ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 471

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
12 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 471/01

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.10433 — VIVENDI / LAGARDERE) ( 1 )

1

2022/C 471/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10934 — VINCI ENERGIES / KONTRON IT SERVICE COMPANIES) ( 1 )

2

2022/C 471/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10912 — CD&R / ATALIAN) ( 1 )

3

2022/C 471/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10956 — AURELIUS INVESTMENT LUX SEVEN / SAPPI FINLAND ONE / SAPPI FINLAND OPERATIONS / SAPPI MAASTRICHT REAL ESTATE / SAPPI STOCKSTADT) ( 1 )

4

2022/C 471/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10929 — GENERALI REAL ESTATE / MUNICH RE / SAXON LAND) ( 1 )

5

2022/C 471/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10580 — SE AG / SEC / SEPG) ( 1 )

6


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 471/07

Rata tal-kambju tal-euro — Id-9 ta' Diċembru 2022

7

2022/C 471/08

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar is-saħħa pubblika u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard Mhux Komunikabbli ( 1 )

8

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 471/09

Rapport Speċjali 25/2022 Verifikazzjoni tal-Introjtu Nazzjonali Gross għall-finanzjament tal-baġit tal-UE

14


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 471/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV) — Każ kandidat għal proċedura simplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 471/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

17


 

Rettifika

 

Rettifika għan-Notifika ta’ bidu dwar rieżami tal-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar ( ĠU C 459, 2.12.2022 )

26


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/1


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.10433 — VIVENDI / LAGARDERE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/01)

Fit-30 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.10433 — VIVENDI / LAGARDERE, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10934 — VINCI ENERGIES / KONTRON IT SERVICE COMPANIES)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/02)

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10934. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10912 — CD&R / ATALIAN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/03)

Fl-24 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10912. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10956 — AURELIUS INVESTMENT LUX SEVEN / SAPPI FINLAND ONE / SAPPI FINLAND OPERATIONS / SAPPI MAASTRICHT REAL ESTATE / SAPPI STOCKSTADT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/04)

Fl-1 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10956. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10929 — GENERALI REAL ESTATE / MUNICH RE / SAXON LAND)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/05)

Fil-5 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10929. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10580 — SE AG / SEC / SEPG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/06)

Fis-6 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10580. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta' Diċembru 2022

(2022/C 471/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0559

JPY

Yen Ġappuniż

143,30

DKK

Krona Daniża

7,4379

GBP

Lira Sterlina

0,85950

SEK

Krona Żvediża

10,9188

CHF

Frank Żvizzeru

0,9856

ISK

Krona Iżlandiża

149,50

NOK

Krona Norveġiża

10,5345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,293

HUF

Forint Ungeriż

417,53

PLN

Zloty Pollakk

4,6869

RON

Leu Rumen

4,9224

TRY

Lira Turka

19,6872

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5553

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4380

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2169

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6482

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4260

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 373,94

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,2358

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3475

HRK

Kuna Kroata

7,5550

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 453,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,6512

PHP

Peso Filippin

58,470

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,656

BRL

Real Brażiljan

5,5457

MXN

Peso Messikan

20,8490

INR

Rupi Indjan

86,9535


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Diċembru 2022

li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar is-saħħa pubblika u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard Mhux Komunikabbli”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/08)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 168(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, jenħtieġ li tindirizza t-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-evitar tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Skont l-Artikolu 168(2) tat-Trattat, l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, huma meħtieġa jikkoordinaw bejniethom il-politiki u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-artikolu. Il-Kummissjoni tista’, f’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kwalunkwe inizjattiva utli biex tippromwovi din il-koordinazzjoni, b’mod partikolari inizjattivi li jimmiraw l-istabbiliment ta’ linji gwida u indikaturi u l-organizzazzjoni ta’ skambju tal-aħjar prattika.

(2)

L-esperjenza u r-riżultati miksuba permezz tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard Mhux Komunikabbli” wrew li l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piż tal-mard mhux komunikabbli fl-Unjoni billi tikkondividi u timplimenta l-aħjar prattiki u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-azzjoni.

(3)

F’dak il-grupp ta’ esperti, il-Kummissjoni ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżviluppa azzjonijiet u politiki li jistgħu jappoġġawhom fil-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, u b’mod partikolari l-għan ta’ żvilupp sostenibbli 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età”. Din il-ħidma hija f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà (1). L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli se jkomplu jipprovdu d-direzzjoni għal azzjonijiet dwar is-saħħa pubblika.

(4)

Sa mit-twaqqif ta’ dak il-grupp ta’ esperti, l-Unjoni ilha tiffaċċja sfidi oħra importanti għas-saħħa pubblika, bħal dawk relatati ma’ mard komunikabbli inkluż l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite kif ukoll sfidi relatati li jikkonċernaw it-tilqim u r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Għalhekk, hemm bżonn li l-koordinazzjoni ma tibqax limitata għall-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni tal-mard li mhux komunikabbli, iżda jenħtieġ li tiġi estiża wkoll għal dawn l-isfidi ġodda importanti għas-saħħa pubblika.

(5)

Jenħtieġ li l-missjoni ta’ grupp ta’ esperti ġdid tikkomplementa l-ħidma tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), billi tappoġġa aktar l-iskambju u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki.

