ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 482

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
19 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 482/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 482/02

Kawża C-32/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judiciaire de Perpignan – Franza) – RV vs Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE) et (Tħassir)

2

2022/C 482/03

Kawża C-749/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2021 minn Coordination nationale médicale santé – environnement (CNMSE), European Forum for Vaccine Vigilance (EFVV), Children’s Health Defense Europe (CHD Europe), Ligue nationale pour la liberté des vaccinations, Terra Sos-tenible mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-633/20, CNMSE et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

2

2022/C 482/04

Kawża C-405/22 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 minn Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-6 ta’ April 2022 fil-Kawża T-516/20 – Mandelay vs EUIPO – Qx World

3

2022/C 482/05

Kawża C-498/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs C.F.O.

3

2022/C 482/06

Kawża C-499/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs J.M.F.T., M.H.D.S

4

2022/C 482/07

Kawża C-500/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs Proyectos, Obras y Servicios de Badajoz SL

5

2022/C 482/08

Kawża C-595/22 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 minn Jean-Marc Colombani mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-129/21, Colombani vs SEAE

5

2022/C 482/09

Kawża C-604/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Settembru 2022 – IAB Europe vs Gegevensbeschermingsautoriteit; Partijiet oħra: TR et

6

2022/C 482/10

Kawża C-610/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pistoia (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2022 – QX vs Agos Ducato SpA

7

2022/C 482/11

Kawża C-614/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2022 – XXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

8

2022/C 482/12

Kawża C-615/22 P: Appell ippreżentat fit-23 ta Settembru 2022 minn HV u HW mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-864/19, AI et vs ECDC

8

2022/C 482/13

Kawża C-629/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Göteborg, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-7 ta’ Ottubru 2022 – A.L. vs Migrationsverket

9

2022/C 482/14

Kawża C-638/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – Rzecznik Praw Dziecka et

10

2022/C 482/15

Kawża C-645/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – R. A. et vs Luminor Bank AS, li topera permezz tal-fergħa Litwana Luminor Bank AS

10

2022/C 482/16

Kawża C-652/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Kolin Inşaat Turizm Sanayi ve Ticaret A.Ș. vs Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

11

2022/C 482/17

Kawża C-661/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – UAB Bruc Bond vs Lietuvos bankas

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 482/18

Kawża T-242/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – SC vs Eulex Kosovo (Klawżola ta’ arbitraġġ – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Persunal ċivili tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni – Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi – Kompetizzjoni interna – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt għal żmien determinat – Responsabbiltà kuntrattwali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rikors għad-danni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Proċedura fil-kontumaċja)

13

2022/C 482/19

Kawża T-655/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet – Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żmien raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni)

13

2022/C 482/20

Kawża T-656/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 CA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet – Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Żamma ta’ seduta ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni)

14

2022/C 482/21

Kawża T-657/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Feralpi vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet – Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żmien raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ksur uniku, kumpless u kontinwu – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Tbegħid pubbliku – Ġurisdizzjoni sħiħa)

15

2022/C 482/22

Kawża T-667/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet – Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żmien raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Ċirkustanzi attenwanti – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa)

15

2022/C 482/23

Kawża T-850/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, mal-ipproċessar u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli – Skemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Greċja fil-forma ta’ sussidji fuq l-interessi u garanziji mill-Istat fuq self eżistenti u self ġdid sabiex jiġu rrimedjati danni kkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Għajnuna limitata għal żoni ġeografiċi milquta – Vantaġġ – Natura selettiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Tul tal-proċedura – Aspettattivi leġittimi – Terminu ta’ preskrizzjoni – Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589)

16

2022/C 482/24

Kawża T-347/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Sogia Ellas vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, mal-ipproċessar u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli – Skemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Greċja fil-forma ta’ sussidji fuq l-interessi u garanziji mill-Istat fuq self eżistenti u self ġdid sabiex jiġu rrimedjati danni kkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Għajnuna limitata għal żoni ġeografiċi milquta – Vantaġġ – Natura selettiva – Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Tul tal-proċedura – Aspettattivi leġittimi – Terminu tal-preskrizzjoni – Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589))

17

2022/C 482/25

Kawża T-717/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Lenovo Global Technology Belgium vs Impriża Konġunta tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Akkwist, kunsinna, installazzjoni u manutenzjoni tas-Superkompjuter Leonardo għall-entità host Cineca – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

17

2022/C 482/26

Kawża T-437/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Greenwich Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (GREENWICH POLO CLUB) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GREENWICH POLO CLUB – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell – Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)

18

2022/C 482/27

Kawża T-716/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Kaczorowska vs EUIPO – Groupe Marcelle (MAESELLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAESELLE – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MARCELLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

19

2022/C 482/28

Kawża T-718/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Kaczorowska vs EUIPO – Groupe Marcelle (MAESELLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAESELLE – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MARCELLE – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

19

2022/C 482/29

Kawża T-457/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2022 – Coulter Ventures vs EUIPO – iWeb (R) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

20

2022/C 482/30

Kawża T-575/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Robin Wood et. vs Il-Kummissjoni

21

2022/C 482/31

Kawża T-596/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 – RH et vs Il-Kummissjoni

22

2022/C 482/32

Kawża T-606/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2022 – RN vs EUIPO

23

2022/C 482/33

Kawża T-632/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – Sberbank Europe vs BĊE

24

2022/C 482/34

Kawża T-648/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2022 – ClientEarth vs Il-Kunsill

25

2022/C 482/35

Kawża T-651/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Shamalov vs Il-Kunsill

26

2022/C 482/36

Kawża T-658/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – Allegro vs EUIPO (SMART!)

28

2022/C 482/37

Kawża T-660/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – Seopult vs Il-Kummissjoni

28

2022/C 482/38

Kawża T-668/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Nagolimad – Serviços Internacionais vs Il-Kummissjoni

29

2022/C 482/39

Kawża T-669/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2022 – IP vs Il-Kummissjoni

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 482/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 472, 12.12.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 463, 5.12.2022

ĠU C 451, 28.11.2022

ĠU C 441, 21.11.2022

ĠU C 432, 14.11.2022

ĠU C 424, 7.11.2022

ĠU C 418, 31.10.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judiciaire de Perpignan – Franza) – RV vs Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE) et

(Kawża C-32/21) (1)

(Tħassir)

(2022/C 482/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judiciaire de Perpignan

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RV

Konvenuti: Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE), Préfet des Pyrénées-Orientales, Commune de Serralongue

Dispożittiv

Il-Kawża C-32/21 tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Data tal-preżentata: 19.1.2021.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/2


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2021 minn Coordination nationale médicale santé – environnement (CNMSE), European Forum for Vaccine Vigilance (EFVV), Children’s Health Defense Europe (CHD Europe), Ligue nationale pour la liberté des vaccinations, Terra Sos-tenible mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-27 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-633/20, CNMSE et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-749/21 P)

(2022/C 482/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Coordination nationale médicale santé – environnement (CNMSE), European Forum for Vaccine Vigilance (EFVV), Children’s Health Defense Europe (CHD Europe), Ligue nationale pour la liberté des vaccinations, Terra Sos-tenible (rappreżentant: J.-C. Teissedre, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Settembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/3


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 minn Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-6 ta’ April 2022 fil-Kawża T-516/20 – Mandelay vs EUIPO – Qx World

(Kawża C-405/22 P)

(2022/C 482/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) (rappreżentanti: V. Luszcz, C. Sár u E. Ulviczki, ügyvédek)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz tad-digriet tat-8 ta’ Novembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jintlaqa’ u li Mandelay Kft. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs C.F.O.

