ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 481

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
19 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 481/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2022 li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta' Moviment għall-Ħaddiema għad-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 481/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-16 ta' Diċembru 2022

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 481/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.10987 – BAIN CAPITAL / CAVERION) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2022/C 481/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10919 – APOLLO / ATLAS AIR WORLDWIDE HOLDINGS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 481/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8

2022/C 481/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2022

li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta' Moviment għall-Ħaddiema għad-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall

(2022/C 481/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tad-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2022 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta’ Settembru 2022 sal-24 ta’ Settembru 2024.

(2)

Il-gvernijiet tad-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall ippreżentaw listi ta’ nomini għal diversi postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin bħala membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta' Moviment għall-Ħaddiema għall-perjodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2024:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Danimarka

Is-Sur Stig HANSEN NØRGAARD

Is-Sa Rikke MARK SEERUP

Is-Sa Lone HENRIKSEN

Ġermanja

Is-Sur Friedemann BENDER

Is-Sur Oliver MAOR

Is-Sa Dagmar HILPERT

Greċja

Is-Sur Georgios NERANTZIS

Is-Sa Angeliki LINTZOU

Is-Sa Angeliki TZORTZAKI

Kroazja

Is-Sur Petar STRIŽAK

Is-Sa Martina ŠPUNDAK

Is-Sa Iva MUSIĆ OREŠKOVIĆ

Italja

Is-Sur Daniele LUNETTA

 

Ċipru

Is-Sur Prodromos PRODROMOU

Is-Sur Antonis KAFOUROS

Is-Sa Alexia TSAOUSI

Lussemburgu

Is-Sa Patrice FURLANI

Is-Sur Tom MEYER

Is-Sur Armin SKROZIC

Portugall

Is-Sa Ana Margarida SILVA

Is-Sa Helena BENTES

 

II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Danimarka

Is-Sa Lotte DICKOW SCHMIDTH

Is-Sa Christina BORRIES

Is-Sa Käthe Munk RYOM

Ġermanja

Is-Sa Alexandra KRAMER

Is-Sur Nicolas ENGELBARTS

Is-Sa Maria DIMCHEVA

Greċja

Is-Sa Stavroula DIMITRIADOU

Is-Sur Vasilios MANTAZIS

Is-Sa Vaso KRATIMENOU

Kroazja

Is-Sa Vesna MAMIĆ

Is-Sa Ana KRANJAC JULARIĆ

Is-Sa Ivana ŠEPAK ROBIĆ

Italja

Is-Sur Andrea MALPASSI

Is-Sur Michele BERTI

Is-Sa Ilaria Arianna FONTANIN

Ċipru

Is-Sa Marina STAVRINOU KOUKOU

Is-Sur Christos KARYDIS

Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU

Malta

 

Is-Sa Isabella FARRUGIA

Portugall

Is-Sur José Manuel DA LUZ CORDEIRO

Is-Sur Fernando José MACHADO GOMES

Is-Sa Ana Elisabete MARTINS CLEMENTE BORGES

III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Danimarka

Is-Sa Maja KLUGER DIONIGI

Is-Sa Trine Birgitte HOUGAARD

Is-Sa Birgitte NYMARK

Ġermanja

Is-Sa Noora NEUMAYER

Is-Sur Nicolas KELLER

Is-Sa Teresa HORNUNG

Kroazja

Is-Sa Nuša ŽUNEC

Is-Sur Dario ĆORIĆ

Is-Sa Mirela GUDAN

Italja

Is-Sa Paola ASTORRI

Is-Sur Paolo BALDAZZI

Is-Sur Fabio ANTONILLI

Ċipru

Is-Sur Giorgos HADJIKALLIS

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Andreas ALEXI

Lussemburgu

Is-Sur Philippe HECK

Is-Sur Raymond HORPER

Is-Sa Cristelle BRETNACHER-CERVELLATI

Portugall

Is-Sa Cristina NAGY MORAIS

Is-Sur Nuno BERNARDO

Is-Sur Afonso Manuel ALVES E PINHO DE CARVALHO

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta' Moviment għall-Ħaddiema (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali )


Il-Kummissjoni Ewropea

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta' Diċembru 2022

(2022/C 481/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0619

JPY

Yen Ġappuniż

145,53

DKK

Krona Daniża

7,4379

GBP

Lira Sterlina

0,87233

SEK

Krona Żvediża

11,0153

CHF

Frank Żvizzeru

0,9879

ISK

Krona Iżlandiża

150,10

NOK

Krona Norveġiża

10,4833

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,262

HUF

Forint Ungeriż

407,10

PLN

Zloty Pollakk

4,6925

RON

Leu Rumen

4,9213

TRY

Lira Turka

19,8039

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5866

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4506

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2632

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6687

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4413

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 389,70

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,6708

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4037

HRK

Kuna Kroata

7,5385

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 575,47

MYR

Ringgit Malażjan

4,6984

PHP

Peso Filippin

58,967

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,145

BRL

Real Brażiljan

5,6233

MXN

Peso Messikan

21,0634

INR

Rupi Indjan

87,8240


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.10987 – BAIN CAPITAL / CAVERION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 481/03)

1.   

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital”, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA),

Caverion Corporation (“Caverion”, il-Finlandja).

Bain Capital se takkwista, fi ħdan is-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu ta’ Caverion.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Bain Capital hija ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità li tinvesti, permezz tal-familja ta’ fondi tagħha, f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inkluż dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali / manifattura,

Caverion hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata inkorporata skont il-liġijiet tal-Finlandja. Caverion topera fl-installazzjoni u l-manutenzjoni tat-teknoloġija tal-bini u tal-proċessi industrijali, b’mod partikolari fit-tisħin, l-elettriku, l-enerġija, il-ventilazzjoni, it-tkessiħ, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u d-dixxiplini tekniċi tas-sigurtà tal-bini. Barra minn hekk, Caverion tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni għal proċessi ta’ manifattura industrijali bħall-idroenerġija, il-manifattura tal-polpa u l-karta u l-proċessi kimiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.10987 – BAIN CAPITAL / CAVERION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10919 – APOLLO / ATLAS AIR WORLDWIDE HOLDINGS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 481/04)

1.   

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apollo Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Atlas Air Worldwide Holdings, Inc. (“Atlas Air”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Atlas Air kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Apollo hija maniġer tal-assi globali attiva f’investimenti ta’ portafoll,

Atlas Air tipprovdi servizzi operattivi ta’ inġenji tal-ajru u tal-avjazzjoni esternalizzati, l-aktar għall-merkanzija, u sa ċertu punt aktar limitat, għall-passiġġieri, u hija attiva fl-Afrika, fl-Asja, fil-Paċifiku, fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani, fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Amerka t’Isfel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10919 – APOLLO / ATLAS AIR WORLDWIDE HOLDINGS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 481/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Rökt Vättersik”

Nru tal-UE: PDO-SE-02591 – 7.11.2019

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Rökt Vättersik”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Iżvezja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.    Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.    Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ir-“Rökt Vättersik” huwa tip ta’ ħut abjad (Coregonus ssp.) mil-Lag Vättern li jiġi affumikat f’kamra tal-affumikar.

Ir-“Rökt Vättersik” jinbiegħ mingħajr pakkett jew ippakkjat fil-vakwu biex tinkiseb ħajja tal-prodott itwal fuq l-ixkaffa.

Għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Daqs: Normalment bejn 0,3 u 0,6 kg, iżda jista’ jkun hemm eżemplari akbar.

Xaħam: 0,5 - 2,5 %. Il-kontenut tax-xaħam ivarja skont is-sit tal-qbid.

Kulur ta’ barra: Minn lewn il-qubbajt skur bi ħjiel vjola (fuq id-dahar) u lewn il-kafellatte skur bi ħjiel ta’ ram (fuq iż-żaqq) għal tleqqija lewn ir-ram ċar.

Kulur tal-laħam: Sfumaturi varjati ċari u skuri ta’ caput mortuum bi ħjiel ta’ qubbajt.

Konsistenza: Il-laħam tal-ħut huwa distint għax jinħass imsajjar, u meta jingidem huwa pjaċevolment sod.

Togħma: Togħma mielħa qawwija u togħma distinta ta’ affumikar, b’kemxejn nota ħelwa-qarsa ta’ qatran.

