|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2022/C 472/01 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2022/C 472/02 |
||
|
2022/C 472/03 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin |
|
|
2022/C 472/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2022/C 472/05 |
||
|
2022/C 472/06 |
||
|
2022/C 472/07 |
||
|
2022/C 472/08 |
||
|
2022/C 472/09 |
||
|
2022/C 472/10 |
||
|
2022/C 472/11 |
||
|
2022/C 472/12 |
||
|
2022/C 472/13 |
||
|
2022/C 472/14 |
||
|
2022/C 472/15 |
||
|
2022/C 472/16 |
||
|
2022/C 472/17 |
||
|
2022/C 472/18 |
||
|
2022/C 472/19 |
||
|
2022/C 472/20 |
||
|
2022/C 472/21 |
||
|
2022/C 472/22 |
||
|
2022/C 472/23 |
||
|
2022/C 472/24 |
||
|
2022/C 472/25 |
||
|
2022/C 472/26 |
||
|
2022/C 472/27 |
||
|
2022/C 472/28 |
||
|
2022/C 472/29 |
||
|
2022/C 472/30 |
||
|
2022/C 472/31 |
||
|
2022/C 472/32 |
||
|
2022/C 472/33 |
||
|
2022/C 472/34 |
||
|
2022/C 472/35 |
||
|
2022/C 472/36 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2022/C 472/37 |
||
|
2022/C 472/38 |
||
|
2022/C 472/39 |
||
|
2022/C 472/40 |
||
|
2022/C 472/41 |
||
|
2022/C 472/42 |
||
|
2022/C 472/43 |
||
|
2022/C 472/44 |
||
|
2022/C 472/45 |
||
|
2022/C 472/46 |
||
|
2022/C 472/47 |
||
|
2022/C 472/48 |
Kawża T-574/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – ViiV Healthcare vs EMA |
|
|
2022/C 472/49 |
Kawża T-577/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – ClientEarth vs Il-Kunsill |
|
|
2022/C 472/50 |
||
|
2022/C 472/51 |
Kawża T-644/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2022 – SE u SF vs Il-Kunsill |
|
|
2022/C 472/52 |
||
|
2022/C 472/53 |
||
|
2022/C 472/54 |
||
|
2022/C 472/55 |
Kawża T-656/22: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – moderne Stadt vs EUIPO (DEUTZER HAFEN) |
|
|
2022/C 472/56 |
||
|
2022/C 472/57 |
||
|
2022/C 472/58 |
||
|
2022/C 472/59 |
||
|
2022/C 472/60 |
Kawża T-493/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – Cecoforma u Sopexa vs REA |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2022/C 472/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2022/C 472/02)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tas-27 ta’ Settembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għażlet it-Tielet Awla u r-Raba’ Awla sabiex ikunu l-Awli inkarigati mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tal-imsemmija Regoli, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2022 sas-6 ta’ Ottubru 2023.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/2 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2022/C 472/03)
Fil-laqgħa tal-4 ta’ Ottubru 2022, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil P. G. Xuereb, bħala President tas-Sitt Awla, lil M. L. Arastey Sahún, bħala Presidenta tas-Seba’ Awla, lil M. Safjan, bħala President tat-Tmien Awla, lil L. S. Rossi, bħala Presidenta tad-Disa’ Awla, u lil D. Gratsias, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2022 sas-6 ta’ Ottubru 2023.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/2 |
Lista li sservi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Kulleġġi Ġudikanti għall-kawżi mibgħuta quddiem l-Awli bi tliet Imħallfin
(2022/C 472/04)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli bi tliet Imħallfin kif ġej:
Is-Sitt Awla
P. G. Xuereb, President tal-Awla
T. von Danwitz
A. Kumin
I. Ziemele
Is-Seba’ Awla
M. L. Arastey Sahún, Presidenta tal-Awla
F. Biltgen
N. Wahl
J. Passer
It-Tmien Awla
M. Safjan, President tal-Awla
N. J. Piçarra
N. Jääskinen
M. Gavalec
Id-Disa’ Awla
L. S. Rossi, Presidenta tal-Awla
J-C. Bonichot
S. Rodin
O. Spineanu-Matei
L-Għaxar Awla
D. Gratsias, President tal-Awla
M. Ilešič
I. Jarukaitis
Z. Csehi
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “Invest Fund Management” AD vs Komisia za finansov nadzor
(Kawża C-473/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2009/65/KE - Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) - Kumpanniji tal-maniġment tal-UCITS - Obbligi dwar l-informazzjoni tal-investituri - Artikolu 72 - Obbligu ta’ aġġornament tal-“elementi essenzjali tal-prospett” - Portata - Artikolu 69(2) - Informazzjoni msemmija fl-Iskeda A tal-Anness I - Kompożizzjoni ta’ korp tal-kumpannija tal-maniġment - Artikolu 99a(r) - Traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku tal-Istati Membri - Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi s-sitwazzjonijiet li fihom ksur relatat mal-aġġornament tal-prospett jista’ jiġi kkonstatat u ssanzjonat)
(2022/C 472/05)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Invest Fund Management” AD
Konvenut: Komisia za finansov nadzor
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 72 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), kif emendata bid-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-informazzjoni dwar kumpannija tal-maniġment, prevista fl-Iskeda A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, li l-prospett għandu tal-inqas jinkludi skont l-Artikolu 69(2) tagħha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “elementi essenzjali tal-prospett” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 72, b’tali mod li għandha tinżamm aġġornata. |
|
2) |
L-Artikolu 99a(r) tad-Direttiva 2009/65, kif emendata bid-Direttiva 2014/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, li abbażi tagħha kumpannija tal-maniġment li ma osservatx, fit-terminu impost minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-obbligu relatat mal-aġġornament tal-prospett, previst mill-Artikoli 68 sa 82 ta’ din id-direttiva, fir-rigward ta’ diversi unitajiet tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, hija suġġetta għal sanzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn l-impriżi, meta l-bidla li kellha tkun is-suġġett ta’ aġġornament ta’ dawn il-prospetti kienet tirrigwarda element uniku dwar il-kompożizzjoni ta’ korp tal-kumpannija tal-maniġment, bil-kundizzjoni li s-sanzjoni amministrattiva, filwaqt li tkun effettiva u disswasiva, tkun proporzjonata. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 de Valladolid – Spanja) – BFF Finance Iberia S.A.U vs Gerencia Regional de Salud de la Junta de Castilla y León
(Kawża C-585/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Irkupru minn awtorità pubblika ta’ dejn ittrasferit minn impriżi lil kumpannija ta’ rkupru - Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba mill-kreditur f’każ ta’ dewmien fil-ħlas mid-debitur - Artikolu 6 - Ammont fiss minimu ta’ EUR 40 - Tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi - Artikolu 4 - Proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti jew tas-servizzi - Żmien għall-ħlas - Il-punt 8 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ammont dovut” - Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-finijiet tal-kalkolu tal-interessi moratorji)
(2022/C 472/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 deValladolid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BFF Finance Iberia S.A.U
Konvenuta: Gerencia Regional de Salud de la Junta de Castilla y León
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: is-somma fissa minima ta’ EUR 40, bħala kumpens tal-kreditur għall-ispejjeż ta’ rkupru mġarrba minħabba ħlas tardiv tad-debitur, hija dovuta għal kull tranżazzjoni kummerċjali mhux imħallsa fil-ħin, iċċertifikata f’fattura, inkluż meta din il-fattura hija ppreżentata fost fatturi oħrajn f’ilment amministrattiv jew ġudizzjarju wieħed. |
|
2) |
L-Artikolu 4(3) sa (6) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’mod ġenerali, għat-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi, terminu ta’ ħlas ta’ tul massimu ta’ 60 jum kalendarju, inkluż meta dan it-terminu huwa kompost minn terminu inizjali ta’ 30 jum għal proċedura ta’ aċċettazzjoni jew ta’ verifika tal-konformità tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti mal-kuntratt, segwit b’terminu addizzjonali ta’ 30 jum għall-ħlas tal-prezz miftiehem. |
|
3) |
Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li: it-teħid inkunsiderazzjoni, bħala “ammont dovut” ddefinit f’din id-dispożizzjoni, tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jidher fuq il-fattura jew it-talba għal ħlas ekwivalenti, huwa indipendenti mill-kwistjoni ta’ jekk, fid-data li fiha seħħ id-dewmien fil-ħlas, il-persuna taxxabbli diġà ħallset dan l-ammont lit-Teżor pubbliku. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ROI Land Investments Ltd. vs FD
(Kawża C-604/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 6 - Konvenut li ma għandux id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru - Artikolu 17 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kunċett ta’ “attività professjonali” - Artikolu 21 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol - Kunċett ta’ “persuna li timpjega” - Rabta ta’ subordinazzjoni - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Liġi applikabbli - Artikolu 6 - Kuntratt individwali ta’ xogħol - Ftehim ta’ garanzija konkluż bejn il-ħaddiem u kumpannija terza li tiżgura l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-persuna li timpjega fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem)
(2022/C 472/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ROI Land Investments Ltd.