(Kawża C-498/22)

(2022/C 482/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução

Konvenut: C.F.O.

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li ma ġietx ippubblikata fit-termini meħtieġa mill-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva 2001/24, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità previst fl-Artikolu 21(2) tal-Karta?

2)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li eskludiet ċerti obbligi u responsabbiltajiet mit-trasferiment lil “bank tranżitorju” tal-attività ordinarja u ta’ ċertu numru ta’ elementi patrimonjali tal-bank li huwa suġġett għall-miżuri ta’ riorganizzazzjoni, meta l-aġir ulterjuri tal-“bank tranżitorju”, ikkontrollat minn awtorità pubblika li tapplika d-dritt tal-Unjoni, nissel fil-klijenti tal-Istat Membru ospitanti aspettattivi leġittimi fil-fatt li l-bank tranżitorju kien ukoll assuma l-passif li jikkorrispondi għar-responsabbiltajiet u għall-obbligi li l-bank li huwa s-suġġett tal-miżura ta’ riorganizzazzjoni kellu fil-konfront tal-klijenti tiegħu, hija konformi mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?

3)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tittrasferixxi lil “bank tranżitorju” l-pożizzjoni ta’ kreditur fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, iżda li tħalli lill-bank mhux vijabbli l-obbligu li jirrimborsa lill-konsumatur li jissellef is-somom miġbura minħabba l-applikazzjoni ta’ klawżola inġusta f’dan il-kuntratt, hija konformi mad-dritt fundamentali għall-proprjetà previst fl-Artikolu 17 tal-Karta, mal-prinċipju ta’ protezzjoni għolja tal-konsumaturi previst fl-Artikolu 38 tal-Karta, mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2) u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 288.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs J.M.F.T., M.H.D.S

(Kawża C-499/22)

(2022/C 482/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução

Konvenuti: J.M.F.T., M.H.D.S.

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li ma ġietx ippubblikata fit-termini meħtieġa mill-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva 2001/24, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità previst fl-Artikolu 21(2) tal-Karta?

2)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li eskludiet ċerti obbligi u responsabbiltajiet mit-trasferiment lil “bank tranżitorju” tal-attività ordinarja u ta’ ċertu numru ta’ elementi patrimonjali tal-bank li għalih japplikaw il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni, meta l-aġir ulterjuri tal-“bank tranżitorju” nnifsu, ikkontrollat minn awtorità pubblika li tapplika d-dritt tal-Unjoni, nissel fil-klijenti tal-Istat Membru ospitanti aspettattivi leġittimi fil-fatt li l-bank tranżitorju kien ukoll assuma l-passif li jikkorrispondi għar-responsabbiltajiet u għall-obbligi li l-bank li huwa s-suġġett tal-miżura ta’ riorganizzazzjoni kellu fil-konfront tal-klijenti tiegħu, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?

3)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tittrasferixxi lil “bank tranżitorju” l-pożizzjoni ta’ kreditur fir-relazzjonijiet kuntrattwali li kienu ġew miftiehma mal-bank li huwa s-suġġett tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni, iżda li tħalli lill-bank mhux vijabbli l-obbligu li jirrimborsa lill-klijent is-somom imħallsa minnu skont kuntratti li ġew annullati minħabba żball fil-kunsens dovut għall-insuffiċjenza tal-informazzjoni pprovduta mill-bank, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għall-proprjetà previst fl-Artikolu 17 tal-Karta, mal-prinċipju ta’ protezzjoni għolja tal-konsumaturi previst fl-Artikolu 38 tal-Karta u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução vs Proyectos, Obras y Servicios de Badajoz SL

(Kawża C-500/22)

(2022/C 482/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Banco SA – Sucursal en España, Banco de Portugal, Fundo de Resolução

Konvenut: Proyectos, Obras y Servicios de Badajoz SL

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li ma ġietx ippubblikata fit-termini meħtieġa mill-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva 2001/24, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità previst fl-Artikolu 21(2) tal-Karta?

2)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, li tinvolvi r-rikonoxximent, fi Stat Membru ospitanti, tal-effetti ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li ttrasferixxiet mill-ġdid lill-bank mhux vijabbli li għalih ġew applikati l-miżuri ta’ riżoluzzjoni l-obbligi u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw minn titolu ta’ dejn mhux subordinat li nxtara minn terz meta dawn l-obbligi u responsabbiltajiet kienu fil-patrimonju tal-“bank tranżitorju” hija konformi mad-dritt fundamentali għall-proprjetà previst fl-Artikolu 17 tal-Karta u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/5


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 minn Jean-Marc Colombani mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-129/21, Colombani vs SEAE

(Kawża C-595/22 P)

(2022/C 482/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Jean-Marc Colombani (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-129/21, Colombani vs SEAE;

Taqta’ l-kawża u:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2020 tas-SEAE li tiċħad il-kandidatura tal-appellant għall-pożizzjoni ta’ Direttur Afrika ta’ Fuq u Medju-Orjent (Avviż ta’ Pożizzjoni Vakanti 2020/48);

tannulla d-Deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2020 tas-SEAE li tiċħad il-kandidatura tal-appellant għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Kanada (Avviż ta’ Pożizzjoni Vakanti 2020/134);

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż inkorsi mill-appellant fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant jinvoka diversi żbalji min-naħa tal-Qorti Ġenerali meta ddeċidiet li t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2020 kienet inammissibbli.