(6)

Il-grupp ta’ esperti l-ġdid dwar is-saħħa pubblika se jaħdem fuq oqsma li ma jikkoinċidux mal-ħidma tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE. Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jaġixxi fuq it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet filwaqt li l-grupp ta’ esperti l-ġdid dwar is-saħħa pubblika se jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-politika u t-trasferiment tal-aħjar prattiki relatati mal-isfidi ewlenin tas-saħħa pubblika, inkluż il-mard li mhux komunikabbli kif ukoll il-mard komunikabbli bħall-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite, it-tilqim u r-reżistenza għall-antimikrobiċi, sabiex tiġi promossa l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri.

(7)

Minħabba l-ambitu usa’ tal-attivitajiet li jmur lil hinn mill-grupp ta’ esperti attwali, li jiffoka biss fuq il-mard mhux komunikabbli, huwa meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti ġdid fil-qasam tas-saħħa pubblika u li jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tiegħu, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 dwar l-istabbiliment ta’ regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjoni tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-ambitu ta’ dan il-grupp ta’ esperti jiġi estiż għal dawn l-isfidi tas-saħħa pubblika u mhux limitat għall-mard mhux komunikabbli biss.

(8)

Jenħtieġ li l-grupp ikun magħmul mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(9)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni minn membri tal-grupp.

(10)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), li japplika għall-Istati Membri.

(11)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard Mhux Komunikabbli (4) titħassar u li dan il-grupp jiġi sostitwit mill-grupp il-ġdid stabbilit f’din id-deċiżjoni attwali, sabiex jiġu żviluppati azzjonijiet u inizjattivi, tiġi promossa l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-saħħa pubblika fl-Unjoni, bħal dawk relatati mal-mard komunikabbli inkluż l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite kif ukoll l-isfidi relatati inkluż it-tilqim u r-reżistenza għall-antimikrobiċi u ma tkunx limitata għall-mard mhux komunikabbli biss.

(12)

Jixraq li jiġi ffissat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, li jenħtieġ li jkun ta’ 5 snin. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra fi żmien debitu l-ħtieġa għal estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni, wara evalwazzjoni tal-funzjonijiet u r-riżultati tal-Grupp ta’ esperti dwar is-saħħa pubblika.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Jitwaqqaf il-grupp ta’ esperti dwar is-saħħa pubblika (“il-grupp”).

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

(a)

li jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ inizjattivi u attivitajiet ta’ politika u leġiżlattivi li jindirizzaw l-isfidi ewlenin tas-saħħa pubblika, inkluż il-mard mhux komunikabbli kif ukoll il-mard komunikabbli.

(b)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar it-teħid ta’ kwalunkwe inizjattiva utli mmirata lejn l-istabbiliment ta’ linji gwida u indikaturi, l-organizzazzjoni ta’ skambju tal-aħjar prattiki promettenti u innovattivi, u riżultati ta’ riċerka li jistgħu jiġu implimentati fil-qasam tas-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa għat-trasferiment bejn l-Istati Membri.

(c)

li jipprovdi pariri dwar politiki jew azzjonijiet rilevanti fil-qasam tal-mard komunikabbli, fuq talba tal-Kummissjoni. F’dan ir-rigward il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jista’ jindika lill-Kummissjoni oqsma fejn il-parir tal-grupp ta’ esperti huwa meħtieġ biex jippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, biex jippromwovi l-iffissar tal-prijoritajiet u joħloq sinerġiji bejn l-oqsma ta’ politika rilevanti li għandhom impatt fuq is-saħħa pubblika; l-aġenziji rilevanti tal-UE jistgħu jintalbu wkoll jipprovdu pariri u informazzjoni fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-saħħa pubblika.

Artikolu 4

Sħubija

Il-membri tal-grupp għandhom ikunu magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li għandhom jinnominaw rappreżentanti permanenti fil-grupp jew sottogrupp ta’ esperti jew jaħtru rappreżentanti fuq bażi apposta, skont l-aġenda tal-laqgħa tal-grupp. Huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ għarfien espert rilevanti għall-kompiti tal-grupp, jiġifieri fis-saħħa pubblika.

Artikolu 5

President

Il-grupp għandu jiġi presedut minn rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (SANTE).

Artikolu 6

Funzjonament

1.   Il-grupp għandu jaġixxi fuq talba tad-DĠ SANTE, f’konformità mar-regoli orizzontali li jirregolaw il-ħolqien u l-funzjonament ta’ gruppi ta’ esperti u l-ħolqien ta’ reġistru pubbliku ta’ dawn il-gruppi (5).

2.   Fil-prinċipju, il-laqgħat tal-grupp għandhom isiru f’bini tal-Kummissjoni jew virtwalment, skont iċ-ċirkostanzi.

3.   Id-DĠ SANTE għandu jipprovdi s-servizzi segretarjali. Jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu uffiċjali tal-Kummissjoni minn dipartimenti oħrajn li jkollhom interess fil-proċedimenti.

4.   Bi qbil mad-DĠ SANTE, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, il-grupp jista’ jiddeċiedi li d-deliberazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.

5.   Il-minuti tad-diskussjoni ta’ kull punt fuq l-aġenda u tal-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jitħejjew mis-Segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-President.

6.   Sa fejn ikun possibbli, il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens. F’każ ta’ votazzjoni, l-eżitu tal-votazzjoni għandu jiġi deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra jew li jkunu astjenew għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti.

Artikolu 7

Sottogruppi

1.   Id-DĠ SANTE jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti mid-DĠ SANTE. Is-sottogruppi għandhom jiffunzjonaw f’konformità mar-regoli orizzontali u għandhom jirrapportaw lura lill-grupp. Dawn għandhom jiġu xolti malli jintlaħaq l-għan tal-mandat tagħhom.

