ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 484

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
20 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il–Kunsill

2022/C 484/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta' Barċellona għall-2030

1

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2022/C 484/02

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-13 Diċembru 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2022/44)

13


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 484/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10913 — SADCO / HACP / JV) ( 1 )

14


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 484/04

Konklużjonijiet dwar ir-Rapport Speċjali Nru 19/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-akkwist ta' vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE – Ġew iggarantiti dożi suffiċjenti wara l-isfidi inizjali, iżda l-prestazzjoni tal-proċess ma ġietx ivvalutata b'mod suffiċjenti

15

2022/C 484/05

Konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika

18

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 484/06

Rata tal-kambju tal-euro — Id-19 ta' Diċembru 2022

24

2022/C 484/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

25

2022/C 484/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

26

2022/C 484/09

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

27

2022/C 484/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

28

2022/C 484/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

29

2022/C 484/12

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

30

2022/C 484/13

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

31

2022/C 484/14

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

32

2022/C 484/15

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

33

2022/C 484/16

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

34

2022/C 484/17

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

35

2022/C 484/18

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

36

2022/C 484/19

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

37

2022/C 484/20

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

38

2022/C 484/21

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

39

2022/C 484/22

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

40

2022/C 484/23

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

41

2022/C 484/24

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

42

2022/C 484/25

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

43

2022/C 484/26

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

44

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 484/27

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

45


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 484/28

AVVIŻ SKONT L-ARTIKOLU 29(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL — Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (grad AD 15), Brussell — COM/2022/10422

46

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 484/29

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10560 - SIKA / MBCC GROUP) ( 1 )

47


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il–Kunsill

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Diċembru 2022

dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta' Barċellona għall-2030

(2022/C 484/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (i), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex jitneħħew id-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, fl-2002 il-Kunsill Ewropew f’Barċellona stabbilixxa miri għall-kura tat-tfal li għandhom jintlaħqu sal-2010: jiġifieri li tingħata edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (“ECEC”) lil mill-inqas 33 % tat-tfal ta’ inqas minn tliet snin u lil mill-inqas 90 % tat-tfal ta’ bejn l-età ta’ 3 snin età u l-età obbligatorja għall-iskola (1). Filwaqt li dawk il-miri ntlaħqu bħala medja tal-Unjoni Ewropea, għad hemm differenzi sinifikanti bejn u fi ħdan l-Istati Membri, b’mod partikolari għat-tfal minn unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx u għall-grupp ta’ tfal bl-inqas età.

(2)

L-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni f’ECEC aċċessibbli, affordabbli u ta’ kwalità għolja waqt li jqisu d-domanda għas-servizzi tal- ECEC u konformement max-xejriet nazzjonali tal-għoti tas-servizzi, sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jtejbu l-iżvilupp soċjali u konjittiv tat-tfal kollha, b’mod partikolari t-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jew minn ambjenti żvantaġġati.

(3)

Ir-responsabbiltajiet tal-kura tat-tfal, b’mod partikolari t-tfal ta’ età żgħira ħafna, huma restrizzjoni sinifikanti għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Fl-2021, fl-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, 27,9 % tan-nisa li kienu barra mill-forza tax-xogħol indikaw li r-raġuni ewlenija għaliex ma kinux qed ifittxu impjieg kien il-fatt li kienu qed jieħdu ħsieb tfal jew adulti li kellhom bżonn ta’ kura, imqabbel ma’ 8 % biss tal-irġiel. Fl-2019, qabel il-pandemija, dawn iċ-ċifri kienu 32,6 % u 7,6 % rispettivament (2). Fl-istess ħin, ir-rata tal-impjieg tal-persuni bi tfal ta’ inqas minn 6 snin kienet ta’ 90,1 % għall-irġiel meta mqabbla ma’ 67,2 % għan-nisa. Ir-responsabbiltajiet ta’ kura mhux imħallsa jżommu lil madwar 7,7 miljun mara fl-Ewropa milli jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, imqabbel ma’ 450 000 biss għall-irġiel. Is-sehem sproporzjonat tan-nisa fix-xogħol tal-kura huwa wkoll waħda mill-kawżi ewlenin tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi (3).

(4)

Għan-nisa hemm ukoll probabbiltà akbar li jadattaw is-sistemi tax-xogħol tagħhom għar-responsabbiltajiet tal-kura. Dan għandu impatt dejjiemi fuq il-karrieri tagħhom u jikkontribwixxi għad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet. In-nisa impjegati jqattgħu medja ta’ 90 minuta kuljum aktar mill-irġiel impjegati fuq xogħol tad-dar u fuq attivitajiet ta’ kura diretta. L-indirizzar tad-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi jirrappreżenta argument għall-vijabilità ċar peress li jikkontribwixxi għat-tkabbir u x’aktarx li jiġġenera impatti pożittivi fuq il-produttività. Barra minn hekk, l-indirizzar tad-differenzi bejn il-ġeneri għandu impatti pożittivi stabbiliti ferm fuq it-tnaqqis tal-faqar u fuq l-inklużjoni soċjali u joffri rispons għall-problema tal-forza tax-xogħol li qed tonqos.

(5)

Id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-kura affordabbli u ta’ kwalità għandha impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-impjieg ta’ min jipprovdi l-kura, b’mod partikolari n-nisa. Hekk kif l-għoti tal-ECEC żdied madwar l-Unjoni, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi tnaqqset minn 17,7-il punt perċentwali fl-2002 għal 10,8 punti perċentwali fl-2021. Madankollu, il-progress waqaf f’dawn l-aħħar snin.

(6)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (il-“Pilastru”) jenfasizza l-importanza tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ECEC bħala objettivi ewlenin tal-Unjoni. Il-Pilastru jiddikjara li t-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel iridu jiġu żgurati u mrawma fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u fil-progressjoni tal-karriera. Jagħraf ukoll id-dritt tat-tfal għal ECEC affordabbli ta’ kwalità tajba, id-dritt tat-tfal għal protezzjoni mill-faqar, u d-dritt tat-tfal minn ambjenti żvantaġġati għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs.

(7)

Il-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru jipproponi li, sal-2030, mill-inqas 78 % tal-popolazzjoni ta’ bejn 20 u 64 sena għandhom ikunu impjegati. Biex tintlaħaq dik il-mira, il-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi l-għan li, meta titqabbel mal-2019, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi tiċkien mill-inqas bin-nofs, inkluż permezz ta’ żieda fl-għoti ta’ ECEC formali. Il-pjan ta’ azzjoni jirrikonoxxi li ż-żieda fil-għoti ta’ ECEC formali ssostni parteċipazzjoni aktar b’saħħitha tan-nisa fis-suq tax-xogħol u rikonċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u dik privata.

(8)

Hemm diverġenza sostanzjali fost l-Istati Membri fil-mod kif jipprovdu sostenn lill-ġenituri. F’ċerti Stati Membri, tingħata aktar enfasi lill-offerta ta’ skemi ta’ liv tal-ġenituri mħallas jew ikkumpensat b’mod xieraq għal mill-inqas l-ewwel 12-il xahar tal-ħajja tal-wild, li tirriżulta f’rati tat-teħid għoljin ħafna ta’ liv tal-ġenituri. Stati Membri oħra jiffukaw aktar fuq l-għoti ta’ servizzi tal-ECEC lit-tfal minn età żgħira ħafna. Tipikament, f’dan il-grupp tal-aħħar ta’ Stati Membri, it-tfal diġà jipparteċipaw fl-ECEC fl-ewwel sena tagħhom, u l-liv tal-ġenituri mħallas jew ikkumpensat ma jaqbiżx il-minimu meħtieġ skont il-liġi tal-Unjoni. Il-mira l-ġdida għat-tfal ta’ inqas minn 3 snin stabbilita f’din ir-Rakkomandazzjoni hija bl-għan li jinstab bilanċ bejn dawn l-approċċi diverġenti. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għall-grupp ta’ tfal ta’ inqas minn 3 snin, il-mira globali hija ta’ rata ta’ parteċipazzjoni ta’ 45 % li l-Istati Membri kollha għandhom iħabirku biex jilħqu.

(9)

Madankollu, l-Istati Membri li qegħdin ’l isfel mill-mira preċedenti ta’ 33 % mhumiex mistennija li neċessarjament jilħqu l-mira preċedenti jew dik ġdida sal-2030. Minflok, hu rrakkomandat li jżidu r-rati tal-parteċipazzjoni tagħhom b’mill-inqas perċentwali speċifika li tirrifletti l-linja bażi ta’ kull Stat Membru kkonċernat u l-mudell tiegħu tat-teħid tal-liv tal-ġenituri. Dan għandu jippermetti li dawn l-Istati Membri, b’mod realistiku, joqorbu lejn il-mira ta’ 45 %. L-Istati Membri li huma aktar ’il bogħod milli jilħqu l-mira huma mistennija li jagħmlu sforz akbar biex jirkupraw.

(10)

Minħabba l-varjazzjonijiet sostanzjali fir-rati tal-parteċipazzjoni fl-ECEC minn sena għall-oħra, u l-fatt li d-data għall-2021 għadha tirrifletti l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 f’xi Stati Membri, ir-rata medja tal-parteċipazzjoni fl-ECEC matul l-aħħar 5 snin qabel l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni (skont id-data tal-UE-SILC) intgħażlet bħala l-linja bażi għad-determinazzjoni taż-żieda minima fil-parteċipazzjoni fl-ECEC għall-Istati Membri li għadhom ma laħqux il-mira preċedenti.

(11)

Fil-livell tal-Unjoni, diversi rakkomandazzjonijiet u direttivi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jindirizzaw ċerti kwistjonijiet li huma rilevanti għall-miri ta’ Barċellona. Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), pereżempju, toħloq qafas għat-teħid bilanċjat bejn il-ġeneri tal-liv tal-ġenituri u ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, kif ukoll tal-liv tal-familjari li jindukraw.

(12)

Diversi inizjattivi tal-Unjoni enfasizzaw l-importanza tal-ECEC għat-tfal. Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq dawk l-inizjattivi ta’ politika, jiġifieri r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (5), li tinkludi mira fil-livell tal-Unjoni li mill-inqas 96 % tat-tfal ta’ bejn 3 snin u l-età tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja jipparteċipaw fl-ECEC; ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal (6), li tgħin lill-Istati Membri jtejbu s-servizzi tal-ECEC u tenfasizza li dawk is-servizzi jridu jkunu inklużivi, aċċessibbli, affordabbli u ta’ kwalità għolja; il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal” (7), li tinkludi sensiela ta’ azzjonijiet essenzjali li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni sabiex tippromwovi u tipproteġi aħjar id-drittijiet tat-tfal u tirrikonoxxi r-rwol tal-ECEC għall-benefiċċju tal-iżvilupp konjittiv u soċjali tat-tfal; u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (8), li għandha l-għan li tiżgura li t-tfal fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali jkollhom aċċess mingħajr ħlas u effettiv għas-servizzi essenzjali, inkluż għall-ECEC, fir-reġjuni kollha, inkluż f’żoni remoti u rurali.

(13)

Meta jinvestu fis-servizzi tal-ECEC, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu numru ta’ dimensjonijiet lil hinn mis-sempliċi disponibbiltà ta’ postijiet, bħall-intensità taż-żmien tal-parteċipazzjoni, is-sehem tat-tfal fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali li jipparteċipaw fl-ECEC, kif ukoll l-aċċessibilità, l-affordabilità u l-kwalità tas-servizzi pprovduti. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi miżuri sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti.

(14)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol għall-indokraturi primarji, l-aktar in-nisa, jenħtieġ li l-attendenza, f’termini tan-numru ta’ sigħat tal-ECEC, tkun biżżejjed sabiex tippermetti lill-ġenituri jqattgħu ħin sinifikattiv f’xogħol bi ħlas. Għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni, b’kont meħud tal-aħjar interessi tat-tfal, filwaqt li tiġi permessa wkoll għażla tal-ġenituri ugwali bejn il-ġeneri fir-rigward tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-użu tas-servizzi tal-ECEC. Meta t-tfal ikunu għadhom ma jattendux l-ECEC full-time, iż-żewġ ġenituri għandhom jagħmlu użu mid-drittijiet għal-liv tal-ġenituri u mill-arranġamenti tax-xogħol flessibbli previsti fid-Direttiva (UE) 2019/1158, bħax-xogħol part-time, il-ħinijiet tax-xogħol flessibbli u t-telexogħol, sabiex jiżguraw li r-responsabbiltajiet tal-kura jinqasmu indaqs, u l-parteċipazzjoni għandha tiżdied gradwalment hekk kif it-tfal jikbru. Minħabba l-importanza ta’ din id-dimensjoni, huwa importanti li jsir monitoraġġ tal-intensità taż-żmien tal-parteċipazzjoni tat-tfal fl-ECEC flimkien mal-parteċipazzjoni fl-ECEC b’mod ġenerali.

(15)

Barra minn hekk, in-nisa b’livell baxx ta’ ħiliet professjonali, in-nisa migranti, in-nisa minn unitajiet domestiċi b’introjtu baxx li għandhom it-tfal, u l-ġenituri singli nisa jħabbtu wiċċhom ma’ aktar barrieri fit-taħriġ u biex isibu impjieg u aktar diżinċentivi biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol minħabba restrizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji għall-parteċipazzjoni tat-tfal tagħhom fl-ECEC. L-inkoraġġiment ta’ aktar parteċipazzjoni ta’ tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u minn ambjenti żvantaġġati f’ECEC inklużivi jkollu impatt ta’ benefiċċju fuq il-possibiltajiet għar-ritorn ta’ ommijiethom fid-dinja tax-xogħol. Jgħin ukoll sabiex in-nisa jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja tagħhom tax-xogħol, tal-familja u dik privata.