Konvenut: FD
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 21(1)(b)(i) u l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li: ħaddiem jista’ jressaq quddiem il-qorti tal-aħħar post fejn jew minn fejn huwa wettaq abitwalment ix-xogħol tiegħu lil persuna, li jkollha jew li ma jkollhiex id-domiċilju tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru, li magħha ma huwiex marbut b’kuntratt ta’ xogħol formali iżda li hija, bis-saħħa ta’ ftehim ta’ garanzija li fuqu kienet tiddependi l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ xogħol ma’ terz, direttament responsabbli fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ dan it-terz, kemm-il darba jkun hemm rabta ta’ subordinazzjoni bejn din il-persuna u l-ħaddiem. |
|
2) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li: ir-riżerva marbuta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(2) ta’ dan ir-regolament teskludi li qorti ta’ Stat Membru tista’ tibbaża ruħha fuq ir-regoli ta’ dan l-Istat fil-qasam tal-ġurisdizzjoni f’sitwazzjoni fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 21(2), u dan anki jekk dawn ir-regoli jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiem. Għall-kuntrarju, meta ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni la tal-imsemmi Artikolu 21(2) u lanqas ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet l-oħra elenkati fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, tali qorti tkun libera, konformement ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, li tapplika l-imsemmija regoli sabiex tiddetermina l-ġurisdizzjoni. |
|
3) |
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) għandhom jiġu interpretati fis-sens li: il-kunċett ta’ “attività professjonali” ma jkoprix biss attività bħala persuna li taħdem għal rasha iżda wkoll attività bħala persuna impjegata. Barra minn hekk, ftehim konkluż bejn il-ħaddiem u persuna terza għall-persuna li timpjega msemmija fil-kuntratt ta’ xogħol, li bis-saħħa tiegħu din il-persuna terza tkun direttament responsabbli fil-konfront tal-ħaddiem għall-obbligi ta’ din il-persuna li timpjega li joħorġu mill-kuntratt ta’ xogħol, ma jikkostitwixxix kuntratt konkluż lil hinn u indipendentement minn kull attività jew finalità ta’ natura professjonali għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – DB Station & Service AG vs ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH
(Kawża C-721/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Direttiva 2001/14/CE - Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 30 - Korp regolatorju ferrovjarju - Kontroll tat-tariffi ta’ infrastruttura - Qrati nazzjonali - Kontroll tat-tariffi fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtorità regolatorja u l-qrati nazzjonali)
(2022/C 472/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DB Station & Service AG
Konvenuta: ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [tariffi] għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix li qrati nazzjonali japplikaw l-Artikolu 102 TFUE u, fl-istess ħin, id-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali, sabiex jiddeċiedu dwar talba għal rimbors tat-tariffi ta’ infrastruttura, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-korp regolatorju kompetenti jkun iddeċieda, minn qabel, dwar in-natura legali tat-tariffi inkwistjoni. F’dan il-kuntest, dawn il-qrati għandhom dover ta’ kooperazzjoni leali u huma obbligati li jieħdu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet mogħtija minn dawn il-korp bħala element ta’ evalwazzjoni u li jimmotivaw id-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom fid-dawl tal-annessi tal-proċess kollha li jkunu ġew ippreżentati lilhom.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O.T. E. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-66/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli tal-fruntiera, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-ażil - Permess ta’ residenza maħruġ għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti - Direttiva 2004/81/KE - Artikolu 6 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ċittadin ta’ pajjiż terz li jallega li kien vittma ta’ reat relatat mat-traffikar tal-bnedmin - Benefiċċju tal-perijodu ta’ riflessjoni previst fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva - Projbizzjoni li tiġi eżegwita ordni ta’ tneħħija - Kunċett - Portata - Kalkolu ta’ dan il-perijodu ta’ riflessjoni - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida - Trasferiment lejn Stat Membru responsabbli għall-eżami ta’ din l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali)
(2022/C 472/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: O.T. E.
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti għandu jiġi interpretat fis-sens li: taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ordni ta’ tneħħija” l-ordni li permezz tagħha jitwettaq it-trasferiment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mit-territorju ta’ Stat Membru lejn dak ta’ Stat Membru ieħor, skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida. |
|
2) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/81: għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi li deċiżjoni ta’ trasferiment, meħuda b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 604/2013, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, tiġi eżegwita matul il-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 6, iżda ma jipprekludi la l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, u lanqas miżuri preparatorji għall-eżekuzzjoni ta’ din tal-aħħar, bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri preparatorji ma jċaħħdux mill-effett utli tali perijodu ta’ riflessjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iveco Orecchia SpA vs APAM Esercizio SpA (C/68/21), Brescia Trasporti SpA (C-84/21),
(Kawżi magħquda C-68/21 u C-84/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Vetturi bil-mutur - Direttiva 2007/46/KE - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Offerta ta’ provvista ta’ partijiet ta’ bdil ekwivalenti għall-oriġinali ta’ marka preċiża - Assenza ta’ prova ta’ approvazzjoni - Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza għall-oriġinal mill-offerent - Kunċett ta’ “manifattur” - Mezzi ta’ prova - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/25/UE)
(2022/C 472/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Iveco Orecchia SpA
Konvenuti: APAM Esercizio SpA (C/68/21), Brescia Trasporti SpA (C-84/21)
Fil-preżenza ta’: Veneta Servizi International Srl unipersonale, VAR Srl, Di Pinto & Dalessandro SpA, Bellizzi Srl
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 10(2), l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), għandhom jiġu interpretati fis-sens li: jipprekludu li awtorità kontraenti tkun tista’ taċċetta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ partijiet ta’ bdil għal karozzi tal-linja intiżi għas-servizz pubbliku, offerta li tipproponi komponenti li jaqgħu taħt it-tip ta’ komponent imsemmi mill-atti regolatorji li jinsabu fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46, mingħajr ma tkun akkumpanjata minn dan iċ-ċertifikat li jiddikjara l-approvazzjoni ta’ dan it-tip ta’ komponent u mingħajr ma jipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza effettiva ta’ tali approvazzjoni, sa fejn dawn l-atti regolatorji jipprevedu tali approvazzjoni. |
|
2) |
L-Artikoli 60 u 62 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist [għoti ta’ kuntratti] minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija u s-servizzi postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: fid-dawl tad-definizzjoni tal-kelma “kostruttur”, li tinsab fil-punt 27 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46, jipprekludu li awtorità kontraenti tkun tista’ taċċetta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti intiża għall-provvista ta’ partijiet ta’ bdil għal karozzi tal-linja intiżi għas-servizz pubbliku, bħala prova tal-ekwivalenza ta’ komponenti, li jaqgħu taħt l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46 u proposti mill-offerent, dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn dan l-offerent, meta dan tal-aħħar ma jistax jitqies bħala l-manifattur ta’ dawn il-komponenti. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság
(Kawża C-77/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 5(1)(b) u (e) - Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-iskopijiet” - Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-ħżin” - Ħolqien, minn database eżistenti, ta’ database sabiex isiru testijiet u sabiex jiġu kkoreġuti żbalji - Ipproċessar ulterjuri tad-data - Kompatibbiltà tal-ipproċessar ulterjuri ta’ din id-data mal-iskopijiet tal-ġbir inizjali - Perijodu ta’ ħżin fid-dawl ta’ dawn l-iskopijiet)
(2022/C 472/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Digi Távközlési és Szolgáltató Kft.
Konvenut: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-prinċipju tal-“limitazzjoni tal-iskopijiet”, previst f’din id-dispożizzjoni, ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni u l-ħżin mill-kontrollur, f’database maħluqa għall-finijiet tat-twettiq ta’ testijiet u ta’ korrezzjoni ta’ żbalji, ta’ data personali miġbura preċedentement u maħżuna f’database oħra, meta tali pproċessar ulterjuri jkun kompatibbli mal-iskopijiet speċifiċi li għalihom id-data personali kienet inizjalment inġabret, u dan għandu jiġi stabbilit fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-regolament. |
|
2) |
L-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-prinċipju tal-“limitazzjoni tal-ħżin”, previst f’din id-dispożizzjoni, jipprekludi l-ħżin mill-kontrollur, f’database maħluqa għall-finijiet tat-twettiq ta’ testijiet u ta’ korrezzjoni ta’ żbalji, ta’ data personali miġbura preċedentement għal skopijiet oħra, għal perijodu li jeċċedi dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ dawn it-testijiet u għall-korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – BT vs Laudamotion GmbH
(Kawża C-111/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-każ ta’ mewt jew ta’ ferita fuq il-persuna subita minn passiġġier - Kunċett ta’ “ferita fuq il-persuna” - Disturb ta’ stress posttrawmatiku subit minn passiġġiera waqt l-evakwazzjoni urġenti ta’ ajruplan)
(2022/C 472/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BT
Konvenut: Laudamotion GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ferita psikika kkawżata lil passiġġier minħabba “inċident”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li ma hijiex marbuta ma’ “ferita fuq il-persuna”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, għandha tiġi kkumpensata bl-istess mod bħal tali ferita fuq il-persuna, sa fejn il-passiġġier li ssubixxa ferita juri l-eżistenza ta’ ħsara għall-integrità psikika tiegħu ta’ gravità jew ta’ intensità tali li taffettwa l-istat ta’ saħħa ġenerali tiegħu u li din ma tistax tmur mingħajr trattament mediku.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Proximus NV vs Gegevensbeschermingsautoriteit
(Kawża C-129/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 12 - Direttorji pubbliċi u servizzi ta’ tagħrif telefoniku - Kunsens tal-abbonat - Obbligi tal-fornitur tad-direttorji u tas-servizzi ta’ tagħrif - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 17 - Dritt għal tħassir (“dritt li wieħed jintesa”) - Artikolu 5(2) - Artikolu 24 - Obbligi ta’ informazzjoni u r-responsabbiltà tal-kontrollur)
(2022/C 472/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Proximus NV
Konvenut: Gegevensbeschermingsautoriteit
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-“kunsens”, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, tal-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi huwa meħtieġ sabiex id-data personali ta’ dan l-abbonat tidher fid-direttorji u fis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, ippubblikati minn operaturi oħra minbarra dan l-operatur, filwaqt li dan il-kunsens jista’, madankollu, jingħata lill-imsemmi operatur biss. |
|
2) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li: it-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji kif ukoll mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku tikkostitwixxi eżerċizzju tad-“dritt għal tħassir”, fis-sens ta’ dan l-artikolu. |
|
3) |
L-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-Regolament 2016/679, għandhom jiġu interpretati fis-sens: awtorità superviżorja nazzjonali tista’ teżiġi li l-fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, bħala kontrollur, jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi, jiġifieri l-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu d-data personali tal-abbonat tiegħu, kif ukoll il-fornituri l-oħra ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku li lilhom huwa pprovda tali data, dwar l-irtirar tal-kunsens ta’ dan l-abbonat. |
|
4) |
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2016/679, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix li awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, li lilu l-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi talab sabiex ma tiġix ippubblikata iktar id-data personali li tikkonċernah, jieħu “passi raġonevoli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka b’din it-talba għal tħassir tad-data. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Soda-Club (CO2) SA, SodaStream International BV vs MySoda Oy
(Kawża C-197/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tat-trade marks - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 15(2) - Direttiva (UE) 2015/2436 - Artikolu 15(2) - Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark - Ċilindri li fihom dijossidu tal-karbonju - Tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru mill-proprjetarju tat-trade mark - Attività ta’ rivenditur li tikkonsisti fil-mili u fit-tikkettar mill-ġdid taċ-ċilindri - Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark - Raġunijiet leġittimi sabiex tiġi opposta kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti li jkollhom fuqhom it-trade mark)
(2022/C 472/14)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Soda-Club (CO2) SA, SodaStream International BV
Konvenut: MySoda Oy
Dispożittiv
L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
