal proposta mill-Parlament skont l-Artikolu 225 TFUE mar-rapporti INL rilevanti, filwaqt li tipprovdi “impronta ta' influwenza leġiżlattiva” ċara;

43.

Jimpenja ruħu li jrawwem koordinazzjoni aktar b'saħħitha mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali billi jqis debitament l-opinjonijiet tagħhom fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 225 TFUE;

44.

Itenni li l-aċċessibbiltà, l-etika u t-trasparenza huma ta' importanza kbira u jridu jiggwidaw l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jitlob li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-rapporti ta' inizjattiva leġiżlattiva, bħall-passi proċedurali interni jew is-segwitu tal-Kummissjoni, tkun faċilment disponibbli online fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;

45.

Itenni l-importanza tal-fażi preleġiżlattiva u jfakkar fir-rwol tal-Parlament kif previst fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u fil-Ftehim Qafas tal-2010; jitlob it-tħaffif tal-ħidma fuq l-istabbiliment ta' bażi ta' data leġiżlattiva konġunta, kif stipulat fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

46.

Ifakkar fl-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili għal-leġittimità demokratika tal-UE; jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jinvolvuhom b'mod sinifikanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politika;

o

o o

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(4)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(5)  ĠU C 449, 23.12.2020, p. 90.

(6)  ĠU C 270, 7.7.2021, p. 71.

(7)  ĠU C 362, 8.9.2021, p. 6.

(8)  Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, studju bit-titolu “The European Parliament' s right of initiative” (Id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament Ewropew), Brussell, 2020, p. 55 u 57.

(9)  Riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162).

(10)  Riżoluzzjoni tas-7 ta' Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2).

(11)  Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, studju bit-titolu “The European Parliament' s right of initiative” (Id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament Ewropew), Brussell, 2020, p. 12.

(12)  Ibid., p. 34-35.

(13)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.

(14)  Riżoluzzjoni tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (ĠU C 411, 27.11.2020, p. 149).

(15)  Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, studju bit-titolu “The European Parliament' s right of initiative” (Id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament Ewropew), Brussell, 2020, p. 54.

(16)  Tweġibiet mill-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament li ġejjin:

ir-riżoluzzjoni tat-8 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni bit-titolu “Digital finance: emerging risks in crypto-assets – regulatory and supervisory challenges in the area of financial services, institutions and markets” (Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi – sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji" (ĠU C 395, 29.9.2021, p. 72);

ir-riżoluzzjoni tat-22 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (ĠU C 404, 6.10.2021, p. 175);

ir-riżoluzzjoni tal-20 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bit-titolu “Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online” (ĠU C 404, 6.10.2021, p. 31);

ir-riżoluzzjoni tal-20 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bit-titolu “Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku” (ĠU C 404, 6.10.2021, p. 2);

ir-riżoluzzjoni tal-20 ta' Ottubru 2020 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (ĠU C 404, 6.10.2021, p. 63);

ir-riżoluzzjoni tal-20 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar reġim ta' responsabbiltà ċivili għall-intelliġenza artifiċjali (ĠU C 404, 6.10.2021, p. 107);

ir-riżoluzzjoni tal-21 ta' Jannar 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dritt ta' skonnessjoni (ĠU C 456, 10.11.2021, p. 161).

(17)  Tweġiba mill-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Mejju 2020 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bit-titolu “Xibka ta' sikurezza biex jiġu protetti l-benefiċjarji ta' programmi tal-UE: l-istabbiliment ta' pjan ta' kontinġenza għall-QFP” (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 2).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/120


P9_TA(2022)0243

Theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti (2022/2665(RSP))

(2022/C 493/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tal-1979,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali tal-1965,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-2006,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU maqbula fl-2015 u, b'mod partikolari, l-għanijiet 1, 3 u 5 dwar it-tmiem tal-faqar, dwar is-saħħa tajba u l-benesseri, u dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, rispettivament,

wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing tal-1995 u l-eżiti tal-konferenzi ta' reviżjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) tal-1994 fil-Kajr, il-Programm ta' Azzjoni tagħha, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-konferenzi ta' rieżami tagħha,

wara li kkunsidra s-Summit ta' Nairobi tal-2019 dwar l-ICPD+25 bit-tema “Accelerating the Promise” (Inħaffu l-Wegħda), u l-impenji tal-partijiet ikkonċernati rigward is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati,

wara li kkunsidra s-Serje ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tal-2020,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950,

wara li kkunsidra l-gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-2015 bit-titolu “Safe abortion: technical and policy guidance for health systems” (Abort sikur: gwida teknika u strateġika għas-sistemi tas-saħħa),

wara li kkunsidra l-gwida tad-WHO tat-8 ta' Marzu 2022 bit-titolu “Abortion care guideline” (Linja gwida dwar il-kura relatata mal-abort),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-OHCHR tal-14 ta' Settembru 2021 bit-titolu “UN experts denounce further attacks against right to safe abortion and Supreme Court complicity” (L-esperti tan-NU jiddenunzjaw l-attakki ġodda kontra d-dritt għall-abort sikur u l-kompliċità tal-Qorti Suprema),

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-istat tal-popolazzjoni dinjija tal-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni (UNFPA) ta' Marzu 2022 bit-titolu “Seeing the Unseen: The case for action in the neglected crisis of unintended pregnancy” (Naraw dak li ma jidhirx: Il-ħtieġa ta' azzjoni biex tintemm il-kriżi minsija tat-tqala mhux intenzjonata),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Pew Research Center tas-6 ta' Mejju 2022 bit-titolu “America's Abortion Quandary” (Id-dilemma Amerikana dwar l-Abort),

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka,

wara li kkunsidra l-kawża Roe vs Wade, 410 U.S. 113 (1973),

wara li kkunsidra l-abbozz inizjali tal-opinjoni tal-maġġoranza tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti Nru 19-1392 (1) miktub mill-Imħallef Samuel Alito dwar il-kawża Thomas E. Dobbs, State Health Officer of the Mississippi Department of Health, et al. vs Jackson Women's Health Organization, et al., datat fi Frar 2022 u żvelat lill-istampa f'Mejju 2022,

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Liġi tas-Senat 8 (SB 8) u l-Abbozz ta' Liġi tal-Kamra 1515 (HB 1515) f'Texas bit-titolu “Relating to abortion, including abortions after detection of an unborn child's heartbeat; authorizing a private civil right of action” (Dwar l-aborti, inklużi l-aborti wara d-detezzjoni tal-qalb tħabbat tat-tarbija fil-ġuf, li jawtorizza d-dritt ċivili ta' azzjoni lill-persuni privati għal azzjoni), ta' Settembru 2021,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika tal-2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tal-2009 (il-“Karta”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2021 dwar il-liġi tal-istat ta' Texas (Stati Uniti tal-Amerka) dwar l-abort (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni de facto tal-abort fil-Polonja (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (5),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-azzjoni esterna tal-UE 2021–2025 (GAP III),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2021 dwar l-isfidi li ġejjin għad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa: aktar minn 25 sena wara d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2022 dwar l-impatt tal-gwerra kontra l-Ukrajna fuq in-nisa (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi skont id-WHO, l-abort huwa element essenzjali ta' servizzi tal-kura tas-saħħa komprensivi u madwar 45 % tal-aborti kollha mhumiex sikuri, li minnhom 97 % iseħħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (8); billi skont l-UNFPA (9), huwa stmat li kull sena jseħħu 121 miljun tqala mhux intenzjonata, u aktar minn 60 % minnhom jintemmu f'abort; billi f'dawn l-aħħar snin, l-opponenti tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u tal-awtonomija tan-nisa kellhom influwenza sinifikanti fuq il-liġi u l-politika nazzjonali u, fil-livell globali, inkluż f'diversi Stati Membri, ittieħdu inizjattivi retrogressivi; billi ż-żieda tal-lemin estrem qed tikkontribwixxi wkoll għal dan ir-rigress fid-dritt tan-nisa għall-abort, li qed jimmanifesta ruħu madwar id-dinja;

B.

billi l-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa osserva li l-kriminalizzazzjoni tas-servizzi tal-abort ma sservi ta' ebda deterrent; billi, kif innotat mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, fejn l-abort huwa kriminalizzat u soġġett għal restrizzjonijiet legali, it-terminazzjoni sikura tat-tqala mhijiex possibbli għan-nisa kollha, minħabba s-sitwazzjoni soċjoekonomika tagħhom, u b'hekk issir privileġġ ta' nisa soċjalment vantaġġati, filwaqt li n-nisa b'riżorsi limitati huma mġiegħla jirrikorru għal aborti mhux sikuri u klandestini li jpoġġu lil ħajjithom u lis-saħħa tagħhom f'riskju; billi, skont id-WHO, “il-proporzjon ta' aborti mhux sikuri huwa ogħla b'mod sinifikanti f'pajjiżi b'liġijiet restrittivi ħafna fir-rigwatd tal-abort milli f'pajjiżi b'liġijiet inqas restrittivi” (10);

C.

billi l-abort mhux sikur huwa l-kawża ewlenija iżda li tista' tiġi evitata ta' mwiet u mard assoċjati mat-tqala; billi n-nuqqas ta' aċċess għall-kura relatata mal-abort sikura u legali huwa kwistjoni kritika tas-saħħa pubblika u tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-projbizzjoni tal-abort u li n-nisa jkunu mġiegħla jfittxu aborti mhux sikuri u klandestini, jirriżultaw f'żieda fil-mortalità u l-morbożità assoċjati mat-tqala;

D.

billi l-Qorti Suprema tal-Istati Uniti stabbiliet preċedent fil-kawża storika Roe vs Wade (1973), li aktar tard ġie affermat fil-kawżi Planned ParenthoodCasey (1992) u Whole Woman's Health vs Hellerstedt (2016), li jiggarantixxi d-dritt kostituzzjonali għall-abort legali qabel ma l-fetu jsir vijabbli fl-Istati Uniti; billi l-iżvelar reċenti ta' abbozz ta' opinjoni ta' maġġoranza inizjali tal-Qorti Suprema miktub mill-Inħallef Samuel Alito fil-każ ta' Thomas E. Dobbs, State Health Officer of the Mississippi Department of Health vs Jackson Women's Health Organization jwassal għar-revoka tas-sentenza Roe vs Wade u jreġġa' lura d-drittijiet kostituzzjonali fl-Istati Uniti; billi l-Qorti Suprema hija mistennija toħroġ deċiżjoni finali qabel l-aħħar ta' Ġunju 2022; billi l-abbozz ta' opinjoni żvelat jirrappreżenta l-aktar eżitu detrimentali għad-drittijiet tal-abort f'termini ta' dak li l-Qorti Suprema tista' tiddeċiedi, billi jippermetti lill-istati jipprojbixxu l-abort fi kwalunkwe punt tat-tqala u jiftaħ il-possibbiltà ta' projbizzjonijiet sħaħ fuq l-abort, li hija eventwalità li tneħħi l-protezzjonijiet li d-drittijiet eżistenti tan-nisa u l-bniet fl-Istati Uniti jagħtuhom;

E.

billi l-ħajja tan-nisa u l-bniet madwar l-Istati Uniti tkun affettwata minn deċiżjoni tal-Qorti Suprema li tista' tirrevoka s-sentenza Roe vs Wade, u l-konsegwenzi dannużi jiġu esperjenzati bl-aktar mod akut minn individwi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli; billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati oħra jistgħu wkoll jiġu affettwati b'mod negattiv jekk is-sentenza Roe vs Wade tiġi rrevokata; billi r-restrizzjonijiet jew il-projbizzjoni fuq id-dritt għall-abort fl-Istati Uniti jkollhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa fqar, b'mod partikolari n-nisa razzjalizzati, inklużi n-nisa suwed, in-nisa Ispaniċi u n-nisa indiġeni, kif ukoll in-nisa minn inħawi rurali, il-persuni LGBTIQ, in-nisa b'diżabilità, l-adolexxenti, in-nisa migranti, inklużi l-migranti irregolari, u l-unitajiet domestiċi b'ġenitur wieħed immexxija minn nisa; billi s-servizzi ta' abort pubbliku jistgħu jipprovdu aċċess universali għal abort sikur u legali għan-nisa kollha, inklużi dawk f'sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi vulnerabbli;

F.

billi l-abbozz ta' opinjoni żvelat tal-Qorti jsegwi l-isforzi reċenti bla waqfien fil-livell tal-istat biex irażżan u jipprojbixxi d-drittijiet tal-abort fl-Istati Uniti, u billi mill-2011, l-istati tal-Istati Uniti għaddew kważi 500 liġi li jirrestrinġu l-aċċess għall-abort; billi r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-abort se jġiegħlu lin-nies, b'mod partikolari dawk li ma għandhomx riżorsi jew informazzjoni, jivvjaġġaw distanzi twal, iġorru t-tqala għal żmien twil kontra r-rieda tagħhom, jew jirrikorru għal aborti awtoġestiti mhux sikuri fi djarhom, u jagħmluhom ukoll vulnerabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni kriminali;

G.

billi dan l-aħħar Texas għadda l-hekk imsejjaħ Abbozz ta' Liġi tas-Senat 8 (SB 8), li jipprojbixxi l-abort wara l-bidu tal-impulsi kardijaċi tal-fetu, jiġifieri wara madwar sitt ġimgħat ta' tqala, mingħajr ebda eċċezzjoni għall-istupru, l-inċest jew għal kundizzjonijiet tas-saħħa tal-fetu li jkunu inkompatibbli mal-ħajja sostnuta wara t-twelid; billi l-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ppermettiet li l-liġi tidħol fis-seħħ u l-istat ta' Texas seta' jevadi rieżami fil-qorti tal-kostituzzjonalità tagħha billi jassolvi lill-uffiċjali tal-gvern milli jinfurzaw il-liġi u joħloq perkors legali għaċ-ċittadini, bi premju ta' USD 10 000, biex iħarrku lil kull min jipprovdi kura relatata mal-abort jew jassisti lil xi ħadd biex jikseb abort bi ksur tal-projbizzjoni, peress li mingħajr ma jkun hemm entità unika responsabbli għall-infurzar tagħha, ikun aktar diffiċli li l-liġi tiġi kkontestata; billi d-dispożizzjoni li tippermetti liċ-ċittadini jħarrku lil kull min jipprovdi servizzi ta' abort tiftaħ il-bibien beraħ għall-fastidju;

H.

billi mill-inqas 12-il stat ippromulgaw, introduċew jew innotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu liġijiet li jikkupjaw l-SB 8 ta' Texas; billi l-leġiżlaturi ta' Idaho u Oklahoma reċentement għaddew liġijiet li jipprojbixxu l-abort b'abbozzi ta' liġi mmudellati fuq l-SB 8, inkluż mill-mument tal-fertilizzazzjoni fil-każ ta' Oklahoma;

I.

billi jekk il-Qorti Suprema tiddeċiedi li tannulla d-deċiżjoni Roe vs Wade, id-deċiżjoni dwar il-legalità tal-aborti terġa' lura lejn l-Istati; billi 13-il Stat diġà ppromulgaw l-hekk imsejħa liġijiet ta' attivazzjoni li jipprojbixxu l-abort, li huma maħsuba biex jipprojbixxu jew jillimitaw l-aċċess għall-abort immedjatament jekk id-deċiżjoni Roe vs Wade tiġi annullata; billi, ma' dawn it-13-il Stat, hemm total ta' 26 Stat li se jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-abort jew x'aktrax jagħmlu hekk jekk il-protezzjoni kostituzzjonali titneħħa, peress li Stati oħra jistgħu jippruvaw jew jerġgħu jdaħħlu fis-seħħ liġijiet ta' qabel l-1973, bħal Michigan, Wisconsin u West Virginia, jew li jippromulgaw restrizzjonijiet ta' abort li reċentement ġew imblukkati mill-qrati, bħal Alabama, Georgia, Iowa, Ohio u South Carolina;

J.

billi kważi l-imwiet kollha li jirriżultaw minn aborti mhux sikuri jseħħu f'pajjiżi fejn l-abort huwa ristrett ħafna; billi huwa stmat li l-għadd annwali ta' mwiet relatati mat-tqala fl-Istati Uniti minħabba aborti mhux sikuri jiżdied b'21 % (11) sat-tieni sena wara li tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni; billi tali mwiet jistgħu jiġu evitati għalkollox;

K.

billi fost it-tfajliet adolexxenti ta' bejn il-15 u d-19-il sena, il-kumplikazzjonijiet fit-tqala u fit-twelid huma l-kawża ewlenija tal-mewt globalment; billi l-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (12) ħeġġeġ lill-Istati jiddekriminalizzaw l-abort u jiżguraw li t-tfajliet ikollhom aċċess għal servizzi ta' abort sikuri; billi l-projbizzjonijiet possibbli fuq l-abort jistgħu jreġġgħu lura r-rati dejjem anqas tat-tqala fost l-adolexxenti fl-Istati Uniti; billi l-ommijiet adolexxenti huma ferm aktar probabbli li jwaqqfu l-istudji tagħhom u jiffaċċjaw il-qgħad, u b'hekk jaggrava ċ-ċiklu tal-faqar;

L.

billi hemm tħassib dejjem akbar dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest tal-possibbiltà li d-deċiżjoni Roe vs Wade tiġi annullata; billi permezz ta' apps ta' traċċar mestrwali jew għodod ta' ġeolokalizzazzjoni u magni tat-tiftix, tista' tinġabar data dwar persuni li jkunu kkuntattjaw klinika tal-abort, xtraw pillola għall-abort jew fittxew għall-informazzjoni; billi n-nies jistgħu potenzjalment jiġu individwati jew l-informazzjoni miġbura tista' tiġi użata kontrihom (13);

M.

billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-gruppi ta' riflessjoni konservattivi li jappartjenu għal-lemin Kristjan tal-Istati Uniti kienu qed jiffinanzjaw il-moviment kontra l-għażla globalment; billi dan il-finanzjament kien sinifikanti; billi jekk id-deċiżjoni Roe vs Wade tiġi annullata, dan jista' jwassal għal żieda fil-fluss tal-flus bi pressjoni mġedda mill-gruppi kontra l-għażla madwar id-dinja;

N.

billi jekk il-Qorti Suprema tannulla d-deċiżjoni Roe vs Wade, dan jista' jixpruna jew jinkoraġġixxi l-movimenti kontra l-għażla biex jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet u l-qrati barra mill-Istati Uniti biex ineħħu d-drittijiet tal-abort u jippreġudikaw il-kisbiet importanti li saru matul dawn l-aħħar deċennji, fejn aktar minn 60 pajjiż (14) irriformaw il-liġijiet u l-politiki tagħhom dwar l-abort biex ineħħu r-restrizzjonijiet u l-ostakli;

O.

billi minkejja l-progress ġenerali fil-protezzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati madwar id-dinja, inkluż fl-Ewropa, ir-rigress tad-dritt ta' aċċess għal abort sikur u legali huwa ta' tħassib serju; billi l-annullament ta' Roe vs Wade jista' jsaħħaħ il-moviment kontra l-abort fl-Unjoni Ewropea; billi l-Polonja hija l-uniku Stat Membru tal-UE li neħħiet motiv għall-abort mil-liġijiet tagħha, peress li t-Tribunal Kostituzzjonali illeġittimu ddeċieda fit-22 ta' Ottubru 2020 li jneħħi d-drittijiet li ilhom stabbiliti tan-nisa Pollakki u din id-deċiżjoni wasslet għal projbizzjoni de facto tal-abort; billi l-abort huwa pprojbit f'Malta; billi l-abort mediku fil-bidu tat-tqala mhuwiex legali fis-Slovakkja u mhuwiex disponibbli fl-Ungerija; billi fl-Italja qed jonqos l-aċċess għall-abort ukoll (15); billi l-aċċess għall-kura relatata mal-abort qed jiġi miċħud fi Stati Membri oħra tal-UE, bħal dan l-aħħar fil-Kroazja (16);; billi huwa imperattiv li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiddefendu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u jenfasizzaw li d-drittijiet tan-nisa huma inaljenabbli, u li ma jistgħux jitneħħew jew jiddgħajfu; billi huwa kruċjali għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jkomplu jagħmlu progress biex jiżguraw l-aċċess għal kura relatata mal-abort sikura, legali u f'waqtha f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-evidenza tad-WHO;

P.

billi d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluż l-abort sikur u legali, jikkostitwixxu dritt fundamentali; billi l-kriminalizzazzjoni, id-dewmien u ċ-ċaħda tal-aċċess għal kura relatata mal-abort sikura u legali jikkostitwixxu forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; billi diversi korpi tad-drittijiet tal-bniedem sostnew li ċ-ċaħda ta' abort sikur u legali tista' tammonta għal tortura jew trattament krudili, inuman u degradanti; billi l-aborti mhux sikuri li jwasslu għall-mewt fil-kuntest tal-projbizzjonijiet tal-abort għandhom jinftiehmu bħala “qtil arbitrarju speċifiku għal ġeneru, fejn huma vittmi biss in-nisa, bħala konsegwenza tad-diskriminazzjoni minquxa fil-liġi” (17);

Q.

billi l-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem affermaw ripetutament u b'mod konsistenti li l-kriminalizzazzjoni u r-restrizzjoni tal-abort jiksru l-obbligi internazzjonali tal-Istati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li huma protetti fil-liġi internazzjonali u l-liġi Ewropea relatati mad-drittijiet tal-bniedem, bħal fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-fatt li n-nisa jiġu mġiegħla jfittxu aborti klandestini, jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra għal din il-proċedura jew iżommu t-tqala tagħhom sat-terminu kontra r-rieda tagħhom huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet għall-ħajja, l-integrità fiżika u mentali, l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u s-saħħa; billi l-prinċipju tad-dritt internazzjonali ta' nonretrogressjoni jipprojbixxi lill-Istati milli jieħdu passi li jimminaw, jirrestrinġu jew ineħħu d-drittijiet jew l-intitolamenti eżistenti fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;

R.

billi d-dikjarazzjoni tal-esperti tan-NU maħruġa f'Settembru 2021 (18), tenfasizza li “d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa huma drittijiet fundamentali li ma jistgħux ikunu subordinati għal kunsiderazzjonijiet kulturali, reliġjużi jew politiċi”, u li “l-influwenza tal-indħil b'motivazzjoni ideoloġika u reliġjuża fi kwistjonijiet ta' saħħa pubblika kienet partikolarment detrimentali għas-saħħa u l-benessri tan-nisa u l-bniet”;

S.

billi l-garanzija tal-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati komprensivi, l-edukazzjoni u s-servizzi komprensivi dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, inklużi l-ippjanar tal-familja, il-metodi ta' kontraċezzjoni u l-abort sikur, legali u mingħajr ħlas, kif ukoll ir-rispett għall-awtonomija u l-kapaċità ta' kull persuna li tieħu deċiżjonijiet ħielsa u infurmati dwar ġisimha u l-ħajja tagħha, huma prekundizzjonijiet biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza soċjali u ekonomika; billi l-aċċess ekwu għall-kura relatata mal-abort jippermetti lin-nisa jeżerċitaw kontroll akbar fuq ġisimhom u jsaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jtejbu l-benessri ekonomiku tagħhom;

T.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-eliminazzjoni globali tal-faqar u l-isfruttament, u l-iżgurar ta' ħajja b'saħħitha u benessri għal kulħadd huma għanijiet fundamentali stabbiliti fl-SDGs 5, 1 u 3 rispettivament; billi b'mod aktar speċifiku, l-iżgurar ta' aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva, u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza u ta' prattiki dannużi fil-konfront tan-nisa u l-bniet huma miri fl-ambitu tal-SDGs 3 u 5; billi l-Istati Membri kollha tan-NU, inklużi l-Istati Uniti u l-Istati Membri tal-UE, assumew dmirijiet, impenji u obbligi biex jirrispettaw u jippromwovu dawn l-SDGs u l-miri tagħhom;

1.

Jikkundanna bil-qawwa r-rigress fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati li qed iseħħu globalment, inkluż fl-Istati Uniti u f'xi Stati Membri tal-UE; ifakkar li s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma drittijiet fundamentali tal-bniedem li għandhom jipproteġu u jissaħħew u bl-ebda mod ma jistgħu jiddgħajfu jew jiġu rtirati; huwa mħasseb ferm b'mod partikolari dwar kemm tali projbizzjonijiet se jikkontribwixxi għat-trawma esperjenzata mill-vittmi tal-istupru u tal-inċest;

2.

Jesprimi s-solidarjetà soda tiegħu u l-appoġġ tiegħu għan-nisa u l-bniet fl-Istati Uniti, kif ukoll għal dawk involuti kemm fl-għoti kif ukoll fil-promozzjoni tad-dritt u l-aċċess għal kura relatata mal-abort legali u sikura f'ċirkostanzi ta' sfida bħal dawn;

3.

Ifakkar lill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti dwar l-importanza li tiġi rispettata l-kawża storika ta' Roe vs Wade (1973) u l-protezzjonijiet kostituzzjonali riżultanti tad-dritt għall-abort fl-Istati Uniti;

4.

Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe rigress tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet kostituzzjonali; jitlob li tittieħed azzjoni biex jiġi salvagwardjat id-dritt għal abort sikur u legali fl-Istati Uniti u biex l-Istati Uniti joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura rigressiva; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Uniti fil-livelli kollha, f'konformità mal-linja gwida tad-WHO dwar il-kura relatata mal-abort, jiddekriminalizzaw bis-sħiħ l-aċċess għas-servizzi tal-abort u l-forniment tagħhom, jiggarantixxu servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi sikuri, legali, mingħajr ħlas u ta' kwalità għolja fit-territorji tagħhom u jagħmluhom faċilment aċċessibbli għan-nisa u l-bniet kollha;

5.

Jistieden lill-Gvern tal-Istat ta' Texas iħassar malajr l-Abbozz ta' Liġi tal-8 dwar is-Senat; jistieden lill-Gvernijiet tal-Istati ta' Idaho u Oklahoma jirrevokaw il-liġijiet simili tagħhom, inkluż l-Abbożż ta' Liġi HB 4327 (Oklahoma); jistieden lill-26 Stat tal-Istati Uniti b'liġijiet ta' attivazzjoni, liġijiet dwar il-kotba u miżuri oħra li jikkonċernaw projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-abort biex jirrevokawhom u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tkun konformi mad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa protetti fil-livell internazzjonali u mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

6.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet oħra fuq l-abort jaffettwaw b'mod sproporzjonat lin-nisa fqar, b'mod partikolari n-nisa razzjalizzati, inklużi n-nisa Suwed, in-nisa Hispaniċi u n-nisa Indiġeni, kif ukoll in-nisa minn żoni rurali, il-persuni LGBTIQ, in-nisa b'diżabilità, l-adolexxenti, in-nisa migranti, inklużi l-migranti irregolari, u l-unitajiet domestiċi b'ġenitur wieħed immexxija minn nisa; jenfasizza li n-nisa li, minħabba ostakli finanzjarji jew loġistiċi, ma jaffordjawx jivvjaġġaw lejn kliniċi tas-saħħa riproduttiva fi Stati jew pajjiżi ġirien, huma f'riskju akbar li jiġu sottomessi għal proċeduri perikolużi u ta' theddida għall-ħajja, u li jiġu mġiegħla jkomplu bit-tqala tagħhom kontra r-rieda tagħhom, li huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem u forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru (19);

7.

Jilqa' l-fatt li l-leġiżlazzjoni federali tal-Att dwar is-Saħħa u l-Protezzjoni tan-Nisa (WHPA), li għandha l-għan li tipproteġi d-dritt għall-kura relatata mal-abort fl-Istati Uniti kollha, ġiet adottata fil-Kamra tar-Rappreżentanti, iżda jiddispjaċih ħafna għall-fatt li għaddietx mis-Senat; jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti u/jew awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Uniti biex jirrispettaw, jissodisfaw u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-ħajja, il-privatezza, is-saħħa u l-ugwaljanza, u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll il-libertà tagħhom mid-diskriminazzjoni, il-vjolenza u t-tortura jew trattament krudili, inuman u degradanti, billi jistabbilixxu u jappoġġjaw protezzjonijiet legali federali għall-aċċess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi sikuri, legali u ta' kwalità għolja, inkluż l-abort, għan-nisa u l-bniet kollha;

8.

Iħeġġeġ lill-President Joe Biden u l-amministrazzjoni tiegħu jsaħħu l-isforzi tagħhom u jkomplu jappoġġjaw id-drittijiet tal-abort, u jħeġġu jiżgura aċċess għal abort sikur u legali; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Istati Uniti jagħmel aktar sforzi sabiex jiżgura li l-abort u l-kontraċezzjoni jiġu integrati fl-għoti tal-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi adattati għall-età u komprensivi fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u li jkunu aċċessibbli għal kulħadd; jilqa' l-fatt li l-finanzjament tal-Istati Uniti reġa' ngħata lill-UNFPA, l-aġenzija tan-NU għas-saħħa sesswali u riproduttiva, u jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti u/jew awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Uniti biex ikomplu jappoġġjaw is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u biex jagħmlu dan fin-NU u f'fora multilaterali oħra;

9.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Istati Uniti u/jew awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Uniti biex jiżguraw protezzjoni federali, kostituzzjonali u statutorja adegwata għad-dritt li tintemm tqala u jħeġġeġ ukoll lill-Gvern tal-Istati Uniti biex jiddekriminalizza kompletament l-abort. Dan jirrikjedi mhux biss li tintemm il-penalizzazzjoni tan-nisa u l-bniet u ta' persuni tqal oħra, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u oħrajn li jassistu fis-servizzi tal-abort, iżda wkoll it-tneħħija tal-abort mill-istatuti tal-liġi kriminali tal-istat u l-abolizzjoni tal-liġijiet, il-politiki u l-prattiki punittivi l-oħra kollha;

10.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Gvern tal-Istati Uniti u/jew lil awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Uniti jneħħu wkoll l-ostakli kollha għas-servizzi tal-abort, inkluż il-kunsens jew in-notifika ta' partijiet terzi, il-perjodi ta' stennija obbligatorji u l-awtorizzazzjoni mill-imħallfin jew mill-bordijiet mediċi, u jiggarantixxu aċċess f'waqtu għall-kura relatata mal-abort fil-pajjiż kollu; jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti jiżgura li s-servizz jiġi pprovdut mingħajr diskriminazzjoni, fastidju, koerċizzjoni, biża' jew intimidazzjoni, b'rispett xieraq għall-kunfidenzjalità u għall-privatezza tan-nisa u bi protezzjoni u rispett xierqa għall-fornituri tal-kura tas-saħħa;

11.

Jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti u/jew lil awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Uniti biex jirregolaw ir-rifjuti li jipprovdu servizzi legali ta' abort mill-fornituri tal-kura tas-saħħa, inkluż abbażi tal-klawżola ta' “kuxjenza”, b'mod li ma jiċħadx lin-nisa l-aċċess għall-abort;

12.

Jinsab imħasseb dwar il-ġbir u l-użu ħażin ta' data dwar individwi li jfittxu servizzi ta' abort; jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti jiżgura li l-liġijiet u l-politiki dwar il-protezzjoni tad-data jkunu konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jiggarantixxi li l-ipproċessar ta' informazzjoni personali sensittiva, bħal data u informazzjoni relatati mas-saħħa, jirrispetta d-drittijiet tal-individwi u jkun ibbażat fuq il-kunsens liberu, speċifiku, infurmat u espliċitu tagħhom għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali; jistieden lis-servizzi ta' distribuzzjoni diġitali jiżguraw li l-apps kollha jirrispettaw il-liġijiet dwar l-użu u l-protezzjoni tad-data;

13.

Jirrikonoxxi r-rwol li għandhom l-NGOs bħala fornituri ta' servizzi u bħala promoturi għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-Istati Uniti, u jħeġġiġhom ikomplu bil-ħidma tagħhom; jafferma li dawn l-NGOs jeħtieġu finanzjament xieraq sabiex joperaw; jissottolinja li s-servizzi pprovduti minn dawn l-NGOs jirrispondu għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet; jissottolinja li l-ħidma tagħhom ma tistax tissostitwixxi r-responsabbiltà tal-Istat li jiggarantixxi aċċess għal servizzi ta' abort pubbliċi, legali u sikuri;

14.

Jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-appoġġ soċjali, b'mod partikolari fil-każijiet ta' familji b'omm weħidha u t-tqala fost l-adolexxenti, inkluż permezz tal-kura universali tat-tfal u l-kura tas-saħħa;

15.

Jistieden lill-Gvern tal-Istati Uniti jiffirma u jirratifika (20) l-konvenzjonijiet u l-protokolli tan-NU u reġjonali kollha li fadal dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tal-1979;

16.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-konsegwenzi potenzjali għad-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja, jekk il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti tirrevoka lil Roe vs Wade; jinsab imħasseb ħafna dwar il-possibbiltà ta' effett dissważiv fuq il-prijoritizzazzjoni u l-finanzjament għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, li diġà ġew deprijoritizzati u sottofinanzjati b'mod qawwi kemm fl-Istati Uniti kif ukoll globalment; jenfasizza bi tħassib li f'pajjiżi li jiddependu ħafna mill-għajnuna tal-Istati Uniti għall-programmi tas-saħħa pubblika, ir-revoka tagħha jista' jkollu impatt fuq l-impenn ta' dawk il-gvernijiet li jipprovdu abort u drittijiet riproduttivi oħra;

17.

Jilqa' l-iżviluppi pożittivi reċenti dwar id-drittijiet tal-abort fl-Arġentina, il-Messiku, l-Ekwador, il-Kolombja u ċ-Ċilì li jimmarkaw passi importanti 'l quddiem fl-Amerika t'Isfel fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll f'pajjiżi oħra madwar id-dinja, bħall-Angola, l-Indja, il-Kenja, New Zealand, l-Irlanda ta' Fuq, il-Korea t'Isfel u t-Tajlandja;

18.

Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fil-formulazzjoni ta' liġijiet u politiki li jaffettwawhom u li jappartjenu għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari l-kura relatata mal-abort, u li jingħataw ġustizzja u rimedju legali meta jinkisru d-drittijiet tagħhom;

19.

Jenfasizza n-nuqqas ta' aċċess għall-kontraċezzjoni u l-ħtiġijiet eżistenti mhux issodisfati (21); jenfasizza li n-nisa għandhom responsabbiltà sproporzjonata għall-kontraċezzjoni, li għandha tinqasam mal-irġiel; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan ir-rigward, li jiġu żviluppati u promossi kontraċettivi għall-irġiel bil-għan li jitnaqqsu l-każijiet ta' tqala mhux intenzjonata; jenfasizza li għandha tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u lill-edukazzjoni komprensiva, adattata għall-età u bbażata fuq l-evidenza dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet għal kulħadd, firxa ta' metodi u provvisti ta' kontraċezzjoni ta' kwalità għolja, aċċessibbli, sikuri, affordabbli u, fejn xieraq, mingħajr ħlas, u konsulenza għall-ippjanar tal-familja, kif ukoll servizzi tas-saħħa;

20.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri joffru l-appoġġ kollu possibbli, inkluż appoġġ finanzjarju, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bbażati fl-Istati Uniti li jipproteġu, jippromwovu u jipprovdu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fil-pajjiż, bħala espressjoni tal-impenn sod tagħhom favur dawn id-drittijiet; jistieden ukoll lill-Istati Membri joffru rifuġju sikur għall-professjonisti mediċi kollha li jistgħu jkunu f'riskju ta' persekuzzjoni legali jew forom oħra ta' fastidju b'riżultat tax-xogħol leġittimu tagħhom fl-għoti ta' kura relatata mal-abort;

21.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha tal-UE jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex isaħħu l-azzjonijiet tagħhom biex jiġġieldu r-rigress fid-drittijiet tan-nisa u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż billi jikkumpensaw għal kwalunkwe tnaqqis possibbli fil-finanzjament tal-Istati Uniti għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati globalment, u billi jippromwovu u jipprijoritizzaw bil-qawwa l-aċċess universali għal abort sikur u legali u għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati oħra fir-relazzjonijiet esterni tagħhom;

22.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jħeġġu lill-Gvern tal-Istati Uniti jistabbilixxi protezzjonijiet legali federali għad-dritt għall-abort, u jqajmu dawn il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati Uniti fil-livelli kollha u fil-fora internazzjonali rilevanti kollha, filwaqt li jirrimarka li dawn jikkostitwixxu forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jistieden ukoll lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Istati Uniti tagħti prijorità lis-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-involviment tagħha mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Uniti u fl-implimentazzjoni lokali tagħha tal-GAP III;

23.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw bil-qawwa s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati għal kulħadd, inkluż billi jippromwovu protezzjonijiet legali msaħħa fil-fruntieri tal-UE u t-tneħħija tal-ostakli għat-tgawdija ta' dawn id-drittijiet;

24.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkludu d-dritt għall-abort fil-Karta;

25.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri madwar id-dinja biex b'mod proattiv jilħqu u jipproteġu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, speċjalment f'pajjiżi fejn hemm restrizzjonijiet fuq id-dritt u l-aċċess għall-abort;

26.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kummissarju inkarigat mill-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex jikkunsidraw, fil-każ li s-sentenza Roe vs Wade tiġi revokata, li jikkundannaw u jiddenunzjaw dan il-ksur tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati tan-nisa u d-dritt tagħhom għall-kura tas-saħħa, kif ukoll l-inċertezza legali li dan se jikkawża fl-iskambji tagħhom mal-uffiċjali tal-Istati Uniti;

27.

Jissottolinja li, f'konformità mal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD, jeħtieġ li jitħares id-dritt tal-individwi kollha għall-awtonomija u integrità fiżika u li jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali li jippermettu l-eżerċizzju konkret ta' dan id-dritt; jenfasizza li l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa dritt fundamentali tal-bniedem, u li huwa l-obbligu tal-istat li jipprovdi u jiggarantixxi l-kura tas-saħħa għal kulħadd; jappella għal approċċ globali komprensiv fil-pakkett essenzjali tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi miżuri għall-prevenzjoni u l-evitar ta' aborti mhux sikuri u klandestini, kif ukoll l-għoti ta' kura wara l-abort, li għandhom jiġu integrati fl-istrateġiji, il-politiki u l-programmi universali għall-kopertura tas-saħħa; jiddeplora l-fatt li l-kura tas-saħħa mhijiex aċċessibbli għal kulħadd fl-Istati Uniti; ifakkar li l-faqar huwa marbut mill-qrib mal-kontinwazzjoni furzata u sfurzata tat-tqala u man-nuqqas ta' abort sikur u legali;

28.

Jafferma mill-ġdid li l-abort għandu dejjem ikun deċiżjoni volontarja bbażata fuq talba ta' persuna, u mogħti b'mod liberu, f'konformità mal-istandards mediċi u d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u s-sikurezza abbażi tal-linji gwida tad-WHO; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess universali għal abort sikur u legali, u rispett għad-dritt għal-libertà, il-privatezza u l-aħjar kura tas-saħħa li tista' tinkiseb;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddekriminalizzaw l-abort u jneħħu u jiġġieldu l-ostakli għall-abort sikur u legali u l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-servizzi sesswali u riproduttivi; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess għal servizzi ta' abort sikuri, legali u mingħajr ħlas, għal servizzi u provvisti tal-kura tas-saħħa ta' qabel it-twelid u materna, ippjanar tal-familja volontarju, kontraċezzjoni, servizzi favur iż-żgħażagħ, kif ukoll għall-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ tal-HIV, mingħajr diskriminazzjoni;

30.

Jikkundanna l-fatt li n-nisa ma jkunux jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-abort minħabba prattika komuni f'xi wħud mill-Istati Membri tal-prattikanti mediċi, u f'xi okkażjonijiet, ta' istituzzjonijiet mediċi sħaħ, li jirrifjutaw li jipprovdu servizzi tas-saħħa abbażi tal-klawżola tal-“kuxjenza”, li twassal għaċ-ċaħda tal-kura relatata mal-abort għal raġunijiet ta' reliġjon jew kuxjenza, u li tipperikola l-ħajja u d-drittijiet tan-nisa; jinnota li din il-klawżola spiss tintuża wkoll f'sitwazzjonijiet fejn kwalunkwe dewmien jista' jipperikola l-ħajja jew is-saħħa tal-pazjent;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża bis-sħiħ il-kompetenza tagħha fil-politika tas-saħħa, u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fil-qafas tal-Programm l-UE għas-Saħħa għall-2021-2027; biex jippromwovu l-informazzjoni u l-edukazzjoni dwar is-saħħa; biex isaħħu s-sistemi nazzjonali tas-saħħa u l-konverġenza 'l fuq tal-istandards tal-kura tas-saħħa sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa fi ħdan u bejn l-Istati Membri; u biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; jistieden lill-Istati Membri jipprogressaw lejn kopertura tas-saħħa universali, li għaliha s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma essenzjali;

32.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-President tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-amministrazzjoni tiegħu, il-Kungress tal-Istati Uniti u lill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti.

(1)  https://www.politico.com/news/2022/05/02/supreme-court-abortion-draft-opinion-00029473

(2)  ĠU C 132, 24.3.2022, p. 189.

(3)  ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.

(4)  ĠU C 205, 20.5.2022, p. 44.

(5)  ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.

(6)  ĠU C 465, 17.11.2021, p. 160.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2022)0206.

(8)  https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/abortion

(9)  Rapport tal-UNFPA dwar l-istat tal-popolazzjoni dinjija, Seeing the Unseen: The case for action in the neglected crisis of unintended pregnancy", Marzu 2022.

(10)  https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/abortion

(11)  https://ncpolicywatch.com/2022/05/05/study-shows-an-abortion-ban-may-lead-to-a-21-increase-in-pregnancy-related-deaths/

(12)  Il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Kumment Ġenerali Nru 20 tas-6 ta' Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tat-tfal matul l-adolexxenza, Paragrafu 60.