(16)

Il-ġenituri b’diżabilità u l-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità jħabbtu wiċċhom ma’ barrieri u sfidi partikolari fejn jidħol l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tat-tfal b’diżabilità fl-ECEC normali, fejn ikun xieraq, filwaqt li jitqiesu t-tip u l-grad ta’ diżabilità, valutazzjoni esperta u l-aħjar interessi tat-tfal, tista’ tgħin lill-ġenituri tagħhom biex jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata tagħhom.

(17)

Il-parteċipazzjoni fl-ECEC għandha diversi benefiċċji għat-tfal. Hemm evidenza li turi li l-għoti ta’ ECEC ta’ kwalità għandu rwol kruċjali fit-titjib tal-iżvilupp konjittiv, soċjali u edukattiv tat-tfal sa minn età ċkejkna. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal, il-parteċipazzjoni fl-ECEC tista’ tkun għodda effettiva għall-kisba ta’ ekwità edukattiva għat-tfal f’sitwazzjonijiet żvantaġġati, bħat-tfal b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, it-tfal f’unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, inkluż familji b’ġenitur wieħed, tfal minn ambjent ta’ migrazzjoni, tfal refuġjati, tfal Rom u tfal minn gruppi ta’ minoranzi oħrajn, tfal li jgħixu f’żoni rurali u remoti b’infrastruttura inadegwata tal-kura u tfal f’kura alternattiva.

(18)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom (9) jenfasizzaw li l-aċċess ugwali għal ECEC ta’ kwalità u inklużiva huwa essenzjali biex titkisser it-trażmissjoni tal-esklużjoni soċjali u jinkisbu opportunitajiet indaqs għat-tfal f’sitwazzjonijiet żvantaġġati. Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal tirrakkomanda li l-Istati Membri jressqu pjanijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni fi żmien 9 xhur minn meta tiġi adottata. Madankollu, ir-rati tal-parteċipazzjoni tat-tfal f’sitwazzjonijiet żvantaġġati għadhom ferm aktar baxxi, speċjalment fost it-tfal l-aktar ċkejknin, u aktar tard dan jista’ jirriżulta f’riżultati edukattivi agħar u rati għoljin ta’ tluq bikri mill-iskola, b’mod partikolari għat-tfal Rom jew it-tfal minn ambjent ta’ migrazzjoni, kif ukoll it-tfal imċaħħda mill-kura ta’ ġenituri. Għaldaqstant huwa importanti li jingħalaq id-distakk bejn il-parteċipazzjoni ta’ dawk it-tfal u dik tal-popolazzjoni ġenerali tat-tfal fl-ECEC. Jeħtieġ tingħata attenzjoni wkoll sabiex tonqos id-differenza fil-parteċipazzjoni bejn l-ogħla kwintil tal-introjtu u dak l-aktar baxx. Il-parteċipazzjoni fl-ECEC hija rilevanti wkoll għat-tfal li jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna, kif ukoll għal tfal oħrajn li jfittxu l-protezzjoni fl-Unjoni jew jibbenefikaw minnha. L-aċċess ugwali għas-servizzi normali u mhux segregati tal-ECEC għandu jkun żgurat għal dawk it-tfal potenzjalment vulnerabbli kollha.

(19)

Bl-istess mod, it-tfal b’diżabilità għandhom id-dritt li jipparteċipaw fl-ECEC normali fuq bażi ugwali ma’ oħrajn. Nofs it-tfal b’diżabilità jindukrawhom il-ġenituri tagħhom biss. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-ECEC jkunu aċċessibbli, inklużivi u kkombinati ma’ miżuri mmirati li jgħinu fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet speċifiċi, inkluż permezz ta’ miżuri biex jiġu indirizzati l-barrieri u s-segregazzjoni, it-tagħmir tal-persunal biex jikseb il-kompetenzi neċessarji jew ir-reklutaġġ ta’ persunal dedikat sabiex jindirizza l-ħtiġijiet individwali, u kurrikuli individwalizzati fejn ikun meħtieġ.

(20)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiċkien id-distakk fil-parteċipazzjoni tat-tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali kif ukoll dak tat-tfal b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali fis-sistemi tal-ECEC fejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-affarijiet soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni huma responsabbli separatament għal partijiet differenti mill-ECEC.

(21)

Kwalità għolja tal-ECEC hija essenzjali biex jiġi żgurat li t-tfal jibbenefikaw mill-parteċipazzjoni fl-ECEC. Filwaqt li ma hemm ebda mod uniku kif jiġi ddefinit u jitkejjel il-kunċett tal-kwalità fl-ambjenti tal-ECEC, l-essenza tinsab fil-kwalità tal-interazzjoni bejn l-adulti u t-tfal, irrispettivament mis-sistema tal-ECEC fis-seħħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-għoti ta’ servizz tal-ECEC ta’ kwalità għolja, li jqis id-diversi dimensjonijiet imsemmija fir-Rakkomandazzjoni dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal, inkluż l-aċċess għas-servizzi tal-ECEC, il-kwalifiki u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal, il-kurrikulu pedagoġiku, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u l-governanza u l-finanzjament tas-servizzi tal-ECEC. Elementi bħan-numru ta’ tfal għal kull membru tal-persunal, il-kwalifiki tal-persunal u t-taħriġ professjonali kontinwu huma partikularment importanti.

(22)

Il-kwalità tal-għoti tal-ECEC hija wkoll fattur importanti li jistabbilixxi l-fiduċja bejn il-ġenituri u l-istituzzjonijiet li jipprovdu l-edukazzjoni u l-kura, u għalhekk fattur importanti li jiffaċilita parteċipazzjoni akbar fl-ECEC.

(23)

L-aċċessibilità hija dimensjoni importanti oħra fl-għoti tal-ECEC. Din tinkludi infrastruttura adegwata u kapaċitajiet tal-akkoljenza u ħinijiet tal-ftuħ xierqa, kif ukoll adattament għall-bżonnijiet speċjali tal-ġenituri, u assistenza sabiex jingħelbu proċeduri amministrattivi kumplessi. L-appoġġ fit-twettiq tal-proċeduri amministrattivi għandu jingħata f’diversi forom, inkluż appoġġ lingwistiku u diġitali, speċjalment għall-gruppi f’sitwazzjoni vulnerabbli jew minn ambjenti żvantaġġati li, pereżempju, mhumiex kapaċi jużaw għodod diġitali jew m’għandhomx aċċess għalihom. Jinkludi wkoll l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, inkluż tfal, ġenituri u professjonisti, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(24)

Barra minn hekk, l-aċċessibilità tinkludi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-professjonalizzazzjoni tal-persunal u tal-ispeċjalisti sabiex it-tfal b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali u gruppi vulnerabbli oħra f’faċilitajiet normali mhux segregati jingħataw appoġġ adegwat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitneħħew u ma jitħalliex li jkun hemm barrieri għall-użu tas-servizzi tal-ECEC, inkluż għal persuni b’diżabilità, u li s-servizzi tal-ECEC ikunu tabilħaqq inklużivi.

(25)

Meta tiġi indirizzata l-aċċessibilità, għandhom jitqiesu l-iżbilanċi territorjali. Il-ħin twil tal-ivvjaġġar marbut mad-distanza, man-nuqqas ta’ konnessjonijiet tat-trasport jew konnessjonijiet tat-trasport limitati u mal-konġestjoni tat-traffiku jista’ jkun barriera għall-parteċipazzjoni, b’mod partikolari għat-tfal b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali. Iż-żoni remoti u rurali huma partikularment żvantaġġati minħabba nuqqas ta’ servizzi suffiċjenti lokali tal-ECEC. Żbilanċi territorjali bħal dawn jistgħu jaggravaw il-problemi tal-affordabilità. Għalhekk huwa importanti li jiġu kkunsidrati l-profili differenti tal-utenti tas-servizzi tal-ECEC fil-pjanijiet ta’ mobbiltà, u li tiġi inkluża l-kopertura territorjali fil-ġbir tad-data għall-finijiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ.

(26)

F’ħafna Stati Membri, il-kost għoli tal-ECEC għadu barriera kbira għall-parteċipazzjoni. Id-data tal-Eurostat turi li l-fattur tal-kost għandu rwol sinifikanti fid-deċiżjoni li ma jintużawx servizzi formali tal-kura tat-tfal f’ħafna pajjiżi, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar. Skont l-istatistika tal-Unjoni dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-2016, 13 % tal-ġenituri ma jużawx is-servizzi tal-kura tat-tfal minħabba l-kost u 11 % isibuha moderatament diffiċli jew diffiċli ħafna biex jaffordjawh. Dawn il-perċentwali jikbru b’aktar mid-doppju, għal 28 % u għal 27 % rispettivament, għall-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar. Ir-riċerka xjentifika turi l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali, edukattivi u ta’ żvilupp sostanzjali tal-ECEC ta’ kwalità għolja. L-iżgurar ta’ ECEC affordabbli huwa ta’ benefiċċju biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tan-nisa u għall-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; dan għandu wkoll impatt pożittiv fit-tul fuq l-edukazzjoni minn età żgħira, li jwitti t-triq għal attitudni pożittiva għat-tagħlim tul il-ħajja kollha, li jmur lil hinn mit-tfal involuti u jinfirex fis-soċjetà b’mod ġenerali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kostijiet tal-ECEC ikunu proporzjonati skont l-introjtu tal-unitajiet domestiċi u ma jservux bħala barriera għall-parteċipazzjoni fl-ECEC. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll kostijiet oħrajn relatati mal-parteċipazzjoni fl-ECEC bħat-trasport, il-ħwejjeġ u t-tagħmir meħtieġ f’sitwazzjonijiet ta’ kura.

(27)

Mod wieħed kif jiġi żgurat l-għoti adegwat ta’ ECEC ta’ kwalità li jkunu aċċessibbli u affordabbli huwa billi jiġi stabbilit intitolament legali għall-ECEC, li permezz tiegħu l-awtoritajiet pubbliċi jiggarantixxu post għat-tfal kollha li l-ġenituri tagħhom jitolbuh, irrispettivament mill-istatus fl-impjieg, soċjoekonomiku jew tal-familja tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, diġà jeżisti intitolament legali bħal dan, iżda l-età tal-bidu għall-intitolament tvarja sostanzjalment. Idealment, m’għandux ikun hemm intervall bejn it-tmiem tal-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri bi ħlas jew kumpens adegwat u intitolament legali għall-ECEC.

(28)

Iż-żieda fid-disponibbiltà għall-familji ta’ servizzi tal-ECEC li jkunu ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u affordabbli u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji fis-settur tal-ECEC mistennija jġibu benefiċċji ekonomiċi. Fl-istess ħin, is-sostenibbiltà fiskali tal-investiment fl-ECEC tista’ tiġi ottimizzata billi jiġi evalwat l-impatt fuq il-finanzi pubbliċi u billi jkun hemm monitoraġġ regolari u titjib kontinwu fil-kosteffettività, abbażi tal-aħjar prattiki, inkluż tfassil effiċjenti tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament li jkun koerenti mas-sostenibbiltà ġenerali tal-finanzi pubbliċi.

(29)

L-aċċess faċli u ugwali mingħajr ebda diskriminazzjoni għal informazzjoni adegwata online u offline dwar l-ECEC hu ta’ importanza kruċjali għall-ġenituri kollha irrispettivament mill-għamla u l-istatus tal-familji, inkluż sħubijiet ċivili, kif rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan jikkonċerna informazzjoni dwar l-intitolament għal servizzi xierqa u d-disponibbiltà tagħhom, il-modalitajiet tal-aċċess u l-eliġibbiltà għal appoġġ finanzjarju, fejn japplika.

(30)

In-nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet tal-ġenituri u tat-tfal fir-rigward tal-ECEC u r-rilevanza tagħhom għall-kisbiet edukattivi futuri huwa ostaklu ieħor għall-użu tas-servizzi li jħalli impatt fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-għoti ta’ informazzjoni korretta u bir-reqqa lill-ġenituri għandu jwassal għal deċiżjonijiet informati u kkunsidrati sew dwar l-għażliet ta’ kura.

(31)

Is-settur tal-ECEC ibati minn nuqqas ta’ persunal f’bosta pajjiżi. Dan jista’ jiġi indirizzat permezz ta’ strateġiji multipli, bħat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-prospetti tal-karriera u tar-remunerazzjoni, billi jingħataw possibiltajiet regolari ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, bl-iżvilupp ta’ strateġiji kreattivi ta’ reklutaġġ, u billi gruppi sottorappreżentati differenti jiġu mistiedna jingħaqdu mal-forza tax-xogħol tal-ECEC, bħal pereżempju persuni minn ambjenti kulturali varji, migranti u refuġjati. Mekkaniżmu sempliċi u rapidu għar-rikonoxximent tal-kwalifiki jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-iskarsezzi. Pereżempju, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/554 (11) tindirizza l-aċċess ta’ min jaħrab mill-gwerra fl-Ukrajna għal professjonijiet regolati.

(32)

Il-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-persunal fl-ECEC għandha tikkontribwixxi biex tattira ħaddiema ġodda u fl-istess ħin tgħin biex jiġi żgurat li dawk li qed jaħdmu f’dan is-settur ikunu lesti u kapaċi jibqgħu fl-impjieg tagħhom sakemm jirtiraw. Tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tas-segregazzjoni tal-ġeneri fis-settur tal-ECEC. F’dan il-kuntest, il-linji gwida ta’ politika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti għal persunal tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal (12) jagħtu gwida dwar l-implimentazzjoni possibbli ta’ rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp professjonali u tal-karriera, remunerazzjoni xierqa, inklużi paga ugwali, u impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol sostenibbli, kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu soċjali f’dan is-settur.