il-proprjetarju ta’ trade mark li kkummerċjalizza, fi Stat Membru, prodotti li kellhom fuqhom din it-trade mark u li huma intiżi li jintużaw mill-ġdid u li jimtlew mill-ġdid diversi drabi ma għandux id-dritt jopponi, skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dawn il-prodotti, f’dan l-Istat Membru, minn rivenditur li jimlihom mill-ġdid u li jissostitwixxi t-tikketta li kellha fuqha t-trade mark ta’ oriġini b’tikkettar ieħor, filwaqt li jħalli viżibbli t-trade mark oriġinali fuq l-imsemmija prodotti, sakemm dan it-tikkettar il-ġdid ma joħloqx l-impressjoni żbaljata, f’moħħ il-konsumaturi, li hemm rabta ekonomika bejn ir-rivenditur u l-proprjetarju tat-trade mark. Din il-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha tiġi evalwata globalment fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fuq il-prodott u fuq it-tikkettar il-ġdid tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-prattiki ta’ distribuzzjoni tas-settur ikkonċernat u tal-livell ta’ għarfien ta’ dawn il-prattiki mill-konsumaturi.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Allianz Benelux SA vs État belge, SPF Finances
(Kawża C-295/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(1) - Eżenzjoni fir-rigward ta’ kumpannija omm tad-dividendi mħallsa mis-sussidjarja tagħha - Trasferiment ta’ bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv lejn snin fiskali sussegwenti - Akkwist ta’ kumpannija li għandha bilanċi pożittivi ta’ dħul intaxxati b’mod definittiv minn kumpannija oħra - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-trasferiment ta’ dawn il-bilanċi pożittivi lill-kumpannija li tkun qed takkwista)
(2022/C 472/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Allianz Benelux SA
Konvenuti: État belge, SPF Finances
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula li d-dividendi rċevuti minn kumpannija jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tagħha qabel ma jitnaqqsu minnha sa 95 % mill-ammont tagħhom u li tippermetti, jekk ikun il-każ, li dan it-tnaqqis jiġi ttrasferit għas-snin taxxabbli sussegwenti, iżda li, madankollu, f’każ ta’ akkwist ta’ din il-kumpannija fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni, tillimita t-trasferiment ta’ dan it-tnaqqis lill-kumpannija li tkun qed takkwista b’mod proporzjonali għall-parti li tirrappreżenta l-assi netti fiskali tal-kumpannija li tkun qed tiġi akkwistata fit-total tal-assi netti fiskali tal-kumpannija li tkun qed takkwista u tal-kumpannija li tkun qed tiġi akkwistata.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Curtea de Apel Alba Iulia et vs YF et
(Kawża C-301/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(1) u (2) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li r-remunerazzjoni rċevuta minn ċerti membri tal-ġudikatura hija ogħla minn dik ta’ membri tal-ġudikatura oħrajn li għandhom l-istess grad u li jaqdu l-istess funzjonijiet - Artikolu 1 - Suġġett - Natura eżawrjenti tad-diskriminazzjonijiet elenkati)
(2022/C 472/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Curtea de Apel Alba Iulia, Curtea de Apel Cluj, Tribunalul Bihor, Tribunalul Satu Mare, Tribunalul Sălaj
Konvenuti: YF, KP, OJ, YS, SL, DB, SH
fil-preżenza ta’: Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării, Tribunalul Cluj,
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif interpretata minn ġurisprudenza nazzjonali vinkolanti, twassal sabiex ir-remunerazzjoni rċevuta minn ċerti membri tal-ġudikatura rreklutati wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni tkun inqas minn dik ta’ membri tal-ġudikatura irreklutati qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, peress li minnha ma tirriżulta ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq l-età. |
|
2) |
Id-Direttiva 2000/78 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi diskriminazzjoni biss meta din tkun ibbażata fuq waħda mir-raġunijiet elenkati espliċitament fl-Artikolu 1 tagħha. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia vs Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
(Kawża C-306/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(a) - Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni” - Elezzjonijiet nazzjonali u Ewropej - Artikolu 6(1)(e) - Legalità tal-ipproċessar - Artikolu 58 - Att adottat mill-awtoritajiet superviżorji li jillimita, jew jekk ikun il-każ, li jipprojbixxi r-reġistrazzjoni vidjo tal-għadd tal-voti fil-bini elettorali)
(2022/C 472/17)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia
Konvenut: Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma huwiex eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet fi Stat Membru. |
|
2) |
L-Artikolu 6(1)(e) u l-Artikolu 58 tar-Regolament 2016/679, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprekludux lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jadottaw att amministrattiv ta’ applikazzjoni ġenerali li jipprevedi l-limitazzjoni jew, jekk ikun il-każ, il-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni vidjo tal-għadd tal-voti fil-kmamar tal-votazzjoni fl-elezzjonijiet f’dan l-Istat Membru. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Ekofrukt” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo
(Kawża C-362/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Regolament (UE) Nru 910/2014 - Punt 12 tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “firma elettronika kkwalifikata” - Artikolu 25(1) - Artikolu 26 - Anness I - Effetti legali tal-firem elettroniċi - Rekwiżiti dwar firma elettronika avvanzata - Att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku li l-firma elettronika tiegħu ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ “firma elettronika kkwalifikata” - Rekwiżiti kumulattivi - Konsegwenzi - Punt 15 tal-Artikolu 3 - Assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika” - Inklużjoni ta’ firma elettronika ikkwalifikata fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji - Effett - Ismijiet tad-detentur tal-firma elettronika li kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin minflok il-kitba abitwali tagħhom b’karattri Ċirilliċi)
(2022/C 472/18)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Ekofrukt” EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Veliko Tarnovo
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku jiġi ddikjarat null meta dan jiġi ffirmat permezz ta’ firma elettronika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament sabiex titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tiegħu, bil-kundizzjoni li l-invalidità ta’ dawn il-firem ma tiġix ikkonstatata għar-raġuni biss li dawn ikunu f’forma elettronika. |
|
2) |
Il-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 910/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ “ċertifikat ikkwalifikat għall-firma elettronika”, fis-sens tal-punt 15 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li firma elettronika ma tikkostitwixxix “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3, peress li l-klassifikazzjoni eventwali tagħha bħala “firma elettronika professjonali” hija irrilevanti f’dan ir-rigward. |
|
3) |
Ir-Regolament Nru 910/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inklużjoni ta’ firma elettronika fiċ-ċertifikat maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji ma hijiex biżżejjed sabiex din il-firma tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-regolament sabiex titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament. Meta tali klassifikazzjoni tiġi kkontestata fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi previsti f’dan il-punt 12 tal-Artikolu 3 humiex kollha ssodisfatti, li jimponilha b’mod partikolari li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 fl-Anness I tal-istess regolament humiex issodisfatti. |
|
4) |
Il-punt 12 tal-Artikolu 3 u l-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, waqt l-istħarriġ tal-konformità, mar-rekwiżiti ta’ dan l-anness, tal-firma elettronika kkwalifikata, il-fatt li l-ismijiet tal-firmatarju, li normalment juża l-alfabett Ċirilliku sabiex jikteb dawn tal-aħħar, kienu s-suġġett ta’ translitterazzjoni fl-alfabett Latin ma jipprekludix li l-firma elettronika tiegħu titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata”, fis-sens ta’ dan il-punt 12 tal-Artikolu 3, bil-kundizzjoni li din il-firma tkun marbuta mal-firmatarju b’mod inekwivoku u tippermetti li huwa jiġi identifikat, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – ADPA European Independent Automotive Data Publishers Association internationale Vereinigung ohne Gewinnerzielungsabsicht – IvoG – belgischen Rechts, Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs Automobiles PEUGEOT SA, PSA Automobiles SA
(Kawża C-390/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur - Regolament (UE) 2018/858 - Artikolu 61 - Obbligu tal-produtturi tal-vetturi li jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur - Portata - Dritt ta’ aċċess għal din l-informazzjoni - Operaturi indipendenti - Pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika - Artikolu 63 - Spejjeż ta’ aċċess proporzjonati u raġonevoli)
(2022/C 472/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ADPA European Independent Automotive Data Publishers, Gesamtverband Autoteile-Handel e.V.
Konvenuti: Automobiles PEUGEOT SA, PSA Automobiles SA
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 61 u 63 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE, moqrija flimkien mal-punt 4 tal-Artikolu 86(1) u (2), kif ukoll it-Taqsima 1 tal-Anness XI ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: huma applikabbli għall-mudelli awtomobilistiċi approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. |
|
2) |
L-Artikolu 61(1) tar-Regolament 2018/858 għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-obbligu li jimponi fuq il-manifatturi awtomobilistiċi li jipprovdu aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur, iddefiniti fil-punt 48 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, jinkludi l-obbligu li jippermetti lill-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika jipproċessaw u jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tal-attivitajiet tagħhom fil-katina ta’ provvista tas-suq tal-ispare parts u tat-tagħmir ta’ rikambju, mingħajr ma jissuġġettahom għal kundizzjonijiet differenti minn dawk previsti mill-imsemmi regolament. |
|
3) |
L-Artikolu 63 tar-Regolament 2018/858, moqri fid-dawl tal-premessa 52 ta’ dan ir-regolament u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-kunċett ta’ “ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati”, imsemmi f’dan l-artikolu, minn naħa, jimponi fuq il-manifatturi awtomobilistiċi l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-attività kummerċjali li fil-kuntest tagħha l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi tintuża mill-operaturi indipendenti differenti u, min-naħa l-oħra, li jiffatturaw spejjeż li jmorru lil hinn minn sempliċi spejjeż sostnuti minħabba l-aċċess għal din l-informazzjoni, li dan ir-regolament jimponilhom li jagħtu lil dawn l-operaturi, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn l-ispejjeż ma jkunux skoraġġanti għal dawn tal-aħħar. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – A Oy vs B Ky, Il-Komunità tal-eredi ta’ C
(Kawża C-406/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Artikolu 12(4) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Prassi stabbilita qabel is-16 ta’ Marzu 2013 li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv u tal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru - Prassi applikata għall-ordnijiet individwali li saru wara din id-data - Artikolu 7(2) u (3) - Klawżoli kuntrattwali u prassi manifestament inġusti - Rinunzja b’kunsens liberu)
(2022/C 472/20)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A Oy
Konvenuti: B Ky, Il-Komunità tal-eredi ta’ C
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, jekk din taqa’ fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż qabel is-16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. L-ordnijiet individwali li abbażi tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, li saru minn din id-data, jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 sakemm dawn jikkostitwixxu biss l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. Għall-kuntrarju, jekk, skont dan id-dritt, dawn l-ordnijiet individwali jikkostitwixxu kuntratti awtonomi konklużi mill-imsemmija data, dawn ma jistgħux jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
L-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix prassi li permezz tagħha, għal ħlas tardiv ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut, sakemm, b’tali aġir, il-kreditur ikun ta l-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ammonti dovuti f’dak li jirrigwarda dawn l-interessi u dan il-kumpens. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo- il-Portugall) – Instituto do Cinema e do Audiovisual IP vs NOWO Communications SA
(Kawża C-411/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Servizzi ta’ ħolqien u ta’ produzzjoni ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi - Operaturi ta’ servizzi ta’ televiżjoni b’abbonament - Taxxa ta’ abbonament dovuta mill-operaturi tat-televiżjoni permezz ta’ abbonament - Allokazzjoni tad-dħul mit-taxxa - Restrizzjoni - Effetti wisq inċerti jew wisq indiretti)
(2022/C 472/21)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto do Cinema e do Audiovisual IP
Konvenut: NOWO Communications SA
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa li tiffinanzja l-promozzjoni u x-xandir ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, sakemm l-effetti eventwali tagħha fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ produzzjoni ta’ tali xogħlijiet ikunu wisq inċerti u wisq indiretti sabiex jikkostitwixxu restrizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH vs Verband Sozialer Wettbewerb eV
(Kawża C-418/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà tal-ikel - Prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 609/2013 - Artikolu 2(2)(g) - Regolament Delegat (UE) 2016/128 - Prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali - Rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra - Prodotti tal-ikel li jagħtu benefiċċju ġenerali lill-pazjent - Delimitazzjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali)
(2022/C 472/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH
Konvenut: Verband Sozialer Wettbewerb eV
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra”,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
prodott jikkostitwixxi prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali jekk il-marda tikkawża rekwiżiti nutrizzjonali addizzjonali jew speċifiċi li l-prodott tal-ikel huwa intiż li jkopri, b’tali mod li ma huwiex biżżejjed, għall-finijiet ta’ tali klassifikazzjoni, li l-pazjent jikseb benefiċċju ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott tal-ikel peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rayonen sad – Nesebar – il-Bulgarija) – “S. V.” OOD vs E. Ts. D.