Billi qieset li l-appellant, permezz tal-ftehim bonarju tad-9 ta’ Frar 2021 konkluż mas-SEAE fil-kuntest tal-kawża T-507/20, Colombani vs SEAE, irrinunzja għad-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Direttur, il-Qorti Ġenerali (i) wettqet żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-ftehim; (ii) iddeċidiet ultra petita; (iii) naqset milli tosserva l-interess tar-rikorrent li jikseb annullament tad-deċiżjoni kkontestata; u (iv) wettqet żball fl-analiżi tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tinvoka l-eżistenza ta’ difett fil-kunsens tar-rikorrent matul il-firma ta’ dan il-ftehim.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ksur tad-drittijiet proċedurali tiegħu mill-Qorti Ġenerali sa fejn din illimitat l-eżami fil-mertu tal-kawża għas-sempliċi deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2020, billi eskludiet kull analiżi tal-motivi fil-mertu sa fejn dawn jirrigwardaw ukoll id-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2020.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Settembru 2022 – IAB Europe vs Gegevensbeschermingsautoriteit; Partijiet oħra: TR et

(Kawża C-604/22)

(2022/C 482/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IAB Europe

Konvenut: Gegevensbeschermingsautoriteit

Partijiet oħra: TR, UV, SP, Fundacja Panoptykon, Stichting Bits of Freedom, Ligue des Droits Humains VZW

Domandi preliminari

1)

(a)

Il-punt 1 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1), moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li sekwenza ta’ karattri li taqbad il-preferenzi ta’ utent tal-internet b’mod strutturat u li jistgħu jinqraw permezz ta’ magna, b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħu, tikkostitwixxi data personali fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq fir-rigward (1) ta’ organizzazzjoni settorjali li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri tagħha standard li permezz tiegħu hija tistabbilixxi fir-rigward tagħhom b’liema mod prattiku u tekniku din is-sekwenza ta’ karattri għandha tiġi ġġenerata, maħżuna u/jew imxerrda, u (2) ta’ partijiet li kienu implimentaw dan l-istandard fis-siti internet tagħhom jew fl-apps tagħhom u għalhekk għandhom aċċess għal din is-sekwenza ta’ karattri?

(b)

Jagħmel differenza f’dan ir-rigward li l-implimentazzjoni tal-istandard timplika li din is-sekwenza ta’ karattri hija disponibbli flimkien ma’ indirizz IP?

(c)

Ir-risposta għall-punti (a) u (b) twassal għal konklużjoni differenti jekk din l-organizzazzjoni settorjali ta’ standardizzazzjoni ma jkollhiex hija stess id-dritt li taċċedi għad-data personali pproċessata mill-membri tagħha fil-kuntest ta’ dan l-istandard?

2)

(a)

Il-punt 7 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament 2016/679 moqrija flimkien mal-Artikolu 7 u 8 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li organizzazzjoni settorjali ta’ standardizzazzjoni għandha tiġi kklassifikata bħala responsabbli mill-ipproċessar, meta hija tipproponi lill-membri tagħha standard għall-ġestjoni tal-kunsens li jinkludi mhux biss qafas tekniku vinkolanti, iżda wkoll regoli li jippreċiżaw b’mod iddettaljat kif din id-data ta’ kunsens, li tikkostitwixxi data personali, għandha tiġi maħżuna u mxerrda?

(b)

Ir-risposta għad-domanda (a) twassal għal konklużjoni differenti jekk din l-organizzazzjoni settorjali ma jkollhiex hija stess id-dritt li taċċedi għad-data personali pproċessata mill-membri tagħha fil-kuntest ta’ dan l-istandard?

(c)

Jekk l-organizzazzjoni settorjali ta’ standardizzazzjoni [għandha] tiġi indikata bħala responsabbli jew responsabbli b’mod konġunt mill-ipproċessar tal-preferenzi tal-utenti tal-internet, din ir-responsabbiltà (konġunta) tal-organizzazzjoni settorjali ta’ standardizzazzjoni testendi wkoll awtomatikament għall-ipproċessar sussegwenti minn terzi li jkunu rċevew il-preferenzi tal-utenti tal-internet, bħar-reklamar immirat online mill-pubblikaturi u mill-bejjiegħa?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pistoia (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2022 – QX vs Agos Ducato SpA

(Kawża C-610/22)

(2022/C 482/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Pistoia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QX

Konvenut: Agos Ducato SpA

Domanda preliminari

L-obbligu li l-Istati Membri għandhom li jiggarantixxu li “id-dispożizzjonijiet li jadottaw biex jimplimentaw din id-direttiva ma jiġux evitati bħala riżultat tal-mod kif l-arranġamenti [il-kuntratti] jiġu fformulati”, previst fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (1), ikopri biss l-assenza ta’ indikazzjoni tar-RPAI fil-kuntratt jew inkella anki l-indikazzjoni żbaljata tagħha fil-kuntratt innifsu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2022 – XXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-614/22)

(2022/C 482/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (1), li ma ġiex traspost fid-dritt Belġjan biex jipprovdi għall-għoti ta’ permess ta’ residenza jew tal-protezzjoni internazzjonali lil omm wild irrikonoxxut bħala refuġjat fil-Belġju u li wasal hemm akkumpanjat minn ommu, jista’ jkollu effett dirett?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, jagħti lil omm wild irrikonoxxut bħala refuġjat fil-Belġju u li wasal hemm akkumpanjat minn ommu, id-dritt li tinvoka l-benefiċċji stabbiliti fl-Artikoli 24 sa 35, fosthom permess ta’ residenza li jippermettilha tgħix liberament fil-Belġju mal-familja tagħha, jew id-dritt li tikseb il-protezzjoni internazzjonali anki jekk din l-omm ma tissodisfax individwalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib ta’ protezzjoni internazzjonali?

2)

L-effett utli tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 18 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jimponi fuq l-Istat Membru li ma fassalx id-dritt nazzjonali tiegħu b’mod li l-membri tal-familja (fis-sens imsemmi fl-Artikolu 2(j) tal-imsemmija direttiva) tal-benefiċjarju ta’ tali status ikunu jistgħu, jekk ma jissodisfawx individwalment il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istess status, jitolbu ċerti benefiċċji, li jirrikonoxxi lill-imsemmija membri tal-familja dritt għall-istatus ta’ refuġjat idderivat sabiex ikunu jistgħu jitolbu tali benefiċċji bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja?

3)

L-Artikoli 20 u 23 tad-Direttiva 2011/95, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7, 18 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jimponu fuq l-Istat Membru li ma fassalx id-dritt nazzjonali tiegħu b’mod li l-ġenituri ta’ refuġjat minorenni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji elenkati fl-Artikoli 24 sa 35 tad-direttiva msemmija, [l-obbligu li jippermetti li l-ġenituri msemmija] jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali dderivata sabiex tingħata kunsiderazzjoni primordjali lill-interess superjuri tal-wild u sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-istatus ta’ refuġjat ta’ dan tal-aħħar?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/8


Appell ippreżentat fit-23 ta Settembru 2022 minn HV u HW mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-864/19, AI et vs ECDC

(Kawża C-615/22 P)

(2022/C 482/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: HV u HW (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, AI u HY

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara l-appell miġjub quddiem il-Qorti Ġenerali bħala fondat sa fejn dan talab l-annullament tad-deċiżjoni ddatata l-11 ta’ Frar 2019 li tiċħad it-talba għal kumpens tal-appellanti tal-11 ta’ Ottubru 2018, tannulla, jekk meħtieġ, id-deċiżjoni ddatata l-10 ta’ Settembru 2019 li tiċħad l-ilment tal-appellanti tal-10 ta’ Mejju 2019 u tagħti lill-appellanti l-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għad-dannu materjali u morali li huma ġarrbu;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż legali inkorsi tal-appellanti għaż-żewġ proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-prinċipju tad-dmir ta’ assistenza kif iddefinit fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien jew le mal-Manwal għal Konsulenti Kunfidenzjali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Żball ta’ liġi fid-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali dmir fl-assenza ta’ talba formali għal assistenza. Ksur tad-dmir li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa, sikuri u dinjitużi.