(33)

Il-kura għat-tfal ma tispiċċax malli jidħlu l-iskola primarja. Il-ħtiġijiet ta’ kura għat-tfal mill-età tal-iskola primarja wkoll jistgħu jillimitaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol tal-ommijiet jekk ma jkunx hemm soluzzjonijiet adegwati, ta’ kwalità u affordabbli għall-kura wara l-iskola u matul il-vaganzi fil-kuntest tas-sistemi skolastiċi nazzjonali. Jekk ma jkun hemm ebda disponibbiltà ta’ kura għal tfal akbar fl-età, id-disponibbiltà tal-ECEC għal ħuthom iżgħar minnhom ma tippermettix il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, li mbagħad jista’ jkollu impatt fuq il-parteċipazzjoni tal-aħwa ż-żgħar fl-ECEC. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kura adegwata, ta’ kwalità u affordabbli barra mill-iskola. Hu rrakkomandat li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri jinkludu, fejn ikun rilevanti, offerta għas-superviżjoni u l-appoġġ għall-homework għat-tfal kollha, inkluż tfal minn ambjenti żvantaġġati.

(34)

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida kbira għal ħafna ġenituri, b’mod partikolari għan-nisa. Id-diffikultà fl-ibbilanċjar tar-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-kura hija ostaklu kbir li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol. F’dan il-kuntest, l-istereotipi marbuta mal-ġeneru spiss jinfluwenzaw ir-rwoli tan-nisa u tal-irġiel fir-rigward tal-kura. L-iżbilanċ fl-għoti tal-kura min-nisa meta mqabbel mal-irġiel ikompli jsaħħaħ l-istereotipi marbuta mal-ġeneru kemm fl-impjiegi kif ukoll fir-rwoli tal-irġiel u tan-nisa.

(35)

Din id-differenza persistenti bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura għandha tiġi indirizzata, b’mod partikolari billi l-missirijiet jiġu mħeġġa jużaw il-liv tal-paternità, il-liv tal-ġenituri u l-arranġamenti dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli, fejn ikun rilevanti, flimkien ma’ qsim aktar ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ kura fost il-koppji fir-rigward ta’ xogħol bi ħlas u xogħol bla ħlas (13). L-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1158 għandha ttejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema b’responsabbiltajiet ta’ kura għal-liv tal-paternità u tal-ġenituri u li jitolbu arranġamenti dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli. Għandu jkun hemm aktar azzjoni li tiffoka fuq is-sensibilizzazzjoni dwar dawn id-drittijiet ġodda u fuq il-monitoraġġ ta’ jekk il-ħaddiema jistgħux jagħmlu użu sħiħ minn dawn id-drittijiet mingħajr ma jġarrbu trattament mhux favorevoli fuq ix-xogħol.

(36)

Minbarra miżuri oħra biex jirrikonċiljaw ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, għandha tingħata promozzjoni lil soluzzjonijiet flessibbli għall-użu tal-ECEC, kif meħtieġ. Pereżempju, ħaddiema b’responsabbiltajiet ta’ kura kieku jgawdu minn aċċess għal servizzi komplementari ta’ kura tat-tfal bħal pereżempju ftuħ kmieni, għoti ta’ ikel u għeluq tard.

(37)

Biex jinftiehmu aħjar il-ħtiġijiet u r-restrizzjonijiet tal-kura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ data adegwata b’livell suffiċjenti ta’ granularità, ta’ affidabbiltà u ta’ komparabbiltà. Peress li d-Direttiva (UE) 2019/1158 ma fihiex dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ġbir ta’ data, din id-data għandha tkun tinkludi l-użu tal-liv tal-paternità u tal-ġenituri, filwaqt li jitqies il-manwal metodoloġiku għall-qafas tal-indikaturi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata żviluppat mill-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS) biex jappoġġa l-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni xierqa ta’ dik id-Direttiva.

(38)

Għandu jsir monitoraġġ regolari tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, tar-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni u tal-Portal ta’ Monitoraġġ tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw b’mod partikolari lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u l-kalkolu possibbli ta’ indikatur għall-kejl tad-distakk bejn il-ġeneri fl-għoti tal-kura, li jfisser id-differenza fil-ħin iddedikat għall-kura min-nisa u mill-irġiel, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, u l-użu tal-ħin f’xogħol bi ħlas u bla ħlas, sabiex jiġu mifhuma aħjar l-interdipendenzi bejn dawk l-elementi bil-għan li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u ta’ politiki soċjali bbażati fuq l-evidenza. L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu bl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi fis-settur tal-ECEC, filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu mill-appoġġ tal-Kummissjoni, inkluż permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI), permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-użu ta’ proċessi u metodoloġiji xierqa, u permezz tal-ġbir ta’ data, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u koordinazzjoni interistituzzjonali aktar effettivi u effiċjenti u l-ippjanar, l-allokazzjoni u l-iżvilupp professjonali tar-riżorsi umani fis-settur tal-ECEC.

(39)

Il-kliem “edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal” għandu jinftiehem, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ECEC ta’ Kwalità Għolja, bħala li jirreferi għal kwalunkwe arranġament regolat li jipprovdi edukazzjoni u kura għat-tfal mit-twelid sal-età obbligatorja għall-iskola primarja — irrispettivament mill-kuntest, mill-finanzjament, mill-ħinijiet tal-ftuħ jew mill-kontenut tal-programm — u jinkludi kura f’ċentri ta’ matul il-jum jew fid-dar, servizzi finanzjati mill-privat jew minn fondi pubbliċi, kif ukoll servizzi ta’ qabel l-iskola u preprimarji.

(40)

Biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha ssegwi l-progress tagħha u tirrapporta regolarment dwarha lill-Kunsill,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

OBJETTIV U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tħeġġeġ lill-Istati Membri, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom, iżidu l-parteċipazzjoni f’edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC) li jkunu aċċessibbli, affordabbli u ta’ kwalità għolja sabiex jiffaċilitaw u jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jsaħħu l-iżvilupp soċjali u konjittiv tat-tfal u s-suċċess edukattiv tagħhom, b’mod partikolari għat-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jew minn ambjenti żvantaġġati.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonċerna l-ECEC għat-tfal kollha.

MIRI GĦALL-EDUKAZZJONI U L-KURA BIKRIJA TAT-TFAL

3.

(a)

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jipprovdu servizzi ta’ ECEC ta’ kwalità għolja f’konformità mal-kompetenzi nazzjonali, il-livelli tat-teħid ta’ liv tal-ġenituri u x-xejriet tal-għoti tas-servizzi tal-ECEC, u jiżguraw li sal-2030 mill-inqas 45 % tat-tfal ta’ taħt it-3 snin jipparteċipaw fl-ECEC skont id-data tal-UE-SILC.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, hu rrakkomandat li l-Istati Membri li għadhom ma laħqux il-mira stabbilita fl-2002 ta' rata ta' parteċipazzjoni ta' 33 % fl-ECEC għal dan il-grupp tal-età jżidu l-parteċipazzjoni, sal-2030, mill-inqas b'perċentwal speċifiku mqabbel mar-rata attwali tagħhom ta' parteċipazzjoni kif imfisser fil-punti (i) u (ii) ta’ dan il-punt. Ir-rata tal-parteċipazzjoni attwali għandha tiġi kkalkulata bħala r-rata medja tal-parteċipazzjoni fl-ECEC tat-tfal ta' taħt it-3 snin miksuba fis-snin 2017-2021 skont id-data tal-UE-SILC. Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni fl-ECEC meta mqabbel mar-rati ta' parteċipazzjoni attwali rispettivi tagħhom kif ġej:

(i)

b'mill-inqas 90 % għall-Istati Membri li r-rata ta' parteċipazzjoni tagħhom hija iktar baxxa minn 20 %; jew

(ii)

b'mill-inqas 45 %, jew sakemm tintlaħaq rata ta' parteċipazzjoni ta' mill-inqas 45 %, għall-Istati Membri li r-rata ta' parteċipazzjoni tagħhom hija bejn 20 % u 33 %.

(b)

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jipprovdu servizzi tal-ECEC ta’ kwalità għolja għat-tfal mill-età ta’ 3 snin sabiex, sal-2030, jilħqu l-mira miftiehma fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (14), u b’hekk mill-inqas 96 % tat-tfal mill-età ta’ 3 snin sal-età obbligatorja tal-bidu tal-edukazzjoni primarja għandhom jipparteċipaw fl-ECEC.

INDIKATUR GĦALL-INTENSITÀ TAL-PARTEĊIPAZZJONI

4.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jappoġġaw livell ta’ disponibbiltà tas-servizzi tal-ECEC li jkun kompatibbli mal-benesseri u l-iżvilupp tat-tfal u jippermetti l-parteċipazzjoni sinifikattiva tal-ġenituri, speċjalment tal-ommijiet, fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jippermetti wkoll l-għażla tal-ġenituri ugwali bejn il-ġeneri fl-użu tas-servizzi tal-ECEC.

5.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jieħdu passi biex is-servizzi tal-ECEC jkunu disponibbli b’mod li jippermetti lit-tfal jipparteċipaw għal mill-inqas 25 siegħa fil-ġimgħa.

6.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jippromwovu d-disponibbiltà tas-servizzi tal-ECEC jew ta’ servizzi komplementari qabel u wara l-ħinijiet regolari tax-xogħol tas-servizzi tal-ECEC, kif adatt, biex jipprevedu l-ħin tal-ivvjaġġar u biex il-kura tat-tfal tkun kompatibbli bis-sħiħ mal-benesseri tat-tfal u mal-ħinijiet tax-xogħol tal-ġenituri u l-ħtieġa tagħhom li jirrikonċiljaw ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata.

L-INKLUŻJONI TA' TFAL MINN AMBJENTI ŻVANTAĠĠATI, TFAL B'DIŻABILITÀ, TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊIFIĊI JEW TFAL BI BŻONNIJIET EDUKATTIVI SPEĊJALI

7.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri:

(a)

ikollhom fis-seħħ miżuri mmirati biex jippermettu u jżidu l-parteċipazzjoni fl-ECEC ta' tfal minn ambjenti żvantaġġati, inkluż tfal f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali jew minn ambjent ta' migrazzjoni, u tfal b'għarfien insuffiċjenti tal-lingwa tal-iskola, kif ukoll tfal b'diżabilità, bi bżonnijiet speċifiċi jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali;

(b)

jieħdu l-passi meħtieġa biex inaqqsu d-differenza fil-parteċipazzjoni fl-ECEC bejn it-tfal f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali u l-popolazzjoni ġenerali tat-tfal;

(c)

jistinkaw biex iżidu l-parteċipazzjoni fl-ECEC normali tat-tfal b'diżabilità u t-tfal bi bżonnijiet speċifiċi jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali jew bżonnijiet speċifiċi, meta jkun adatt; u

(d)

jappoġġaw programmi ta' taħriġ għall-persunal tal-ECEC imfassla biex jgħinuhom joffru ECEC ta' kwalità għat-tfal minn ambjenti żvantaġġati, inkluż tfal f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, kif ukoll tfal b'diżabilità, bi bżonnijiet speċifiċi jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali.

KWALITÀ

8.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li:

(a)

is-servizzi tal-ECEC għat-tfal kollha jkunu ta' kwalità għolja, sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp fiżiku, soċjali, emottiv, konjittiv u edukattiv b'saħħtu u l-benesseri tat-tfal, u sabiex tiżdied il-fiduċja tal-ġenituri fis-servizzi; u li

(b)

l-Oqfsa nazzjonali jew reġjonali tal-Kwalità li l-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal jinkludu l-forniment ta' servizzi għat-tfal taż-żewġ gruppi ta' età koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni; l-Oqfsa tal-Kwalità għandhom b'mod partikolari jipprevedu:

proporzjonijiet persunal-tfal u daqsijiet tal-gruppi adegwati, b'kont meħud tal-etajiet tat-tfal u ta' kwalunkwe diżabilità jew bżonnijiet edukattivi speċjali li jista' jkollhom, b'mod partikolari f'sistemi maqsuma tal-ECEC, sabiex jiġu evitati lakuni fejn tidħol il-kura;

appoġġ għall-professjonalizzazzjoni tal-persunal kollu tal-ECEC, inkluż billi jogħla l-livell meħtieġ ta' edukazzjoni inizjali u billi jiġi żgurat l-iżvilupp professjonali kontinwu, inkluż l-għarfien tad-drittijiet tat-tfal, permezz ta' opportunitajiet adegwati ta' taħriġ u ta' taħriġ tul il-ħajja; u

ambjent sikur, ta' għożża u ta' indukrar, kurrikulu ta' kwalità u opportunitajiet ta' tagħlim xierqa għall-bżonnijiet speċifiċi ta' kull kategorija ta' tfal u kull grupp ta' etajiet, u spazju soċjali, kulturali u fiżiku li joffri firxa ta' possibiltajiet li jippermettu lit-tfal jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.

DISTRIBUZZJONI TERRITORJALI

9.

