ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 452

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
29 ta' Novembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2022/C 452/01

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2022 li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 452/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Novembru 2022

15

2022/C 452/03

Opinjoni dwar akkordji ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40305 - Network sharing - ir-Repubblika Ċeka — Relatur: L-Italja ( 1 )

16

2022/C 452/04

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ AT.40305 – Network Sharing - ir-Repubblika Ċeka ( 1 )

17

2022/C 452/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2022 li jirrigwardaw proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (IL-KAŻ AT. 40305 – NETWORK SHARING – IR-REPUBBLIKA ĊEKA) (notifikati bid-dokument numru C(2022) 4742 final)  ( 1 )

19

2022/C 452/06

Avviż dwar il-provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mit-2 ta’ Diċembru 2022, skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

22

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2022/C 452/07

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għal prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

23


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 452/08

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

26

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 452/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10913 – SADCO / HACP / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36

2022/C 452/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10963 – BMWK / SEFE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

38

2022/C 452/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10760 - AIRBUS / SAFRAN / TAC / AUBERT & DUVAL) ( 1 )

40

2022/C 452/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10944 – MITSUBISHI / HERE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

42

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 452/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

44


 

Rettifika

 

Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( ĠU C 210, 25.5.2022 )

55


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/1


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta' Ottubru 2022

li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew

(2022/C 452/01)

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 2(1) u 20(1), (3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 28(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri.

Billi:

(1)

L-Artikolu 20(3) tal-Istatut tal-Membri jipprevedi ċertu spejjeż imġarrba mill-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom li għandhom jiġu rimborżati permezz ta’ somma fissa. Premessa 17 tal-Istatut tal-Membri tispeċifika li dan ir-rimborż għandu jsir f’konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fis-sentenza ’’Lord Bruce’’ (2).

(2)

Għalhekk, il-Parlament jista’, f’ġieħ l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, jagħmel dan ir-rimborż permezz ta’ somma fissa fejn dan inaqqas l-ispejjeż u piżijiet amministrattivi inerenti f’sistema li, altrimenti, tirrikjedi l-verifika ta’ kull partita individwali ta’ spiża.

(3)

Skont l-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Bureau jieħu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Membri.

(4)

L-Artikolu 25 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (3) (il-’’Miżuri ta’ Implimentazzjoni’’) jispeċifika li l-Membri għandu jkollhom id-dritt għal allowance għall-ispejjeż ġenerali f’forma ta’ ammont f’daqqa. L-Artikolu 28(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jagħti s-setgħa lill-Bureau li jadotta lista mhux eżawrjenti tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu minn dik l-allowance.

(5)

L-iktar verżjoni riċenti tal-lista tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali kienet adottata mill-Bureau fid-deċiżjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2018. Il-Bureau se jevalwa dik id-deċiżjoni fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul id-disa’ terminu parlamentari u jqisha bħala valida sa tmiem l-2022.

(6)

Wara l-aħbar tal-President fl-4 ta’ April 2022, twaqqaf il-Grupp ta’ Ħidma ad hoc tal-Bureau dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (il-’’Grupp ta’ Ħidma ad hoc tal-Bureau’’) u ngħata l-kompitu li jagħmel evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta’ Lulju 2018 u li jippreżenta l-eżitu tagħha lill-Bureau mhux aktar tard minn Novembru 2022, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet u proposti, fejn xieraq.

(7)

Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Grupp ta’ Ħidma ad hoc tal-Bureau ppreżenta rakkomandazzjoni lill-Bureau sabiex jiddaħħal Kapitolu separat fit-Titolu 1 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, jiġifieri Kapitolu 7, iddedikat għall-allowance għall-ispejjeż ġenerali, kif ukoll numru ta’ miżuri oħrajn li jżidu t-trasparenza fir-rigward ta’ dik l-allowance.