2.   Is-sottogruppi dwar il-kanċer, il-mard mhux komunikabbli u ċ-ċentri tat-terapija tal-protoni li ġew stabbiliti taħt il-“Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard Mhux Komunikabbli” u li għadhom jiffunzjonaw fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, jenħtieġ li jkomplu bħala sottogruppi anke taħt il-“Grupp ta’ esperti dwar is-saħħa pubblika”.

Artikolu 8

Esperti mistiedna

Id-DĠ SANTE jista’ jistieden esperti minn DĠs u entitajiet oħra tal-UE kif ukoll esperti b’għarfien speċifiku dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogruppi fuq bażi apposta.

Artikolu 9

Osservaturi

1.   L-entitajiet pubbliċi għajr awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jingħataw status ta’ osservatur, f’konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni, bi stedina diretta.

2.   L-entitajiet pubbliċi maħtura bħala osservaturi għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti tagħhom fil-grupp jew sottogrupp ta’ esperti rilevanti.

3.   L-osservaturi u rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu awtorizzati mill-President biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu u biex jipprovdu għarfien espert. Madankollu, ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot u ma għandhomx jieħdu sehem fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet jew ta’ pariri tal-grupp.

Artikolu 10

Regoli ta’ proċedura

Fuq proposta mid-DĠ SANTE u bi qbil miegħu, il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, abbażi tar-regoli proċedurali standard għall-gruppi ta’ esperti, f’konformità mar-regoli orizzontali. Is-sottogruppi għandhom jiffunzjonaw f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tal-grupp.

Artikolu 11

Segretezza professjonali u trattament ta’ informazzjoni klassifikata

Il-Membri tal-grupp u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jiġu mistiedna huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali, li bis-saħħa tat-Trattati u r-regoli li jimplimentawhom japplikaw għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom. Huma marbuta wkoll bir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (6) u 2015/444 (7). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

Artikolu 12

Trasparenza

1.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħra simili (“ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti”).

2.   Id-data li ġejja dwar il-kompożizzjoni tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu għandha tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti:

(a)

l-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(b)

l-ismijiet ta’ entitajiet pubbliċi oħrajn;

(c)

l-isem tal-entità pubblika li lilha ngħata l-istatus ta’ osservatur

3.   Id-dokumenti rilevanti kollha, inklużi l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli permezz ta’ link mir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti għal sit web apposta fejn tinsab din l-informazzjoni. L-aċċess għal siti elettroniċi apposta ma għandux ikun sottomess għal reġistrazzjoni tal-utent jew għal restrizzjoni oħra. B’mod partikolari, l-aġenda u dokumenti oħra ta’ sfond rilevanti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti mill-pubblikazzjoni fil-ħin tal-minuti. L-eċċezzjonijiet (8) għall-pubblikazzjoni għandhom ikunu possibbli biss meta d-divulgazzjoni ta’ xi dokument iddgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Artikolu 13

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp u tass-sottogruppi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-baġit disponibbli allokat lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 14

Tħassir

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (10) li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni ta’ Mard Mhux Komunikabbli” u li tħassar id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mard rari u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer hija b’dan imħassra.

Artikolu 15

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal 5 snin mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà (COM(2016) 739 final, 22 ta’ Novembru 2016).

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2018 li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni “Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni ta’ Mard Mhux Komunikabbli” u li tħassar id-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-mard rari u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Kanċer (ĠU C 251, 18.7.2018, p. 9).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(8)  Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsuba biex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċedimenti tal-qorti u l-konsulenza ġuridika, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditi u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4492.


Il-Qorti tal-Awdituri

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/14


Rapport Speċjali 25/2022 “Verifikazzjoni tal-Introjtu Nazzjonali Gross għall-finanzjament tal-baġit tal-UE”

(2022/C 471/09)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Speċjali 25/2022 tagħha: “Verifikazzjoni tal-Introjtu Nazzjonali Gross għall-finanzjament tal-baġit tal-UE - ir-riskji fil-kumpilazzjoni tad-data jiġu koperti sew b’mod ġenerali, iżda hemm lok għal prijoritizzazzjoni akbar tal-azzjonijiet”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=62634


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV)

Każ kandidat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 471/10)

1.   

Fit-2 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EDF Deutschland GmbH (“EDF Deutschland”, il-Ġermanja), parti minn EDF Group (“EDF”, Franza),

HAzwei 3. Beteiligungsgesellschaft mbH (“HAzwei”, il-Ġermanja), parti minn E.ON Group (“E.ON”, il-Ġermanja),

Hypion Motion Neumünster GmbH & Co. KG, kumpanija maħluqa ġdida (“il-JV fil-Mira”, il-Ġermanja).

EDF Deutschland u HAzwei se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

HAzwei għandha interessi azzjonisti għall-kumpanija prinċipali tagħha HAzwei GmbH, b’din tal-aħħar tkun attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti li jikkonċernaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu. L-attivitajiet ta’ E.ON huma ġeneralment iffukati fuq żewġ oqsma ewlenin tan-negozju: (i) networks tal-enerġija u (ii) soluzzjonijiet għall-klijenti (inklużi l-provvista tal-elettriċità u tal-gass lill-konsumaturi,

EDF hija prinċipalment attiva fi Franza u barra minnha fis-swieq tal-elettriċità, u, b’mod partikolari, fil-produzzjoni tal-elettriċità u l-provvista bl-ingrossa, il-kummerċ, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista lill-konsumaturi. Sa ċertu punt, EDF Group huwa wkoll attiv fil-provvista bl-ingrossa tal-gass u fil-provvista tas-servizzi tal-enerġija.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV fil-Mira se jkunu x-xiri tal-idroġenu u l-bejgħ tiegħu permezz ta’ stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu li jinsab f’Neumünster, fit-Tramuntana tal-Ġermanja.