Hu rakkomandat li l-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi għat-tfal u għall-familji tagħhom fl-aċċess għal faċilità ta’ edukazzjoni u ta’ kura xierqa billi jipprovdu kopertura territorjali suffiċjenti tas-servizz tal-ECEC. Għal dak il-għan, hu rrakkomandat, b’mod partikolari, li l-Istati Membri:

(a)

jorganizzaw is-servizz tal-ECEC b'mod adegwat fiż-żoni urbani u rurali, fiż-żoni, ir-reġjuni u r-reġjuni ultraperiferiċi għonja u dawk żvantaġġati, filwaqt li jqisu l-istrutturi nazzjonali kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni, inkluż id-densità tal-popolazzjoni tat-tfal u d-distribuzzjoni tat-tfal skont l-età, b'mod li jkun kompletament allinjat mal-prinċipji tad-desegregazzjoni u n-nondiskriminazzjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; u

(b)

iqisu, kif xieraq, il-ħtieġa ta' ħinijiet tal-ivvjaġġar raġonevoli, inkluż għall-ġenituri li jużaw il-mobbiltà attiva u t-trasport pubbliku, meta jorganizzaw l-ECEC jew jiżviluppaw il-politika dwar fejn ikunu jinsabu s-servizzi tal-ECEC.

AFFORDABILITÀ

10.

Għat-tfal għajr dawk koperti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal, li għandhom igawdu minn edukazzjoni mingħajr ħlas u aċċess affordabbli u effettiv għal servizzi tal-ECEC ta’ kwalità kif definiti f’dik ir-Rakkomandazzjoni, hu rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-kost nett tal-ECEC ikun raġonevolment proporzjonat mal-ispejjeż l-oħrajn u l-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi, b’attenzjoni partikolari għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, inkluż l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u ġenitur singlu. B’mod partikolari, l-Istati Membri huma mħeġġa:

(a)

jillimitaw l-ispejjeż mill-but għall-ġenituri; u

(b)

fejn japplika, jintroduċu tariffi fuq skala flessibbli proporzjonati għall-introjtu tal-familja jew tariffa massima għall-ECEC.

AĊĊESSIBILITÀ

11.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jneħħu kontinwament l-ostakli għall-aċċess ugwali għall-ECEC għat-tfal kollha mingħajr diskriminazzjoni. F’dak il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex:

(a)

jiġu offruti soluzzjonijiet għall-ġenituri b'ħinijiet tax-xogħol mhux tipiċi sabiex jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, filwaqt li jitħares il-benesseri tat-tfal;

(b)

jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri singli, li l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa;

(c)

jitjieb l-aċċess għall-ECEC irrispettivament mill-istatus tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, b'mod koerenti mal-provvediment ta' inċentivi favur ix-xogħol;

(d)

tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-bini, tal-infrastruttura, tas-servizzi ta' appoġġ fil-komunità u tat-trasport kif ukoll tal-materjal tat-tagħlim u l-għodod diġitali għall-ġenituri u għat-tfal b'diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali;

(e)

jiġu offruti appoġġ effettiv fl-edukazzjoni u l-kura u informazzjoni u komunikazzjoni xierqa għat-tfal u l-ġenituri b'diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali kif ukoll dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u jiġu indirizzati l-barrieri lingwistiċi u kulturali, inkluż barrieri li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal minn ambjent ta' migrazzjoni, sabiex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-ECEC offruti f'faċilitajiet normali li jkunu inklużivi u mhux segregati;

(f)

b'mod proattiv jingħataw appoġġ u informazzjoni ċara dwar il-benefiċċji ta' attendenza fl-ECEC u dwar l-opportunitajiet eżistenti, ir-regoli tal-eliġibbiltà, u l-proċeduri amministrattivi għall-aċċess għas-servizzi tal-ECEC għall-ġenituri kollha mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mill-istatus u l-għamla tal-familja; u

(g)

jingħata appoġġ amministrattiv għar-reġistrazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-ġenituri f'sitwazzjonijiet vulnerabbli jew minn ambjenti żvantaġġati.

12.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jikkunsidraw li jintroduċu intitolament legali għall-ECEC. Meta jiddeterminaw l-età tal-bidu għal dak l-intitolament, hu rrakkomandat li l-Istati Membri jqisu d-disponibbiltà u t-tul ta’ liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri bi ħlas jew kumpens adegwat, u jistinkaw sabiex jiġu evitati lakuni bejn tmiem dak il-liv u l-bidu tal-ECEC.

SERVIZZI KOMPLEMENTARI U KURA BARRA MILL-ISKOLA

13.

Minbarra l-għoti ta’ servizzi tal-ECEC, hu rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw approċċ komprensiv għall-kura għat-tfal, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ kura għat-tfal ta’ etajiet differenti, inkluż dawk tal-età tal-iskola primarja, billi jiffaċilitaw kura affordabbli, aċċessibbli u ta’ kwalità barra mill-iskola għat-tfal kollha tal-iskejjel primarji (kopertura wara l-iskola u fil-vaganzi), inkluż dawk b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, filwaqt li jqisu l-organizzazzjoni nazzjonali tal-iskejjel u tal-vaganzi. Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jinkludu f’dawk is-servizzi, fejn ikun rilevanti, appoġġ għall-homework għat-tfal kollha, inkluż b’mod partikolari t-tfal minn ambjenti żvantaġġati jew f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

GĦARFIEN DWAR ID-DRITTIJIET

14.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jippromwovu l-għarfien tal-ġenituri dwar id-drittijiet tagħhom, inkluż, fejn japplika, dwar l-intitolament għal post fl-ECEC, filwaqt li jqisu li tradizzjonijiet u ambjenti differenti jistgħu jinfluwenzaw l-għarfien u l-perċezzjoni tas-sistema tal-ECEC u l-fiduċja fiha.

15.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex b’mod proattiv jinfurmaw lill-ġenituri dwar il-possibiltajiet, il-benefiċċji u l-kostijiet tal-użu tal-ECEC u, fejn japplika, dwar l-appoġġ finanzjarju disponibbli. Għandha tingħata kunsiderazzjoni:

(a)

lill-ħtiġijiet tal-ġenituri għal informazzjoni dwar l-ECEC filwaqt li jitqiesu d-diversità tal-ħiliet, il-kapaċitajiet, il-kuntest soċjoekonomiku, u kwalunkwe diżabilità; u

(b)

lill-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni online kif ukoll offline, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet lingwistiċi differenti u d-disponibbiltà ta' għodod diġitali.

16.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri effettivi, imparzjali u aċċessibbli għall-ilmenti biex jiġu rrappurtati problemi jew inċidenti lill-awtoritajiet kompetenti.

KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL U ĦILIET TAL-PERSUNAL

17.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jappoġġaw impjieg ta’ kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-persunal tal-ECEC, b’mod partikolari billi jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv u billi jappoġġaw l-iżvilupp ta’ pagi attraenti, arranġamenti tax-xogħol adegwati, standards għolja ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u ugwaljanza u nondiskriminazzjoni fis-settur, waqt li tiġi rispettata l-awtonomija tas-sħab soċjali.

18.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet u n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema fl-ECEC, b’mod partikolari billi:

(a)

itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi sabiex il-ħaddiema attwali u futuri fl-ECEC jiġu mgħammra bil-ħiliet u bil-kompetenzi neċessarji;

(b)

jibnu perkorsi tal-karriera fis-settur tal-ECEC, inkluż permezz ta' titjib tal-ħiliet, taħriġ mill-ġdid u servizzi ta' informazzjoni u ta' gwida;

(c)

joffru status professjonali u prospetti ta' karriera attraenti lill-ħaddiema tal-ECEC;

(d)

jimplimentaw miżuri sabiex jiġu indirizzati l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u s-segregazzjoni skont il-ġeneru u sabiex jagħmlu l-professjoni aktar attraenti; u

(e)

jiżviluppaw networks professjonali għall-persuni impjegati fis-settur tal-ECEC, fejn adatt.

L-INDIRIZZAR TAD-DIFFERENZA BEJN IL-ĠENERI FIL-PAGI

19.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jħeġġu l-kondiviżjoni ugwali tal-kura għat-tfal bejn il-ġenituri billi:

(a)

jiġġieldu kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u jħeġġu parteċipazzjoni bilanċjata taż-żewġ ġenituri fir-responsabbiltajiet tal-kura fuq l-istess livell, inkluż permezz ta' kampanji ta' komunikazzjoni; u

(b)

jippromwovu u jappoġġaw id-disponibbiltà u t-teħid ugwali bejn il-ġeneri ta' arranġamenti tax-xogħol favorevoli għall-familji, kif ukoll it-teħid tal-liv tal-ġenituri miż-żewġ ġenituri, speċjalment l-irġiel, matul il-ħajja.

GOVERNANZA U ĠBIR TA' DATA

20.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw governanza tajba u effettiva tal-politika fl-ECEC, b’mod partikolari billi:

(a)

jiżguraw kooperazzjoni b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet differenti li jfasslu l-politika u s-servizzi tal-ECEC, u jappoġġaw il-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet u ma' servizzi oħrajn li jfasslu l-politika inkarigati mill-iżvilupp u mill-edukazzjoni bikrija tat-tfal; u

(b)

jimmobilizzaw u jagħmlu użu kosteffettiv minn finanzjament xieraq u sostenibbli għall-ECEC, inkluż billi jagħmlu użu mill-fondi u mill-istrumenti tal-Unjoni, u billi jsegwu politiki li jwasslu għall-finanzjament sostenibbli tas-servizzi tal-ECEC li jkunu koerenti mas-sostenibbiltà ġenerali tal-finanzi pubbliċi.

21.

Hu rrakkomandat li, fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri jiżviluppaw jew itejbu l-ġbir ta’ data dwar:

(a)

il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-ECEC, fuq bażi regolari u, fejn jintuża stħarriġ, b'daqs adegwat tal-kampjuni, diżaggregati skont l-età u, fejn possibbli, skont is-sess, inkluż b'referenza għat-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli jew minn ambjenti żvantaġġati;

(b)

id-differenzi fl-użu tal-ħin f'xogħol bi ħlas u mhux bi ħlas bejn in-nisa u l-irġiel b'responsabbiltajiet ta' kura, idealment billi jintużaw stħarriġiet dwar l-użu tal-ħin fuq il-bażi tal-istandard stabbilit mill-Istħarriġiet Ewropej Armonizzati dwar l-Użu tal-Ħin;

(c)

it-teħid tal-liv tal-ġenituri diżaggregat skont is-sess, minn data amministrattiva b'mod armonizzat għall-Unjoni kollha bl-użu tal-qafas tal-indikaturi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata żviluppat mis-sottogrupp konġunt tal-EMCO u l-KPS;

(d)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal fl-ECEC, li jkopri b'mod partikolari l-aspetti msemmija fir-Rakkomandazzjonijiet 17 u 18; u

(e)

in-nuqqasijiet, l-aċċessibilità, l-affordabbiltà u l-kwalità tal-ECEC fuq bażi regolari, u dwar id-distribuzzjoni territorjali tal-ECEC, b'mod partikolari għall-valutazzjoni ta' disparitajiet territorjali, inkluż f'żoni remoti u rurali.

22.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jżidu l-isforzi biex jiżguraw li d-data tkun komparabbli fuq il-livell tal-Unjoni u jkollha livell suffiċjenti ta’ granularità.

IMPLIMENTAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

23.

Hu rrakkomandat li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ġabra ta’ miżuri meħuda jew ippjanati għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha, mibnija, fejn ikun rilevanti, fuq strateġiji jew pjanijiet nazzjonali eżistenti. Fejn ikun xieraq, tista’ ssir referenza għal rapporti mibgħuta fl-ambitu ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar eżistenti, bħall-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, is-Semestru Ewropew u mekkaniżmi ta’ programmar u rappurtar rilevanti oħra tal-Unjoni.

B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:

24

(a)

ittejjeb il-forniment regolari tad-data, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, billi tagħmel disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat, kif ukoll fuq il-Portal ta’ Monitoraġġ tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, dan li ġej:

(i)

diżaggregazzjoni ulterjuri skont l-età, u, fejn ikun xieraq, skont il-kwintil tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi, tal-parteċipazzjoni tat-tfal fl-ECEC, kif ukoll tal-intensità taż-żmien tal-parteċipazzjoni u r-rata ta' parteċipazzjoni għat-tfal fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali;

(ii)

intervalli ta' kunfidenza għall-indikatur ewlieni tal-UE-SILC “Tfal fl-indukrar formali tat-tfal jew fl-edukazzjoni” u indikaturi rilevanti oħrajn flimkien mar-rati ta' parteċipazzjoni sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn is-snin u l-pajjiżi; u

(iii)

informazzjoni ta' spjegazzjoni aktar komprensiva dwar id-data miġbura, b'mod partikolari fir-rigward tal-programmi tal-ECEC koperti mid-definizzjoni tal-indikaturi;

(b)

timmobilizza l-finanzjament tal-Unjoni b’appoġġ tar-riformi u tal-investimenti nazzjonali fl-ECEC;

(c)

tesplora l-possibbiltà tal-iżvilupp ta’ aktar indikaturi f’kooperazzjoni mal-EMCO u l-KPS u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Kriterji ta’ Evalwazzjoni fl-Edukazzjoni, u tipprova tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajba u tagħlim reċiproku fost l-Istati Membri, kif ukoll attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità teknika, u tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw riformi fil-qasam tal-ECEC, b’mod partikolari permezz tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni Strateġika fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku;

(d)

tħeġġeġ lill-aġenziji tal-Unjoni bħall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Eurofound biex jiġbru d-data regolarment, jiżviluppaw indikaturi u jwettqu analiżijiet dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-kura, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, u l-użu tal-ħin f’xogħol bi ħlas u mhux bi ħlas, dwar attivitajiet individwali u soċjali min-nisa u mill-irġiel b’responsabbiltajiet ta’ kura u dwar l-arranġamenti tax-xogħol matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom;

(e)

tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tar-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni, u ta’ arranġamenti eżistenti tas-Semestru Ewropew, bl-appoġġ tal-EMCO u l-KPS, u – għat-tfal ta’ iktar minn 3 snin – il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

25.