Żball fil-karatterizzazzjoni legali tal-fatti meta ddeċidiet li l-elementi tal-fajl ma kinux jinvolvu obbligu għall-konvenut li jipprovdi assistenza. Żnaturament tal-fatti u tal-evidenza.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Göteborg, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-7 ta’ Ottubru 2022 – A.L. vs Migrationsverket

(Kawża C-629/22)

(2022/C 482/13)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Göteborg, migrationsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.L.

Konvenut: Migrationsverket

Domandi preliminari

1)

X’inhi t-tifsira tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-ritorn”? Ifisser li ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jintalab jirritorna immedjatament mill-Istat Membru li fih huwa jkun qiegħed joqgħod illegalment lejn l-Istat Membru li fih huwa għandu permess ta’ residenza validu, sakemm it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma huwiex meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali?

2)

Id-Direttiva dwar ir-ritorn, jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni, tipprovdi gwida dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-fatt li awtorità nazzjonali ma tkunx ressqet it-talba meħtieġa skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar ir-ritorn? In-nuqqas ta’ tressiq tat-talba meħtieġa jfisser li d-deċiżjoni tat-tneħħija u d-deċiżjoni li tipprojbixxi ritorn ma humiex validi?

3)

Jekk l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar ir-ritorn jimponi tali talba u tali konsegwenza, huwa suffiċjentement ċar u preċiż sabiex ikollu effett dirett?

4)

Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħar-regola Svediża misjuba fil-paragrafu 6a tal-Kapitolu 8 tal-Liġi dwar il-Barranin, li toħloq eżenzjonijiet addizzjonali għall-obbligu possibbli li titressaq [talba], hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – Rzecznik Praw Dziecka et

(Kawża C-638/22)

(2022/C 482/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.C., Rzecznik Praw Dziecka, Prokurator Generalny

Partijiet oħra fil-proċedura: M.C., Prokuratora Prokuratury Okręgowej we Wrocławiu

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1), u l-Artikoli 22, 24, 27(6) u 28(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri (riformulazzjoni) (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li skonthom f’kawżi dwar it-teħid ta’ persuni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew li huma suġġetti għal kustodja, immexxija fuq il-bażi tal-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tal-Minuri, iffirmata f’Den Haag fil-25 ta’ Ottubru 1980, l-eżekuzzjoni ta’ digriet dwar it-teħid ta’ persuni li jaqgħu taħt l-awtorità tal-ġenituri jew li huma suġġetti għal kustodja hija sospiża bil-liġi, fuq talba tal-Prokurator Generalny (il-Prosekutur Ġenerali), ix-Rzecznik Praw Dziecka (il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal) jew ix-Rzecznik Praw Obywatelskich (l-Ombudsman) magħmula lis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Qorti tal-Appell ta’ Varsavja) sa mhux iktar minn ġimgħatejn mill-jum meta dan id-digriet isir definittiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u r-rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63

(2)  ĠU 2019, L 178, p. 1


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ottubru 2022 – R. A. et vs “Luminor Bank AS”, li topera permezz tal-fergħa Litwana “Luminor Bank AS”

(Kawża C-645/22)

(2022/C 482/15)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R. A. et

Konvenut:“Luminor Bank AS”, li topera permezz tal-fergħa Litwana “Luminor Bank AS”

Domandi preliminari

1.

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, f’każijiet fejn il-konsumatur jesprimi r-rieda tiegħu li jżomm il-kuntratt fis-seħħ billi jissostitwixxi klawżola inġusta li tinsab fih, il-qorti, li tiddeċiedi li l-kuntratt ma jistax jibqa’ validu wara t-tneħħija tal-klawżola inġusta, tista’ tiddeċiedi dwar il-kwistjoni li tiġi ssostitwita l-klawżola inġusta mingħajr ma l-ewwel tevalwa l-possibbiltà li tannulla l-kuntratt fl-intier tiegħu?

2.

Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi fuq jekk il-qorti nazzjonali għandhiex il-possibbiltà li tissostitwixxi l-klawżola inġusta li tinsab fil-kuntratt b’dispożizzjoni addizzjonali jew b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali applikata bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet fil-kuntratt inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 2, p. 288.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Kolin Inşaat Turizm Sanayi ve Ticaret A.Ș. vs Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

(Kawża C-652/22)

(2022/C 482/16)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki upravni sud Republike Hrvatske.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kolin Inşaat Turizm Sanayi ve Ticaret A.Ș.

Konvenut: Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, jippermetti li awtorità kontraenti tieħu inkunsiderazzjoni dokumenti li l-offerent ikun ippreżenta għall-ewwel darba wara l-iskadenza tat-terminu għat-tressiq tal-offerta, liema dokumenti ma kinux koperti mill-offerta inizjali u li jistabbilixxu fatti li l-offerent ma kienx iddikjara fl-offerta inizjali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/25, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, f’sitwazzjoni fejn l-ewwel deċiżjoni dwar is-selezzjoni tkun ġiet annullata u l-każ ikun intbagħat lura quddiem l-awtorità kontraenti sabiex terġa’ twettaq il-proċedura ta’ reviżjoni u tevalwa l-offerti, l-awtorità kontraenti pubblika titlob lill-operatur ekonomiku jippreżenta dokumenti addizzjonali li jistabbilixxu li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, liema dokumenti ma kinux koperti mill-offerta inizjali, bħalma hija lista ta’ xogħlijiet eżegwiti flimkien ma’ referenza addizzjonali li ma kinitx fil-lista oriġinali ta’ xogħlijiet u li ma kinitx parti integrali mill-offerta inizjali?