(13)  https://www.vice.com/en/article/m7vzjb/location-data-abortion-clinics-safegraph-planned-parenthood

(14)  https://reproductiverights.org/maps/worlds-abortion-laws/

(15)  https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectId=0900001680687bdc; http://www.refreg.ep.parl.union.eu/RegData/etudes/BRIE/2018/608853/IPOL_BRI(2018)608853_EN.pdf

(16)  https://www.roda.hr/en/news/support-for-accessible-safe-and-legal-termination-of-pregnancy-in-croatia.html

(17)  https://view.officeapps.live.com/op/view.aspx?src=https%3A%2F%2Fwww.ohchr.org%2Fsites%2Fdefault%2Ffiles%2FHRBodies%2FHRC%2FRegularSessions%2FSession35%2FDocuments%2FA_HRC_35_23_AUV.docx&wdOrigin=BROWSELINK

(18)  https://www.ohchr.org/en/statements/2021/09/united-states-un-experts-denounce-further-attacks-against-right-safe-abortion

(19)  https://www.ohchr.org/Documents/Issues/Women/WRGS/SexualHealth/ INFO_Abortion_WEB.pdf

(20)  Inkluż, fost l-oħrajn, il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (1999), il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (1969), il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fiż-Żona tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (1988), il-Protokoll għall-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għat-Tneħħija tal-Piena tal-Mewt (1990), l-Ewwel u t-Tieni Protokolli Fakultattivi għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966 u 1989, rispettivament), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (1966), il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (2008), il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti (2002), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989), il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar Proċedura ta' Komunikazzjoni (2011), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom (1990), il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (1951), il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat (2006), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (2006) u l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (2006).

(21)  Rapport tal-UNFPA dwar l-istat tal-popolazzjoni dinjija, Seeing the Unseen: The case for action in the neglected crisis of unintended pregnancy', 30 ta' Marzu 2022 (Naraw dak li ma jidhirx: Il-ħtieġa ta' azzjoni biex tintemm il-kriżi minsija tat-tqala mhux intenzjonata).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/130


P9_TA(2022)0244

It-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (2022/2705(RSP))

(2022/C 493/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta' Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (il-Konferenza),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2) u tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-verżjoni attwali tat-Trattati daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009 u billi l-Unjoni Ewropea ffaċċjat diversi kriżijiet u sfidi bla preċedent minn dak iż-żmien 'l hawn;

B.

billi fid-9 ta' Mejju 2022 il-Konferenza temmet il-ħidma tagħha u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha, li fihom 49 proposta u 326 miżura;

C.

billi minbarra l-proposti leġiżlattivi, il-ftuħ ta' proċess ta' riformi istituzzjonali huwa meħtieġ sabiex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet u jiġu ssodisfati l-aspettattivi ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

D.

billi politiki ġodda u, f'xi każijiet, emendi tat-Trattat, huma meħtieġa mhux bħala mezz fihom infushom, iżda fl-interessi taċ-ċittadini kollha tal-UE, peress li għandhom l-għan li jsawru mill-ġdid l-UE b'mod li jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi, kif ukoll il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tagħha;

1.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Konferenza tad-9 ta' Mejju 2022;

2.

Jirrimarka li f'konformità mat-test fundatur tal-Konferenza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jsegwu b'mod effettiv il-konklużjonijiet tal-Konferenza, kull wieħed minnhom fl-ambitu tal-kompetenzi tiegħu u f'konformità mat-Trattati;

3.

Jinnota li diversi proposti tal-Konferenza jirrikjedu emendi għat-Trattati, u li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament għandu jħejji proposti għal emendi tat-Trattat kif xieraq;

4.

Jirrimarka, speċjalment wara l-aktar kriżijiet reċenti, li t-Trattati jeħtieġ li jiġu emendati b'mod urġenti biex jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha l-kompetenza li tieħu azzjoni aktar effettiva matul kriżijiet futuri;

5.

Jissottometti lill-Kunsill, skont il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja stabbilita fl-Artikolu 48 tat-TUE, għal dawk ir-raġunijiet, il-proposti li ġejjin għall-emendar tat-Trattati, fost l-oħrajn:

li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi billi tirriforma l-proċeduri tal-votazzjoni, inkluż li tippermetti deċiżjonijiet fil-Kunsill b'votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata minflok b'unanimità f'oqsma rilevanti, bħall-adozzjoni ta' sanzjonijiet u l-hekk imsejħa klawżoli “passerelle”, u f'każ ta' emerġenza;

li jiġu adattati l-kompetenzi konferiti lill-Unjoni fit-Trattati, speċjalment fl-oqsma tas-saħħa, t-theddid transkonfinali għas-saħħa, fit-tlestija tal-unjoni tal-enerġija bbażata fuq l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli mfassla f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali biex jittaffa t-tibdil fil-klima, fid-difiża, u fil-politiki soċjali u ekonomiċi; li jiġi żgurat li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi implimentat bis-sħiħ u li jiġi inkorporat il-progress soċjali fl-Artikolu 9 tat-TFUE marbut ma' Protokoll dwar il-Progress Soċjali fit-Trattati; li jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE, b'attenzjoni speċjali mogħtija lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kontrolli tal-kompetittività u li jiġu promossi investimenti orjentati lejn il-futur iffukati fuq it-tranżizzjoni ġusta, ekoloġika u diġitali;

li l-Parlament jingħata drittijiet sħaħ ta' kodeċiżjoni dwar il-baġit tal-UE, u d-dritt li jibda, jemenda jew iħassar il-leġiżlazzjoni;

li tissaħħaħ il-proċedura għall-protezzjoni tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE u li jiġu ċċarati d-determinazzjoni u l-konsegwenzi tal-ksur tal-valuri fundamentali (l-Artikolu 7 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea);

6.

Jipproponi b'mod aktar speċifiku li l-Artikoli tat-Trattat li ġejjin jiġu emendati kif ġej:

l-Artikolu 29 tat-TUE

“Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li għandhom jiddefinixxu l-atteġġjament tal-Unjoni lejn materja partikolari ta' natura ġeografika jew tematika. Meta deċiżjoni tipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjali jew għalkollox, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji tal-politika nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni.”

l-Artikolu 48(7) ir-raba' subparagrafu tat-TUE

“Għall-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet , il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata kif definit fl-Artikolu 238(3), punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.”

7.

Jistieden lill-Kunsill iressaq dawn il-proposti direttament lill-Kunsill Ewropew għall-eżami, bil-għan li tissejjaħ Konvenzjoni magħmula minn rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, tal-Parlament u tal-Kummissjoni;

8.

Jemmen li r-rappreżentanti tas-sħab soċjali tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, is-soċjetà ċivili tal-UE u l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Konvenzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2022)0141.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(3)  ĠU C 449, 23.12.2020, p. 90.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/132


P9_TA(2022)0245

Strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (2022/2611(RSP))

(2022/C 493/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-15 ta' Settembru 2021 mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2022 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2022)0071),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2022 dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli (COM(2022)0066),

wara li kkunsidra l-gwida maħruġa mill-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fit-12 ta' Lulju 2021 dwar id-diliġenza dovuta għan-negozji tal-UE biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' xogħol furzat fl-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-provvista tagħhom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2021 dwar ix-xogħol furzat fil-fabbrika Linglong u l-protesti ambjentali fis-Serbja (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2021 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar diliġenza dovuta korporattiva u obbligu ta' rendikont korporattiv (3),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tal-1930 dwar ix-Xogħol Furzat u l-Protokoll tagħha tal-2014,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO tal-1990 dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (O-000018/2022 – B9-0015/2022),

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

A.

billi l-Konvenzjoni tal-ILO tal-1930 dwar ix-Xogħol Furzat (Nru 29) tiddefinixxi x-xogħol furzat bħala bħala “kull xogħol jew servizz li jittieħed minn individwu b'theddid u li l-individwu ma jkunx offra volontarjament li jagħmlu”; billi l-ILO tuża 11-il indikatur biex tiġi identifikata l-eżistenza ta' xogħol furzat; billi dawn l-indikaturi huma: abbuż minn xi vulnerabbiltà, qerq, restrizzjoni tal-moviment, iżolament, vjolenza fiżika u sesswali, intimidazzjoni u theddid, żamma ta' dokumenti tal-identità, żamma ta' pagi, jasar ta' dejn, kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbużivi u sahra eċċessiva; billi xi drabi tkun meħtieġa l-preżenza ta' aktar minn wieħed mill-indikaturi elenkati sabiex tiġi determinata l-preżenza ta' xogħol furzat;

B.

billi, skont l-istimi tal-ILO, 25 miljun persuna madwar id-dinja bħalissa jinsabu f'sitwazzjoni ta' xogħol furzat u, minn dawn, 20,8 miljun jagħmlu xogħol furzat impost privatament u 4,1 miljun qegħdin f'xogħol furzat impost mill-istat; billi n-nisa u t-tfajliet jammontaw għal 61 % ta' dawk li jagħmlu xogħol furzat; billi l-ħaddiema migranti huma speċjalment vulnerabbli għax-xogħol furzat; billi l-pandemija tal-COVID-19 iggravat is-sitwazzjoni;

C.

billi l-aħħar stimi globali tal-ILO jindikaw li, fil-bidu tal-2020, 160 miljun tifel u tifla kienu involuti fit-tħaddim tat-tfal globalment, jiġifieri kważi wieħed jew waħda minn kull għaxart itfal fid-dinja kollha; billi 79 miljun tifel u tifla – kważi nofs dawk kollha involuti fit-tħaddim tat-tfal – huma vittmi tal-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, f'xogħol perikoluż li jipperikola b'mod dirett is-saħħa, is-sikurezza u l-iżvilupp morali tagħhom;

D.

billi r-riċerka wriet li x-xogħol furzat jimpedixxi l-iżvilupp sostenibbli u għandu impatt negattiv fuq il-faqar, l-inugwaljanza u l-governanza interġenerazzjonali, u jħeġġeġ il-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti;

E.

billi l-ekonomija tal-UE hija konnessa ma' miljuni ta' ħaddiema madwar id-dinja permezz tal-ktajjen tal-provvista globali; billi l-konsumaturi tal-UE jridu jkunu ċerti li l-prodotti li jixtru jkunu manifatturati b'mod sostenibbli u ġust li jiżgura xogħol deċenti għal dawk li jipproduċuhom;

F.

billi x-xogħol furzat huwa fattur estern bla prezz li joħnoq l-innovazzjoni u l-produttività, u jagħti vantaġġ kompetittiv inġust lin-negozji u lill-gvernijiet li jappoġġjawh;

G.

billi, fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen affermat li l-Kummissjoni se tipproponi projbizzjoni fuq prodotti fis-suq tal-UE li jkunu saru permezz ta' xogħol furzat;

H.

billi fil-proposta tagħha għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, il-Kummissjoni tistabbilixxi obbligi ta' diliġenza dovuta għal kumpaniji kbar li jaqbżu ċertu limitu u għal ċerti kumpaniji oħra f'setturi partikolarment sensittivi, biex jiġu identifikati, evitati, imnaqqsa u kkunsidrati l-impatti negattivi attwali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, u fuq l-ambjent tul il-ktajjen tal-provvista globali;

I.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2022 dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli (COM(2022)0066) tiddeskrivi l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tħejji inizjattiva leġiżlattiva ġdida, li se tkun qed tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-UE ta' prodotti magħmula b'xogħol furzat, inkluż tħaddim tat-tfal furzat; billi l-inizjattiva l-ġdida tkopri kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati u tgħaqqad projbizzjoni ma' qafas ta' infurzar robust u bbażat fuq ir-riskju;

J.

billi x-xogħol furzat huwa fenomenu kumpless u projbizzjoni fuq il-prodotti tax-xogħol furzat mhux se tkun biżżejjed biex ix-xogħol furzat jinqered u l-kwistjoni tiġi indirizzata mill-għeruq tagħha; billi sabiex tittratta din il-kwistjoni globali, l-UE għandha tiffoka wkoll fuq id-djalogu ma' pajjiżi terzi, l-assistenza teknika, il-bini tal-kapaċità u s-sensibilizzazzjoni; billi l-UE għandha taħdem ukoll attivament fil-livell multilaterali biex jinstabu soluzzjonijiet kollettivi sabiex jinqered ix-xogħol furzat;

K.

billi għadd ta' kumpaniji fl-UE jsegwu diversi settijiet ta' linji gwida volontarji u sovrapposti dwar imġiba responsabbli fin-negozju, iżda l-adozzjoni tagħhom għad trid titjieb; billi sabiex dan jiġi indirizzat, l-UE diġà għandha fis-seħħ regoli obbligatorji ta' diliġenza dovuta f'setturi speċifiċi bħall-injam u s-sorsi tal-hekk imsejħa minerali ta' kunflitt;

L.

billi l-effikaċja tal-esklużjonijiet tal-prodotti tax-xogħol furzat tiddependi minn diversi fatturi bħall-perċentwal tad-domanda settorjali globali li tipparteċipa fil-bojkott; l-ispejjeż u l-vijabbiltà għad-ditti esportaturi tad-devjazzjoni tal-kummerċ, ir-riallokazzjoni tal-kummerċ jew it-trasformazzjoni tal-prodott; is-saħħa tal-fornituri fis-suq; u kif il-gvern ospitanti jirrispondi għal pressjoni esterna;

M.

billi hemm bżonn taħlita ta' diversi għodod biex jiġu solvuti problemi differenti relatati max-xogħol furzat;

N.

billi sabiex tkun kompatibbli mad-WTO, kull esklużjoni ta' prodott trid tkun strutturata sabiex jiġi evitat il-ksur ta' impenji ta' kummerċ ħieles u ma ssirx diskriminazzjoni skont l-oriġini ġeografika; billi l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ jipprovdi l-bażi legali li tiġġustifika deċiżjonijiet relatati mal-esklużjoni ta' prodott; billi kwalunkwe esklużjoni bħal din trid tkun ibbażata fuq l-evidenza u ssir wara konsultazzjoni mal-partijiet affettwati;

O.

billi l-introduzzjoni ta' projbizzjoni fuq il-prodotti magħmula b'xogħol furzat hija prijorità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-UE kollha kemm hi;

1.

Jappella għal strument kummerċjali ġdid li jkun kompatibbli mad-WTO u jikkomplementa r-regoli dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva, jipprojbixxi l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti magħmula jew trasportati b'xogħol furzat u li jkun ikkomplementat b'miżuri għall-kummerċ intra-UE; jisħaq li kwalunkwe qafas evetwali fil-livell tal-UE jrid ikun proporzjonat, nondiskriminatorju u effettiv, filwaqt li jirrispetta l-impenn favur sistema kummerċjali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli; jenfasizza li l-proposta l-ġdida tista' tkun ibbażata fuq l-aħjar prattiki ta' pajjiżi li għandhom leġiżlazzjoni simili, bħall-Istati Uniti u l-Kanada;

2.

Jisħaq li d-determinazzjoni ta' jekk ikunx sar użu minn xogħol furzat għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi rilevanti tal-ILO, inkluż il-“Hard to see, harder to count – Survey guidelines to estimate forced labour of adults and children” tagħha;

3.

Iqis li l-istrument il-ġdid għandu jippermetti projbizzjonijiet fuq prodotti ta' xogħol furzat minn sit ta' produzzjoni, importatur jew kumpanija partikolari, dawk minn reġjun partikolari fil-każ ta' xogħol furzat sponsorjat mill-istat u dawk minn flotta jew bastiment tal-merkanzija partikolari;

4.

Iqis li, skont l-istrument il-ġdid tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi, fuq inizjattiva tagħhom stess jew minn informazzjoni li jkunu rċevew, għandhom iżommu prodotti fil-fruntiera tal-UE meta jqisu li hemm biżżejjed evidenza li dawn il-prodotti jkunu saru jew inġarru b'xogħol furzat; jirrimarka li l-importatur li l-merkanzija tiegħu tkun inżammet għandu mbagħad jingħata l-opportunità li jiċħad din l-akkuża billi juri li l-oġġetti ma jkunux saru jew inġarru b'xogħol furzat, li mbagħad jista' jwassal għar-rilaxx tal-oġġetti; jenfasizza li l-evidenza biex tingħata prova ta' nuqqas ta' xogħol furzat trid tkun ibbażata fuq l-istandards tal-ILO;

5.

Jinnota li l-prodotti għandhom jiġu sekwestrati meta l-awtoritajiet pubbliċi, abbażi ta' evidenza suffiċjenti, isibu li fil-manifattura u t-trasporta tal-oġġetti jkun sar użu minn xogħol furzat, jew jekk il-prodotti jkunu ġew minn reġjun partikolari fejn ix-xogħol furzat impost mill-istat ikun prevalenti; jenfasizza li l-merkanzija maqbuda tiġi rilaxxata jekk il-kumpanija tkun tista' tagħti prova li ma jkunx sar użu minn xogħol furzat jew li jkun ġie effettwat xi rimedju u li l-indikaturi ta' xogħol furzat ma jkunux għadhom preżenti;

6.

Jirrikonoxxi li għadd ta' kumpaniji fl-UE diġà qed jagħmlu sforzi biex jiżguraw li fil-ktajjen tal-provvista tagħhom ma jseħħux prattiki li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni toffri lill-kumpaniji, partikolarment lill-SMEs, appoġġ tekniku u appoġġ xieraq ieħor biex jallinjaw ruħhom mar-regoli l-ġodda u b'hekk jevitaw piżijiet bla bżonn; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni tal-istrument u l-impatt tiegħu fuq il-kumpaniji fl-UE;

7.

Jemmen li l-Kummissjoni, partikolarment l-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali, jeħtieġ jingħataw is-setgħa li jiftħu investigazzjonijiet; jinnota li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni abbażi ta' informazzjoni pprovduta minn partijiet ikkonċernati, NGOs jew ħaddiema affettwati u permezz ta' proċedura ta' lmenti formalizzata u sikura, pereżempju permezz tal-Punt ta' Dħul Uniku;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrument il-ġdid tal-UE jkun jirrikjedi li l-kumpaniji responsabbli jipprovdu rimedju lill-ħaddiema affettwati qabel ma jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni; jappella li jsir monitoraġġ tal-azzjonijiet rimedjali u korrettivi f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-trade unions;

9.

Jemmen li għandha tinħoloq sistema ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE biex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri kollha varati;

10.

Jisħaq li l-kumpaniji jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet pubbliċi jiżvelaw informazzjoni rilevanti dwar sussidjarji, fornituri, sottofornituri, kuntratturi u sħab fin-negozju fil-katina tal-provvista, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-kunfidenzjalità kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, toħloq linji gwida biex jgħinu lill-kumpaniji fil-ħolqien ta' proċess ta' mmappjar tal-katina tal-provvista sabiex tiġi identifikata x'tikkostitwixxi informazzjoni rilevanti; jenfasizza li database pubblika li jkun fiha informazzjoni dwar fornituri individwali, ir-riskju li joħolqu jew, min-naħa l-oħra, evidenza ta' xogħol deċenti, tista' tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji;

11.

Jappella biex tinħoloq u tinżamm lista pubblika ta' entitajiet, reġjuni u prodotti sanzjonati;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni ma' sħab tal-istess fehma biex jintemm ix-xogħol furzat mad-dinja kollh u jiġi żgurat li prodotti magħmula b'xogħol furzat ma jiġux kummerċjalizzati; jinnota l-bżonn ta' sforzi konġunti biex jiġi żgurat li l-projbizzjoni ma tkunx tista' tiġi evitata u li l-oġġetti suspettati li ġew prodotti b'xogħol furzat ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati lejn rotot oħra;

13.

Jemmen li sabiex ikun hemm bidla globalment, l-UE għandha taħdem mill-qrib mas-sħab tagħha permezz ta' azzjoni u investigazzjonijiet konġunti; jappella għal rwol attiv għad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jiddjalogaw ma' pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati fuq kwistjonijiet relatati mal-leġiżlazzjoni l-ġdida;

14.

Jirrimarka li l-istrument kummerċjali l-ġdid li jipprojbixxi l-prodotti magħmula b'xogħol furzat għandu jkun koerenti u komplementari għal inizjattivi oħra ta' diliġenza dovuta u d-dispożizzjonijiet attwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà; jirrimarka li dan għandu jiġi kkunsidrat fir-rieżami tal-pjan ta' azzjoni fi 15-il punt dwar il-kapitoli tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) u fil-kapitoli sussegwenti tat-TSD fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles tal-UE;

15.

Jappella għall-użu ta' investiment pubbliku u privat biex tiġi żviluppata kapaċità addizzjonali ta' produzzjoni mingħajr xogħol furzat fil-ktajjen tal-provvista affettwati;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

(1)  ĠU C 445, 29.10.2021, p. 114.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2021)0511.

(3)  ĠU C 474, 24.11.2021, p. 11.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/136


P9_TA(2022)0235

Il-Politika Barranija, ta' Sigurtà u ta' Difiża tal-UE wara l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Politika Barranija, ta' Sigurtà u ta' Difiża tal-UE wara l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2022/2039(INI))

(2022/C 493/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titoli II, III u V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-impenji stabbiliti fil-preambolu għall-implimentazzjoni ta' Politika Estera, ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1) u (2), 13(2), 14(1) u 16(1), 24(1), 26, 36, 41, 42(2), (3), (6) u (7), 44, 45, 46 u l-Protokoll Nru 10 tiegħu,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni “Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvat mill-Kunsill fil-21 ta' Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE tal-11 ta' Marzu 2022,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Mejju 2022 bit-titolu “L-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur” (JOIN(2022)0024),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni – rapport annwali 2021 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni – rapport annwali 2021 (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2022 bit-titolu “Kontribut tal-Kummissjoni għad-difiża Ewropea” (COM(2022)0060),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 intitolata “L-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Liżbona,” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' April 2022 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022, inklużi l-aħħar żviluppi tal-gwerra kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-implimentazzjoni tagħhom (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2022 dwar il-ħtieġa ta' pjan ta' azzjoni urġenti tal-UE biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE fid-dawl tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (7),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Ukrajna tal-mexxejja tal-Parlament tas-16 u l-24 ta' Frar 2022,

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ta' Mejju 2022,

wara li kkunsidra l-komunikat tas-Summit ta' Brussell maħruġ mill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana fi Brussell fl-14 ta' Ġunju 2021,

wara li kkunsidra l-Analiżi u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Riflessjoni Maħtur mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “NATO 2030: United for a New Era” (NATO 2030: Magħquda għal Era Ġdida),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, fl-24 ta' Marzu 2022 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna u fis-7 ta' April 2022 dwar is-sospensjoni tad-drittijiet ta' sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (8), li jinkludi Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill dwar miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja fuq il-gwerra tagħha fl-Ukrajna,

wara li kkunsidra Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (9) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0164/2022),

A.

billi l-aggressjoni militari mhux ipprovokata u mhux ġustifikata mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, wara l-invażjoni Russa tal-Georgia fl-2008 u azzjonijiet aggressivi oħra madwar id-dinja, hija ksur sfaċċat tal-liġi internazzjonali, tal-Karta tan-NU u tal-prinċipji minquxa fl-Att finali ta' Ħelsinki tal-1975, tal-Memorandum ta' Budapest tal-1994 u tal-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida tal-21 ta' Novembru 1990, u timmina serjament is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropej u dawk globali;

B.

billi l-Federazzjoni Russa ma rrispettatx l-ordni maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fis-16 ta' Marzu 2022 li talbet b'mod ċar lir-Russja tissospendi immedjatament l-operazzjonijiet militari tagħha u tiżgura li kwalunkwe unità armata militari jew irregolari li tista' tkun immexxija jew appoġġjata minnha, kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni u persuna li tista' tkun taħt il-kontroll jew it-tmexxija tagħha, ma jieħdu l-ebda pass biex jibqgħu għaddejjin bl-operazzjonijiet militari eżistenti;

C.

billi l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tikkostitwixxi attakk kontra l-ordni ta' paċi Ewropew innifsu u b'hekk thedded il-pedamenti li fuqhom inbniet il-politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni; billi t-tentattivi persistenti tar-Russja biex toħloq instabilità fil-viċinat tal-Unjoni u globalment u biex iddgħajjef u tirrevedi bil-qawwa l-ordni tas-sigurtà Ewropea jirrikjedu li l-Unjoni ssaħħaħ b'mod sostanzjali u determinat il-koeżjoni u l-effikaċja tal-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża tagħha;

D.

billi eluf ta' Ukreni tilfu ħajjithom fil-gwerra li nbdiet mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u li ilha għaddejja mill-2014; billi eluf sfaw midruba u aktar minn 10 miljun persuna ġew sfurzati jitilqu minn djarhom jew ħarbu lejn pajjiżi ġirien;

E.

billi l-forzi armati Russi qegħdin jibbombardjaw deliberatament u indiskriminatament infrastrutturi ċivili, inklużi djar u postijiet ta' kenn, skejjel materni, skejjel, sptarijiet, faċilitajiet ta' emerġenza u kura u stazzjonijiet tal-ferroviji u tal-karozzi tal-linja;

F.

billi skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, dawn l-attakki qegħdin jikkawżaw tbatija umana bla qies u huma delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; billi t-tortura u l-qtil ta' persuni ċivili u l-għadd dejjem akbar ta' rapporti ta' traffikar tal-bnedmin, vjolenza sesswali, sfruttament, stupru u abbuż li n-nisa u t-tfal qegħdin jiffaċċjaw huma delitti tal-gwerra atroċi li jeħtieġ li jiġu investigati u dokumentati b'mod urġenti sabiex l-awturi jkunu jistgħu jiġu pproċessati; billi għadha għaddejja investigazzjoni internazzjonali dwar id-delitti mwettqa f'Bucha; billi l-invażjoni tal-Ukrajna tista' tikkostitwixxi delitt ta' aggressjoni kif definit fl-Artikolu 8a tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-atroċitajiet imwettqa mill-armata Russa u l-proxies tagħha jissodisfaw id-definizzjoni ta' ġenoċidju li tinsab fil-Konvenzjoni tan-NU tal-1948; billi d-deċiżuri u l-awturi jeħtiġilhom jitressqu quddiem il-ġustizzja kriminali internazzjonali;

G.

billi l-invażjoni Russa tal-Ukrajna reġgħet ġabet gwerra fl-Ewropa u aħna l-Ewropej fl-Unjoni Ewropea issa rridu nużaw id-determinazzjoni u r-riżoluzzjoni kollha tagħna biex nipproteġu u niddefendu din l-Unjoni, u l-valuri u l-prinċipji li tirrappreżenta, inkluż il-prinċipju ta' integrità territorjali, sovranità nazzjonali u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;

H.

billi n-nuqqas ta' tweġiba adegwata għall-aggressjonijiet Russi kontra l-Georgia fl-2008 u kontra l-Ukrajna fl-2014 inkoraġġew lir-Russja tkompli bil-kampanji militari u politiċi aggressivi tagħha, inkluż l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna, b'dan il-mod, iddgħajjef u timmina l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-istabbiltà fl-Ewropa u fi bnadi oħra;

I.

billi l-għan strateġiku tad-dinja ħielsa huwa li tgħin lill-Ukrajna biex fl-aħħar mill-aħħar tegħleb lill-aggressur Russu u terġa' tikseb kontroll fuq it-territorju tagħha rikonoxxut internazzjonalment;

J.

billi l-gwerra tal-Federazzjoni Russa ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-attakk tagħha kontra l-ordni ta' paċi Ewropew qed iseħħu fl-isfond ta' repressjoni severa kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni politika fir-Russja, bil-għan li tiġi żgurata s-sopravivenza ta' reġim dejjem aktar totalitarju;

K.

billi d-difiża tal-Ewropa hija l-ewwel u qabel kollox obbligu għad-demokraziji Ewropej kollha; billi dan l-obbligu jrid ikollu miri adegwati ta' kapaċità finanzjarja u militari li jkunu ekwivalenti għalih; billi l-Unjoni ddeċidiet li tagħmel il-parti tagħha biex tiġġieled it-tentattivi tal-Federazzjoni Russa biex teqred il-pedamenti tas-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali, inkluż f'kooperazzjoni mill-qrib man-NATO, is-sisien tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha; billi fit-18 ta' Mejju 2022, il-Finlandja u l-Iżvezja ppreżentaw uffiċjalment l-applikazzjonijiet tagħhom biex jingħaqdu man-NATO; billi huwa importanti li l-alleati kollha tan-NATO jirratifikaw malajr il-protokolli tal-adeżjoni tal-Finlandja u tal-Iżvezja; billi t-Turkija qed turi nuqqas ta' rieda li tilqa' l-applikazzjonijiet tal-Finlandja u tal-Iżvezja biex jingħaqdu man-NATO; billi l-Artikolu 42(7) tat-TUE jibqa' element importanti tal-arkitettura tas-sigurtà Ewropea li jipprovdi appoġġ u protezzjoni għall-Istati Membri kollha tal-UE; billi l-Parlament esprima l-gratitudni sinċiera tiegħu għall-assistenza u l-kooperazzjoni mġedda tal-Istati Uniti fir-rigward tal-protezzjoni u l-għoti ta' difiża territorjali Ewropea;

L.

billi l-Ukrajna għandha dritt fundamentali għall-awtodifiża skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi l-Parlament ifaħħar lill-poplu tal-Ukrajna għall-kuraġġ tiegħu fid-difiża ta' pajjiżu u l-valuri komuni tagħna ta' libertà u demokrazija u mhux ser jabbandunahom;

M.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, talab lill-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu biex jagħtu status ta' kandidat lill-Ukrajna u, sadanittant, ikomplu jaħdmu lejn l-integrazzjoni tagħha fis-suq uniku tal-UE skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna;

N.

billi, skont il-mandat imġedded tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea fl-Ukrajna (EUAM Ukraine), il-missjoni ser tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, mal-aġenzija tal-Unjoni Eurojust u mal-Istati Membri li jieħdu azzjoni li tappoġġja direttament l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati internazzjonali fl-Ukrajna;

O.

billi l-Parlament għandu jibda analiżi profonda tar-raġunijiet għaliex l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u s-sħab tagħha b'mentalità simili fil-komunità internazzjonali ma rnexxilhomx jiskoraġġixxu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, li tikser il-Karta tan-NU u għalhekk tikkostitwixxi attakk fuq il-qalba stess tal-ordni ta' paċi u sigurtà tal-Ewropa, il-valuri u l-prosperità tagħha, kif ukoll il-pedamenti demokratiċi tagħha, u jieħu kont tat-tagħlimiet mill-iżbalji preċedenti fil-politika vis-à-vis ir-Russja, l-ewwel fosthom in-nuqqas li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied medjat mill-UE tat-12 ta' Awwissu 2008, kif ukoll l-investigazzjoni tal-każijiet ta' ksur tas-sanzjonijiet imposti mill-2014;

P.

billi l-Kunsill irrikonoxxa fil-Boxxla Strateġika li s-sigurtà u l-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent kollha għadhom mhumiex ċertezza u li hemm riskju ta' riperkussjonijiet potenzjali mid-deterjorament attwali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea;

Q.

billi hemm ħtieġa urġenti li tiżdied it-tħejjija sabiex ikun jista jiġi indirizzat l-ispettru sħiħ ta' kriżijiet li ġejjin, b'mod partikolari l-kriżijiet umanitarji u ta' sigurtà; billi l-Unjoni jeħtieġ tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, b'enfasi fuq l-impenn f'waqtu, biex tipproteġi l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha, il-valuri u l-interessi tagħha, u biex tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi hemm bżonn li l-Unjoni taħdem mal-alleati tagħha;

R.

billi n-nisa, il-bniet u l-gruppi vulnerabbli huma affettwati b'mod sproporzjonat minn kunflitti armati; billi l-parteċipazzjoni kostruttiva tan-nisa u l-bniet fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fir-rikostruzzjoni wara l-kunflitti żżid is-sostenibbiltà tal-paċi; billi l-istituzzjonijiet tal-UE impenjaw ruħhom li jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fi ħdan il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi III, li jinkludi l-oqsma kollha tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK);

S.

billi rwol attiv tal-Parlament, u l-appoġġ politiku u l-iskrutinju demokratiku tiegħu fit-tfassil ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni u l-istabbiliment ta' difiża komuni, jafferma u jsaħħaħ il-pedamenti rappreżentattivi u demokratiċi tal-Unjoni;

T.

billi l-funzjonament tal-Unjoni huwa bbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva u billi ċ-ċittadini tal-UE huma rappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni fil-Parlament;

U.

billi kull istituzzjoni tal-UE għandha tuża b'mod sħiħ is-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom; billi l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw kooperazzjoni leali u reċiproka;

V.

billi l-kompetenza tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-PESK tkopri l-oqsma kollha tal-politika barranija u l-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni li tista' twassal għal difiża komuni meta l-Kunsill Ewropew, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, jiddeċiedi dan, f'konformità mal-Artikoli 24 u 42(2) tat-TUE;

W.

billi r-rwol speċifiku tal-Parlament fil-politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni huwa definit fit-Trattati;

X.

billi l-Parlament għandu, flimkien mal-Kunsill, jeżerċita l-funzjoni baġitarja tiegħu f'dan il-qasam kif previst fl-Artikolu 41 tat-TUE, u għandu jeżerċita l-funzjoni ta' konsultazzjoni politika tiegħu kif previst fl-Artikolu 36 tat-TUE;

Y.

billi fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill dwar il-politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża, l-eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea huwa magħmul mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, mill-Kunsill, mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, u mill-aġenziji subordinati; billi l-Artikolu 24 TUE jgħid li “l-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni attivament u mingħajr riżerva fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka” u li “għandhom joqogħdu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi tal-Unjoni jew li x'aktarx tagħmel ħsara għall-effikaċja tagħha bħala forza b'koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali”;

Z.

billi l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni li tista' teżerċita b'mod leġittimu l-funzjoni ta' kontroll politiku u sorveljanza fuq l-eżekuttiv fil-livell tal-Unjoni;

AA.

billi l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fost l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni għandu jimxi id f'id mat-tisħiħ tas-sorveljanza u tal-kontroll parlamentari, kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali;

AB.

billi l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq, jagħti lill-Parlament Ewropew il-fehmiet dettaljati tiegħu rigward ir-rakkomandazzjonijiet ta' hawn taħt, b'mod partikolari meta dawn ikunu marbuta mal-funzjoni baġitarja u ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni;

AC.

billi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u s-sħab skont l-Artikoli 42(2), 45 u 46 tat-TUE għandha tibbenefika mill-identità legali, il-privileġġi u l-immunitajiet previsti mit-Trattati;

AD.

billi l-Unjoni għandha l-għan li tippromwovi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, tagħti aċċess għall-ġustizzja lil kulħadd u tibni istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi fil-livelli kollha;

AE.

billi, flimkien mal-alleati tagħha, l-Unjoni jrid ikollha l-għan li tiddefendi l-paċi u s-sigurtà tagħha sabiex tipprovdi lill-kontinent u lir-residenti tiegħu l-paċi u s-sigurtà li jistħoqqilhom; billi l-gwerra fl-Ukrajna kixfet id-difetti tal-arkitettura tas-sigurtà globali attwali;

AF.

billi, minħabba n-natura multidimensjonali tal-azzjonijiet ostili tar-Russja, huwa importanti li titqies u titfassal id-difiża ta' Ewropa libera b'mod olistiku billi tinkorpora l-oqsma kritiċi kollha, fosthom id-difiża, il-kooperazzjoni internazzjonali, il-midja u l-infrastruttura ċivili kritika, it-teknoloġija, il-ktajjen tal-provvista u l-enerġija;

AG.

billi l-Unjoni qiegħda tesperjenza l-aktar theddida diretta għas-sigurtà territorjali tagħha minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija; billi l-kriżi attwali wriet il-ħtieġa għal diskussjoni dwar il-baġit tal-UE, b'mod partikolari minħabba d-diskussjoni li għaddejja dwar liema tip ta' tagħmir jew appoġġ militari jista' jiġi pprovdut mill-Unjoni;

AH.

billi d-diżinformazzjoni u l-propaganda jridu jiġu miġġielda b'mod urġenti, legalment u teknikament, speċjalment fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE fil-Balkani tal-Punent u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

AI.

billi l-Boxxla Strateġika ġiet adottata mill-Kunsill f'Marzu 2022; billi l-Boxxla Strateġika għandha l-għan li tagħti lill-Unjoni l-għodod biex tkun fornitur effettiv tas-sigurtà f'ambjent ostili u attur globali aktar assertiv għall-paċi u s-sigurtà tal-bniedem;

AJ.

billi l-inizjattivi kollha tal-UE li għandhom l-għan li jsaħħu d-difiża Ewropea għandhom jiġu aġġornati regolarment f'konformità mas-sejbiet tal-Boxxla Strateġika u r-reviżjonijiet futuri tal-analiżi tat-theddid;

AK.

billi kwalunkwe riżorsa addizzjonali allokata biex tintlaħaq il-mira ta' nfiq ta' 2 % tal-PDG fuq id-difiża għandha tintuża b'mod koordinat u kooperattiv, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-istrumenti tad-difiża tal-UE biex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet u tissaħħaħ id-difiża Ewropea;

AL.

billi l-użu sħiħ tal-isforzi biex jiġu żviluppati kapaċitajiet konġunti ta' difiża tal-UE, b'mod partikolari l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (FEŻ), ser jgħin biex bl-istess mod tiżdied is-sigurtà tal-alleati tan-NATO u tal-Istati Membri;

AM.

billi l-Istati Membri għandhom jevitaw azzjonijiet mhux ikkoordinati li jistgħu jkomplu jaggravaw il-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni fil-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Unjoni, u b'hekk jagħmlu użu aħjar mill-flus tal-kontribwenti;

AN.

billi l-infurzar tas-sanzjonijiet jibqa' wieħed mill-elementi ewlenin fis-sett ta' għodod li l-Unjoni għandha fil-ġlieda kontra l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, u billi għaldaqstant iridu jkunu disponibbli l-mezzi kollha fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet jiġu infurzati bis-sħiħ; billi l-Kunsill aġixxa malajr u b'mod magħqud u s'issa adotta ħames pakketti ta' sanzjonijiet kontra r-Russja minħabba l-gwerra tagħha fl-Ukrajna, inklużi sanzjonijiet individwali bħall-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, sanzjonijiet ekonomiċi mmirati lejn is-setturi finanzjarji, tal-kummerċ, tal-enerġija, tat-trasport, tat-teknoloġija u tad-difiża, ir-restrizzjonijiet tal-midja, il-miżuri diplomatiċi, ir-restrizzjonijiet fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Krimea u Sevastopol u ż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern ta' Donetsk u Luhansk, u miżuri li jikkonċernaw il-kooperazzjoni ekonomika;

AO.

billi l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed ikollha konsegwenzi sekondarji li qegħdin ikollhom impatt fuq il-livell makro tar-relazzjonijiet internazzjonali, l-alleanzi globali, il-produzzjoni industrijali u l-ktajjen tal-provvista, u b'hekk qegħdin ikollhom impatt fuq is-sigurtà tal-ikel u l-għajxien tan-nies;

AP.

billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, permezz tad-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, qiegħda turi appoġġ u simpatija għall-pożizzjoni tar-Russja, tippromwovi n-narrattiva u l-gideb ovvju tar-Russja u turi nuqqas ta' rieda li tapprova bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

AQ.

billi l-PESK hija abbozzata u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprevedu eċċezzjonijiet bħal fl-Artikolu 24 tat-TUE;

AR.

billi l-Parlament, bħala rappreżentanza diretta taċ-ċittadini tal-UE fil-livell tal-Unjoni, għandu rwol uniku fl-istituzzjonijiet tal-UE u għandu rwol ċentrali biex jiżgura li t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, inkluż fil-qasam tal-politika barranija, ikun allinjat max-xewqat taċ-ċittadini, kif iddikjarat fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

1.

Jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

li jtennu appoġġ b'saħħtu għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna skont il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment; li jipprovdu l-għajnuna materjali, militari, finanzjarja u umanitarja kollha meħtieġa lill-Ukrajna, u jippreparaw biex jikkontribwixxu kemm jista' jkun għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż wara l-gwerra, peress li d-demokrazija u l-libertà huma dipendenti fuq il-prosperità u l-istabbiltà ekonomika; li jistabbilixxu b'mod urġenti strument legali li jippermetti li jiġu kkonfiskati assi u fondi Russi ffriżati u jintużaw bħala reparazzjonijiet u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna;

(b)

li jibnu fuq id-determinazzjoni u l-għaqda murija fil-bidu tal-gwerra tal-Ukrajna u jwettqu b'mod urġenti l-livell konġunt ta' ambizzjoni tagħhom; li jagħmlu progress ġenwin fil-politika barranija u l-kooperazzjoni għad-difiża fil-livell tal-Unjoni, kif espress fid-Dikjarazzjoni ta' Versailles u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 u tal-25 ta' Marzu 2022;

(c)

li jaqblu li l-VP/RGħ għandu jkun preżenti ex officio f'formati ta' negozjar mibdija jew immexxija mill-Istati Membri tal-UE;

(d)

li jintroduċu votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'ċerti oqsma tal-politika barranija, kif diġà previsti mit-Trattati, pereżempju l-adozzjoni ta' reġimi ta' sanzjonijiet personali tal-UE, u jistinkaw biex jestendu l-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-politika barranija fil-Kunsill, sabiex tiżdied l-effikaċja tal-politika barranija tal-UE;

(e)

li jiżguraw li l-Istati Membri jaderixxu mal-prinċipji tat-Trattati, speċjalment l-Artikolu 24 TUE, li jgħid li “l-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni attivament u mingħajr riżerva fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka”;

(f)

li jagħmlu progress rapidu fl-istabbiliment ta' unjoni tad-difiża b'objettivi aktar ambizzjużi fuq terminu qasir, medju u twil billi jimplimentaw l-azzjonijiet konkreti stabbiliti fil-Boxxla Strateġika, li jservu bħala punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tad-difiża komuni tal-UE, skont id-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 42(2) tat-TUE;

(g)

li jintensifikaw il-kooperazzjoni ma' sħab tal-istess fehma madwar id-dinja, speċjalment mal-alleati trans-Atlantiċi tan-NATO, sabiex tinżamm l-aktar unità b'saħħitha possibbli fid-difiża tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u b'hekk jiġu promossi u difiżi l-paċi, il-prinċipji demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jiġi żgurat li d-dipendenzi ekonomiċi ma jkollhomx prevalenza fuq id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri li tirrappreżenta l-Unjoni; li jenfasizzaw, b'mod partikolari, tali kooperazzjoni ma' pajjiżi fin-Nofsinhar Globali u jużaw il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-istrateġija ta' gateway globali għal dak il-għan; li jenfasizzaw il-ħtieġa għal kooperazzjoni internazzjonali rigward it-tħassib dwar is-sigurtà tal-ikel;

(h)

li jistabbilixxu kunsill regolari tal-ministru għad-difiża tal-UE;

(i)

li jagħmlu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni għan ġenerali fl-oqsma kollha u approċċ fundamentali u olistiku għall-politika estera, ta' sigurtà u ta' difiża u l-azzjoni esterna tagħha, li jagħtuha l-kapaċità taġixxi waħedha meta jkun meħtieġ u mas-sħab meta jkun possibbli u għaldaqstant tkun tista' taqdi rwol importanti fix-xena internazzjonali; li joħolqu għodod biex tiġi miġġielda l-koerċizzjoni ekonomika u biex jinkisbu, malajr kemm jista' jkun, is-sovranità tal-ikel u s-sigurtà sħiħa tal-provvisti tal-enerġija biex jitnaqqsu d-dipendenzi tal-enerġija; li jiżguraw ukoll li l-ktajjen tal-provvista jkunu diversifikati biex jikkumbattu d-dipendenzi strateġiċi fuq il-materja prima; li jiżguraw, f'dan il-kuntest, li jkun hemm ukoll reċiproċità fl-investiment u fil-politika kummerċjali;

(j)

li jaħdmu ma' alleati u sħab biex jindirizzaw il-konsegwenzi sekondarji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluża s-sigurtà tal-ikel f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, b'mod partikolari fil-viċinat tal-Unjoni;

(k)

li jiġġieldu u jopponu l-propaganda u l-kampanji ta' diżinformazzjoni fl-Unjoni u fil-viċinat tagħha u jagħtu spinta lill-kooperazzjoni mas-sħab fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE u madwar id-dinja, inkluż billi jistabbilixxu b'mod urġenti l-kapaċitajiet legali u tekniċi meħtieġa biex isir dan, biex hekk jiġi miġġieled l-indħil barrani malizzjuż, bħal dak tar-Russja qabel u matul il-gwerra tagħha ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna; li jsaħħu l-kapaċitajiet tat-Task Force East StratCom tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; li jkollhom politika ta' komunikazzjoni proattiva, multilingwi u strateġika;

Dwar is-segwitu għall-adozzjoni tal-Boxxla Strateġika

(l)

li jisiltu tagħlimiet mill-użu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi sabiex jappoġġjaw lill-Ukrajna, itejbu l-kapaċità tagħha li taġixxi u jibnu fuq il-mekkaniżmu ta' koordinament, li ġie implimentat għall-ewwel darba matul il-kriżi fl-Ukrajna; li jikkunsidraw li jtejbu l-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-bqija tal-perjodu finanzjarju 2021–2027; li jikkunsidraw modi biex isaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tas-sħab assoċjati tal-UE billi jużaw il-possibbiltajiet li fetħet il-Boxxla Strateġika u jżidu l-assistenza lill-Georgia u lill-Moldova fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi;

(m)

li jniedu b'mod urġenti diskussjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita faċilità finanzjarja oħra barra mill-baġit li tindirizza ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kapaċitajiet militari fil-livell tal-UE, bħal għar-RuŻ u l-akkwist konġunt, il-manutenzjoni konġunta, it-taħriġ u s-sigurtà tal-provvista;

(n)

li jsaħħu u jaġġornaw b'mod sinifikanti l-kondiviżjoni u l-kooperazzjoni tal-intelligence fost l-Istati Membri, inkluż fil-livell tal-Unjoni, u ma' sħab tal-istess fehma; li jtejbu r-riżorsi u l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi taċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE u tad-Direttorat tal-Intelligence tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea; li jinvolvu ruħhom f'aġġornamenti sistematiċi, regolari u frekwenti tal-analiżi tat-theddid, kif ittieħed impenn favuru fil-Boxxla Strateġika; jisħqu li l-analiżi tat-theddid għandha ssaħħaħ il-kultura strateġika tal-Unjoni u tipprovdi gwida dwar il-prijoritizzazzjoni tal-objettivi ta' politika fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża;

(o)

li jagħtu finanzjament permanenti tal-Unjoni liċ-Ċentru Satellitari tal-UE biex ikun jista' jibqa' jagħti l-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-azzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-immaġnijiet spazjali u l-ġbir ta' intelligence, inkluż b'appoġġ għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK;

(p)

li jaħdmu malajr fuq l-implimentazzjoni tal-aspetti l-aktar urġenti tal-Boxxla Strateġika, inkluż l-operazzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-Artikolu 42(7) tat-TUE b'kont meħud tal-qafas kostituzzjonali speċifiku u l-arranġamenti ta' sigurtà tal-Istati Membri kollha, u jieħdu passi konkreti biex issaħħu r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, itejbu s-sigurtà tal-provvista, jiksbu impenji preċiżi u sodi mill-Istati Membri fir-rigward ta' nfiq aħjar għad-difiża u sforzi konġunti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet, b'mod partikolari fil-qasam tal-faċilitaturi strateġiċi, it-taħriġ konġunt u l-edukazzjoni militari, iżidu l-isforzi biex tingħata spinta lill-komunikazzjoni strateġika, u jsaħħu s-sett ta' għodod biex jiġi indirizzat it-theddid ibridu u ċibernetiku u biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni; li jiżviluppaw aktar il-politika tal-Unjoni dwar iċ-ċiberdifiża; li jaħdmu biex jistabbilixxu attribuzzjoni kollettiva għal attakki ċibernetiċi malizzjużi; li jagħmlu użu sħiħ mir-reġimi ta' sanzjonijiet ċibernetiċi tal-UE kontra individwi, entitajiet u korpi responsabbli għad-diversi attakki ċibernetiċi mmirati lejn l-Ukrajna jew li huma involuti fihom; li jtejbu l-protezzjoni u s-sigurtà tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni kontra l-attakki ċibernetiċi, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri; li jsaħħu b'mod urġenti l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża tal-korpi li għandhom rwol strateġiku fir-rispons immedjat għall-kunflitti;

(q)

li javvanzaw il-ħidma biex tiġi abbozzata u operazzjonalizzata l-proposta għal strument ta' kapaċità ta' skjerament rapidu, u minħabba l-importanza sinifikanti tagħha għall-arkitettura tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni, dan jilħaq kapaċità operazzjonali ħafna aktar qabel l-2025;

(r)

li jirrevedu b'urġenza l-kunċett tal-kapaċità ta' skjerament rapidu, li mhuwiex ambizzjuż biżżejjed, u terġa' tfassal l-istruttura kumplessa tiegħu li ma tirrispondix b'mod adegwat għall-ħtieġa urġenti tal-Unjoni li jkollha unità militari multinazzjonali permanenti affidabbli ħafna li jeħtiġilha tinkludi brigata tal-art multinazzjonali ta' madwar 5 000 truppa u komponenti tal-ajru, marittimi u tal-forzi speċjali, u li l-elementi ewlenin tagħha jeħtiġilhom ikunu lesti li jiċċaqilqu fi żmien jumejn jew tlett ijiem;

(s)

li jiċċaraw, bħala kwistjoni ta' urġenza, kif l-Artikolu 44 TUE ser jiġi implimentat fil-prattika biex tiżdied il-flessibbiltà tal-PSDK billi grupp ta' Stati Membri, li huma lesti u kapaċi, jitħallew jippjanaw u jwettqu missjonijiet u operazzjonijiet taħt il-qafas tal-UE f'isem l-Unjoni kollha;

(t)

li jfittxu li jdaħħlu lir-Renju Unit f'qafas għal kooperazzjoni komuni dwar kwistjonijiet ta' difiża u ta' politika barranija permezz taż-żieda ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, biex hekk jiġu massimizzati l-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit;

(u)

li jaħdmu malajr lejn l-istabbiliment ta' kwartieri ġenerali militari tal-UE, li jiffunzjona b'mod sħiħ, billi jitwaħħdu l-istruttura tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija u d-Direttorat tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija biex jinħoloq kwartieri ġenerali operazzjonali ċivili-militari komplut, b'kont meħud tal-ambjent tas-sigurtà l-ġdid;

(v)

li jistabbilixxu ċentru konġunt ta' għarfien tas-sitwazzjoni, li jkun għodda kruċjali għat-titjib tal-prospettiva strateġika u tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni;

(w)

li jagħmlu użu sħiħ mill-inizjattivi tal-UE għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari l-FEŻ u l-PESCO, biex jimlew mill-ġdid ir-riżervi militari tal-Istati Membri u jsaħħu l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Unjoni, inkluż id-difiża mill-ajru u mill-missili, filwaqt li jżidu l-effiċjenza tal-PESCO; li jirrikonoxxu l-valur miżjud ta' aktar kooperazzjoni ma' pajjiżi tal-istess fehma dwar ċerti proġetti konkreti f'dan il-kuntest;

(x)

li jsaħħu b'mod sinifikanti l-PSDK ċivili f'termini ta' persunal disponibbli, taħriġ ta' qabel l-iskjerament, integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-baġit tagħha, u jiżguraw li l-missjonijiet tagħha jiffokaw primarjament fuq il-ħtiġijiet tas-sigurtà, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt tal-popolazzjoni lokali, u li sorveljanza parlamentari b'saħħitha fuq is-settur tas-sigurtà ċivili u t-trasparenza jiġu inkorporati biex il-modernizzazzjoni u r-riformi jsiru aktar sostenibbli;

(y)

li jżidu b'mod sinifikanti l-investiment fil-kontroll, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm reġjonali u globali tal-armi, b'mod partikolari b'approċċi multilaterali li jnaqqsu t-tixrid tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom;

(z)

li jappoġġjaw il-ħidma kruċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika biex tiżgura s-sikurezza tal-faċilitajiet nukleari fl-Ukrajna; li jsaħħu l-arkitettura globali tan-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi ta' qerda massiva; li jkomplu jsaħħu l-kapaċità ta' tħejjija tas-setturi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari tagħhom;

(aa)

li jħeġġu lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, reġim ta' sigurtà tal-provvista għad-difiża kif mitlub mill-Kunsill Ewropew fl-2013, u li saret kwistjoni tal-akbar urġenza minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà;

(ab)

li jtejbu l-inklużjoni tan-nisa u l-gruppi emarġinati fil-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-riżoluzzjoni, il-medjazzjoni u n-negozjati għall-paċi fl-oqsma kollha, u jagħtu attenzjoni speċifika lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, il-bniet u l-gruppi emarġinati fil-PESK u l-PSDK, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt;

Dwar l-impatt fuq il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK

(ac)

li jirrieżaminaw u jsaħħu, jekk meħtieġ u mingħajr dewmien, il-mandat tal-EUAM Ukraine u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri (EUBAM) għall-Moldova u l-Ukrajna, skont il-ħtiġijiet espressi mill-awtoritajiet tal-Ukrajna u tal-Moldova, biex jadattaw għar-realtà ġeopolitika l-ġdida u jappoġġjaw minnufih u b'mod effiċjenti lill-awtoritajiet tal-Ukrajna u tal-Moldova;

(ad)

li jaħdmu biex jiżguraw it-tiġdid tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jippermettu li l-operazzjonijiet tal-PSDK iwettqu kompiti kritiċi għas-sigurtà globali;

(ae)

li jtejbu l-ġenerazzjoni tal-forzi u jsaħħu l-persunal, il-kapaċità ta' rispons, ir-riżorsi u l-komunikazzjoni strateġika għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK, b'mod partikolari dawk affettwati mix-xenarju ta' theddid deterjorat, partikolarment il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE fil-Georgia u l-Operazzjoni ALTHEA fil-Bożnija-Ħerzegovina, fejn fil-każ ta' din tal-aħħar jiġu żgurati disponibbiltà u prontezza adegwati ta' riżervi suffiċjenti fil-każ li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Bożnija-Ħerzegovina tiddeterjora;

(af)

li jtejbu l-kapaċità tal-intelligence tal-operazzjonijiet tal-PSDK fuq il-post u jirrafforzaw l-għarfien tas-sitwazzjoni;

(ag)

li jsaħħu r-reżiljenza tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK fuq il-post kontra attakki ċibernetiċi u ibridi, bħal kampanji ta' diżinformazzjoni mfassla biex jagħmlu ħsara lill-kredibbiltà tagħhom f'għajnejn il-popolazzjonijiet lokali;

(ah)

li jitolbu li l-pajjiżi fejn hemm skjerati l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità għal dawk il-missjonijiet u l-operazzjonijiet biex ikunu jistgħu jintemmu l-kuntratti tagħhom ma' kumpaniji privati tas-sigurtà militari li huma allegatament involuti fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO

(ai)

li jiffinalizzaw b'mod rapidu l-ħidma fuq it-tielet Dikjarazzjoni Konġunta UE-NATO u jiżguraw li l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Boxxla Strateġika jitqiesu kif xieraq fl-abbozzar tal-Kunċett Strateġiku tan-NATO u sussegwentement adottat fis-Summit ta' Madrid; li jiżguraw li l-Boxxla Strateġika u l-kunċett strateġiku tan-NATO jkunu allinjati u jwasslu għal żieda fil-komplementarjetà strateġika;

(aj)

li jżidu b'mod sinifikanti l-finanzjament u jaċċeleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti relatati mal-proġett kruċjali tal-mobbiltà militari f'kooperazzjoni mill-qrib man-NATO; li jissottolinjaw l-importanza kruċjali li tittejjeb l-infrastruttura tat-trasport tal-Ewropa u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri doganali biex it-truppi jkunu jistgħu jiġu skjerati madwar l-Ewropa b'mod f'waqtu;

(ak)

li jimpenjaw ruħhom fl-Unjoni u man-NATO, ma' pajjiżi rilevanti li mhumiex fl-UE u mal-Ukrajna nnifisha biex jiddiskutu l-garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna;

(al)

li jħeġġu lill-Istati Membri tal-UE jżidu l-baġits u l-investimenti tad-difiża tagħhom u jirrikonoxxu l-mira tan-NATO ta' nefqa ta' 2 % tal-PDG fuq id-difiża, biex jitneħħew il-lakuni eżistenti fil-kapaċitajiet u tiġi żgurata protezzjoni xierqa għar-residenti tal-UE minħabba ż-żieda fit-theddida militari fil-viċinat immedjat tal-Unjoni maħluqa mir-Russja;

(am)

li jinkoraġġixxu lin-NATO żżid aktar il-preżenza avvanzata msaħħa tagħha fl-Istati Membri tal-UE li huma ġeografikament l-eqreb tal-aggressur Russu u tal-kunflitt;

Dwar it-tkabbir u r-relazzjonijiet ma' pajjiżi fil-viċinat Ewropew

(an)

li jirrikonoxxu li l-integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent hija essenzjali għall-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul tal-Unjoni Ewropea, u huwa għalhekk li l-Parlament irid jagħti lil dawk il-pajjiżi prospett kredibbli li jissieħbu fl-UE; li jappellaw għal assistenza politika u ekonomika akbar, flimkien ma' kooperazzjoni aktar mill-qrib għall-kummerċ u s-sigurtà, mas-sħab tal-Unjoni fil-Balkani tal-Punent u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, inkluż fl-oqsma ta' gwerra kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari, iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi, bħala parti mill-politika Ewropea tal-viċinat;

(ao)

li jirrieżaminaw l-politika Ewropea tal-viċinat bil-għan li jiġi vvalutat bir-reqqa l-impatt li l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna għandha fuq il-kooperazzjoni fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant; li jiżviluppaw, barra minn hekk, proposti dwar kif jistgħu jkomplu jissaħħu r-rabtiet mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant f'kuntest ikkaratterizzat minn aggressjoni militari diretta u theddid tanġibbli ieħor għas-sigurtà, kampanji mmirati ta' diżinformazzjoni u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-konfrontazzjoni mar-Russja, inkluż għall-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Moldova u l-Georgia u l-progress kontinwat ta' riformi relatati;

(ap)

li jsaħħu l-preżenza diplomatika u l-impenn tal-Unjoni f'pajjiżi li juru interess f'kooperazzjoni msaħħa mal-Unjoni, b'mod partikolari l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u dawk fil-Balkani tal-Punent, u f'pajjiżi fejn l-indħil Russu jhedded l-istabbiltà, is-sigurtà jew il-perkors demokratiku tagħhom;

(aq)

li jsaħħu b'mod urġenti l-istrateġija tat-tkabbir tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw li l-politika tat-tkabbir, il-prospetti tal-adeżjoni u l-proċess tal-adeżjoni jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà u l-istabbiltà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt flimkien mal-prosperità ekonomika u soċjali, filwaqt li jżommu l-kredibbiltà, il-koerenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-UE u l-koeżjoni interna tal-UE;

Dwar l-iskrutinju parlamentari

(ar)

li jinvolvu lill-Parlament fl-implimentazzjoni u l-iskrutinju ulterjuri xierqa tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li hija strument barra l-baġit; li jiżguraw li l-Parlament ikun involut b'mod sinifikanti fl-iskrutinju, l-implimentazzjoni u r-rieżami regolari tal-Boxxla Strateġika; li jrawmu skambji mal-ministri nazzjonali fil-Parlament Ewropew dwar suġġetti li huma prijoritajiet attwali tal-UE; li jfakkru fir-rwol importanti tal-parlamenti nazzjonali fl-Istati Membri, jissottolinjaw ir-rwol ewlieni li l-Assemblea Parlamentari tan-NATO jista' jkollha u jappellaw għal tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet tal-Parlament mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

(as)

li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni unilaterali dwar ir-responsabbiltà politika bi ftehim bilaterali mal-VP/RGħ, li tistabbilixxi l-aspetti kollha tar-relazzjoni tagħhom;

Dwar kwistjonijiet baġitarji

(at)

li jkollhom l-objettiv li l-Parlament ikollu funzjoni baġitarja komprensiva fil-politika ta' sigurtà u ta' difiża estera, bħalma jipprevedu l-Artikoli 14(1), 16(1) u 41 tat-TUE, b'mod partikolari għal deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 42(2), 45 u 46 tat-TUE;

(au)

li jħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jonoraw ir-rieda politika espressa permezz tad-Dikjarazzjoni ta' Versailles, u jappoġġjaw bis-sħiħ u jsaħħu l-livell ta' ambizzjoni tal-komunikazzjoni konġunta tat-18 ta' Mejju 2022 dwar id-diskrepanzi fl-investimenti fid-difiża u l-approċċ futur, sabiex jingħalqu malajr id-diskrepanzi identifikati f'din il-komunikazzjoni u mir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża filwaqt li jiġi żgurat valur miżjud Ewropew reali; b'hekk jagħmlu valutazzjonijiet xierqa tal-mezzi finanzjarji komuni tal-Unjoni u tal-istrumenti meħtieġa għal politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE aktar effettiva u kredibbli, filwaqt li jappoġġjaw il-possibbiltajiet għal sinerġiji ma' fondi oħra tal-UE, bħal li l-FEŻ jiġi kkomplementat b'task force ta' akkwist konġunt u mekkaniżmu ta' akkwist konġunt li b'hekk isaħħu s-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE u jipprovdu sigurtà adegwata lil kulħadd fl-Unjoni;

(av)

li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni previsti fit-Trattati, kif propost fil-komunikazzjoni konġunta dwar id-diskrepanzi fl-investimenti fid-difiża u l-approċċ futur, biex jiffaċilitaw u jwettqu reviżjoni tal-possibbiltajiet għal finanzjament fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali bil-ħsieb li jiġu pprovduti l-fondi miżjuda meħtieġa għall-istrumenti tal-UE u l-inizjattivi rilevanti tal-UE fil-qasam tad-difiża; li jsaħħu l-FEŻ u jżidu l-għadd u r-rilevanza tal-proġetti kollaborattivi tal-industrija tad-difiża; li jnaqqsu l-piż burokratiku fuq il-kumpaniji li japplikaw għal sejħiet għall-offerti, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; li jespandu l-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-proġett tal-Mobbiltà Militari; li jiffaċilitaw il-finanzjament tal-ġenerazzjoni tal-forzi għall-operazzjonijiet tal-PSDK, l-iskjeramenti militari u l-eżerċizzji diretti; u jimplimentaw malajr il-miżuri proposti bħala l-kontribut tal-Kummissjoni għad-difiża Ewropea;

(aw)

li jiżguraw li l-proposta tal-baġit għall-2023 tinkludi finanzjament xieraq għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, iċ-Ċentru Satellitari tal-UE, il-PESCO, il-Kapaċità ta' Skjerament Rapidu tal-UE prevista taħt il-baġit tal-PESK u, taħt dak l-istess titolu u taħt titoli oħra kif xieraq, il-finanzjament għall-inċentivi msemmija hawn fuq f'konformità mat-Trattati;

(ax)

li jissemplifikaw u jikkoordinaw l-isforzi mħabbra mill-Istati Membri biex iżidu l-infiq fuq id-difiża, u jiżviluppaw malajr il-pjan konġunt bejn il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex l-UE takkwista b'mod konġunt sistemi militari, biex jintlaħaq l-aħjar livell ta' konsistenza u impatt għas-sigurtà kollettiva u d-difiża territorjali tal-Ewropa, bil-ħsieb li jiġu evitati duplikazzjoni u frammentazzjoni;

(ay)

li jtejbu l-possibbiltajiet ta' finanzjament għall-industrija tad-difiża Ewropea billi t-tagħmir militari jitneħħa mil-lista ta' attivitajiet esklużi tal-Bank Ewropew tal-Investiment;

Dwar l-Ukrajna

(az)

li jipprovdu, mingħajr dewmien, armi f'konformità mal-ħtiġijiet espressi mill-awtoritajiet Ukreni, b'mod partikolari bl-użu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-mekkaniżmu tal-kamra tal-ikklerjar, u fl-ambitu tal-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri mal-Ukrajna;

(ba)

li jirrikonoxxu li d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tagħraf l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukrajna u l-applikazzjoni tagħha għal sħubija fl-UE u tingħata status ta' kandidat għall-UE bħala sinjal politiku ċar ta' solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna;

(bb)

li jirrafforzaw il-fatt li l-Ukrajna, bħal kwalunkwe pajjiż ieħor, għandha d-dritt sovran li tiddeċiedi waħedha dwar l-alleanzi politiċi u l-integrazzjoni ekonomika tagħha, mingħajr ndħil minn pajjiżi terzi;

(bc)

li jappoġġjaw l-investigazzjoni ta' delitti tal-gwerra mwettqa mir-Russja fl-Ukrajna, inkluż billi jappellaw għal tribunal speċjali tan-NU; li jiżguraw li l-awturi ta' delitti tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem jinżammu responsabbli u jappellaw lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jassistu lill-Ukrajna fl-investigazzjonijiet internazzjonali tagħha dwar id-delitti tal-gwerra;

Dwar is-sanzjonijiet

(bd)

li jiżguraw monitoraġġ komprensiv tas-sanzjonijiet tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom u joħorġu gwida lill-Istati Membri dwar kif jimplimentaw u jinfurzaw kif xieraq dawk is-sanzjonijiet; li jippromulgaw sanzjonijiet sekondarji fuq entitajiet u pajjiżi mhux tal-UE li jiffaċilitaw b'mod attiv l-evażjoni tas-sanzjonijiet tal-Unjoni kontra r-Russja; li jaħdmu ma' sħab internazzjonali biex jistudjaw fid-dettall l-impatt s'issa tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja; li jikkomunikaw ma' pajjiżi mhux tal-UE u speċjalment ma' pajjiżi kandidati tal-UE u jħeġġu aktar allinjament mal-miżuri restrittivi tal-UE;

(be)

li isaħħu l-kapaċità tal-Kummissjoni li timplimenta miżuri restrittivi u kull ġimgħa jippubblikaw statistika ewlenija;

(bf)

li jindirizzaw il-livelli differenti ta' implimentazzjoni ta' sanzjonijiet immirati kontra individwi marbuta mal-Kremlin madwar l-Istati Membri u jinfluwenzaw lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux hekk ħalli jagħtu l-assistenza militari, finanzjarja u umanitarja kollha meħtieġa lill-Ukrajna u jimponu embargo sħiħ fuq l-importazzjonijiet ta' gass, żejt u faħam mir-Russja fl-UE;

(bg)

li jibagħtu offensiva diplomatika fl-istati kollha li astjenew jew ivvotaw kontra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jispjegaw il-gravità tal-aggressjoni Russa u l-ħtieġa għal rispons unanimu mill-komunità internazzjonali;

(bh)

li jsegwu approċċ olistiku fir-rigward tal-Federazzjoni Russa u jabbandunaw kwalunkwe impenn selettiv ma' Moska fid-dawl tal-atroċitajiet u d-delitti tal-gwerra orkestrati mill-elit politiku tar-Russja u mwettqa mit-truppi Russi, u mill-alleati u l-merċenarji tagħhom fl-Ukrajna u bnadi oħra; li jżommu responsabbli lid-deċiżuri responsabbli għal dawn l-atti u jressquhom quddiem il-ġustizzja internazzjonali;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2022)0039.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2022)0040.

(3)  ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14.

(4)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2022)0121.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2022)0099.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2022)0052.

(8)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(9)  ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/148


P9_TA(2022)0220

Ħatra ta' membru fil-bord tal-għażla għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar il-ħatra ta' Margreet Fröberg fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (2022/2043(INS))

(2022/C 493/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu (B9-0290/2022),

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Margreet Fröberg tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939;

1.

Jipproponi li Margreet Fröberg tinħatar fil-bord tal-għażla;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/149


P9_TA(2022)0221

L-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (06531/2022 – C9-0147/2022 – 2022/0005(NLE))

(Approvazzjoni)

(2022/C 493/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06531/2022),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 189 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0147/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0153/2022),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.

L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/150


P9_TA(2022)0227

Tisħiħ tal-mandat tal-Europol: dħul ta' allerti fis-SIS ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta' allerti mill-Europol (COM(2020)0791 – C9-0394/2020 – 2020/0350(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0791),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0394/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0287/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0350

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/151


P9_TA(2022)0228

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Mauritania u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (COM(2021)0589 – 12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300(NLE))

(Approvazzjoni)

(2022/C 493/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021),

wara li kkunsidra l-ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (12446/2021),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 43(2) u 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0419/2021),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0148/2022),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2022)0229


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/152


P9_TA(2022)0229

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Mauritania u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (Riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300M(NLE))

(2022/C 493/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12208/2021),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/99 tal-25 ta' Jannar 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2021 (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2123 tal-11 ta' Novembru 2021 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 (3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li daħal fis-seħħ fit-8 ta' Awwissu 2008 (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija fil-qasam tas-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2022 lejn ekonomija blu sostenibbli fl-UE: ir-rwol tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (6).

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C9-0419/2021),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija tat-23 ta' Ġunju 2000 bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (7) (il-Ftehim Cotonou),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) tal-2015 bit-titolu “Voluntary Guidelines for Securing Sustainable Small-Scale Fisheries in the Context of Food Security and Poverty Eradication” (Linji Gwida Volontarji biex jiġi Żgurat is-Sajd Sostenibbli fuq Skala Żgħira fil-Kuntest tas-Sigurtà tal-Ikel u l-Qerda tal-Faqar),

wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi 2020 tal-Grupp ta' Ħidma tal-FAO dwar il-valutazzjoni tal-ħut pelaġiku żgħir lil hinn mill-kosta tal-Afrika tal-Majjistral 2019,

wara li kkunsidra l-politika komuni tas-sajd, speċjalment id-dimensjoni esterna tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar,

wara li kkunsidra l-impenn tal-UE għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif minqux fl-Artikolu 208 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-valutazzjonijiet ex anteex post tal-Kummissjoni tal-ftehim u l-protokoll preċedenti,

wara li kkunsidra r-rapport tal-laqgħa straordinarja tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt dwar il-Ftehim dwar is-Sajd iffirmat bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u l-Unjoni Ewropea, li saret bejn l-10 u t-12 ta' Frar 2021,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2021 dwar l-istrateġija mill-għalqa sal-platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0154/2022),

A.

billi l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) trid tkun konformi mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli biex jiġu żgurati operazzjonijiet tas-sajd sostenibbli li jużaw biss is-surplus permissibbli fil-pajjiż sieħeb; billi l-appoġġ settorjali għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ għal sajd fuq skala żgħira, filwaqt li jsaħħaħ ukoll is-sigurtà tal-ikel lokali u l-komunitajiet lokali;

B.

billi l-ewwel ftehim dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jmur lura għall-1987 u billi l-aħħar protokoll ta' implimentazzjoni, li kellu durata inizjali ta' erba' snin mill-2015 sal-2019, ġie estiż darbtejn b'sena u skada fil-15 ta' Novembru 2021;

C.

billi l-Unjoni u l-Mauritania qablu dwar Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Protokoll ġodda fit-28 ta' Lulju 2021;

D.

billi diversi SFPAs ġew iffirmati mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi Afrikani;

E.

billi l-protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' ħames snin u jipprovdi opportunitajiet tas-sajd simili għall-protokoll preċedenti, bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess għas-sajd li tammonta għal EUR 57,5 miljun fis-sena u l-kontribuzzjoni tagħha għall-appoġġ settorjali li tammonta għal EUR 16,5 miljun;

F.

billi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Mauritania huwa l-akbar ftehim imħallat tal-UE; billi dan jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti minn 10 Stati Membri li jistadu għall-ispeċijiet demersali u pelaġiċi li, bħat-tonn, huma speċijiet migratorji ħafna, fil-limiti tas-surplus disponibbli kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, filwaqt li titqies il-kapaċità tas-sajd tal-flotot Mauritanjani;

G.

billi s-sajd eċċessiv ta' stokkijiet pelaġiċi żgħar, speċjalment is-Sardinella, u l-ipproċessar tagħhom fi frakass tal-fdal tal-ħut u żejt tal-ħut jikkawżaw ħsara enormi mhux biss lill-ilmijiet lokali, pereżempju permezz tat-tniġġis tal-ilma mormi, iżda wkoll lis-sigurtà tal-ikel tal-popolazzjonijiet lokali fir-reġjun kollu tal-Afrika tal-Punent; billi fl-2017, il-Mauritania impenjat ruħha li tnaqqas u telimina gradwalment il-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħut sal-2020; billi mill-2010 'l hawn, il-produzzjoni tagħhom ittriplat u kien hemm espansjoni tal-fabbriki tal-frakass tal-fdal tal-ħut fil-Mauritania u fil-pajjiżi ġirien;

H.

billi data xjentifika robusta, sistemi effiċjenti ta' monitoraġġ u kontroll u trasparenza rigward il-qabdiet u l-liċenzji tas-sajd huma meħtieġa biex l-istati kostali jiddeterminaw is-surplus disponibbli tal-istokkijiet kondiviżi ta' ħut pelaġiku żgħir, u biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet maniġerjali għall-istokkijiet ikunu jistgħu jittieħdu b'mod li l-istokkijiet ma jaqbżux il-limiti xjentifiċi; billi fir-rigward tal-ġestjoni ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Mauritania, ir-rapport tal-2021 tal-laqgħa straordinarja tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt appoġġja miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-isforzi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' 15-il mil nawtiku tal-pajjiż, bħall-introduzzjoni ta' kwoti għal stokkijiet li jkunu ġew ikkonfermati xjentifikament li huma sfruttati żżejjed;

I.

billi l-appoġġ settorjali skont il-protokoll il-ġdid huwa mmirat lejn tmien oqsma ta' intervent; billi dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-appoġġ għas-sajd artiġjanali u l-komunitajiet kostali, it-tisħiħ tar-riċerka xjentifika, u t-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kontroll u sorveljanza u l-appoġġ tekniku lill-awtoritajiet Mauritanjani; billi l-kumitat konġunt għandu japprova programm settorjali multiannwali għall-użu ta' tali appoġġ; billi l-awtoritajiet Mauritanjani għandhom l-obbligu li jippreżentaw rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali;

J.

billi l-protokoll il-ġdid jistabbilixxi korp ġdid ta' koordinazzjoni (cellule de coordination) biex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-proġetti definiti fil-programm u li għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tad-deċiżjonijiet tal-kumitat konġunt;

K.

billi l-Artikolu 7 tal-protokoll il-ġdid jippermetti lill-Unjoni u lill-Mauritania jirrevedu l-opportunitajiet tas-sajd fit-tielet sena ta' implimentazzjoni, filwaqt li jirrispettaw is-sostenibbiltà tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd u jinvolvu aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE;

L.

billi l-protokoll il-ġdid jintroduċi tariffi differenti tas-sidien tal-bastimenti għall-kategorija 6 (bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku) li huma aktar skont il-valur tas-suq ta' kull speċi pelaġika speċifika mistada;

M.

billi l-Artikolu 3 tal-ftehim il-ġdid jiddikjara li l-flotta tal-UE għandha tibbenefika mill-istess kundizzjonijiet tekniċi għas-sajd u l-aċċess għar-riżorsi bħall-flotot l-oħra kollha; billi l-istess artikolu jirrikjedi li jissaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni u jobbliga lill-Mauritania tippubblika l-ftehimiet kollha li jippermettu bastimenti barranin fiż-żona tas-sajd tagħha;

N.

billi l-protokoll il-ġdid jimmodifika u jkabbar iż-żona tas-sajd għall-ħut pelaġiku żgħir għall-bastimenti tal-UE; billi l-Artikolu 9 tal-protokoll jirrikjedi li l-Mauritania tfassal, fi żmien sitt xhur mill-implimentazzjoni tal-protokoll, pjan ta' ġestjoni sostenibbli għas-sajd pelaġiku żgħir, applikabbli għall-flotot kollha li jistadu fl-ilmijiet tal-Mauritania bħala kundizzjoni għall-istabbiliment taż-żona tas-sajd il-ġdida; billi EUR 7,5 miljun mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jiddependu mill-approvazzjoni ta' dan il-pjan ta' ġestjoni min-naħa tal-kumitat konġunt;

O.

billi l-protokoll il-ġdid jippermetti lill-bastimenti tal-UE jħottu l-qabda tagħhom barra mill-portijiet tal-Mauritania f'ċirkostanzi eċċezzjonali, talba li ilha ssir mill-bastimenti tas-sajd tal-UE li huma attivi fil-Mauritania;

P.

billi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-protokoll preċedenti appellat għall-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni reġjonali għall-isfruttament ta' stokkijiet kondiviżi ta' ħut pelaġiku żgħir u merluzz iswed, kif meħtieġ mill-Arikolu 63 tal-Konvenzjoni tal-NU dwar il-Liġi tal-Baħar;

1.

Jilqa' l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Protokoll ġodda bejn l-Unjoni u l-Mauritania, maħsuba biex itejbu u jimmodernizzaw il-ftehim eżistenti; iqis li huwa pożittiv li l-ebda estensjoni addizzjonali ta' sena għall-protokoll preċedenti mhi se tkun, minn issa 'l quddiem, meħtieġa jew se tissolva jekk ma tkunx strettament meħtieġa, mingħajr ma ssir ħsara lill-flotta Ewropea;

2.

Jilqa' bl-istess mod l-aġġornament tal-ftehim ta' sħubija għal SFPA sħiħ u jirrimarka li dawn it-tipi ta' ftehimiet huma pedament tajjeb għall-kooperazzjoni dwar il-governanza tal-oċeani u l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli kif minquxa fil-politika komuni tas-sajd jiġu riflessi fil-ftehimiet tas-sajd tal-Unjoni, inkluż fl-implimentazzjoni tagħhom;

3.

Jirrimarka li dan il-ftehim isaħħaħ il-kooperazzjoni ambjentali, ekonomika, soċjali, amministrattiva u xjentifika sabiex isaħħaħ is-sajd sostenibbli, jikkontribwixxi għal governanza mtejba tal-oċeani, jiġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, jimmonitorja u jikkontrolla l-attivitajiet tas-sajd u jikkontribwixxi kemm għall-implimentazzjoni trasparenti tal-ftehim kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi f'konformità mal-Konvenzjoni tal-2007 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar ix-Xogħol fis-Sajd (Nru 188); jissottolinja li s-sħubija trid toffri garanziji u protezzjoni għall-ħaddiema kollha fuq il-bastimenti tal-UE; jenfasizza l-importanza ta' kompetizzjoni ġusta għas-sajjieda kollha li joperaw fl-ilmijiet tal-Mauritania;

4.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-ftehim u l-protokoll il-ġodda f'termini tal-opportunitajiet tas-sajd konsiderevoli li għandhom il-flotta tal-UE u bħala pjattaforma għal kooperazzjoni strutturata kontinwa bejn l-Unjoni u l-Mauritania, speċjalment fil-qasam tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd u biex tinżamm il-flotta Ewropea;

5.

Jistieden lill-Mauritania tiżgura li ma jsir l-ebda sajd żejjed ta' ħut pelaġiku żgħir u twaqqaf u telimina gradwalment l-impatti negattivi kkawżati mill-industrija tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħut fil-Mauritania; jistieden lill-UE, fil-qafas tal-SFPA, tikkontribwixxi għal dawn l-objettivi; jinnota li l-ħut għandu jintuża primarjament għall-konsum mill-bniedem u mhux bħala materja prima għall-industrija tal-ipproċessar tal-ikel, u li huwa importanti li l-awtoritajiet lokali jkunu involuti u jikkooperaw f'dan;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rekwiżit fil-protokoll il-ġdid li l-Mauritania tippubblika pjan għall-ġestjoni sostenibbli ta' ħut pelaġiku żgħir li se japplika għall-bastimenti kollha li jistadu fl-ilmijiet tal-Mauritania; iħeġġeġ lill-Mauritania tislet mill-konklużjonijiet tar-rapport tal-2021 tal-laqgħa straordinarja tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt u tapplika, fejn meħtieġ, approċċ prekawzjonarju bbażat fuq ix-xjenza meta tfassal pjan bħal dan;

7.

Jisħaq fuq l-impenn tal-partijiet li jippromwovu l-ġestjoni tas-sajd abbażi tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti fiż-żona u jisħaq li l-bastimenti tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess għal sehem xieraq tas-surplus tar-riżorsi tas-sajd f'konformità mal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli;

8.

Jilqa' l-klawżoli ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-ftehim u l-protokoll il-ġodda u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-klawżoli jiġu implimentati u rispettati bis-sħiħ; jinnota li r-regoli ta' trasparenza diġà kienu jeżistu fil-ftehim preċedenti iżda ma ġewx irrispettati bis-sħiħ;

9.

Jeżiġi li l-Mauritania tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet pubbliċi jew privati kollha ma' bastimenti barranin li joperaw fiż-żona tas-sajd tagħha, inklużi bastimenti minn pajjiżi terzi, u li din l-informazzjoni tiġi inkluża fir-rapport annwali li għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament; jesprimi tħassib li, s'issa, xi ftehimiet tas-sajd ma' pajjiżi terzi għadhom ma ġewx ippubblikati mill-Mauritania;

10.

Jinnota l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ mill-protokoll fir-rigward ta' rapporti dwar l-attivitajiet ta' flotot barranin u flotot domestiċi ta' proprjetà barranija li joperaw fl-ilmijiet tal-Mauritania; jistieden lill-Mauritania tipprovdi informazzjoni kompluta lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti kollha li jistadu fl-ilmijiet tagħha f'format ċar u faċli għall-utent li jippermetti stampa ġenerali ċara tal-isforz tas-sajd totali, tal-qabdiet għal kull speċi u tal-istatus tal-istokkijiet; jistieden lill-Mauritania tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. jinnota li din hija kundizzjoni għall-kalkolu tas-“surplus” fl-ispirtu tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar;

11.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-ewwel rapport għall-Inizjattiva għat-Trasparenza fis-Sajd min-naħa tal-Mauritania; jinnota li r-rapport huwa bbażat fuq informazzjoni mis-sena kalendarja 2018; jistieden lill-Mauritania tippubblika data aktar reċenti;

12.

Jesprimi tħassib rigward il-prattika ta' bdil tal-bandiera fl-ilmijiet tal-Mauritania, b'mod partikolari, u fir-reġjun b'mod ġenerali;

13.

Iqis li l-Unjoni, minħabba n-network tagħha ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd u SFPAs fis-seħħ fil-Majjistral tal-Afrika, għandha rwol x'taqdi biex tħeġġeġ lill-Mauritania u lill-pajjiżi ġirien tagħha jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-istokkijiet kondiviżi, speċifikament fl-identifikazzjoni tal-istokkijiet u l-opportunitajiet tas-sajd, bħal stokkijiet importanti għas-sigurtà tal-ikel lokali; jindika b'mod speċifiku l-importanza għall-Unjoni li tinvolvi ruħha b'mod attiv mas-sħab tagħha fiż-żona sabiex tiżgura deċiżjonijiet ta' ġestjoni sostenibbli fl-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti; jistieden lill-UE, il-Mauritania u l-pajjiżi ġirien jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' qafas ta' ġestjoni reġjonali komprensiv għal stokkijiet kondiviżi, permezz tal-istabbiliment ta' organizzazzjoni għall-ġestjoni tas-sajd reġjonali għal dawk l-istokkijiet u billi jibdew djalogu internazzjonali mal-pajjiżi kkonċernati;

14.

Jilqa' l-impenn mill-partijiet kollha li jimplimentaw il-ftehim b'mod trasparenti u bi qbil mal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; jitlob li tingħata attenzjoni speċifika lid-drittijiet tal-bniedem fil-Mauritania, inkluż fis-settur tas-sajd, b'enfasi speċifika fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol; jinnota li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jista' jwassal għal sospensjoni skont l-Artikolu 21 u l-Artikolu 14 tal-protokoll ta' implimentazzjoni l-ġdid;

15.

Jinnota li l-evalwazzjoni ex post tal-protokoll preċedenti tikkonkludi li b'mod ġenerali, il-Mauritania u l-UE qabdu sehem simili ta' valur miżjud ta' bejn 40 u 45 % kull wieħed; jinnota li tiddikjara li, madankollu, fin-nuqqas ta' interazzjonijiet ekonomiċi fuq l-art, il-valur miżjud prodott għall-Mauritania mill-attivitajiet tal-bastimenti tal-UE huwa relattivament baxx; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-UE tesplora modi biex ittejjeb din is-sitwazzjoni skont il-protokoll il-ġdid;

16.

Jinnota li l-Mauritania kellha diffikultà biex tassorbi l-appoġġ settorjali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprovdi assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali u ssaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi fil-Mauritania, b'mod partikolari għall-korp ta' koordinazzjoni l-ġdid;

17.