Tirrapporta lill-Kunsill fi żmien 5 snin dwar il-progress magħmul fir-rigward ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. JUREČKA


(1)  Il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 (2002), SN 100/1/02 REV1.

(2)  It-tabella tal-bażi tad-data tal-Eurostat LFSA_IGAR, “Care of adults with disabilities or children and other family or personal reasons” (Il-kura ta' adulti b'diżabilità, jew tfal jew raġunijiet familjari jew personali oħra), il-perċentwal tal-popolazzjoni barra mill-forza tax-xogħol u li jixtiequ jaħdmu, grupp ta' etajiet 15-64.

(3)  Rapport mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE): “Gender inequalities in care and consequences on the labour market” (Differenzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-konsegwenzi fuq is-suq tax-xogħol), 12953/20 ADD 1.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).

(5)  ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1.

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4).

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, COM(2021) 142 final, 24 ta’ Marzu 2021, p. 1.

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta' Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2021 dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom, (ĠU C 93, 19.3.2021, p. 1).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/554 tal-5 ta' April 2022 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għan-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 1).

(12)  Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, “Meeting of Experts on Policy Guidelines on the promotion of decent work for early childhood education personnel”, disponibbli fuq: https://www.ilo.org/sector/Resources/codes-of-practice-and-guidelines/WCMS_236528/lang--en/index.htm

(13)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar L-Indirizzar tad-Differenza bejn il-Ġeneri fil-Pagi: Valutazzjoni u Distribuzzjoni tax-Xogħol Imħallas u x-Xogħol ta' Kura Mingħajr Ħlas, 13584/20.

(14)  ĠU C 66, 26.2. 2021, p. 1.


Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/13


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-13 Diċembru 2022

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank

(BĊE/2022/44)

(2022/C 484/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

L-Artikolu 37(1) tal-Att Federali Awstrijakk dwar l-Oesterreichische Nationalbank jistipula illi l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi awditur estern u awditur estern alternattiv għal perijodu pluriennali ta’ massimu ta’ ħames snin. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika.

(3)

Il-mandat ta’ Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H., l-awditur estern attwali tal-Oesterreichische Nationalbank, u l-mandat ta’ Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH, l-awditur estern alternattiv attwali, it-tnejn se jintemmu wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(4)

L-Oesterreichische Nationalbank għażel lil BDO Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. L-Oesterreichische Nationalbank se jagħżel l-awditur estern alternattiv tiegħu aktar tard,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi BDO Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft għandha tinħatar bħala l-awditur estern tal-Oesterreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 13 ta’ Diċembru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/14


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10913 — SADCO / HACP / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 484/03)

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10913. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/15


Konklużjonijiet dwar ir-Rapport Speċjali Nru 19/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-akkwist ta' vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE – Ġew iggarantiti dożi suffiċjenti wara l-isfidi inizjali, iżda l-prestazzjoni tal-proċess ma ġietx ivvalutata b'mod suffiċjenti

(2022/C 484/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

(1)   

JILQA’ r-Rapport Speċjali Nru 19/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Qorti”) u t-tweġibiet tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport;

(2)   

JINNOTA li l-awditu tal-Qorti vvaluta jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri akkwistawx il-vaċċini kontra l-COVID-19 sa tmiem l-2021 b’mod effettiv; f’dak l-isforz, il-Qorti eżaminat jekk:

it-tħejjijiet tal-UE għall-akkwist tal-vaċċini kontra l-COVID-19 kinux effettivi;

in-negozjaturi tal-UE rnexxielhomx jiggarantixxu l-objettivi ta' akkwist tal-UE fil-kuntratti li ffirmat mal-manifatturi tal-vaċċini;

il-Kummissjoni indirizzatx kwalunkwe kwistjoni li kellha impatt fuq il-provvista tal-vaċċini.

(3)   

IFAKKAR li l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19, ippubblikata mill-Kummissjoni, huma li jiġu żgurati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-vaċċini, li jiġi żgurat aċċess f’waqtu għall-vaċċini għall-Istati Membri u l-popolazzjoni tagħhom filwaqt li jitmexxa l-isforz ta’ solidarjetà globali u li jiġi żgurat aċċess ekwu għal kull persuna ġewwa l-UE għal vaċċin affordabbli kemm jista’ jkun malajr.

(4)   

JIRRIKONOXXI li l-Istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 tirrappreżenta riżultat sinifikanti u tissottolinja l-valur miżjud tal-kooperazzjoni tal-UE billi żgurat li 80 % tal-popolazzjoni adulta tal-UE kienet tlaqqmet kompletament sa tmiem l-2021.

(5)   

IFAKKAR li l-Istati Membri u l-Kummissjoni approvaw il-Ftehim li awtorizza lill-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet mal-manifatturi tal-vaċċini bl-objettiv li takkwista vaċċini kontra l-COVID-19 f’isem l-Istati Membri (1).

(6)   

JINNOTA li skont ir-Rapport Speċjali, l-istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 kienet iċċentrata madwar żewġ korpi, b’mod partikolari l-Bord ta’ Tmexxija, responsabbli għas-sorveljanza tan-negozjati u l-validazzjoni tal-kuntratti qabel l-iffirmar, u t-Tim konġunt ta’ negozjati inkarigat li jinnegozja l-kuntratti.

(7)   

JINNOTA li skont ir-Rapport Speċjali, matul Marzu 2021 il-President tal-Kummissjoni wettqet negozjati preliminari għal kuntratt ma’ Pfizer/BioNTech u dan kien l-uniku kuntratt li fir-rigward tiegħu t-Tim konġunt ta’ negozjati ma kienx involut f’dan l-istadju tan-negozjati, għall-kuntrarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-akkwist tal-vaċċini kontra l-COVID-19. Fid-9 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ppreżentat lill-bord ta’ tmexxija l-kondizzjonijiet innegozjati bejn il-President tal-Kummissjoni u Pfizer/BioNTech, u l-bord ta’ tmexxija qabel li jniedi sejħa għall-offerti. Dan huwa l-akbar kuntratt ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, li ser jiddomina l-portafoll tal-vaċċini tal-UE sa tmiem l-2023.

(8)   

JISTIEDEN lill-Kummissjoni tkompli bil-kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini, filwaqt li tindirizza n-nuqqasijiet, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza, governanza u ħtiġijiet tal-Istati Membri.

(9)   

JIEĦU NOTA tas-sejbiet tar-Rapport, b’mod partikolari li:

Il-Kummissjoni pproduċiet l-istrateġija tagħha għall-vaċċini fl-istadji bikrija tal-pandemija fi żmien meta ma kienx hemm vaċċini kontra l-COVID-19 fis-suq;

L-UE rnexxielha takkwista l-vaċċini kontra l-COVID-19 billi żgurat portafoll diversifikat sabiex tifrex ir-riskju li ma jiġix żviluppat vaċċin billi ffirmat kuntratti ma' diversi manifatturi differenti;

It-tħejjijiet tal-UE għall-akkwist tal-vaċċini kontra l-COVID-19 kienu fil-biċċa l-kbira effettivi, madankollu l-UE bdiet il-proċess tal-akkwist aktar tard mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti;

It-termini tal-kuntratti evolvew maż-żmien u n-negozjaturi tal-UE kienu f'pożizzjoni aħjar biex jiggarantixxu l-objettivi ta' akkwist tal-UE fil-kuntratti sussegwenti li ffirmat mal-manifatturi tal-vaċċini;

Il-Kummissjoni u 10 mill-14-il Stat Membru li wieġbu għall-istħarriġ tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jixtiequ jaraw reġim ta' responsabbiltà aktar standard meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni standard għat-tqegħid fis-suq;

Il-Kummissjoni pproponiet l-użu tas-sistema tal-akkwist għal kriżijiet futuri tas-saħħa mingħajr ma l-ewwel evalwat il-prestazzjoni tagħha jew eżaminat minn qabel is-sistema tal-akkwist ta' pajjiżi terzi;

Il-Kummissjoni ma għamlitx analiżi sħiħa tal-isfidi fil-produzzjoni u fil-katina tal-provvista tal-produzzjoni tal-vaċċini qabel ma kienet diġà ffirmat il-biċċa l-kbira tal-kuntratti. Kien biss fi Frar 2021 li l-Kummissjoni stabbiliet task force biex tappoġġa l-ktajjen tal-manifattura u tal-provvista u filwaqt li huwa minnu li għenet biex jiġu solvuti xi konġestjonijiet, l-impatt tagħha fuq iż-żieda fil-produzzjoni tal-vaċċini ma kienx ċar.

(10)   

JIKKONDIVIDI l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapport, b’mod partikolari li:

Il-Kummissjoni kisbet portafoll diversifikat ta' vaċċini, iżda l-UE hija prinċipalment dipendenti fuq fornitur wieħed għall-perjodu 2022-2023;

Il-Kummissjoni appoġġat l-implimentazzjoni tal-kuntratti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, iżda dawn l-isforzi kellhom influwenza limitata biex jingħelbu l-isfidi tal-provvista;

Ir-regolamenti u l-attivitajiet il-ġodda tal-UE fil-qasam ma kinux determinati fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt ex ante mill-Kummissjoni.

(11)   

JILQA’ t-tweġiba tal-Kummissjoni għas-sejbiet tal-Qorti u l-inizjattivi li diġà ttieħdu biex jiġu implimentati dawk ir-rakkomandazzjonijiet, inkluż il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni (2).

(12)   

JIEĦU NOTA tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u għalhekk JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:

Toħloq linji gwida dwar l-akkwist waqt pandemija fi żmien sena mill-adozzjoni tar-Regolament dwar Qafas għall-Emerġenzi (3) u r-Regolament Finanzjarju (4) rivedut, abbażi tat-tagħlimiet meħuda filwaqt li, meta jkun possibbli, tqis l-evidenza eżistenti biex jiġu identifikati prattiki tajbin għal timijiet ta' negozjar futuri;

Twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-approċċ tal-akkwist tal-UE sabiex tipproponi miżuri xierqa;

Twettaq evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-proċeduri biex jiġu vvalutati l-effettività, il-prezzijiet, il-mudell ta' pagament, il-kwantitajiet tal-vaċċini kontra l-COVID-19 akkwistati mill-UE minn perspettiva ta' saħħa pubblika, l-elementi tal-klawżoli tal-kuntratti kif ukoll il-kriterji tal-għażla tat-Tim ta' Negozjar sabiex jikkontribwixxu għal-linji gwida żviluppati;

Twettaq eżerċizzji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex tittestja kull parti tal-qafas aġġornat tagħha tal-akkwist waqt pandemija biex tidentifika kwalunkwe dgħufija u possibbiltà għal titjib.

(13)   

JISSOTTOLINJA l-importanza li jinsiltu t-tagħlimiet mill-akkwist tal-vaċċini kontra l-COVID-19. B’kont meħud tal-kuntest tal-Pandemija Globali li matulu kienu nnegozjati l-kuntratti u mingħajr preġudizzju għall-kuntest, l-Istati Membri jenfasizzaw li f’kuntratti futuri jeħtieġ li l-Istati Membri jkollhom flessibbiltà akbar, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-kwantitajiet mixtrija, l-iskedi tal-konsenja u l-ħlas mal-wasla skont il-vaċċini kkonsenjati, kif ukoll li jkun hemm definizzjoni aktar preċiża tal-perjodi ta’ skadenza aċċettabbli. Filwaqt li jagħraf ir-rwol tal-UE biex tikkontribwixxi b’mod attiv għal rispons globali permezz tad-donazzjoni tal-vaċċini, JAPPELLA biex jiġu llaxkati l-kondizzjonijiet dwar id-donazzjonijiet sabiex tkun possibbli konsenja rapida direttament fil-pajjiżi terzi jew donazzjonijiet ta’ dożi fil-pajjiż.

(14)   

JIDDISPJAĊIH dwar in-nuqqas ta’ tweġiba mill-Kummissjoni għat-talbiet tal-Qorti għal informazzjoni dwar in-negozjati preliminari għall-kuntratt iffirmat ma’ Pfizer/BioNTech fid-19 ta’ Mejju 2021 u JISTIEDEN lill-Kummissjoni tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom skont it-Trattati.


(1)  Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4192 final tat-18 ta' Ġunju 2020

(2)  COM/2021/577 final

(3)  2021/0294 (NLE)

(4)  2022/0162 (COD)


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/18


Konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika

(2022/C 484/05)

Introduzzjoni

It-tilqim huwa meqjus bħala waħda mill-aktar għodod effettivi tas-saħħa pubblika fil-prevenzjoni ta' mard infettiv u l-mitigazzjoni tal-effetti l-aktar dannużi tiegħu. It-tilqim mhuwiex biss importanti għat-tfal, iżda wkoll f'perspettiva tul il-ħajja. L-iżvilupp tal-vaċċini jirrappreżenta bidla fl-istorja medika u kellu impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika. Ħafna mard ġie evitat permezz tat-tilqim, u b'hekk tnaqqas il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa u huwa stmat li ġew evitati bejn 3,5 u 5 miljun mewta fis-sena (1). Fil-każ tal-ġidri, din il-marda saħansitra nqerdet bis-saħħa tat-tilqim.