3)

L-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/25, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, f’sitwazzjoni fejn l-ewwel deċiżjoni dwar is-selezzjoni tkun ġiet annullata u l-każ ikun intbagħat lura quddiem l-awtorità kontraenti sabiex terġa’ twettaq il-proċedura ta’ reviżjoni u tevalwa l-offerti, operatur ekonomiku jippreżenta quddiem l-awtorità kontraenti pubblika dokumenti li jistabbilixxu li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, liema dokumenti ma kinux koperti mill-offerta inizjali, bħalma hija lista ta’ xogħlijiet eżegwiti flimkien ma’ referenza addizzjonali li ma kinitx fil-lista oriġinali ta’ xogħlijiet u li ma kinitx parti integrali mill-offerta inizjali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 243.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – UAB “Bruc Bond” vs Lietuvos bankas

(Kawża C-661/22)

(2022/C 482/17)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB Bruc Bond

Konvenut: Lietuvos bankas

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn istituzzjoni ta’ ħlas taċċetta fondi mingħajr ordni ta’ ħlas speċifika biex tittrasferihom fl-istess ġurnata tax-xogħol jew f’dik segwenti u l-fondi jibqgħu fil-kont tal-istituzzjoni ta’ ħlas intiż għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas għal żmien li jeċċedi l-limiti għall-eżekuzzjoni tas-servizz ta’ pagament stabbilit mil-liġi, l-azzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ ħlas għandhom jitqiesu bħala:

a)

parti minn servizz ta’ ħlas jew minn tranżazzjoni ta’ ħlas, kif iddefinit fil-punti 3 u 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1), magħmul mill-istituzzjoni ta’ ħlas; jew

b)

flus elettroniċi kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (2)?


(1)  ĠU 2015, L 337, p. 35, rettifika fil-ĠU 2018, L 102, p. 97.

(2)  ĠU 2009, L 267, p. 7.


Il-Qorti Ġenerali

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – SC vs Eulex Kosovo

(Kawża T-242/17 RENV) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Persunal ċivili tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni - Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi - Kompetizzjoni interna - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt għal żmien determinat - Responsabbiltà kuntrattwali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2022/C 482/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SC (rappreżentant: A. Kunst, avukata)

Konvenut: Eulex Kosovo (rappreżentanti: L-.G. Wigemark, aġent, assistit minn E. Raoult, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikoli 272 u 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali, essenzjalment, wara li kkonstatat, l-ewwel, li Eulex Kosovo kienet kisret l-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali tagħha u, it-tieni, li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tagħha fil-kompetizzjoni interna li seħħet fid-19 ta’ Lulju 2016 għall-pożizzjoni ta’ prosekutur u d-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ tiġdid tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol tagħha bħala konsegwenza tad-deċiżjoni huma illegali, sabiex tikkundanna lil Eulex Kosovo għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali li hija ġarrbet minħabba dan.

Dispożittiv

1)

Eulex Kosovo hija kkundannata tħallas lil SC kumpens għad-dannu materjali mġarrab ekwivalenti għal dsatax-il xahar salarju gross, flimkien maż-żieda tal-allowance ta’ kuljum u ż-żieda fis-salarju, sabiex jikkorrispondu għas-sitwazzjoni li fiha l-aħħar kuntratt ta’ xogħol iġġedded sal-14 ta’ Ġunju 2018, kif ukoll kumpens għad-dannu morali mġarrab, evalwat ex æquo et bono għal EUR 50 000.

2)

Eulex Kosovo hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk sostnuti fil-Kawża C-730/18 P u fil-Kawża T-242/17.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-655/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet - Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti - Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żmien raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 482/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ferriera Valsabbia SpA (Odolo, l-Italja), Valsabbia Investimenti SpA (Odolo) (rappreżentanti: D. Fosselard, D. Slater u G. Carnazza, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, G. Conte u C. Sjödin, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 finali tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit), sa fejn tikkonstata li r-rikorrenti kisru din id-dispożizzjoni u sa fejn hija tikkundannahom in solidum għal multa ta’ EUR 5 125 miljuni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferreira Valsabbia SpA u Valsabbia Investimenti SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-656/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Vireg li jirrinforzaw il-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 CA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet - Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti - Żamma ta’ seduta ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 482/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alfa Acciai SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: D. Fosselard, D. Slater u G. Carnazza, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, G. Conte u C. Sjödin, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 –Vireg li jirrinforzaw il-konkrit), sa fejn din tikkonstata li r-rikorrenti kisret din id-dispożizzjoni u sa fejn din tikkundannaha għal multa ta’ EUR 3.587 miljun.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfa Acciai SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Feralpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-657/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet - Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti - Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żmien raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Tbegħid pubbliku - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 482/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Feralpi Holding SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, G. Conte u C. Sjödin, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit) u/jew għat-tneħħija jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Feralpi Holding SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2022 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet - Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti - Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żmien raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 482/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà u B. Comparini, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, G. Conte u C. Sjödin, aġenti, assisti minn M. Moretto, avukat)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana u E. Ambrosini, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit) u, b’mod sussidjarju, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferriere Nord SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-850/19) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, mal-ipproċessar u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli - Skemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Greċja fil-forma ta’ sussidji fuq l-interessi u garanziji mill-Istat fuq self eżistenti u self ġdid sabiex jiġu rrimedjati danni kkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Għajnuna limitata għal żoni ġeografiċi milquta - Vantaġġ - Natura selettiva - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Tul tal-proċedura - Aspettattivi leġittimi - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589”)

(2022/C 482/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Tsaousi, E. Leftheriotou u A.-V. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u T. Ramopoulos, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ibbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/394 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar il-miżuri SA.39119 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2014/CP) implimentati mir-Repubblika Ellenika fil-forma ta’ sussidji fuq l-imgħax u garanziji marbuta man-nirien tal-2007 (din id-deċiżjoni tkopri biss is-settur agrikolu) (ĠU 2020, L 76, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Sogia Ellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, mal-ipproċessar u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli - Skemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Greċja fil-forma ta’ sussidji fuq l-interessi u garanziji mill-Istat fuq self eżistenti u self ġdid sabiex jiġu rrimedjati danni kkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Għajnuna limitata għal żoni ġeografiċi milquta - Vantaġġ - Natura selettiva - Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal smigħ - Tul tal-proċedura - Aspettattivi leġittimi - Terminu tal-preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589)”)

(2022/C 482/24)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Sogia Ellas (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Bernitsas, M. Androulakaki, A. Patsalia u E. Kalogiannis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u T. Ramopoulos, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Myloi Sogias AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/394 tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar il-miżuri SA.39119 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2014/CP) implimentati mir-Repubblika Ellenika fil-forma ta’ sussidji fuq l-imgħax u garanziji marbuta man-nirien tal-2007 (din id-deċiżjoni tkopri biss is-settur agrikolu) (ĠU 2020, L 76, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sogia Ellas AE hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Myloi Sogias AE hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Lenovo Global Technology Belgium vs Impriża Konġunta tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew

(Kawża T-717/20) (1)