4.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart jum wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10937 - EDF DEUTSCHLAND / HAZWEI / HYPION MOTION NEUMÜNSTER JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/17


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 471/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Colinele Dobrogei”

PGI-RO-A0612-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 28.9.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Emenda taż-żona ġeografika tal-produzzjoni bl-inklużjoni ta’ lokalitajiet ġodda

Nitolbu li ż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP Colinele Dobrogei tiġi aġġornata bl-inklużjoni tal-komun ta’ Baia, li jikkonsisti mir-raħal ta’ Baia, fil-kontea ta’ Tulcea.

Baia tinsab fix-Xlokk tal-kontea ta’ Tulcea, u tmiss mal-komuni ta’ Stejaru fit-Tramuntana, Beidaud fil-Lbiċ, u Ceamurlia de Jos fil-Lvant u mal-kontea ta’ Constanța fin-Nofsinhar. Baia tinsab 57 km ’il bogħod minn Tulcea, is-sede tal-kontea, u 20 km minn Babadag, li hija parti miż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-IĠP.

Il-komun/ir-raħal ta’ Baia jgawdi kundizzjonijiet ekopedoklimatiċi simili għal dawk taż-żona tal-IĠP Colinele Dobrogei minħabba l-pożizzjoni tiegħu fiż-żona amministrattiva u l-viċinanza immedjata tiegħu ma’ bliet u rħula koperti mill-indikazzjoni ġeografika li minnha bħalissa huma prodotti l-inbejjed ta’ kwalità.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi f’Baia, bir-radjazzjoni solari u l-enerġija tad-dawl għas-sinteżi ta’ sustanzi organiċi, jirriżultaw f’konċentrazzjoni għolja ta’ zokkrijiet fl-għeneb u għalhekk fil-most. Dan iwassal għal inbejjed b’palat sħiħ u b’sensazzjoni żejtnija fil-palat iżda fl-istess ħin friski, ta’ kulur minn isfar lewn it-tiben għal isfar bi sfumaturi ħadranin, aromi ta’ fjuri (sebuqa, akaċja) u frott (frott eżotiku), b’aroma kumplessa u karatteristiċi organolettiċi simili għal dawk tal-inbejjed bla gass bl-indikazzjoni ġeografika Colinele Dobrogei.

Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku huma emendati.

2.   Iż-żieda tal-prattiki teknoloġiċi għall-produzzjoni ta’ ċerti tipi ta’ nbid

Ċerti rekwiżiti relatati ma’ prattiki teknoloġiċi (proċessi) li jwasslu għall-vinifikazzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar, ta’ nbejjed rożè bla gass minn għeneb abjad u ta’ nbejjed oranġjo bla gass minn għeneb abjad (proċess ta’ maċerazzjoni fuq il-qxur tal-most tal-għeneb abjad) żdiedu mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Xejriet ġodda fil-konsum u preferenza għal tipi ta’ nbid rożè li jużaw diversi prattiki teknoloġiċi qed iwasslu għal interess f’dawn it-tipi ta’ nbid bla gass.

Il-Kapitolu X tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku huma emendati.

3.   L-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda ta’ għeneb tal-inbid, bħala l-varjetajiet prinċipali tal-produzzjoni

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata b’varjetajiet ġodda ta’ għeneb tal-inbid li għandhom jitħallew fil-produzzjoni tal-inbejjed, jiġifieri Crâmpoșie selecționată, Busuioacă de Bohotin u Băbească gri.

Crâmpoșie selecționată – varjetà ta’ għeneb mir-Rumanija kkultivata fiż-żona ta’ Dobrogea.

Iż-żona tal-IĠP Colinele Dobrogei, adattata għal ħsad tardiv, tippermetti li varjetajiet ta’ għeneb b’qoxra ħoxna bħall-Crâmpoșie selecționata jsiru għalkollox sabiex jiġu prodotti nbejjed b’togħma ta’ frott u bbilanċjati, b’riħa friska, fwieħa friska u noti tat-togħma tal-frott (lanġas, tuffieħ aħdar) u kultant tal-fjuri, b’togħma li ddum fil-ħalq, ħjiel taċ-ċitru u mineralità. F’termini viżwali, il-kulur tal-inbid jista’ jkun isfar bi tleqqija kristallina u sfumaturi ħadranin diskreti.

L-għeneb tal-Busuioacă de Bohotin għandu tendenza li jakkumula kwantitajiet kbar ta’ zokkrijiet li jiffavorixxu ż-żieda kwalitattiva tal-kontenut ta’ aroma speċifiku għall-varjetà Busuioacă. L-iżvilupp tal-inbid iwassal għal rożè qawwi, bi sfumaturi tal-ward, aromi tal-frawli, frawli tal-foresti, u togħma ta’ frott qawwija b’aċidità medja.