Madankollu, illum, it-tilqim huwa vittma tas-suċċess tiegħu stess. Xi nies ma għadhomx jaraw l-impatti ta' mard infettiv li ma għadux preżenti minħabba skemi ta' tilqim u għadd konsiderevoli ta' nies jistgħu saħansitra jiddubitaw l-importanza tat-tilqim. Ir-rati ta' kopertura tat-tilqim f'ħafna reġjuni madwar l-UE qed jaqgħu sew taħt il-livelli rakkomandati. Il-mard infettiv jista' faċilment jirritorna f'ċirkostanzi bħal dawn. Eżempju ta' dan huwa l-epidemija tal-ħosba li faqqgħet f'dawn l-aħħar snin f'għadd ta' pajjiżi Ewropej.

Ir-rieda tan-nies li jirċievu vaċċini sikuri, effettivi, rakkomandati u disponibbli ġiet ikkontestata matul dawn l-aħħar ftit deċennji. L-eżitazzjoni għat-tilqim hija kklassifikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fost l-akbar 10 theddidiet għas-saħħa globali. Hija wkoll problema li tvarja skont il-kuntest, il-pajjiż u t-tip ta' vaċċin ikkonċernat, u għalhekk toħloq sfida partikolari. M'hemm ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd, u jenħtieġ sforz sostenibbli fit-titjib tad-djalogu maċ-ċittadini, il-fehim tat-tħassib tagħhom u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' tilqim imfassla apposta, flimkien ma' kampanji ta' komunikazzjoni mmirati.

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tenfasizza d-daqs u l-portata ta' din il-kwistjoni. L-eżitazzjoni għat-tilqim kontra l-COVID-19 kienet influwenzata b'mod sostanzjali minn diversi fatturi, fosthom kien predominanti t-tħassib dwar is-sikurezza u l-effikaċja perċepita tal-vaċċin. Għalkemm f'xi Stati Membri tal-UE l-kampanji ta' tilqim kontra l-COVID-19 ma wasslux għal rati għoljin ħafna ta' tilqim, f'xi partijiet tal-Unjoni Ewropea r-riżultati kienu impressjonanti.

Mil-lat pożittiv, il-pandemija ġabet magħha wkoll l-iżvilupp ta' għadd ta' soluzzjonijiet u għodod importanti li diġà nistgħu nagħmlu użu minnhom illum. Saru żviluppi sinifikanti, pereżempju, fid-diġitalizzazzjoni, bil-ġbir u l-iskambju ta' data fil-livell tal-UE kif ukoll bl-istabbiliment taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, stadju importanti li stabbilixxa standard globali bħala parti mill-miżuri tas-saħħa pubblika biex jitrażżan it-tixrid tal-pandemija. L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 (2) segwita mit-tnedija tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) jirrappreżentaw ukoll pass kbir 'il quddiem fl-iżgurar tal-iżvilupp, l-akkwist, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta' kontromiżuri mediċi fil-livell tal-UE, bħal vaċċini u terapewtika. Kisba oħra daqstant importanti hija l-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li għandha l-għan li ssaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u r-rispons tal-aġenziji ewlenin.

Jeħtieġ li nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19 biex niżguraw tħejjija adegwata għal kriżijiet futuri tas-saħħa pubblika. F'dan ir-rigward, il-flussi ta' persuni spostati lejn l-UE jistgħu joħolqu sfida għas-saħħa pubblika, l-ewwel u qabel kollox għall-istess grupp spostat, kif ukoll għall-Istati Membri, li għandhom jinkludu lil dawn il-persuni kollha fl-istrateġiji ta' tilqim tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, għandna niffukaw fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa pubblika, li jista' jkun estensiv, b'bidliet potenzjali fil-firxiet ta' trażmissjoni ta' mard infettiv, b'mod partikolari mard li jinġarr minn vettur bħall-hantavirus, enċefalite li tinġarr mill-qurdien, il-marda tal-Lyme u l-malarja.

B'kont meħud ta' dan, l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi konġunti tagħhom, filwaqt li jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim tal-2018 (3) u t-tagħlimiet meħuda matul l-aħħar snin tal-pandemija tal-COVID-19.

Filwaqt li s-servizzi, il-programmi u l-politiki tat-tilqim huma responsabbiltà tal-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-mard infettiv u l-isfidi komuni li jiffaċċjaw il-programmi nazzjonali ta' immunizzazzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, il-migrazzjoni, jew it-tifqigħa tal-ġidri tax-xadini, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn approċċ tal-UE saħansitra aktar ikkoordinat għall-prevenzjoni u l-limitazzjoni tat-tixrid ta' epidemiji u mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim.

Il-ġlieda kontra l-eżitazzjoni għat-tilqim: ir-riskju tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u l-ħtieġa li tiżdied il-fiduċja pubblika fit-tilqim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

1.

IFAKKAR li, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), azzjoni tal-Unjoni, li tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-prevenzjoni ta’ sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali.

2.

JIRRIKONOXXI li filwaqt li l-programmi ta’ tilqim huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, approċċ tal-UE kkoordinat aħjar ġeneralment jista’ jkollu valur miżjud, minħabba n-natura transfruntiera tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim.

3.

JINNOTA li l-kawżi ewlenin tal-eżitazzjoni għat-tilqim huma differenti. Sitwazzjonijiet differenti bħat-tilqim ta’ rutina b’vaċċini magħrufa sew jew it-tilqim matul kriżijiet tas-saħħa, bħall-pandemija tal-COVID-19, fejn jintużaw vaċċini ġodda, jeħtieġu soluzzjonijiet differenti.

4.

JAGĦRAF li l-pandemija tal-COVID-19 uriet b’mod ċar it-theddid u l-isfidi li joħolqu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni għas-soċjetajiet tagħna. “Infodemija” – wisq informazzjoni, inkluż informazzjoni falza jew qarrieqa, f’ambjenti diġitali u fiżiċi matul tifqigħa ta’ marda (4) – kienet wieħed mill-fatturi kruċjali, li żied ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, is-sistemi tas-saħħa u l-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet.

5.

IFAKKAR fil-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottata fil-5 ta’ Diċembru 2018 li nediet Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni (5), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online” (6) adottata fis-26 ta’ April 2018, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Gwida għat-Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni” (7) adottata fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Kooperazzjoni iktar b’saħħitha fir-rigward tal-mard li jista’ jiġi evitat bil-vaċċini” (8) adottata fis-26 ta’ April 2018 u l-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottata fl-10 ta’ Ġunju 2020“Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X’inhuma l-fatti” (9).

6.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż id-diżinformazzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (10), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim (11), li tagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjoni tal-eżitazzjoni għat-tilqim u d-diżinformazzjoni li taqleb l-attenzjoni tal-pubbliku mill-benefiċċji tat-tilqim għan-nuqqas ta’ fiduċja fix-xjenza u l-biża’ minn effetti sekondarji possibbli, u JIEĦU NOTA tal-Pjan Direzzjonali (12) tal-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mitluba mir-Rakkomandazzjoni flimkien mal-attivitajiet tal-Azzjoni Konġunta dwar it-Tilqim (13), li tipprovdi rakkomandazzjonijiet u għodod konkreti għal risponsi aktar b’saħħithom għall-isfidi tat-tilqim, inkluż il-promozzjoni tal-aċċettazzjoni tat-tilqim.

7.

IFAKKAR fir-rapport għall-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Fiduċja fil-Vaċċini fl-UE u r-Renju Unit ippubblikat fil-11 ta’ Diċembru 2020 (14).

8.

IFAKKAR fir-rapport dwar il-Ġlieda kontra l-miżinformazzjoni online dwar il-vaċċini fl-UE, ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fid-29 ta’ Ġunju 2021 (15), li jeżamina l-bażi ta’ evidenza dwar kif għandha tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni online dwar il-vaċċini fl-UE u JENFASIZZA l-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim (16), ospitat mill-ECDC, li jipprovdi evidenza preċiża u aġġornata dwar it-tilqim flimkien ma’ ħarsa ġenerali lejn il-mekkaniżmi tal-UE biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-effettività tat-tilqim.

9.

IFAKKAR fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (17) u JILQA’ B’SODISFAZZJON ukoll ir-rwol u l-kontribut ġenerali tal-ECDC, inkluż fl-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fir-rigward tat-tilqim u ż-żieda tal-fiduċja fil-vaċċini, pereżempju b’korsijiet ta’ tagħlim elettroniku dwar kif tiġi indirizzata l-miżinformazzjoni online dwar it-tilqim (18).

10.

JILQA’ B’SODISFAZZJON il-Programm EU4Health, li jrawwem b’mod ambizzjuż il-prevenzjoni tal-kriżijiet madwar l-Unjoni u transsettorjali, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tar-rati ta’ kopertura tat-tilqim fl-Istati Membri, speċifikament billi jipprovdi finanzjament disponibbli għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati kemm lejn il-pubbliku ġenerali kif ukoll lejn gruppi speċifiċi, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-eżitazzjoni għat-tilqim, il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni.

11.

JILQA’ B’SODISFAZZJON l-azzjonijiet ta’ ORIZZONT 2020 li jindirizzaw il-miżinformazzjoni dwar il-vaċċini u l-iżvilupp ta’ għodod biex jittejjeb it-teħid tal-vaċċini u l-azzjonijiet ta’ ORIZZONT Ewropa mmirati biex jipprovdu evidenza biex jiġu miġġielda aħjar il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni.

12.

JILQA’ B’SODISFAZZJON l-Aġenda għall-Immunizzazzjoni 2030 (19), ippubblikata mid-WHO fl-1 ta’ April 2020, li tipprova tindirizza l-eżitazzjoni għat-tilqim billi tiżviluppa strateġiji robusti u innovattivi biex jimmitigaw il-miżinformazzjoni dwar il-vaċċini u tnaqqas il-propagazzjoni u l-impatt negattiv tagħha.

13.

JENFASIZZA l-ħtieġa ta’ analiżi kostanti u komunikazzjoni pubblika tar-riskji u l-benefiċċji individwali tat-tilqim f’diversi gruppi ta’ riskju u fost dawk b’sorsi insuffiċjenti ta’ informazzjoni, pereżempju minħabba sfidi soċjali, kulturali jew lingwistiċi.

14.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

Jużaw għarfien espert interdixxiplinari (inkluż esperti tas-saħħa pubblika, esperti tas-saħħa diġitali, speċjalisti tal-komunikazzjoni, esperti tal-media soċjali u esperti tal-imġiba) biex jamplifikaw l-isforzi biex jiġġieldu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni dwar il-vaċċini u japplikaw approċċ aktar b'saħħtu, ibbażat fuq l-evidenza u aktar strateġiku għall-komunikazzjoni dwar il-vaċċini, b'messaġġi armonizzati bejn il-partijiet involuti.

15.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

Mingħajr duplikazzjoni ta' inizjattivi eżistenti u filwaqt li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, tistabbilixxi forum ta' esperti dwar l-eżitazzjoni għat-tilqim biex tiġi pprovduta pjattaforma li tiġbor flimkien esperti mill-oqsma rilevanti kollha sabiex jiddiskutu, jiskambjaw l-aħjar prattiki, jagħtu segwitu għall-attivitajiet tal-Azzjoni Konġunta dwar it-Tilqim lil hinn mill-proġett innifsu u, b'mod partikolari, jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-komunikazzjoni mal-aġenziji tal-UE biex jipprovdu gwida dwar kif jiżdiedu r-rati ta' kopertura tat-tilqim madwar l-Unjoni Ewropea;

Issaħħaħ, fejn xieraq, il-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-UE dwar it-tilqim u dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni sabiex tappoġġa approċċ olistiku aktar effettiv, inkluż billi toħroġ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-eżitazzjoni għat-tilqim;

Flimkien mal-ECDC tipprovdi lill-Istati Membri, fuq talba, rakkomandazzjonijiet u linji gwida mhux vinkolanti mfassla apposta dwar kif għandha tiġi indirizzata l-eżitazzjoni għat-tilqim filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

Tipprovdi pariri, fuq talba tal-Istat Membru, lil dawk responsabbli għall-programmi nazzjonali ta' immunizzazzjoni fl-Istati Membri, dwar l-użu tal-programmi u l-istrumenti rilevanti kollha tal-UE għal kampanji ta' tilqim immirati u kif jevalwaw dawn il-kampanji.

16.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

Jiżviluppaw opportunitajiet ta' taħriġ (taħriġ fil-komunikazzjoni u l-media soċjali) li jippermettu lill-professjonisti tas-saħħa u lill-esperti tal-komunikazzjoni dwar is-saħħa jsiru aktar familjari ma' tekniki u għodod effettivi għall-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni dwar it-tilqim, inkluż dawk online, għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni jew għall-iżgurar ta' komunikazzjoni effettiva bejn il-professjonisti tas-saħħa u ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji tat-tilqim (teħid ta' deċiżjonijiet kondiviż), bl-involviment tal-Koalizzjoni għat-Tilqim u tal-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti tas-saħħa u tal-istudenti fil-livell nazzjonali;

Jippromwovu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tat-tilqim, inkluż permezz ta' sħubijiet mas-settur tal-edukazzjoni, is-sħab soċjali u azzjoni mmirata lejn il-media, filwaqt li jagħmlu enfasi partikolari fuq ir-responsabbiltajiet u r-rwol tal-pjattaformi tal-media soċjali;

Jappoġġaw politiki nazzjonali li ser jiżguraw il-forniment ta' servizzi ta' tilqim ekwi, aċċessibbli u attraenti għall-persuni eliġibbli kollha, filwaqt li jiġi żgurat li t-tilqim ma jsirx opportunità mitlufa.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE bi tħejjija għall-isfidi li ġejjin: nibnu fuq l-aħjar prattika u t-tagħlimiet meħuda

17.