(8)

Il-Grupp ta’ Ħidma ad hoc tal-Bureau ppropona wkoll li l-Bureau jivvaluta u, fejn xieraq, jirrieżaminar-regoli dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali skont il-Kapitolu 7 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, wara li titqies l-istampa ġenerali tal-ammonti mhux użati u ritornati b’mod volontarju ppreparata mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament wara t-tmiem ta’ kull leġiżlatura. Dik il-valutazzjoni u kull rieżami għandhom isiru mhux aktar tard minn tmiem is-sena ta’ wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li kwalunkwe regola ġdida tidħol fis-seħħ matul il-leġiżlatura ta’ wara.

(9)

Barra minn hekk, fid-dawl tad-dħul ta’ Kapitolu 7, u sabiex tinżamm l-istruttura loġika tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, hu xieraq li ftit mill-artikoli eżistenti tagħhom jiġu ordnati mill-ġdid u, għalhekk, numerati mill-ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni huma emendati kif ġej:

(1)

fit-Titolu I, Kapitolu 4, it-titolu tat-Taqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Taqsima 3: Dispożizzjonijiet ġenerali”;

(2)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Assistenza waqt vjaġġi uffiċjali

1.   Membru li waqt vjaġġ uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a), (2) u (2)(a), jimrad serjament, jisfa vittma ta' inċident jew ta' xi ċirkostanza imprevista li timpedixxi l-iżvolġiment tajjeb tal-vjaġġ ikollu d-dritt għall-assistenza tal-Parlament. Dik l-assistenza tinkludi l-organizzazzjoni tar-rimpatriju u t-teħid ta' responsabilità għall-ħlas tal-ispejjeż marbuta magħha. Il-Membru, jew, fejn xieraq, ir-rappreżentant tiegħu, jista' jitlob li r-rimpatriju jsir lejn wieħed mill-postijiet ta' ħidma tal-Parlament jew lejn il-post ta' residenza tiegħu.

2.   Fil-każ tal-mewt ta' Membru waqt vjaġġ uffiċjali bħal dan, jistgħu jkunu rimborżati wkoll l-ispejjeż li jsiru għat-trasport tal-katavru lejn il-post tar-residenza tiegħu.

3.   Il-Parlament jinkariga lilu nnifsu bl-obbligi ta' assistenza permezz ta' assigurazzjoni. Id-drittijiet tal-Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet previsti fil-polza ta' assigurazzjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-polza ta' assigurazzjoni għandhom ikopru inter alia l-ispiża tal-forniment tal-assistenza li ġejjin:

assistenza fil-każ ta' mard serju, inċident jew mewt ta' Membru,

assistenza u ritorn antiċipat fil-każ ta' katastrofi naturali, diżordni gravi tal-ordni pubbliku, jew mard serju, inċident jew mewt ta' membru tal-familja tal-Membru,

assistenza loġistika u amministrattiva fil-każ ta' telf jew serq ta' dokumenti,

assistenza fil-każ ta' azzjoni legali meħuda kontra l-Membru,

assistenza supplimentari għall-assigurazzjoni tal-ħajja u tal-invalidità (bilanċ pendenti).”;

(3)

L-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Assistenza għal Membri b'diżabilità

Il-Kwesturi jistgħu, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u wara li jikkonsultaw mat-tabib tal-Parlament, jawtorizzaw lill-Parlament li jħallas xi spejjeż meħtieġa sabiex Membru b'diżabilità gravi jingħata l-assistenza li jeħtieġ biex jaqdi dmirijietu. Il-perċentwal ta' diżabilità u l-motivazzjoni tal-assistenza biex il-Membru jkun jista' jaqdi dmirijietu għandhom ikunu kkonfermati fuq bażi perjodika mit-tabib tal-Parlament. L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kwesturi għandha tistabbilixxi l-arranġamenti għall-għoti ta' assistenza u l-perjodu li fih se tingħata.”;

(4)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Assenzi

L-allowance għas-sussistenza msemmija fl-Artikolu 24 għandha titnaqqas b'50 % għal kull jum li fih il-Membru jkun assenti għal aktar minn nofs il-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet li jsiru t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis waqt is-sessjonijiet parzjali fi Strasburgu u t-tieni jum tas-sessjonijiet parzjali fi Brussell.”;

(5)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Sanzjonijiet pekunjarji

1.   Il-Membri li jkunu ġew esklużi mill-Kamra skont l-Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għandhom jitilfu d-dritt għall-allowance għas-sussistenza msemmija fl-Artikolu 24 matul il-perjodu kollu tal-esklużjoni tagħhom.

