ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 459

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
2 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 459/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10543 — BISCUIT HOLDING / CONTINENTAL BAKERIES HOLDING) ( 1 )

1

2022/C 459/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10947 — ATLAS ARTERIA / OTPP / SKYWAY CONCESSION COMPANY) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 459/03

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: — 2,00 % fl-1 ta' Diċembru 2022 — Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 459/04

Opinjoni 07/2022 (skont l-Artikolu 322(1)(a), TFUE) dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ta’ teħid b’self ġenerali [2022/0370 (COD)]

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 459/05

Avviż skont l-artikolu 29(2) tar-regolamenti tal-persunal — Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Direttur għall-Affarijiet Ġenerali (AD 14) fid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO) (Brussell) — COM/2022/10421

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 459/06

Notifika ta’ bidu dwar rieżami tal-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 459/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

11

2022/C 459/08

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA — Indikazzjonijiet ġeografiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10543 — BISCUIT HOLDING / CONTINENTAL BAKERIES HOLDING)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 459/01)

Fil-11 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10543. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10947 — ATLAS ARTERIA / OTPP / SKYWAY CONCESSION COMPANY)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 459/02)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10947. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/3


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

2,00 % fl-1 ta' Diċembru 2022

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta' Diċembru 2022

(2022/C 459/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0454

JPY

Yen Ġappuniż

142,48

DKK

Krona Daniża

7,4373

GBP

Lira Sterlina

0,85715

SEK

Krona Żvediża

10,8984

CHF

Frank Żvizzeru

0,9868

ISK

Krona Iżlandiża

148,70

NOK

Krona Norveġiża

10,2495

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,361

HUF

Forint Ungeriż

413,50

PLN

Zloty Pollakk

4,6998

RON

Leu Rumen

4,9303

TRY

Lira Turka

19,4778

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5377

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4059

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,1371

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6446

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4195

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 363,81

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,5393

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3965

HRK

Kuna Kroata

7,5500

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 160,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,6050

PHP

Peso Filippin

58,793

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,526

BRL

Real Brażiljan

5,4508

MXN

Peso Messikan

20,1472

INR

Rupi Indjan

84,9330


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/4


Opinjoni 07/2022

(skont l-Artikolu 322(1)(a), TFUE)

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ta’ teħid b’self ġenerali [2022/0370 (COD)]

(2022/C 459/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat l-opinjoni 07/2022 tagħha (skont l-Artikolu 322(1), TFUE) dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ta’ teħid b’self ġenerali [2022/0370 (COD)].

L-Opinjoni tista’ tiġi kkonsultata direttament jew imniżżla mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=62737


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/5


AVVIŻ SKONT L-ARTIKOLU 29(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL

Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Direttur għall-Affarijiet Ġenerali (AD 14) fid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO) (Brussell)

COM/2022/10421

(2022/C 459/05)

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat avviż ta’ post vakanti (referenza COM/2022/10421) għall-kariga ta’ Direttur għall-Affarijiet Ġenerali (AD 14) fid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO).

Biex tikkonsulta t-test tal-avviż ta’ post vakanti f’24 lingwa u biex tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok żur din il-paġna web speċifika fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://europa.eu/!B8fV6v


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/6


Notifika ta’ bidu dwar rieżami tal-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

(2022/C 459/06)

Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet miżura definittiva ta’ salvagwardja fuq ċerti prodotti tal-azzar (ir-“Regolament ta’ Salvagwardja Definittiva”) (1). Permezz tar-Regolament (UE) 2021/1029, il-Kummissjoni estendiet il-miżura ta’ salvagwardja tal-azzar sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“ir-Regolament ta’ Estensjoni”) (2). Il-prodott taħt rieżami huwa ċerti prodotti tal-azzar. Il-prodott taħt rieżami huwa magħmul minn 26 kategorija ta’ prodotti inklużi fl-Anness ta’ din in-Notifika.

1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami

Il-premessa (85) tar-Regolament ta’ Estensjoni stabbiliet li l-Kummissjoni se twettaq rieżami biex tiddetermina jekk il-miżura ta’ salvagwardja jenħtieġx li tiġi tterminata sat-30 ta’ Ġunju 2023, li hija sena qabel it-tul ta’ żmien attwali. F’konformità mal-impenn tagħha skont ir-Regolament ta’ Estensjoni, l-investigazzjoni ta’ rieżami se tiffoka fuq il-ġbir u l-analiżi ta’ kwalunkwe evidenza u data rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk ikunx iġġustifikat li l-miżura tintemm sat-30 ta’ Ġunju 2023. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li tiġbor ċerta informazzjoni speċifika permezz ta’ kwestjonarji (ara t-Taqsima 2 hawn taħt).

Barra minn hekk, meta tqis li l-Kummissjoni użat data li tappartjeni għas-sena 2021 fl-aħħar rieżami, sabiex taġġorna l-lista ta’ pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp soġġetti għall-miżura, il-Kummissjoni tista’ wkoll tuża dan ir-rieżami biex taġġorna din il-lista fid-dawl tad-data għall-2022.

2.   Proċedura

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami tal-miżura eżistenti ta’ salvagwardja tal-azzar applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar, limitata għall-kamp ta’ applikazzjoni speċifikat fil-punt 1.

2.1.   Kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni

Il-produtturi tal-Unjoni huma mitluba jimlew u jippreżentaw il-kwestjonarji, permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-Unjoni rispettivi tagħhom fejn xieraq, sat-13 ta’ Jannar 2023.

Mudell tal-kwestjonarju rilevanti huwa disponibbli fuq: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2645

2.2.   Kwestjonarju għall-utenti tal-Unjoni

L-utenti tal-Unjoni huma mitluba jimlew u jippreżentaw il-kwestjonarji, permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-Unjoni rispettivi tagħhom fejn xieraq, sat-13 ta’ Jannar 2023.

Mudell tal-kwestjonarju rilevanti huwa disponibbli fuq: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2645

2.3.   Preżentazzjonijiet bil-miktub

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni, il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2023.

2.4.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà għal kummenti dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw biss il-kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem minn meta l-preżentazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.3. isiru disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tista’ wkoll toħroġ struzzjonijiet speċifiċi dwar l-istruttura tal-konfutazzjonijiet fi stadju aktar tard fil-proċediment. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tinforma lill-partijiet interessati b’dan permezz ta’ Nota fil-fajl fit-Tron.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet f’dik il-paġna biex tikseb aċċess.

Il-perjodu ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mill-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

Minħabba l-ħtieġa li r-rieżami jitlesta f’perjodu ta’ żmien qasir – ara t-Taqsima 6 aktar ’l isfel – u l-fatt li l-partijiet interessati se jingħataw il-possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra, li se jiżgura opportunitajiet suffiċjenti biex jiddefendu l-interessi tagħhom, il-Kummissjoni mhijiex se torganizza seduti ta’ smigħ għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li jeżiġu dan.