Băbească gri – varjetà ta’ għeneb mir-Rumanija li, meta ssir inbid, hija kkaratterizzata minn noti ta’ fjuri u frott friski, tuffieħ aħdar, ħjiel żgħir ta’ għasel tal-akaċja u xehda. L-inbid jista’ jkollu ħjiel ta’ abjad jagħti fl-isfar, isfar ħadrani jew rożè wara maċerazzjoni qasira tal-għeneb.

Il-Kapitolu IV tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 u 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Colinele Dobrogei

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod u rożé

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed bojod u rożé

Kulur: isfar jagħti fl-aħdar, kultant kważi dehbi, isfar lewn it-tiben, roża ċar/medju lewn is-salamun. Riħa u togħma: aroma ta’ ħuxlief li jkun għadu kif inqata’, fjuri tal-akaċja, fwieħet l-inbid bi ħjiel ta’ lewż ħelu; akkumulazzjoni tajba ta’ zokkrijiet tagħti lill-inbejjed palat qawwi u mimli, b’noti ta’ ħawħ, berquq u mango; togħma bbilanċjata mingħajr ma jispikka l-palat qawwi; l-inbejjed għandhom riħa b’noti ta’ fjuri tal-mergħat, għasel, toast, ward, bi ħjiel żgħir ta’ ċitru tipiku fil-varjetajiet aromatiċi u noti dejjiema ta’ xehda fl-inbejjed imqaddmin (b’varjetajiet aromatiċi).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,00

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

2.   Inbejjed ħomor

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed ħomor

Kulur: Aħmar lewn ir-rubin, aħmar lewn il-granata, aħmar jagħti fil-vjola, aħmar skur. Riħa u togħma: l-akkumulazzjoni ta’ intensità tal-kulur tagħti aromi friski ta’ frott tal-foresta, ħjiel ta’ pruna, sensazzjoni bellusija fil-ħalq u żejtnija, aromi ta’ lampun, ribes aħmar, cranberry, ċirasa qarsa, imsiemer tal-qronfol, tut tal-għollieq u tut iżraq friski; l-inbejjed għandhom struttura u karattru tanniċi, bi fwieħet l-inbid żviluppata ta’ tut iżraq u msiemer tal-qronfol, b’noti ta’ bżar/taħwir, vanilla bi tqaddim għal żmien qasir, ċirasa sewda, u aċidità ottima; huma adattati għat-tqaddim fi btieti tal-ballut.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,00

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.    Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Produzzjoni barra miż-żona demarkata

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei jistgħu jiġu prodotti wkoll fiż-żona qrib iż-żona demarkata, fl-istess unità amministrattiva, f’unità amministrattiva li tmiss magħha jew f’żoni li jmissu magħha li għandhom indikazzjonijiet ġeografiċi. L-Uffiċċju Nazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid (ONVPV) għandu jiġi nnotifikat 48 siegħa qabel isir użu minn din id-deroga.

2.

Prattika tal-produzzjoni

Prattika enoloġika speċifika

It-taħlit huwa permess. Dan irid isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed rożè jistgħu jsiru wkoll mill-varjetajiet tal-għeneb użati għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, bl-użu tat-teknika tal-maċerazzjoni qasira u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet użati biex isiru l-inbejjed ħomor.

4.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Prattika enoloġika speċifika

Produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn varjetajiet ħomor

Ħafna produtturi beħsiebhom jintroduċu teknoloġiji biex jisfruttaw il-potenzjal aromatiku ta’ varjetajiet bħall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar, tip imsejjaħ “blanc de noirs”. Dan il-metodu ta’ produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar jisfrutta l-potenzjal tal-varjetajiet, u jirriżulta fi nbejjed ħfief u robusti kkaratterizzati minn togħma veġetali ħafifa, iddominata minn aromi sottili ta’ tut, lajm, grapefruit u għanbaqar isfar. L-aċidità żżid il-freskezza tal-inbid.

L-inbid rożè bla gass minn għeneb abjad – l-għeneb tal-varjetajiet Pinot Gris, Băbească Gri jew Traminer Roz għandu qxur bi sfumaturi vjola, griż jagħti fil-vjola u blu jagħti fil-griż għal Pinot Gris u Băbească Gri, u roża jagħti f’lewn il-perla u roża jagħti fil-griż għal Traminer Roz. Dawn irendu nbejjed bla gass ta’ kulur abjad jagħti fl-isfar, minn isfar lewn it-tiben għal roża. Skont l-għażla tal-produttur tal-inbid, jistgħu jiġu prodotti kemm inbejjed bojod bla gass kif ukoll inbejjed rożè, b’dawn tal-aħħar jinkisbu bil-maċerazzjoni.

Inbid oranġjo bla gass minn għeneb abjad

It-teknoloġija biex jiġi prodott dan l-inbid tinvolvi proċess ta’ maċerazzjoni fuq il-qoxra tal-most tal-għeneb abjad, bil-perjodu ta’ maċerazzjoni jiddependi fuq kemm hu skur il-kulur li l-vinifikatur jixtieq li jkollu l-inbid finali. Kulur: isfar jagħti fl-ambra/ambra, bi struttura kumplessa u fwieħa aromatika ta’ fjuri tal-lajm, għasel, qoxra tal-larinġ u frott imqadded. Togħma: għanja, robusta b’komponent aċiduż qawwi ħafna aċċentwat minn mineralità qawwija.

5.2.    Rendimenti massimi

1.

L-għeneb Petit Verdot, Sangiovese

14 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

L-għeneb Viognier

14 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

L-għeneb Negru de Drăgășani, Crâmpoșie selecționată, Băbească gri

15 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

L-għeneb Cabernet Sauvignon, Malbec, Mourvèdre

15 400 kilogramma għeneb għal kull ettaru

5.