JINNOTA li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat il-politiki dwar it-tilqim fil-livell Ewropew u nazzjonali b’mod sinifikanti u bla preċedent. Għalkemm f’xi Stati Membri, l-aċċettazzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19 kienet għolja, f’ħafna minnhom ma kinitx biżżejjed. Hija aċċellerat ukoll l-iżvilupp ta’ għodod u soluzzjonijiet ġodda li l-UE tista’ tibni fuqhom biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni dwar l-istrateġiji tat-tilqim u l-programmi ta’ immunizzazzjoni.

18.

JISSOTTOLINJA l-benefiċċji ta’ kooperazzjoni msaħħa tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ fiduċja fil-vaċċini u t-tħeġġiġ tat-teħid tal-vaċċini; filwaqt li jirrikonoxxi li approċċi sostanzjalment differenti, għalkemm ibbażati fuq l-istess data xjentifika, jistgħu f’xi każijiet jinfluwenzaw b’mod negattiv il-fiduċja tal-pubbliku fit-tilqim.

19.

IFAKKAR fir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE), li kien suċċess kbir għall-UE.

20.

IFAKKAR fl-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini biex jiġu aċċellerati l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2020, li ppermettiet lill-Istati Membri jakkwistaw b’mod konġunt u jiżguraw aċċess f’waqtu għall-vaċċini kontra l-COVID-19.

21.

JILQA’ B’SODISFAZZJON il-ħolqien tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA), li għandha taħdem biex ittejjeb it-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi u, b’hekk, għandha tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar tal-isfidi relatati mal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi.

22.

JINNOTA li l-mobbiltà internazzjonali u l-migrazzjoni ġew aċċellerati, għalhekk il-kooperazzjoni fil-qasam tat-tilqim għandha dejjem ikollha dimensjoni globali.

23.

IFAKKAR fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet”, adottata fit-23 ta’ Marzu 2022, li tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kopertura tat-tilqim fost l-Ukreni spostati, b’attenzjoni partikolari fuq il-programmi ta’ tilqim tat-tfal.

24.

IFAKKAR fil-linji gwida tal-ECDC dwar Kunsiderazzjonijiet operazzjonali tas-saħħa pubblika għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard infettiv fil-kuntest tal-aggressjoni tal-Ukrajna mir-Russja, ippubblikati fit-8 ta’ Marzu 2022.

25.

JIRRIMARKA li kwistjonijiet u kriżijiet globali oħra huma wkoll mistennija li jaffettwaw l-okkorrenza ta’ mard infettiv fl-UE, b’mod partikolari t-tibdil fil-klima, li x’aktarx iżid it-trażmissjoni ta’ enċefalite li tinġarr mill-qurdien u mard ieħor li jinġarr minn vetturi, bħad-deni tal-Punent tan-Nil jew id-deni dengue.

26.

JIRRIKONOXXI l-ħidma mwettqa min-Network Regolatorju Ewropew tal-Mediċini relatata mal-vaċċini, fl-iżgurar tal-kwalità, l-effikaċja u s-sikurezza tal-mediċini fl-Unjoni Ewropea. Il-ħidma tan-network regolatorju timplika networking xjentifiku, valutazzjoni komparattiva u kollaborazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tikkontribwixxi għal għarfien xjentifiku fil-fond dwar il-vaċċini u żżid l-affidabbiltà fost il-popolazzjoni Ewropea.

27

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

Jippromwovu kampanji ta' tilqim għall-adulti biex jipprovdu protezzjoni kontra mard infettiv trażmissibbli li jista' jkun assoċjat ma' eżiti serji, bħall-ħosba, id-difterite, it-tetnu jew il-poljomijelite;

Iżommu kampanji ta' tilqim għat-tfal u jipprovdu protezzjoni kontra mard infettiv trażmissibbli lil tfal li għadhom mhumiex protetti bit-tilqim, jiġifieri biex iwettqu kampanji ta' rkupru tat-tilqim;

Jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-kura tas-saħħa u jesploraw il-possibbiltà li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-faċilitajiet mediċi li jaħżnu informazzjoni elettronika dwar l-istatus tat-tilqim taċ-ċittadini;

Jibnu u jżommu forza tax-xogħol adegwata fis-settur tas-saħħa li tkun kapaċi tipprovdi rispons rapidu u effettiv għat-theddid għas-saħħa, kif ukoll itejbu l-kopertura tat-tilqim fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa bħala prattika tajba tas-saħħa għall-pubbliku ġenerali;

Jippromwovu l-edukazzjoni dwar is-saħħa u l-litteriżmu fis-saħħa f'perspettiva ta' tul il-ħajja.

28.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

Filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa, tesplora l-valur miżjud u l-possibbiltajiet ta' li jingħelbu l-ostakli legali u tekniċi għall-interoperabbiltà tas-sistemi (sub)nazzjonali ta' informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, fejn dawn jeżistu, permezz tal-opportunitajiet offruti mill-mekkaniżmi eżistenti jew futuri għall-iskambju transfruntier tad-data dwar is-saħħa, u tesplora l-valur miżjud ta' verżjoni diġitali taċ-ċertifikati tat-tilqim, filwaqt li tqis l-esperjenzi ta' infrastrutturi diġitali Ewropej u għodod eżistenti oħra, bħaċ-Ċertifikat Internazzjonali tat-Tilqim jew Profilassi.

Tiffoka b'mod partikolari fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni u teżamina l-possibbiltajiet għall-appoġġ tal-iżvilupp ta' vaċċini ġodda kontra theddid infettiv (ri)emerġenti, b'attenzjoni partikolari għal mard li jinġarr minn vetturi.

Tistieden lill-ECDC biex jaġġorna l-gwida tiegħu dwar is-saħħa pubblika rigward l-iskrinjar u t-tilqim għal mard infettiv f'migranti li jkunu għadhom kif waslu fl-UE/iż-ŻEE, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida nazzjonali eżistenti dwar is-saħħa pubblika.

29.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

Jiżviluppaw, abbażi tal-prattika tajba u l-esperjenza miksuba mill-“għodda Bazaar” żviluppata għall-ħtiġijiet tal-Bord ta' Tmexxija għall-akkwist tal-vaċċini kontra l-COVID-19, bażi tad-data virtwali biex tiffaċilita, fuq bażi volontarja, l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-eċċessi u l-iskarsezzi possibbli ta' vaċċini essenzjali, u b'hekk tippermetti l-bejgħ mill-ġdid jew id-donazzjoni possibbli fost l-Istati Membri.

Jagħmlu użu mill-possibbiltajiet għall-akkwist konġunt ta' vaċċini fejn xieraq, filwaqt li jqisu t-theddid transfruntier serju għas-saħħa rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni u l-ħtiġijiet attwali tal-Istati Membri.

Jappoġġaw lin-Network Regolatorju Ewropew tal-Mediċini permezz ta' mekkaniżmu b'riżorsi tajbin u flessibbli biex jikkonsolida l-ħidma tiegħu u jiżgura s-sostenibbiltà tal-kontribut tan-network fit-tul.


(1)  https://www.who.int/health-topics/vaccines-and-immunization#tab=tab_

(2)  COM/2020/245 final

(3)  COM/2018/244 final

(4)  https://www.who.int/health-topics/infodemic#tab=tab_1

(5)  JOIN/2018/36 final

(6)  COM/2018/236 final

(7)  COM/2021/262 final

(8)  COM/2018/245 final

(9)  JOIN/2020/ 8 final

(10)  ST 14064/20

(11)  COM/2018/244 final

(12)  https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-07/2019-2022_roadmap_en.pdf

(13)  https://eu-jav.com/

(14)  https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-11/2020_confidence_rep_en.pdf

(15)  https://www.ecdc.europa.eu/en/news-events/ecdc-launches-report-countering-online-vaccine-misinformation-eueea

(16)  https://vaccination-info.eu/mt

(17)  2020/0320(COD)

(18)  https://www.ecdc.europa.eu/en/news-events/e-learning-how-address-online-vaccination-misinformation

(19)  https://www.who.int/publications/m/item/immunization-agenda-2030-a-global-strategy-to-leave-no-one-behind


Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/24


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta' Diċembru 2022

(2022/C 484/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0598

JPY

Yen Ġappuniż

144,65

DKK

Krona Daniża

7,4382

GBP

Lira Sterlina

0,87118

SEK

Krona Żvediża

11,0063

CHF

Frank Żvizzeru

0,9884

ISK

Krona Iżlandiża

151,90

NOK

Krona Norveġiża

10,5025

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,233

HUF

Forint Ungeriż

403,18

PLN

Zloty Pollakk

4,6853

RON

Leu Rumen

4,9107

TRY

Lira Turka

19,7676

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5794

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4472

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2428

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6632

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4378

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 377,17

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,3074

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3901

HRK

Kuna Kroata

7,5395

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 506,72

MYR

Ringgit Malażjan

4,6912

PHP

Peso Filippin

58,649

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,923

BRL

Real Brażiljan

5,6327

MXN

Peso Messikan

20,9743

INR

Rupi Indjan

87,5321


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/25


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/07)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Belġju

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-settur tal-kura tas-saħħa b’rikonoxximent tal-impenn eċċezzjonali matul il-pandemija tal-COVID-19

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fil-parti ta’ ġewwa tal-munita l-persunal tas-saħħa. Fuq ix-xellug tista’ ssib l-iskrizzjoni “Danke - Merci - Dank u” flimkien ma’ diversi pittogrammi li jirreferu għas-settur tal-kura tas-saħħa. Minn fuq sal-qiegħ, jintwerew salib, stetoskopju, qalb, siringa, siġġu tar-roti u taħlita kimika. Fuq il-lemin estrem hemm l-inizjali tad-disinjatur, Luc Luycx. Billi z-Zekka Rjali tan-Netherlands se tkun responsabbli għall-ħruġ tal-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-bakketta ta’ merkurju tidher fuq ix-xellug flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, il-kodiċi tal-pajjiż BE u s-sena 2022.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 2 000 000

Id-data tal-ħruġ: Fir-Rebbiegħa 2022


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52-55).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/26


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/08)

Image 2

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 200 sena mill-ewwel Kostituzzjoni Griega

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri t-tempju ta’ Asclepius f’Epidaurus bl-istatwa tal-alla fiċ-ċentru. It-tema tirreplika n-naħa ta’ wara ta’ midalja kommemorattiva tal-Ewwel Assemblea Nazzjonali li saret mill-Griegi rivoluzzjonarji f’Epidaurus, u li ngħatat lill-membri tal-Assemblea matul ir-renju tar-Re Otho. Il-kliem imnaqqax tul ix-xifer ta’ ġewwa huwa l-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA” u “L-EWWEL KOSTITUZZJONI GRIEGA”, kif ukoll is-snin “1822” u “2022”, palmetta (il-marka taz-zekka Griega) u l-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000

Id-data tal-ħruġ: F’Lulju 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/27


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/09)

Image 3

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħames ċentinarju tal-ewwel ċirkonavigazzjoni tad-Dinja

Id-deskrizzjoni tad-disinn: L-espedizzjoni bdiet f’Sivilja fl-1519 u ntemmet fl-1522 wara li spiċċat l-ewwel ċirkonavigazzjoni tad-Dinja. Id-disinn juri żewġ xbihat, waħda tal-globu fl-isfond u l-oħra ritratt ta’ Juan Sebastián Elcano. Fil-qiegħ tar-ritratt hemm miktub b’ittri kbar “JUAN SEBASTIÁN ELCANO” u “PRIMUS CIRCUMDEDISTI ME” (Jien l-ewwel li niċċirkonnaviga), u fuq l-ispalla tar-ritratt hemm d-data tal-bidu u d-data tat-tmiem taċ-ċirkonavigazzjoni (1519-1522). Fuq in-naħa tal-lemin u b’ittri kapitali hemm il-pajjiż tal-ħruġ “ESPAÑA” u s-sena taz-zekka “2022”. Fuq in-naħa tax-xellug hemm il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Id-data tal-ħruġ: Fl-ewwel kwart tal-2022.


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/28


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/10)

Image 4

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: UNESCO Il-Park Nazzjonali ta’ Garajonay

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-Park Nazzjonali ta’ Garajonay li jinsab f’nofs il-gżira ta’ La Gomera fl-arċipelagu tal-Gżejjer Kanarji, ġie rreġistrat fil-lista tas-Siti tal-Wirt Dinji bħala eżempju eċċellenti ta’ laurisilva (foresta ta’ Laurel), ekosistema eċċezzjonali tar-rimnant ħaj tal-foresti pluvjali antiki u foresti moderati sħan li okkupaw ħafna mill-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq matul it-Terzjarju.