2.5.   Preżentazzjoni ta’ informazzjoni u estensjoni għal limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika. Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament iġġustifikata. L-estensjonijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati tal-iskadenza għall-preżentazzjoni normalment ikunu limitati għal tlett ijiem addizzjonali.

Il-partijiet interessati huma mitluba biex ma jipprovdux informazzjoni ulterjuri barra mill-perjodi stabbiliti f’din in-Notifika jew fi kwalunkwe komunikazzjoni oħra mibgħuta mill-Kummissjoni. Sabiex tiġi konkluża kif xieraq l-investigazzjoni fil-ħin, kwalunkwe preżentazzjoni, konfutazzjoni jew dokument ieħor bil-miktub li ma jirrispettax l-iskadenzi speċifikati mill-Kummissjoni jista’ jiġi injorat.

2.6.   Struzzjonijiet biex isiru preżentazzjonijiet bil-miktub u korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini ta’ proċediment tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati “Limited” (Ristretti) (3). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” (Ristretta) huma meħtieġa jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-UE 2015/478 (4) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-UE 2015/755 (5), li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawk is-sommarji jenħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali u jridu jaslu għand il-Kummissjoni fl-istess ħin tal-verżjoni “Limited” (Ristretta).

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni tajba għat-talba għat-trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni.

Il-partijiet interessati huma mħeġġa ħafna biex jagħmlu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet bil-miktub kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI), inklużi prokuri skenjati fejn xieraq.

Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (Korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet ta’ difiża tal-kummerċ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf.

Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux espliċitament li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inkluż il-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi, il-partijiet interessati jenħtieġ li jikkonsultaw l-istruzzjonijiet tal-komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat G, l-Unità G5

Uffiċċju: CHAR 03/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi

Indirizz elettroniku: TRADE-SAFE009-REVIEW@ec.europa.eu

2.7.   Estensjoni awtomatika tal-istatus tal-partijiet interessati

Bħal fl-investigazzjonijiet ta’ rieżami preċedenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi awtomatikament l-istatus tal-partijiet interessati għal dawk il-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom u li ġew irreġistrati kif dovut f’xi punt matul il-proċediment li nbeda fit-23 ta’ Marzu 2018. Għalhekk, dawn il-partijiet ma għandhomx għalfejn jagħmlu talba addizzjonali, peress li l-aċċess tagħhom għal TRON se jingħata awtomatikament.

Min-naħa l-oħra, kwalunkwe parti li qabel ma kinitx irreġistrata f’TRON bħala parti interessata fil-proċediment ta’ salvagwardja, u li tixtieq tieħu sehem f’din l-investigazzjoni, hija mistiedna tirreġistra bħala parti interessata skont l-istruzzjonijiet fit-Taqsima 2.6 hawn fuq.

Il-Kummissjoni tfakkar li kumpanija, assoċjazzjoni tal-industrija, gvern ta’ pajjiż terz, eċċ li għadhom mhumiex parti mid-direttorju tal-każ, u għalhekk mhumiex parti interessata fil-każ, se jakkwistaw id-drittijiet proċedurali assoċjati ma’ din l-investigazzjoni ta’ rieżami biss mill-mument li jkunu rreġistraw kif dovut bħala parti interessata f’konformità mal-istruzzjonijiet tat-Taqsima 2.6 hawn fuq.

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li dawk il-partijiet interessati rrappreżentati minn ditti legali jew rappreżentanti esterni oħra, se jkollhom jipprovdu prokura aġġornata għal din l-investigazzjoni.

3.   Skeda tar-rieżami

Il-Kummissjoni se tikkonkludi l-investigazzjoni ta’ rieżami sat-30 ta’ Ġunju 2023.

4.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa li tkun setgħet intalbet mill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, jistgħu jiġu stabbiliti konstatazzjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755. Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jkunu jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

5.   Uffiċjal tas-Seduta

L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-difiża tal-partijiet interessati u terzi persuni, li jistgħu jinqalgħu matul il-proċediment.

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta. Fil-prinċipju, dawn l-interventi għandhom ikunu limitati għall-kwistjonijiet li jinqalgħu matul il-proċediment ta’ rieżami attwali.

Jenħtieġ li t-talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Il-partijiet interessati huma mistiedna jsegwu l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 2.3 sat-Taqsima 2.5 ta’ din in-Notifika għal talbiet ta’ intervent lill-Uffiċjal tas-Seduta. Meta talbiet bħal dawn jiġu ppreżentati barra l-perjodi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi tal-amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

6.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225, 25.6.2021, p. 1).

(3)  Dokument “Limited” (Ristrett) huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755 u l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(5)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, ĠU L295, 21.11.2018, p.39.


ANNESS

Numru tal-kategorija tal-prodott

Kategorija tal-prodott

1

Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bis-Sħana

2

Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa

3.A

Folji Elettriċi (għajr GOES)

3.B

4.A

Folji Miksija Metalliċi

4.B

5

Folji Miksija Organiċi

6

Prodotti Stanjati

7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

8

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

9

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa

10

Pjanċi Kwarto tal-Azzar Inossidabbli Llaminata bis-Sħana

12

Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

13

Vireg tar-rinforz

14

Żbarri Stainless u Forom Ħfief

15

Virga tal-Wajer Stainless

16

Virga tal-Wajer Mhux Illigat u Oħrajn Illigat

17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

18

Gzuz ta’ Pjanċi

19

Materjali tal-Ferrovija

20

Pajpijiet tal-gass

21

Pajpijiet vojta minn ġewwa

22

Tubi u Pajpijiet Stainless Seamless

24

Tubi Seamless Oħra

25.A

Tubi kbar iwweldjati

25.B

26

Pajpijiet iwweldjati oħra

27

Żbarri Mhux Illigati u Oħrajn Illigati b’finatura bil-kesħa

28

Wajer Mhux Illigat


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 459/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Bovški sir”

EU N° PDO-SI-0423-AM01— 2.9.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Društvo rejcev drobnice Bovške (Assoċjazzjoni tan-nissiela tan-nagħaġ u tal-mogħoż ta’ Bovec)

L-applikant huwa l-istess grupp li ppreżenta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Bovški sir”, u għalhekk għandu interess leġittimu.

Indirizz: Trenta 34

SI - 5232 Soča

Pajjiż: Is-Slovenja.

Telefown: +386 31409012

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

5.   Emendi

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

1.   Emenda

L-emendi kollha msemmija f’din it-taqsima huma relatati mal-emendi fil-punt 1.2.1 (Preżentazzjoni tal-prodott) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Is-sentenza “Il-ħalib tan-nagħaġ irid jiġi prodott minn nagħaġ tar-razza ta’ nagħaġ nattiva ta’ Bovec” hija sostitwita bis-sentenza “Mill-inqas 80 % tal-ħalib tan-nagħaġ irid jiġi prodott minn nagħaġ tar-razza ta’ nagħaġ nattiva ta’ Bovec u mir-razez inkroċjati tagħha (bħar-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec), filwaqt li l-bqija tal-ħalib jista’ jiġi prodott minn razez oħra ta’ nagħaġ.”