L-għeneb Busuioacă de Bohotin

16 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.

L-għeneb Chardonnay, Pinot Gris

16 300 kilogramma għeneb għal kull ettaru

7.

L-għeneb Semillon

16 600 kilogramma għeneb għal kull ettaru

8.

L-għeneb Muscat Ottonel, Pinot Noir, Syrah, Burgund mare, Băbească Neagră

17 100 kilogramma għeneb għal kull ettaru

9.

L-għeneb Sauvignon, Riesling italian, Riesling de Rhin, Merlot, Fetească Neagră, Fetească Regală, Fetească Albă, Tămâioasă Românească

18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

10.

L-għeneb Traminer aromat, Traminer roz, Crâmpoșie, Columna, Aligoté, Iordană, Aromat de Iași, Rkațiteli

18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

11.

L-għeneb Saint Emilion, Novac, Mamaia, Cristina, Alicante Bouschet

18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

12.

Petit Verdot, Sangiovese

105 ettolitri għal kull ettaru

13.

Viognier

109 ettolitri għal kull ettaru

14.

Negru de Drăgășani, Crâmpoșie selecționată, Băbească gri

112-il ettolitru għal kull ettaru

15.

Cabernet Sauvignon, Malbec, Mourvèdre

115-il ettolitru għal kull ettaru

16.

Busuioaca de Bohotin

120 ettolitru għal kull ettaru

17.

Chardonnay, Pinot Gris

122 ettolitru għal kull ettaru

18.

Semillon

124 ettolitru għal kull ettaru

19.

Muscat Ottonel, Pinot Noir, Syrah, Burgund mare, Băbească Neagră

128 ettolitru għal kull ettaru

20.

Sauvignon, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Merlot, Fetească Neagră, Fetească Regală, Fetească Albă, Tămâioasă Românească

135 ettolitru għal kull ettaru

21.

Traminer roz, Traminer aromat, Crâmpoşie, Columna, Aligoté, Iordană, Aromat de Iaşi, Rkaţiteli

135 ettolitru għal kull ettaru

22.

Saint Emilion, Novac, Mamaia, Cristina, Alicante Bouschet

135 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-kontea ta’ Constanța

Il-belt ta’ Murfatlar – Murfatlar, Siminoc;

Il-komun ta’ Valu lui Traian – ir-raħal ta’ Valu lui Traian;

Il-komun ta’ Poarta Albă – l-irħula ta’ Poarta Albă u Nazarcea;

Il-belt ta’ Ovidiu – il-komun ta’ Ovidiu, ir-raħal ta’ Poiana;

Il-komun ta’ Ciocârlia – ir-raħal ta’ Ciocârlia;

Il-belt ta’ Medgidia – Medgidia, Remus Opreanu, Valea Dacilor;

Il-komun ta’ Castelu – l-irħula ta’ Castelu, Cuza Vodă, Nisipari;

Il-komun ta’ Siliştea – ir-raħal ta’ Siliştea;

Il-komun ta’ Tortoman – ir-raħal ta’ Tortoman;

Il-komun ta’ Peştera – l-irħula ta’ Peştera, Ivrinezu Mic;

Il-komun ta’ Mircea Voda – l-irħula ta’ Mircea Voda, Satu Nou, Ţibrinu, Saligny, Stefan cel Mare, Gherghina;

Il-komun ta’ Adamclisi – l-irħula ta’ Adamclisi, Abrud, Haţeg, Urluia, Zorile;

Ir-raħal ta’ Cernavodă – il-komun ta’ Cernavodă;

Il-komun ta’ Seimeni – ir-raħal ta’ Seimeni, Seimenii Mici;

Il-komun ta’ Rasova – l-irħula ta’ Rasova, Cochirleni;

Il-komun ta’ Mihai Viteazu – l-irħula ta’ Mihai Viteazu, Sinoie;

Il-komun ta’ Istria – l-irħula ta’ Istria, Nuntaşi;

Il-komun ta’ Cogealac – l-irħula ta’ Cogealac, Tariverde, Fântânele;

Il-belt ta’ Mangalia;

Il-belt ta’ Hârşova;

Il-komun ta’ Chirnogeni – ir-raħal ta’ Chirnogeni;

Il-komun tat-23 ta’ Awwissu – ir-raħal tat-23 ta’ Awwissu;

Il-komun ta’ Horia – l-irħula ta’ Horia, Tichileşti;

Il-komun ta’ Crucea – ir-raħal ta’ Crucea;

Il-komun ta’ Topalu – ir-raħal ta’ Topalu;

Il-komun ta’ Ciobanu – ir-raħal ta’ Ciobanu;

Il-komun ta’ Gârliciu – ir-raħal ta’ Gârliciu;

Il-komun ta’ Saraiu – ir-raħal ta’ Saraiu;

Il-komun ta’ Cobadin – ir-raħal ta’ Viişoara;

Il-kontea ta’ Tulcea

Il-belt ta’ Babadag;

Il-komun ta’ Sarichioi – l-irħula ta’ Enisala, Visterna, Zebil, Sabangia;

Il-komun ta’ Valea Nucarilor – l-irħula ta’ Valea Nucarilor, Agighiol, Iazurile;

Il-belt ta’ Tulcea;

Il-komun ta’ Ostrov – l-irħula ta’ Ostrov, Piatra;

Il-komun ta’ Somova – l-irħula ta’ Somova, Mineri, Parcheş;