(Kawża C-485/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Artikolu 2(ċ) - Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” - Persuna fiżika proprjetarja ta’ appartament f’binja f’kondominju - Diversi tipi ta’ relazzjonijiet legali rigward l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ din il-binja - Differenza fit-trattament, fir-rigward tal-kwalità ta’ konsumatur, li ssir mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bejn il-koproprjetarji li daħlu f’kuntratt individwali għall-amministrazzjoni u għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ tali binja u dawk li ma daħlux f’tali kuntratt)
(2022/C 472/23)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad – Nesebar
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“S. V.” OOD
Konvenut: E. Ts. D.
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
— |
persuna fiżika, proprjetarja ta’ appartament f’binja f’kondominju, għandha titqies li hija “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta hija tidħol f’kuntratt ma’ amministratur għall-finijiet tal-amministrazzjoni u tal-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ din il-binja, sakemm hija ma tużax dan l-appartament għal finijiet li jaqgħu esklużivament fl-attività professjonali tagħha. Il-fatt li parti mis-servizzi pprovduti minn dan l-amministratur abbażi ta’ dan il-kuntratt tirriżulta min-neċessità li jiġu osservati r-rekwiżiti speċifiċi fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ ppjanar tal-użu tal-art, previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma huwiex tali li jneħħi l-imsemmi kuntratt mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva; |
|
— |
fil-każ li kuntratt għall-amministrazzjoni u għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ binja f’kondominju jiġi konkluż bejn l-amministratur u l-laqgħa ġenerali tal-kondominju jew l-assoċjazzjoni ta’ proprjetarji ta’ din il-binja, persuna fiżika, il-proprjetarju ta’ appartament f’din il-binja msemmija l-aħħar, tista’ titqies bħala “konsumatur”, fis-sens tad-Direttiva 93/13, sakemm din tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala “parti” f’dan il-kuntratt, u ma tużax dan l-appartament esklużivament għal finijiet li jaqgħu taħt l-attività professjonali tagħha. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża C-539/21 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Skema applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħrajn - Artikolu 2(c) - Kuntratt għal żmien indeterminat - Xoljiment antiċipat bi preavviż - Artikolu 47(ċ)(i) - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-preavviż - Żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball tad-dritt - Omissjonijiet - Rikors għal annullament u għal kumpens)
(2022/C 472/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u M. Espárrago Arzadun, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
CE huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “Mikrotīkls” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-542/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura 8517 - Subintestaturi 8517 70 11 u 8517 70 19 - Antenni għal apparati ta’ routing)
(2022/C 472/25)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Mikrotīkls” SIA
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
Is-subintestatura 8517 70 11 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal-31 ta’ Jannar 2000, hekk kif dan l-anness ġie emendat permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013,
għandha tiġi interpretata fis-sens li:
ma tkoprix l-antenni għal apparati ta’ routing, li huma kkonfigurati għall-komunikazzjoni f’networks lokali (LAN) jew f’networks ta’ żona wiesgħa (WAN).
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Mainz – il-Ġermanja) – ID vs Stadt Mainz
(Kawża C-544/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15(1), (2)(g), u (3) - Servizzi fis-suq intern - Onorarji tal-periti u tal-inġiniera - Tariffi minimi obbligatorji - Effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u inapplikabbiltà eventwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali)
(2022/C 472/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Mainz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ID
Konvenut: Stadt Mainz
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ma tapplikax għal sitwazzjoni li fiha kuntratt ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u fejn dan il-kuntratt ikun eżawrixxa l-effetti kollha tiegħu qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – L-Awstrija) – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich
(Kawża C-641/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 44 - Post ta’ tassazzjoni - Trasferiment ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Destinatarju involut fi frodi tal-VAT fil-kuntest ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet - Persuna taxxabbli li kienet taf jew kellha tkun taf bl-eżistenza ta’ din il-frodi)
(2022/C 472/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Climate Corporation Emissions Trading GmbH
Konvenut: Finanzamt Österreich
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008,
għandhom ikunu interpretati fis-sens li:
jipprekludu li, fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi pprovduta minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru lil persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru jqisu li l-post ta’ din il-provvista, li jinsab, skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2008/8, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, huwa madankollu meqjus li jinsab fl-ewwel Stat Membru meta l-fornitur kien jaf jew kellu jkun jaf li kien qiegħed jipparteċipa, permezz tal-imsemmija provvista, fi frodi tal-VAT imwettqa mid-destinatarju tal-istess provvista fil-kuntest ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – UP vs Centre public d’action sociale de Liège
(Kawża C-825/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu b’mod irregolari - Applikazzjoni għall-ażil - Ċaħda - Ordni ta’ tluq mit-territorju - Artikolu 6(4) - Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġuni medika - Applikazzjoni ammissibbli - Għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza temporanja matul l-eżami tal-applikazzjoni - Ċaħda tal-applikazzjoni - Għajnuna soċjali - Rifjut - Kundizzjoni dwar il-legalità tar-residenza - Assenza ta’ deċiżjoni ta’ ritorn - Effett ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza temporanja fuq l-ordni ta’ tluq mit-territorju)
(2022/C 472/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UP
Konvenut: Centre public d’action sociale de Liège
Dispożittiv
L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, meta jingħata dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed jirrisjedi b’mod irregolari fit-territorju tiegħu fl-istennija tal-eżitu tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ residenza għal waħda mir-raġunijiet li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni, minħabba n-natura ammissibbli ta’ din l-applikazzjoni, l-għoti ta’ dan id-dritt jimplika l-irtirar impliċitu ta’ deċiżjoni ta’ ritorn adottata preċedentement fil-konfront ta’ dan iċ-ċittadin wara ċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/24 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra HF
(Kawża C-435/22 PPU) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika - Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat terz lejn l-Istati Uniti bis-saħħa ta’ trattat bilaterali konkluż minn Stat Membru - Ċittadin li ġie ikkundannat definittivament għall-istess fatti u li skonta l-piena kollha tiegħu fi Stat Membru ieħor)
(2022/C 472/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
HF
fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft München
Dispożittiv
L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
jipprekludi l-estradizzjoni, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ Stat terz lejn Stat terz ieħor meta, minn naħa, dan iċ-ċittadin ikun ġie kkundannat definittivament fi Stat Membru ieħor għall-istess fatti bħal dawk imsemmija fit-talba għal estradizzjoni u jkun skonta l-piena mogħtija fih u, min-naħa l-oħra, it-talba għal estradizzjoni tkun ibbażata fuq trattat bilaterali ta’ estradizzjoni li jillimita l-portata tal-prinċipju ta’ ne bis in idem għas-sentenzi mogħtija fl-Istat Membru rikjest.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Diċembru 2021 – X vs International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Ireland u l-Attorney General
(Kawża C-756/21)
(2022/C 472/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: X.
Konvenuti: International Protection Appeals Tribunal, Minister for Justice and Equality, Ireland u l-Attorney General
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-każ li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja minn applikant, kien hemm ksur totali tad-dmir ta’ kooperazzjoni deskritt fil-punt 66 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform and Ors, tat-22 ta’ Novembru 2012, (C-277/11) (1), EU:C:2012:744), l-eżami ta’ din l-applikazzjoni ġie mċaħħad “mill-effettività kollha” tiegħu fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, tal-15 ta’ Ottubru 2015 (C-137/14) (2)? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ksur imsemmi iktar ’il fuq tad-dmir ta’ kooperazzjoni, jagħti, fih innifsu, id-dritt lill-applikant għall-annullament tad-deċiżjoni? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, fuq min jaqa’, skont il-każ, l-oneru tal-prova sabiex jiġi stabbilit li d-deċiżjoni ta’ ċaħda setgħet tkun differenti li kieku kien hemm kooperazzjoni xierqa min-naħa tal-persuna li tiddeċiedi? |
|
4) |
In-nuqqas li tittieħed deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ta’ applikant f’terminu raġonevoli jagħti lok, favur dan tal-aħħar, ta’ dritt għal annullament ta’ deċiżjoni meta din tittieħed? |
|
5) |
Iż-żmien li jittieħed għat-twettiq ta’ bidliet fil-kuntest applikabbli għall-protezzjoni tal-applikanti għal ażil fi Stat Membru għandu l-effett li jeżenta lil dan l-Istat Membru mill-applikazzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni internazzjonali li tkun żgurat li deċiżjoni tiġi adottata fir-rigward ta’ tali applikazzjoni għal protezzjoni f’terminu raġonevoli? |
|
6) |
Meta persuna li tiddeċiedi dwar protezzjoni internazzjonali ma jkollhiex provi biżżejjed fir-rigward tal-istat tas-saħħa mentali ta’ applikant, iżda jkollha ċerti elementi li jistabbilixxu l-possibbiltà li l-applikant isofri minn problemi ta’ dan it-tip, din il-persuna li tiddeċiedi għandha, b’mod konformi mad-dmir ta’ kooperazzjoni msemmi fis-sentenza M. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform and Ors, tat-22 ta’ Novembru 2012 (C-277/11, EU:C:2012:744, punt 66), jew kwalunkwe bażi oħra, id-dmir li twettaq investigazzjonijiet ulterjuri, jew xi dmir ieħor, qabel ma tieħu deċiżjoni finali? |
|
7) |
Meta Stat Membru jwettaq id-dmir tiegħu li jevalwa l-elementi rilevanti ta’ applikazzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (3), huwa permess li jiġi ddikjarat li l-kredibbiltà ġenerali tal-applikant ma ġietx stabbilita, u dan minħabba gidba waħda, li ġiet spjegata u rtirata sussegwentement fl-ewwel opportunità raġonevoli disponibbli għalih, mingħajr ebda element ieħor f’dan ir-rigward? |
(1) EU:C:2012:744.