2.   Il-Membri għandhom jitilfu d-dritt għall-allowance għas-sussistenza fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 153 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.”;

(6)

wara l-Artikolu 28, l-intestatura ’’Taqsima 4: Dispożizzjonijiet ġenerali’’ hija sostwita b’dan li ġej:

“Kapitolu 5

Assistenza mill-kollaboraturi personali ”;

(7)

L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Ħlas ta' spejjeż għall-assistenza Parlamentari

1.   Il-Membri għandhom id-dritt għal assistenza minn kollaboraturi personali li jagħżluhom liberament. Il-Parlament għandu jħallas l-ispejjeż effettivament inkorsi u dawk li jirriżultaw totalment u esklużivament mill-impjieg ta' assistent jew assistenti jew mill-użu ta' fornituri ta' servizzi skont dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Bureau.

2.   Jistgħu jitħallsu biss l-ispejjeż għal assistenza li jirrigwardaw b'mod neċessarju u dirett il-qadi tal-mandat parlamentari tal-Membru. Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jitħallsu spejjeż marbuta mal-ħajja privata tal-Membru.

3.   L-ispejjeż għandhom jitħallsu tul il-mandat kollu tal-Membru. Huma biss l-ispejjeż imġarrba l-aktar 30 jum qabel l-applikazzjoni għall-ħlas tiġi sottomessa skont dan il-Kapitolu li jistgħu jitħallsu.

4.   L-ammont massimu kull xahar li jista' jitħallas fir-rigward tal-istaff personali msemmi fl-Artikolu 30 għandu jkun EUR 26 734 b'effett mill-1 ta' Jannar 2022.

5.   Meta l-mandat ta' Membru ma jibdiex fl-ewwel jum tax-xahar jew ma jispiċċax fl-aħħar jum tax-xahar, l-ispejjeż għall-assistenza Parlamentari mħallsa għal dak ix-xahar jiġu kkalkulati pro rata.

6.   Il-bilanċ mhux użat tal-ammont kull xahar previst fil-paragrafu 4 li jkun akkumula fl-aħħar tas-sena finanzjarja għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja li jmiss, sal-massimu tal-ammont kull xahar li hemm riferiment għalih f'dak il-paragrafu.”

(8)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Membri għandhom jużaw il-kollaborazzjoni ta':

(a)

assistenti parlamentari akkreditati kif imsemmi fl-Artikolu 5a tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħrajn, u

(b)

persuni fiżiċi li jassistuhom fl-Istati Membri fejn ikunu ġew eletti u li magħhom ikunu ffirmaw kuntratt ta' impjieg jew ta' servizz mal-Membri skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-kapitolu, minn hawn 'il quddiem ‘assistenti lokali’.

2.   Diversi Membri jistgħu, bi ftehim bil-miktub, jingħaqdu flimkien biex b'mod konġunt jimpjegaw jew jagħmlu użu mis-servizzi ta' assistent wieħed jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew ta' wieħed jew aktar trainees. F'dan il-każ, il-Membri kkonċernati għandhom jinnominaw minn fosthom, il-Membru jew Membri awtorizzat(i) biex jiffirma(w) (i)l-kuntratti, jew biex jissottometti/u talba għall-reklutaġġ, f'isem il-grupp.

Il-Membri għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub lid-dipartiment rilevanti li tistabbilixxi s-sehem rispettiv li għandu jitnaqqas mill-ammont previst fl-Artikolu 29(4).