Iqis l-appoġġ settorjali bħala element importanti li jiżviluppa s-settur tas-sajd tal-Mauritania u jipprovdi impjiegi fil-komunitajiet kostali;

18.

Jilqa' l-appoġġ settorjali taħt l-assi 6 u 7; jistieden lill-kumitat konġunt jippromwovi proġetti ta' infrastruttura li jwasslu għal żieda fil-konsum lokali ta' prodotti tal-ħut u jiffinanzja proġetti li jkunu ta' benefiċċju dirett għall-katina tal-valur kollha tas-sajd fuq skala żgħira tal-Mauritania;

19.

Jitlob li aktar proġetti ta' appoġġ settorjali jgħinu lin-nisa fis-settur tas-sajd tal-Mauritania, b'mod partikolari dawk involuti fl-ipproċessar; jirrikonoxxi l-importanza ta' tali proġetti għas-sigurtà tal-ikel lokali u jitlob li n-nisa jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-workshops għall-preżentazzjoni u l-ipprogrammar ta' azzjonijiet ta' appoġġ.

20.

Jisħaq li waħda mill-problemi ġenerali tal-appoġġ settorjali fl-SFPAs tal-Unjoni hija n-nuqqas ta' viżibbiltà, aċċessibbiltà u trasparenza; jilqa', għalhekk, il-miżuri ta' viżibbiltà u pubbliċità meħuda fir-rigward tal-attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni tal-protokoll, li jippermettu li l-benefiċċji tiegħu jkunu kompletament viżibbli u aċċessibbli għal dawk kollha kkonċernati; jinnota li hemm bżonn ta' implimentazzjoni u użu mtejba sabiex jiżdied l-appoġġ settorjali, inkluża l-effikaċja tiegħu;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Mauritania jtejbu u jħaffu l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u jżidu t-trasparenza, speċjalment fil-qasam tal-liċenzji tas-sajd; jilqa', għalhekk, il-pubblikazzjoni ta' rapporti annwali dwar il-modi li bihom jintuża l-appoġġ settorjali u jitlob li dawn isiru pubbliċi; jissuġġerixxi li l-Parlament jiġi ppreżentat bl-azzjonijiet jew bil-miżuri bl-akbar rilevanza jew impatt fuq il-partijiet tat-territorju jew tas-soċjetà tal-Mauritania li huma eliġibbli għal din l-għajnuna settorjali;

22.

Jirrimarka li hemm bżonn ta' ġbir aħjar tad-data dwar l-istokkijiet fl-ilmijiet tal-Mauritania u li l-implimentazzjoni tal-SFPA trid tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli; jemmen li l-appoġġ settorjali għandu jintuża biex jappoġġja s-sajd artiġanali u bħala prijorità biex tittejjeb id-data xjentifika dwar l-istokkijiet tal-ħut, speċjalment dwar l-istokkijiet kondiviżi ta' ħut pelaġiku żgħir bħall-ispeċijiet tas-Sardinella u s-sawrell, u dwar l-attivitajiet ta' kontroll u sorveljanza tal-flotot kollha tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tagħhom;

23.

Jisħaq fuq l-importanza tad-data xjentifika dwar l-istokkijiet, il-ġbir xieraq tad-data u monitoraġġ aħjar sabiex il-protokoll il-ġdid ikun jista' jżid u jtejjeb il-kopertura mill-osservaturi xjentifiċi, li għandu jkun speċjalment l-objettiv għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi;

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni u l-iskambju bejn l-esperti u x-xjentisti fil-qafas ta' dan il-ftehim u matul l-implimentazzjoni tiegħu, jekk ikun meħtieġ għall-valutazzjoni tal-ispeċijiet differenti u t-tħaddim tal-ftehim;

25.

Jilqa' l-fatt li, fit-tielet sena ta' applikazzjoni tiegħu, il-protokoll il-ġdid jippermetti aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE u tal-opportunitajiet tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu minn din il-flessibbiltà jekk ikun meħtieġ;

26.

Jilqa' r-regoli l-ġodda dwar it-tariffi tas-sidien tal-bastimenti u jittama li dan it-titjib u titjib ieħor fil-protokoll, inkluża l-possibbiltà li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-bastimenti tal-UE jħottu l-art il-qabdiet tagħhom f'portijiet mhux tal-Mauritania, iwasslu għal użu aħjar tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-futur;

27.

Jilqa' u jirrikonoxxi l-fatt li s-sidien tal-Unjoni ta' bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għas-sajd ta' ħut pelaġiku u ta' bastimenti għas-sajd ta' gambli li jistadu fl-ambitu tal-Protokoll, għandhom ikomplu jikkontribwixxu, bħala tariffa in natura, għall-politika ta' distribuzzjoni tal-ħut lill-persuni fil-bżonn billi jirriżervaw 2 % tal-qabdiet pelaġiċi tagħhom trasbordati jew żbarkati fi tmiem vjaġġ għal Société nationale de distribution de poisson (il-Kumpanija Nazzjonali tad-Distribuzzjoni tal-Ħut); jinnota li l-konsum lokali tal-ħut qed jiżdied fil-Mauritania; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Mauritania jiżguraw li din il-kontribuzzjoni fil-fatt tilħaq il-popolazzjoni u ma tispiċċax fil-fabbriki tal-frakass tal-fdal tal-ħut;

28.

Jissottolinja l-impenn għall-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet tal-ILO għas-sajjieda kollha fuq il-bastimenti tal-UE sabiex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fl-impjieg u fix-xogħol; iqis li din l-implimentazzjoni għandha tiġi mmonitorjata;

29.

Jilqa' l-impjieg ta' sajjieda Mauritanjani kwalifikati fuq bastimenti tal-UE b'kuntratti li jikkonformaw mal-istandards tal-ILO u li jinkludu kopertura soċjali; jitlob li jsir sforz akbar biex jiġu impjegati trainees sabiex jiżdied in-numru ta' persuni kwalifikati fil-programm settorjali.

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-SFPAs bħala element ewlieni fis-sħubija tal-UE mal-Afrika;

31.

Jilqa' l-proġetti ffinanzjati mill-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-Mauritania bħall-“Promopeche”, li għandha l-għan li toħloq impjiegi u tħarreġ liż-żgħażagħ fil-qasam tas-sajd artiġjanali; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-allinjament u l-konsistenza bejn l-SFPA u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU;

32.

Jisħaq li s-sajd, inkluż is-sajd fuq skala żgħira, huwa settur importanti għall-ekonomija tal-Mauritania u huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-opportunitajiet ta' impjieg, b'mod partikolari għan-nisa u ż-żgħażagħ, u għall-iżgurar ta' żvilupp ekonomiku inklużiv u sostenibbli għal kulħadd; jappoġġja, għalhekk, miżuri biex tiżdied b'mod sinifikanti r-reżiljenza tal-atturi lokali, inklużi n-negozji żgħar tal-familja u l-komunitajiet kostali, għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-erożjoni kostali; jinsisti li l-investimenti fis-sajd iridu jkunu allinjati b'mod ċar mal-SDGs u ma jipperikolawx il-ħtiġijiet tal-komunitajiet kostali; jinsisti li l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-ftehim il-ġdid għandha titqassam b'mod li jqis ir-rwol fundamentali tal-komunitajiet kostali;

33.

Jitlob li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali u li jissaħħu l-komunitajiet kostali li huma dipendenti mir-riżorsi tal-baħar u li għalhekk iridu jiġu integrati bis-sħiħ fil-ġestjoni taż-żoni tal-baħar u dawk kostali; ifakkar li r-restawr tal-bijodiversità tal-baħar u dik kostali jsostni l-komunitajiet kostali u jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; jissottolinja l-ħtieġa għal konsultazzjoni regolari mal-komunitajiet kostali matul il-proċess ta' implimentazzjoni;

34.

Jirrikonoxxi li s-swieq u l-produtturi tal-UE jiddependu mill-importazzjonijiet ta' ħut mill-Mauritania, fost pajjiżi oħra, biex jiggarantixxu d-disponibbiltà tal-ikel lill-konsumaturi tal-UE;

35.

Jeżiġi li sforzi ulterjuri tal-UE fil-qafas ta' dan l-SFPA jridu jiffokaw fuq it-tmiem ta' sussidji tal-ħut dannużi u mhux sostenibbli fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u korpi internazzjonali oħra, billi tingħata attenzjoni partikolari għas-sajd illegali;

36.

Jitlob li l-acquis legali tal-UE, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, jiġu rispettati u applikati kif xieraq fis-sajd fil-Mauritania u fiż-żona ta' madwarha;

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

(1)  ĠU L 34, 1.2.2021, p. 1.

(2)  ĠU L 439, 8.12.2021, p. 1.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0228.

(4)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.

(5)  ĠU L 439, 8.12.2021, p. 3.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2022)0135.

(7)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(8)  ĠU C 184, 5.5.2022, p. 2.


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/158


P9_TA(2022)0230

Reviżjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE għall-avjazzjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 – C9-0319/2021 – 2021/0207(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/21)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) stabbiliet sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni, sabiex tippromwovi t-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti. L-attivitajiet tal-avjazzjoni ġew inklużi fis-sistema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) stabbiliet sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni, sabiex tippromwovi t-tnaqqis tal-gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti. L-attivitajiet tal-avjazzjoni relatati ma' titjiriet li jitilqu minn ajrudrom tal-Unjoni jew jaslu fih ġew inklużi fis-sistema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 2011  (11a) li l-inklużjoni tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-EU ETS skont dik id-Direttiva ma tiksirx id-dritt internazzjonali.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Sabiex tiffaċilita l-progress fil-livell tal-ICAO sabiex jinħoloq qafas globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali, l-Unjoni adottat għadd ta' derogi marbuta biż-żmien, l-hekk imsejħa derogi “waqqaf l-arloġġ”, li eskludew it-titjiriet kollha barra l-UE mill-EU ETS. L-aħħar deroga, introdotta bir-Regolament (UE) 2017/2392, tapplika sal-2023.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (12) (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-partijiet tal-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluża l-avjazzjoni internazzjonali.

(2)

Il-protezzjoni tal-ambjent hija waħda mill-isfidi l-aktar importanti li qed jiffaċċjaw l-Unjoni u l-bqija tad-dinja. Il-Ftehim a' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (12) (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-partijiet tal-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali , filwaqt li, fost l-oħrajn, jiġu riflessi l-ekwità u l-prinċipju ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi nazzjonali differenti. Peress li l-istimi tal-esperti, imħabbra matul il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2021 dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26), li saret fi Glasgow mill-31 ta' Ottubru sat-13 ta' Novembru 2021, jindikaw li d-dinja tinsab fit-triq biex tesperjenza żieda medja fit-temperatura ta' bejn 1,8  oC u 2,4  oC, fil-konklużjonijiet tal-COP26 il-Partijiet qablu li jekk iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm fil-livell ta' 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatt tat-tibdil fil-klima, u ntrabtu li sa tmiem l-2022 isaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sabiex tiġi aċċelerata l-azzjoni klimatika f'dan id-deċennju kritiku u jiżguraw li l-partijiet ikunu fit-triq it-tajba biex jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5  oC . Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluża l-avjazzjoni internazzjonali.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

L-avjazzjoni hija responsabbli għal 2-3 % tal-emissjonijiet globali ta' CO2. Fl-Unjoni, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jammontaw għal 3,7  % tal-emissjonijiet totali ta' CO2. Is-settur tal-avjazzjoni jiġġenera 15,7  % tal-emissjonijiet mit-trasport – mingħajr ma jitqiesu l-emissjonijiet li mhumiex CO2 – u dan jagħmlu t-tieni l-akbar sors ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport wara t-trasport bit-triq. Fl-2018, il-Eurocontrol ipproġettat li, sal-2040, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni fl-Ewropa se jkun hemm żieda kull sena ta' 53 % meta mqabbla mal-2017. Il-ħtieġa ta' azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet qed issir dejjem aktar urġenti, kif iddikjarat mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), fl-aktar rapport reċenti tiegħu tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu “Climate Change 2021: The Physical Science Basis” (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-bażi tax-Xjenza Fiżika" u tat-28 ta' Frar 2022 bit-titolu “Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability” (Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà). L-IPCC iddikjara, b'mod ferm kunfidenti, li t-tibdil fil-klima hija theddida għall-benesseri tal-bniedem u s-saħħa tal-pjaneta, u kwalunkwe dewmien ulterjuri f'azzjoni globali antiċipatorja miftiehma dwar l-adattament u l-mitigazzjoni se jtellef opportunità ta' żmien qasir u li qed tispiċċa malajr biex jiġi żgurat futur sostenibbli għal kulħadd li l-bniedem jista' jgħix fih. Huwa jipprovdi stimi ġodda tal-possibbiltajiet li jinqabeż il-livell ta' tisħin globali ta' 1,5  oC fid-deċennji li ġejjin, u jikkonkludi li sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat, rapidu u fuq skala kbira fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-limitazzjoni tat-tisħin għal qrib 1,5  oC jew saħansitra 2 oC se jkun impossibbli li tintlaħaq. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tindirizza din l-urġenza billi żżid l-isforzi tagħha u tistabbilixxi ruħha bħala mexxej internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Qabel il-kriżi tal-COVID-19, l-ICAO kienet stmat li, sal-2040, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali jistgħu jiżdiedu b'sa 150 % meta mqabbla mal-2020. Filwaqt li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tnaqqis temporanju fit-traffiku tal-avjazzjoni, il-projezzjonijiet eżistenti tal-pandemija ta' qabel il-COVID-19 jindikaw żieda annwali fl-emissjonijiet mill-avjazzjoni fil-livell globali u tal-Unjoni b'150 % sal-2040, meta mqabbla mal-2020, u bi b'53 % sal-2040, meta mqabbla mal-2017, rispettivament.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adotta l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (l-Anness 16, il-Volum IV tal-Konvenzjoni ta' Chicago) fl-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġaw l-iskema CORSIA u huma impenjati li jimplimentawha mill-bidu tal-fażi pilota 2021-2023 (13).

(3)

Il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adotta l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (l-Anness 16, il-Volum IV tal-Konvenzjoni ta' Chicago) fl-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jimplimentaw il-CORSIA mill-bidu tal-fażi pilota 2021-2023 (13).

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

L-Unjoni intrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra madwar l-ekonomija kollha tagħha b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 fl-impenn għal tnaqqis determinat fuq livell nazzjonali aġġornat tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sottomess lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020 (16).

(6)

L-Unjoni intrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra madwar l-ekonomija kollha tagħha b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 fil-kontributi għal tnaqqis determinat fuq livell nazzjonali aġġornat tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sottomess lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020 (16).

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-Unjoni naqqxet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal- 2050 fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(7)

L-Unjoni naqqxet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill- 2050 , u l-għan li minn hemm 'il quddiem jinkisbu emissjonijiet negattivi kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll fl-Artikolu 4(1) impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Din l-emenda għad-Direttiva 2003/87/KE għandha l-għan li timplimenta l-kontributi tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi għall-avjazzjoni, u tal-qafas regolatorju biex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-klima għall-2030 ta' tnaqqis ta' mill-inqas 55 % fuq livell domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030 stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/ … .

(8)

Din l-emenda għad-Direttiva 2003/87/KE għandha l-għan li timplimenta l-kontributi tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi għall-avjazzjoni, u tal-qafas regolatorju biex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-klima għall-2030 ta' tnaqqis ta' mill-inqas 55 % fuq livell domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030 u biex tintlaħaq newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/ 1119 .

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Minbarra s-CO2, l-avjazzjoni taffettwa l-klima permezz tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 bħal fwar tal-ilma (H2O), ossidi tan-nitroġenu (NOx), diossidu tal-kubrit (SO2) u partikoli tan-nugrufun, kif ukoll permezz ta' proċessi atmosferiċi kkawżati minn tali emissjonijiet, pereżempju l-formazzjoni ta' ożonu u sħab tat-tip ċirru kkawżat minn strixxi ta' kondensazzjoni. L-impatt klimatiku ta' tali emissjonijiet li mhumiex CO2 jiddependi mit-tip ta' fjuwil u l-magni użati, il-lokalizzazzjoni tal-emissjonijiet, b'mod partikolari l-altitudni ta' kruċiera tal-inġenju tal-ajru u l-pożizzjoni tiegħu f'termini ta' latitudni u lonġitudni, kif ukoll il-mument meta jkun hemm emissjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-temp f'dak il-mument partikolari. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni tal-2006 dwar l-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), id-Direttiva 2008/101/KE, irrikonoxxiet li l-avjazzjoni għandha impatt fuq il-klima globali permezz tar-rilaxx ta' emissjonijiet li mhumiex CO2. L-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kien jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti mhux tas-CO2 tal-avjazzjoni, akkumpanjata, fejn ikun xieraq, minn proposta dwar kif l-aħjar jiġu indirizzati dawk l-effetti, qabel l-1 ta' Jannar 2020. Biex tissodisfa dak ir-rekwiżit, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) wettqet analiżi aġġornata tal-effetti mhux tas-CO2 mill-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima u ppubblikat l-istudju tagħha fit-23 ta' Novembru 2020. Is-sejbiet tal-istudju kkonfermaw dak li kien ġie stmat qabel, jiġifieri li s-sinifikat tal-impatti klimatiċi mhux tas-CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni huma għall-anqas importanti fit-total daqs dawk tas-CO2 waħedhom.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Mis-sejbiet tal-istudju tal-EASA tat-23 ta' Novembru 2020 joħroġ li l-emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2, f'konformità mal-prinċipju prekawzjonarju, ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati. Hemm bżonn ta' miżuri regolatorji fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi skema ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika għal emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2. Filwaqt li tibni fuq ir-riżultati ta' din l-iskema, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt, tressaq proposta leġiżlattiva li jkun fiha miżuri ta' mitigazzjoni għall-emissjonijiet li mhumiex CO2, billi tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS b'tali mod li tkopri dawn l-emissjonijiet. Sa ma tiġi adottata proposta leġiżlattiva li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex tkopri l-emissjonijiet li mhumiex CO2, mill-31 ta' Diċembru 2027 'il quddiem, il-fattur ta' emissjoni tas-CO2 għall-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġi mmultiplikat b'1,8 biex jitqiesu l-emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2, imbagħad b'1,9 mill-31 ta' Diċembru 2028 u bi 2,0 mill-31 ta' Diċembru 2029. Il-multiplikatur jenħtieġ li ma jaqbiżx it-2,0 .

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

L-avjazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġa għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 . Għalhekk, il-kwantità totali ta' kwoti għall-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi kkonsolidata u soġġetta għall-fattur lineari ta' tnaqqis.

(9)

L-avjazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġa għall-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u fil-Ftehim ta' Pariġi . Għalhekk, il-kwantità totali ta' kwoti għall-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi kkonsolidata u soġġetta għall-fattur lineari ta' tnaqqis.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Il-kisba taż-żieda fl-ambizzjoni klimatika se tkun tirrikjedi li jiġu diretti kemm jista' jkun riżorsi għat-tranżizzjoni klimatika. B'riżultat ta' dan, id-dħul kollu mill-irkant li ma jkunx attribwit għall-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża għal finijiet relatati mal-klima.

(10)

Il-kisba taż-żieda fl-ambizzjoni klimatika se tkun tirrikjedi li jiġu diretti kemm jista' jkun riżorsi għat-tranżizzjoni klimatika , li jenħtieġ li tkun ukoll parti minn tranżizzjoni ġusta . B'riżultat ta' dan, id-dħul kollu mill-irkant li ma jkunx attribwit għall-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża għal finijiet relatati mal-klima. Hija prevista żieda fid-dħul mill-irkant fis-settur tal-avjazzjoni minħabba t-tneħħija gradwali tal-kwoti bla ħlas u l-applikazzjoni tal-EU ETS għal titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn pajjiż terz. Parti mid-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi allokata lis-settur tal-avjazzjoni permezz tal-Fond ta' Investiment għall-Klima biex jingħata appoġġ lil innovazzjonijiet sabiex jitnaqqsu l-impatti klimatiċi u ambjentali tas-settur tal-avjazzjoni. 15 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti għal emissjonijiet minn titjiriet li jitilqu miż-ŻEE jenħtieġ li jiġi allokat lill-Fondi Klimatiċi tal-UNFCCC, sabiex titmexxa 'l quddiem l-azzjoni internazzjonali ħalli jittaffa l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-aktar komunitajiet vulnerabbli. Id-dħul li jibqa' jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri għal azzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 10(3), partikolarment azzjonijiet li jappoġġaw id-djalogu soċjali u tranżizzjoni ġusta, jiddekarbonizzaw is-sistema tat-trasport u alternattivi fuq distanzi twal li għandhom impatt aktar baxx fuq il-klima.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

It-tranżizzjoni tas-settur tal-avjazzjoni lejn avjazzjoni sostenibbli jenħtieġ li tqis id-dimensjoni soċjali tas-settur u l-kompetittività tiegħu, biex jiġi żgurat li din it-tranżizzjoni tkun soċjalment ġusta u tipprovdi taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq is-suq intern fir-rigward tas-settur tal-avjazzjoni, b'enfasi partikolari fuq l-impatt soċjali.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

It-titjiriet li jkopru 1 000  kilometru u inqas jammontaw għal 6-9 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2 tal-avjazzjoni. Sakemm isiru l-iżviluppi teknoloġiċi u d-disponibbiltà ta' fjuwils tal-avjazzjoni u inġenji tal-ajru b'emissjonijiet żero, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri sabiex tiġi promossa bidla modali lejn modi ta' trasport alternattivi u aktar sostenibbli, speċjalment għas-segment tat-titjiriet li jinkludi titjiriet reġjonali u ta' titjiriet fuq distanzi qosra, jiġifieri titjiriet b'medda ta' inqas minn 1 000  kilometru.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

F'konformità mal-Artikolu 28b(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Unjoni għandha tivvaluta l-iskema CORSIA tal-ICAO u timplimentaha kif xieraq, u b'mod li jkun konsistenti mal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 fl-ekonomija kollha.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 28b(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Unjoni għandha tivvaluta l-CORSIA tal-ICAO u timplimentaha kif xieraq, u b'mod li jkun konsistenti mal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Ftehim ta' Pariġi .

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

L-EU ETS uriet li hija għodda effettiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' perkors predefinit u b'hekk fl-istess ħin tinċentiva l-innovazzjoni u lil dawk minn ta' quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis effiċjenti fl-emissjonijiet, filwaqt li l-CORSIA hija mekkaniżmu li jpatti għall-emissjonijiet permezz ta' kumpensi. F'termini tal-effikaċja tagħha, il-valutazzjoni tal-“miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO (CORSIA) skont l-Artikolu 28b għall-istudju tat-trasferiment tal-ispejjeż skont l-Artikolu 3d tad-Direttiva EU ETS” min-naħa tal-Kummissjoni wriet li l-livell ta' ambizzjoni tal-CORSIA għas-settur tal-avjazzjoni internazzjonali mhuwiex konformi mal-livell globali ta' ambizzjoni meħtieġ biex jiġu rispettati l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi f'termini ta' temperatura. Biex jiġi żgurat tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-settur tal-avjazzjoni f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, u biex jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali filwaqt li jiġi żgurat trattament ugwali fuq ir-rotot, mit-30 ta' April [wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva + 1], jenħtieġ li l-EU ETS tkun applikabbli għat-titjiriet kollha li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE. L-Unjoni żżomm l-impenn tagħha favur il-CORSIA. Sabiex jitqiesu l-impenn tal-Unjoni u l-parteċipazzjoni simultanja tagħha fil-CORSIA, il-valur finanzjarju tan-nefqa fuq il-krediti użati għall-CORSIA għal titjiriet miż-ŻEE lejn pajjiżi terzi li qed jimplimentaw il-CORSIA jenħtieġ li jkun deduċibbli mill-obbligi finanzjarji fl-ambitu tal-EU ETS.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Il-kwantità totali ta' kwoti għall-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi konsolidata fil-livell ta' allokazzjoni għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE u li jaslu f'ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit . L-allokazzjoni għas-sena 2024 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-allokazzjoni totali lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru attivi fis-sena 2023, imnaqqsa bil-fattur lineari ta' tnaqqis kif speċifikat fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-livell ta' allokazzjoni jenħtieġ li jiżdied biex jitqiesu r-rotot li ma kinux koperti mill-EU ETS fis-sena 2023 iżda li huma koperti mill-EU ETS mis-sena 2024 'il quddiem.

(12)

Il-kwantità totali ta' kwoti għall-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi konsolidata fil-livell ta' allokazzjoni għat-titjiriet koperti f'konformità ma' din id-Direttiva . L-allokazzjoni għas-sena 2024 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-allokazzjoni totali lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru attivi fis-sena 2023, imnaqqsa bil-fattur lineari ta' tnaqqis kif speċifikat fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-livell ta' allokazzjoni jenħtieġ li jiżdied biex jitqiesu r-rotot li ma kinux koperti mill-EU ETS fis-sena 2023 iżda li huma koperti mill-EU ETS mis-sena 2024 'il quddiem.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Żieda fl-irkant mis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-emenda għad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tkun ir-regola għall-allokazzjoni tal-kwoti tas-settur tal-avjazzjoni, filwaqt li titqies il-kapaċità tas-settur li jgħaddi l-kost miżjud tas-CO2.

(13)

Żieda fl-irkant mis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-emenda għad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tkun ir-regola għall-allokazzjoni tal-kwoti tas-settur tal-avjazzjoni, li twassal għal tneħħija gradwali tal-kwoti bla ħlas sal-2025, filwaqt li titqies il-kapaċità tas-settur li jgħaddi l-kost miżjud tas-CO2.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Jenħtieġ li d-Direttiva dwar l-EU ETS tikkontribwixxi biex tinċentiva d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bl-ajru. It-tranżizzjoni mill-użu ta' fjuwils fossili għal użu dejjem akbar ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, speċjalment fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, ikollha rwol biex tintlaħaq tali dekarbonizzazzjoni. Madankollu, meta jitqies il-livell għoli ta' kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, is-suq tal-UE li qed jiżviluppa f'dak li għandu x'jaqsam ma' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, u d-differenzjali importanti fil-prezz bejn il-pitrolju fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, jenħtieġ li dik it-tranżizzjoni tingħata appoġġ billi jiġu inċentivati l-pijunieri. Għalhekk, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2029, il-kwoti jenħtieġ li jiġu allokati bl-istess mod bħal kuntratt għad-differenza, li jkopri d-differenza li tibqa' fil-prezz bejn il-pitrolju fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għall-operaturi individwali tal-inġenji tal-ajru, b'mod proporzjonali għall-ammont ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli użati u rrappurtati skont ir-Regolament xxxx/xxxx [ir-Regolament ReFuelEU]  (1a) , sabiex jingħata inċentiv lill-pijunieri u jiġi appoġġat il-ħolqien ta' suq ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fil-livell tal-UE. Mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2029 jenħtieġ li jiġu riżervati 20 miljun kwota, u 20 miljun kwota addizzjonali jenħtieġ li jiġu riżervati meta t-titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn pajjiżi terzi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS għall-istess perjodu ta' żmien. Dawk il-kwoti jenħtieġ li jiġu mill-ġabra ta' kwoti totali disponibbli u jintużaw biss għal titjiriet koperti mill-EU ETS u b'mod nondiskriminatorju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li 70 % ta' dawk il-kwoti jiġu allokati speċifikament għall-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, bi prijorità għall-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont xieraq tal-emissjonijiet ta' CO2 minn fjuwils fossili u jenħtieġ li tikklassifika l-RFNBOs bħala fjuwils b'emissjonijiet żero għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jużawhom. Wara evalwazzjoni u valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tressaq proposta leġiżlattiva biex talloka ammont ristrett u limitat fiż-żmien ta' kwoti, li jenħtieġ li ma jmurx lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2034.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Id-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tiġi emendata wkoll fir-rigward ta' unitajiet ta' konformità aċċettabbli, biex jitqiesu l-Kriterji tal-Eliġibbiltà tal-Unitajiet ta' Emissjoni adottati mill-Kunsill tal-ICAO fil-216-il sessjoni tiegħu f'Marzu 2019 bħala element essenzjali ta' CORSIA . Il-linji tal-ajru bbażati fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw krediti internazzjonali għall-konformità għal titjiriet lejn jew minn pajjiżi terzi li jitqiesu li qed jipparteċipaw fl-iskema CORSIA . Sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni ta' CORSIA tal-Unjoni tappoġġa l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u tagħti inċentivi għal parteċipazzjoni wiesgħa lill-CORSIA, il-krediti jenħtieġ li joriġinaw minn Stati li huma partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi u li jipparteċipaw fl-iskema CORSIA , u jenħtieġ li jiġi evitat għadd doppju ta' krediti.

(14)

Id-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li tiġi emendata wkoll fir-rigward ta' unitajiet ta' konformità aċċettabbli, biex jitqiesu l-Kriterji tal-Eliġibbiltà tal-Unitajiet ta' Emissjoni adottati mill-Kunsill tal-ICAO fil-216-il sessjoni tiegħu f'Marzu 2019 bħala element essenzjali tal-CORSIA . Il-linji tal-ajru bbażati fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw krediti internazzjonali għall-konformità mal-CORSIA għal titjiriet lejn jew minn pajjiżi terzi li jitqiesu li qed jipparteċipaw fil-CORSIA . Sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-CORSIA tal-Unjoni tappoġġa l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u tagħti inċentivi għal parteċipazzjoni wiesgħa lill-CORSIA, il-krediti jenħtieġ li joriġinaw minn Stati li huma partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi u li jipparteċipaw fil-CORSIA , u jenħtieġ li jiġi evitat għadd doppju ta' krediti. Kwalunkwe devjazzjoni mil-linja bażi tal-CORSIA, li hija stabbilita għall-2019-2020, b'eċċezzjoni limitata fiż-żmien għas-snin 2021 sa 2023, jenħtieġ li titqies bħala nonkonformità għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta' krediti internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta lista tal-krediti li jkunu ġew ikkunsidrati aċċettabbli mill-Kunsill tal-ICAO biex jintużaw għall-konformità ta' CORSIA , u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ta' hawn fuq. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta' krediti internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta lista tal-krediti li jkunu ġew ikkunsidrati aċċettabbli mill-Kunsill tal-ICAO biex jintużaw għall-konformità tal-CORSIA , u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ta' hawn fuq. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tad-data, jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jirrappurtaw faċilment l-emissjonijiet tagħhom u l-kumpens skont l-Artikolu 14(3a) ta' din id-Direttiva.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Fl-assemblea triennali tal-ICAO li jmiss li hija skedata għal Settembru 2022, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jilħqu ftehim mal-kontropartijiet tagħhom dwar tnaqqis progressiv annwali tal-linja bażi stabbilita għall-2019-2020 għall-perjodu wara l-2023, sabiex jiżguraw allinjament gradwali mal-fattur lineari applikat għall-EU ETS, anke lil hinn mill-2035, b'mod li jkun konsistenti mal-mira tan-newtralità klimatika tal-Unjoni għal mhux aktar tard mill-2050.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-elenkar ta' pajjiżi li huma kkunsidrati li qed japplikaw l-iskema CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE skont l-Artikolu 25a(3) ta' dik id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta u żżomm il-lista ta' Stati għajr pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed jipparteċipaw fl-iskema CORSIA għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-elenkar ta' pajjiżi li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE skont l-Artikolu 25a(3) ta' dik id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta u żżomm il-lista ta' Stati għajr pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed jipparteċipaw fil-CORSIA għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta f'dik il-lista u biex jiżdiedu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika lista ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jkunux meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Peress li l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' CORSIA għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati barra mill-Unjoni huma maħsuba li jappartjenu biss għall-pajjiż ta' oriġini ta' dawn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-implimentazzjoni ta' CORSIA għal titjiriet għajr titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE u li jaslu f'ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit tfisser li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati barra mill-Unjoni jiġu eżentati mill-obbligi tal-EU ETS għal dawn it-titjiriet .

(19)

Biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ma jitqisux darbtejn u jittieħed kont tal-obbligi ta' kumpens tal-CORSIA 'l fuq mil-linja bażi stabbilita fil-livell tal-2019 għas-snin 2021-2023 u stabbilita bil-medja tal-livell tal-2019-2020 għas-snin ta' wara, jenħtieġ li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jnaqqsu l-valur finanzjarju tan-nefqa fuq il-krediti użati għall-CORSIA tagħhom għat-titjiriet koperti f'konformità ma' din id-Direttiva .

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

Biex jiġi żgurat li l-CORSIA twassal għal skema unika ta' kumpens globali li tindirizza l-emissjonijiet tal-karbonju mill-avjazzjoni sat-tieni fażi obbligatorja tal-iskema ICAO fl-2027, l-Unjoni argumentat b'mod konsistenti favur ir-regoli ta' implimentazzjoni u governanza robusti u parteċipazzjoni adegwata fil-fażijiet volontarji u obbligatorji tal-CORSIA. F'każ li l-Kummissjoni tiddetermina li l-CORSIA mhijiex biżżejjed bħala miżura biex jintlaħqu l-objettivi u l-impenji klimatiċi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tintemm id-deroga temporanja għal titjiriet li jaslu f'ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)

Jenħtieġ li l-Unjoni tagħmel l-almu tagħha biex issaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-CORSIA u tappoġġa l-adozzjoni ta' għan fit-tul biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali mill-avjazzjoni, filwaqt li tissalvagwardja l-kompetenza tal-Unjoni fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea  (1a) .

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)

Huwa essenzjali li tiġi żgurata t-trasparenza tad-data u huwa importanti li jittejbu l-infurzabbiltà tal-CORSIA u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni marbuta mal-CORSIA. Għaldaqstant, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jirrappurtaw faċilment l-emissjonijiet u l-kumpensi tagħhom fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt tal-CORSIA fuq it-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tas-CO2 u r-rwol tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Titjiriet lejn u mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u mill-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, kif iddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, li ma jimplimentawx l-iskema CORSIA, għajr dawk l-Istati li l-PDG per capita tagħhom huwa daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligi tal-EU ETS jew ta' CORSIA mingħajr data tat-tmiem għall-eżenzjoni.

imħassar

Emendi 63 u 79

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-EU ETS għall-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u ajrudrom li jinsab fl-istess Stat Membru.

(25)

Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-EU ETS għall-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u ajrudrom li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE u titjiriet bejn żewġ ajrudromi li jinsabu fl-istess reġjun ultraperiferiku;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Parti mid-dħul mill-irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni kif ukoll id-dħul mill-penali mħallsa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jiġu allokati lill-Fond ta' Investiment għall-Klima biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni fis-settur tal-avjazzjoni bil-għan li jittaffa t-tibdil fil-klima. Dan jinkludi, b'mod partikolari, proġetti relatati mal-iżvilupp, l-użu u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji u disinji ġodda mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra mis-settur tal-avjazzjoni, partikolarment fil-qasam tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli kif ukoll disinji li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-impatt klimatiku tas-settur tal-avjazzjoni, b'mod partikolari dak operazzjonali, l-ajrunawtika, il-qafas tal-inġenji tal-ajru, u l-innovazzjoni tal-magni rivoluzzjonarji, l-infrastruttura tal-ajruporti u l-inġenji tal-ajru elettriċi.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

Il-Fond ta' Investiment għall-Klima jenħtieġ li jappoġġa r-riċerka, l-iżvilupp u l-użu ta' soluzzjonijiet ta' dekarbonizzazzjoni – inklużi teknoloġiji b'emissjonijiet żero – u t-tnaqqis tal-impatti klimatiċi u ambjentali tas-settur tal-avjazzjoni. Dan jenħtieġ li jindirizza b'mod partikolari l-impatti tal-emissjonijiet li mhumiex CO2 bl-użu ta' teknoloġiji ta' monitoraġġ u rappurtar u titjib f'soluzzjonijiet operazzjonali.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)

Minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-karbonju li jirriżultaw mill-irkant sħiħ tal-kwoti fis-settur tal-avjazzjoni, jista' jinħoloq żvantaġġ ekonomiku għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jużaw ċentri fl-Unjoni meta mqabbla ma' dawk li jużaw ċentri barra mill-Unjoni. Peress li t-titjiriet lejn ċentri ta' pajjiżi terzi bħalissa mhumiex koperti mill-EU ETS, jaf ikun hemm vantaġġ għal dawk l-operaturi li jipprovdu titjiriet barra mill-Unjoni, fejn jiġu applikati miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet inqas stretti. Dan jista' jwassal għal trasferiment lejn dawn iċ-ċentri u għalhekk għal żieda fl-emissjonijiet li eventwalment tirriżulta f'impatti negattivi fuq it-tisħin globali. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS għal titjiriet minn u lejn ajrudromi barra miż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit twassal għal kompetizzjoni aktar ġusta u tnaqqis aktar effiċjenti tal-gassijiet serra.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra emendi possibbli għad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tas-simplifikazzjoni regolatorja. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jadattaw fuq bażi kontinwa għall-proċeduri amministrattivi tal-aħjar prattika u jieħdu l-miżuri kollha biex jissimplifikaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, filwaqt li jżommu l-piżijiet amministrattivi baxxi kemm jista' jkun.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3 – punt ua (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Fl-Artikolu 3 jiżdied dan il-punt:

“(ua)

‘emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2’ tfisser ir-rilaxx ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), partikoli tan-nugrufun, speċijiet ta' kubrit ossidizzat, u fwar tal-ilma minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.”

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3c – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     20 miljun mill-kwantità totali ta' kwoti msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2029 għandhom jiġu riżervati għall-allokazzjoni bl-istess mod bħal kuntratt għad-differenza, li jkopri d-differenza fil-prezz li jifdal bejn il-pitrolju fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fir-rigward tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jżidu l-użu tagħhom ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, bi prijorità għal fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, previsti abbażi tal-mandati ta' taħlit imsemmija fl-Anness I tar-Regolament … [ir-Regolament ReFuelEU]  (*1) jew lil hinn u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' dawk il-fjuwils. 70 % ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu allokati speċifikament għaż-żieda fl-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi, bi prijorità għal fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs). Barra minn hekk, 20 miljun kwota mill-kwantità żejda ta' kwoti maħruġa minħabba l-kopertura tal-emissjonijiet fuq titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE lejn pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 3ea għandhom jiġu riżervati għall-allokazzjoni bl-istess mod bħal kuntratt għad-differenza għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2029.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3c – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     Il-kwantità totali tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 5a għandha tiġi allokata bl-istess mod ta' kuntratt għad-differenza, li jkopri d-differenzjali tal-prezzijiet li jifdal bejn il-pitrolju fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għaż-żieda fl-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, fejn jingħataw prijorità l-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, fuq bażi nondiskriminatorja, kif irrappurtat lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea fl-ambitu tal-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament … [Ir-Regolament ReFuelEU]  (*) .

 

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru jista' japplika għal allokazzjoni tal-kwoti għal titjiriet koperti mill-EU ETS mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2029 abbażi ta' żieda fl-użu tiegħu tal-fjuwils imsemmija fil-paragrafu 5a.

 

Il-kwantità ta' kwoti għandha tkun proporzjonata għall-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra ffrankati skont it-trattament ta' dawk il-fjuwils fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14(1) ta' din id-Direttiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-emissjonijiet minn fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika li jużaw l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli għandhom jiġu kklassifikati bħala b'emissjonijiet żero għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jużawhom sa ma jiġi adottat l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 14(1).

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tad-differenza fl-ispejjeż bejn il-pitrolju u l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fuq bażi annwali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati għall-allokazzjoni ta' kwoti tal-avjazzjoni għaż-żieda fl-użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli billi tkopri d-differenzjali tal-prezzijiet għal kull tunnellata ta' CO2 ffrankata mill-użu ta' dawk il-fjuwils minflok il-pitrolju.

 

Mill-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni annwali rigward l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u tippreżenta r-riżultati tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien adegwat. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni u wara valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tista', fejn ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva biex talloka ammont ta' limitu massimu u limitat fiż-żmien ta' kwoti sal-31 ta' Diċembru 2034 fir-rigward tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jżidu l-użu tagħhom tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli msemmija fl-Artikolu 3c(5a).

Emendi 65 u 80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Id-Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3c – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   B'deroga mill-Artikoli 12(2a), 14(3) u 16, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-emissjonijiet li jseħħu sal-2030 minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u ajrudrom li jinsab f'dak l-ajrudrom fl-istess Stat Membru barra minn dak ir-reġjun ultraperiferiku.;

7.   B'deroga mill-Artikoli 12(2a), 14(3) u 16, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-emissjonijiet li jseħħu sal-2030 minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f'reġjun ultraperiferiku ta' Stat Membru u ajrudrom li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE u titjiriet imwettqa bejn żewġ ajrudromi fl-istess reġjun ultraperiferiku;

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fl-2024, 25 % tal-kwantità tal-kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas kif ippubblikata f'konformità mal-Artikolu 3c għandhom jiġu rkantati.

1.   Fl-2024, 50 % tal-kwantità tal-kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas kif ippubblikata f'konformità mal-Artikolu 3c għandhom jiġu rkantati.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.     Fl-2025, 50 % tal-kwantità tal-kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas f'dik is-sena, ikkalkolata mill-pubblikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3c għandha tiġi rkantata.

imħassar

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 1b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.     Fl-2026, 75 % tal-kwantità tal-kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet allokazzjoni bla ħlas f'dik is-sena, ikkalkolata mill-pubblikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3c għandha tiġi rkantata.

imħassar

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 1c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c.   Mill-1 ta' Jannar  2027 , il-kwantità kollha ta' kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet l-allokazzjoni bla ħlas f'dik is-sena għandha tiġi rkantata. ',

1c.   Mill-1 ta' Jannar  2025 , il-kwantità kollha ta' kwoti li fir-rigward tagħhom tkun seħħet l-allokazzjoni bla ħlas f'dik is-sena għandha tiġi rkantata , ħlief għall-kwantità ta' kwoti msemmija fl-Artikolu 3c(5a) .

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri ta' kwoti tal-avjazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 1a, 1b, 1c u 1d ta' dan l-Artikolu, inklużi l-modalitajiet għat-trasferiment ta' sehem ta' dħul minn tali rkant għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.",

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-arranġamenti dettaljati għall-irkant mill-Istati Membri ta' kwoti tal-avjazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 1a, 1b, 1c u 1d ta' dan l-Artikolu, inklużi l-modalitajiet għat-trasferiment ta' sehem ta' dħul minn tali rkant , f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053, għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta' dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311(3) tat-Trattat u mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti f'konformità mal-Artikolu 10(3).