(“Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Akkwist, kunsinna, installazzjoni u manutenzjoni tas-Superkompjuter Leonardo għall-entità host Cineca - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 482/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lenovo Global Technology Belgium BV (Machelen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Sakellariou, G. Forwood u F. Abou Zeid, avukati)

Konvenut: Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (rappreżentanti: P. E. Partsch u F. Dewald, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, M. Ilkova, P.-J. Loewenthal, C. Vollrath u T. Van Noyen, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni Ares(2020)5103538 tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (EuroHPC), tad-29 ta’ Settembru 2020, li tiċħad l-offerta tagħha fir-rigward tal-Lot tliet fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti SMART 2019/1084 dwar l-akkwist, il-kunsinna, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tas-Superkompjuter Leonardo għall-entità host Cineca u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lenovo Global Technology Belgium BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (EuroHPC).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Greenwich Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (GREENWICH POLO CLUB)

(Kawża T-437/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GREENWICH POLO CLUB - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BEVERLY HILLS POLO CLUB - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

(2022/C 482/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Greenwich Polo Club, Inc. (Greenwich, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Zammitt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Terpstra, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Mejju 2021 (Każ R 300/2020-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-intervenjenti, Lifestyle Equities CV u l-istess r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Greenwich Polo Club, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 401, 4.10.2021.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Kaczorowska vs EUIPO – Groupe Marcelle (MAESELLE)

(Kawża T-716/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAESELLE - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MARCELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 482/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Katarzyna Kaczorowska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Groupe Marcelle Inc. (Lachine, Québec, il-Kanada)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2021 (Każ R 670/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Katarzyna Kaczorowska hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Kaczorowska vs EUIPO – Groupe Marcelle (MAESELLE)

(Kawża T-718/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAESELLE - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea MARCELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 482/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Katarzyna Kaczorowska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u D. Gája, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Groupe Marcelle Inc. (Lachine, Québec, il-Kanada)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2021 (Każ R 671/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Katarzyna Kaczorowska hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2022 – Coulter Ventures vs EUIPO – iWeb (R)

(Kawża T-457/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 482/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coulter Ventures LLC (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Dissmann, L. Jones u M. Lotz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: iWeb GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2789/2019-4).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Coulter Ventures LLC u iWeb GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/21


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Robin Wood et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/22)

(2022/C 482/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Robin Wood – Gewaltfreie Aktionsgemeinschaft für Natur und Umwelt eV (Hamburg, il-Ġermanja) u 6 rikorrenti oħra (rappreżentant: C. Baldon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt ir-riferiment Ares(2022)4939323 iddatata 6 ta’ Lulju 2022 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal eżami mill-ġdid intern iddatata 3 ta’ Frar 2022 imressqa mir-rikorrenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

Fir-rigward ta’ “attivitajiet forestali” r-rikorrenti jinvokaw sitt motivi, fejn jallegaw li d-deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata minn:

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività tagħti kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżenzjoni mill-analiżi tal-benefiċċji tal-klima għal holdings tal-foresta taħt 13 ha fil-kriterji tal-kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għall-adattament ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għall-protezzjoni u l-istabbiliment mill-ġdid ta’ bijodiversità u ekosistemi.

2.

Fir-rigward tal-“attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti”, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi, fejn jallegaw li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn:

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-kriterji għall-“kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima” huma adegwati għad-determinazzjoni li attività tagħti kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-istandards għall-istabbiliment tal-kriterji tekniċi ta’ screening;

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta jitqies li l-kriterji għall-“kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima” għall-attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti huma bbażati fuq provi xjentifiċi konklużivi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni;

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni li l-kriterja ta’ “tikkawżax ħsara sinjifikattiva” għall-attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti jiżguraw li dawn l-attivitajiet ma jikkawżawx ħsara sinjifkattiva lill-għanijiet ambjentali l-oħrajn tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (1);

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.


(1)  ĠU 2020, L 198, p. 13


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 – RH et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-596/22)

(2022/C 482/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RH, RI, RJ, RK, RL (rappreżentant: P. Holtrop, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2022, C (2022) 3942 final, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 102454 (2022/N) – Spanja u SA. 102569 (2022/N) – il-Portugall – dwar il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-ispiża tal-produzzjoni għat-tnaqqis tal-prezz bl-ingrossa tal-elettriku fis-suq Iberiku,

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt u naqset milli tapprezza l-funzjonament tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat nazzjonali.

Il-Kummissjoni ma fehmitx sew il-funzjonament tal-miżura fir-Real Decreto-Ley 10/2022 (1). Fl-analiżi tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, ma huwiex ċar li l-Kummissjoni hija konxja li l-eżenzjoni għall-provvisti tal-elettriku koperti (hedged) ma tkoprix il-koperturi (hedges) kollha possibbli, peress li f’ċerti paragrafi tirreferi għaliha li tapplika għall-parteċipanti fis-suq bl-ingrossa filwaqt li f’oħrajn jitqies li taffettwa kwalunkwe kopertura (hedge). Dan jirriżulta f’li l-Kummissjoni ma tiħux inkonsiderazzjoni l-pożizzjoni tar-rikorrenti u, b’mod żbaljat, tikkonkludi li l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat hija konformi mad-dritt tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-miżura fir-Real Decreto-Ley 10/2022 la hija xierqa u lanqas proporzjonali:

għalkemm il-mekkaniżmu ta’ għajnuna mill-Istat huwa mmirat tajjeb sabiex jilħaq l-għan tiegħu, setgħu jintużaw mezzi oħra inqas ta’ tfixkil sabiex jintlaħaq l-għan tiegħu li ma kinux ikollhom impatt negattiv fuq il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq;

barra minn hekk, kienu jipprevjenu tfixkil li huma konsegwenza tal-iskema ta’ għajnuna, bħal li r-rikorrenti jitqiegħdu fi żvantaġġ ma’ kompetituri fis-suq bi strutturi differenti ta’ provvista tal-enerġija jew il-possibbiltà tal-allokazzjoni ta’ profitt mhux mistenni lil kumpannija, li magħha r-rikorrenti jkunu koprew (hedged) parti mill-konsum tal-elettriku tagħhom, u l-klijenti tagħhom.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-miżura fir-Real Decreto-Ley 10/2022 ma tikkonformax mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (3):

l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat ma tikkonformax mal-eċċezzjonijiet għall-formazzjoni ta’ prezzijiet ħielsa fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2019/944 minħabba li setgħu jittieħdu miżuri oħra inqas ta’ ħsara;

barra minn hekk, il-miżura tirriżulta fi spejjeż addizzjonali sproporzjonati għar-rikorrenti li, skont il-motiv li ġej, huma diskriminatorji.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq diskriminazzjoni:

li ma jiġux inklużi l-koperturi (hedges) kollha taħt l-eżenzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġustament huwa diskriminatorju. Il-kriterji ta’ esklużjoni ma humiex rilevanti, peress li kemm ix-xerrejja tas-suq bl-ingrossa kif ukoll l-operaturi l-oħra tas-suq huma kapaċi jiffirmaw koperturi (hedges) simili u għandhom strutturi kuntrattwali ta’ provvista ta’ enerġija ekwivalenti;

barra minn hekk, id-diskriminazzjoni hija saħansitra iktar importanti għaliex dan ix-xebh huwa r-riżultat tal-liberalizzazzjoni tas-settur taħt id-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti ma jafu bl-ebda ġustifikazzjoni għal din id-diskriminazzjoni, iżda jqisu li huwa improbabbli li kwalunkwe spjegazzjoni tkun proporzjonata.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti kienu ġabu ruħhom skont id-direzzjonijiet u l-inċentivi tal-istituzzjonijiet Ewropej u speċjalment tal-Kummissjoni. B’hekk, huma aġixxew bħala konsumaturi attivi u konxji mill-ambjent u ffirmaw koperturi (hedges) ma’ impriża differenti mill-fornitur tal-enerġija tagħhom, li żgura li l-elettriku kollu li użaw kien ġej minn sors rinnovabbli. Madankollu, il-Kummissjoni kisret din l-aspettattiva u awtorizzat miżura li ppenalizzathom talli kienu involuti fi struttura kuntrattwali ta’ provvista ta’ enerġija bħal din.


(1)  Real Decreto-ley 10/2022, de 13 de mayo, por el que se establece con carácter temporal un mecanismo de ajuste de costes de producción para la reducción del precio de la electricidad en el mercado mayorista (id-Digriet Irjali Liġi 10/2022 tat-13 ta’ Mejju li jistabbilixxi temporanjament mekkaniżmu għall-aġġustament tal-ispejjeż tal-produzzjoni sabiex jitnaqqas il-prezz tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa).

(2)  ĠU 2019, L 158, p. 54.

(3)  ĠU 2019, L 158, p. 125.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/23


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2022 – RN vs EUIPO

(Kawża T-606/22)

(2022/C 482/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RN (rappreżentant: S. Moya Felix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO) tal-4 ta’ Lulju 2022 dwar it-tweġiba għal ilment imressaq taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tan-nuqqas ta’ pagament lir-rikorrent tal-allowance tal-edukazzjoni, matul ċerti perijodi, kif ukoll in-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrent li jirċievi nofs l-allowances tal-familja sħaħ (li jinkludu 1/3 tal-allowance tad-dar, allowance għall-wild dipendenti u allowance tal-edukazzjoni li tikkorrispondi għat-tifel tar-rikorrent) f’data speċifika;

tirrikonoxxi, bħala konsegwenza, id-dritt tar-rikorrent għal dawn l-allowances tal-familja (allowance tal-edukazzjoni matul ċerti perijodi, kif ukoll nofs l-allowances tal-familja, li jinkludu 1/3 tal-allowance tad-dar, allowance għall-wild dipendenti u allowance tal-edukazzjoni li tikkorrispondi għat-tifel tar-rikorrent) f’data speċifika;

tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra (EUIPO) tbati l-ispejjeż kollha tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 67 fir-rigward tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (1).

Id-deċiżjoni mogħtija minn qorti nazzjonali fit-28 ta’ Novembru 2021 dwar id-dritt għal kustodja ma kinitx ġiet osservata mill-EUIPO fis-sens li dan tal-aħħar jikkunsidra li 50 % tal-allowances tal-familja ma għandhomx jitħallsu lir-rikorrent iżda unikament lill-ġenitur l-ieħor, uffiċjal tal-EUIPO, għal raġunijiet diskrezzjonali ħafna, bħal li d-deċiżjoni tal-qorti nazzjonali ma tispeċifikax li t-tifel tar-rikorrent qed jgħix maż-żewġ ġenituri matul eżattament 50 % tal-ħin. EUIPO żnatura l-fatti, peress li normalment id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Familja ma jispeċifikawx perijodi ta’ żmien, sigħat jew ġranet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni dwar allowances tal-familja.

3.

Ir-rikorrent għalhekk qed jikkontesta d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-EUIPO mhux biss fir-rigward taċ-ċaħda tan-nofs l-allowances tal-familja f’data speċifika u fiha, iżda wkoll fir-rigward taċ-ċaħda tal-allowances tal-edukazzjoni għal ċerti perijodi speċifiċi.


(1)  Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962 P 045, p. 1385).


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2022 – Sberbank Europe vs BĊE

(Kawża T-632/22)

(2022/C 482/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rifjut tal-BĊE permezz tad-deċiżjoni tiegħu ddatata s-27 ta’ Lulju 2022 li jagħti lir-rikorrent aċċess għal valutazzjoni ta’ istituzzjoni li qiegħda tfalli jew x’aktarx ser tfalli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 (1), li l-BĊE għamel fis-27 ta’ Frar 2022 fir-rigward tas-sussidjarju tar-rikorrent fis-Slovenja, Sberbank banka d.d.;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE interpreta u applika b’mod skorrett l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi assuma b’mod żbaljat li d-dritt ta’ kull persuna għall-fajl li jikkonċernaha skont l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta huwa limitat għall-abbiltà li tevalwa l-fajl sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt għal smigħ xieraq fir-rigward ta’ deċiżjoni speċifika li tista’ tiġi eżaminata fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE li l-istituzzjoni rilevanti qiegħda tikkontempla bħalissa. Ir-rikorrent isostni li d-dritt skont l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta jikkodifika prinċipju usa’ li l-amministrazzjoni għandha tkun trasparenti għal dawk li huma kkonċernati mill-amministrazzjoni u li din hija riflessa mill-fatt li, b’differenza mill-Artikolu 41(2)(a) u l-Artikolu 41(2)(ċ), l-Artikolu 41(2)(b) ma huwa kkwalifikat minn ebda riferiment għal deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE interpreta u applika b’mod skorrett l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1024/2013 (2) u l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 468/2014 (3). Ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-kunċett ta’ fajl ma huwiex iddefinit b’mod strett mit-tieni sentenza tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1024/2013, bħala li jikkonsisti biss fid-dokumenti li l-BĊE jikkompila għall-finijiet ta’ deċiżjoni speċifika li qiegħed jikkontempla bħalissa u li d-definizzjoni ta’ fajl skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 468/2014 tinkludi d-dokumenti kollha li jirrigwardaw is-sorveljanza tal-entità taħt sorveljanza rilevanti mill-BĊE. Ir-rikorrent isostni li, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 468/2014 ma jistax jiġi interpretat bħala li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1024/2013 u li l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1024/2013 u l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 468/2014 ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt skont l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta. Ir-rikorrent jargumenta bħala prekawzjoni li ż-żewġ dispożizzjonijiet ikunu llegali għaliex ikunu irrikonċiljabbli ma’ liġi ta’ livell ogħla jekk ikunu interpretati b’dan il-mod.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali anki fuq il-bażi tal-perspettiva ristrettiva żbaljata tal-BĊE tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl għaliex il-BĊE naqas milli jqis li d-deċiżjoni tal-BĊE dwar raġunijiet ta’ trasparenza, b’mod partikolari fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/258/EC) (4), li kienet ikkontemplata fiż-żmien tad-deċiżjoni kkontestata, hija deċiżjoni li tista’ tiġi eżaminata fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(3)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1).