Ir-raġuni għal din l-emenda hija li l-aggregazzjoni ġenetika tan-nagħaġ ta’ Bovec gradwalment qed tonqos, peress li n-nagħaġ ta’ Bovec ġew kważi kollha estinti wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u dan illimita konsiderevolment il-potenzjal ġenetiku tagħhom. Għal din ir-raġuni, in-nissiela xi drabi użaw imtaten ta’ razez oħra, prinċipalment tan-nagħaġ Freżjan. Ir-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec hija r-riżultat tat-tnissil tan-nagħġa nattiva ta’ Bovec man-nagħġa Freżjana tal-Lvant, li hija eċċezzjonalment fertili u tipproduċi produzzjoni għolja ħafna ta’ ħalib. Ir-razza tan-nagħaġ nattivi ta’ Bovec ittejbet sabiex tinkiseb razza ta’ nagħaġ ikbar li tista’ tipproduċi aktar ħalib minn foraġġ bażiku ta’ kwalità għolja. Ir-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec ġiet irreġistrata bħala razza ġdida mill-2020. Il-produzzjoni tal-ħalib tagħha hija paragunabbli ma’ dik tan-nagħġa ta’ Bovec, u l-ħalib taż-żewġ razez fih proporzjon simili ta’ proteini u xaħam. Konsegwentament, din l-emenda ma taffetwax il-karatteristiċi finali u l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Bovški sir”.

2.   Emenda

Is-sentenza “Il-‘Bovški sir’ huwa magħmul fil-forma ta’ rota tonda b’dijametru ta’ bejn 20 u 26 cm, għoli ta’ 8 sa 12-il cm u b’piż ta’ bejn 2,5 u 4,5 kg.” hija sostitwita bis-sentenza “Il-‘Bovški sir’ huwa magħmul fil-forma ta’ rota tonda b’dijametru ta’ bejn 17-il cm u 26 cm, b’għoli ta’ 8 cm sa 12-il cm u b’piż ta’ bejn 1,8 kg u 4,5 kg.”

L-emenda tikkonċerna t-tnaqqis tal-limitu inferjuri tad-dijametru tar-rota minn 20 cm għal 17-il cm u tal-limitu inferjuri tal-piż minn 2,5 kg għal 1,8 kg.

It-turiżmu sar waħda mill-industriji li fi snin reċenti qed jikbru b’rata mgħaġġla fil-Wied ta’ Soča, u dan wassal għal żieda sinifikanti fid-domanda għall-“Bovški sir”, u rriżulta f’bidla fix-xejra tal-bejgħ. Il-klijenti l-aktar li jippreferu jixtru l-“Bovški sir” direttament mingħand il-produtturi fl-għamla ta’ ġobniet sħaħ, u din hija r-raġuni għad-domanda għolja għal ġobniet eħfef. Il-bidla fid-daqs u l-piż tar-roti tal-“Bovški sir” b’hekk tippermetti lill-produtturi jkunu aktar flessibbli fil-produzzjoni tagħhom, minħabba li tippermetti li jiġu prodotti roti iżgħar/eħfef tal-“Bovški sir”, u b’hekk tiġi ssodisfata d-domanda tal-klijenti.

3.   Emenda

Is-sentenza “Maturazzjoni normali għall-konsum: mill-inqas 60 jum” hija sostitwita bis-sentenza “Maturazzjoni normali għall-konsum: mill-inqas 45 jum”.

Il-bidla tikkonċerna tnaqqis, minn 60 jum għal mill-inqas 45 jum, fiż-żmien meħtieġ biex tintlaħaq maturazzjoni normali għall-konsum.

It-tnaqqis fil-piż u d-daqs tal-“Bovški sir” naqqas ukoll iż-żmien ta’ maturazzjoni tal-ġobon, billi ġobniet iżgħar isiru iktar malajr u jkunu maturi għall-konsum wara 45 jum.

Dan it-tnaqqis fiż-żmien la jaffettwa l-proċessi tal-maturazzjoni naturali u lanqas il-karatteristiċi finali tal-prodott.

5.2.   Metodu ta’ produzzjoni

1.   Emenda

L-ewwel sentenza tal-punt 3.2.1 (Preparazzjoni tal-ħalib biex isir il-ġobon) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tiddikjara li “Mill-inqas 80 % tal-ħalib tan-nagħaġ irid jiġi prodott minn nagħaġ tar-razza ta’ nagħaġ nattiva ta’ Bovec”, hija sostitwita bis-sentenza “Mill-inqas 80 % tal-ħalib tan-nagħaġ irid jiġi prodott minn nagħaġ tar-razza ta’ nagħaġ nattiva ta’ Bovec u mir-razez inkroċjati tagħha (bħar-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec).”

Dik l-emenda tikkonċerna l-emenda 1 fit-taqsima 5.1. (Deskrizzjoni tal-prodott).

2.   Emenda

Il-Kapitolu 2 (Deskrizzjoni tal-proċess tal-produzzjoni teknika għall-“Bovški sir”), il-punt 11. (Maturazzjoni) huwa emendat kif ġej: “Il-ġobon ikun tajjeb għall-konsum wara mill-inqas 45 jum ta’ maturazzjoni.”

Fil-punti 3.2.8 (Maturazzjoni tal-ġobon) u 3.2.9.1 (Valutazzjoni tal-ġobon), iż-żmien ta’ maturazzjoni tal-ġobon huwa kkoreġut minn “60 jum” għal “45 jum”.

Dik l-emenda tikkonċerna l-emenda 3 fit-taqsima 5.1. (Deskrizzjoni tal-prodott).

5.3.   Rabta

Emenda

Fil-punt 5.1.3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Produzzjoni tal-ħalib) it-test eżistenti “Il-ħalib li huwa pproċessat fil-‘Bovški sir’ jinkiseb mill-ħalib tan-nagħaġ tar-razza nattiva ta’ Bovec (deskritt f’aktar dettall hawn taħt)” huwa sostitwit minn “Il-ħalib li huwa pproċessat fil-‘Bovški sir’ jinkiseb mill-ħlib tan-nagħaġ tar-razza nattiva ta’ Bovec (deskritta f’aktar dettall hawn taħt) u r-razez inkroċjati tagħha bħar-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec – inkroċjar bejn in-nagħġa nattiva ta’ Bovec u n-nagħġa Freżjana tal-Lvant, razza li hija eċċezzjonalment fertili u tipproduċi produzzjoni għolja ħafna ta’ ħalib. Ir-razza tan-nagħġa ta’ Bovec ġiet inkroċjata ma' razez oħra sabiex jittejjeb ir-rendiment tal-ħalib tagħha.”