4.    Id-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti għall-avjazzjoni koperti minn dan il-Kapitolu, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f'konformità mal-Artikolu 311(3) tat-Trattat u mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jintuża kif ġej:

 

(a)

75 % għandu jintuża b'appoġġ għall-innovazzjoni u għal teknoloġiji ġodda, inkluż l-użu ta' soluzzjonijiet ta' dekarbonizzazzjoni fis-settur tal-avjazzjoni permezz tal-Fond ta' Investiment għall-Klima f'konformità mal-Artikolu 10a(8).

 

(b)

15 % tad-dħul iġġenerat mit-titjiriet li jitilqu msemmija fl-Artikolu 3ea għandu jintuża biex jikkontribwixxi għall-Fondi għall-Klima tal-UNFCCC, b'mod partikolari l-Fond Ekoloġiku għall-Klima u l-Fond ta' Adattament, biex l-azzjoni internazzjonali tiġi avvanzata sabiex jiġi mmitigat l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-aktar komunitajiet vulnerabbli;

 

(c)

id-dħul li jifdal għandu jintuża kif iddeterminat mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 10(3) , inkluż għall-promozzjoni ta' proġetti li jkollhom l-għan li jiżguraw tranżizzjoni ġusta fis-settur tal-avjazzjoni, speċjalment b'appoġġ għad-djalogu soċjali fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti fis-settur tal-avjazzjoni, kif ukoll għat-taħriġ, għat-taħriġ mill-ġdid u għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema .

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

“Artikolu 3ea

 

Attivitajiet tal-avjazzjoni li jinvolvu pajjiżi terzi

 

1.     Mit-30 ta' April [is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva + 1], l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom iċedu l-kwoti għall-emissjonijiet fuq titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE.

 

2.     Mis-sena [is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati għall-avjazzjoni għandha tiżdied bil-livelli tal-allokazzjonijiet għat-titjiriet addizzjonali li jitilqu msemmija fil-paragrafu 1, li kienu jsiru li kieku kienu koperti mill-EU ETS f'dik is-sena. Għandu japplika l-fattur lineari ta' tnaqqis kif stupulat fl-Artikolu 9."

 

3.     Sabiex jitqiesu kif xieraq l-obbligi tal-kumpens tal-CORSIA ogħla minn linja bażi stabbilita fil-livell tal-2019 għas-snin 2021-2023, u fil-medja tal-livell tal-2019-2020 għall-2024 u wara, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-valur finanzjarju tan-nefqa tagħhom fuq il-krediti użati għall-konformità mal-CORSIA għal titjiriet miż-ŻEE lejn pajjiżi terzi li huma elenkati fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3).

 

Kull sena, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jippubblikaw informazzjoni rigward il-kumpensi tal-CORSIA mħallsa fis-sena ta' qabel għal kull rotta u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'tali kumpensi jekk ikollhom l-intenzjoni li jitolbu tnaqqis fir-rekwiżiti ta' ċediment tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-valur finanzjarju tal-kumpensi eliġibbli għat-tnaqqis mir-rekwiżit ta' ċediment tal-EU ETS għal kull rotta. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-metodoloġija u l-mekkaniżmu għal dak it-tnaqqis. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tqis il-prezz tal-kwoti tal-EU ETS bħala l-prezz medju fis-sena ta' konformità rispettiva.

 

Fejn tkun ġiet stabbilita differenza mill-Kummissjoni bejn l-emissjonijiet ivverifikati u l-kwoti ċeduti, fir-rigward ta' sena partikolari, il-kwantità korrispondenti ta' kwoti għandha tiġi kkanċellata.

 

4.     Sal-31 ta' Diċembru 2027, f'konformità mal-Artikolu 28b ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istati Kontraenti tal-ICAO fil-CORSIA, u l-ambizzjoni ġenerali u l-integrità ambjentali tagħha. Abbażi tas-sejbiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fejn ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex ittemm id-deroga għal titjiriet li jaslu f'ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE.”

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

fl-Artikolu 10a(8), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni s-subparagrafu:

 

Id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni, u mill-penali msemmija fl-Artikolu 16(3), allokat għall-Fond ta' Investiment għall-Klima għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' proġetti tal-avjazzjoni biex jiġu appoġġati żviluppi u innovazzjonijiet ġodda, l-użu ta' soluzzjonijiet ta' dekarbonizzazzjoni, l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' appoġġ u l-ħolqien tal-infrastruttura meħtieġa, li jnaqqsu l-impatti klimatiċi totali inklużi l-impatti mhux derivati mis-CO2, b'mod partikolari permezz ta':

 

(a)

użu ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, fejn jingħataw prijorità l-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika (RFNBO) minn idroġenu rinnovabbli u l-qbid mill-arja (DAC), inkluż permezz ta' kuntratti għad-differenza għall-karbonju bil-mira li jnaqqsu d-differenza fil-prezz bejn fjuwils b'emissjonijiet żero u fjuwils konvenzjonali, u jnaqqsu l-ispejjeż fil-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) lill-ajruporti tal-Unjoni;

 

(b)

titjib fundamentali fl-ajrunawtika operazzjonali u f'soluzzjonijiet għall-oqfsa tal-inġenji tal-ajru biex jiġu mmitigati l-emissjonijiet tas-CO2 u emissjonijiet li mhumiex CO2;

 

(c)

użu ta' innovazzjoni rivoluzzjonarja fil-magni u użu ta' teknoloġiji ta' propulsjoni ġodda li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-avjazzjoni, bħat-teknoloġiji tal-batteriji u turboelettriċi, kif ukoll il-kombustjoni tal-idroġenu f'turbini u ċelluli tal-fjuwil li jħaddmu muturi elettriċi, inġenji tal-ajru elettriċi u infrastruttura tal-ajruporti relatata;

 

(d)

użu ta' teknoloġiji ta' monitoraġġ u ta' rappurtar għal emissjonijiet tas-CO2 u emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2;

 

(e)

riċerka li twassal għal innovazzjoni teknoloġika dwar l-impatti tal-avjazzjoni mhux derivati mis-CO2, inklużi l-formazzjoni u l-prevenzjoni ta' strixxi tal-kondensazzjoni u sħab tat-tip ċirru.

 

Deskrizzjoni tal-proġetti appoġġati mill-Fond ta' Investiment għall-Klima u informazzjoni dwar il-livelli ta' nefqa diżaggregata fil-livell tal-proġett għandhom ikunu trasparenti u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod aċċessibbli u aġġornati regolarment fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm l-involviment inklużiv tal-partijiet ikkonċernati fil-proċeduri ta' finanzjament relatati mal-Fond ta' Investiment għall-Klima.

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 11a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

joriġinaw minn pajjiż li huwa elenkat fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) bħala li qed jipparteċipa fl-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet qabel l-2027, u lanqas ma għandha tapplika fir-rigward tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u tal-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, kif definit min-Nazzjonijiet Uniti, ħlief għal dawk il-pajjiżi li l-PDG per capita tagħhom huwa daqs jew jaqbeż il-medja tal-Unjoni .

(b)

joriġinaw minn pajjiż li huwa elenkat fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) bħala li qed jipparteċipa fl-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet qabel l-1 ta' Jannar 2027 .

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 11a – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti aktar dettaljati għall-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta' rapportar u ta' reġistru, u għall-elenkar tal-Istati jew tal-programmi li japplikaw dawn l-arranġamenti. L-arranġamenti għandhom iqisu l-flessibbiltajiet mogħtija lill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u lill-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).",

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti aktar dettaljati għall-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta' rappurtar u ta' reġistru, u għall-elenkar tal-Istati jew tal-programmi li japplikaw dawn l-arranġamenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).",

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta' aktar minn 10 000  tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ mill-art ta' aktar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar  2019 .

(b)

jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta' aktar minn 10 000  tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ mill-art ta' aktar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I  ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603  (1a), għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar  2021 .

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' data tunnellata-kilometru għall-fini ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e jew 3f, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal għat-tisħin globali ta' kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass .

“Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' data tunnellata-kilometru għall-fini ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e jew 3f, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal għat-tisħin globali ta' kull gass serra u l-effetti tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2 fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ , ir-rappurtar u l-verifika ta' dawk il-gassijiet u l-emissjonijiet .”

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

fl-Artikolu 14(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tistabbilixxi skema ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika (skema MRV) għall-emissjonijiet li mhumiex CO2 minn operaturi tal-inġenji tal-ajru koperti b'din id-Direttiva. L-iskema MRV għall-emissjonijiet li mhumiex CO2 għandu jkun fiha data dwar, mill-inqas, dan li ġej:

 

a)

il-fluss tal-fjuwil;

 

b)

il-massa tal-inġenju tal-ajru;

 

c)

l-umdità ambjentali;

 

d)

il-latitudni, il-lonġitudni u l-altitudni tal-inġenju tal-ajru;

 

e)

il-medja tal-umdità u tat-temperatura;

 

f)

l-indiċijiet tal-emissjonijiet għas-CO2, għall-H2O, għad-diossidu tal-kubrit (SO2) u għall-NOx;

 

g)

l-ekwivalenti ta' CO2 għal kull titjira.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2026, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet li mhumiex CO2, il-Kummissjoni, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt u fejn ikun xieraq, għandha tressaq proposta leġiżlattiva biex timmitiga tali emissjonijiet billi tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS biex ikopri l-emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2.

 

Sa ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex ikopri l-emissjonijiet li mhumiex CO2 mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fit-tieni subparagrafu, mill-31 ta' Diċembru 2027, il-fattur ta' emissjoni tas-CO2 għall-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għandu jiġi mmultiplikat b'1,8 , mill-31 ta' Diċembru 2028 b'1,9 u mill-31 ta' Diċembru 2029 bi 2,0 , sabiex jitqiesu l-emissjonijiet mill-avjazzjoni li mhumiex CO2.

 

Minn … [30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta fuq bażi annwali, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(5), rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-iskema MRV msemmija fit-tielet subparagrafu.”

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“3a.     Id-data kollha dwar l-emissjonijiet relatata mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkomunikata lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, inkluża d-data kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603, għandha tiġi rrappurtata u ppubblikata mill-Kummissjoni, għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru u għal kull par ta' ajruporti, b'mod li d-data tkun faċli biex tintuża. Id-data għal kull sena għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien. Dik id-data għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

 

(a)

id-data dwar l-emissjonijiet imqassma skont l-operatur tal-inġenji tal-ajru u skont il-par ta' ajruporti;

 

(b)

il-fatturi tat-tagħbija, it-tip ta' inġenju tal-ajru, it-tip ta' fjuwil u l-konsum tal-fjuwil għal kull par ta' ajruporti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru;

 

(c)

l-ammont ta' kumpens, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 12(7);

 

(d)

l-ammont u t-tip ta' fjuwils eliġibbli użati biex jikkonformaw ma' parti mill-kumpens jew mal-kumpens kollu tagħhom;

 

(e)

l-ammont u t-tip ta' krediti tal-karbonju użati biex jikkonformaw ma' parti mill-kumpens jew mal-kumpens kollu tagħhom.";

 

(f)

il-massa totali ta' merkanzija u posta (f'tunnellati) matul il-perjodu ta' rappurtar għal kull par ta' ajruporti;”

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 18a – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

mill-2024, mill-inqas kull sentejn, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.";

(b)

mill-2024, u sussegwentement mill-inqas kull sentejn, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.";

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9)

fl-Artikolu 25a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   L-Unjoni u  l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni. Fid-dawl ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

“2.   L-Unjoni u  l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni allinjati mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u mal-Ftehim ta' Pariġi . Fid-dawl ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.”

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jelenka pajjiżi għajr pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw l-iskema CORSIA għall-finijiet ta' din id-Direttiva, b'linja bażi tal-2019 għall-2021 sal-2023 u linja bażi tal-2019-2020 għal kull sena wara dik id-data . Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha , mill-inqas darba fis-sena, tadotta att ta' implimentazzjoni li jelenka pajjiżi għajr pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, b'linja bażi tal-2019 għall-2021 sal-2023 u linja bażi tal-2019-2020 għal kull sena mill-2024 . Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9)

fl-Artikolu 25a jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     Abbażi tal-lista stabbilita taħt il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru minn pajjiżi li ma jkunux meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA għal titjiriet lejn jew minn pajjiżi terzi għall-finijiet ta' din id-Direttiva.”

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.     Fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u Stati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw kif iddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, minbarra dawk elenkati fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkanċellaw l-unitajiet.

imħassar

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li hemm distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni li hija ta' detriment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta' operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li huwa rreġistrat fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta' dak l-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex teżenta lil dawk l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mir-rekwiżiti ta' ċediment kif stabbilit fl-Artikolu 12(8) fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn tali pajjiżi. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tista' tiġi kkawżata minn pajjiż terz li japplika CORSIA b'mod inqas strett fil-liġi domestika tiegħu, jew li jonqos milli jinforza d-dispożizzjonijiet ta' CORSIA b'mod ugwali għall-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) .

7.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li hemm distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni li hija ta' detriment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkollhom ċertifikat ta' operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew li huwa rreġistrat fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta' dak l-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex teżenta lil dawk l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mir-rekwiżiti ta' ċediment kif stabbilit fl-Artikolu 12(8) fir-rigward tal-emissjonijiet minn titjiriet lejn u minn tali pajjiżi. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tista' tiġi kkawżata minn pajjiż terz li japplika l-CORSIA b'mod inqas strett fil-liġi domestika tiegħu, jew li jonqos milli jinforza d-dispożizzjonijiet tal-CORSIA b'mod ugwali għall-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru. Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll informazzjoni dwar kif il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7a ġew issodisfati .

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9)

Fl-Artikolu 25a, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 li jistabbilixxu l-metodoloġija u l-kriterji użati biex jiġi ddeterminat jekk hemmx distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-att delegat b'mod trasparenti.”

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 25a – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9)

fl-Artikolu 25a jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8a.     Sal-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dwar il-kontribut tal-avjazzjoni għall-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u tal-Ftehim ta' Pariġi, l-implimentazzjoni tal-CORSIA u dwar l-impatt tagħha fir-rigward tas-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni, tal-kompetittività tagħha u ta' tranżizzjoni ġusta, b'mod partikolari l-impatti soċjali ta' din id-Direttiva, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet, kif ukoll l-impatt fuq il-frekwenza u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar bl-ajru għall-passiġġieri, speċjalment dawk li għandhom introjti aktar baxxi. Ir-rapport għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien żejjed.”

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)

L-Artikolu 28b huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 28b

“Artikolu 28b

Ir-rappurtar u r-reviżjoni mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

Ir-rappurtar u r-reviżjoni mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1.   Qabel l-1 ta' Jannar  2019 regolarment wara, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b'mod partikolari fir-rigward ta':

1.   Qabel l-1 ta' Jannar  2027 kull sentejn wara, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(i)

l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inkluż l-Istandards u Prattiki Rakkomandati;

(i)

l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inkluż l-Istandards u Prattiki Rakkomandati;

(ii)

rakkomandazzjonijiet tal-ICAO approvati mill-Kunsill rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq;

(ii)

rakkomandazzjonijiet tal-ICAO approvati mill-Kunsill rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq inkluż kwalunkwe bidla possibbli fil-linji bażi ;

(iii)

l-istabbiliment ta' reġistru globali;

(iii)

l-istabbiliment ta' reġistru globali;

(iv)

miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex tiġi implimentata il-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;

(iv)

miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;

(v)

l-implikazzjonijiet tar-riżervi minn pajjiżi terzi ; u

(v)

il-livell ta' parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi , inklużi l-implikazzjonijiet tar-riżervi tagħhom fir-rigward ta' tali parteċipazzjoni; u

(vi)

żviluppi internazzjonali u strumenti applikabbli oħrajn li huma rilevanti. F'konformità mar-rendikont globali tal-UNFCCC , il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li sal-2050 l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs meta mqabbla mal-livelli tal-2005 .

(vi)

żviluppi internazzjonali u strumenti applikabbli oħrajn li huma rilevanti.

F'konformità mar-rendikont globali tal-Ftehim ta' Pariġi , il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li sal-2050 l-emissjonijiet mill-avjazzjoni jitnaqqsu għal żero netti .

2.    Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-ICAO tal-istrumenti rilevanti, u qabel ma l-miżura globali bbażata fuq is-suq issir operazzjonali , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tikkunsidra modi biex dawk l-istrumenti jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva . Il-Kummissjoni għandha, f'dak ir-rapport, tikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-ŻEE, kif xieraq. Għandha teżamina wkoll l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali globali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, inkluż l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-livell ta' parteċipazzjoni, l-infurzabbiltà tagħha, it-trasparenza, il-penali għan-nonkonformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jqis jekk id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 28c(2) jeħtiġux li jiġu riveduti.

2.    Sal-2027 , il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tivvaluta l-integrità ambjentali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO , inkluż l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-livell ta' parteċipazzjoni, l-infurzabbiltà tagħha, it-trasparenza, il-penali għan-nonkonformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils.

3.   Il-Kummissjoni għandha mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu żżid proposta, fejn ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, li tkun konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni għall-2030 bl-għan li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu żżid proposta, fejn ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a li tkun konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 bl-għan li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.

 

3a.     Bl-għan li tittejjeb l-iskema tal-CORSIA, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv fl-ICAO, u permezz ta' diplomazija bilaterali u multilaterali, titjib fir-rigward tal-integrità ambjentali tal-CORSIA, inklużi l-kriterji ta' sostenibbiltà għall-kumpens, u l-infurzar tagħha, u għandhom iħeġġu parteċipazzjoni internazzjonali usa' fl-iskema. Fil-miżuri addizzjonali dwar il-klima u l-ambjent tal-ICAO, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jippromovu wkoll trasparenza akbar u l-istabbiliment ta' għan ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ambizzjuż u fit-tul li jkun allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi.”;

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 30 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4a.     Sal-1 ta' Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-impatti ambjentali u klimatiċi u l-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-istabbiliment ta' rekwiżiti speċifiċi għas-segment tat-titjiriet li jinkludi titjiriet reġjonali u ta' medda qasira inferjuri biex jitnaqqsu tali impatti, inkluż l-istabbiliment ta' ishma minimi ogħla ta' fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li għandhom jissemmew fir-Regolament xxxx/xxxx [Regolament ReFuelEU]  (*2) kif ukoll possibbiltajiet għal rotot alternattivi għal tali tipi ta' titjiriet, u filwaqt li jitqiesu l-modi alternattivi ta' trasport pubbliku disponibbli biex ikopru tali servizzi f'perjodu ta' żmien komparabbli.”

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 c (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 30 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9c.

Fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu li ġej:

4b.     Qabel l-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, se tippreżenta analiżi tal-miżuri biex jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima tal-ivvjaġġar bl-ajru minn inġenji tal-ajru privati, akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta dwar kif l-aħjar jiġu indirizzati dawk l-effetti.


(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0155/2022).

(10)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(11)  Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).

(10)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(11)  Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).

(11a)   Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America and Others vs Secretary of State for Energy and Climate Change (Assoċjazzjoni tat-Trasport bl-Ajru u Oħrajn vs Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima), C-366/10, ECLI:EU:C:2011:864.

(12)  Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(12)  Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/954 tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tan-notifika tal-parteċipazzjoni volontarja fl-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) mill-1 ta' Jannar 2021 u tal-għażla magħmula għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kumpens tal-operaturi tal-ajruplani matul il-perjodu 2021-2023 (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 14).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/954 tal-25 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tan-notifika tal-parteċipazzjoni volontarja fl-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) mill-1 ta' Jannar 2021 u tal-għażla magħmula għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kumpens tal-operaturi tal-ajruplani matul il-perjodu 2021-2023 (ĠU L 212, 3.7.2020, p. 14).

(16)  https://www4.unfccc.int/sites/ndcstaging/PublishedDocuments/European%20Union%20First/EU_NDC_Submission_December%202020.pdf

(16)  https://www4.unfccc.int/sites/ndcstaging/PublishedDocuments/European%20Union%20First/EU_NDC_Submission_December%202020.pdf

(17)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(1a)   [żid ir-referenza għar-Regolament ReFuelEU].

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(1a)   Sentenza tal-21 ta' Diċembru 2011, Air Transport Association of America et al. vs Secretary of State for Energy and Climate Change, C-366/10, EU:C:2011:864.

(*1)   [żid ir-referenza għar-Regolament FuelEU Maritime].

(*)   [żid ir-referenza għar-Regolament FuelEU Maritime].

(1a)   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta' Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10).

(*2)   [żid ir-referenza għar-Regolament FuelEU Maritime].


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/198


P9_TA(2022)0231

Notifika fl-ambitu tal-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni (COM(2021)0567 – C9-0323/2021 – 2021/0204(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/22)

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa - 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”)  (1a) . Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26) f'Novembru 2021, il-Partijiet tiegħu rrikonoxxew li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sa tmiem l-2022 sabiex jiżguraw li l-Partijiet jinsabu fit-triq it-tajba biex jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5  oC.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa - 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali  (1b) , il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni minnufih u ambizzjuża biex tillimita t-tisħin globali għal 1,5  oC. L-urġenza li ma jinqabiżx l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi ta' 1,5  oC saret aktar sinifikanti wara l-aktar sejbiet reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-rapporti tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2018 bit-titolu “Global warming of 1,5  oC” (Tisħin globali ta' 1,5  oC), tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu “Climate Change 2021: The Physical Science Basis” (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika" u tat-28 ta' Frar 2022 bit-titolu “Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà). L-IPCC sostna, b'mod ferm kunfidenti, li t-tibdil fil-klima jikkostitwixxi theddida għall-benessri tal-bniedem u s-saħħa tal-pjaneta, u kwalunkwe dewmien ulterjuri f'azzjoni globali antiċipatorja miftiehma dwar l-adattament u l-mitigazzjoni se jwassal biex tintilef opportunità qasira u li qed tingħalaq malajr biex jiġi żgurat futur abitabbli u sostenibbli għal kulħadd. L-IPCC ikkonkluda wkoll li l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar qerrieda jekk ma jirnexxilniex nillimitaw it-tisħin globali għal 1,5  oC u dan jilħaq 2 oC. Barra minn hekk, it-temperatura globali se tilħaq jew taqbeż il-marka ta' 1,5  oC aktar kmieni milli kien antiċipat qabel, jiġifieri matul l-20 sena li jmiss. Huwa sab ukoll li sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat u ambizzjuż fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, mhux se jkun aktar possibbli li t-tisħin globali jiġi limitat għal qrib 1,5  oC jew saħansitra 2 oC. Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu 48/13 tat-8 ta' Ottubru 2021, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU rrikonoxxa d-dritt għal ambjent sikur, nadif, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli bħala dritt tal-bniedem.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa - 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2021 fi Glasgow, ir-Renju Unit (COP26)  (1c) , il-Parlament Ewropew esprima tħassib dwar il-progress bil-mod miksub fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali u tenna f'dan il-kuntest il-ħtieġa li s-settur jiġi rregolat taħt l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS), li tista' sservi wkoll bħala mudell għall-ħidma parallela, filwaqt li tappoġġa l-ambizzjoni globali ogħla fil-livell internazzjonali, inkluż fl-ICAO. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex isaħħu l-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) u jappoġġaw l-adozzjoni mill-ICAO ta' għan fit-tul biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija leġiżlattiva tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva EU ETS.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Soġġett għad-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u CORSIA, innotifikati lill-ICAO b'segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 (14), u l-mod li bih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemendaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-UE beħsiebha timplimenta l-CORSIA.

(2)

Soġġett għad-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u  l-iskema CORSIA adottata mill-ICAO , innotifikati lill-ICAO b'segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 (14), u l-mod li bih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemendaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Unjoni beħsiebha timplimenta l-CORSIA permezz tad-Direttiva 2003/87/KE .

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Mingħajr preġudizzju għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, din id-Deċiżjoni hija maħsuba li tkun miżura temporanja li tapplika biss sad-dħul fis-seħħ ta' dik id-Direttiva.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar  2019 .

(b)

jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I  ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603  (1a), minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar  2021 .


(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9–0145/2022).

(1a)   Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(1b)   ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.

(1c)   ĠU C 184, 5.5.2022, p. 118.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 25).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 25).

(1a)   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta' Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/202


P9_TA(2022)0232

It-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri (Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) ***I

Emendi (*) adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi (COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/23)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali , filwaqt li jkunu ggwidati, fost l-oħrajn, mill-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi . Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi rrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5  oC tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sat-tmiem tal-2022.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Il-ħtieġa ta' azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet qed issir dejjem aktar urġenti, kif imsemmi mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fl-aktar rapporti reċenti tiegħu tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu “Climate Change 2021: The Physical Science Basis” (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika) u tat-28 ta' Frar 2022 bit-titolu “Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà). L-IPCC iddikjara, b'livell għoli ħafna ta' kunfidenza, li t-tibdil fil-klima huwa theddida għall-benesseri tal-bniedem u s-saħħa tal-pjaneta u li kwalunkwe dewmien ulterjuri f'azzjoni antiċipatorja u miftiehma fil-livell globali dwar l-adattament u l-mitigazzjoni se jtellef tieqa ta' opportunità qasira u li qed tingħalaq malajr biex jiġi żgurat futur vijabbli u sostenibbli għal kulħadd. L-IPCC jipprovdi stimi ġodda tal-possibbiltajiet li jinqabeż il-livell ta' tisħin globali ta' 1,5  oC fid-deċennji li ġejjin u jsib li, sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat, rapidu u fuq skala kbira fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-limitazzjoni tat-tisħin globali għal qrib 1,5  oC jew saħansitra 2 oC mhux se tintlaħaq. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tindirizza dik l-urġenza billi żżid l-isforzi tagħha u tistabbilixxi ruħha bħala mexxej internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (31) jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 , u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva , fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi . Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

(3)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (31) jipprovdi punt tat-tluq għall-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (31a) . Huwa jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 , u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lill-ġeneri kollha b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-persuni li jsofru minn faqar enerġetiku jew tat-trasport, u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. It-tranżizzjoni taffettwa wkoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni b'mod differenti. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Sabiex tkun soċjalment aċċettabbli, l-ambizzjoni klimatika stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn ambizzjoni soċjali ekwivalenti. Iż-żieda fil-livell ta' ambizzjoni timplika bidliet sostanzjali fis-setturi affettwati li jista' jkollhom impatti soċjali u fuq ix-xogħol. Il-miri riveduti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri finanzjarji u ta' politika suffiċjenti biex ikun garantit li dawk il-miri jkunu jistgħu jintlaħqu b'mod soċjalment ġust. Il-miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-impjieg li jevalwaw l-impatt fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol kemm fil-livell nazzjonali u kemm dak reġjonali, kif ukoll l-allokazzjoni ta' riżorsi nazzjonali u tal-Unjoni biex jiġu ffinanzjati miżuri ta' adattament soċjali u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ vokazzjonali u l-protezzjoni soċjali u biex jiġi żgurat negozjar kollettiv effettiv. Huwa importanti wkoll li jkun hemm konsultazzjoni f'waqtha u involviment effettiv tas-sħab soċjali nazzjonali fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jimplimentaw dan ir-Regolament.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

It-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni kompatibbli mal-mira tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 jista' jkollha wkoll impatt partikolari fuq ċerti setturi ekonomiċi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju vulnerabbli f'dawk is-setturi. Meta jiġi implimentat dan ir-Regolament, huwa importanti li l-Istati Membri joħolqu ambjent abilitanti għal dawk l-intrapriżi biex jersqu lejn prattiki li jinvolvu inqas emissjonijiet ta' gassijiet serra u li gradwalment ma jinvolvu l-ebda emissjoni.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Forum Globali tal-OECD dwar l-Ambjent ikkonkludew li l-bidliet ambjentali għandhom impatt speċifiku għall-ġeneri. Ir-rwoli differenzjati skont il-ġeneru jirriżultaw ukoll f'vulnerabbiltajiet differenzjati għall-ġeneri kollha fir-rigward tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-impatti tat-tibdil fil-klima jiggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(4)

Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem . Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Barra minn hekk, jistabbilixxi li, meta tiġi implimentata l-mira, għandha tingħata prijorità lit-tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, għandhom jissaħħu l-assorbimenti permezz tal-bjar naturali. Il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira tal-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, filwaqt li l-bqija tal-mira trid tintlaħaq permezz ta' tnaqqis dirett fl-emissjonijiet.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi (33) adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(5)

Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni determinati fil-livell nazzjonali skont il-Ftehim ta' Pariġi (33) adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

(7)

Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Madankollu, l-emissjonijiet ta' xi setturi f'dawn l-aħħar snin żdiedu jew baqgħu stabbli.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru.

(9)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri , it-tnaqqis diġà miksub tal-emissjonijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Lil hinn mill-2030, huwa meħtieġ li, sa mhux aktar tard mill-2050, l-Unjoni kif ukoll kull Stat Membru jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni kollha bil-għan li jilħqu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. Ir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li jiżgura li l-Istati Membri kollha jitqiegħdu fuq it-trajettorji tal-emissjonijiet, u jadottaw politiki konkreti fit-tul, li jwasslu għal dak l-objettiv.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 % , is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu - 40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

(10)

Sabiex jiġu implimentati l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55 % , is-setturi kollha koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu - 40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005.

(11)

Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Madankollu, id-distribuzzjoni tal-miri tal-Istati Membri ma tikkonverġix, u dan jenħtieġ li jitqies meta jiġi evalwat kif il-miri nazzjonali jikkontribwixxu għall-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 b'mod kosteffettiv u ġust. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan enfasizzat li l-metan huwa gass serra qawwi, issuperat biss mid-diossidu tal-karbonju fil-kontribut ġenerali tiegħu għat-tibdil fil-klima. Fuq livell molekulari, il-metan huwa aktar qawwi mid-diossidu tal-karbonju. Għalkemm il-metan jibqa' fl-atmosfera għal żmien iqsar mid-diossidu tal-karbonju, għandu effett sinifikanti fuq il-klima. F'Settembru 2021, l-Unjoni u l-Istati Uniti ħabbru l-Wegħda Globali b'rabta mal-Metan, u minn dak iż-żmien issieħbu magħha total ta' aktar minn 100 pajjiż. Il-firmatarji tal-wegħda qed ifittxu li sal-2030 jilħqu l-għan kollettiv li jnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan b'mill-inqas 30 % mil-livelli tal-2020 u jtejbu l-istandards tar-rapportar. Il-metan, l-ossidu nitruż u l-hekk imsejħa gassijiet fluworinati jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Minħabba dawk l-impenji u n-natura qasira ta' ħafna minn dawk il-gassijiet serra, huwa xieraq li tiġi stabbilita mira waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra mhux tas-CO2 fis-setturi kollha.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid .

(13)

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha bil-għan li tiżgura rkupru ekoloġiku filwaqt li jkollha wkoll impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Huwa xieraq li jinżamm perkors regolatorju stabbli, prevedibbli u ambizzjuż għall-emissjonijiet matul id-deċennju li ninsabu fih sabiex jiġu żgurati kemm it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet kif ukoll is-sigurtà tal-ippjanar .

Emendi 16 u 55

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Għalhekk huwa xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023.

imħassar

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

F'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li tingħata prijorità lit-tnaqqis tal-emissjonijiet diretti, li se jkollu jiġi kkomplementat minn żieda fl-assorbimenti tas-CO2 sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika. Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikonoxxi li l-bjar tal-karbonju jinkludu soluzzjonijiet naturali u teknoloġiċi. Ir-rwol tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għat-tneħħija tal-karbonju ġie indirizzat ukoll f'diversi rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari fil-kontribut tal-Grupp ta' Ħidma III għas-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni. Huwa importanti li tiġi stabbilita skema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju maħżun b'mod sikur u permanenti permezz ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, li toffri ċarezza għall-Istati Membri u għall-operaturi tas-suq biex itejbu tali assorbimenti. Meta tali skema ta' ċertifikazzjoni tkun fis-seħħ, tista' ssir analiżi dwar il-kontabbiltà ta' tali assorbimenti skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż jekk il-kontabbiltà ta' tali assorbimenti taffettwax l-emissjonijiet koperti mir-Regolament (UE) 2018/842, b'rispett sħiħ tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. Tali assorbimenti huma addizzjonali u ma jikkumpensawx għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(15)

Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet. L-Istati Membri li huma intitolati għal din il-flessibbiltà iżda li ma għamlux użu minnha fil-kuntest tal-2019 tar-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jirrevedu dik id-deċiżjoni biex iqisu l-miri nazzjonali ta' tnaqqis li għadhom kif ġew proposti. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ ukoll li jitħallew jirrevedu l-perċentwali notifikati tagħhom aktar ta' sikwit.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Sabiex tiġi żgurata u inċentivata l-konformità mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat, jenħtieġ li l-azzjonijiet korrettivi jissaħħu u jiġu konnessi aktar mill-qrib mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu matul sentejn suċċessivi, dak l-Istat Membru jenħtieġ li jirrevedi l-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat lilu f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li jagħti lill-pubbliku possibbiltà li jipparteċipa fil-proċess.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta' Aarhus”)  (1a) . L-iskrutinju pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja huma parti essenzjali mill-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għodda biex jiġi ssalvagwardjat l-istat tad-dritt. Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-aċċess għall-ġustizzja ma huwiex garantit fl-Istati Membri kollha u talbet lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jintroduċu aċċess espliċitu għad-dispożizzjonijiet tal-ġustizzja fil-leġiżlazzjoni settorjali. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita dispożizzjoni li tiżgura l-aċċess tal-pubbliku għall-ġustizzja għall-azzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jagħmlu użu mix-xjenza l-aktar reċenti huma u jimplimentaw il-politiki. Il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li jitqies kif xieraq fl-intier ta' dan ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom.

imħassar

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

Minħabba d-dimensjoni fit-tul tal-protezzjoni effettiva tal-klima f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-impenn tal-Unjoni għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, iċ-ċarezza dwar il-perkorsi tat-tnaqqis individwali fit-tul tal-Istati Membri lil hinn mill-2030 tippermetti ppjanar tal-politika aktar preċiż. Għalhekk huwa xieraq li jiġi inkluż proċess li jistabbilixxi perkorsi nazzjonali ta' tnaqqis għal kull Stat Membru għan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Titolu

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

 

“Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 u lil hinn li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013”

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Fl-Artikolu 1, “30 %” huwa sostitwit b'“40 %” ;

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej :

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030 l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha jitnaqqsu b'40 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Jikkontribwixxi għall-mira fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, bil-għan li jintlaħqu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. B'hekk jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom u jwitti t-triq biex jiġu stabbiliti l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għal wara l-2030 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.     Għall-fini ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero biss il-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) . Jekk is-sehem ta' bijofjuwils u ta' bijolikwidi, kif ukoll is-sehem ta' fjuwils tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, li jkunu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, ikun ogħla mis-sehem massimu stabbilit fl-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, dawk il-fjuwils u l-likwidi ma għandhomx jibqgħu jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero għall-fini ta' dan ir-Regolament. Sa Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda r-regoli li jikkonċernaw id-determinazzjoni u r-rekwiżiti tar-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minquxa fir-Regolament (UE) 2018/1999 skont dan l-Artikolu.”

Emendi 27 u 57 cp u 75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 4 – paragrafi 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2.   Skont il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament u l-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) tiegħu u filwaqt li jqis kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu:

"2.   Skont il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament u l-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) tiegħu u filwaqt li jqis kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu:

(a)

fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru;

(a)

fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru;

(b)

ma jaqbżux, fis-snin 2023 , 2024 u 2025 , il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru , kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

ma jaqbżux, fis-snin 2023 sa 2030 , il-limitu definit minn trajettorja lineari għall-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 , kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru;

(c)

fis-snin mill-2026 sal-2030, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2024, bħala medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul is-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

 

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO 2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2.

3.   Il-Kummissjoni għandha , wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO 2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2.

Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.

Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.

Għas-snin 2023 , 2024 u 2025 , hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Għas-snin 2023 sa 2030 , hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Għas-snin 2026 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

 

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

5a.     “L-azzjonijiet meħuda biex jiġu limitati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kif stabbilit fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu implimentati f'konformità ma' tranżizzjoni ġusta u ekwa għal kulħadd. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida komuni li jidentifikaw metodi li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dik it-tranżizzjoni ġusta u ekwa għal kulħadd.”

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 4a

 

Kontribut minimu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux tas-CO2 għall-2030

 

1.     Sa Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tistabbilixxi mira waħda jew aktar għall-Unjoni kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 koperti mill-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament sal-2030. Il-mira jew il-miri għandhom jiġu allinjati mat-tnaqqis stmat tal-emissjonijiet meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stabbilita fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandhom jiġu proposti wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Bord Xjentifiku Konsultattiv dwar it-Tibdil fil-Klima.

 

2.     Sal-31 ta' Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta t-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 fl-Unjoni kollha ppjanat u implimentat skont il-liġijiet u l-politiki rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi l-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima integrati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni bi qbil mar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) . Meta l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva bi qbil mal-paragrafu 1 u tivvaluta li t-tnaqqis fl-emissjonijiet mhux tas-CO2 mhuwiex mistenni li jilħaq il-mira jew il-miri msemmija f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għal miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa.

 

3.     Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li l-Unjoni mhijiex qed tagħmel biżżejjed progress biex tilħaq il-kontribut minimu tal-emissjonijiet fir-rigward tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistgħu jinkludu miri settorjali jew miżuri speċifiċi għas-settur, jew it-tnejn, għal dak il-għan.”

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafi 1 u 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

1.   Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal- 2025 , Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx l-10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.

“1.   Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal- 2029 , Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.”

2.     Fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.

 

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3d)

Fl-Artikolu 5(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)

ffir-rigward tas-sena 2021, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal- 2030 ; u

“(a)

fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta' 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal- 2025 ; u”

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt (b)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3e)

Fl-Artikolu 5(3), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

fir-rigward tas-snin mill-2022 sal- 2029 , ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 30 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal- 2030 .

“(b)

fir-rigward tas-snin mill-2022 sal- 2024 , ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 10 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal- 2025 .”

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3f (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3f)

Fl-Artikolu 5(3), jiżdied il-punt li ġej:

“(ba)

fir-rigward tas-snin 2026 sa 2029, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 10 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030.”

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3g (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3g)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025 , u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030 . L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal- 2030 .

“4.   Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal- 2025 .

 

Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2025, Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda bi qbil ma' dan il-paragrafu, u l-prezz ta' trasferiment għal kull tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3h (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3h)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu.

“L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jippubblikaw tali informazzjoni f'forma faċilment aċċessibbli . Stat Membru li jittrasferixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet lil Stat Membru ieħor għandu jippubblika r-rekord tat-trasferiment u jippubblika r-remunerazzjoni li jkun irċieva għal dawk l-allokazzjonijiet.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3i (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3i)

Fl-Artikolu 6(3), is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu 'l isfel il-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta' Diċembru 2024 jew sal-31 ta' Diċembru 2027, rispettivament.

“L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjoni ta' notifika tagħhom sal-2023 u li jirrevedu 'l isfel il-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta' Diċembru  2023 , sal- 31 ta' Diċembru  2024 jew sal-31 ta' Diċembru 2027, rispettivament.”

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 8

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 8

Artikolu 8

Azzjoni korrettiva

Azzjoni korrettiva

1.   Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu  21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:

“1.   Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu  29 tar-Regolament (UE)  2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:

 

(-a)

spjegazzjoni dettaljata li tidentifika r-raġunijiet għaliex l-Istat Membru qed jonqos milli jagħmel progress suffiċjenti għall-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

 

(-ab)

l-ammont totali ta' finanzjament mill-Unjoni li l-Istat Membru jkun irċieva għall-infiq u l-investimenti relatati mal-klima u t-tranżizzjoni ekoloġika, kif l-użu ta' dawn il-fondi jkun ikkontribwixxa għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4, u kif beħsiebu juża tali finanzjament għall-għan li jissodisfa dawn l-obbligi;

(a)

azzjonijiet addizzjonali li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

(a)

azzjonijiet addizzjonali li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

(b)

skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.

(b)

skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni; meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, huwa għandu jfittex il-parir ta' dan il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa ;

 

(ba)

dikjarazzjoni tal-kwantità ta' tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet li l-Istati Membri jistmaw li ser tinkiseb b'dawk il-politiki u l-metodu użat biex jiġi stmat dak it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet;

 

(bb)

kif il-pjan ta' azzjoni korrettiva se jsaħħaħ il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tal-Istat Membru adottat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

 

1a.     Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjoni annwali tiegħu tal-emissjonijiet f'sentejn konsekuttivi jew aktar, huwa għandu jwettaq rieżami tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tiegħu u tal-istrateġija fit-tul tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istat Membru għandu jlesti dak ir-rieżami fi żmien 6 xhur. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet li jidentifikaw kif għandu jiġi rivedut il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul, jew it-tnejn li huma. L-Istat Membru għandu jinnotifika l-pjanijiet riveduti lill-Kummissjoni flimkien ma' dikjarazzjoni li tistabbilixxi kif ir-reviżjonijiet proposti se jirrimedjaw in-nuqqas ta' konformità mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu u kif dan ikun wieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, fejn ikun rilevanti. Jekk il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul jibqgħu sostanzjalment l-istess, l-Istat Membru għandu jippubblika spjegazzjoni li tistabbilixxi r-raġunament tiegħu.

2.   Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva.

2.   Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva.

3.   Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u  jista' jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan .

3.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u  għandu jirrevedi l-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax ir-rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni.

 

3a.     Il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u l-opinjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll tweġibiet u ġustifikazzjonijiet irċevuti mingħand l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1, 1a u 3 għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.

 

3b.     Meta jaġġornaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tagħhom skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenzi għall-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva tagħhom skont il-paragrafi 1 u 1a, u kwalunkwe opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, kif meħtieġ.”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.

“2.   Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru jew fil-perjodu mill-2021 sal-2025 jew fil-perjodu mill-2026 sal-2030 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 għas-snin rilevanti.”.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 11a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

imħassar

Artikolu 11a

 

Riżerva addizzjonali

 

1.     Jekk, sal-2030, l-Unjoni tkun naqqset l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (**) , u wara li jitqies il-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, għandha tiġi stabbilita riżerva addizzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni.