(2) EU:C:2015:683.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti 2004, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no17 de Barcelona (Spanja) fid-19 ta’ Mejju 2022 – HM, VD vs Generalitat de Catalunya
(Kawża C-332/22)
(2022/C 472/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no17 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HM, VD
Konvenut: Generalitat de Catalunya
Domandi preliminari
L-EWWEL DOMANDA: Il-miżuri stabbiliti fis-[sentenzi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja)] Nri 1425/2018 u 1426/2018 tas-26 ta’ Settembru 2018, li l-pożizzjoni tagħha għadha ma nbidlitx sal-lum (30 ta’ Novembru 2021), li jikkonsistu f’li l-ħaddiem tas-settur pubbliku vittma ta’ abbuż jinżamm fl-istess skema ta’ prekarjetà abbużiva fl-impjieg sakemm l-amministrazzjoni li timpjegah tiddetermina jekk teżistix neċessità strutturali u tniedi l-proċeduri ta’ selezzjoni korrispondenti sabiex timla l-pożizzjoni b’ħaddiema tas-settur pubbliku għal żmien indeterminat jew minn uffiċjal, huma miżuri konformi mar-rekwiżiti ta’ sanzjoni tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1)?
Jew, għall-kuntrarju, dawn il-miżuri jipperpetwaw il-prekarjetà u l-assenza ta’ protezzjoni sakemm l-amministrazzjoni li timpjega tiddeċiedi b’mod aleatorju li tniedi proċedura ta’ selezzjoni sabiex timla l-pożizzjoni tiegħu b’ħaddiem għal żmien indeterminat, li l-eżitu tagħha huwa inċert għaliex dawn il-proċeduri huma miftuħa wkoll għall-kandidati li ma kinux vittmi ta’ tali abbużi, b’tali mod li dawn il-miżuri ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri ta’ sanzjoni dissważivi għall-finijiet tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, u lanqas li jiżguraw l-osservanza tal-għanijiet tiegħu?
IT-TIENI DOMANDA: Meta qorti nazzjonali, li tkun qiegħda tosserva l-obbligu tagħha li tissanzjona, fil-każijiet kollha, l-abbuż ikkonstatat (liema sanzjoni hija “indispensabbli” u “immedjata”), tasal għall-konklużjoni li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi ma jippermettix li tiġi żgurata l-effettività tad-Direttiva mingħajr ma twettaq interpretazzjoni “contra lege[m]” tad-dritt intern, preċiżament għaliex id-dritt intern tal-Istat Membru ma inkluda ebda miżura ta’ sanzjoni sabiex jimplimenta l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas fis-settur pubbliku; Din il-qorti għandha tapplika l-kunsiderazzjonijiet żviluppati fis-sentenzi tas-17 ta’ April 2018, Egenberger (2), jew tal-15 ta’ April 2008, Impact (3), b’tali mod li l-Artikoli 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jkunu jippermettu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jipprekludu li tiġi żgurata l-effettività sħiħa tad-Direttiva 1999/70/KE jiġu mwarrba, anki jekk dawn huma ta’ livell kostituzzjonali?
Konsegwentement, din il-qorti għandha tbiddel ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ natura abbużiva f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, identika jew paragunabbli ma’ dik tal-uffiċjali permanenti paragunabbli, billi tagħti lill-vittma tal-abbuż l-istabbiltà tal-impjieg, sabiex jiġi evitat li dan l-abbuż jibqa’ mhux issanzjonat u li jiġu ppreġudikati l-għanijiet u l-effettività tal-imsemmija klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, u dan anki jekk din il-bidla hija pprojbita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), jew tista’ tkun kuntrarja għall-Kostituzzjoni Spanjola?
IT-TIELET DOMANDA: Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenzi tagħha tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (4), u tat-13 ta’ Jannar 2022, MIUR u Ufficio Scolastico Regionale per la Campania (5), li l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lil ċerti ħaddiema tas-settur pubbliku mill-applikazzjoni tar-regoli li jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, meta ma teżisti ebda miżura oħra effettiva fl-ordinament ġuridiku intern li tissanzjona l-imsemmi użu abbużiv, u fil-leġiżlazzjoni Spanjola ma teżisti ebda miżura sabiex tissanzjona l-abbuż fis-settur pubbliku applikabbli għall-persunal impjegat fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi.
L-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-prinċipju tal-Unjoni ta’ ekwivalenza timponi l-obbligu li l-ħaddiema tas-settur pubbliku għal żmien determinat vittmi ta’ abbuż jiġu mibdula f’ħaddiema tas-settur pubbliku għal żmien indeterminat jew f’uffiċjali, billi jiġu suġġetti għall-istess raġunijiet ta’ xoljiment u ta’ tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol bħal dawk applikabbli għal dawn tal-aħħar, sa fejn, fis-settur privat, l-Artikolu 15 tal-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) jimponi l-obbligu li l-ħaddiema għal żmien determinat impjegati b’mod kontinwu mill-istess persuna li timpjega għal iktar minn 24 xahar fuq perijodu ta’ 30 xahar jiġu mibdula f’ħaddiema għal żmien indeterminat, u fejn l-Artikolu 83(3) tal-Liġi 40/2015 dwar is-Settur Pubbliku, fit-tfassil tagħha wara l-Ley 11/2020, de presupuestos generales del Estado para 2021 (il-Liġi 11/2020 li tistabbilixxi l-Baġit Ġenerali tal-Istat għall-2021), jippermetti, skont id-dritt nazzjonali, li l-ħaddiema privati ta’ impriżi u ta’ entitajiet li jgħaddu għas-settur pubbliku jistgħu jissodisfaw l-istess funzjonijiet bħall-uffiċjali, fil-kwalità ta’ ħaddiem f’pożizzjoni “residwa li għandha titneħħa” (imsejħa “a extinguir”) u billi barra minn hekk ikunu suġġetti għall-istess raġunijiet ta’ xoljiment bħal dawn tal-aħħar?
IR-RABA’ DOMANDA: Fid-dawl tal-fatt li l-kundizzjonijiet dwar it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol u l-kundizzjonijiet ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol jagħmlu parti mill-“kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” imsemmija fil-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, skont is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2014, Nierodzik (6), punti 27 u 29, u tal-14 ta’ Settembru 2016, de Diego Porras (7), punti 30 u 31),
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tiddetermina jekk, il-fatt li l-impjieg tal-membri tal-persunal tas-settur pubbliku għal żmien determinat vittmi ta’ abbuż jiġi magħmul stabbli billi jiġu applikati għalihom l-istess raġunijiet ta’ xoljiment u ta’ tkeċċija bħal dawk applikabbli għall-uffiċjali jew il-ħaddiema għal żmien indeterminat paragunabbli, mingħajr ma jakkwistaw din il-kwalità, jikkostitwixxix miżura li l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati japplikaw skont il-klawżoli 4 u 5 tal-Ftehim Qafas tad-Direttiva 1999/70 u l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi biss li tiġi akkwistata l-kwalità ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat jew ta’ uffiċjal għal dawk li ma jissodisfawx ċerti rekwiżiti, u li l-fatt li l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema jiġi magħmul stabbli skont il-modalitajiet imsemmija ma jwassalx għall-akkwist ta’ din il-kwalità.
IL-ĦAMES DOMANDA: Sa fejn l-Artikolu 15 tal-Istatut tal-Ħaddiema jistabbilixxi t-tul massimu tal-kuntratti għal żmien determinat għal sentejn, għar-raġuni li, wara dan it-terminu, in-neċessità koperta la tibqa’ provviżorja u lanqas eċċezzjonali, iżda ordinarja u fit-tul, u jimponi fuq il-persuni li jimpjegaw tas-settur privat l-obbligu li jbiddlu r-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u sa fejn l-Artikolu 10 tal-[Estatuto Básico del Empleado Público (l-Istatut Bażiku tal-Ħaddiema tas-Settur Pubbliku, iktar ’il quddiem l-“EBEP”)], fis-settur pubbliku, jimponi l-obbligu li l-pożizzjonijiet vakanti koperti minn aġenti mhux permanenti jew minn persunal bil-kuntratt għal żmien determinat fl-offerta ta’ impjieg tas-sena li matulha sseħħ il-ħatra tagħhom jew, jekk dan ma huwiex possibbli, fis-sena ta’ wara f’terminu massimu ta’ sentejn, sabiex il-pożizzjoni timtela’ minn ħaddiem għal żmien indeterminat jew uffiċjal,
Għandu jiġi konkluż li jkun hemm abbuż fir-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku minn meta l-amministrazzjoni li timpjega ma tassenjax lil ħaddiem għal żmien indeterminat jew lil uffiċjal għall-pożizzjoni koperta minn ħaddiem tas-settur pubbliku għal żmien determinat fit-termini previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri minn meta din il-pożizzjoni ma hijiex inkluża f’offerta ta’ impjieg fis-servizz pubbliku f’terminu massimu ta’ sentejn mill-ħatra tal-aġent mhux permanenti jew tal-ħaddiem bil-kuntratt għal żmien determinat, bl-obbligu li ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu billi teżegwixxi din l-offerta ta’ impjieg fis-servizz pubbliku fit-terminu massimu ta’ tliet snin stabbilit mill-Artikolu 70 tal-EBEP?
IS-SITT DOMANDA: Il-Liġi Spanjola 20/2021 tat-28 ta’ Diċembru 2021 hija kuntrarja għall-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali, b’mod partikolari stipulati fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, sa fejn tipprevedi, bħala sanzjoni għall-użu abbużiv tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, proċeduri ta’ selezzjoni li japplikaw anki meta l-atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu l-ksur – u, konsegwentement, l-abbuż – u d-denunzja tagħhom, seħħew u ġew kommessi – diversi snin – qabel il-promulgazzjoni tal-Liġi 20/2021?
IS-SEBA’ DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tipprevedi, bħala miżuri ta’ sanzjoni, l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni u kumpens biss lill-vittmi ta’ abbuż li ma jirnexxux fl-imsemmija proċedura ta’ selezzjoni, hija kuntrarja għall-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas u għad-Direttiva 1999/70, sa fejn tħalli mhux issanzjonati l-abbużi mwettqa fil-konfront tal-ħaddiema għal żmien determinat tas-settur pubbliku li rnexxew fl-imsemmija proċedura ta’ selezzjoni, minkejja li s-sanzjoni hija dejjem indispensabbli u li, bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fid-digriet tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2021, SUSH u CGT Sanidad de Madrid (8), li wieħed jirnexxi f’tali proċedura ta’ selezzjoni ma hijiex miżura ta’ sanzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva?