3.   L-Artikoli 31 sa 38 ma għandhomx japplikaw għall-assistenti parlamentari akkreditati.

4.   Jistgħu jitħallsu wkoll l-ispejjeż inkorsi marbuta ma' ftehimiet ta' apprendistat, stabbiliti fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Bureau.

5.   Il-Membri jistgħu wkoll jużaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jfornu servizzi sabiex jibbenefikaw minn servizzi okkażjonali u identifikati b'mod ċar marbuta direttament mat-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu.

6.   L-ebda forniment ta' servizzi ma jista' jinkludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' persunal, ħlief għal servizzi temporanji minn fornituri ta' servizzi li jagħtu servizzi bħal dawn fuq bażi professjonali u regolari u jkunu awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali biex ifornuhom.

7.   Il-Bureau għandu jadotta lista tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu għall-finijiet tal-assistenza parlamentari (*1).

8.   L-ismijiet tal-assistenti u tat-trainees kif ukoll l-isem jew l-ismijiet korporattivi tal-fornituri ta' servizz u tal-aġenti tal-ħlas għandhom, matul it-terminu tal-kuntratt tagħhom, ikunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-isem tal-Membru jew Membri li huma jassistu.

Dawk l-assistenti, it-trainees, il-fornituri ta' servizz u l-aġenti tal-ħlas jistgħu, fuq bażi ġġustifikata kif xieraq ta' protezzjoni tas-sikurezza tagħhom, jitolbu bil-miktub li isimhom jew l-isem korporattiv tagħhom ma għandux jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi ssodisfata talba bħal din.

9.   In-numru ta' kuntratti bejn Membru u assistenti akkreditati fis-seħħ fi kwalunkwe żmien partikolari ma għandux ikun aktar minn tlieta, irrispettivament mit-tul tax-xogħol previst f'dawk il-kuntratti. Dan il-limitu jista' jiżdied għal erba' jekk tingħata eżenzjoni espressament mill-President tal-Parlament wara verifika mid-dipartiment rilevanti li l-Membru kkonċernat għandu spazju għall-uffiċċji biżżejjed biex jikkonforma mal-istandards applikabbli għall-użu tal-bini tal-Parlament, filwaqt li jitqiesu wkoll l-għadd ta' trainees li jistgħu jkunu preżenti.

10.   Mill-inqas 25 % tal-ammont previst fl-Artikolu 29(4) għandu jkun maħsub biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw taħt it-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-ispejjeż kollha fir-rigward tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari differenti minn dawk li jirriżultaw taħt it-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux flimkien jaqbżu l-75 % tal-ammont previst fl-Artikolu 29(4).

Barra minn hekk, l-ispejjeż b'rabta mal-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 30 ma jistgħux jaqbżu l-25 % tal-ammont previst fl-Artikolu 29(4).

Dawn il-limiti għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi kumulattiva għal kull sena finanzjarja tal-intitolamenti ta' kull xahar previsti fl-Artikolu 29(4), flimkien ma' kwalunkwe bilanċ mhux użat riportat għas-sena finanzjarja ta' wara skont l-Artikolu 29(6), fuq bażi pro rata.

11.   Il-Parlament għandu jħallas l-ispejjeż tal-assistenti lokali għad-dħul gross jew it-tariffi netti tal-VAT sa limiti massimi ta' kull xahar li għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau skont il-paragrafu 12. Il-limiti massimi jistgħu jiġu adattati mill-Bureau kull sena. Il-limiti massimi applikabbli għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

12.   Il-limiti massimi għandhom jikkorrispondu għal tliet darbiet l-ammont ta' referenza. L-ammont ta' referenza għandu jkun wieħed minn tnax tal-ammont ippubblikat mill-Eurostat bħala paga grossa medja annwali ta' persuni b'impjieg full-time fl-Istat Membru ta' elezzjoni tal-Membru kkonċernat.