Dik l-emenda tikkonċerna l-emenda 1 fit-taqsima 5.1. (Deskrizzjoni tal-prodott).

5.4.   Tikkettar

Emenda

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jitħassar il-punt 5.3 (“Logo għall-‘Bovški sir’”).

Dan jaffettwa wkoll l-emenda tal-Punt 3.2.9.2 (“Tikkettar”), li l-ewwel sentenza tiegħu tiddikjara li “ġobnijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huma mmarkati bl-isem tal-produttur, bl-isem ‘Bovški sir’ u bil-logo tiegħu (li jidher hawn taħt), bit-tikketta tal-Komunità korrispondenti u bis-simbolu nazzjonali tal-kwalità.” Din is-sentenza hija sostitwita bis-sentenza “Ġobnijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iridu jiġu ttikkettati bl-isem tal-produttur, bl-isem ‘Bovški sir’ u bis-simbolu tal-Komunità korrispondenti.”

Il-logo għall-“Bovški sir” jappartjeni għad-Društvo rejcev drobnice Bovške (Assoċjazzjoni tan-nissiela tan-nagħaġ u tal-mogħoż ta’ Bovec). Peress li l-produtturi tal-“Bovški sir” ma humiex obbligati jkunu membri tal-assoċjazzjoni, ma jkunx xieraq li produtturi mhux membri jkunu meħtieġa jużaw il-logo. Jekk produtturi mhux membri jkunu jixtiequ jużaw il-logo tal-assoċjazzjoni, huma jistgħu jiksbuh mill-assoċjazzjoni.

5.5.   Oħrajn

Emenda

Oħrajn — Skeda ta’ valutazzjoni

It-tabella intitolata “Punteġġi minimi għal kull karatteristika” fil-punt 5.2 (Skeda ta’ valutazzjoni għall-“Bovški sir” wara l-maturazzjoni) tistabbilixxi n-numru minimu ta’ punti li għandu jinkiseb minn ġobon għad-dehra esterna, kulur, pejst, sezzjoni trażversali, aroma u togħma. In-numru minimu ta’ punti għad-dehra esterna, sezzjoni trażversali u aroma ta’ ġobon fit-tabella nbidel. Il-punteġġ minimu għad-dehra esterna żdied minn 1,5 għal 1,75, għas-sezzjoni trażversali tnaqqas minn 2,5 għal 2,0, u għall-aroma tal-ġobon żdied minn 1,5 għal 1,75.

L-emendi proposti jirriżultaw mis-sejbiet ta’ valutazzjonijiet organolettiċi multiannwali tal-“Bovški sir”. L-aktar problemi sinifikanti li rriżultaw fil-valutazzjoni kienu jikkonċernaw is-sezzjoni trażversali tal-ġobon, billi l-ġobnijiet magħmula minn ħalib mhux ipproċessat rari jkollhom sezzjoni trażversali ideali. Kien hemm sitwazzjonijiet fejn ċerti ġobniet ma setgħux jinbiegħu minħabba l-punteġġ għas-sezzjoni trażversali, anki meta l-karatteristiċi kollha l-oħrajn kellhom punteġġ għoli.

Il-punteġġ minimu għad-dehra esterna żdied ukoll, peress li d-dehra esterna wkoll hija importanti u tindika l-konsistenza u l-indafa tal-ġobon, u turi li l-produttur ikun ħa ħsiebu kif suppost. Il-punteġġ minimu għall-aroma żdied ukoll, peress li din hija l-ewwel indikazzjoni li ġobon ma jissodisfax ir-rekwiżiti.

DOKUMENT UNIKU

“Bovški sir”