Aroma: Aroma qawwija u distinta ta’ duħħan

3.3.    Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-ħut abjad prinċipalment jiekol krustaċji żgħar relitti tal-era glaċjali (Mysis sp., Pallasea sp. u Pontoporeia sp.), bajd tal-ħut, gasteropodi, maskli, krustaċji u ħut żgħir li huwa preżenti b’mod naturali fil-Lag Vättern.

Ħut abjad (Coregonus ssp.) mil-Lag Vättern, magħruf bħala “Vättersik”

3.4.    Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni, mill-qbid tal-ħut, li huwa preżenti b’mod naturali fil-Lag Vättern, sal-produzzjoni tar-“Rökt Vättersik” billi mbagħad jiġi affumikat il-ħut, iridu jsiru fiż-żona ġeografika deskritta f’(4).

3.5.    Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.    Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tar-“Rökt Vättersik” tikkonsisti mil-Lag Vättern u l-art tal-madwar f’raġġ ta’ 10 km mil-linja tal-ilma f’livelli normali tal-ilma.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tar-“Rökt Vättersik” huma bbażati kemm fuq il-kundizzjonijiet naturali fiż-żona ġeografika kif ukoll fuq fatturi umani.

Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Il-Lag Vättern, li huwa l-ħames l-akbar lag fl-Ewropa, issepara minn dak li llum huwa l-Baħar Baltiku madwar 8 000 sena ilu. Illum il-wiċċ tal-lag huwa 88,5 m ’il fuq mil-livell tal-Baħar Baltiku.

L-iżolament minn sistemi oħra tal-ilma wassal biex il-popolazzjoni tal-ħut abjad (Coregonus ssp.) tal-Lag Vättern żviluppat b’mod separat minn popolazzjonijiet oħra tal-ħut abjad u issa hija ġenetikament distinta minn popolazzjonijiet oħra tal-ħut abjad.

Il-Lag Vättern huwa lag tal-ilma kiesaħ tipiku b’ammont baxx ta’ nutrijenti (it-temperatura medja tal-ilma hija madwar 10 °C) b’ilma ċar (it-trasparenza tal-ilma hija ta’ madwar 15 m) u skambju kajman tal-ilma (madwar 60 sena).

L-ilma kiesaħ jipprovdi ħabitat tajjeb għall-ispeċi tipiċi tal-ilma kiesaħ, bħall-ħut abjad tal-Lag Vättern, u għall-krustaċji relitti tal-era glaċjali li jikkostitwixxu s-sors ewlieni tagħha tal-ikel.

Minħabba l-ilma kiesaħ u b’ammont baxx ta’ nutrijenti tal-Lag Vättern, il-ħut abjad fil-Lag Vättern huwa dgħif (kontenut ta’ xaħam ta’ 0,5-2,5 %, skont iż-żmien tas-sena u s-sit tal-qbid) u iżgħar fid-daqs (ġeneralment 0,3 - 0,6 kg) minn ħut abjad maqbud f’sistemi oħra tal-ilma.

Il-kontenut baxx ta’ xaħam tiegħu jagħti lir-“Rökt Vättersik” laħam li huwa aktar sod b’mod distint, u fermezza aktar pjaċevoli meta jingidem, minn tipi oħra ta’ ħut affumikat komunement disponibbli fis-suq. Il-kontenut baxx ta’ xaħam jgħin ukoll biex jagħmel it-togħma tar-“Rökt Vättersik” aktar sottili u eleganti minn dik ta’ tipi komuni oħra ta’ ħut affumikat.

Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta ġeografika

Minn perspettiva storika, il-produzzjoni tar-“Rökt Vättersik” kienet ta’ importanza kbira għan-nies li jgħixu mal-Lag Vättern. Tradizzjonalment, is-sajjieda kienu jaffumikaw u jbigħu ir-“Rökt Vättersik” huma stess. Din it-tradizzjoni għadha ħajja, anke jekk illum hemm ukoll min jew jistad biss jew jaffumika biss il-ħut abjad mil-Lag Vättern.