Madankollu, il-limiti massimi kkalkolati b'dan il-mod ma jistgħux ikunu inqas mill-paga bażika ta' assistent parlamentari akkreditat fil-grad 6 jew aktar minn dak ta' assistent parlamentari akkreditat fil-grad 19.

Kwalunkwe bonus għandu jitħallas biss sal-limiti massimi msemmija kkalkolati fuq bażi annwali.

Il-limiti massimi għandhom jitnaqqsu pro rata fejn l-assistent lokali jaħdem part-time jew fejn l-assistent lokali ma jaħdimx xahar sħiħ.”

(*1)  Ara l-lista ta' spejjeż koperti għal finijiet tal-assistenza parlamentari, adottata mill-Bureau fil-5 ta' Lulju 2010 u fis-26 ta' Ottubru 2015.'';"

(9)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

Il-konsegwenzi finanzjarji ta' każ ippruvat ta' fastidju ta' assistent parlamentari akkreditat

Meta, wara proċedura interna dwar fastidju, li fiha jkunu nstemgħu ż-żewġ partijiet, il-President jistabbilixxi li l-Membru huwa ħati ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali fil-konfront ta' assistent parlamentari akkreditat, l-obbligi finanzjarji kollha tal-Membru taħt il-kuntratt ta' dak l-assistent akkreditat, b'mod partikolari r-remunerazzjoni tal-assistent, għandhom, permezz ta' deroga mill-Artikolu 29, jitnaqqsu mill-Parlament mill-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari ta’ dak il-Membru, mingħajr ma l-Membru jkun intitolat għall-forniment ta' kwalunkwe servizz ulterjuri mingħand dak l-assistent.”

(10)

L-Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 31

Aġenti tal-ħlas

1.   Il-kuntratti kollha tax-xogħol u ta' forniment ta' servizzi, kif ukoll kwalunkwe ftehim ta' traineeship fir-rigward ta' trainees li huma bbażati fl-Istat Membru mnejn ikunu ġew eletti, konklużi bejn Membru jew minn raggruppament ta' Membri, għandhom ikunu ġestiti minn aġent tal-ħlas stabbilit fi Stat Membru.

2.   Is-servizzi ta' dan l-aġent tal-ħlas għandhom jitwettqu minn persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-kapaċità li teżerċita, fi Stat Membru, attività professjonali li tittratta aspetti relatati ma' taxxa u mas-sigurtà soċjali tal-kuntratti tax-xogħol jew tal-kuntratti ta' forniment ta' servizzi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3.   Membru għandu jikkonkludi kuntratt individwali ma' aġent tal-ħlas tal-għażla tiegħu jew tagħha li jkun jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2.

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu ta' servizzi ta' aġent tal-ħlas skont il-paragrafu 1, għandhom ikunu koperti mill-ammont previst fl-Artikolu 29(4) u ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limitu stabbilit fl-Artikolu 30(10) fir-rigward ta' servizzi.

It-tariffi tal-aġenti tal-ħlas, mingħajr il-VAT, ma jistgħux jaqbżu l-10 % tal-ispejjeż tas-salarju, it-tariffi u l-allowances tal-assistenti lokali, il-fornituri ta' servizzi u t-trainees, li l-ħlas tagħhom huwa r-responsabilità tagħhom, u lanqas l-4 % tal-ammont previst fl-Artikolu 29(4).

Il-limiti massimi fuq it-tariffi tal-aġenti tal-ħlas għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi kumulattiva għal kull sena ta' kalendarju bi proporzjon mat-tul tal-kuntratt tagħhom.

4.   Il-kuntratt bejn il-Membru u l-aġent tal-ħlas għandu jiġi konkluż fuq il-bażi ta' kuntratt standard approvat mill-Bureau.

Il-kuntratt standard għandu jistabbilixxi, f'konformità ma' dan il-kapitolu, il-metodi ta' ħlas għall-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-ħlas u r-responsabilità tal-aġent ta' ħlas.”