Nru tal-UE: PDO-SI-0423-AM01 - 2.9.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Bovški sir”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3 Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Bovški sir” huwa kklassifikat bħala ġobon iebes, b’kontenut sħiħ ta’ xaħam. Huwa magħmul minn mill-inqas 80 % ħalib mhux ipproċessat tan-nagħġa mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta’ Bovec u r-razez inkroċjati tagħha (bħar-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec), iżda jista’ jkollu wkoll sa 20 % ħalib tal-baqra jew tal-mogħża. Il-ġobnijiet sħaħ, ta’ forma tonda, għandhom dijametru ta’ 17-26 cm u għoli ta’ 8-12 cm, u piż ta’ bejn 1,8 kg u 4,5 kg. Il-qoxra hija soda, lixxa u uniformi, ta’ lewn griż fil-kannella li jagħti fil-beige ċar. Il-ġnub huma kemxejn konvessi u t-truf ġejjin kemxejn għat-tond. Il-pejst huwa kumpatt, elastiku, dens, jinqasam faċilment, jinqasam malajr iżda ma jitfarrakx. Huwa ta’ lewn griż jagħti fil-beige uniformi, b’toqob sparsi u mqassma b’mod ugwali u li għandhom daqs ta’ għadsa, u b'xi toqob u xquq żgħar ’l hemm u ’l hawn. Il-pejst ta’ ġobnijiet iktar maturi huwa aktar kumpatt u jitfarrak aktar. Għandu aroma u togħma distinti qawwija, intensi u kemxejn pikkanti. Il-ġobnijiet jimmaturaw għal bejn 45 jum u sentejn. Jekk jiġi miżjud il-ħalib tal-baqra jew tal-mogħża, it-togħma u l-aroma jkunu inqas qawwija. Il-“Bovški sir” għandu mill-inqas 60 % ta’ materja niexfa u 45 % ta’ xaħam fil-materja niexfa.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-“Bovški sir” huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tan-nagħġa mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta’ Bovec u r-razez inkroċjati tagħha (ir-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec), jew minn taħlita ta’ ħalib tan-nagħġa, tal-mogħża u tal-baqra. Il-proporzjon tal-ħalib tal-mogħża jew tal-baqra ma jistax jaqbeż l-20 % tal-volum totali tal-ħalib. Il-produzzjoni tal-“Bovški sir” hija limitata għall-perjodu tal-produzzjoni tal-ħalib tal-annimali, li jikkoinċidi maċ-ċiklu tat-tkabbir tal-mergħat fejn jirgħu l-annimali. Il-parti l-kbira tar-razzjon tal-għalf bażiku matul il-perjodu tal-produzzjoni tal-ħalib tal-annimali hija ħaxix frisk, għalkemm dan jista’ jiġi mħallat ukoll mal-ħuxlief u mas-silaġġ. Ir-razzjon bażiku jrid jammonta għal mill-inqas 75 % tal-materja niexfa tar-razzjon ta’ kuljum.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Bovški sir”, mill-produzzjoni tal-ħalib sal-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon, iridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobnijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huma tikkettati bl-isem tal-produttur, bl-isem protett u bil-logo korrispondenti tal-UE. Jekk jintuża ħalib tal-mogħża jew tal-baqra, dan il-perċentwal irid jiġi indikat ukoll. Il-produtturi jistgħu jindikaw ukoll jekk il-ġobon kienx immaturat għal aktar minn sena, jekk huwiex organiku jew jekk ġiex prodott f’maħleb fil-muntanji.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni tal-ħalib għall-“Bovški sir” u l-ġobon innifsu jsiru fiż-żona delimitata fit-Tramuntana u fil-Punent mill-fruntiera nazzjonali mal-Italja, mill-Muntanja Mali Mangart u l-Muntanja Veliki Mangart għall-qsim tal-fruntiera ta’ Učje. Mill-fruntiera, il-perimetru taż-żona jgħaddi mill-Muntanja Mali Muzec u l-Muntanja Veliki Muzec, b’hekk ikopri ż-żona sħiħa tal-Muntanja Planina Božca sa Na Vrhu, u jkompli sa Hrib, jaqsam minn Pirovec, il-Muntanja Krasji Vrh, il-Muntanja Zaprikraj, il-Muntanja Zapleč sal-Muntanja Lopatnik u l-Muntanja Krn, il-Muntanja Mali Šmohor, il-Muntanja Bogatin, Vratca sal-Muntanja Lanževica, Mala Vrata, Velika Vrata, Travnik, il-Muntanja Malo Špičje u l-Muntanja Kanjevec, jgħaddi mill-Muntanja Triglav u Luknja sa Križ, il-Muntanja Prisojnik, il-Muntanja Mala Mojstrovka, minn Travnik għall-Muntanja Jalovec, Kotovo Sedlo, il-Muntanja Mali Mangart u lura għall-fruntiera nazzjonali mal-Italja. Ir-reġjuni tal-fruntiera msemmija hawn fuq jinsabu fiż-żona ġeografika.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Bovški sir” huwa prodott li l-importanza tiegħu tmur lura bosta sekli. Sejbiet arkeoloġiċi juru li n-nies għexu fiż-żona ta’ Bovec għal eluf ta’ snin. Għalhekk huwa preżunt li l-produzzjoni tal-ġobon żviluppat f’dan ir-reġjun muntanjuż madwar tlett elef sena ilu, fl-istess żmien bħas-sengħa tal-ħadid. L-ewwel dokumentazzjoni ta’ Bovec tmur lura sa qabel l-1174, filwaqt li l-ewwel dokumentazzjoni ta’ ġobon f’din iż-żona tmur lura għas-seklu 14. Reġistri tal-art u dokumentazzjoni oħra minn din l-epoka jindikaw li l-ġobon kien komodità ta’ valur, minħabba li taxxi marbuta mal-farm, kiri fuq is-sajd u x-xorta kienu kkalkulati fi kwantitajiet ta’ ġobon (Rutar, 1882). L-isem “Bovški sir” (bit-Taljan, “Formaggio di Plezo vero”) issemma għall-ewwel darba fl-1756 f’lista tal-prezzijiet fil-belt Taljana ta’ Udine, u dan juri wkoll li l-“Bovški sir” kien jilħaq prezzijiet ħafna ogħla minn diversi tipi oħra ta’ ġobon. Metodi ta’ mergħa u produzzjoni tal-ġobon u r-regoli tal-muntanji ġew stabbiliti fil-Pašni red (ir-regoli ta’ ġestjoni tal-mergħat). Dr Henrik Tuma kiteb rendikont tal-Pašni red u l-ġurnata xogħol fuq il-Muntanja Zapotek fuq il-Wied ta’ Zadnja Trenta, qabel l-ewwel gwerra dinjija, li ġie ppubblikat fil-Planinski Vestnik. Dan juri li l-mod kif jiġi prodott il-“Bovški sir” illum, meta wieħed iqis il-progress teknoloġiku, huwa pjuttost l-istess bħalma kien sekli ilu. Il-mergħat f’altitudni għolja u t-telgħat weqfin ifissru li ftit hemm spazju għal biedja intensiva fiż-żona ġeografika. Iż-żona ġeografika sħiħa tinsab fi ħdan iż-żona Natura 2000 u parti sostanzjali taż-żona ġeografika tinsab ukoll fi ħdan il-Park Nazzjonali ta’ Triglav. Iż-żona ġeografika hija karatterizzata minn klima Alpina-kontinentali, parzjalment influwenzata mill-klima Mediterranja, li tibqa’ dieħla ’l ġewwa tul ix-Xmara Soča. Il-livelli ta’ preċipitazzjoni huma għoljin matul is-sena (il-medja għas-snin 1961-1990 f’Bovec kienet ta’ 2 735 mm/sena). Minħabba l-qċaċet għoljin li jdawruhom, ċerti widien ma jirċievu ebda xemx għal saħansitra xahrejn fis-sena. Minkejja x-xita abbundanti, in-nixfa u l-irwiefen fuq il-ħamrija baxxa jnaqqsu regolarment il-produzzjoni tal-ħaxix, u b’hekk jagħmlu ż-żona ideali għat-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż.

Il-“Bovški sir” huwa prodott mill-ħalib tan-nagħġa mir-razza nattiva tan-nagħaġ ta’ Bovec u mir-razez inkroċjati tagħha (ir-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec). In-nagħġa ta’ Bovec żviluppat matul is-sekli fil-Wied ta’ fuq ta’ Soča u ngħatat l-isem tagħha għall-belt ta’ Bovec. Ir-razza tan-nagħaġ ta’ Bovec hija razza karatteristika li tipproduċi l-ħalib, u għandha ras bi struttura delikata u widnejn qosra. Sal-ġurnata tal-lum, l-għan fundamentali tat-tnissil għadu l-iżvilupp tal-adattabbiltà għall-kundizzjonijiet ħorox tar-ragħa u tat-trobbija, il-kapaċità ta’ ragħa f’mergħat fuq l-għoljiet u l-muntanji, it-temperament kalm, il-lonġevità u r-reżistenza. Il-ħalib tan-nagħaġ ta’ Bovec għandu kontenut ta’ xaħam u ta’ materja niexfa li huwa ogħla minn tal-bqija tar-razez tan-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib fis-Slovenja, u dan jinfluwenza l-produzzjoni tal-ġobon kif ukoll it-togħma tiegħu. Ir-razza tan-nagħaġ imtejba ta’ Bovec hija r-riżultat tat-tnissil tan-nagħġa nattiva ta’ Bovec man-nagħġa Freżjana tal-Lvant, li hija eċċezzjonalment fertili u tipproduċi produzzjoni għolja ħafna ta’ ħalib. Ir-razza tan-nagħaġ nattivi ta’ Bovec ittejbet sabiex tinkiseb razza ta’ individwi ikbar li jistgħu jipproduċu aktar ħalib.