Il-munita turi veduta tar-“Roque de Agando” u dettall tal-“foresta ta’ Laurisilva”. Fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin u b’ittri kapitali hemm il-kelma “ESPAÑA” u s-sena taz-zekka “2022”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:1 000 000

Id-data tal-ħruġ: Fl-ewwel kwart tal-2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/29


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/11)

Image 5

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Estonja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mija u ħamsin anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà tal-Litterati Estonjani

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-paġni ta’ ktieb u l-ponta ta’ pinna tal-quill. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “EESTI KIRJAMEESTE SELTS” u s-sena tal-ħruġ “2022”. L-iskrizzjoni fil-paġni tal-ktieb tgħid “KUI ME EI SAA SUUREKS RAHVAARVULT, PEAME SAAMA SUUREKS VAIMULT”, jiġifieri “Jekk ma nistgħux inkunu nazzjon kbir fin-numru, irridu nkunu kbar fl-ispirtu”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Id-data tal-ħruġ: Fl-ewwel kwart 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/30


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/12)

Image 6

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt anniversarju tal-qsim tal-Oċean Atlantiku tan-Nofsinhar bl-ajru, li sar fl-1922 minn Gago Coutinho u Sacadura Cabral

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Dan il-qsim inkiseb bl-użu ta’ mezzi interni ta’ navigazzjoni biss: sestant modifikat u korrettur tar-rotta. Id-disinn juri x-xbiha ta’ wieħed mit-tliet Fairey IIIs b’żewġt iġwienaħ li ntużaw biex issir it-titjira bejn Lisbona u Rio de Janeiro. L-iskrizzjoni fit-tarf taqra “TRAVESSIA DO ATLÂNTICO SUL” (bil-Malta - IL-QSIM TAL-OĊEAN ATLANTIKU TAN-NOFSINHAR). Taħt l-ajurplan, l-iskrizzjoni “PORTUGAL 1922-2022”. Il-Marka taz-Zekka hija “CASA DA MOEDA”, l-isem Portugiż taz-Zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Id-data tal-ħruġ: F’Marzu 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/31


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/13)

Image 7

Wiċċ nazzjonali ġdid għall-munita kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mis-Slovakkja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Is-Slovakkja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: It-tliet mitt anniversarju mill-kostruzzjoni tal-ewwel magna tal-fwar atmosferika tal-Ewropa kontinentali għat-tbattil tal-minjieri

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri magna tal-fwar atmosferika għat-tbattil tal-ilma mill-minjieri, dik mibnija fil-belt tal-minjieri ta’ Nová Baňa fl-1722 bħala l-ewwel tat-tip tagħha fl-Ewropa kontinentali. Din kienet iddisinjata u mibnija mill-inġinier Ingliż Isaac Potter, li kopja tal-firma tiegħu hija riprodotta fil-ġenb, fuq żewġ linji, fil-parti ta’ isfel tax-xellug tad-disinn. Fuq in-naħa tal-lemin tal-magna, hemm mill-ġdid miktub fuq il-ġenb. L-isem tal-pajjiż emittenti “SLOVENSKO” u fuq il-lemin, is-snin “1722 u “2022” isseparati b’punt medjali. Lejn it-tarf fuq ix-xellug tat-taqsima fuq ġewwa tal-munita, imqiegħda wħada fuq l-oħra hemm il-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnic), li tikkonsisti mill-ittri “MK”, imqiegħda bejn żewġ forom, u l-inizjali tad-disinjatur tan-naħa nazzjonali, Peter Valah.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Id-data tal-ħruġ: F’Ottubru 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/32


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/14)

Image 8

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Andorra

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-leġġenda ta’ Charlemagne

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-leġġenda tgħid li Imperatur Charlemagne kien il-fundatur ta’ Andorra fis-sena 805 u li ta lill-abitanti tiegħu l-istatus legali tagħhom stess. Id-disinn tal-munita jirrappreżenta din il-leġġenda li għandha għeruq fondi fl-istorja u l-kultura ta’ Andorra u turi, fl-isfond tagħha, pajsaġġ b’muntanji u xmara, li jirrappreżenta x-xenarju għani tal-pajjiż, bl-isem tal-pajjiż emittenti “ANDORRA”. Il-faċċata tad-disinn turi riproduzzjoni parzjali tar-ritratt magħruf tal-Imperatur Charlemagne mill-artist Albrecht Dürer u s-sena tal-ħruġ “2022”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 70 000

Id-data tal-ħruġ: Fl-aħħar kwart tal-2022.


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/33


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/15)

Image 9

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Andorra

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Monetarju bejn Andorra u l-Unjoni Ewropea

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-forom u d-daqsijiet differenti tal-biċċiet ta’ taħbil il-moħħ murija fil-parti ta’ isfel tad-disinn jissimbolizzaw il-Prinċipat ta’ Andorra u l-pajjiżi li jappartjenu għall-Unjoni Ewropea. Fil-parti ta’ fuq tad-disinn, l-istilel li jdawru s-simbolu tal-munita komuni Ewropea jirrappreżentaw li huma kollha parti mill-univers tal-euro. Ħdejhom, jidhru l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ANDORRA” u s-snin tal-kommemorazzjoni “2012” u “2022”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 70 000

Id-data tal-ħruġ: Fl-aħħar kwart tal-2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/34


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/16)

Image 10

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mija u ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twelid tal-Papa Pawlu VI

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-wiċċ tal-Papa. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO” u fin-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm l-iskrizzjoni “PAPA PAOLO VI”. Fuq ix-xellug tar-ritratt hemm is-snin “1897” u “2022” u taħthom hemm il-marka taz-zekka “R”. Fin-naħa ta’ isfel, fuq ix-xellug hemm l-isem tal-artist “D. LONGO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 84 000

Id-data tal-ħruġ: F’Marzu 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/35


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/17)

Image 11

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-mewt ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta.

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri ritratt ta’ Madre Tereża ma’ tarbija. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “MADRE TERESA DI CALCUTTA” u fil-qiegħ hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”. Fuq il-lemin tar-ritratt hemm il-marka taz-zekka “R” u taħtha hemm is-snin “1997” u “2022”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:84 000

Id-data tal-ħruġ: F’Settembru 2022.


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/36


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/18)

Image 12

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: L-Estonja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-Ukrajna u l-Libertà

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri s-siluwett ta’ mara li żżomm għasfur f’idejha, bi sbula tal-qamħ. Fin-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug hemm it-test “SLAVA UKRAINI”. Fin-naħa ta’ isfel hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “EESTI” u s-sena tal-ħruġ “2022”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 2 000 000

Id-data tal-ħruġ: Ir-raba’ kwart tal-2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/37


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/19)

Image 13

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Ir-riċerka dwar il-klima fil-Finlandja

Id-deskrizzjoni tad-disinn: It-tema tal-munita hija likena tax-xedaq stilizzata, bl-istruttura tagħha qisha għeruq imbuzzata fiċ-ċentru tal-parti ta’ ġewwa tal-munita. Il-ġnub ta’ barra tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandhom il-kliem “RIĊERKA DWAR IL-KLIMA” bil-Finlandiż fuq in-naħa tax-xellug u “RIĊERKA DWAR IL-KLIMA” bl-Isvediż fuq in-naħa tal-lemin. Il-qiegħ tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandu l-kliem “2022 FI”. In-naħa ta’ fuq tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-marka taz-zekka taz-Zekka tal-Finlandja.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 400 000

Id-data tal-ħruġ: Fil-ħarifa 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/38


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/20)

Image 14

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 100 sena ta’ Ballet Nazzjonali tal-Finlandja

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-movimenti b’saħħithom u ħielsa ta’ ballerina koperta b’tessut ħafif li jaċċentwa s-sbuħija u l-fluwidità tal-poża tal-ballerina. Għandu wkoll is-sena tal-ħruġ “2022” u fuq nett l-indikazzjoni tal-pajjiż emittenti “FI” u l-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 400 000

Id-data tal-ħruġ: Fir-rebbiegħa 2022


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/39


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/21)

Image 15

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Lussemburgu

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: L-għaxar anniversarju miż-żwieġ tal-Gran Duka Eredi Guillaume u l-Gran Dukessa Eredi Stéphanie

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri x-xbihat tal-Gran Duka Eredi Guillaume u l-Gran Dukessa Eredi Stéphanie. Qrib ix-xbihat hemm l-ismijiet rispettivi murija f’forma semi-ċirkolari. Żewġ ċrieki tat-tieġ jidhru fuq ix-xellug tas-sena 2022. Fin-naħa ta’ isfel tad-disinn, tidher il-kelma “LËTZEBUERG” li tindika l-pajjiż emittenti, kif ukoll id-data tat-tieġ “20.Oktober 2012”. Il-monogramma (l-ittra “H” b’kuruna) tirrappreżenta lill-Gran Duka Henri.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Id-data tal-ħruġ: F’April 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/40


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/22)

Image 16

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: UNESCO L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri dettall tas-sit preistoriku. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u taħt is-sena tal-ħruġ “2022”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “ĦAL-SAFLIENI HYPOGEUM” u taħt l-iskrizzjoni “4 000 - 2 500 BC”. Fil-qiegħ fuq il-lemin hemm l-inizjali ta’ min ħoloq id-disinn, Noel Galea Bason “NGB”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 192 000

Id-data tal-ħruġ: F’Mejju 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/41


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/23)

Image 17

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: It-tnejn u għoxrin anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà.

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri tliet uċuħ femminili. Min-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug tax-xellug hemm l-iskrizzjonijiet “WOMEN”, “PEACE”, “SECURITY”, is-sena tal-ħruġ “2022” u l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA”. Fiċ-ċentru, taħt l-uċuħ, hemm l-iskrizzjonijiet “UNSCR” u “1325”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 65 500

Id-data tal-ħruġ: F’Ottubru 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p.52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/42


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/24)

Image 18

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 100 sena ta’ basketball fil-Litwanja

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-kontorn tal-mappa tal-Litwanja rranġata bħala basketball court fiċ-ċentru, li jfisser li l-basketball diġà ilu jintlagħab fil-Litwanja għal 100 sena. Il-munita tinkludi wkoll l-iskrizzjonijiet “LIETUVA” (il-Litwanja), “1922-2022” u l-logo taz-zekka Litwana, il-manifattur tagħha, irranġati f’nofs ċirku madwar iċ-ċentru.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000

Id-data tal-ħruġ: Fit-tieni kwart tal-2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/43


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/25)

Image 19

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Ero u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Reġjuni Etnografiċi Litwani - Suvalkija

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri Taurus fuq tarka, filwaqt li t-tarka hija mżejna fuq iż-żewġ naħat bi friegħi tal-ballut tal-fidda bil-ġandar. Il-fergħat jingħaqdu fil-qiegħ b’żigarella tal-fidda bl-iskrizzjoni “VIENYBĖ TEŽYDI” (BIEX L-GĦAQDA TIFFJORIXXI). Il-friegħi tal-ballut jissimbolizzaw l-istorja rikka tar-reġjun li tmur lura għaż-żminijiet tal-pagani tal-istat Litwan. Fl-imgħoddi, Taurus kien l-aktar annimal mifrux f’dan ir-reġjun. Il-kompożizzjoni hija mdawra bl-iskrizzjoni “LIETUVA” (LITHUANIA) u s-sena tal-ħruġ “2022” fin-naħa ta’ fuq, u l-iskrizzjoni “SUVALKIJA” u l-marka taz-zekka Litwana fil-qiegħ.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Id-data tal-ħruġ: Fir-raba’ kwart tal-2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/44


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2022/C 484/26)

Image 20

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-ż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Latvja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Iċ-ċentinarju ta’ Latvijas Banka - il-litteriżmu finanzjarju

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-litteriżmu finanzjarju huwa l-kapaċità importanti li wieħed jifhem u juża b’mod effettiv diversi ħiliet finanzjarji, inklużi l-ġestjoni finanzjarja personali, l-ibbaġitjar, u l-investiment. Il-litteriżmu finanzjarju huwa l-pedament tar-relazzjoni tagħna mal-flus, u huwa vjaġġ ta’ tagħlim tul il-ħajja. Id-disinn juri siġra, li tissimbolizza l-importanza tal-litteriżmu finanzjarju u l-għarfien dwarha. Fin-naħa ta’ isfel hemm is-sena tal-ħruġ “2022” u taħt, l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LATVIJA”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 415 000

Id-data tal-ħruġ: April - Mejju 2022


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/45


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2022/C 484/27)

F’konformita mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1.10.2022

Tul ta’ żmien

1.10.2022 - 31.12.2022

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

EFF2/MED2_TR3

Grupp ta’ stokkijiet

Gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Bastimenti b’tul totali ta’ ≥ 18 u < 24 m

Numru ta’ referenza

13/TQ110


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/46


AVVIŻ SKONT L-ARTIKOLU 29(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL

Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (grad AD 15), Brussell

COM/2022/10422

(2022/C 484/28)

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat avviż ta’ post battal (referenza COM/2022/10422) għall-funzjoni ta’ Deputat Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (grad AD 15).

Biex tikkonsulta t-test tal-avviż ta’ post vakanti f’24 lingwa u biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok żur din il-paġna web speċifika fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://europa.eu/!Rqbd8Y


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 484/47


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10560 - SIKA / MBCC GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 484/29)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sika International AG (“Sika”, l-Isvizzera), sussidjarja 100 % ta’ SIKA AG (“Sika AG”, l-Isvizzera);

LSF11 Skyscraper Holdco S.à.r.l. (“MBCC”, il-Lussemburgu), il-kumpanija prinċipali finali tal-MBCC Group.

Sika takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ MBCC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ġunju 2022 (2), iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fl-4 ta’ Lulju 2022 (3).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sika: grupp attiv fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-provvista ta’ taħlitiet kimiċi, tajn, siġillanti u adeżivi, materjali ta’ umidifikazzjoni u rinfurzar, sistemi ta’ tisħiħ strutturali, pavimenti industrijali kif ukoll sistemi ta’ tisqif u ta’ protezzjoni kontra l-ilma li jintużaw fis-settur tal-bini u mill-industriji tal-manifattura, fil-livell globali,

MBCC: grupp magħmul minn żewġ unitajiet tan-negozju attivi fil-livell globali jiġifieri (i) “taħlitiet kimiċi”, li jipprovdu soluzzjonijiet għall-klijenti fl-industriji tal-manifattura tal-konkrit, tas-siment u tal-kostruzzjoni taħt l-art, u (ii) “sistemi ta’ kostruzzjoni”, li joffru soluzzjonijiet għall-protezzjoni u t-tiswija ta’ bini u strutturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10560 - SIKA / MBCC GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 234, 17.6.2022, p. 5.

(3)  ĠU C 265, 11.7.2022, p. 8.