Fi kliem ieħor, il-Liġi 20/2021, sa fejn tillimita l-għoti tal-kumpens lill-vittmi ta’ abbuż li ma jirnexxux fil-proċedura ta’ selezzjoni, u teskludi minn dan id-dritt lill-ħaddiema li kienu s-suġġett ta’ abbuż u li sussegwentement akkwistaw l-istatus ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat permezz ta’ dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni, hija kuntrarja għad-Direttiva 1999/70 u, b’mod partikolari, għall-punt 45 tad-digriet tat-2 ta’ Ġunju 2021, SUSH u CGT Sanidad de Madrid (C-103/19, mhux ippubblikat, EU:C:2021:460), li fih il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, minkejja li l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ selezzjoni miftuħa għall-ħaddiema tas-settur pubbliku li ġew impjegati b’mod abbużiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi tippermetti lil dawn tal-aħħar japplikaw sabiex jiksbu impjieg permanenti u fit-tul u, għaldaqstant, jiksbu l-istatus ta’ membru tal-persunal tas-settur pubbliku indeterminat, l-Istati Membri jibqgħu madankollu obbligati li jipprevedu miżura adegwata sabiex jissanzjonaw debitament l-użu abbużiv tal-kuntratti u tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi?
IT-TMIEN DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tipprevedi li l-proċeduri ta’ selezzjoni intiżi li jnaqqsu r-rata ta’ impjieg għal żmien determinat fis-settur pubbliku għandhom isiru f’terminu ta’ tliet snin, sal-31 ta’ Diċembru 2024, u sa fejn tistabbilixxi bħala sanzjoni kumpens li għandu jingħata mat-tmien tar-relazzjoni ta’ xogħol jew mat-tkeċċija tal-vittma ta’ abbuż, hija kuntrarja għall-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Frar 2017, Rodrigo Sanz (9) jew tas-sentenzi tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (10) u tal-21 ta’ Novembru 2018, de Diego Porras (11), peress li tipperpetwa jew ittawwal is-sitwazzjoni ta’ abbuż, ta’ assenza ta’ protezzjoni u ta’ prekarjetà ta’ impjieg tal-ħaddiem li huwa l-vittma fiha billi tippreġudika l-effettività tad-Direttiva 1999/70, u dan sakemm l-imsemmi ħaddiem jitkeċċa u jkun jista’ jirċievi l-imsemmi kumpens?
ID-DISA’ DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tagħti, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, drittijiet inferjuri għal dawk li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ ekwivalenza, peress li:
|
— |
Il-Liġi 11/2020 li tistabbilixxi l-Baġit Ġenerali tal-Istat għall-2021 temenda l-Artikolu 87(3) tal-Liġi 40/2015 dwar is-Settur Pubbliku u tippermetti, skont id-dritt intern, li l-ħaddiema privati ta’ impriżi privati li jgħaddu għas-settur pubbliku jkunu jistgħu jeżerċitaw l-istess funzjonijiet bħall-uffiċjali, fil-kwalità ta’ ħaddiem f’pożizzjoni “residwa li għandha titneħħa” (imsejħa “a extinguir”) u billi jkunu suġġetti għall-istess raġunijiet ta’ xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol anki jekk dawn ma jkunux irnexxew fi proċedura ta’ selezzjoni, minkejja li l-Liġi 20/2021, meta din timplimenta d-dritt tal-Unjoni, ma tippermettix lill-ħaddiema tas-settur pubbliku li ġew magħżula skont proċeduri ta’ selezzjoni rregolati mill-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ pubbliċità u ta’ kompetizzjoni ħielsa, li jkomplu jeżerċitaw l-istess funzjonijiet bħall-uffiċċjali, billi jkunu suġġetti għall-istess raġunijiet ta’ xoljiment; |
|
— |
L-Artikolu 15 tal-Istatut tal-Ħaddiema, fit-tfassil tiegħu wara l-Ley 1/1995, de 24 de marzo (il-Liġi 1/1995 tal-24 ta’ Marzu 1995), jiġifieri fit-tfassil tiegħu preċedenti għall-adozzjoni tad-Direttiva 1999/70, jippermetti – skont id-dritt intern – li l-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dritt privat impjegati mill-istess persuna li timpjega għal iktar minn sentejn jiġu mibdula f’ħaddiema għal żmien indeterminat, minkejja li, fl-implimentazzjoni tad-direttiva, il-ħaddiema tas-settur pubbliku vittmi ta’ abbuż huma kkumpensati biss għal 20 jum għal kull sena servizz, b’limitu ta’ tnax-il xahar ta’ salarju, filwaqt li din il-bidla hija pprojbita; |
|
— |
L-Artikoli 32 et seq tal-Liġi 40/2015 dwar is-Settur Pubbliku jistabbilixxu l-prinċipju tal-kumpens sħiħ u jobbligaw lill-amministrazzjonijiet jikkumpensaw id-dannu kollu kkawżat lill-vittmi bl-atti tagħhom, minkejja li, fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-kumpens lill-vittmi ta’ abbuż huwa limitat a priori kemm fl-ammont tiegħu – 20 jum għal kull sena servizz – kif ukoll fiż-żmien – tnax-il xahar? |
L-GĦAXAR DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tistabbilixxi bħala l-unika miżura reali ta’ sanzjoni kumpens ta’ 20 jum remunerazzjoni għal kull sena servizz lill-vittmi ta’ abbuż li ma rnexxewx fi proċedura ta’ selezzjoni, hija kuntrarja għall-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (12), skont liema, fis-settur pubbliku, kumpens ma huwiex biżżejjed sabiex wieħed ikun konformi mad-direttiva, peress li dan għandu jkun akkumpanjat b’miżuri oħrajn ta’ sanzjoni addizzjonali, effettivi, proporzjonati u dissważivi?
IL-ĦDAX-IL DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tistabbilixxi l-kumpens lill-vittmi ta’ abbuż li ma rnexxewx fi proċedura ta’ selezzjoni għal 20 jum remunerazzjoni għal kull sena servizz, b’limitu ta’ tnax-il xahar salarju, hija kuntrarja għall-prinċipji tal-Unjoni ta’ kumpens adegwat u sħiħ u ta’ proporzjonalità, peress li din teskludi mill-kumpens il-lucrum cessans kif ukoll tipi oħra ta’ kumpens, bħal, per eżempju, dak li jirriżulta mit-telf ta’ opportunità (kunċett użat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Santoro); l-impossibbiltà li tiġi akkwistata l-kwalità ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat minħabba l-assenza ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri ta’ selezzjoni fit-termini legali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-impossibbiltà li persuna tingħata promozzjoni jew tipprogressa; id-dannu morali li jirriżulta mill-assenza ta’ protezzjoni inerenti f’kull sitwazzjoni ta’ prekarjetà fl-impjieg; it-tkeċċija tal-vittma ta’ abbuż meta tissodisfa ċerti kundizzjonijiet ta’ età u ta’ ġeneru (per eżempju, nisa ta’ iktar minn 50 sena) u ma jkun jeżisti ebda suq ta’ impjieg alternattiv; jew inkella t-tnaqqis tal-pensjonijiet tal-irtirar?
IT-TNAX-IL DOMANDA: Il-Liġi 20/2021, sa fejn tistabbilixxi kumpens massimu ta’ 20 jum remunerazzjoni għal kull sena servizz u tnax-il xahar salarju, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Awwissu 1993, Marshall (13), u tas-17 ta’ Diċembru 2015, Arjona Camacho (14), skont liema d-dritt tal-Unjoni jipprekludi li l-kumpens għad-dannu subit minn persuna leża bi tkeċċija jkun limitat a priori b’limitu massimu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
(2) C-414/16, EU:C:2018:257.
(3) C-268/06, EU:C:2008:223.
(4) C-331/17, EU:C:2018:859.
(5) C-282/19, EU:C:2022:3.
(6) C-38/13, EU:C:2014:152.
(7) C-596/14, EU:C:2016:683.
(8) C-103/19, mhux ippubblikat, EU:C:2021:460.
(9) C-443/16, EU:C:2017:109.
(10) C-16/15, EU:C:2016:679.
(11) C-619/17, EU:C:2018:936.
(12) C-494/16, EU:C:2018:166.
(13) C-271/91, EU:C:1993:335.
(14) C-407/14, EU:C:2015:831.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-15 ta’ Lulju 2022 – Maxi Mobility Spain SLU vs Comunidad de Madrid, Asociación Nacional del Taxi, Asociación Taxi Project 2.0
(Kawża C-475/22)
(2022/C 472/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipal
Rikorrent: Maxi Mobility Spain SLU
Konvenuti: Comunidad de Madrid, Asociación Nacional tat-taxi, Asociación Taxi Project 2.0
Domandi preliminari
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola tqis li l-provvista ta’ servizz ta’ taxi hija forma ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier fl-interess ġenerali u għalhekk tissuġġetta lil dan is-servizz għal leġiżlazzjoni amministrattiva intensa sabiex jiġu ggarantiti l-għanijiet ta’ kwalità, ta’ protezzjoni tal-utenti, ta’ politika ta’ trasport u ta’ politika ambjentali, inkluż billi jiġu kkontrollati t-tariffi. Fid-dawl ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali,
|
1) |
Huwa kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment il-fatt li jiġi impost fuq servizzi oħra ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier, bħalma huma l-vetturi privati bix-xufier (VPX), restrizzjonijiet suġġetti għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, sabiex jiġi ggarantit li dawn il-mudelli l-oħra tal-istess attività jkunu kompatibbli mat-taxis u kumplimentari għalihom? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, huwa kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment il-fatt li għas-servizzi ta’ trasport urban permezz ta’ vetturi bix-xufier apparti mit-taxis, bħalma huma l-VPX, tiġi prevista l-miżura restrittiva speċifika li tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ proporzjon massimu ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbel mal-liċenzji tat-taxi, bħalma hija l-proporzjon ta’ VPX waħda għal kull tletin taxi stabbilita mil-leġiżlazzjoni Spanjola, li hija suġġetta għall-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-applikazzjoni speċifika tagħha mill-amministrazzjoni kompetenti? |
|
3) |
Il-miżura ta’ limitazzjoni tal-VPX għall-proporzjoni ta’ VPX waħda għal kull tletin liċenzja tat-taxi esposta fid-domanda preċedenti hija kompatibbli mal-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat prevista fl-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares (Spanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – J.L.O.G., J.J.O.P. vs Resorts Mallorca Hotels International SL
(Kawża C-589/22)
(2022/C 472/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J.L.O.G., J.J.O.P.
Konvenut: Resorts Mallorca Hotels International SL
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK et (1), l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi ta’ konsultazzjoni u ta’ notifika li jikkostitwixxu l-effett utli tad-Direttiva jitnisslu mill-mument li fih l-impriża, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ristrutturazzjoni, tipprevedi terminazzjonijiet ta’ kuntratti tax-xogħol li n-numru tagħhom ikun jista’ jeċċedi l-limitu stabbilit għal tkeċċijiet kollettivi irrispettivament mill-fatt li, finalment, in-numru ta’ tkeċċijiet jew ta’ terminazzjonijiet assimilabbli ma jkunx jilħaq dan il-limitu għaliex dan in-numru seta’ jitnaqqas permezz ta’ miżuri adottati mill-impriżi mingħajr konsultazzjoni minn qabel mar-rappreżentanti tal-ħaddiema? |
|
2) |
L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, meta jipprovdi li “[g]ħall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar-redundancies kif previst fis-subparagrafu tal-punt (a), it-termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar- redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies”, jinkludi, fil-kuntest ta’ kriżi li fih tnaqqis tal-persunal, inkluż permezz ta’ tkeċċijiet, ikun prevedibbli, it-tluq ta’ ħaddiema propost mill-impriża, mhux mixtieq iżda aċċettat minn dawn tal-aħħar wara li jkunu rċevew offerta vinkolanti ta’ ingaġġ immedjat f’impriża oħra, fejn il-persuna li timpjega tkun organizzat ma’ din l-impriża l-oħra l-possibbiltà għall-ħaddiema tagħha li jiġu intervistati bil-għan tal-ingaġġ eventwali tagħhom? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.