(11)

L-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 32

Modi ta' ġestjoni tal-kuntratti mal-kollaboraturi personali

1.   L-aġent tal-ħlas għandu jkun żgur li l-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja tiġi applikata sewwa, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali u l-obbligi ta' taxxa marbuta mal-kuntratt li jamministra.

2.   L-onorarji dovuti lill-aġent tal-ħlas isir fuq preżentazzjoni tal-fatturi jew rendikonti rilevanti.

3.   Il-Membri għandhom jipprovdu lill-aġenti tal-ħlas tagħhom id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jiżguraw il-leġittimità u l-ġestjoni tajba tal-kuntratti li jkunu fdati lilhom, u b'mod partikolari id-dokumenti u l-informazzjoni previsti fl-Artikolu 33(2), l-Artikolu 34(1), il-punt (a), l-Artikolu 36, l-Artikolu 37(1), il-punt (a) u l-Artikolu 38.

4.   Il-Parlament għandu jgħaddi lill-aġent tal-ħlas il-pagamenti dovuti, inklużi l-ftehimiet tal-apprendistati, wara li l-kuntratti fdati lill-aġent tal-ħlas ikunu ġew eżegwiti u bil-preżentazzjoni tad-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa.

5.   Fuq talba tal-Membru, il-Parlament għandu, b'eċċezzjoni u f'ismu, jgħaddi s-salarju nett direttament lill-assistenti li magħhom il-Membru jkun ikkonkluda kuntratt tax-xogħol. L-aġent tal-ħlas għandu jikkomunika mingħajr dewmien lid-dipartiment rilevanti l-ammonti ta' ħlas ta' sigurtà soċjali u ta' taxxa, u jipprepara r-rendikont tal-paga.

6.   F'każ li ċ-ċirkostanzi jirrikjedu hekk, il-Parlament jista', fil-kuntest ta' kuntratt tax-xogħol konkluż u fuq talba tal-Membru, iħallas pagament bil-quddiem bħala parti mill-pagamenti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

L-avvanzi jistgħu jintużaw ukoll biex ikopru spejjeż inkorsi minn assistenti lokali huma u jagħmlu vjaġġi qosra. F'dak il-każ, għandhom jitħallsu abbażi ta' rata fissa sa massimu ta' EUR 100 kull assistent kull xahar. Jekk l-ispejjeż jaqbżu dak il-valur massimu, l-aġent tal-ħlas għandu jippreżenta kull trimestru dokumenti ġustifikattivi li jissostanzjaw l-ispejjeż inkorsi. F'każijiet eċċezzjonali, minflok dawn id-dokumenti ġustifikattivi tista' ssir dikjarazzjoni.

Is-saldu ta' tali avvanzi jibqa' r-responsabilità sħiħa tal-aġenti tal-ħlas u għandu ssir skont dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.”;

(12)

wara l-Artikolu 32, l-intestatura ’’Kapitolu 5 Assistenza minn kollaboraturi personali’’ titħassar;

(13)

L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari

1.   Applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza Parlamentari skont l-Artikolu 30(1), il-punt (b), (2), (4) u (5), fejn ikun hemm ippreċiżati l-benefiċjarji u l-ammonti tal-ħlas li għandu jsir, għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-Membru jew l-aġent tal-ħlas tiegħu u għandha tiġi kontrafirmata mill-Membri Parlamentari kollha kkonċernati u, ħlief fil-każ previst fl-Artikolu 32(5a)(b), mill-aġent tal-ħlas. Din għandha tkun ippreżentata flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi msemmija fl-Artikolu 34 fir-rigward ta' kuntratti ta' impjieg u dawk imsemmija fl-Artikolu 37 fir-rigward ta' kuntratti għal servizzi.

2.   Il-Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-aġenti tagħhom tal-ħlas u lid-dipartiment kompetenti dwar kull bdil fir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom u fl-istruzzjonijiet rigward il-ħlasijiet, billi jindikaw il-bdil li jkun sar fil-kuntratt.