Waqt il-perjodu tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-produzzjoni tal-“Bovški sir” jitħallew jirgħu f’mergħat maż-żona kollha. L-annimali jitħallew jirgħu skont il-metodu tradizzjonali, li fl-istess waqt huwa l-unika għażla finanzjarjament possibbli. Dan ifisser li l-għalf matul il-perjodu li fih jipproduċu l-ħalib għall-“Bovški sir” huwa essenzjalment ħaxix frisk, li jikkontribwixxi sostanzjalment għat-togħma u għall-aroma tipiċi tal-“Bovški sir”. L-altitudni, il-klima u l-kompożizzjoni ġeoloġika tal-ħamrija kollha jikkontribwixxu għad-diversità eċċezzjonali tal-flora fil-mergħa. Fiż-żona ġeografika hemm pjanti li huma tipiċi taż-żoni Alpini, kontinentali u Mediterranji.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.gov.si/assets/ministrstva/MKGP/PODROCJA/HRANA/SHEME-KAKOVOSTI/SPECIFIKACIJE-EVROPSKA-KOMISIJA/Bovski_sir_specifikacija.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


2.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/17


AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2022/C 459/08)

F’konformità mat-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni b’rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni tagħhom (1), l-Unjoni Ewropea bħalissa qed tħejji l-protezzjoni tal-175 indikazzjoni ġeografika Ċiniża elenkati fl-Anness V tal-Ftehim.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:

AGRI-G3@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk juru li:

(a)

il-protezzjoni tal-isem propost toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tiżvija lil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

l-isem propost ikun kompletament jew parzjalment omonimu ma’ dak ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2) u skont ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u ta’ distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (3), jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE protetti fl-UE skont il-ftehimiet bilaterali/multilaterali disponibbli pubblikament fl-indirizz li ġej:

https://www.tmdn.org/giview/

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, il-protezzjoni tal-isem propost x’aktarx li tkun tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

il-protezzjoni tal-isem tkun tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku, l-eżistenza ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk l-opponenti jistgħu jagħtu dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

(f)

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija suġġetta li jiġu konklużi b’suċċess tad-diskussjonijiet li jsiru skont il-Ftehim u l-att legali sussegwenti.

Lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (4)

 

Isem kif irreġistrat fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Traskrizzjoni bl-ittri Latini

Tip ta’ prodott

Traduzzjoni għall-finijiet tal-informazzjoni

1.

临沧坚果

Lincang Jian Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Lewż

Lincang Macadamia

2.

曹县芦笋

Caoxian Lu Sun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Caoxian Asparagus

3.

莱芜生姜

Laiwu Sheng Jiang

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Laiwu Ginger

4.

桂林罗汉果

Guilin Luo Han Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Guilin Momordica Grosvenori

5.

杞县大蒜

Qixian Da Suan

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Qixian Garlic

6.

伍家台贡茶

Wujiatai Gong Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) (ħwawar, eċċ.)

Wujiatai Tribute Tea

7.

贵州绿茶

Guizhou Lü Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Guizhou Green Tea

8.

金塔番茄

Jinta Fan Qie

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Jinta Tomato

9.

阿拉善白绒山羊

Alashan Bai Rong Shan Yang

Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali – każimir

Alxa Cashmere Goats

10.

径山茶

Jingshan Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Jingshan Tea

11.

霍城薰衣草

Huocheng Xun Yi Cao

Fjuri u pjanti ornamentali – Lavanda

Huocheng Lavender

12.

勃利红松籽

Boli Hong Song Zi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Lewż

Boli Pinenut

13.

周至猕猴桃

Zhouzhi Mi Hou Tao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Zhouzhi Kiwi Fruit

14.

内黄花生

Neihuang Hua Sheng

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Karawett

Neihuang Peanut

15.

北票荆条蜜

Beipiao Jing Tiao Mi

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Għasel

Beipiao Chaste Honey

16.

彭州莴笋

Pengzhou Wo Sun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Pengzhou Asparagus Lettuce

17.

阿拉善双峰驼

Alashan Shuang Feng Tuo

Laħam frisk (u l-ġewwieni) – Laħam tal-ġemel

Alxa Bactrian Camel

18.

穆棱大豆

Muling Da Dou

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

MuLing Soy

19.

鄂托克螺旋藻

Etuoke Luo Xuan Zao

Pjanta akkwatika – Spirulina

Otog Spirulina

20.

广昌白莲

Guangchang Bai Lian

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Guangchang White Lotus Seed

21.

小金苹果

Xiaojin Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Xiaojin Apple

22.

九寨沟蜂蜜

Jiuzhaigou Feng Mi

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Għasel

Jiuzhaigou Honey

23.

三亚芒果

Sanya Mang Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Sanya Mango

24.

黑水中蜂蜜

Heishui Zhong Feng Mi

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Għasel

Heishui Chinese Honey

25.

覃塘毛尖

Qintang Mao Jian

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Qintang Mao Jian Tea

26.

滕州马铃薯

Tengzhou Ma Ling Shu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Patata

Tengzhou Potato

27.

普陀佛茶

Putuo Fo Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Putuo Buddha Tea

28.

江津花椒

Jiangjin Hua Jiao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Zanthoxylum bungeanum

JiangjinZanthoxylum bungeanum

29.

中宁枸杞

Zhongning Gou Qi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Goji Berry

Zhongning Goji Berry

30.

三亚甜瓜

Sanya Tian Gua

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Sanya Melon

31.

临海西兰花

Linhai Xi Lan Hua

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Linhai Broccoli

32.

大连苹果

Dalian Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Dalian Apple

33.

榆林马铃薯

Yulin Ma Ling Shu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Patata

Yulin Potato

34.

攀枝花芒果

Panzhihua Mang Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Panzhihua Mango

35.

水城猕猴桃

Shuicheng Mi Hou Tao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Shuicheng Kiwi Fruit

36.

宜昌蜜桔

Yichang Mi Ju

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Yichang Sweet Orange

37.

湟中燕麦

Huangzhong Yan Mai

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħafur

Huangzhong Oats

38.

博湖辣椒

Bohu La Jiao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Bohu Chilli

39.

平和白芽奇兰

Pinghe Bai Ya Qi Lan

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Pinghe Bai Ya Qi Lan Tea

40.

白莲鹅

Bailian E

Laħam frisk (u l-ġewwieni) – Wiżż

Bailian Goose

41.

广汉缠丝兔

Guanghan Chan Si Tu

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) – Rabbit meat

Guanghan Bunny Rabbit

42.

茶淀玫瑰香葡萄

Chadian Mei Gui Xiang Pu Tao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Chadian Muscat Humberg Grape

43.

策勒红枣

Cele Hong Zao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Cele Red dates

44.

隆化小米

Longhua Xiao Mi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Millieġ

Longhua Millet

45.

保靖黄金茶

Baojing Huang Jin Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Baojing Golden Tea

46.

五指山红茶

Wuzhishan Hong Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Wuzhishan Black Tea

47.

张北马铃薯

Zhangbei Ma Ling Shu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Patata

Zhangbei Potato

48.