Il-komun ta’ Niculițel – ir-raħal ta’ Niculițel;

Il-komun ta’ Izvoarele – l-irħula ta’ Izvoarele, Alba;

Il-komun ta’ Valea Teilor – ir-raħal ta’ Valea Teilor;

Il-komun ta’ Frecăţei – l-irħula ta’ Teliţa, Poşta;

Il-belt ta’ Isacea;

Il-komun ta’ Luncaviţa – ir-raħal ta’ Luncaviţa;

Il-komun ta’ Văcăreni – ir-raħal ta’ Văcăreni;

Il-komun ta’ Jijila – ir-raħal ta’ Jijila;

Il-belt ta’ Măcin;

Il-komun ta’ Greci – ir-raħal ta’ Greci;

Il-komun ta’ Cerna – ir-raħal ta’ Cerna;

Il-komun ta’ Carcaliu – ir-raħal ta’ Carcaliu;

Il-komun ta’ Baia – ir-raħal ta’ Baia.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Alicante Bouschet N - Alicante Henri Bouschet

Aligoté B - Plant de trois, Plant gris, Vert blanc, Troyen blanc

Aromat de Iași B

Burgund Mare N - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger

Busuioacă de Bohotin Rs - Schwarzer Muscat, Muscat fioletovâi, Muscat violet cyperus, Tămâioasă violetă

Babeasca gri G

Băbească neagră N - Grossmuttertraube, Hexentraube, Crăcana, Rară neagră, Căldărușă, Serecsia

Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Burdeos tinto

Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Columna B

Cristina N

Crâmpoșie B

Crâmpoşie selecţionată B

Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka

Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal

Iordană B - Iordovană, Iordan

Malbec N - Cotes rouges, Pied de Perdrix, Plant d’Arles

Mamaia N

Merlot N - Bigney rouge

Mourvedre N

Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc

Negru de Drăgășani N

Novac N

Petit Verdot N

Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer

Pinot noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir

Riesling de Rhin B - Weisser Riesling, White Riesling

Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Rkatiteli B - Dedali Rkatiteli, Korolioc Rkatiteli

Saint Emilion B - Trebbiano Toscano, Ugni blanc

Sangiovese N - Brunello di Montalcino, Morellino

Sauvignon B - Sauvignon verde

Syrah N - Shiraz, Petit Syrah

Semillon B - Semillon blanc

Traminer Rose Rs - Rosetraminer, Savagnin Rose, Gewürztraminer

Traminer aromat alb B

Tămâioasă românească B - Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka

Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.    Dettalji taż-żona ġeografika

Iż-żona hija t-territorju ta’ Dobrogea fix-Xlokk tar-Rumanija, demarkat mill-partijiet t’isfel tad-Danubju (fil-Punent u t-Tramuntana), il-Baħar l-Iswed (fil-Lvant) u l-fruntiera Bulgara (fin-Nofsinhar). Hija kkaratterizzata minn predominanza ta’ riżalti tat-tip qortin b’sottostrat tal-loess, u kundizzjonijiet ekoloġiċi, tal-ħamrija u klimatiċi kklassifikati fil-kategoriji ta’ steppa u foresta-steppa. Kull wieħed minn dawn il-komponenti jgħin joħloq ambjent ekoloġiku li huwa tajjeb għat-tkabbir tad-dwieli.

Il-biċċa l-kbira tad-dwieli jinsabu fuq sottostrat ġeoloġiku tal-loess (ħxuna ta’ 3-40 m), li parzjalment jgħatti blat iebes u antik (pre-Paleożojku, Paleożojku, Mesożojku u Terzjarju), awtoktonu jew spustat.

It-Tramuntana ta’ Dobrogea hija prinċipalment muntanjuża (artijiet elevati b’depressjonijiet bil-kenn, li jvarjaw bejn 100 m u 467 m ’l fuq mil-livell tal-baħar), filwaqt li n-Nofsinhar ta’ Dobrogea huwa kkaratterizzat minn pajsaġġ ta’ qortin strutturali ċatt (inqas minn 200-300 m). Dawn iż-żewġ pajsaġġi huma sseparati mill-qortin iffurmat mill-erożjoni li ħafna minnu huwa għoljiet tad-Dobrogea ċentrali (250-350 m).

Dan huwa r-reġjun tar-Rumanija fejn ix-xita u l-ilma tal-pjan huma l-aktar skarsi: id-disponibbiltà hija irregolari, u l-ilma spiss ikun aktar mineralizzat. Jintużaw is-sekwestru, il-ħsad u l-irrigazzjoni biex din is-sitwazzjoni tiġi mmitigata.

Il-klima tipikament kontinentali hija parzjalment moderata mill-prossimità tal-Baħar l-Iswed u l-Imraġ u d-Delta tad-Danubju. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 11 °C b’medda tat-temperatura ta’ aktar minn 25 °C bejn il-valuri medji għal Jannar u Lulju, u aktar minn 75 °C f’termini ta’ estremi assoluti fuq diversi snin. L-ammont medju annwali ta’ xita spiss ikun inqas minn 400 mm. Il-benefiċċji taż-żona huma kundizzjonijiet termali tajbin: hija waħda mir-reġjuni l-aktar sħan tar-Rumanija (b’radjazzjoni solari ta’ aktar minn 120-125 kalorija għal kull ċentimetru kwadru, tul ta’ ħin ta’ xemx ta’ aktar minn 2 200 siegħa u temperaturi pożittivi medji ta’ kuljum li jammontaw għal 4 000-4 200 °C tul is-sena), li tiżgura li l-għeneb jista’ jsir u saħansitra anke jsir iżżejjed.