L-aġent tal-ħlas għandu jgħaddi din l-informazzjoni mingħajr dewmien, flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi korrispondenti, lid-dipartiment kompetenti. ”;

(14)

L-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward ta' kuntratt ta' impjieg

L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-ispejjeż għal kuntratt ta' impjieg għandu jkun fihom:

(a)

il-kuntratt ta' impjieg oriġinali li l-Membru jkun ikkonkluda mal-assistent lokali tiegħu jew tagħha;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-impjieg u l-indirizz preċiż fejn għandu jitwettaq ix-xogħol;

(c)

kalkolu li juri d-dettalji tas-salarji, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi u tal-impjegati u spejjeż oħra li jridu jitħallsu waqt is-sena ta' kalendarju u mat-tmiem tal-kuntratt u li jieħu kont tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, inklużi dawk li jirregolaw il-pagi minimi, u l-obbligi kuntrattwali, inkluż kwalunkwe ħlas ta' spejjeż ta' missjonijiet;

(d)

kopja vera ċċertifikata ta' dokument tal-identità validu tal-assistent lokali;

(e)

prova tal-post tar-residenza abitwali tal-assistent lokali;

(f)

prova tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tal-assistent lokali; u

(g)

dikjarazzjoni, kontrofirmata kif xieraq mill-Membru, li matul il-perjodu tal-kuntratt tal-assistent lokali, dan tal-aħħar ma jeżerċitax, direttament jew indirettament, f'attivitajiet oħra – anke dawk li ma jintitolawx lill-assistent għal xi remunerazzjoni – għal kull organizzazzjoni li ssegwi għanijiet politiċi, bħal partit politiku, fondazzjoni, moviment jew grupp politiku parlamentari, jekk dawn l-attivitajiet huma tali li jfixklu lill-assistent mill-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha f'dik il-kapaċità jew li jagħtu lok għal kunflitt ta' interessi. ”;

(15)

L-Artikolu 34a jitħassar;

(16)

L-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Regolarizzazzjoni tal-kontijiet

1.   Għal kull wieħed mill-assistenti lokali impjegati, l-aġenti tal-ħlas għandhom jibagħtu lid-dipartiment rilevanti, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' wara s-sena finanzjarja tal-Parlament inkwistjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imġarrba, it-tnaqqis fiskali u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u kull spejjeż oħra rimborżabbli, b'mod partikolari għall-iskop tar-regolarizzazzjoni tal-ħlasijiet li jkunu saru bil-quddiem. Barra minn hekk, huma għandhom jipprovdu prova li l-assistenti lokali inkwistjoni jappartjenu għal skema ta' sigurtà soċjali, li tindika lill-Membru bħala l-impjegatur, u ċertifikat ta' assigurazzjoni kontra inċidenti relatati max-xogħol fejn il-liġi nazzjonali applikabbli jeħtieġ tali assigurazzjoni. Huwa għandu jiċċertifika li ġew onorati l-obbligi kollha skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

F'każ ta' terminazzjoni ta' kuntratt bejn l-aġent tal-ħlas u l-Membru u fi tmiem il-mandat tal-Membru, dawn l-obbligi għandhom jitwettqu fi żmien massimu ta' tliet xhur.

Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Parlament.

2.   Wara li ssir verifika tad-dikjarazzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1, għandha tintbagħat notifika lill-aġenti tal-ħlas mid-dipartiment rilevanti lill-aġenti tal-ħlas, flimkien ma' kopji lill-Membru, fejn jiġi ddikjarat jekk il-ħlasijiet li saru kinux regolari jew le u, fejn xieraq, liema dokumenti huma nieqsa u għad iridu jiġu ppreżentati.