(2) C-44/08, EU:C:2009:533.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Settembru 2022 – L. VOF vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-591/22)
(2022/C 472/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L. VOF
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domandi preliminari
|
1) |
Meta hija kwistjoni ta’ każ eċċezzjonali, fis-sens tal-punt 2.2.2.2(c), tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (1) tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f’qatgħat ta’ adulti għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, fejn l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet sabiex tiddubita l-korrettezza tar-riżultati pożittivi tat-testijiet, għas-salmonella, ta’ kampjun ta’ rutina fuq l-inizjattiva tal-operatur tas-settur tal-ikel, b’tali mod li din l-awtorità tista’ tiddeċiedi li tirrepeti t-testijiet? |
|
2) |
Il-fatturi li ġejjin huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk hijiex kwistjoni ta’ każ eċċezzjonali fis-sens tal-punt 2.2.2.2(c) tal-Anness tar-Regolament 200/2010:
|
|
3) |
Jekk id-domanda 2(i) tingħata risposta fl-affermattiv, kemm għandu jingħata ħin lil operatur tas-settur tal-ikel sabiex jagħmel (jew jordna biex isir) teħid b’suċċess ta’ kampjuni u biex jibgħat ir-riżultati tat-testijiet ta’ dawn qabel ma l-awtorità kompetenti tipproċedi bl-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ segwitu irreversibbli wara d-dikjarazzjoni ta’ infezzjoni? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 328, rettifika fil-ĠU 2019, L 133, p. 23.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2022 – FS, WU vs First Bank SA
(Kawża C-593/22)
(2022/C 472/35)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: FS, WU
Parti oħra fil-proċedura: First Bank SA
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat:
|
|
2) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tas-sistema legali speċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, huwa eċċessiv li jiġi kkunsidrat li l-konsumatur għandu l-obbligu li jkun jaf il-kontenut tar-regoli ġuridiċi kollha fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkompletaw il-kuntratt, fl-assenza ta’ informazzjoni minn qabel f’dan ir-rigward lill-konsumatur mill-bejjiegħ jew il-fornitur? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-23 ta’ Settembru 2022 – Dublin 8 Residents Association vs An Bord Pleanála, l-Irlanda u l-Attorney General
(Kawża C-613/22)
(2022/C 472/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dublin 8 Residents Association.
Konvenuti: An Bord Pleanála, l-Irlanda u l-Attorney General
fil-preżenza ta’: DBTR-SCR1 Fund, sub-fund ta’ CWTC Multi-Family ICAV
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (2) għandu l-effett li meta NGO ambjentali tissodisfa r-rekwiżit ta’ locus standi stabbilit f’dik id-dispożizzjoni, l-NGO kkonċernata għandha titqies li għandha kapaċità suffiċjenti sabiex tagħti bidu għal rimedju ġudizzjarju minkejja r-regola ġenerali fid-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru li tipprekludi assoċjazzjonijiet de facto li ma għandhomx personalità ġuridika milli jibdew proċeduri legali? |
|
2) |
Jekk l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 ma għandux l-effett stabbilit fl-ewwel domanda f’ċirkustanzi ġenerali, għandu dan l-effett f’ċirkustanzi fejn id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat jipprovdu li NGO li tissodisfa r-rekwiżit ta’ locus standi stabbilit mill-Artikolu 1(2)(e) tad-Direttiva għandha għalhekk il-kapaċità li tagħti bidu għal rimedju ġudizzjarju? |
|
3) |
Jekk l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 ma għandux l-effett stabbilit fl-ewwel domanda f’ċirkustanzi ġenerali, għandu dan l-effett f’ċirkustanzi fejn id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u/jew proċeduri adottati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ippermettew lil NGO ambjentali li kieku ma kienx ikollha locus standi taħt id-dritt nazzjonali sabiex madankollu tipparteċipa fil-fażi amministrattiva tal-proċess tal-kunsens għall-iżvilupp? |
|
4) |
Jekk l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 ma għandux l-effett stabbilit fl-ewwel domanda f’ċirkustanzi ġenerali, għandu dan l-effett meta l-kundizzjonijiet stabbiliti skont id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettu lil NGO tikkwalifika għall-fini tal-Artikolu 1(2)(e) huma tali li l-perijodu meħtieġ ta’ eżistenza ta’ NGO sabiex tikkwalifika hekk ikun itwal mill-perijodu statutorju għad-determinazzjoni ta’ applikazzjoni għal kunsens għall-iżvilupp, u għalhekk ikollu l-konsegwenza li NGO li ma għandhiex personalità ġuridika kkostitwita bi tweġiba għal applikazzjoni ta’ ppjanar partikolari normalment qatt ma tikkwalifika għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Artikolu 1(2)(e)? |
|
5) |
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u/jew effettività u/jew flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 għandu l-effett li diskrezzjoni maħluqa minn dispożizzjoni tal-liġi proċedurali nazzjonali ta’ Stat Membru sabiex tippermetti s-sostituzzjoni ta’ rikorrent individwali jew rikorrenti li huma membri ta’ assoċjazzjoni li ma għandhiex personalità ġuridika minflok l-istess assoċjazzjoni għandha tiġi eżerċitata b’tali mod li tagħti effett sħiħ lid-dritt ta’ aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv b’tali mod li dik is-sostituzzjoni ma setgħetx tiġi prekluża biss minħabba regola tad-dritt nazzjonali dwar il-preskrizzjoni taż-żmien għat-tressiq tar-rikors ikkonċernat? |
|
6) |
Jekk l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u/jew effettività u/jew flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 ma għandux l-effett imsemmi fil-ħames domanda f’ċirkustanzi ġenerali, għandu dan l-effett partikolarment fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività f’ċirkustanzi fejn ir-rikors ġie ppreżentat mir-rikorrent oriġinali fiż-żmien stabbilit mid-dritt nazzjonali u fejn il-motivi invokati li fuqhom intalab id-dritt ta’ aċċess għal rimedju ġudizzjarju mir-rikorrent issostitwit baqgħu l-istess? |
|
7) |
Jekk l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2011/92 moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u/jew effettività u/jew flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew mal-Artikolu 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus kif approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 2005/370 ma għandux l-effett imsemmi fil-ħames domanda f’ċirkustanzi ġenerali, għandu dan l-effett jekk id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-applikazzjoni tal-perijodi ta’ preskrizzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn ma hijiex ċara u/jew hija kontradittorja b’tali mod li rikorrent ma jgawdix minn ċertezza legali minn qabel dwar jekk tali sostituzzjoni hijiex permissibbli? |
(1) ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.
Il-Qorti Ġenerali
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse)
(Kawża T-486/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Swisse tal-Unjoni Ewropea - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru distintiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku - Emblema ta’ Stat - Trade mark li tinkludi badges, emblemi jew crests - Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b), (g), (h) u (i) tar-Regolament 2017/1001] - Mala fide - Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 63(2) tar-Regolament 2017/1001 - Limitu tal-eżami li għandha tiġi operata mill-EUIPO - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt ta’ smigħ - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)
(2022/C 472/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: D. Rose, L. Flascher, solicitors, u N. Saunders, KC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giuliani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: S. de Bosio, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2185/2019-5).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2185/2019-5) hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd. |
|
3) |
Giuliani SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Sistem ecologica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-81/21) (1)
(Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Investigazzjoni dwar frodi għad-drittijiet konvenzjonali, kumpensatorji u antidumping stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiesel fl-Unjoni - Komunikazzjoni tal-OLAF lill-awtoritajiet doganali nazzjonali - Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF - Rikors għal annullament - Att li ma huwiex suġġett għal rikors - Rikors għal danni - Ksur biżżejjed serju ta’ regoli tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi)
(2022/C 472/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent:“Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac (Srbac, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: D. Diris, D. Rjabynina, C. Kocks u C. Verheyen, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u T. Materne, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikoli 263 TFUE u 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport finali ta’ investigazzjoni adottat mill-Uffiċju Ewropew ta’ Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF) fit-8 ta’ Diċembru 2020 kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-OLAF li jinsabu f’komunikazzjoni indirizzata fid-9 ta’ Ġunju 2020 lill-Istati Membri, fl-ittri tal-25 u tas-27 ta’ Novembru 2020 kif ukoll fl-ittri tat-8 u tal-21 ta’ Diċembru 2020 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija allegatament sostniet.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
“Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Múka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/21) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar - Interess pubbliku superjuri”)
(2022/C 472/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ondřej Múka (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Kočí, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Ottubru 2020 li tirrifjuta t-talba inizjali tiegħu għal aċċess, tas-17 ta’ Settembru 2020, għad-dokumenti li din kienet skambjat mar-Repubblika Ċeka u d-deċiżjoni C(2021) 1320 final tal-21 ta’ Frar 2021 li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu għal aċċess, tat-12 ta’ Novembru 2020, għall-imsemmija dokumenti, u, min-naħa l-oħra, tordna lill-Kummissjoni tipprovdih bid-dokumenti u bl-informazzjoni kollha msemmija fit-talba tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ondřej Múka huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Basaglia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-257/21) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aċċess għal dokumenti - Dokumenti relatati ma’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni li tillimita t-talba għal aċċess u li tirrifjuta parzjalment l-aċċess - Annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali - Kundanni minn qrati nazzjonali - Illegalità tal-aġir ikkritikat - Rabta kawżali”)
(2022/C 472/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Balossi, G. Borriello u F. Fimmanò, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, F. Moro u A. Spina, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu finanzjarju, għad-dannu morali u għad-dannu għar-reputazzjoni li huwa sofra minħabba ċ-ċaħda illegali mill-Kummissjoni Ewropea tat-talbiet tiegħu għall-aċċess għad-dokumenti u minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn dik l-istituzzjoni tas-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2020, Basaglia vs Il-Kummissjoni (T-727/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:446).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Giorgio Basaglia huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2 CYPRUS CASINOS)
(Kawża T-460/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 CYPRUS CASINOS - Trade mark figurattiva preċedenti C8 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Interdipendenza ta’ fatturi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2022/C 472/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: A. Roughton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Georges Picot u C. Cuny, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2) hija annullata sa fejn tirrigwarda servizzi li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat biss livell baxx ta’ xebh. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
MCO (IP) Holdings Ltd, l-EUIPO u C8 għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2)
(Kawża T-461/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 - Trade mark figurattiva preċedenti C8 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Interdipendenza ta’ fatturi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2022/C 472/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: A. Roughton, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Georges-Picot u C. Cuny, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2).