都江堰方竹笋

Dujiangyan Fang Zhu Sun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Dujiangyan Square Bamboo Shoots

49.

安顺山药

Anshun ShanYao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Anshun Chinese Yam

50.

嘉峪关洋葱

Jiayuguan Yang Cong

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ħxejjex

Jiayuguan Onion

51.

北京鸭

Beijing Ya

Laħam frisk (u l-ġewwieni) – Papra

Peking Duck

52.

从江香禾糯

Congjiang Xiang He Nuo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ross

Congjiang Fragrant Glutinous Rice

53.

北苑贡茶

Beiyuan Gong Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Beiyuan Tribute Tea

54.

肃宁裘皮

Suning Qiu Pi

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Pil

Suning Fur

55.

宜州桑蚕茧

Yizhou Sang Can Jian

Prodotti oħrajn tal-annimali – Ħarir

Yizhou Silkworm Cocoon

56.

镇湖刺绣

Zhenhu Ci Xiu

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Ħarir

Zhenhu Embroidery

57.

舒席

Shu Xi

Ħdim tal-bambù

Shu Mat

58.

霍邱柳编

Huoqiu Liu Bian

Qasab

Huoqiu Wickerwork

59.

宣纸

Xuan Zhi

Ħuxlief

Xuan Paper

60.

连史纸

Lian-shi Zhi

Bambù

Lian-shi Paper

61.

黄梅挑花

Huangmei Tiao Hua

Qoton

Huangmei Cross-stitch

62.

香云纱

Xiangyun Sha

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Ħarir

Xiangyun Gambiered Gauze

63.

蜀锦

Shu Jin

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Ħarir

Shu Brocade

64.

蜀绣

Shu Xiu

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Ħarir

Shu Embroider

65.

青神竹编

Qingshen Zhu Bian

Qasab

Qingshen Bamboo Weaving

66.

石泉蚕丝

Shiquan Can Si

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Ħarir

Shiquan Silk

67.

黄岗柳编

Huanggang Liu Bian

Qasab

Huanggang Wickerwork

68.

遂昌竹炭

Suichang Zhu Tan

Bambù

Suichang Bamboo Charcoal

69.

牛栏山二锅头

Niulanshan Er Guo Tou

Xarba spirituża

Niulanshan Erguotou Liquor

70.

涉县柴胡

Shexian Chai Hu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – għerq

Shexian Bupleurum

71.

泊头鸭梨

Botou Ya Li

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Lanġas

Botou Ya Pear

72.

戎子酒庄葡萄酒

Rongzijiuzhuang Pu Tao Jiu

Inbejjed

Chateau Rongzi wine

73.

老龙口白酒

Laolongkou Bai Jiu

Xarba spirituża

Laolongkou Liquor

74.

新农寒富苹果

Xinnong Han Fu Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuffieħ

Xinnong Hanfu Apple

75.

吉林长白山人参

Jilin Changbaishan Ren Shen

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuberu

Jilin Changbai Mountain Ginseng

76.

露水河红松母林籽仁

Lushuihe Hong Song Mu Lin Zi Ren

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Żrieragħ

Lushuihe pine seeds and kernel

77.

太保胡萝卜

Taibao Hu Luo Bo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Zunnarija

Taibao Carrot

78.

佳木斯大米

Jiamusi Da Mi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ross

Ross Jiamusi

79.

饶河东北黑蜂蜂蜜

Raohe Dong Bei Hei Feng Feng Mi

Prodott ieħor li joriġina mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib, għajr butir, eċċ.) – Għasel

Honey of Raohe Northeast Black Bees

80.

雨花茶

Yu Hua Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Yuhua Tea

81.

洞庭(山) 碧螺春茶

Dongtingshan Bi Luo Chun Cha/Dongting Bi Luo Chun Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Dongting Mountain Biluochun Tea

82.

阳澄湖大闸蟹

Yangchenghu Da Zha Xie

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Granċijiet

Yangcheng Lake Crab

83.

盱眙龙虾

Xuyi Long Xia

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Awwisti

Xuyi Crawfish

84.

洋河大曲

Yanghe Da Qu

Xarba spirituża

Yanghe Daqu Liquor

85.

舟山三疣梭子蟹

Zhoushan San You Suo Zi Xie

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Trituberculatus

Zhoushan Portunus trituberculatus

86.

舟山带鱼

Zhou Shan Dai Yu

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Xabla

Zhoushan Hairtail

87.

金华火腿

Jinhua Huo Tui

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) – Perżut

Jinhua Ham

88.

文成粉丝

Wencheng Fen Si

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Vermiċelli

Wencheng Vermicelli

89.

常山胡柚

Changshan Hu You

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Pomelo

Changshan Pomelo

90.

文成杨梅

Wencheng Yang Mei

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Waxberry

Wencheng Waxberry

91.

太平猴魁茶

Taiping Hou Kui Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Taiping Hou Kui Tea

92.

黄山毛峰茶

Huangshan Mao Feng Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Huangshan Maofeng Tea

93.

霍山石斛

Huoshan Shi Hu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Zokk

Huoshan Dendrobe

94.

岳西翠兰

Yuexi Cui Lan

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Yuexi Cuilan Tea

95.

古井贡酒

Gujing Gong Jiu

Xarba spirituża

Gujing Gongjiu Liquor

96.

涡阳苔干

Guoyang Tai Gan

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – TaiGan

GuoYang Tai Gan

97.

政和白茶

Zhenghe Bai Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Zhenghe White Tea

98.

松溪红茶

Songxi Hong Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Songxi Black Tea

99.

南日鲍

Nanri Bao

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Abalone

Nanri Abalone

100.

云霄枇杷

Yunxiao Pi Pa

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Naspli

Yunxiao Loquat

101.

宁德大黄鱼

Ningde Da Huang Yu

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Large yellow Croaker

Ningde Large Yellow Croaker

102.

河龙贡米

Helong Gong Mi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ross

Helong Rice

103.

会昌米粉

Huichang Mi Fen

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Noodles tar-Ross

Huichang Rice Noodle

104.

赣南茶油

Gannan Cha You

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) – Żejt

Gannan Camellia Oil

105.

泰和乌鸡

Taihe Wu Ji

Laħam frisk (u l-ġewwieni) – Tiġieġ

Tai he Silk Chicken

106.

浮梁茶

Fuliang Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Fuliang Tea

107.

信丰红瓜子

Xinfeng Hong Gua Zi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Żerriegħa tal-bettieħ

Xinfeng red Melonseed

108.

寻乌蜜桔

Xunwu Mi Ju

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Larinġ

Xunwu Orange

109.

日照绿茶

Rizhao Lü Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Rizhao Green Tea

110.

沾化冬枣

Zhanhua Dong Zao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Jujube

Zhanhua Winter Jujube

111.

沂水苹果

Yishui Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuffieħ

Yishui Apple

112.