 

2.     L-Istati Membri li jiddeċiedu li la jikkontribwixxu u lanqas jibbenefikaw mir-riżerva addizzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

3.     Ir-riżerva addizzjonali għandha tikkonsisti fl-assorbimenti netti li l-Istati Membri parteċipanti jkunu ġġeneraw fil-perjodu 2026 sal-2030 li jaqbżu l-miri rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841, wara t-tnaqqis tat-tnejn li ġejjin:

 

(a)

kwalunkwe flessibbiltà użata skont l-Artikoli 11 sa 13b tar-Regolament (UE) 2018/841;

 

(b)

il-kwantitajiet meqjusa għall-konformità skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

 

4.     Jekk tiġi stabbilita riżerva addizzjonali skont il-paragrafu 1, Stat Membru parteċipanti jista' jibbenefika minnha jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu fil-perjodu mill-2026 sal-2030;

 

(b)

l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3);

 

(c)

l-Istat Membru jkun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti f'konformità mal-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u

 

(d)

l-Istat Membru ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont tal-Artikolu 5.

 

5.     Jekk Stat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, dan għandu jirċievi kwantità addizzjonali mir-riżerva addizzjonali sa mhux aktar min-nuqqas tiegħu li trid tintuża għall-konformità skont l-Artikolu 9.

 

Jekk il-kwantità kollettiva riżultanti li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu taqbeż il-kwantità allokata lir-riżerva addizzjonali skont l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kwantità li trid tiġi rċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata.

 

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 15

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7a)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 15

Artikolu 15

Rieżami

Rieżami

1.   Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt eżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi.

“1.   Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt eżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u r-Regolament (UE) 2021/1119 .

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet, kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 tal-Unjoni u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż qafas għal wara l-2030, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet , kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi intermedjarji tal-Unjoni bi qbil mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż qafas għal wara l-2030, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.

Dawk ir-rapporti għandhom iqisu l-istrateġiji mħejjija skont l-Artikolu  4 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta' strateġija fit-tul tal-Unjoni.

Dawk ir-rapporti għandhom iqisu l-istrateġiji mħejjija skont l-Artikolu  15 tar-Regolament (UE)  2018/1999 bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta' strateġija fit-tul tal-Unjoni.”

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 15a

 

Allinjament mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u tal-Istati Membri

 

1.     Permezz tal-adozzjoni tal-att leġiżlattiv li jistabbilixxi l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2040 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxi:

 

(a)

l-adegwatezza tal-miri nazzjonali attwali skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontribut tagħhom biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 b'mod kosteffettiv u ġust;

 

(b)

perkors ta' tnaqqis għal kull Stat Membru tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament li jkun kompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika għal kull Stat Membru sa mhux aktar tard mill-2050.

 

2.     Fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti biex tillimita l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għas-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawk il-proposti għandhom jiżguraw id-distribuzzjoni kosteffettiva u ġusta tal-isforzi ta' tnaqqis mal-Unjoni kollha abbażi tal-perkorsi ta' tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1, punt (b).”

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 15b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 15b

 

Aċċess għall-ġustizzja

 

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, inklużi persuni fiżiċi jew legali jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, ikollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-liġi jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti u l-ommissjonijiet:

 

(a)

li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi legali previsti fl-Artikoli 4 sa 8 ta' dan ir-Regolament; jew

 

(b)

li jkunu soġġetti għall-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

 

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, att jew ommissjoni li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi legali li jinħolqu skont l-Artikoli 4 jew 8 jinkludu att jew ommissjoni fir-rigward ta' politika jew miżura adottata għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dawk l-obbligi, fejn dik il-politika jew miżura tonqos milli tagħmel kontribut suffiċjenti għal tali implimentazzjoni.

 

2.     Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta:

 

(a)

ikollhom interess suffiċjenti; jew

 

(b)

isostnu t-tfixkil ta' dritt, meta l-liġi proċedurali amministrattiva tal-Istat Membri tkun tirrikjedi dan bħala prekundizzjoni.

 

Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri b'mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja lill-membri tal-pubbliku kkonċernati u f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Għal dan il-għan, l-interess ta' kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies li għandha interess suffiċjenti għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

 

3.     Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta' rikors għal proċedura ta' rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u lanqas ma għandhom jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta' rieżami amministrattiv qabel ir-rikors għal proċeduri ta' rieżami ġudizzjarju, meta jkun jeżisti tali rekwiżit skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u ma tiswiex flus tant li tkun projbittiva.

 

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattivi u ġudizzjarji ssir faċilment disponibbli għall-pubbliku.”

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 16a

Parir xjentifiku dwar is-setturi tal-ESR/CARE

F'konformità mal-mandat tiegħu stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ESABCC) għandu jiġi mistieden, fuq inizjattiva tiegħu stess, biex jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti dwar it-trajettorja ta' dan ir-Regolament, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà, u l-konsistenza tagħhom mal-objettivi tal-klima, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi infurmata kwalunkwe reviżjoni sussegwenti ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-parir tal-ESABCC jew tiġġustifika pubblikament ir-raġunijiet għaliex injoratu.”


(*)  Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0163/2022).

(31)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(31)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(31a)   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(33)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(33)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(1a)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(1a)   Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(**)   Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/232


P9_TA(2022)0233

L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) ***I

Emendi (*1) adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (COM(2021)0554 – C9-0320/2021 – 2021/0201(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/24)

Emenda 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

wara li kkunsidra l-prinċipji tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u s-solidarjetà,

Emenda 2

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura , u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 billi jissimplifika r-regoli dwar ir-rappurtar u l-konformità, u jistabbilixxi l-miri tal-Istati Membri mill-2026 sal-2030 għas-settur tal-użu tal-art , tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”) (36). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, li ġie adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”) (36). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow, il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi rrikonoxxew li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sa tmiem l-2022 biex inaqqsu d-diskrepanza fl-ambizzjoni, f'konformità mas-sejbiet tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC). Dan jenħtieġ li jsir b'mod li jkun ekwu u jirrispetta l-prinċipju tar-responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u tal-kapaċitajiet rispettivi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) hija opportunità unika biex jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni qabel is-27 sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 27) għall-UNFCCC fl-Eġittu.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-azzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni s'issa ma kinux biżżejjed biex iwaqqfu t-telfien tal-bijodiversità u jintlaħqu l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi għall-2020. Fir-rapport tagħha “The European environment – state and outlook 2020: knowledge for transition to a sustainable Europe” (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti tal-2020: għarfien għat-tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tosserva li “l-Ewropa għadha titlef il-bijodiversità b'rata allarmanti u ħafna miri ta' politika miftiehma mhux se jintlaħqu. Il-valutazzjonijiet dwar l-ispeċijiet u l-ħabitats protetti fis-sens tad-Direttiva dwar il-Ħabitats juru b'mod predominanti status ta' konservazzjoni mhux favorevoli ta' 60 % għall-ispeċijiet u 77 % għall-ħabitats.”  (1a) . Rapport taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta fl-2021 juri li fadal biss 4,9  miljun ettaru mill-foresti primarji u antiki tal-Ewropa – essenzjali għall-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima – u li dan jirrappreżenta biss 3 % taż-żona forestali totali tal-Unjoni u 1,2  % tal-massa tal-art tal-Unjoni  (1b) .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Għalkemm il-kopertura mis-siġar qed tiżdied, il-kapaċità tal-foresti tal-Unjoni li jeliminaw il-karbonju ilha tonqos b'mod sinifikanti mill-2015 u hija xejra li mistennija tkompli. Sal-2015, is-settur tal-art tal-Unjoni seta' jelimina madwar 7 % tal-emissjonijiet totali tal-UE (madwar 300 miljun tunnellata metrika ekwivalenti għas-CO2)  (1a) . Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)  (1b) , sal-2030 l-istess żona tal-art se tkun qed telimina 40 % inqas ekwivalenti għas-CO2 (u jinżel sa 185 tunnellata metrika fl-2030)  (1c) . Dak it-tnaqqis reċenti fil-ħżin tal-karbonju huwa parzjalment dovut għal żieda fil-ħsad. Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima jista' jnaqqas il-potenzjal tal-ħżin tal-karbonju tal-foresti tal-Ewropa b'180 tunnellata metrika ta' CO2 annwalment mill-2021 sal-2030 minħabba tfixkil u għaldaqstant inaqqas il-bir nett mistenni tal-foresti b'aktar minn 50 %  (1d) .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

Fil-Kommunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni stabbilit strateġija ġdida bħala l-ewwel pass fit-trasformazzjoni tal-Unjoni f'ekonomija sostenibbli mil-lat ambjentali, newtrali mil-lat ta' emissjonijiet tal-karbonju, ħielsa mis-sustanzi tossiċi u għalkollox ċirkolari fil-limiti tal-pjaneta sa mhux aktar tard mill-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jimmira wkoll li jsaħħaħ l-isforzi globali lejn l-implimentazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda”, li jirrikonoxxi r-rabta intrinsika bejn is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u ambjent b'saħħitu u reżiljenti, u jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.

Ir-Rapport Speċjali dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li Qed Tinbidel tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilixxa li l-oċeani għandhom rwol fundamentali fl-assorbiment u r-ridistribuzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) naturali u antropoġeniku u s-sħana, kif ukoll f'ekosistemi relatati.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (28). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

It-teħid ta' approċċ olistiku għall-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi b'mod ekwu u inklużiv, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura, huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (28). Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament iqisu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u s-salvagwardji minimi fis-sens tal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (28a) , u jqisu wkoll il-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew , u l-ħtieġa li dan jiġi implimentat b'mod sostenibbli, kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa , il-koeżjoni soċjali u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titlu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” issaħħaħ l-ambizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u ekosistemi li jaħdmu sew. L-evidenza xjentifika, ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet dwar iż-żoonożi u l-pandemiji, inkluż ir-rapport tal-workshop tal-IPBES dwar it-telfien tal-bijodiversità u l-pandemiji, u r-rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent tas-6 ta' Lulju 2020 bit-titlu “Preventing the next pandemic – Zoonotic diseases and how to break the chain of transmission” (Il-prevenzjoni tal-pandemija li jmiss: il-mard żoonotiku u kif tiġi interotta l-katina ta' trażmissjoni) urew l-importanza li jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u li jiġi applikat b'mod olistiku l-prinċipju ta' “Saħħa Waħda” fit-tfassil tal-politika, li jirrifletti l-fatt li s-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-ambjent huma interkonnessi u li hemm bżonn urġenti ta' bidliet trasformattivi fis-soċjetà kollha.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

It-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti, kompetittiva u ċirkolari b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li jipproteġi, jirrestawra u jtejjeb il-kwalità tal-ambjent, inkluż fost l-oħrajn billi jtemm u jreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità. Huwa jirrikonoxxi li ambjent b'saħħtu jirfed il-benesseri tan-nies kollha, fejn il-bijodiversità hija kkonservata u l-ekosistemi jirnexxu u fejn in-natura hija protetta u restawrata, u dan iwassal għal reżiljenza akbar fir-rigward tat-tibdil fil-klima, it-temp u diżastri relatati mal-klima u riskji ambjentali oħra.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)

Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Forum Globali tal-OECD dwar l-Ambjent enfasizzaw li l-bidliet ambjentali għandhom impatt speċifiku skont il-ġeneru. Ir-rwoli differenzjati skont il-ġeneru jikkawżaw ukoll vulnerabbiltajiet differenzjati għan-nisa u l-irġiel għall-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-impatti tat-tibdil fil-klima jaggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. It-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali jiddefinixxi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki dwar il-klima u l-ambjent, inkluża l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istadji kollha tal-proċess tat-tfassil tal-politika, bħala kundizzjoni vitali u abilitanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' prijorità tal-programm, li jirrikjedu l-isforzi min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati, kif xieraq.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-Unjoni impenjat ruħha li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 fl-impenn aġġornat ta' tnaqqis iddeterminat fil-livell nazzjonali mressaq lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020 (29).

(3)

L-Unjoni impenjat ruħha li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 fl-impenn aġġornat ta' tnaqqis iddeterminat fil-livell nazzjonali mressaq lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020 (29) , filwaqt li l-Parlament Ewropew appella għal tnaqqis tal-emissjonijiet grossi ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'minn tal-inqas 60 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan huwa kruċjali biex jintlaħaq l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5  oC sal-aħħar tas-seklu. Rapport tal-2021 mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) jistma li azzjoni mgħaġġla fir-rigward tal-emissjonijiet tal-metan tista' tnaqqas 0,3  oC mit-temperatura globali sal-2045. Għaldaqstant hemm ħtieġa urġenti li l-Unjoni tadotta mira ta' tnaqqis u miżuri vinkolanti ta' akkumpanjament biex tnaqqas malajr l-emissjonijiet tal-metan mis-sorsi kollha, inklużi sorsi bijoġeniċi.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal- 2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dik il-mira, inkluż is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija . Il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 . Fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid f'dikjarazzjoni korrispondenti l-intenzjoni tagħha li tipproponi reviżjoni tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (31) , f'konformità mal-ambizzjoni li sal-2030, l-assorbimenti netti tal-karbonju jiżdiedu għal livelli ogħla minn 300 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija .

(4)

Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), l-Unjoni naqqxet il-mira tal-ksib ta' bilanċ fl-ekonomija kollha bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill- 2050, u l-ilħuq ta' emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' dik il-mira, inkluż is-settur LULUCF . Sabiex jiġi żgurat li jitwettqu sforzi ta' mitigazzjoni sal-2030, il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Is-settur LULUCF ilu bir tal-karbonju sinifikanti mill-bidu tal-perjodu ta' rapportar fl-1990. Il-forestrija weħidha ssekwestrat madwar 400 tunnellata metrika ekwivalenti għas-CO2 fl-Unjoni Ewropea fil-perjodu mill-1990 'l hawn.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Il-bini ta' infrastruttura ġdida tat-trasport huwa meħtieġ biex jissaħħu l-konnessjonijiet bejn, minn naħa, iż-żoni urbani u, min-naħa l-oħra, iż-żoni rurali u remoti madwar l-Unjoni u bejn l-Istati Membri. Madankollu, tali kostruzzjoni tista', fl-istess ħin, tikkontribwixxi għall-artifiċjalizzazzjoni tal-art li, min-naħa tagħha, tista' tnaqqas il-kapaċità tal-ħamrija li tassorbi l-gassijiet serra. Kwalunkwe użu tal-art bħal dan jenħtieġ li jitqies f'termini tal-potenzjal tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-impatt tiegħu fuq il-klima, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jiżguraw li l-ippjanar, l-awtorizzazzjoni u l-użu tal-infrastruttura tat-trasport u tat-turiżmu jikkontribwixxu għall-ilħuq sostenibbli tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, u jiżguraw manutenzjoni tajba tal-infrastruttura eżistenti u użu effiċjenti tal-art mill-perspettiva tal-klima, speċjalment fin-networks tat-trasport bit-triq.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jikkontribwixxu għaż-żieda fl-ambizzjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra minn b'mill-inqas 40 % għal b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 , jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija fil-perjodu mill-2026 sal-2030 (b'analoġija għall-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32)), li jirriżultaw f'mira ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi fl-2030. Il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali għall-2030 jenħtieġ li tqis l-emissjonijiet u l-assorbimenti medji ta' gassijiet serra mis-snin 2016, 2017 u 2018, irrapportati minn kull Stat Membru, u tirrifletti l-prestazzjoni tal-mitigazzjoni attwali tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija , u s-sehem ta' kull Stat Membru miż-żona tal-art ġestita fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kapaċità ta' dak l-Istat Membru li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fis-settur permezz ta' prattiki tal-ġestjoni tal-art jew bidliet fl-użu tal-art li jkunu ta' benefiċċju għall-klima u l-bijodiversità.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li s-settur tal-LULUCF jagħti kontribut sostenibbli u prevedibbli fit-tul għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u għall-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem , jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru fis-settur tal-LULUCF fil-perjodu sa mill-inqas l-2050, li jibda mill-2026 sal-2030 (b'analoġija għall-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32)), li jirriżultaw f'mira intermedjarja ta' mill-inqas 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' assorbimenti netti għall-Unjoni kollha kemm hi fl-2030 , f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 . Il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali għall-2030 jenħtieġ li tqis l-emissjonijiet u l-assorbimenti medji ta' gassijiet serra mis-snin 2016, 2017 u 2018, irrapportati minn kull Stat Membru, u tirrifletti l-prestazzjoni tal-mitigazzjoni attwali tas-settur LULUCF , u s-sehem ta' kull Stat Membru miż-żona tal-art ġestita fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kapaċità ta' dak l-Istat Membru li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fis-settur permezz ta' restawr, prattiki tal-ġestjoni tal-art jew bidliet fl-użu tal-art li jkunu ta' benefiċċju għall-klima u l-bijodiversità. Meta l-Istati Membri jkunu lesti jaqbżu l-miri tagħhom, jentħtieġ li jitħeġġu jagħmlu dan.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jikkontribwixxu għall-kriżi klimatika globali peress li jżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta' nirien fil-foresti assoċjati, u jneħħu b'mod permanenti l-kapaċitajiet tal-bjar tal-karbonju, inaqsu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima taż-żona milquta u jnaqsu b'mod sostanzjali il-bijodiversità tagħha. It-twaqqif u t-treġġigħ lura tad-deforestazzjoni kif affermaw mill-ġdid il-mexxejja tal-UE fis-COP26 tal-UE fi Glasgow huma għaldaqstant vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu projbiti l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti bażiċi u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (COM(2021)0366) għaldaqstant se tkun inċentiv importanti għat-tisħiħ ulterjuri tas-sidien tal-foresti Ewropej fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet relatati mal-immappjar u l-monitoraġġ, kemm fil-post kif ukoll monitoraġġ permezz ta' detezzjoni mill-bogħod, sabiex l-Istati Membri jintalbu jkollhom informazzjoni ġeografikament espliċita biex jidentifikaw oqsma ta' prijorità li jkollhom il-potenzjal li jiġu restawrati u li jistgħu jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika. Bħala parti mit-titjib ġenerali tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, il-ħidma se tagħmel enfasi wkoll fuq l-armonizzazzjoni u l-irfinar ta' bażijiet ta' data ta' fatturi ta' attività u emissjonijiet biex jiġu mtejba l-inventarji tal-gassijiet serra.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Il-karbonju organiku fil-ħamrija u r-ragruppamenti tal-karbonju ta' injam mejjet, li ħafna minnu konsegwentement jalimenta r-raggruppament tal-karbonju fil-ħamrija huma partikolarment importanti, f'għadd ta' kategoriji ta' rapportar, kemm għall-azzjoni klimatika kif ukoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità. Teżisti evidenza empirika dwar l-injam mejjet fil-forma ta' radam linjuż aħrax li jaġixxi bħala bir tal-karbonju analogu għall-prodotti tal-injam maħsud. Dan jikkontribwixxi ulterjorment għall-ħolqien ta' bir tal-karbonju terrestri fil-ħamrija forestali li jimpedixxi l-mineralizzazzjoni f'CO2 u dawn iż-żewġ mekkaniżmi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b'mod xieraq fir-rapportar. Ir-riċerka tkompli tikkonferma x-xejriet globali rrapportati għall-applikabbiltà vertikali tal-karbonju organiku fil-ħamrija forestali għall-foresti Ewropej, fejn madwar 55–65 % jinħażen fit-30 cm ta' fuq tal-ħamrija, u l-40 % li jibqa' jinħażen aktar fil-fond, b'kejl li jilħaq il-1 m, b'mod partikolari għal ħamriji organiċi. Ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat f'dan ir-rigward.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra jenħtieġ li jiġu ddeterminati għal kull Stat Membru permezz ta' trajettorja lineari. It-trajettorja jenħtieġ li tibda fl-2022, fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportati minn dak l-Istat Membru matul l-2021, l-2022 u l-2023 u tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru. Għall-Istati Membri li jtejbu l-metodoloġija tagħhom għall-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ta' korrezzjoni teknika. Jenħtieġ li tiżdied korrezzjoni teknika mal-mira ta' dak l-Istat Membru li tikkorrispondi għall-effett tal-bidla fil-metodoloġija fuq il-miri u l-isforzi tal-Istat Membru biex dawn jintlaħqu, sabiex tiġi rrispettata l-integrità ambjentali.

(6)

Il-miri annwali vinkolanti għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra jenħtieġ li jiġu ddeterminati għal kull Stat Membru permezz ta' trajettorja lineari. It-trajettorja jenħtieġ li tibda fl-2022, fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportati minn dak l-Istat Membru matul l-2021, l-2022 u l-2023 u tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru. Għall-Istati Membri li jtejbu l-metodoloġija tagħhom għall-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti, jenħtieġ li jiġi introdott kunċett ta' korrezzjoni teknika , soġġett għal rieżami xjentifiku indipendenti . Jenħtieġ li tiżdied korrezzjoni teknika mal-mira ta' dak l-Istat Membru li tikkorrispondi għall-effett tal-akkuratezza mtejba fil-metodoloġija użata fuq il-miri u l-isforzi tal-Istat Membru biex dawn jintlaħqu, sabiex tiġi rrispettata l-integrità ambjentali.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Fir-Rapport ta' Valutazzjoni Globali tagħha tal-2019 dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi, il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES) ipprovdiet l-aħħar evidenza xjentifika dwar l-erożjoni tal-bijodiversità li għaddejja fid-dinja kollha. It-telfien tal-bijodiversità jaċċellera t-tibdil fil-klima u jżid b'mod drastiku l-vulnerabbiltà għalih. Fil-11 ta' Ottubru 2021, il-Kunsill tal-Unjoni awtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova d-Dikjarazzjoni ta' Kunming f'isem l-Unjoni, u dan jimpenja lill-Unjoni biex treġġa' lura t-telf attwali tal-bijodiversità u tiżgura li l-bijodiversità titqiegħed fit-triq tal-irkupru sa mhux aktar tard mill-2030. Il-foresti u l-ħamrija b'saħħitha huma importanti ħafna għall-bijodiversità, iżda wkoll għall-purifikazzjoni tal-arja u tal-ilma, is-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju, u l-provvista ta' prodotti tal-injam b'ħajja twila minn sorsi sostenibbli. Kemm l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 kif ukoll l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 irrikonoxxew il-ħtieġa li tiġi protetta u mtejba l-kwalità tal-foresti u tal-ekosistemi tal-ħamrija fl-Unjoni, u li jitħeġġu prattiki ta' ġestjoni sostenibbli msaħħa li jistgħu jtejbu s-sekwestru tal-karbonju u jsaħħu r-reżiljenza tal-foresti u tal-ħamrija fid-dawl tal-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-Komunikazzjoni tas-17 ta' Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (33) iddeskriviet għażla li l-emissjonijiet agrikoli ta' gassijiet serra mhux tas-CO2 jingħaqdu flimkien mal-assorbimenti netti tal-użu tal-art , tat-tibdil fl-użu tal-art tal-forestrija , u  b'hekk jinħoloq settur tal-art regolat ġdid . Din il-kombinazzjoni tista' tippromwovi sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni bbażata fuq l-art u tippermetti tfassil ta' politika u implimentazzjoni ta' politika aktar integrati fil-livell nazzjonali tal-Unjoni . Għal dan il-għan , jenħtieġ li jissaħħaħ l-obbligu għall-Istati Membri li jressqu pjanijiet ta' mitigazzjoni integrati għas-settur tal-art .

(7)

Il-Komunikazzjoni tas-17 ta' Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (33) iddeskriviet perkorsi u għażliet ta' politika differenti biex tintlaħaq il-mira klimatika miżjuda tal-Unjoni għall-2030. Hija saħqet li l-ksib tan-newtralità klimatika se jirrikjedi li l-azzjoni tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikanti fis-setturi kollha tal-ekonomija. Il-progress li jsir f'settur wieħed jenħtieġ li ma jikkumpensax għan-nuqqas ta' progress f'setturi oħra. Il-prijorità jenħtieġ li tkun il-waqfien tar-rilaxx tal-emissjonijiet fossili. Barra minn hekk , l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn bjar naturali tal-karbonju huma fraġli potenzjalment reversibbli , u  dan iwassal għal żieda fl-inċertezza fil-kejl tal-emissjonijiet u l-assorbimenti fis-settur tal-art meta mqabbel ma' setturi oħra . Ir-riskju ta' treġġigħ lura tal-assorbimenti minn bjar tal-karbonju naturali huwa aggravat aktar bit-tibdil fil-klima. Ix-xjenza klimatika turi wkoll li r-rispons klimatiku għall-emissjonijiet u l-assorbimenti huwa asimmetriku, u dan ifisser li tunnellata ta' gassijiet serra emessi fl-atmosfera ma tistax titqabbel ma' tunnellata ta' gassijiet serra assorbiti  (33a) . Hemm ukoll differenzi bejn il-gassijiet serra b'ħajja qasira, bħall-metan, u d-diossidu tal-karbonju li jista' jibqa' fl-atmosfera sa 1 000  sena. Għalhekk, l-objettiv li jissaħħu l-assorbimenti minn bjar tal-karbonju naturali jenħtieġ li jiġi segwit b'mod strettament separat mill-objettiv tat-tnaqqis rapidu u drastiku tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn setturi oħra, inklużi l-emissjonijiet agrikoli mhux tas-CO2 .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Is-settur tal-art għandu l-potenzjal li jsir newtrali għall-klima malajr sal-2035 b'mod kosteffettiv, u sussegwentement jiġġenera aktar assorbimenti ta' gassijiet serra milli emissjonijiet. Impenn kollettiv bil-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika fis-settur tal-art fl-2035 fil-livell tal-UE jista' jipprovdi ċ-ċertezza tal-ippjanar meħtieġa biex tiġi xprunata l-azzjoni ta' mitigazzjoni bbażata fuq l-art f'qasir żmien, meta wieħed iqis li din l-azzjoni tista' tieħu ħafna snin biex iġġib l-eżiti ta' mitigazzjoni mixtieqa. Barra minn hekk , is-settur tal-art huwa previst li jsir l-akbar settur fil-profil tal-fluss ta' gassijiet serra tal-UE fl-2050 . Għalhekk, huwa partikolarment importanti li dak is-settur jiġi ankrat ma' trajettorja li tista' ġġib b'mod effettiv emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050. Sa nofs l-2024, l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-pjanijiet tal-enerġija u tal-klima nazzjonali integrati aġġornati tagħhom f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu miżuri relevanti li bihom, kull Stat Membru jikkontribwixxi bl-aħjar mod għall-mira kollettiva tan-newtralità klimatika fis-settur tal-art fil-livell tal-UE fl-2035 . Fuq il-bażi ta' dawn il-pjanijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi miri nazzjonali, filwaqt li tiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra madwar l-Unjoni u l-assorbimenti fis-settur tal-użu tal-art , tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija l-emissjonijiet mis-setturi mhux CO2 agrikoli jkunu għall-inqas ibbilanċjati sal-2035. Kontrarjament għall-mira fil-livell tal-UE tan-newtralità klimatika għas-settur tal-art sal-2035, tali miri nazzjonali se jkunu vinkolanti infurzabbli fuq kull Stat Membru .

(8)

Is-settur tal-art huwa previst li jsir l-akbar settur fil-profil tal-fluss ta' gassijiet serra tal-UE fl-2050 . Is-setturi fi ħdan il-pilastru tal-art huma mistennija jikkontribwixxu b'mod differenti għall-għan tan-newtralità klimatika. B'mod partikolari, ir-raba', il-bwar u l-artijiet mistagħdra bħalissa huma emittenti netti ta' gassijiet serra fl-Unjoni, iżda għandhom il-potenzjal li jsiru sors ta' assorbimenti netti ta' gassijiet serra, b'mod partikolari permezz tat-twessigħ tal-agroforestrija, il-biedja organika u r-restawr tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri. Għalhekk, huwa partikolarment importanti li kull settur jiġi ankrat ma' trajettorja li tista' ġġib b'mod effettiv emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050. Sa nofs l-2024, l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-pjanijiet tal-enerġija u tal-klima nazzjonali integrati aġġornati tagħhom f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu miżuri relevanti li bihom kull Stat Membru jikkontribwixxi bl-aħjar mod għall-objettiv li jiġi żgurat kontribut ekwu ta' kulħadd lejn dak l-objettiv . Fuq il-bażi ta' dawn il-pjanijiet, u wara li tqis il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u l-baġit tal-gassijiet serra tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 , il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi miri miżuri speċifiċi biex tiżgura kondiviżjoni tal-piżijiet ekwa bejn is-setturi tal-art individwali kollha l-Istati Membri kollha .

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

It-torbieri huma l-akbar maħżen terrestri tal-karbonju organiku iżda, jekk jinxfu, jaf potenzjalment isiru sors ta' gassijiet serra, u b'hekk jikkontribwixxu għall-kriżi tal-klima. Fil-livell globali, it-torbieri mbattla kull sena jemettu 2 Gt ta' diossidu tal-karbonju, li jikkorrispondi għal madwar 5 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-titjib tal-ġestjoni u l-protezzjoni tat-torbieri jitqiesu bħala prijorità sabiex jiżdied l-assorbiment tal-gassijiet serra u b'hekk jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ħamrija kontra l-erożjoni.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Il-foresti jipprovdu benefiċċji importanti għall-bijodiversità, l-istabbilizzazzjoni tal-ħamrija, il-purifikazzjoni tal-arja u tal-ilma, is-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju, u potenzjalment jipprovdu prodotti tal-injam b'ħajja twila. Madankollu, in-natura u l-funzjoni tal-foresti jvarjaw ħafna madwar l-Unjoni, b'mod partikolari mit-Tramuntana, fejn il-produzzjoni tal-injam hija aktar prevalenti, in-Nofsinhar, fejn il-konservazzjoni tal-ħamrija hija prijorità u tipi speċifiċi oħra ta' foresti multifunzjonali, bħall-foresti Mediterranji jew Dehesa, sikwit jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni u ekoloġiċi, kif ukoll perjodi twal ta' żmien għall-assorbiment tas-CO2 f'bir. Tali foresti Mediterranji huma aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima minħabba impatti diretti, bħan-nixfa jew il-qerda tal-foresti kkawżata mit-temperatura jew l-evoluzzjoni tal-aridità. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jintuża indiċi tal-aridità bħala waħda mill-għodod meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-foresti tal-Unjoni.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)

Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi minħabba d-daqs żgħir tagħhom, l-insularità, il-periferiċità mir-reġjuni kontinentali, it-topografija diffiċli u d-dipendenza tal-klima u l-ekonomija minn ftit prodotti, taħlita li tfixkel ħafna l-iżvilupp tagħhom u tiġġenera kostijiet żejda sostanzjali f'ħafna oqsma, b'mod partikolari fil-qasam tat-trasport. L-isforzi li qed isiru u l-miri għat-tnaqqis ta' gassijiet serra, stabbiliti għall-Istati Membri b'reġjuni ultraperiferiċi – il-Portugall, Spanja u Franza – jenħtieġ li jiġu adattati għas-sitwazzjoni diffiċli ta' dawk ir-reġjuni, billi jibbilanċjaw l-objettivi ambjentali mal-kostijiet soċjali għoljin għal dawn ir-reġjuni, u filwaqt li jitqies li madwar 80 % tal-bijodiversità tal-UE tinsab hawnhekk. Għalhekk, dawn l-Istati Membri jeħtiġilhom jinvolvu lill-awtoritajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fit-tfassil tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u tal-klima, biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekwa.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex itejbu l-assorbimenti ta' gassijiet serra, il-bdiewa individwali jew dawk li jiġġestixxu l-foresti jeħtieġu inċentiv dirett biex jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom u fil-foresti tagħhom . Fil-perjodu sal-2030, jeħtieġ li jintużaw dejjem aktar mudelli kummerċjali ġodda bbażati fuq inċentivi ta' sekwestru tal-karbonju f'art agrikola fuq iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju. Dawn l-inċentivi u l-mudelli kummerċjali se jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta' prodotti durabbli tal-injam maħsud, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta' prodotti għall-ħżin tal-karbonju minbarra l-prodotti tal-injam maħsud. Il-mudelli kummerċjali emerġenti, il-biedja u l-prattiki tal-ġestjoni tal-art għat-titjib tal-assorbimenti jikkontribwixxu għal żvilupp territorjali bbilanċjat u tkabbir ekonomiku fiż-żoni rurali. Dawn joħolqu wkoll opportunitajiet għal impjiegi ġodda u jipprovdu inċentivi għal taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet rilevanti.

(10)

Sabiex itejbu l-assorbimenti ta' gassijiet serra, il-bdiewa individwali , is-sidien tal-art u tal-foresti jew dawk li jiġġestixxu l-foresti jenħtieġ li jiġu mħeġġa jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom u fil-foresti tagħhom , filwaqt li jagħtu prijorità lill-approċċi bbażati fuq l-ekosistema u l-prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-bijodiversità, bħalma huma l-prattiki ta' forestrija qrib in-natura, il-proforestazzjoni, ir-restawr tal-ħażniet tal-karbonju tal-foresti, l-espansjoni tal-kopertura tal-agroforestrija, is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija r-restawr tal-artijiet mistagħdra kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi oħra. Jenħtieġ ukoll li dawn l-inċentivi jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mod ġenerali madwar is-setturi fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta' prodotti durabbli tal-injam maħsud, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Il-prodotti tal-injam maħsud b'ħajja twila u l-prodotti tal-ħżin tal-karbonju b'bażi bijoloġika minn sorsi sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu għall-bijoekonomija ċirkolari billi jaġixxu bħala sostituti għall-għażliet ibbażati fuq il-fossili, iżda l-potenzjal għall-ħżin tal-karbonju f'dawk il-prodotti huwa ddeterminat mit-tul tal-ħajja ta' dawk il-prodotti. Il-benefiċċju li jintuża l-injam biex jissostitwixxi l-enerġiji jew il-materjali f'kompetizzjoni b'impronta tal-karbonju ogħla jiddependi wkoll mill-metodi tal-ħsad, it-trasport u l-ipproċessar. Għalhekk, kategoriji ġodda ta' prodotti għall-ħżin tal-karbonju jistgħu jiġu introdotti biss jekk ikollhom ħajja twila, ikollhom effett ta' sekwestru tal-karbonju pożittiv nett ibbażat fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja , inkluż l-impatt fuq l-użu tal-art t-tibdil fl-użu tal-art assoċjat ma' żieda fil-ħsad, u dment li d-data disponibbli tkun ibbażata fuq ix-xjenza, trasparenti u verifikabbli . Jeħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ħtieġa li ċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawk il-prodotti ma jikkawżax ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Il-finanzjament pubbliku fl-ambitu tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u programmi oħra tal-Unjoni diġà jista' jappoġġa approċċi ta' sekwestru tal-karbonju u favur il-bijodiversità fil-foresti u l-artijiet agrikoli. Sabiex is-sidien tal-art u tal-foresti jew dawk li jiġġestuhom jiġu pprovduti bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ u mfassal apposta għalihom biex jintlaħqu l-miri miżjuda tal-LULUCF, jenħtieġ li jiġu mmobilizzati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u sorsi pubbliċi jew privati oħra ta' finanzjament.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

Sabiex jiġi żgurat progress kostanti lejn l-ilħiq tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri li jonqsu milli jilħqu l-miri annwali tagħhom f'sentejn konsekuttivi jirrevedu l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Istrateġiji fit-Tul tagħhom biex jiżguraw li tittieħed azzjoni addizzjonali biex jittejbu l-bjar u r-riżervi kollha, u biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)

Biex tiġi ppreservata u mtejba l-koerenza soċjali, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jeħtieġ li jiġi implimentat b'mod ekonomikament sostenibbli u soċjalment sensittiv biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekwa u ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-livell miżjud ta' ambizzjoni fis-settur tal-użu tal-art u tal-forestrija jista' jkollu impatti soċjali, impatti fuq ix-xogħol u impatti ekonomiċi. Dan jista' joħloq opportunitajiet għal impjiegi ġodda ta' kwalità u jipprovdi inċentivi għal taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet rilevanti. Għaldaqstant huwa importanti li jiġu antiċipati l-impatti tal-politiki fuq l-impjiegi u l-eżiti relatati mal-impjiegi bil-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq l-Impjiegi, kif stipulat pereżempju permezz tal-Gwida ta' Referenza tal-ILO dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq l-Impjiegi, u li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tas-settur tal-użu tal-art u tal-forestrija biex isir aktar sostenibbli, bl-involviment sħiħ tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti kemm fil-fażijiet tal-ippjanar kif ukoll f'dawk tal-implimentazzjoni, biex b'hekk dawk li jiġġestixxu l-foresti u l-artijiet, il-bdiewa, il-ħaddiema, l-ambjent u s-soċjetà jibbenefikaw b'mod aktar estensiv. Il-politiki nazzjonali jenħtieġ li jqisu dan kif xieraq.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10d)

Il-potenzjal għall-ħżin tal-karbonju fil-prodotti tal-injam huwa ddeterminat mit-tul tal-ħajja ta' dawk il-prodotti, li tista' tvarja minn ftit jiem f'każ ta' fuljett, sa għexieren ta' snin jew saħansitra mijiet ta' snin għal bini tal-injam. Għalkemm prodott tal-injam jirrappreżenta ħażna tal-karbonju, il-benefiċċju reali tal-ħsad ta' siġra jiddependi mit-tul tal-ħajja tal-prodott li jkun ġie prodott, li jrid jitqabbel ma' dak tal-injam fl-ekosistema li kieku dik is-siġra ma nqatgħetx.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 10e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10e)

Id-definizzjoni ta' kultivazzjoni tal-għadajjar (jew biedja tat-torbieri mistagħdra) jenħtieġ li tiġi diskussa ulterjorment sabiex issir bidla rapida għal biedja favur il-klima li ssir fuq ħamrija organika kif ukoll biex jitwaqqaf id-drenaġġ tal-livell tal-ilma naturali u dan il-livell tal-ilma jiġi rrestawrat;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 10f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10f)

F'konformità mal-objettiv tal-Unjoni ta' teħid tal-art żero nett sal-2050, jenħtieġ li tiġi evitata l-konverżjoni ta' art naturali u agrikola f'żoni mibnija. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu miżuri fil-pjanijiet tal-użu tal-art tagħhom imfassla biex jikkumpensaw għal kwalunkwe tnaqqis tal-art li jirriżulta mill-urbanizzazzjoni.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija f'kull Stat Membru, kif ukoll il-fatt li l-Istati Membri jridu jżidu l-prestazzjoni tagħhom biex jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li tibqa' għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri firxa ta' flessibbiltajiet, inkluż l-iskambjar tas-surpluses u l-estensjoni ta' flessibbiltajiet speċifiċi għall-foresti, filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità ambjentali tal-miri.

(11)

Meta wieħed iqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur LULUCF f'kull Stat Membru, kif ukoll il-fatt li l-Istati Membri jridu jżidu l-prestazzjoni tagħhom biex jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li tibqa' għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri firxa ta' flessibbiltajiet, inkluż l-iskambjar tas-surpluses bi prezz minimu u l-estensjoni ta' flessibbiltajiet speċifiċi għall-foresti, filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità ambjentali tal-miri.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Il-waqfien tar-regoli kontabilistiċi attwali wara l-2025 joħloq ħtieġa ta' dispożizzjonijiet alternattivi għad-disturbi naturali bħan-nirien, il-pesti u l-maltempati, sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi minħabba l-proċessi naturali jew bħala riżultat tat-tibdil fil-klima fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija . Mekkaniżmu ta' flessibbiltà marbut mad-disturbi naturali jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri fl-2032, diment li dawn ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha għad-dispożizzjoni tagħhom u stabbilew miżuri xierqa biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art tagħhom għal dawn id-disturbi, u li l-Unjoni tkun laħqet il-mira tal-2030 għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija .

(12)

Il-waqfien tar-regoli kontabilistiċi attwali wara l-2025 joħloq ħtieġa ta' dispożizzjonijiet alternattivi għad-disturbi naturali bħan-nirien, il-pesti u l-maltempati, sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi minħabba l-proċessi naturali jew il-perturbazzjonijiet tal-ekosistemi kkawżati mit-tibdil fil-klima fis-settur LULUCF, diment li dawk id-disturbi ma setgħux jiġu antiċipati jew evitati, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament . Mekkaniżmu ta' flessibbiltà marbut mad-disturbi naturali jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri fl-2032, diment li dawn ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, u  wrew li s-surplus li jkun fadal huwa marbut direttament mal-impatt ta' disturbi naturali jew ta' perturbazzjonijiet tal-ekosistemi kkawżati mit-tibdil fil-klima, stabbilew miżuri xierqa biex itejbu l-bjar naturali tal-karbonju b'mod li jikkontribwixxi għat-titjib tal-bijodiversità, it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tal-art tagħhom għal dawn id-disturbi, u li l-Unjoni tkun laħqet il-mira tal-2030 għas-settur LULUCF .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Malli jiġu stabbiliti l-miri annwali nazzjonali vinkolanti għall-assorbimenti ta' gassijiet serra bbażati fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra rrapportati mill-2026 'il quddiem, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-konformità mal-miri. Il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis, b'penali għan-nuqqas ta' konformità kkalkolat bil-mod li ġej: 108 % tad-distakk bejn il-mira assenjata u l-assorbimenti netti rrapportati fis-sena partikolari se jiżdiedu maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportati fis-sena sussegwenti mill-Istat Membru.

(13)

Malli jiġu stabbiliti l-miri annwali nazzjonali vinkolanti għall-assorbimenti ta' gassijiet serra bbażati fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra rrapportati mill-2026 'il quddiem, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-konformità mal-miri. Il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis, b'penali għan-nuqqas ta' konformità kkalkolat bil-mod li ġej: 108 % tad-distakk bejn il-mira assenjata u l-assorbimenti netti rrapportati fis-sena partikolari se jiżdiedu maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportati fis-sena sussegwenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa f'konformità mat-Trattati biex tiżgura l-konformità min-naħa tal-Istati Membri mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

L-iskrutinju pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja huma parti essenzjali mill-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għodda għas-salvagwardja tal-istat tad-dritt. Is-soċjetà ċivili għandha rwol essenzjali bħala għassiesa fl-Istati Membri u tipprovdi appoġġ importanti biex tgħin fit-twettiq tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom u jikkontestaw ksur tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi jkollhom aċċess għall-ġustizzja. Sabiex jiġi żgurat li dak id-dritt ikun jista' jiġi eżerċitat b'mod ugwali fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiżdied artikolu li jkopri l-aċċess għall-ġustizzja.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-istabbiliment tal-allokazzjonijiet tal-miri annwali għall-Istati Membri , jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (37) .