Is-sajd għall-ħut abjad u l-affumikar tiegħu huma sengħa tradizzjonali bbażata fuq għarfien ta’ fatturi bħall-imġiba tal-ħut abjad tal-Lag Vättern u kif jiġi affumikat il-ħut dgħif, miksub tul il-ġenerazzjonijiet u spiss mgħoddi fil-familji.

Il-ħut abjad huwa preżenti f’postijiet differenti madwar il-Lag Vättern u f’livelli ta’ fond differenti, skont fatturi bħall-provvista tal-ikel u ż-żmien tas-sena. Fil-perjodu bejn Awwissu u Novembru, il-ħut abjad jgħix f’ilmijiet baxxi f’fond ta’ mhux aktar minn 30 metru, qrib is-siti fejn ibid. Minn Diċembru ’l hemm, il-ħut abjad jimxi għal ilmijiet dejjem aktar fondi, biex b’hekk sal-aħħar ta’ Frar jinqabad f’fond ta’ 90-120 metru. Il-provvista tal-ikel tkun akbar fiż-żoni aktar baxxi tal-Lag Vättern fir-rebbiegħa, li jfisser li l-ħut abjad jerġa’ lura lejn iż-żoni aktar baxxi tal-lag.

Meta jistadu għall-ħut abjad, is-sajjieda jridu jkunu familjari max-xejriet tal-migrazzjoni staġunali tiegħu biex ifittex l-ikel. Huma jagħżlu żoni fejn jistadu fil-lag fejn il-ħut abjad huwa l-aktar probabbli li jkun preżenti f’dak il-ħin partikolari.

Meta l-ħut abjad jiġi affumikat, l-affumikar irid jiġi aġġustat għal għadd ta’ fatturi biex il-prodott jikseb il-karatteristiċi tar-“Rökt Vättersik”. Il-proċess tal-affumikar irid jiġi adattat għal fatturi bħall-istaġun, il-klima u l-pressjoni tal-arja. Iż-żoni tas-sajd u l-perjodi tas-sajd – iż-żmien tas-sena li fih jinqabad il-ħut abjad – ukoll jaffettwaw il-proċess tal-affumikar, billi l-kontenut tax-xaħam tal-ħuta jvarja.

L-għarfien dwar il-karatteristiċi speċjali ta’ kull kamra tal-affumikar – kemm jipproduċi duħħan il-forn u kif jiġi distribwit fil-forn – ukoll huwa ta’ importanza deċiżiva għall-karatteristiċi tal-prodott finali.

Peress li kull kamra tal-affumikar għandha l-karatteristiċi speċjali tagħha, l-affumikaturi jsegwu proċedura tal-affumikar adattata għall-kamra tal-affumikar tagħhom stess. Skont id-disinn tal-kamra tal-affumikar, il-ħut abjad jista’ jeħtieġ li jitmexxa ġewwa l-kamra tal-affumikar waqt il-proċess tal-affumikar biex jiġi żgurat li jiġi affumikat b’mod uniformi. L-iżvilupp tad-duħħan ġewwa l-kamra tal-affumikar huwa kkontrollat mill-użu alternat ta’ injam imnixxef u mxarrab jew li jkun għadu kif inqata’.

Il-ħin meħtieġ għall-affumikar ivarja skont it-temperatura (ġeneralment 70-80 °C) u l-iżvilupp tad-duħħan fil-kamra tal-affumikar. L-affumikatur jiddeċiedi meta l-ħut abjad ikun lest billi jiċċekkja s-sawra tiegħu, ixomm il-ħut u jħoss kemm il-pinen ikunu ibsin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/foretag-regler-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/ansokan_vattersik_2022_07_07.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 481/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Αφρίνα / Αfrina”

Nru tal-UE: PGI-GR-02822 – 6.12.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Αφρίνα / Αfrina”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.    Tip ta’ prodott

Klassi 2.6. Melħ

3.2.    Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Αφρίνα / Afrina” huwa fleur de sel prodott esklużivament fil-marġ salmastru “abjad” ta’ Mesolongi. Huwa melħ tal-baħar mhux ipproċessat mingħajr addittivi u ma jsirlu l-ebda trattament wara l-ħsad.