Il-ħamrija żonali hija bil-wisq il-kategorija ta’ ħamrija dominanti fiż-żoni vinikoli: mollisoli tal-isteppa (kastanozems u chernozems) u mollisoli tal-foresta-steppa (chernozems tal-kalċju u, aktar rari, chernozems taflin illuvjali, rendzina u greyzems), il-biċċa l-kbira tagħhom iffurmati fuq sottostrat tal-loess.

8.2.    Dettalji tal-prodotti

L-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei jistgħu jkunu bojod, ħomor jew rożè.

L-inbejjed bojod u rożè għandhom dehra limpida, u lewn minn isfar jagħti fl-aħdar sa isfar dehbi, jew roża ċar jew medju lewn is-salamun, b’togħma bellusija.

F’termini ta’ riħa u togħma, il-maġġoranza tan-noti huma ta’ fjuri. L-inbejjed għandhom akkumulazzjoni tajba ta’ zokkrijiet u huma bbilanċjati, b’noti ta’ għasel, ward, frott taċ-ċitru f’varjetajiet aromatiċi u kultant ta’ xehda f’inbejjed imqaddmin magħmulin bl-użu ta’ varjetajiet aromatiċi.

L-inbejjed ħomor għandhom sensazzjoni bellusija fil-ħalq u huma ta’ lewn aħmar lewn ir-rubin, aħmar lewn il-granata, aħmar jagħti fil-vjola skur jew aħmar skur.

Ir-riħa u t-togħma għandhom aromi friski ta’ frott tal-foresti misjur sew, bi ħjiel ta’ pruna, sensazzjoni bellusija fil-ħalq u żejtnija, flimkien ma’ aromi ta’ lampun, ribes aħmar, cranberry, tut tal-għollieq u tut iżraq friski. L-inbejjed għandhom struttura u karattru tanniċi, bi fwieħet l-inbid ta’ tut iżraq u msiemer tal-qronfol, u kultant b’noti mmarkati ta’ bżar, filwaqt li t-tqaddim għal żmien qasir jagħti aromi ta’ vanilla. Huma xierqa għat-tqaddim fi btieti tal-ballut.

8.3.    Interazzjoni kawżali

L-ispeċifiċità tal-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei hija mogħtija mill-most li jintuża biex isiru. Dan jorbot lura għall-varjetajiet tal-għeneb, li jgawdu radjazzjoni solari għolja – il-kundizzjonijiet termali huma fost l-aktar sħan fir-Rumanija – u ammont baxx ta’ xita. Dawn il-fatturi jgħinu lill-għeneb isir sew, u jirriżultaw f’mostijiet b’ammont kbir ta’ zokkrijiet. L-influwenza tal-baħar tista’ tinħass fiż-żona. Hija partikolarment ta’ benefiċċju fil-ħarifa, peress li taġixxi bħala regolatur tat-temperatura. Id-Danubju hija preżenza influwenti f’Cernavodă, b’mod partikolari fil-vinji l-eqreb tagħha. Il-ħamrija, rikka fil-karbonat tal-kalċju, hija fattur importanti għall-kwalità tal-inbid. Il-kwalità tal-inbejjed hija mmarkata mill-influwenza benefika tal-lagi Razim u Sinoe fil-qrib u ħamrija tajba għall-vitikultura, flimkien mal-fatt li l-inbejjed huma bbilanċjati fl-alkoħol u fl-aċidità u għandhom karatteristiċi organolettiċi espressi tajjeb (noti ta' fjuri/frott tal-foresta, taħwir).

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Rekwiżiti applikabbli għall-prodott finali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati kif xieraq, l-inbejjed jistgħu jiġu kkundizzjonati u bbottiljati barra miż-żona li fiha tkabbar l-għeneb.

Dawn il-proċessi jistgħu jsiru fl-istess unità amministrattiva, f’unità amministrattiva li tmiss magħha jew f’żoni li jmissu magħha li għandhom indikazzjonijiet ġeografiċi.

F’dan il-każ, il-produttur jew il-bottiljatur u l-post tal-ibbottiljar iridu jiġu identifikati fuq it-tikketta, kif xieraq.

Dwar is-suġġett tal-ibbottiljar, u b’reazzjoni għad-domandi kummerċjali mis-swieq tal-UE u tal-esportazzjoni, huwa permess il-bejgħ bl-ingrossa tal-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei.

L-awtoritajiet iridu jiġu nnotifikati bil-konsenji bl-ingrossa permezz tas-sevizz ta’ spezzjoni lokali. Il-konsenji bl-ingrossa jrid ikollhom magħhom id-dokumentazzjoni applikabbli kif ukoll iċ-ċertifikat li jagħti prova tal-intitolament tagħhom li jużaw l-indikazzjoni protetta u jikkummerċjalizzaw l-inbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_de_sarcini_ig_colinele_dobrogei_modif_cf_cerere_3_2021_modif_anterioare_cerere_989_18.05.2022_no_track_changes_0.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Rettifika

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/26


Rettifika għan-Notifika ta’ bidu dwar rieżami tal-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 459 tat-2 ta’ Diċembru 2022 )

(2022/C 471/12)

F’paġna 6, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2:

għal:

“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225, 25.6.2021, p. 1).”,

aqra:

“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225 I, 25.6.2021, p. 1).”