(14)

Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment tal-allokazzjonijiet tal-miri annwali għall-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF kif ukoll il-metodu għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-miri tal-Istati Membri u għar-rieżami espert indipendenti, filwaqt li jiġu speċifikati l-kriterji minimi għall-inklużjoni tal-monitoraġġ tal-bijodiversità fis-sistema ta' monitoraġġ tal-art, u tiġi adottata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt tal-perturbazzjonijiet tal-ekosistemi kkawżati mit-tibdil fil-klima. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016  (36a) . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Fl-Ewropa, l-Inventarji tal-Foresti Nazzjonali (NFI) jintużaw biex jipprovdu informazzjoni għall-valutazzjonijiet tas-servizzi tal-ekosistemi tal-foresti. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-inventarji tal-foresti tvarja minn pajjiż għall-ieħor, peress li kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu ta' inventarji tal-foresti bil-metodoloġija tiegħu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jarmonizzaw l-indikaturi, id-definizzjoni u s-sistemi differenti ta' inventarju u jistabbilixxu sistema konsistenti ta' monitoraġġ tal-foresti madwar l-Unjoni.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Minħabba l-bidla fil-miri bbażati fuq ir-rapportar, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra jridu jiġu stmati b'livell ogħla ta' akkuratezza. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (38), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (39), l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (40), id-Direttiva riveduta (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (42) kollha se jirrikjedu monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b'hekk titħares u tittejjeb ir-reżiljenza tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jittejbu, bl-użu ta' teknoloġiji avvanzati disponibbli taħt il-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, u ta' data diġitali miġbura taħt il-Politika Agrikola Komuni, u bl-applikazzjoni tat-tranżizzjoni doppja tal-innovazzjoni ekoloġika u diġitali.

(16)

Minħabba l-bidla fil-miri bbażati fuq ir-rapportar, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra jridu jiġu stmati u mkejla b'livell ogħla ta' akkuratezza. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (38), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (39), l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija  (39a) , l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (40), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli  (40a), l-Istrateġija aġġornata tal-UE dwar il-Bijoekonomija  (40b) , id-Direttiva riveduta (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (42) kollha se jirrikjedu monitoraġġ imtejjeb tal-art, u b'hekk jgħinu biex titħares u tittejjeb ir-reżiljenza tal-assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq in-natura madwar l-Unjoni , u biex jiġu inċentivizzati sinerġiji bejn il-politiki tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità . Il-monitoraġġ u r-rapportar bis-satellita u fuq il-post tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti jeħtieġ li jittejbu, bl-użu ta' teknoloġiji avvanzati disponibbli taħt il-programmi tal-Unjoni, bħal Copernicus, u bl-użu sħiħ ta' għodod li diġà jeżistu bħall-istħarriġ LUCAS (Stħarriġ statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta' kopertura), u ta' data diġitali miġbura taħt il-Politika Agrikola Komuni, u bl-applikazzjoni tat-tranżizzjoni doppja tal-innovazzjoni ekoloġika u diġitali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi assistenza lill-Istati Membri biex japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 mill-2026 'il quddiem biex jiżguraw il-konsistenza u t-trasparenza tad-data, u titkompla l-ħidma fuq id-data ġeospazjali tal-GIS fil-livell tal-Unjoni.

 

 

 

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Sabiex jiġu ssodisfati l-impenji li saru fl-ambitu tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 u l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-foresti għall-2030, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex iżżid kategoriji tal-art ġodda ma' dawk koperti fl-ambitu tas-sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni u ma' dawk koperti fl-ambitu tas-sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-bidliet antropoġeniċi mistennija fl-użu tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu permezz ta', pereżempju, l-espansjoni ppjanata tal-enerġija offshore, iż-żieda potenzjali fil-produzzjoni tal-akkwakultura u l-livelli dejjem jiżdiedu ta' protezzjoni tan-natura biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità se jinfluwenzaw l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u s-sekwestru tagħhom . Bħalissa dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti ma humiex inklużi fit-tabelli ta' rapportar standard fil-UNFCCC. Sussegwentement għall-adozzjoni tal-metodoloġija ta' rapportar, il-Kummissjoni se tqis ir-rapportar dwar il-progress, il-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tal-estensjoni tar-rapportar għall-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika ta' dawn il-flussi meta twettaq ir-rieżami f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' dan ir-Regolament.

(17)

Il-bidliet antropoġeniċi fl-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-ekosistemi tal-baħar , kostali u tal-ilma ħelu jistgħu jkunu sinifikanti, u huma mistennija li jvarjaw fil-futur b'riżultat tal-bidliet fl-użu, permezz ta', pereżempju, l-espansjoni ppjanata tal-enerġija offshore, iż-żieda potenzjali fil-produzzjoni tal-akkwakultura u l-livelli dejjem jiżdiedu ta' protezzjoni tan-natura meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità. L-artijiet mistagħdra kostali huma ta' interess speċifiku għall-bijodiversità tal-Unjoni kif ukoll għar-reġjuni u l-ekosistemi ultraperiferiċi kkonċernati mill-azzjoni esterna tal-Unjoni, u jistgħu jikkawżaw tnaqqis importanti fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra bħal l-hekk imsejħa ekosistemi tal-“karbonju blu”. Bħalissa dawn l-emissjonijiet u l-assorbimenti ma humiex inklużi fit-tabelli ta' rapportar standard fil-UNFCCC. Sussegwentement għall-adozzjoni tal-metodoloġija ta' rapportar, il-Kummissjoni se tqis li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex jinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-ekosistemi tal-baħar , kostali, inklużi l-artijiet mistagħdra tad-delta, u tal-ilma ħelu abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika ta' dawn il-flussi u l-kawżi tagħhom, u tapplika miri speċifiċi għal tali emissjonijiet u assorbimenti, meta twettaq ir-rieżami f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Ir-Regolament LULUCF jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun allinjat mal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Pariġi u mal-eżitu tas-Summit dwar il-Klima fi Glasgow u jevita l-għadd doppju. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jħeġġu lis-sħab internazzjonali u lill-partijiet terzi biex huma wkoll jieħdu azzjoni addizzjonali fis-settur LULUCFfil-kuntest tal-Konferenzi tan-NU li jmiss dwar it-Tibdil fil-Klima u f'ambjenti internazzjonali oħra.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

l-impenji tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni rilevanti u tal-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għat-titjib tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF mill-2031 'il quddiem sabiex jikkontribwixxu għall-Artikolu 5(1) tal-Ftehim ta' Pariġi u jiżguraw kontribut fit-tul sostenibbli u prevedibbli tal-bjar naturali biex jinkiseb l-objettiv tal-Unjoni ta' newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-impenji tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa lejn il-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija inkluż l-emissjonijiet mill-agrikoltura mhux tas-CO2";

imħassar

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri mill-2031 'il quddiem, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art elenkati fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 2 u fi kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

imħassar

(a)

fermentazzjoni enterika;

 

(b)

ġestjoni tad-demel;

 

(c)

kultivazzjoni tar-ross;

 

(d)

ħamrija agrikola;

 

(e)

ħruq awtorizzat ta' meddiet kbar ta' savana;

 

(f)

ħruq fl-għelieqi ta' fdalijiet agrikoli;

 

(g)

trattament bil-ġir;

 

(h)

applikazzjoni tal-urea;

 

(i)

“fertilizzanti oħrajn li fihom il-karbonju”;

 

(j)

“oħrajn”.

 

Emendi 97 u 50cp

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra hija ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri tal-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018.

2.   Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija hija ta' mill-inqas 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri tal-Istati Membri stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018. Din il-mira għandha tiġi amplifikata aktar b'miżuri u inizjattivi addizzjonali fil-livell tal-Unjoni biex jappoġġaw is-sekwestru tal-karbonju f'art agrikola. Tali miżuri u inizjattivi, kif ukoll il-metodoloġija għall-kalkolu tal-miri u d-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri, għandhom jissupplimentaw dan ir-Regolament sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-leġiżlazzjoni.

Kull Stat Membru għandu jiżgura, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12 , 13 u 13b, li s-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), f'kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ma taqbiżx il-limitu stabbilit minn trajettorja lineari, li tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru fl-Anness IIa. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022.

Kull Stat Membru għandu jiżgura, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12 u 13b, li s-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), f'kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ma taqbiżx il-limitu stabbilit minn trajettorja lineari, li tintemm fl-2030 fuq il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru fl-Anness IIa. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miri annwali bbażati fuq it-trajettorja lineari għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru, għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029, f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 . Dawn it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Il-valur tal-assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri għall-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIa jista' jkun soġġett għal korrezzjoni teknika minħabba bidla fil-metodoloġija mill-Istati Membri. Il-metodu għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-miri tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit f'dawn l-atti ta' implimentazzjoni . Għall-fini ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni , il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-aktar data tal-inventarju nazzjonali reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 imressaq mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miri annwali għas-settur tal-LULUCF, ibbażati fuq it-trajettorja lineari għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru, għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029, f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 . Dawn it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarji tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Il-valur tal-assorbimenti netti ta' mill-inqas 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-miri għall-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIa jista' jkun soġġett għal korrezzjoni teknika minħabba bidla fil-metodoloġija mill-Istati Membri , soġġett għal rieżami minn esperti indipendenti li jikkonferma l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-korrezzjoni teknika bbażata fuq l-akkuratezza mtejba tad-data mmonitorjata u rrapportata . Il-metodu għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-miri tal-Istati Membri u għar-rieżami minn esperti indipendenti għandu jiġi stabbilit f'dawn l-atti delegati u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku . Għall-fini ta' dawk l-atti delegati , il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-aktar data tal-inventarji nazzjonali reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 imressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a.

 

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta l-Istati Membri jkunu lesti jaqbżu l-miri tagħhom, huma mħeġġa jagħmlu dan.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, rispettivament, biex ikomplu jtejbu l-assorbimenti netti tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF mill-2031 'il quddiem sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim ta' Pariġi u jiżguraw kontribut fit-tul sostenibbli u prevedibbli tal-bjar naturali għall-objettiv tal-Unjoni ta' newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119.

 

Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u l-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet serra stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, u abbażi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima mressqa mill-Istati Membri sat-30 ta' Ġunju 2024, skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, tressaq proposta biex temenda dan ir-Regolament ħalli tistabbilixxi miri tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-assorbimenti netti tal-gassijiet serra fl-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija mill-inqas għall-2035, l-2040, l-2045 u l-2050.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni kollha fis-setturi stabbiliti fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(3) għandhom jimmiraw li jkunu żero netti sal-2035 u l-Unjoni għandha tikseb emissjonijiet negattivi minn dakinhar 'il quddiem. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-ilħuq kollettiv tal-mira għall-2035. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru  2025 u abbażi ta' pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima mressqa minn kull Stat Membru skont l-Artikolu  14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 sat-30 ta' Ġunju 2024, tagħmel proposti għall-kontribut ta' kull Stat Membru għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti.";

4.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru  2024, abbażi ta' rapporti ta' progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima mressqa minn kull Stat Membru skont l-Artikoli  14 u 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 sa dik id-data, u filwaqt li tqis il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u l-baġit tal-Unjoni għall-gassijiet serra stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress miksub fiż-żieda tal-assorbimenti netti ta' gassijiet serra mir-raba', mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra skont il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-agrikoltura skont il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842, u tivvaluta jekk ix-xejriet attwali u l-projezzjonijiet futuri humiex konsistenti mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi kollha f'konformità mal-objettiv tal-Unjoni ta' newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedjarji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.

 

Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tesplora l-għażliet, inklużi l-miri nazzjonali, biex jiġi żgurat kontribut ġust ta' kull settur u ta' kull Stat Membru għall-objettiv tal-Unjoni ta' newtralità klimatika u għall-miri klimatiċi intermedjarji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Istrateġija aġġornata dwar il-Bijoekonomija tal-2018, il-produzzjoni sostenibbli ta' ikel lokali u s-sigurtà tal-ikel, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità, il-Leġiżlazzjoni li jmiss dwar Sistema tal-Ikel Sostenibbli, filwaqt li tivvaluta s-sinerġiji u l-kompromessi tal-aċċellerazzjoni tas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili bi prodotti b'bażi bijoloġika, u tivvaluta l-impatti sal-livell tal-azjendi agrikoli.

 

Wara dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi fejn jidhrilha li jkun xieraq biex tiżgura kontributi mis-setturi kollha f'konformità mal-objettiv tal-Unjoni ta' newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedjarji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Meta jieħdu miżuri biex jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u s-salvagwardji minimi skont it-tifsira tal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , filwaqt li jqisu l-prinċipji minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika regoli u metodoloġiji komuni biex jinkiseb l-objettiv stabbilit f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji minimi għall-inklużjoni tal-monitoraġġ tal-bijodiversità fis-sistemi ta' monitoraġġ tal-art.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

 

“Artikolu 4a

 

Appoġġ finanzjarju u tranżizzjoni ġusta għal żieda fl-azzjoni ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih fis-settur tal-LULUCF

 

1.     Sa… [erba' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jivvaluta d-disponibbiltà u l-konsistenza tal-istrumenti ta' finanzjament eżistenti kollha tal-Unjoni biex jiżdiedu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih fis-settur tal-LULUCF sabiex jikkontribwixxu għall-miri stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(3), f'konformità mal-Artikolu 4(4a). F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn applikabbli, toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jeħtieġ li jiġu emendati skont l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ mis-sidien tal-art u tal-foresti jew dawk li jiġġestuhom, u mfassal apposta għalihom, biex jintlaħqu l-miri stabbiliti skont l-Artikolu 4(3), f'konformità mal-Artikolu 4(4a), bi prijorità mogħtija lill-promozzjoni ta' approċċi bbażati fuq l-ekosistemi fil-foresti, fl-art agrikola u fl-agroforestrija. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-permanenza tal-assorbimenti li jkunu qed jiġu ġġenerati permezz ta' tali appoġġ finanzjarju, u r-riskju li dawk l-assorbimenti jiġu rilaxxati fi kwalunkwe punt fl-atmosfera, aċċidentalment jew intenzjonalment.

 

2.     Meta l-Istati Membri jużaw id-dħul pubbliku ġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-EU ETS fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE biex jappoġġaw il-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih adottati mis-sidien tal-art u tal-foresti jew minn dawk li jiġġestuhom biex jintlaħqu l-miri stabbiliti skont l-Artikolu 4(3), f'konformità mal-Artikolu 4(4a), għandha tingħata prijorità lill-promozzjoni ta' approċċi bbażati fuq l-ekosistemi fil-foresti u fl-art agrikola. Il-proġetti għandhom jintgħażlu abbażi ta' kriterji komuni oġġettivi, ibbażati fuq ix-xjenza u trasparenti, u għandhom jippremjaw prattiki li l-benefiċċji klimatiċi u ambjentali tagħhom ikunu ppruvati xjentifikament u li jwasslu għaż-żieda sostenibbli u fit-tul fis-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u fil-bijomassa filwaqt li jiżguraw kobenefiċċji soċjetali.

 

3.     Għall-fini tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tistabbilixxi kriterji komuni għall-għażla ta' proġetti, ibbażati, fost l-oħrajn, fuq linji gwida eżistenti adottati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, qabel l-adozzjoni ta' dawk il-linji gwida.

 

4.     Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva, fejn ikun xieraq, biex tistabbilixxi qafas regolatorju għaċ-ċertifikazzjoni ta' assorbimenti tal-karbonju xjentifikament robusti, sostenibbli, affidabbli u permanenti, inkluż permezz ta' prattiki ta' sekwestru tal-karbonju f'art agrikola, li jiżguraw l-integrità ambjentali u jirrispettaw prinċipji ekoloġiċi favorevoli għall-bijodiversità.

 

5.     Sa… [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-impatti soċjali u fuq ix-xogħol, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, li l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikollhom fi kwalunkwe mill-kategoriji u s-setturi tal-art koperti bl-Artikolu 2.”

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżgura li l-kontijiet tagħhom u data oħra pprovduta skont dan ir-Regolament ikunu preċiżi, kompleti , konsistenti, komparabbli u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).

“1.   Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tagħhom u data oħra pprovduta skont dan ir-Regolament ikunu preċiżi, kompluti , konsistenti, aċċessibbli għall-pubbliku, komparabbli u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).”

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażniet ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju sakemm ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors. Madankollu, dik l-għażla li ma jinkludux il-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju fil-kontijiet ma għandhiex tapplika fir-rigward tar-raggruppamenti ta' karbonju tal-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet u l-prodotti tal-injam maħsud, fil-kategorija ta' kontabbiltà tal-art tal-art forestali ġestita.

“4.   L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażniet ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju sakemm ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors. Madankollu, dik l-għażla li ma jinkludux il-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju fil-kontijiet ma għandhiex tapplika fir-rigward tar-raggruppamenti ta' karbonju tal-bijomassa tal-wiċċ, karbonju minerali u organiku tal-ħamrija, injam mejjet u l-prodotti tal-injam maħsud, fil-kategorija ta' kontabbiltà tal-art tal-art forestali ġestita.”

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“Mhux aktar tard minn sena wara [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jistabbilixxi valur ikkalibrat mill-ġdid tal-ħażna tal-karbonju għall-kategoriji ewlenin ta' foresti primarji u verġni tal-Unjoni fil-kategorija ta' art tal-foresti ġestita abbażi tad-data mkejla.

Il-Kummissjoni għandha tuża settijiet tad-data pprovduti minn proġetti ta' riċerka ffinalizzati jew li jinsabu għaddejjin bħalissa għal tipi rilevanti ta' foresti primarji u verġni u għandha tuża strumenti oħra tal-Unjoni biex tiffinanzja l-proġetti għal tipi ta' foresti b'lakuni fid-data. Jekk ikun rilevanti, tista' tinħoloq sejħa speċjalizzata fl-ambitu tal-Missjonijiet tal-UE f'Orizzont Ewropa relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.”

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e)

fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“5a.     Il-ġbir tad-data għandu jittejjeb aktar permezz ta' monitoraġġ armonizzat fl-Unjoni kollha tal-evoluzzjoni tal-kontenut ta' karbonju organiku fil-ħamrija u l-fatturi li għandhom impatt fuq il-kundizzjoni tal-ħamrija u l-ħażniet tal-karbonju tagħha permezz tal-istħarriġ annwali LUCAS (Stħarriġ statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta' kopertura) imwettaq mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.”

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Prodotti għall-ħżin tal-karbonju;”

Prodotti sostenibbli għall-ħżin tal-karbonju;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta' prodotti tal-injam maħsud li jkollhom effett ta' sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, u li tiġi żgurata l-integrità ambjentali..

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta' prodotti tal-injam maħsud, li jkollhom effett ta' sekwestru tal-karbonju, dment li l-metodoloġiji għal kategoriji ġodda jkunu bbażati fuq ix-xjenza, trasparenti, verifikabbli, jevitaw l-għadd doppju, u jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, u li tiġi żgurata l-integrità ambjentali.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“2a.     Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' att leġiżlattiv dwar qafas regolatorju tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju abbażi ta' rekwiżiti xjentifikament robusti u regoli tal-kontabbiltà f'termini ta' kwalità tal-kejl, standards ta' monitoraġġ, protokolli ta' rapportar u mezzi ta' verifika, l-iżgurar tal-integrità ambjentali u l-evitar ta' impatti negattivi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, u fejn ġew adottati Linji Gwida ġodda tal-IPCC mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-benefiċċji u l-kompromessi possibbli f'termini tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament u l-protezzjoni tal-bijodiversità tal-inklużjoni ta' prodotti tal-ħżin tal-karbonju b'bażi bijoloġika b'ħajja twila miksuba b'mod sostenibbli li għandhom effett ta' sekwestru tal-karbonju pożittiv nett ibbażat fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-impatt fuq l-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art assoċjat ma' żieda fil-ħsad, u dment li d-data disponibbli tkun ibbażata fuq ix-xjenza, trasparenti u verifikabbli. Ir-rapport tal-Kummissjoni jista' jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq, filwaqt li tiġi żgurata l-integrità ambjentali, jiġi evitat l-għadd doppju, u jiġi żgurat li r-riżorsi naturali jintużaw u jiġu riċiklati għall-itwal żmien possibbli, u allokati għall-aktar finijiet siewja possibbli f'kull stadju. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa li ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tal-ħżin tal-karbonju ma jagħmilx ħsara sinifikanti lil objettivi ambjentali oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.”

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 11 – paragrafu - 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

jiddaħħal il-paragrafu - 1 li ġej qabel il-paragrafu 1:

 

“-1.     Fejn il-Kummissjoni ssib li Stat Membru naqas milli jilħaq il-mira annwali tiegħu kif stabbilita fl-Artikolu 4(3) għal sentejn konsekuttivi, hija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru li jidentifikaw miżuri addizzjonali adegwati fis-settur tal-LULUCF biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali rakkomandazzjonijiet disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll appoġġ tekniku addizzjonali lil dak l-Istat Membru.

 

Meta jinħarġu rakkomandazzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi r-rakkomandazzjonijiet, jemenda l-Pjan Nazzjonali tiegħu għall-Enerġija u l-Klima u l-Istrateġija fit-Tul kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex jadotta miżuri adegwati addizzjonali, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom ikunu motivati u sostanzjati kif xieraq.

 

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Istrateġija fit-Tul riveduti lill-Kummissjoni, akkumpanjati minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi kif ir-reviżjoni proposta se tirrimedja n-nuqqas ta' konformità mal-miri annwali u kif tqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.

 

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati”;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Stat Membru jista' juża:

1.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu - 1, Stat Membru jista' juża:

(a)

il-flessibbiltajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 12; kif ukoll

(a)

il-flessibbiltajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 12; kif ukoll

(b)

sabiex jikkonforma mal-impenn fl-Artikolu 4, il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita fl-Artikoli  13 u 13b.

(b)

sabiex jikkonforma mal-impenji u l-miri stabbiliti fl-Artikolu 4, il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita fl-Artikolu  13 u  l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu  13b.

Il-Finlandja tista', minbarra l-flessibbiltajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, tuża kumpensi addizzjonali skont l-Artikolu 13a.

Il-Finlandja tista', minbarra l-flessibbiltajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, tuża kumpensi addizzjonali skont l-Artikolu 13a.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (“l-Amministratur Ċentrali”) għandu jipprojbixxi temporanjament dak l-Istat Membru milli jittrasferixxi jew ifaddal skont l-Artikolu 12(2 ) u (3 ) ta' dan ir-Regolament jew bl-użu tal-flessibbiltà tal-art forestali ġestita skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament."

“2.   Jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (‘l-Amministratur Ċentrali’) għandu jipprojbixxi temporanjament dak l-Istat Membru milli jittrasferixxi skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament jew bl-użu tal-flessibbiltà tal-art forestali ġestita skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt -a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Sa fejn l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru u wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe kwantità li titqies skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ( UE 2018/842 , dak l-Istat Membru jista' jittrasferixxi l-kwantità tal-assorbimenti li jifdallu lil Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

“2.   Sa fejn l-assorbimenti totali jaqbżu l-emissjonijiet totali fi Stat Membru għall-perjodu mill-2021 sal-2025, jew l-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fl-2030 fi Stat Membru jaqbżu l-mira annwali stabbilita fl-Artikolu 4 ( 3 ), dak l-Istat Membru jista' jittrasferixxi l-kwantità tal-assorbimenti li jifdallu lil Stat Membru ieħor soġġett għall-pagament mill-Istat Membru riċeventi ta' kontribuzzjoni ekwivalenti għal mill-inqas il-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant tul is-sena li għaliha japplika t-trasferiment . Il-kwantità trasferita għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn u l-miri tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat mit-trasferimenti skont il-paragrafu 2 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni bħal din meħuda.

5.   L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul kollu ġġenerat mit-trasferimenti skont il-paragrafu 2 biex jiffinanzjaw miżuri ta' mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima fis-settur tal-LULUCF fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi , inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema, filwaqt li jqisu l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” s-salvagwardji minimi kif stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/852. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu ta' dak id-dħul u l-azzjonijiet meħuda fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1999 .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

1.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1), [ikkontabbilizzati f'konformità ma' dan ir-Regolament,] fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f'dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4(1).

1.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1), [ikkontabbilizzati f'konformità ma' dan ir-Regolament,] fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' juża l-flessibbiltà tal-art forestali ġestita stabbilita f'dan l-Artikolu sabiex ikun konformi mal-Artikolu 4(1).

2.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jkunu rriżultaw mill-kalkolu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.   Meta, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 8(1) ikun ċifra pożittiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet li jkunu rriżultaw mill-kalkolu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu mressqa f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti; kif ukoll

(a)

l-Istat Membru jkun inkluda fl-istrateġija tiegħu mressqa f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti b'mod li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bijodiversità, u titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għal disturbi naturali ; kif ukoll

 

(aa)

l-Istat Membru jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  (*) u mad-Direttiva 2009/147/KE  (**) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; kif ukoll

(b)

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

(b)

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikoli 7(1) jew 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikoli 7(1) jew 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

3.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti ta' dak l-Istat Membru u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

3.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti ta' dak l-Istat Membru u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

4.   L-Istati Membri għandhom iressqu evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti tagħhom, sal-ammont sħiħ tal-kumpens mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025. F'każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b'mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.”;

4.   L-Istati Membri għandhom iressqu evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI u l-miżuri li jippjanaw li jadottaw biex jipprevjenu jew jimmitigaw effetti simili fil-futur sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-livell ta' referenza għall-foresti tagħhom, sal-ammont sħiħ tal-kumpens mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2021 sal-2025. F'każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b'mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku.’ ;

Emendi 94 u 98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 13b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13b

Artikolu 13b

Mekkaniżmu ta' flessibbiltà fl-użu tal-art għall-perjodu mill-2026 sal-2030

Mekkaniżmu ta' disturbi naturali għall-perjodu mill-2026 sal-2030

1.   Mekkaniżmu ta' flessibbiltà fl-użu tal-art li jikkorrispondi għal kwantità ta' mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru  2018/1999, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.

1.   Mekkaniżmu li jikkorrispondi għal kwantità ta' mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex jitqies l-impatt tad-disturbi naturali, sakemm dawn ma setgħux jiġu antiċipati jew evitati, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-adattament, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.

2.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira korrispondenti, tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f'konformità ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' juża l-flessibbiltà stabbilita f'dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita skont l-Artikolu 4(2).

2.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, id-differenza bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira korrispondenti, tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f'konformità ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita skont l-Artikolu 4(2).

3.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ikun pożittiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat li jikkumpensa l-emissjonijiet żejda dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin :

3.   Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ikun pożittiv, l-Istat Membru jista' juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(-a)

l-Istat Membru pprovda lill-Kummissjoni biżżejjed evidenza li r-riżultat pożittiv huwa marbut direttament mal-impatt tad-disturbi naturali kkalkulati skont l-Anness VI. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku u tista' tirrifjuta l-evidenza ppreżentata mill-Istat Membru jekk, wara li tivverifika l-informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru, tqis li ma tkunx ġustifikata biżżejjed jew tkun sproporzjonata;

(a)

l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija l-klima mressaq skont l-Artikolu  14 tar-Regolament ( UE 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art , u biex tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għal disturbi naturali;

(a)

l-Istat Membru jkun effettivament irreveda l-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima u l-istrateġija fit-tul tiegħu skont l-Artikolu 11(-1) u jkun adotta miżuri ġodda biex itejjeb il-bjar u r-riżervi kollha tal-art b'mod li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bijodiversità, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għal disturbi naturali u l-impatt tat-tibdil fil-klima;

(b)

l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha disponibbli skont dan l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842;

(b)

l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha disponibbli skont dan l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842;

 

(ba)

l-Istat Membru jkun konformi mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, u;

(c)

id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira tal-Unjoni [ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2] , tkun negattiva, fil-perjodu mill-2026 sal-2030.

(c)

id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira tal-Unjoni kif stabbilita fl-Artikolu 4, wara li teżawrixxi l-flessibbiltajiet l-oħra kollha disponibbli skont l-Artikolu, tkun negattiva, fil-perjodu mill-2026 sal-2030.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tinkludix 20 % tal-assorbimenti netti li ma jkunux innegozjati mill-Istati Membri mill-perjodu mill-2021 sal-2025 abbażi tal-impatt tad-disturbi naturali u bl-applikazzjoni tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. F'dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tinkludix 20 % tal-assorbimenti netti li ma jkunux innegozjati mill-Istati Membri mill-perjodu mill-2021 sal-2025 abbażi tal-impatt tad-disturbi naturali u bl-applikazzjoni tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. F'dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.

4.   L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira tal-Istat Membru fl-Anness IIa ta' dan ir-Regolament u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2026 sal-2030.

4.   L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jista' jkopri biss bjar ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira tal-Istat Membru fl-Anness IIa ta' dan ir-Regolament u ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2026 sal-2030.

5.    L-Istati Membri għandhom iressqu evidenza quddiem il-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI, sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-bjar li jkun għad fadal, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira ta' Stat Membru kkonċernat stabbilita fl-Anness IIa, sal-ammont sħiħ tal-kumpens mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu mill-2026 sal-2030. F'każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b'mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.

5.   F'każ li d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont ta' 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 disponibbli skont il-mekkaniżmu , il-kumpens għandu jitqassam b'mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.

 

5a.     L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jikkumpensaw il-bjar jew l-assorbimenti netti kontabbilizzati bħala emissjonijiet fil-konfront ta' miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri fl-Artikolu 4(2) għall-perjodu mill-2026 sal-2030, sal-ammont massimu ta' 50 miljun tunnellata ta' CO2 ekwivalenti għall-Unjoni fit-totalità tagħha ta' kumpens mhux użat minn Stati Membri oħrajn stabbilit fl-Anness VII għall-perjodu 2021-2025, wara li jitqies il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li dawk l-Istati Membri:

 

(a)

ikunu eżawrixxu l-flessibbiltajiet l-oħrajn kollha disponibbli skont dan l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842, kif ukoll il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

 

(b)

ikunu ppreżentaw biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima li jirriżultaw f'emissjonijiet eċċessivi jew fi tnaqqis tal-assorbimenti netti b'mod li ma jkunx fil-kontroll tagħhom u li ma setax jiġi antiċipat jew evitat, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament suffiċjenti biex tiġi żgurata r-reżiljenza taż-żona affettwata għat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku u tista' tirrifjuta l-evidenza ppreżentata mill-Istat Membru jekk, wara li tivverifika l-informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru, tqis li ma tkunx ġustifikata biżżejjed jew tkun sproporzjonata;

 

(c)

ikunu inkludew fil-pjanijiet nazzjonali integrati l-aktar riċenti tagħhom għall-enerġija u l-klima mressqa skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżguraw il-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqsu il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima, u;

 

(d)

jekk id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2), u l-mira tal-Unjoni kif stabbilita fl-Artikolu 4(2), wara li l-eżawriment tal-flessibbiltajiet l-oħra kollha disponibbli skont l-Artikolu 12, tkun negattiva, fil-perjodu mill-2026 sal-2030.

 

F'każ li t-talbiet għall-kumpens jaqbżu l-ammont massimu tal-kumpens disponibbli, il-kumpens għandu jitqassam b'mod proporzjonali fost l-Istati Membri kkonċernati.

 

5b.     Sa… [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt tal-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5a.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 13c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 13c

"Artikolu 13c

Governanza tal-miri

Governanza tal-miri

Jekk l-emissjonijiet u l-assorbimenti rieżaminati ta' gassijiet serra ta' Stat Membru fl-2032 jaqbżu l-miri annwali ta' dak l-Istat Membru għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu mill-2026 sal-2030 , filwaqt li jitqiesu l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 12 u 13b , għandha tapplika l-miżura li ġejja:

Jekk , b'riżultat tar-rieżami komprensiv li jsir mill-Kummissjoni fl-2032 skont l-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni ssib li l-miri u l-impenji ta' Stat Membru stabbiliti skont l-Artikolu 4 ma jintlaħqux għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu mill-2026 sal-2030, għandha tapplika l-miżura li ġejja:

Ammont ugwali għall-ammont f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta' gassijiet serra, immultiplikat b'fattur ta' 1,08 , għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra rrapportata minn dak l-Istat Membru fis-sena ta' wara, f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.

Ammont ugwali għall-ammont f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta' gassijiet serra, immultiplikat b'fattur ta' 1,08 , għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal dawk il-kategoriji ta' art irrapportata minn dak l-Istat Membru fis-sena ta' wara, f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.

 

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-Istati Membri ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa f'konformità mat-Trattati.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 13d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

għandu jiddaħħal l-Artikolu 13d li ġej:

 

“Artikolu 13d

Kooperazzjoni internazzjonali

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jawtorizza l-użu ta' krediti tal-karbonju mis-settur tal-LULUCF għall-kumpens minn entitajiet pubbliċi jew privati, inkluż permezz tal-Artikoli 6.2 jew 6.4 tal-Ftehim ta' Pariġi, l-ammont ta' assorbimenti trasferiti jew użati ma għandux jitqies għall-objettiv li jintlaħqu l-miri annwali ta' dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Artikolu 4, paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament.”

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“1.   Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport tal-konformità li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(1) għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2) għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

“1.   Sal-15 ta' Marzu 2027 għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u sal-15 ta' Marzu 2032 għall-perjodu mill-2026 sal-2030, l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport tal-konformità li jkun fih il-bilanċ tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali għall-perjodu rilevanti fuq kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(1) għall-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(2) għall-perjodu mill-2026 sal-2030, bl-użu tar-regoli kontabilistiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta':

(a)

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi;

(a)

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi possibbli ma' objettivi u strateġiji ambjentali oħra tal-Unjoni, bħal dawk stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali u fl-Istrateġiji tal-UE għall-Bijodiversità u l-Bijoekonomija ;

 

(aa)

il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(4a);

(b)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni ta' u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(b)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni ta' u l-adattament għat-tibdil fil-klima , inklużi politiki u miżuri biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali u l-klima ;

(c)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

(c)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità;

Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati jew dwar l-użu ta' dawn il-flessibbiltajiet u l-ammonti relatati.”;

Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, meta jkun applikabbli, dettalji dwar l-intenzjoni li jintużaw il-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 u l-ammonti relatati jew dwar l-użu ta' dawn il-flessibbiltajiet u l-ammonti relatati. Ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u f'forma faċilment aċċessibbli.

 

Ir-rapport ta' konformità għandu jkun ibbażat fuq settijiet ta' data annwali, inkluż informazzjoni miksuba minn sistemi ta' monitoraġġ tal-ħamrija bħall-istħarriġ LUCAS, bl-użu ta' kampjuni ta' fond ta' mill-inqas 30 cm u li jinkludu l-parametri rilevanti kollha li jaffettwaw il-potenzjal tal-ħamrija li tissekwestra l-karbonju.”

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

 

“Artikolu 15a

 

Aċċess għall-ġustizzja

 

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernat li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, ikollhom aċċess għal rimedju quddiem qorti, jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali previsti fl-Artikoli 4 sa 10.

 

2.     Il-membri tal-pubbliku kkonċernat għandu jkollhom aċċess għall-proċedura ta' rieżami msemmija fil-paragrafu 1 meta:

 

(a)

ikollhom interess suffiċjenti; jew

 

(b)

jallegaw it-tfixkil ta' dritt, meta l-liġi tal-proċedura amministrattiva tal-Istat Membri tirrikjedi dan bħala prekondizzjoni.

 

Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri, b'mod konsistenti mal-objettivi li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jingħataw aċċess wiesa' għall-ġustizzja u f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

 

Għal dan l-iskop, l-interess ta' kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandha titqies li jkollha interess suffiċjenti għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

 

3.     Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà li tkun tista' ssir proċedura ta' rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment ta' proċeduri ta' rieżami amministrattiv qabel ma jsir rikors għal proċeduri ta' rimedju ġudizzjarju, meta jkun jeżisti tali rekwiżit skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

 

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ta' rimedju ġudizzjarju tkun faċilment disponibbli għall-pubbliku.”;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

imħassar

Artikolu 16a

 

Proċedura ta' Kumitat

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit permezz tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (44) .

 

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

 

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill , mhux aktar tard minn sitt xhur wara […] bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament , inkluż, meta jkun rilevanti, valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu  11, kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira globali tal-Unjoni għall-2030 ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u ta' miżuri addizzjonali tal-Unjoni, fid-dawl taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u fl-assorbimenti ta' gassijiet serra fl-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2025, fl-2027 u fl-2032 dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-progress imwettaq lejn il-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu  4 .

 

2a.     Mhux aktar tard minn sitt xhur wara kull rendikont globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-objettiv tan-newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedjarji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u għal objettivi ambjentali oħra tal-Unjoni u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġiji u l-leġiżlazzjonijiet rilevanti li jakkumpanjawh, inkluża valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11 dwar il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa ta' politiki u ta' miżuri addizzjonali tal-Unjoni, fid-dawl taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u fl-assorbimenti ta' gassijiet serra fl-Unjoni u l-ħtieġa li jinkisbu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, u b'kont meħud ta' kwalunkwe titjib futur tas-sistema ta' monitoraġġ, ġbir ta' data u sistema ta' rappurtar dwar il-foresti u l-ħamrija. Ir-rapport għandu jqis l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar reċenti, inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC, tal-IPBES u tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119.

Wara r-rapport , il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi meta tqis li dan ikun xieraq. B'mod partikolari, il-proposti għandhom jistabbilixxu miri annwali u governanza li jkollhom il-mira tan-newtralità klimatika għall2035 kif stabbilit fl-Artikolu 4( 4 ), politiki miżuri addizzjonali tal-Unjoni, u qafas għal wara l-2035, filwaqt li jinkludu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament l-emissjonijiet l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn setturi addizzjonali , bħall-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu .

Wara dak ir-rapport , il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi meta tqis li dan ikun xieraq. B'mod partikolari, il-proposti għandhom jistabbilixxu politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni biex jinkisbu l-miri tal-LULUCF għal wara l-2030 imsemmija fl-Artikolu 4( 3 ), u  biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex jinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-ekosistemi tal-baħar, tal-kosta tal-ilma ħelu, abbażi ta' metodoloġiji xjentifiċi robusti, u jiġu stabbiliti miri addizzjonali għal assorbimenti netti għal dawk l-ekosistemi .