平阴玫瑰

Pingyin Mei Gui

Fjuri u pjanti ornamentali – Fjuri

Pingyin Rose

113.

菏泽牡丹籽油

Heze Mu Dan Zi You

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) – Żejt

Heze Peony Seed Oil

114.

陈集山药

Chenji Shan Yao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Jam

Chenji Yam

115.

水沟庙大蒜

Shuigoumiao Da Suan

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tewm

Shuigoumiao Garlic

116.

灵宝苹果

Lingbao Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuffieħ

Lingbao Apple

117.

正阳花生

Zhengyang Hua Sheng

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Karawett

Zhengyang Peanut

118.

柘城辣椒

Zhecheng La Jiao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Bżar aħmar

Zhecheng Chili

119.

泸州老窖酒

Luzhou Laojiao Jiu

Xarba spirituża

Luzhou Laojiao Liquor

120.

赤壁青砖茶

Chibi QIng Zhuan Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Chibi Qing Brick Tea

121.

英山云雾茶

Yingshang Yun Wu Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Yingshan cloud and mist Tea

122.

襄阳高香茶

Xiangyang Gao Xiang Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Xiangyang high-aroma Tea

123.

五峰五倍子

Wufeng Wu Bei Zi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Wufeng Gallnuts

124.

孝感米酒

Xiaogan Mi Jiu

Xarba alkoħolika magħmula mir-ross

Xiaogan Rice Wine

125.

酒鬼酒

Jiu Gui Jiu

Xarba spirituża

Jiu Gui Liquor

126.

古丈毛尖

Guzhang Mao Jian

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Guzhang Maojian Tea

127.

永丰辣酱

Yongfeng La Jiang

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Zalza

Yongfeng Chili Paste

128.

新会陈皮

Xinhui Chen Pi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Xinhui Trangerine Peel

129.

化橘红

Hua Ju Hong

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Frott

Hua Pummelo Peel

130.

高州桂圆肉

Gaozhou Gui Yuan Rou

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Longan

Gao Zhou Longan Pulp

131.

增城荔枝

Zengcheng Li Zhi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Litchi

Zengcheng Litchi

132.

梅州金柚

Meizhou Jin You

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Pomelo

Meizhou Golden Pomelo

133.

六堡茶

Liu Pao Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Liu Pao Tea

134.

凌云白毫

Lingyun Bai Hao

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Lingyun Bai Hao Tea

135.

姑辽茶

Guliao Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Guliao Tea

136.

融安金桔

Rong’an Jin Ju

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Kumquat

Rong’an Kumquat

137.

北海生蚝

Beihai Sheng Hao

Ħut frisk, molluski u krustaċji u prodotti derivati minnhom – Gajdri

Beihai Oyster

138.

博白桂圆

Bobai Gui Yuan

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Longan

Bobai Longan

139.

澄迈桥头地瓜

Chengmai Qiaotou Di Gua

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Patata

Chengmai Qiaotou Sweet Potato

140.

涪陵榨菜

Fuling Zha Cai

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuberi

Fuling Pickled Mustard Tuber

141.

丰都牛肉

Fengdu Niu Rou

Laħam frisk (u l-ġewwieni) – Ċanga

Fengdu Beef

142.

奉节脐橙

Feng Jie Qi Cheng

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Larinġ

Fengjie Navel Orange

143.

合川桃片

Hechuan Tao Pian

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara – Għaġina

Hechuan Walnut Rice Slices

144.

忠州豆腐乳/忠县豆腐乳

Zhongzhou Dou Fu Ru/Zhongxian Dou Fu Ru

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tofu

Zhongzhou Pickled Tofu/Zhongxian Pickled Tofu

145.

石柱黄连

Shizhu Huang Lian

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Għerq

Shizhu Coptis Root

146.

汉源花椒

Hanyuan Hua Jiao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Bżar

Hanyuan red pepper

147.

攀枝花块菌

Panzhihua Kuai Jun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tartuf

Panzhihua Truffle

148.

蒙顶山茶

Mengdingshan Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Mengding Mountain Tea

149.

遂宁矮晚柚

Suining Ai Wan You

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Pomelo

Suining Dwarf-Late Pomelo

150.

峨眉山藤椒油

Emeishan Teng Jiao You

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

Mount Emei Pepper oil

151.

米易枇杷

Miyi Pi Pa

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Naspli

Miyi Loquat

152.

修文猕猴桃

Xiuwen Mi Hou Tao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Kiwi

Xiuwen Kiwi

153.

织金竹荪

Zhijin Zhu Sun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Dictyophora indusiata

Zhijin Dictyophora indusiata

154.

兴仁薏仁米/兴仁苡仁米

Xingren Yi Ren Mi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Żerriegħa tal-Coix

Xinren Coix Seed

155.

盘县火腿

Panxian Huo Tui

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

Panxian Ham

156.

都匀毛尖茶

Duyun Mao Jian Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Duyun Maojian Tea

157.

麻江蓝莓

Majiang Lan Mei

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Blueberry

Majiang Blueberry

158.

宣威火腿

Xuanwei Huo Tui

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) – Perżut

Xuanwei Ham

159.

文山三七

Wenshan San Qi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Notoginseng

Wenshan Notoginseng

160.

勐海茶

Menghai Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Menghai Tea

161.

朱苦拉咖啡

Chucola Ka Fei

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Kafè

Chucola Coffee

162.

撒坝火腿

Saba Huo Tui

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) – Perżut

Saba Ham

163.

紫阳富硒茶

Ziyang Fu Xi Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Ziyang Selenium-enriched Tea

164.

泾阳茯砖茶

Jingyang Fu Zhuan Cha

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Jingyang Brick Tea

165.

汉中仙毫

Hanzhong Xian Hao

Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) – Te

Hanzhong Xianhao Tea

166.

铜川苹果

Tongchuan Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuffieħ

Tongchuan Apple

167.

韩城大红袍花椒

Hancheng Da Hong Pao Hua Jiao

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Bżar

Hancheng Da Hong Pao Red Pepper

168.

富平柿饼

Fuping Shi Bing

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Persimmon

Fuping Dried Persimmon

169.

兰州百合

Lanzhou Bai He

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Ġilju

Lanzhou Lily

170.

武都油橄榄

Wudu You Gan Lan

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Żebbuġ

Wudu Olive

171.

甘南羊肚菌

Gannan Yang Du Jun

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Morchella

Gannan Morchella

172.

定西马铃薯

Dingxi Ma Ling Shu

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Patata

Dingxi Potato

173.

岷县当归

Minxian Dang Gui

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Għerq

Minxian Angelica

174.

宁夏枸杞

Ningxia Gou Qi

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Goji Berry

Ningxia Goji Berry

175.

阿克苏苹果

Aksu Ping Guo

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – Tuffieħ

Aksu Apple


(1)  ĠU L 408I 4.12.2020, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.

(4)  Lista ta’ IĠ irreġistrati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina pprovduta mill-awtoritajiet Ċiniżi;