L-“Αφρίνα / Afrina” jikkonsisti minn kristalli fini bojod tal-klorur tas-sodju ffurmati fuq il-wiċċ tas-salmura tal-għadajjar tal-kristallizzazzjoni f’kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli (riħ, temperatura u xemx). Huwa inqas mielaħ mill-melħ, b’togħma kemxejn morra minħabba kontenut għoli ta’ manjeżju u għalhekk huwa ideali għal platti nejjin jew mixwija jew saħansitra għad-deżerti. Fih ħafna oligoelementi – metalli li jinsabu fl-ilma baħar – u speċjalment manjeżju (Mg).

L-“Αφρίνα / Afrina” jinġabar bl-idejn biss u għandu l-karatteristiċi organolettiċi, fiżiċi u kimiċi stipulati fit-Tabelli 1 u 2.

Tabella 1

Karatteristiċi organolettiċi u fiżiċi

Dehra

Kristalli bojod

Togħma

Mielaħ

Riħa

Mingħajr riħa

Granulometrija

> 3 mm 0 %

1-3 mm 45-55 %

< 1 mm 45-55 %


Tabella 2

Kompożizzjoni kimika

Parametru kimiku

Kontenut (%)

Umdità

1,0 - 5,0

Ma jinħallx fl-ilma

0,020 - 0,120

Kalċju (fil-materja niexfa)

0,010 - 0,300

Manjeżju (fil-materja niexfa)

0,060 - 0,300

Sulfati (fil-materja niexfa)

0,200 - 1,100

NaCl (fil-materja niexfa)

97,0 - 99,5

3.3.    Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.    Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika huma:

l-estrazzjoni mill-baħar;

iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma estratt fl-għadajjar tal-evaporazzjoni;

il-provvista lill-għadajjar tal-kristallizzazzjoni;

il-ħsad;

l-iskular naturali tal-“Αφρίνα / Afrina”.

3.5.    Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.    Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott l-“Αφρίνα / Afrina”, skont kriterji storiċi, ġeografiċi u antropoloġiċi, tinsab fil-muniċipalità ta’ Iera Polis Mesolongiou, fl-Unità Reġjonali ta’ Aitoloakarnania fir-Reġjun tal-Greċja tal-Punent, u hija ddefinita mil-limiti ġeografiċi tal-marġ salmastru “abjad”:

Fit-Tramuntana tal-marġijiet ta’ Foinikia

Fil-Grieg il-Lvant tat-triq nazzjonali l-qadima bejn Mesolongi u Aitolikos

Fil-Punent tal-laguna ta’ Mesolongi

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-unità muniċipali ta’ Iera Polis Mesolongiou.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-“Αφρίνα / Afrina” jiġi prodott fil-laguna ta’ Mesolongi u kiseb reputazzjoni eċċellenti u fama konsiderevoli kemm fil-Greċja kif ukoll lil hinn minnha. Ir-reputazzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott li huma dovuti għall-oriġini ġeografika tiegħu għalhekk jiffurmaw il-bażi tar-rabta tiegħu maż-żona ġeografika.

Din ir-reputazzjoni hija bbażata prinċipalment fuq is-sawra u t-togħma tiegħu, li huma ddeterminati mill-mikroklima speċifika tas-salini u l-laguna ta’ Mesolongi u l-ħsad tradizzjonali bl-idejn, li prattikament ma nbidilx matul is-snin.

Is-salini ta’ Mesolongi huma ambjent ta’ produzzjoni ideali, protetti mill-Konvenzjoni ta’ Ramsar u Natura 2000. Ir-reputazzjoni tal-prodott hija msaħħa min-natura unika tal-ekosistema tas-salina ta’ Mesolongi u l-fama tal-laguna ta’ Mesolongi – il-“lag sabiħ ħafna” ta’ Omeru. Il-Professur Christos Siasos (Agrinioculture, 2014) jiddeskrivi Mesolongi bħala l-“art tat-teżor l-abjad”.