 

2b.     Wara d-dħul fis-seħħ ta' att leġiżlattiv dwar qafas regolatorju tal-Unjoni għar-restawr tan-natura, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-konsistenza ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari tal-impenji u l-miri stabbiliti fl-Artikolu 4, mal-objettivi ta' dak l-att Leġiżlattiv. Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi biex jiġi emendat dan ir-Regolament";

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (EU) 2018/1999

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841 u l-kontributi tiegħu jimmiraw lejn l-ilħuq tal-objettiv tal-Unjoni li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu għal żero netti sal-2035 u lejn il-kisba ta' emissjonijiet negattivi minn dakinhar 'il quddiem skont l-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament ;”

l-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (EU) 2018/1999

Artikolu 26 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fl-Artikolu 26(6) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(aa)

temenda l-punti (b) u (c) tal-Parti 3 tal-Anness V biex iżżid kategoriji tal-art ma' dawk koperti mis-sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni u ma' dawk koperti mis-sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr, rispettivament, f'konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni.”;

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 –punt c

Regolament (EU) 2018/1999

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Malli jitlesta r-rieżami komprensiv imwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha , permezz ta' atti ta' implimentazzjoni , tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru maqsuma bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.;

Malli jitlesta r-rieżami komprensiv imwettaq skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 43 , li jissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru maqsuma bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Anness II

Ir-Regolament (UE) 2018/841

Anness IIa – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Il-mira tal-Unjoni u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(2) li għandhom jinkisbu fl-2030

Stat Membru

Valur ta' tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'kt ta' ekwivalenti ta' CO2 fl-2030

Il-Belġju

-1 352

Il-Bulgarija

-9 718

Iċ-Ċekja

-1 228

Id-Danimarka

5 338

Il-Ġermanja

-30 840

L-Estonja

-2 545

L-Irlanda

3 728

Il-Greċja

-4 373

Spanja

-43 635

Franza

-34 046

Il-Kroazja

-5 527

L-Italja

-35 758

Ċipru

-352

Il-Latvja

-644

Il-Litwanja

-4 633

Il-Lussemburgu

-403

L-Ungerija

-5 724

Malta

2

In-Netherlands

4 523

L-Awstrija

-5 650

Il-Polonja

-38 098

Il-Portugall

-1 358

Ir-Rumanija

-25 665

Is-Slovenja

-146

Is-Slovakkja

-6 821

Il-Finlandja

-17 754

L-Iżvezja

-47 321

UE-27

- 310 000

Emenda

Il-mira tal-Unjoni u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(2) li għandhom jinkisbu fl-2030

Stat Membru

Valur ta' tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'kt ta' ekwivalenti ta' CO2 fl-2030

Il-Belġju

Mill-inqas -1 352

Il-Bulgarija

Mill-inqas -9 718

Iċ-Ċekja

Mill-inqas -1 228

Id-Danimarka

Mill-inqas 5 338

Il-Ġermanja

Mill-inqas -30 840

L-Estonja

Mill-inqas -2 545

L-Irlanda

Mill-inqas 3 728

Il-Greċja

Mill-inqas -4 373

Spanja

Mill-inqas -43 635

Franza

Mill-inqas -34 046

Il-Kroazja

Mill-inqas -5 527

L-Italja

Mill-inqas -35 758

Ċipru

Mill-inqas - 352

Il-Latvja

Mill-inqas - 644

Il-Litwanja

Mill-inqas -4 633

Il-Lussemburgu

Mill-inqas - 403

L-Ungerija

Mill-inqas -5 724

Malta

Mill-inqas 2

In-Netherlands

Mill-inqas 4 523

L-Awstrija

Mill-inqas -5 650

Il-Polonja

Mill-inqas -38 098

Il-Portugall

Mill-inqas -1 358

Ir-Rumanija

Mill-inqas -25 665

Is-Slovenja

Mill-inqas - 146

Is-Slovakkja

Mill-inqas -6 821

Il-Finlandja

Mill-inqas -17 754

L-Iżvezja

Mill-inqas -47 321

UE-27

Mill-inqas - 310 000

Emenda 82

Proposta għal regolament

Anness III

Regolament (EU) 2018/1999

Artikolu V – Parti 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 hija sostitwita b'dan li ġej:

Il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 hija sostitwita b'dan li ġej:

"Data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006. L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jopera abbażi ta' bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta' informazzjoni ġeografika, u jinkludi:

“Data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006 , is-Supplimentar tiegħu tal-2013 u l-Irfinament tiegħu tal-2019 . L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jopera abbażi ta' bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta' informazzjoni ġeografika, li għalihom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ser jipprovdu appoġġ u assistenza adegwati lill-Istati Membri sabiex jiżguraw il-konsistenza u t-trasparenza tad-data miġbura, u jinkludi:

(a)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art għal art b'ħażna għolja ta' karbonju, kif definit fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(a)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art għal art b'ħażna għolja ta' karbonju, kif definit fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

sistema għall-monitoraġġ ta' unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

(b)

sistema għall-monitoraġġ ta' unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

Art b'valur għoli ta' bijodiversità kif definita fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2018/2001;

 

Art b'valur għoli ta' bijodiversità kif definita fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva  (UE) 2018/2001;

 

Siti ta' Importanza Komunitarja u Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1) u unitajiet ta' art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta' dik id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Siti ta' Importanza Komunitarja u Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1) u unitajiet ta' art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta' dik id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Siti tat-tgħammir jew postijiet tal-mistrieħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva;

 

Siti tat-tgħammir jew postijiet tal-mistrieħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni skont l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva;

 

Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li jikkontribwixxu għal dawn il-ħabitats u l-ispeċijiet li jilħqu status ta' konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva jew li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri preventivi u ta' rimedju skont id-Direttiva 2004/35/KE (2);

 

Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li jikkontribwixxu għal dawn il-ħabitats u l-ispeċijiet li jilħqu status ta' konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva jew li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri preventivi u ta' rimedju skont id-Direttiva 2004/35/KE (2);

 

Żoni ta' protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-unitajiet tal-art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Żoni ta' protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-unitajiet tal-art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta' protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Unitajiet tal-art li huma soġġetti għal miżuri għall-preservazzjoni tal-għasafar irrappurtati li mhumiex fi stat sigur skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva li ssir ħidma biex jiġi evitat it-tniġġis jew id-deterjorazzjoni tal-ħabitats jew jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva li jiġu ppreżervati u mantnuti biżżejjed diversità u żoni ta' ħabitats għall-ispeċijiet tal-għasafar;

 

Unitajiet tal-art li huma soġġetti għal miżuri għall-preservazzjoni tal-għasafar irrappurtati li mhumiex fi stat sigur skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva li ssir ħidma biex jiġi evitat it-tniġġis jew id-deterjorazzjoni tal-ħabitats jew jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva li jiġu ppreżervati u mantnuti biżżejjed diversità u żoni ta' ħabitats għall-ispeċijiet tal-għasafar;

 

Kwalunkwe ħabitat ieħor li l-Istat Membru jaħtar għal finijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/42/KEE u 2009/147/KE;

 

Kwalunkwe ħabitat ieħor li l-Istat Membru jaħtar għal finijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/42/KEE u 2009/147/KE;

 

Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri meħtieġa biex jipproteġu u jiżguraw li ma jiddeterjorax l-istatus ekoloġiku ta' dawk il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

 

Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri meħtieġa biex jipproteġu u jiżguraw li ma jiddeterjorax l-istatus ekoloġiku ta' dawk il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

 

Pjanuri tal-għargħar naturali jew żoni għaż-żamma tal-ilma tal-għargħar protetti mill-Istati Membri b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

 

Pjanuri tal-għargħar naturali jew żoni għaż-żamma tal-ilma tal-għargħar protetti mill-Istati Membri b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

 

 

Iż-żoni protetti magħżula mill-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-miri taż-żoni protetti;

(c)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr, iddefiniti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

(c)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr, iddefiniti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

Siti ta' importanza komunitarja, żoni ta' konservazzjoni speċjali u żoni ta' protezzjoni speċjali kif deskritt fil-punt (b) hawn fuq, flimkien mal-unitajiet tal-art barra minn dawn li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr jew ta' miżuri ta' kumpens immirati biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Siti ta' importanza komunitarja, żoni ta' konservazzjoni speċjali u żoni ta' protezzjoni speċjali kif deskritt fil-punt (b) hawn fuq, flimkien mal-unitajiet tal-art barra minn dawn li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr jew ta' miżuri ta' kumpens immirati biex jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni tas-sit;

 

Il-ħabitats tal-ispeċijiet ta' għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/147/KE jew elenkati fl-Anness I tagħha, li jinsabu barra miż-żoni ta' protezzjoni speċjali u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tad-Direttiva 2009/147/KE;

 

Il-ħabitats tal-ispeċijiet ta' għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/147/KE jew elenkati fl-Anness I tagħha, li jinsabu barra miż-żoni ta' protezzjoni speċjali u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tad-Direttiva 2009/147/KE;

 

Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tal-kisba ta' status ta' konservazzjoni favorevoli skont id-Direttiva 92/43/KEE u/jew li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' rimedju għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE;

 

Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE barra mis-siti ta' importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta' konservazzjoni u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' restawr għall-finijiet tal-kisba ta' status ta' konservazzjoni favorevoli skont id-Direttiva 92/43/KEE u/jew li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta' miżuri ta' rimedju għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE;

 

Żoni identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr skont pjan ta' restawr tan-natura applikabbli fi Stat Membru;

 

Żoni identifikati bħala fil-bżonn ta' restawr jew li huma soġġetti għal miżuri biex jiġi żgurat li ma jiddeterjorawx skont pjan ta' restawr tan-natura applikabbli fi Stat Membru;

 

Unitajiet tal-art soġġetti għall-miżuri meħtieġa biex jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE, jew għall-miżuri meħtieġa biex dawn il-korpi jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb fejn meħtieġ bil-liġi;

 

Unitajiet tal-art soġġetti għall-miżuri meħtieġa biex jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE, jew għall-miżuri meħtieġa biex dawn il-korpi jiġu restawrati għal status ekoloġiku għoli fejn meħtieġ bil-liġi;

 

Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri għar-rikreazzjoni u r-restawr taż-żoni mistagħdra, kif imsemmi fl-Anness VI.B(vii) tad-Direttiva 2000/60/KE;

 

Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri għar-rikreazzjoni u r-restawr taż-żoni mistagħdra, kif imsemmi fl-Anness VI.B(vii) tad-Direttiva 2000/60/KE;

 

Żoni li jeħtieġu restawr tal-ekosistema biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ekosistema skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

 

Żoni li jeħtieġu restawr tal-ekosistema biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ekosistema skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(d)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art b'riskju għoli għall-klima:

(d)

sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art b'riskju għoli għall-klima:

 

Żoni soġġetti għal kumpens għal disturbi naturali skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 13b tar-Regolament (UE) 2018/841

 

Żoni soġġetti għal kumpens għal disturbi naturali skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 13b tar-Regolament (UE) 2018/841

 

Żoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/60/KE

 

Żoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/60/KE

 

Żoni identifikati fl-istrateġija nazzjonali ta' adattament tal-Istati Membri b'riskji naturali u riskji kkawżati mill-bniedem għoljin, soġġetti għal azzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri.

 

Żoni identifikati fl-istrateġija nazzjonali ta' adattament tal-Istati Membri b'riskji naturali u riskji kkawżati mill-bniedem għoljin, soġġetti għal azzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri.

 

(da)

sistema għall-monitoraġġ tal-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, bl-użu, fost l-oħrajn, ta' settijiet ta' data annwali Stħarriġ statistiku dwar l-użu tal-art/żona ta' kopertura’ (LUCAS).

L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jippermetti l-iskambju u l-integrazzjoni tad-data bejn il-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika.

L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jippermetti l-iskambju u l-integrazzjoni tad-data bejn il-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika , kif ukoll il-komparabbiltà u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-pubbliku .

Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2025, il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-GHG. Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti għal raggruppament tal-karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f'kategorija ta' sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta' inventarju nazzjonali ta' Stat Membru peress li l-istima tiegħu jkollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta' GHGs ta' pajjiż f'termini tal-livell assolut ta' emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, u mill-2026 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2025, il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-GHG , is-Supplimentar tiegħu tal-2013 u l-Irfinar tiegħu tal-2019 . Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti għal raggruppament tal-karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f'kategorija ta' sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta' inventarju nazzjonali ta' Stat Membru peress li l-istima tiegħu jkollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta' GHGs ta' pajjiż f'termini tal-livell assolut ta' emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, u mill-2026 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006 , is-Supplimentar tiegħu tal-2013 u l-Irfinar tiegħu tal-2019 .

 

Mill-2026, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha li jaqgħu f'żoni ta' unitajiet tal-użu tal-art b'ħażna għolja tal-karbonju msemmija fil-punt (c) hawn fuq, f'żoni tal-użu tal-art taħt protezzjoni jew taħt restawr imsemmija fil-punti (d) u (e) hawn fuq, u żoni ta' unitajiet tal-użu tal-art taħt riskji klimatiċi futuri msemmija fil-punt (f) hawn fuq, skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006 , is-Supplimentar tiegħu tal-2013 u l-Irfinar tiegħu tal-2019.


(*1)  Ir-referenzi għal “cp” fl-intestaturi tal-emendi adottati għandhom jinftiehmu bħala l-parti korrispondenti ta’ dawk l-emendi.

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0161/2022).

(36)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(36)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(1a)   EEA, “The European environment — state and outlook 2020” (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti tal-2020), p. 74.

(1b)   Barredo, J., Brailescu, C., Teller, A., Sabatini, F.M., Mauri, A. and Janouskova, K., “Mapping and assessment of primary and old-growth forests in Europe” (L-immappjar u l-valutazzjoni tal-foresti primarji u antiki fl-Ewropa), EUR 30661 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021

(1a)   Ir-Rapport tal-EEA Nru 6/2019

(1b)   EEA, Total greenhouse gas emission trends and projections in Europe (Xejriet u projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra totali fl-Ewropa) (https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/greenhouse-gas-emission-trends-6/assessment-3)

(1c)   EEA, Total greenhouse gas emission trends and projections in Europe (Xejriet u projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra totali fl-Ewropa) (https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/greenhouse-gas-emission-trends-6/assessment-3)

(1d)   Seidl, R.; Schelhaas, M.-J.; Rammer, W.; Verkerk, P. J. (2014): “Increasing forest disturbances in Europe and their impact on carbon storage” (Iż-żieda fit-tfixkil tal-foresti fl-Ewropa u l-impatt tagħhom fuq il-ħżin tal-karbonju). Fi: “nature climate change 4(9)” (It-Tibdil fil-Klima tan-Natura 4(9)), p. 806–810. Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) 10.1038/nclimate2318.

(28)  COM(2019)0640 final.

(28)  COM(2019)0640 final.

(28a)   Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(29)  https://www4.unfccc.int/sites/ndcstaging/PublishedDocuments/European%20Union%20First/EU_NDC_Submission_December%202020.pdf

(29)  https://www4.unfccc.int/sites/ndcstaging/PublishedDocuments/European%20Union%20First/EU_NDC_Submission_December%202020.pdf

(30)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999(“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).".

(31)   Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(33)  COM(2020) 562 final .

(33)  COM(2020) 0562 .

(33a)   Zickfeld K., Azevedo D., Mathesius S. et al. “Asymmetry in the climate–carbon cycle response to positive and negative CO2 emissions” (Asimmetrija fir-rispons taċ-ċiklu klima-karbonju għal emissjonijiet tas-CO2 pożittivi u negattivi). Nature Climate Change 11, 613–617 (2021) (It-Tibdil fil-Klima tan-Natura 11).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(37)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(36a)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(38)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (COM(2020)0380).

(39)  COM(2020)0381.

(40)  […]

(41)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(42)  COM(2021)0082.

(38)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (COM(2020)0380).

(39)  COM(2020)0381.

(39a)   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030-Ingawdu l-benefiċċji ta' ħamrija b'saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima (COM(2021)0699).

(40)  […]

(40a)   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli (COM(2021)0800).

(40b)   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent (COM(2018)0673).

(41)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(42)  COM(2021)0082.

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(*)   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(**)   Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(44)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(1)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(1)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(2)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(2)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(3)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(3)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(5)  Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(5)  Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(6)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(6)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).


27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/295


P9_TA(2022)0234

L-istandards tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/25)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet tiegħu rrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sal-aħħar tal-2022 sabiex jaċċelleraw l-azzjoni klimatika f'dan id-deċennju kritiku u jnaqqsu d-distakk fl-ambizzjoni bil-mira ta' 1,5  oC.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (23). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (23). Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkombina sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi li jsaħħu lil xulxin immirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u  għanja , b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi . Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

(3)

L-UE għandha l-għan li, sal-2050, tistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li tiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà ġusta u  prospera , b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, b'industriji vibranti li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u motivaturi tal-innovazzjoni globali, filwaqt li tiżgura impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni għolja fl-Unjoni . Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. F'dak ir-rigward, it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jibqa' jopera sal-2030, jistabbilixxi l-objettiv li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għal ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li jiġi protett, restawrat u mtejjeb l-istat tal-ambjent, u jiġi appoġġat u użat bħala bażi s-sett ta' miżuri u inizjattivi mħabbar fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli , bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju , u l-individwi u l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx jew aktar baxx mill-medja. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni se taffettwa r-reġjuni tal-Unjoni b'mod differenti, speċjalment ir-reġjuni strutturalment żvantaġġati, periferiċi u ultraperiferiċi. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Fir-Regolament (UE) [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal- 2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)

Fir-Regolament (UE)  2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Unjoni stabbiliet il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet għal nett żero sa mhux aktar tard mill- 2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira klimatika intermedjarja domestika vinkolanti tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % tnaqqis fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ( jiġifieri emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq.

(6)

Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Is-settur tat-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mill-1990. Dan jinkludi t-trasport bit-triq b'vetturi ħfief u tqal, li flimkien jammontaw għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Huwa importanti li l-mobbiltà individwali tibqa' aċċessibbli u aċċessibbli ekonomikament għal kulħadd, b'mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew għal soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

Waqt il-“UN Climate Change Conference 2021” (il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2021) fi Glasgow, ir-Renju Unit, magħrufa bħala l-COP26, ġie adottat impenn biex jaċċellera t-tranżizzjoni globali għal vetturi b'emissjonijiet żero. Sar ukoll l-impenn li t-tranżizzjoni tkun ġusta u sostenibbli, sabiex l-ebda reġjun jew komunità ma jitħallew lura, u ġiet enfasizzata l-importanza li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjiegi ta' kwalità.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra , kif ukoll id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili importati, inklużi importazzjonijiet taż-żejt li kellhom valur ta' EUR 227,5 biljun fl-2018 biss, li għadu l-enerġija predominanti kkunsmata mill-karozzi u mill-vannijiet (94 %). Filwaqt li jitneħħa gradwalment il-konsum taż-żejt, huwa kruċjali li d-dipendenza ma tinbidilx b'oħra. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fil-futur tal-industrija Ewropea tal-manifattura u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet industrijali kkonċernati biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materjali strateġiċi u l-materjali tal-art rari meħtieġa għal teknoloġiji b'livell żero u baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Filwaqt li r-rieżami ta' dan ir-Regolament jifforma parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq sabiex jingħeleb it-tibdil fil-klima, jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-konsegwenzi industrijali u soċjali sinifikanti ta' dak il-proċess biex jiġu żgurati impjiegi u mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida.

(8)

Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u jiġi pprovdut perkors ċar lejn dik il-mira u jingħata kontribut għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet qabel l-2030, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Biex dak l-objettiv jintlaħaq, se jkun meħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport b'madwar 90 % skont l-aktar xenarju kosteffiċjenti, filwaqt li, attwalment, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qed jiżdiedu biss fis-settur tat-trasport. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li l-atti leġiżlattivi komplementari tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2018/2001  (25a) , tiżgura użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli sabiex il-flotta tal-karozzi tal-Unjoni tkun imħaddma b'elettriku rinnovabbli addizzjonali. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. It-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex tiġi żgurata mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-impatt tat-tassazzjoni fuq l-enerġija fuq l-aċċessibbiltà ekonomika, l-effett dirett u indirett ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija fuq it-trasport f'reġjuni differenti tal-Unjoni, kif ukoll il-konsegwenzi industrijali biex jiġu żgurati l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Studji reċenti jissuġġerixxu li l-vetturi elettriċi bil-batterija diġà jikkompetu ma' karozzi konvenzjonali f'diversi segmenti tal-karozzi meta jitqies il-kost totali tas-sjieda. Żieda fl-istandards tas-CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief se taċċellera t-tnaqqis fil-kost totali tas-sjieda ta' vetturi elettriċi bil-batteriji, filwaqt li tagħmilhom aktar attraenti mill-vetturi mgħammra b'magni tal-kombustjoni għall-gruppi kollha tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Standards tas-CO2 aktar ambizzjużi għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief għall-perjodu mill-2025 sal-2030 se jaċċelleraw ukoll id-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-affarijiet użati fis-segmenti kollha tal-karozzi, b'benefiċċji akbar għall-konsumaturi b'introjtu baxx u medju.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u  ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn , u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni .

(9)

Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja , isaħħu s-sigurtà tal-enerġija l-effiċjenza enerġetika, u l-iffrankar tal-enerġija assoċjat , kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħrajn li jaħdmu bl-idroġenu, filwaqt li l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, dment li tkun garantita data preċiża u kompleta dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' dawn it-tipi ta' vetturi, jista' jkompli jkollhom rwol bil-mogħdija tat-tranżizzjoni .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jesploraw u jiżviluppaw inizjattivi li jippromwovu s-sinerġiji fis-settur, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, u jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni tas-settur awtomobilistiku tal-Ewropa. Dan jenħtieġ li jkollu l-għan li jżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jiżviluppa l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżgura s-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw pjanijiet biex jaċċelleraw l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero billi jistabbilixxu data għall-eliminazzjoni gradwali għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jarmu s-CO2 u li jitqiegħdu fis-suq fit-territorji tagħhom qabel id-data stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika għażliet sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-Istati Membri favur vetturi ħfief b'emissjonijiet żero f'konformità ma' tali pjanijiet.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)

Sinjali regolatorji ċari jenħtieġ li jippermettu lill-manifatturi jwettqu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. In-nuqqas ta' dawk is-sinjali jista' joħloq riskju li l-industrija awtomobilistika fl-Unjoni titlef kemm il-kompetittività kif ukoll il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika billi ma tinvestix b'mod rapidu kif ukoll titlef is-sehem tas-suq fis-swieq globali u domestiċi.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10d)

It-tisħiħ tad-djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku huwa kruċjali fil-proċess tan-negozjar u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta u l-pjanijiet soċjali nazzjonali għall-klima fil-livell tal-manifatturi, dak reġjonali u dak settorjali. Huwa kruċjali li tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-forza tax-xogħol f'żona ġeografika partikolari u b'mod li jirrifletti l-possibbiltajiet tar-reġjun.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida.

(11)

Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru , kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet filwaqt li jinżammu l-livelli tal-impjieg fis-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt li din it-tranżizzjoni se jkollha fuq il-mikrointrapriżi u l-SMEs tul il-katina tal-provvista. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jiġi allokat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat . Barra minn hekk, ikun meħtieġ ukoll fluss ta' finanzjament iddedikat fil-livell tal-Unjoni għat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku sabiex jindirizza b'mod partikolari kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida (26) aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha.

(12)

L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida (26) aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku , bi trasparenza sħiħa u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż billi jitqies l-istabbiliment ta' forum speċifiku għal djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku . Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs , inklużi l-mikrointrapriżi, fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika u fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-aċċessibbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Ir-rwol li l-akkwist pubbliku jista' jkollu fil-perkors jenħtieġ li jiġi indirizzat ukoll, u f'dan ir-rigward il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26a) biex tiżgura l-allinjament tagħha mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2019/631. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sena bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom u l-konsum tal-enerġija tagħhom, l-impatti fuq il-konsumaturi , l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, żvilupp tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26b) , il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet , speċjalment f'reġjuni b'perċentwal għoli ta' impjiegi relatati mal-katina tal-valur awtomobilistiku, u emissjonijiet marbuta mal-età tal-vetturi ħfief filwaqt li jitqiesu azzjonijiet bil-għan li jiġu eliminati gradwalment b'mod sinkroniku, soċjalment ġust u ambjentalment sod vetturi aktar antiki . Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta wkoll ma' firxa wiesgħa ta' esperti indipendenti, partijiet ikkonċernati u amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali sabiex tiżgura bażi ta' għarfien komprensiv. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja u karozzi li jaħdmu bl-idroġenu b'teknoloġija ta' sistema ta' ħażna ta' idroġenu abbord , jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima aċċessibbli ekonomikament . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Għalkemm dan ir-Regolament japplika biss għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa importanti li jiġi inkluż fi pjan ta' azzjoni aktar komprensiv għall-Unjoni kollha għad-dekarbonizzazzjoni tal-flotta eżistenti sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha. Il-flotta attwali se tkompli tkun fattur li jikkontribwixxi għal prestazzjoni ambjentali fqira għal perjodu estiż minħabba l-pass kajman tat-tiġdid tal-flotta. Barra minn hekk, is-suq eżistenti ta' vetturi użati li jniġġsu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant joħloq ir-riskju li t-tniġġis jiġi ttrasferit lejn reġjuni inqas żviluppati mil-lat ekonomiku fl-Unjoni. L-ilħuq tal-miri klimatiċi ambizzjużi fl-2050 jenħtieġ li jimxi id f'id mad-dritt taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għal arja aktar nadifa. Biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti, huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu qafas li huwa favorevoli għall-modifika retroattiva u jippromwovi l-użu ta' teknoloġiji attwalment disponibbli biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, bħal fjuwils b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew dawl li jikkonsma anqas enerġija, li jaċċelleraw il-bidla modali għall-merkanzija u l-passiġġieri, li jħeġġu drawwiet tat-trasport aktar ekoloġiċi, bħall-carpooling, il-mobbiltà mhux motorizzata u t-trasport pubbliku fil-bliet, u li jindirizzaw ir-riskju possibli ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-settur awtomobilistiku fl-Unjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Biex jiġi żgurat l-allinjament mal-mira klimatika l-ġdida tal-Unjoni għall-2030, kif ukoll mal-istandards imsaħħa tas-CO2, jenħtieġ li jsir aġġornament tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew  (26a) , inkluża l-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex jinkludi vetturi b'sjieda ta' kumpanija privata, jew mikrija minnha, ta' ċertu daqs ta' flotta, bil-għan li tiġi promossa domanda dejjem tikber għal vetturi b'emissjonijiet żero. Meta wieħed iqis li l-vetturi minn flotot korporattivi jidħlu fis-suq privat aktar malajr, dan ikun jippermetti li jiġi stabbilit aktar malajr suq tal-karozzi użati għall-vetturi b'emissjonijiet żero, li jkun importanti b'mod speċjali għal reġjuni fejn it-tranżizzjoni tkun aktar diffiċli, kif ukoll jikkontribwixxi għal parità tal-prezzijiet aktar mgħaġġla ma' vetturi konvenzjonali madwar l-Unjoni.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva  2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

(13)

Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil , li huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri msaħħa. Għal dik ir-raġuni, meta titqies l-implimentazzjoni dgħajfa u bil-mod tad-Direttiva  2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) , jenħtieġ li l-miri msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jkunu akkumpanjati minn Regolament ambizzjuż dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, li jipprevedi miri obbligatorji ambizzjużi għall-użu ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fis-27 Stat Membru. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn miri ambizzjużi għall-użu ta' punti tal-iċċarġjar privati fil-binjiet fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27a). F'dak il-kuntest, huwa vitali li l-investiment fl-użu meħtieġ tal-infrastruttura jkompli jsir u jiżdied.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Filwaqt li hemm aktar minn biljun vettura tal-fjuwil fossili madwar id-dinja, responsabbli għal aktar minn 30 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2, il-konverżjoni ta' vetturi termali għal dawk elettriċi hija soluzzjoni komplementari għall-offerta tal-manifatturi tradizzjonali, li tagħmilha possibbli li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li tiddependi fuq l-ekonomija ċirkolari;

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, u  għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin .

(14)

Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, li tappoġġa l-kompetittività tagħhom twitti t-triq għal aktar innovazzjonijiet, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi pprovduta trajettorja ċara għall-introduzzjoni ta' dawn il-vetturi, u jiġi żgurat il-kontribut tas-settur tat-trasport bit-triq għall-mira klimatika tal-2030 tal-Unjoni .

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem , il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030 . Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inklużi vetturi elettriċi tal-batteriji, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Wara dik id-data, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu.

(15)

Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa. Il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/631, it-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub permezz ta' innovazzjonijiet li mhuwiex meqjus fit-test tal-approvazzjoni tat-tip huwa attwalment meqjus permezz tal-krediti tal-ekoinnovazzjoni, li jista' jingħadd biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-manifattur. It-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jiġi ddikjarat huwa attwalment limitat għal 7 g/km għal kull manifattur. Dak il-limitu massimu jenħtieġ li jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-miri aktar stretti, biex jiġi żgurat li din is-sistema tibqa' limitata għal innovazzjonijiet veri u ma tkunx qed tinċentiva ambizzjonijiet imnaqqsa fir-rigward tal-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

L-appoġġ, kemm għall-innovazzjoni teknoloġika kif ukoll dik soċjali, huwa element importanti biex titħeġġeġ tranżizzjoni aktar rapida lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. Diġà huwa disponibbli finanzjament importanti għall-innovazzjoni fl-ekosistema tal-mobbiltà permezz ta' strumenti differenti ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, InvestEU, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Filwaqt li l-miri annwali ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 huma mistennija li jixprunaw l-innovazzjoni fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, l-objettiv primarju ta' dan ir-Regolament huwa li jwassal għal tnaqqis reali, effettiv u verifikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/631 jintlaħqu parzjalment bil-bejgħ ta' Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). L-emissjonijiet ta' dawk il-vetturi huma attwalment meqjusa permezz tal-użu ta' fattur ta' utilità stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151  (1a) , li jirrappreżenta s-sehem tad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-batterija meta mqabbla mad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-magna tal-kombustjoni. Madankollu, dak il-fattur ta' utilità mhuwiex ibbażat fuq data rappreżentattiva tad-dinja reali, iżda fuq stima. Il-Kummissjoni ilha tiġbor data tad-dinja reali dwar il-konsum tal-fjuwil permezz ta' miters tal-konsum tal-fjuwil abbord f'karozzi tal-passiġġieri mill-1 ta' Jannar 2021, f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2019/631. Il-fattur ta' utilità għall-OVC-HEVs jenħtieġ li jiġi rivedut mingħajr dewmien bl-użu ta' dik id-data sabiex jiġi żgurat li jirrifletti l-emissjonijiet reali tas-sewqan. Il-fattur ta' utilità aġġornat jenħtieġ li japplika sa mhux aktar tard mill-2025 u jenħtieġ li jinżamm taħt rieżami biex jiġi żgurat li jibqa' rappreżentattiv tal-emissjonijiet reali.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-isforz ta' tnaqqis, iż-żewġ kurvi tal-valuri ta' limitu għal vetturi kummerċjali ħfief eħfef u aktar tqal jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jirriflettu l-miri msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2.

imħassar

Emenda 121

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000  vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja . Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000  karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000  vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill- 2030 'il quddiem.

(21)

Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000  vettura ġdida rreġistrati f'sena ta' kalendarju . Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena ta' kalendarju japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill- 2036 'il quddiem.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl- 2026 . Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn .

(23)

Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl- 2027 . Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sena .

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, u sal-31 ta' Diċembru 2023, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' vetturi ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni sabiex tingħata stampa globali tal-impatt ambjentali tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta' segwitu, inkluż, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi li jappoġġaw il-progress tal-Unjoni favur l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha. Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-vetturi, ikkalkulata mhux biss f'termini ta' emissjonijiet tas-CO2 iżda wkoll billi jitqiesu l-impronti ambjentali ġenerali.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631 , bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631 .

(24)

L-allokazzjoni tad-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li tiġi assenjata għall-appoġġ tat-tranżizzjoni ġusta favur ekonomija newtrali għall-klima u, b'mod speċifiku , għall-mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta, fejn xieraq, proposta biex tistabbilixxi tali strument ta' finanzjament. Meta tagħmel dan , jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari reġjuni u komunitajiet affettwati li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli minħabba l-preżenza ta' industrija awtomobilistika intensiva jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom li jagħmlu t-tranżizzjoni għal trasport bit-triq b'emissjonijiet żero aktar diffiċli, bħar-reġjuni ultraperiferiċi .

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt – a (ġdid)

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt – a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(- a)

il-paragrafu 4 punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

“(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I  kif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/631 biex jiġu rrispettati ċ-ċikli tal-produzzjoni ;”

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt (b)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)

il-paragrafu 4, punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I.

“(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I  kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/631 .”

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fil-paragrafu 6, il-kliem “Mill-1 ta' Jannar 2025,” huwa sostitwit bil-kliem “Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029,”,

(c)

il-paragrafu 6 jitħassar

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(aa)

‘vettura ibrida rikarikabbli’ jew ‘PHEV’ tfisser vettura mħaddma b'taħlita ta' mutur elettriku b'batterija rikarikabbli u magna ta' kombustjoni interna, li jistgħu joperaw flimkien jew separatament.”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(ba)

vettura ta' kumpanija” tfisser vettura ta' proprjetà ta' kumpanija privata jew b'kuntratt lokatizju min-naħa ta' kumpanija privata, kif iddefinita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001  (1a) u użata għal finijiet kummerċjali.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 7 – paragrafu 10

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

10.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq.

“10.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tippubblika rapport li jiddefinixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom , inkluża metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-fjuwils tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu u l-enerġija kkonsmata minn tali vetturi . Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq.”

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 7 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

Jiddaħħal il-paragrafu 10a li ġej:

 

“10a.     Mill-1 ta' Jannar 2024, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jittrażmettu d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u lill-Istati Membri, li sussegwentement għandhom jikkomunikawha lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Mill-1 ta' Jannar 2028, dik id-data għandha tiġi inkorporata fl-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III;”

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi fid-dettall il-bżonn ta' finanzjamenti mmirati maħsuba biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta fis-settur awtomobilistiku, bl-objettivi li jtaffu l-impatti negattivi fuq l-impjiegi u impatt ekonomiċi oħra fl-Istati Membri affettwati kollha, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-Unjoni maħsub biex jindirizza tali bżonn u, b'mod partikolari, jikkoordina u jiffinanzja miżuri preventivi u reattivi biex jindirizzaw ir-ristrutturar fil-livell lokali u f'dak reġjonali u jiffinanzjaw it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku, inklużi l-manifatturi tal-karozzi, tal-fornituri tal-komponenti tagħhom u s-servizzi anċillari ta' manutenzjoni u tiswija, speċjalment fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

 

L-istrument ta' finanzjament jista' jkun fil-forma ta' strument ta' finanzjament iddedikat jew ikun parti mill-Fond Soċjali għall-Klima jew Fond għal Tranżizzjoni Ġusta rivedut. Id-dħul li jista' jkun hemm minn primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkun allokat għal dan l-iskop.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029 .”;

“Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena ta' kalendarju 2035 .”;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fl-Unjoni.

“4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I  għas-snin sal-2028 inkluża minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena ta' kalendarju fl-Unjoni.”

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6b)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta' teknoloġiji innovattivi”).

1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta' teknoloġiji innovattivi”).

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km sal-2024;

 

5 g CO2/km mill-2025;

 

4 g CO2/km mill-2027;

 

2g CO2/km mill-2030 sal-2034 inkluża.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta 'l isfel il-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 11a

Ekodisinn

Sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn mobilità b'emissjonijiet żero tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ekonomija ċirkolari tal-Unjoni, il-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2023 għandha tressaq proposti, kif xieraq, dwar l-iffissar ta' rekwiżiti minimi għall-ekodisinn għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief kollha, inklużi rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija, tad-durabbiltà u tal-possibbiltà ta' tiswija għal partijiet essenzjali bħal dwal, komponenti elettroniċi u batteriji, rekwiżiti minimi għall-irkupru ta' metalli, plastik u materja prima kritika, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji applikati għal prodotti oħrajn relatati mal-enerġija fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6d)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur.

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data reali dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392  (1a) tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi tul il-perjodu bejn l- 2021 u l-2026 u , bil-ħsieb li tevita li dik id-diskrepanza tiżdied , fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta' mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 'il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġiżlattiva biex timplimenta dan il-mekkaniżmu .

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi mill-2 021 'il quddiem u għandha, jekk ikun il-każ , malli tkun disponibbli biżżejjed data u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026 , tressaq proposta leġiżlattiva bil-ħsieb li tagħlaq dik il-lakuna billi taġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur bl-użu ta' data reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 .

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-użu tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). Bl-użu ta' dik id-data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tadatta l-fatturi ta' utilità użati għall-OVC-HEVs, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet tagħhom ikunu rappreżentattivi tas-sewqan f'kundizzjonijiet reali mill-2025 'il quddiem.

 

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6e (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)

Fl-Artikolu 12 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“4a.     Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kejl u t-tqabbil tal-effiċjenza ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi abbażi tal-ammont ta' elettriku neċessarju biex jinstaqu għal mitt kilometru. Dik il-metodoloġija għandha tqis b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tal-elettriku użat fuq l-ammont ta' riżorsi meħtieġa mill-batteriji interni għall-ħżin tal-enerġija ta' tali vetturi.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tistabbilixxi limiti minimi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.”

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14a

Artikolu 14a

Rapport tal-progress

Rapport ta' progress

Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni , inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.

Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta , inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.

Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero.;

Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi:

 

(a)

il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u fl-aċċessibbiltà ekonomika u l-effiċjenza enerġetika tagħhom;

 

(b)

l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx jew medju, u r-ritmu ta' adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi f'dawk is-segmenti tal-konsumaturi, kif ukoll id-disponibbiltà u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri u lokali bħala appoġġ għal tali adozzjoni;

 

(c)

is-suq għall-vetturi użati;

 

(d)

il-progress fl-ilħuq ta' introduzzjoni suffiċjenti tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil inkluż progress, iżda mhux limitat għal tali progress, fl-ilħuq tal-miri kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) ;

 

(e)

il-progress fiż-żieda tal-ammont ta' enerġija rinnovabbli fl-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001;

 

(f)

il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inklużi l-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq in-newtralità klimatika fis-settur tat-trasport;

 

(g)

l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq bl-użu tal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 7(1);

 

(h )

il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta, li tqis l-impjiegi u l-kompetittività, lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero;

 

(i)

l-impatti fuq l-impjiegi, li jiġu vvalutati permezz ta' mmappjar granulari tal-iżvilupp ta' impjiegi fl-industrija awtomobilistika u l-effett fuq ir-reġjuni fejn jinsabu tali industriji, kif ukoll il-miżuri, fosthom dawk finanzjarji, fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew lokali maħsuba biex itaffu l-impatti soċjoekonomiċi f'dawk ir-reġjuni, inklużi l-programmi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid;

 

(k)

il-kontribut potenzjali ta' miżuri nazzjonali u tal-Unjoni addizzjonali mmirati biex ibaxxu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, pereżempju miżuri li jkun ta' appoġġ għall-eliminazzjoni gradwali tal-vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment sod;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 1, punt 9

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) …/… [rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika], l-Istati Membri huma mistiedna jippreparaw Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta għall-industrija awtomobilistika tagħhom, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali, sabiex imexxu l-bidla strutturali b'mod soċjalment aċċettabbli u jevitaw tfixkil soċjali.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 a (ġdid)

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 14aa

Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw id-domanda għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni

Sat-28 ta' Frar 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiżdied is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero fil-flotot ta' vetturi ħfief pubbliċi u korporattivi. Il-proposti għandhom jinkludu mandati vinkolanti ta' emissjonijiet żero fuq is-sidien u l-operaturi tal-flotot korporattivi u pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-disparitajiet reġjonali.”

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14b li ġej:

 

“Artikolu 14b

F'konformità mal-Artikolu 3(1), punt (b), tad-Direttiva (UE) …/… [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija Riformulata], l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipju ‘l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel’ fid-deċiżjonijiet relatati mal-politika, l-ippjanar u l-investiment b'rabta mal-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u l-forniment tal-fjuwils alternattivi, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-estrazzjoni sal-użu (well-to-wheel) ta' teknoloġiji differenti b'emissjonijiet żero.”

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

Jiddaħħal l-Artikolu 14ab li ġej:

 

“Artikolu 14ab

Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni

Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 17 biex tarmonizza r-regoli tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b'magni tal-kombustjoni interna kkonvertiti biex jaħdmu b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil, sabiex tkun permessa l-approvazzjoni tas-serje. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-introduzzjoni ta' regola għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta' CO2 ta' vetturi b'magna tal-kombustjoni kkonvertita biex taħdem b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;”

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Fl-2028 , il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn , u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

1.    Sal-2027 , il-Kummissjoni għandha tirrieżamina bir-reqqa l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sena , u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“1a.     Fir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(10). Ir-rapport għandu, meta jkun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jiġu indirizzati dawn l-emissjonijiet.”

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.    Sal- 31  ta'  Diċembru 2020 , il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE li fih tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

“6.    Sa … [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva  1999/94/KE u tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum reali tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2, l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda.”

Emenda 60

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti A – punt 6.3.1 – subparagrafi 1-2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi . Fattur ZLEV

Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet

fejn:

fejn:

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l- mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1;

il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0 , f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0 , skont il-każ;

 

fejn:

 

y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific f'konformità mal-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

 

Image 1C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

 

Għal karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b'inqas minn 1 000  vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017  (*) , iż-ZLEVspeċifiku għandu jiġi kkalkulat, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f'konformità mal-formula li ġejja:

 

Image 2C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

 

Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara;

 

x huwa 15 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029.

 

 

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.2.2

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1. 3 ;

α hija a2030 ,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030,L hija

Image 3C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2030,H hija

Image 4C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

(d)

il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.2.2

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1. 2 ;

α hija a2030 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030 hija

Image 5C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

Emenda 79

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt e

Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej:

“6.2.3

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 ’il quddiem

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

α hija a2035 ,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035,L hija

Image 6C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2035,H hija

Image 7C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

(e)

jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej:

“6.2.3

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 ’il quddiem

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

α hija a2035 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035 hija

Image 8C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

Emenda 69

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.3.1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ea)

Fil-punt 6.3, is-subparagrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi  – ( øtargets  – EU fleet-wide target 2025)) · Fattur ZLEV

Mira speċifika għall-emissjonijiet = (mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet  – ( ømiri  – mira għall-flotta kollha tal-UE 2025))

fejn:

fejn:

il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1;

il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika għall-emissjonijiet għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1;

øtargets hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1

ømiri hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0 , f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0 , skont il-każ;

 

fejn:

 

y huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti: [EKWAZZJONI]

 

x huwa 15 %.

 


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0150/2022).

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(24)  Ir-Regolament (UE) […/…] ta' […] 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) , [ĠU  L, …/… .].

(24)  Ir-Regolament (UE)  2021/1119 tat- 30 ta' Ġunju  2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) ( ĠU  L  243, 9.7.2021 , p 1 ) .

(25)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(25a)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)0350 final tal-5 ta' Mejju 2021

(26)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)0350 final tal-5 ta' Mejju 2021

(26a)   Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116).

(26b)   Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26a)   Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(27)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(27)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(27a)   Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).

(1a)   Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).”

(1a)   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data relatata mal-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8).

(1a)   Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(*)   Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri hija kkalkulata bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.


Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2022

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/332


P9_TA(2022)0241

Strument għal akkwist internazzjonali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (COM(2016)0034 – C9-0018/2016 – 2012/0060(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0124) u l-proposta emendata (COM(2016)0034),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0018/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 60 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0454/2013),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Ottubru 2019 dwar ħidma mhux mitmuma mit-tmien leġiżlatura parlamentari,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0337/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni; waħda dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali, li se tiġi ppubblikata fis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali, u waħda dwar il-kompetenza esklużiva, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 110.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14.12.2021 (Testi adottati P9_TA(2021)0497).


P9_TC1-COD(2012)0060

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1031 (1)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu li r-regoli dwar il-komitoloġija maqbula f'dan l-istrument ma jippreġudikawx l-eżitu ta' negozjati leġiżlattivi oħra li għaddejjin jew futuri u m'għandhomx jitqiesu bħala preċedent għal fajls leġiżlattivi oħra.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IR-RIEŻAMI TAR-REGOLAMENT DWAR L-ISTRUMENT GĦAL AKKWIST INTERNAZZJONALI (REGOLAMENT (UE) 2022/1031)

Meta twettaq rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni, tal-funzjonament u tal-effiċjenza tar-Regolament (UE) 2022/1031, f'konformità mal-Artikolu 14 tiegħu, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-ħtieġa li teżenta mill-applikazzjoni tiegħu kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u b'mod partikolari l-benefiċjarji tal-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba kif definit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012. Fir-rieżami, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lis-setturi li huma kkunsidrati strateġiċi fir-rigward tal-akkwist pubbliku tal-UE.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-KOMPETENZA ESKLUŻIVA FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1031

Kif ikkonfermat fl-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parteċipazzjoni ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi fil-proċeduri ta' akkwist tal-Unjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni li għaliha, kif iddikjarat b'mod espliċitu fl-Artikolu 3(1)(e) TFUE, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva. Għalhekk, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhom jadottaw jew iżommu l-ebda miżura leġiżlattiva jew miżura oħra ġeneralment applikabbli li tirregola l-aċċess minn operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi lil hinn minn dawk applikati skont dan ir-Regolament u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2022/1031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta’ pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali — IPI) (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 1).