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 909/2020-2) hija annullata sa fejn tirrigwarda servizzi li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat biss livell baxx ta’ xebh. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
MCO (IP) Holdings Ltd, l-EUIPO u C8 għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Baumberger vs EUIPO – Nube (Lío)
(Kawża T-466/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Lío - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2022/C 472/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dino Baumberger (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nube, SL (Ibiza, Spanja) rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1221/2020-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dino Baumberger huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – DBM Videovertrieb vs EUIPO – Nube (Lío)
(Kawża T-467/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Lío - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2022/C 472/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DBM Videovertrieb GmbH (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u E. Markakis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nube, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 1220/2020-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
DBM Videovertrieb GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Philip Morris Products vs EUIPO (TOGETHER. FORWARD.)
(Kawża T-500/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TOGETHER. FORWARD. - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/100”)
(2022/C 472/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez, M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 417/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Philip Morris Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Philip Morris Products vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji angolari suwed u bojod)
(Kawża T-501/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta linji angolari suwed u bojod - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/100”)
(2022/C 472/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva, E. Nicolás Gómez, M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 79/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Philip Morris Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Philip Morris Products vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji suwed u bojod)
(Kawża T-502/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta linji suwed u bojod - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/100”)
(2022/C 472/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva, E. Nicolás Gómez, M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 78/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Philip Morris Products SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/41 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – ViiV Healthcare vs EMA
(Kawża T-574/22)
(2022/C 472/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ViiV Healthcare BV (Amersfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Castle, M. Doyle-Rossi, E. Handy, Solicitors, u D. Scannell, Barrister-at-Law)
Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkomunikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini lir-rikorrenti fis-7 ta’ Lulju 2022 li tissospendi l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tar-rikorrenti fir-rigward tal-APRETUDE mressqa taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u |
|
— |
tikkundanna lill-EMA għal-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija msejsa fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
|
(1) Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)
(2) r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/42 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – ClientEarth vs Il-Kunsill
(Kawża T-577/22)
(2022/C 472/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Ziegler, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddatata l-5 ta’ Lulju 2022 (SGS 22/00149) f’relazzjoni mat-talba għal eżami mill-ġdid intern taħt it-Titolu IV tar-Regolament Aarhus f’relazzjoni mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU 2022, L 21, p. 1), u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk inkorsi mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-portata tal-aċċess għad-drittijiet ta’ reviżjoni tar-rikorrent taħt ir-Regolament Aarhus, għaliex il-Kunsill:
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-elementi essenzjali ta’ liġi sekondarja u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-Kunsill li jistabbilixxi TACs taħt l-Artikolu 43(3) TFUE, għaliex il-Kunsill wettaq:
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligi tal-Kunsill li:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill meta adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU 2022, L 21, p. 1). |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/43 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Fédération environnement durable et. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-583/22)
(2022/C 472/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fédération environnement durable (Pariġi, Franza), Bundesinitiative Vernunftkraft eV (Berlin, il-Ġermanja), Vent de Colère! – Fédération nationale (Peyraud, Franza), Vent de Raison – Wind met Redelijkheid (VdR-WmR) (Petit-Roeulx, il-Belġju) (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2022 (fisma.b.2(2022) 5340198, Ares (2022)4952619 – 07/07/2022) li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal eżami mill-ġdid intern tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Delegat”); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni, fir-rigward tal-preparazzjoni tar-Regolament Delegat, ta’ ksur tal-Artikoli 6 u 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (2), Artikoli 9 u 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (3) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1367/2006”), u tal-Artikoli 10(4), 11(4) u 20(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (4) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 2020/852”). |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni, fir-rigward tal-għan ta’ tnaqqis ta’ tibdil fil-klima, ta’ ksur tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 191 TFUE u Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament 2020/852 kif ukoll tal-Artikoli 10(3)(a), 19(1)(a) u (j) u 19(3) tar-Regolament 2020/852. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni, fir-rigward tal-għan ta’ adattament ta’ tibdil fil-klima, ta’ ksur tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament 1367/2006. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ tikkawżax ħsara sinjifikattiva (DNSH), ksur tal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament 2020/852 u tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament 1367/2006. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
(2) Konvenzjoni ta’ Aarhus. ĠU 2005, L 124, p. 4
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/44 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2022 – SE u SF vs Il-Kunsill
(Kawża T-644/22)
(2022/C 472/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SE, SF (rappreżentanti: S. Bonifassi, E. Fedorova, T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament (UE) 2022/1273 (1) sa fejn dan jimmodifika l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 269/2014 (2) u joħloq obbligu ta’ rrappurtar għar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kunsill eċċeda l-kompetenza tiegħu dwar miżuri restrittivi. Skont ir-rikorrenti, l-obbligu ta’ rrappurtar ma huwiex miżura neċessarja sabiex jimplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (3) u għalhekk din id-dispożizzjoni tidħol fuq il-kompetenzi tal-Istati Membri sabiex jimplimentaw il-miżuri restrittivi. Barra minn hekk, il-Kunsill ma kienx kompetenti sabiex joħloq u jiddefinixxi, waħdu, ksur ta’ obbligu ta’ rappurtar li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżura restrittiva, u lanqas sabiex jarmonizza s-sanzjonijiet li jippenalizzaw dan il-ksur. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ poter, peress li l-obbligu ta’ rrappurtar impost f’terminu strett, flimkien mal-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jissanzjonaw in-nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmi obbligu permezz ta’ reġim ta’ sanzjonijiet li tikkonsisti b’mod partikolari f’konfiski, ġiet adottata bl-għan esklużiv jew, għall-inqas, deċiżiv li jintlaħaq għan differenti minn dak iddikjarat. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għar-raġuni li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni ma kienx meħtieġ u li l-konsegwenzi marbuta man-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni huma għaldaqstant sproporzjonati fid-dawl tal-għan segwit mir-regolament. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għar-raġuni li l-Artikolu 1(4) tar-regolament ikkontestat la huwa ċar u lanqas preċiż u li l-applikazzjoni tiegħu ma hijiex prevedibbli. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1273 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 194, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/45 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Lidl Stiftung vs EUIPO – MHCS (Shade of the colour orange)
(Kawża T-652/22)
(2022/C 472/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Kefferpütz u K. Wagner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MHCS (Épernay, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Nru 747 949
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 118/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess. |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, jekk it-trade mark kontenzjuża ma tiġix annullata, tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 u tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Interpretazzjoni inammissibbli tat-trade mark kontenzjuża b’referenza għal ċirkustanzi esterni; |
|
— |
Nuqqas illegali ta’ kunsiderazzjoni tad-deskrizzjoni mogħtija fid-definizzjoni tas-suġġett tat-trade mark kontenzjuża; |
|
— |
Suppożizzjoni żbaljata li r-rappreżentazzjoni grafika tissodisfa bħala tali r-rekwiżit tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94; |
|
— |
Suppożizzjoni żbaljata li l-EUIPO kien stabbilixxa aspettattivi leġittimi; |
|
— |
Determinazzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti u tal-livell ta’ attenzjoni tiegħu; |
|
— |
Restrizzjoni żbaljata tas-suq rilevanti għal inbejjed ta’ champagne; |
|
— |
Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ ksib ta’ distintività permezz tal-użu u nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tar-rilevanza tal-istudji tas-suq; |
|
— |
Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet rilevanti ppreżentati mir-rikorrenti; |
|
— |
Bażi insuffiċjenti sa fejn kien hemm suppożizzjoni tad-distintività għall-Greċja, għall-Portugall, għal-Lussemburgu u għall-Irlanda. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/46 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2022 – M&T 1997 vs EUIPO – VDS Czmyr Kowalik (Pumi ta’ bibien u ta’ twieqi)
(Kawża T-654/22)
(2022/C 472/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: M&T 1997, a.s. (Dobruška, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Dobřichovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VDS Czmyr Kowalik sp.k. (Świętochłowice, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 138 008-0031
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 29/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |
|
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex jintlaqa’ l-appell tar-rikorrenti, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 65(1) tiegħu. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/47 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2022 – Torre Oria vs EUIPO – Giramondo u Antonelli (WINE TALES RACCONTI DI VINO)
(Kawża T-655/22)
(2022/C 472/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Torre Oria, SL (Derramador-Requena, Spanja) (rappreżentanti: Á. González López-Menchero u V. Valero Piña, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simone Giramondo (Milano, l-Italja), Damiano Antonelli (Vignate, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “WINE TALES RACCONTI DI VINO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 194 623
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 822/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tirrevoka parzjalment id-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-applikazzjoni kkontestata għat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 194 623 għas-servizzi indikati fil-klassi 35: “Reklamar; il-ġestjoni ta’ negozju, l-amministrazzjoni ta’ negozju; funzjonijiet ta’ uffiċċju”; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/47 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – moderne Stadt vs EUIPO (DEUTZER HAFEN)
(Kawża T-656/22)
(2022/C 472/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: moderne Stadt Gesellschaft zur Förderung des Städtebaues und der Gemeindeentwicklung mbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Simon u L. Daams, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEUTZER HAFEN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 316 145
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 2195/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/48 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2022 – moderne Stadt vs EUIPO (DEUTZER HAFEN KÖLN)
(Kawża T-657/22)
(2022/C 472/56)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: moderne Stadt Gesellschaft zur Förderung des Städtebaues und der Gemeindeentwicklung mbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Simon u L. Daams, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEUTZER HAFEN KÖLN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 401 434
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 2196/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/49 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2022 – SkinIdent vs EUIPO – Beiersdorf (NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10)
(Kawża T-665/22)
(2022/C 472/57)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: SkinIdent AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 041 739
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1499/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Lulju 2021 fil-Każ B 3 091 527; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/49 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2022 – United Shipping Group vs EUIPO – Baulies Gómez (UNITED WIND LOGISTICS)
(Kawża T-666/22)
(2022/C 472/58)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: United Shipping Group Gmbh & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bornholdt, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pablo Baulies Gómez (Rocafort, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva UNITED WIND LOGISTICS bil-kuluri blu u iswed li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 531 891 li tindika l-Unjoni
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 134/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-appell ikun fondat, u tannulla d-Deċiżjoni Nru B3 131 303 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta’ Novembru 2021, u tiċħad l-oppożizzjoni għall-indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 531 891; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/50 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2022 – Iccrea Banca vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawżi Magħquda T-386/18 u T-400/19) (1)
(2022/C 472/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Il-President tal-Għaxar Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawżi.
|
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/50 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – Cecoforma u Sopexa vs REA
(Kawża T-493/22) (1)
(2022/C 472/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.