L-uċuħ attivi tas-salini (għadajjar tal-evaporazzjoni u għadajjar tal-kristallizzazzjoni) huma taflin peress li t-tafal ma jgħaddix ilma minnu. L-ilma baħar jikkondensa fl-għadajjar tal-evaporazzjoni u l-melħ jikkristallizza fl-għadajjar. L-għadajjar tal-kristallizzazzjoni għandhom wiċċ uniformi fit-tul u fil-wisa’. Dan ifisser li anke mewġ żgħir jista’ jġorr l-“Αφρίνα / Afrina” sat-tarf tal-għadajjar minn fejn imbagħad jinġabar.

Il-produzzjoni tal-“Αφρίνα / Afrina” teħtieġ evaporazzjoni/konċentrazzjoni kontinwa ta’ kwantità suffiċjenti ta’ ilma baħar sal-punt meta l-kontenut tal-melħ jibda jikkristallizza. Il-konċentrazzjoni sseħħ b’mod naturali, grazzi għall-enerġija solari u l-mikroklima prevalenti, jiġifieri l-veloċità tar-riħ, it-temperatura u l-umdità relattiva. L-ilmijiet salini jeħtieġu rjieħ qawwija minbarra x-xemx għall-konċentrazzjoni, speċjalment matul il-perjodu tas-sajf, filwaqt li ma jridx ikun hemm xita qawwija matul l-istaġun tat-tkabbir biex il-melħ jikkristallizza.

Fuq il-wiċċ tal-għadajjar tal-kristallizzazzjoni, li huma kbar, jifforma saff irqiq ta’ kristalli tal-melħ. L-irjieħ tal-Punent iġorru s-saff tal-wiċċ ta’ dawn il-kristalli lejn in-naħa tal-Lvant tal-għadajjar fejn fl-aħħar jinġabar l-“Αφρίνα / Afrina”.

Il-fattur uman huwa importanti wkoll, peress li l-operazzjoni tradizzjonali tal-ħsad, li baqgħet prattikament l-istess matul is-snin, ukoll għenet biex tinħoloq u tinżamm ir-reputazzjoni tal-prodott. Il-ħaddiema tas-sengħa jiġbru l-“Αφρίνα / Afrina” bl-idejn, permezz ta’ għodod tal-injam, u jiżguraw l-uniformità tal-prodott finali bis-saħħa tat-taħriġ u l-esperjenza tagħhom. L-identifikazzjoni u s-separazzjoni tal-prodott jeħtieġu esperjenza u ħila. Din it-teknika tradizzjonali tgħaddi minn ġenerazzjoni ta’ ħaddiema fis-sengħa tal-melħ għall-oħra.

Il-ħsad tal-kristalli tal-melħ fil-wiċċ bl-idejn jagħti lill-prodott purità għolja b’nuqqas totali ta’ ħama (minħabba li l-kristalli ma jiġux f’kuntatt mal-qiegħ tal-għadira tal-kristallizzazzjoni) u kulur abjad naturali. Għalhekk ma hemmx bżonn li l-prodott jinħasel, u dan ifisser li għandu kontenut ogħla ta’ mluħ inorganiċi, b’mod partikolari mluħ tal-manjeżju li jinħallu. Il-kontenut ta’ manjeżju tal-“Αφρίνα / Afrina” għalhekk jaqbeż dak ta’ mluħ komuni oħra u ta’ mluħ kummerċjali pproċessati, u dan jagħtih togħma speċjali (ftit morra, inqas mielħa) u jagħmlu ideali għal platti nejjin jew mixwija, jew saħansitra għad-deżerti.

L-“Αφρίνα / Afrina” huwa l-isem użat tradizzjonalment għall-fleur de sel prodott fir-reġjun ta’ Mesolongi. Il-kelma “Αφρίνα / Afrina” nnifisha, li ġejja mill-kelma għal “ragħwa” (afrós), tindika kif isir il-prodott. Fil-ktieb tiegħu Mesolongi (1925), K. A. Stasinopoulos kiteb: “Il-melħ lussuż li jevapora b’mod naturali, Afrina, ukoll huwa prodott fil-laguna. Ir-ragħwa tifforma mill-mewġ żgħir li jispiċċa fix-xejn max-xtajtiet tal-laguna. Is-sħana tax-xemx tikkondensa r-ragħwa u jiġi ffurmat l-Afrina”.

Ir-reputazzjoni tal-prodott hija kkonfermata minn bosta referenzi storiċi u bibljografiċi.