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2022 – ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-648/22)

(2022/C 482/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Ziegler, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ddatata t-3 ta’ Awwissu 2022 (SGS 22/3264) f’relazzjoni mat-talba għal eżami mill-ġdid intern taħt it-Titolu IV tar-Regolament Aarhus f’relazzjoni mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/515 tal-31 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU 2022, L 104, p. 1); u,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-aċċess tar-rikorrenti għal drittijiet ta’ eżami mill-ġdid taħt ir-Regolament Nru 1367/2006 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Aarhus”), minħabba li l-Kunsill ikkonstata li l-motivi tar-rikorrenti li l-Kunsill ma kellux kompetenza u uża l-poter tiegħu ħażin meta adotta r-Regolament li jemenda r-Regolament dwar il-Qabdiet Totali Permissibbli (iktar ’il quddiem “TAC”) kienu inammissibbli għaliex kienu jaqgħu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Aarhus.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-elementi essenzjali ta’ dritt sekondarju u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-Kunsill li jistabbilixxi TACs taħt l-Artikolu 43(3) TFUE, għaliex il-Kunsill wettaq:

żball manifest ta’ liġi fir-rigward tal-allegat impatt tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni fuq il-kompetenza tal-Kunsill li jistabbilixxi TACs b’kuntradizzjoni mal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd tal-Unjoni Ewropea;

żbalji manifesti ta’ liġi fir-rigward tal-marġni ta’ diskrezzjoni li huwa għandu sabiex jistabbilixxi opportunitajiet ta’ sajd, kif limitat mill-Għan ġenerali tar-rendiment massimu sostenibbli (iktar ’il quddiem “l-Għan tal-MSY”) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku dwar l-Politika Komuni tas-Sajd (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Bażiku dwar il-PKS”); u

żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-limiti tal-kompetenza tiegħu taħt l-Artikolu 43(3) TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligi tal-Kunsill li:

jimplimenta l-approċċ ta’ prekawzjoni, kif meħtieġ mill-ewwel u mit-tieni subparagrafu tal-Artikoli 2(2), kif ukoll mill-punt (8) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS, u limitat strettament mill-Għan tal-MSY;

jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill meta adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/515 tal-31 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU 2022, L 104, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 227, p. 134).


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2022 – Shamalov vs Il-Kunsill

(Kawża T-651/22)

(2022/C 482/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kirill Shamalov (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: A. Genko, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-rikors tiegħu għal annullament huwa ammissibbli u fondat u għaldaqstant tannulla l-atti sussegwenti:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendat fit-8 ta’ April 2022 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/581 (ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130), sa fejn dan żied lir-rikorrent mal-lista ta’ persuni ssanzjonati taħt in-numru 908;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendata fit-8 ta’ April 2022 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 (ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131), sa fejn din żiedet lir-rikorrent mal-lista ta’ persuni ssanzjonati taħt in-numru 908;

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendat fil-25 ta’ Frar 2022 bir-Regolament (UE) 2022/330 (ĠU 2022, L 51, p. 1), sa fejn dan jippermetti li jiġu ssanzjonati “negozjanti jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa […]” inkwantu dan jikkonċerna lir-rikorrent;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 (ĠU 2022, L 50, p. 1), sa fejn ir-redazzjoni l-ġdida tagħha tippermetti li jiġu ssanzjonati “negozjanti ewlenin involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, […]” inkwantu din tikkonċerna lir-rikorrent;

l-atti ta’ żamma u, b’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 (ĠU 2022, L 239, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) (ĠU 2022, L 239, p. 149) tal-14 ta’ Settembru 2022 sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fi tliet partijiet. Skont ir-rikorrent, ebda prova prodotta mill-Kunsill ma tissodisfa r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza Ewropea dwar l-istandard u l-kwalità tal-prova. Il-motivazzjoni tal-Kunsill ma tistabbilixxix in-natura ewlenija tar-rikorrent għajr permezz ta’ affermazzjoni kategorika. Minkejja li l-Kunsill kien ġie informat li r-rikorrent ma kienx għandu jokkupa funzjonijiet ta’ tmexxija għolja, huwa żamm lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni ssanzjonati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma ressaq ebda motiv individwali, speċifiku u konkret ta’ natura li jippermetti li r-rikorrent jiġi kklassifikat bħala persuna ewlenija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li hemm diversi indikazzjonijiet li skonthom il-Kunsill ibbaża ruħu fuq akkużi ta’ nepotiżmu sabiex jissanzjona lir-rikorrent, fatt li ma huwiex permess mill-istandards li abbażi tagħhom ir-rikorrent ġie ssanzjonat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità inċidentali tal-kriterju ta’ “negozjant ewlieni” fi tliet partijiet; minħabba l-assenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-kriterju u l-għan segwit, minħabba ksur tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni u fl-aħħar minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ prova li r-rikorrent huwa negozjant ewlieni fil-kuntest ta’ stħarriġ sħiħ tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar sanzjonijiet individwali.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/28


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – Allegro vs EUIPO (SMART!)

(Kawża T-658/22)

(2022/C 482/36)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Allegro sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: M. Podbielska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SMART!” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 525 530

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 712/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-istadju tal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/28


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – Seopult vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-660/22)

(2022/C 482/37)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Seopult LTD (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: A. Gaspar Schwalbach, C. Pinto Xavier u M. Cotrim, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-588/22, Renco Valore vs Il-Kummissjoni.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/29


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Nagolimad – Serviços Internacionais vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/22)

(2022/C 482/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Nagolimad – Serviços Internacionais, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Afonso u J. Ferreira Faria, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-553/22, Thorn Investments vs Il-Kummissjoni.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/29


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2022 – IP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-669/22)

(2022/C 482/39)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: IP (rappreżentant: J. Martins, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha;

tordna li l-konvenuta tħallas kumpens ġust u adegwat.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Jannar 2022 li timponi fil-konfront ta’ IP is-sanzjoni dixxiplinari ta’ terminazzjoni mingħajr preavviż tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.