L-ewwel referenzi storiċi għall-“Αφρίνα / Afrina” jmorru lura għall-bidu tas-seklu preċedenti. Fil-ktieb tiegħu To alas (Salt) (1906) K. A. Stasinopoulos kiteb li “l-aqwa mill-imluħ kollha li jevaporaw b’mod naturali u mill-imluħ kollha Griegi b’mod ġenerali huwa l-Afrina minn Mesolongi”. L-“Αφρίνα / Afrina” kien rikonoxxut li huwa ta’ kwalità u togħma superjuri u kien imfittex ħafna bħala rigal lussuż (Mesolongi, K. A. Stasinopoulos, 1925).

It-togħma u s-sawra tiegħu kisbu ħafna tfaħħir mingħand esperti, pereżempju: F’To alas (Salt) (1906) K. A. Stasinopoulos kiteb: “ir-ragħwa hija bajda silġ u delikata daqs l-etere”. Barra minn hekk, il-Professur Christos Siasos (Agrinioculture, 2014) isemmi l-karatteristiċi li ġejjin: “Iż-żiffa tipproduċi forom qishom laqx madwar l-għadajjar tal-kristallizzazzjoni, qabel ma l-melħ jiġi estratt mill-għadajjar. Dan il-laqx jikkostitwixxi l-fleur de sel magħruf bħala l-Afrina f’dan ir-reġjun. L-Afrina jinġabar bl-idejn. Huwa meqjus bħala l-aqwa melħ bl-aqwa togħma. Għandu sawra distintiva, jinħall fil-ħalq u jipproduċi kaskata ta’ togħmiet”.

Fil-ktieb tagħha “Speak the Mesolongi dialect” (1979) rebbieħ ta’ premjijiet, u li fih madwar 2000 kelma u espressjoni lokali, il-kittieba Akakia Kordosi minn Mesolongi kitbet: “Afrina: ragħwa tal-melħ”.

Fil-ktieb tagħha “SALT - Salt in European history and culture” (1997), Theodora Petanidou, professur fl-Università tal-Eġew, tikteb li “l-Afrina huwa l-isem tradizzjonali fir-reġjun ta’ Mesolongi għall-ammont żgħir ta’ kristalli tal-melħ li jiffurmaw fuq il-wiċċ tas-salmura”.

Ir-referenzi kontemporanji fl-istampa u online, fuq ir-radju u t-televiżjoni u fi programmi speċjalizzati tat-tisjir jippreservaw u jsaħħu r-reputazzjoni u l-fama speċjali tal-prodott.

L-“Αφρίνα / Afrina” jintuża minn ħafna koki magħrufin. Eżempju wieħed huwa fil-platt li għalih il-kok żagħżugħ Nikos Billis rebaħ premju f’San Pellegrino, fejn irrappreżenta lill-pajjiżi tal-Mediterran (Gastronomos, 2016). Stelios Parliaros, George Calombaris, Sotiris Kontizas, Argyros Barbarigos u oħrajn ukoll jużaw l-“Αφρίνα / Afrina” fil-platti tagħhom.

Ta’ min isemmi li l-ewwel Mużew tal-Melħ tal-Greċja ġie stabbilit fl-2019 fiż-żona ta’ Tourlida ta’ Mesolongi, u dan jikkonferma r-reputazzjoni tar-reġjun u r-rabta mill-qrib tiegħu mal-melħ.

Il-kwalità eċċellenti tal-“Αφρίνα / Afrina” ġiet rikonoxxuta konsistentement f’dawn l-aħħar snin. Ma hijiex kumbinazzjoni li rebaħ żewġ premjijiet f’kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ikel u t-togħma – midalja tal-fidda fl-2016 fl-Olymp Awards Food and Beverage Competition li saret f’Ateni u rikonoxximent fl-2020 fil-Great Taste awards f’Londra. Ta’ min jinnota wkoll il-fatt li l-“Αφρίνα / Afrina” ntgħażel bħala rigal ta’ tifkira għall-mexxejja fis-summit tan-Nofsinhar tal-UE f’Ateni fl-2016.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/2021/prodiagrafes_afrina280622.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.