Jekk notifika bħal din tindika li l-ħlasijiet mhumiex regolari, id-dokumenti meħtieġa għar-regolarizzazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment rilevanti fi żmien xahar wara d-data tan-notifika. Fin-nuqqas ta' dan, il-Parlament għandu japplika l-Artikoli 67 u 68.”;

(17)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 35a

Obbligi rigward il-kuntratti ta' impjieg

1.   L-aġenti tal-ħlas għandhom, għal perjodu stabbilit mil-liġi nazzjonali applikabbli, u mill-anqas għal sena wara t-tmiem tal-mandat parlamentari kkonċernat, iżommu reġistru ta' pagamenti li jelenka l-ammonti li tħallsu f'remunerazzjoni u f'taxxi u f'kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali tal-impjegaturi u tal-impjegati. Jekk kuntratt mal-aġent tal-ħlas jintemm qabel tmiem il-mandat tal-Membru, kopja awtentika ċċertifikata tar-reġistru ta' pagamenti għandha tintbagħat b'mod immedjat lill-aġent tal-ħlas il-ġdid magħżul mill-Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 31(3).

2.   L-assistenti għandhom jastjenu minn kwalunkwe azzjoni li ġġibhom f'kunflitt mal-interessi tal-Membri li jassistu u dawk tal-Parlament. Huma għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-Membru kkonċernat dwar l-intenzjoni tagħhom li jimpenjaw ruħhom f'xi attività esterna bi ħlas jew bla ħlas jew li joħorġu għall-elezzjoni.

Huma għandhom ikunu meħtieġa li joqogħdu f'distanza mill-post tax-xogħol tagħhom li hija kompatibbli mal-qadi xieraq tad-dmirijiet tagħhom.

3.   Il-Membru għandu jinforma b'mod immedjat lid-dipartiment rilevanti dwar kull bidla fil-kundizzjonijiet tal-impjieg li taffettwa l-ispejjeż tal-assistenza parlamentari u ta' kwalunkwe pjan mill-assistenti li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet esterni jew li joħorġu għall-elezzjoni. Il-Membru jrid jkun żgur li l-attivitajiet esterni u l-parteċipazzjoni f'elezzjonijiet ma jfixklux il-prestazzjoni tal-assistenti mill-qadi ta' dmirijiethom jew imorru kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Id-dipartiment rilevanti jista' jeżiġi prova tal-arranġamenti magħmula dwar dan mal-assistenti kkonċernati.

4.   L-assistenti lokali li għandhom l-intenzjoni jikkontestaw elezzjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali rigward kampanji elettorali. Mill-inqas gћall-perjodu tal-kampanja uffiċjali, l-assistenti jridu jkunu fuq leave annwali jew leave mingħajr ħlas. Jekk jiġu eletti, il-ħlas tal-ispejjeż b'rabta magħhom għandu jieqaf sakemm ma jistgħux jipprovdu prova li l-mandat tagħhom huwa konsistenti mal-qadi ta' dmirijiethom bħala assistenti parlamentari.

5.   Kuntratti konklużi bejn il-Membri u l-assistenti jridu jinkludu l-obbligi imposti fil-paragrafi 2 u 4.”;

(18)

L-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Spejjeż tat-tmiem ta' kuntratt ta' impjieg

1.   B’deroga mill-Artikolu 29(3), jistgħu jitħallsu spejjeż oħra li saru meta twaqqfu l-kuntratti ta' impjieg konklużi mill-Membri mal-assistenti lokali tagħhom minħabba l-fatt li l-mandat tagħhom intemm, sakemm dawn l-ispejjeż isiru minħabba konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar ix-xogħol, inkluż ftehimiet kollettivi.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

(a)

il-Membru kkonċernat jiġi elett immedjatament għal-leġiżlatura li jmiss;

(b)

il-Membru kkonċernat ikun ilu fil-kariga għal anqas minn sitt xhur;

(c)

il-Membru kkonċernat ikun naqas milli jottempera għall-obbligi ġuridiċi marbuta mat-tmiem tal-kuntratt ta' impjieg, inkluża n-notifika ta' tmiem l-impjieg, fi żmien meħtieġ qabel it-tmiem tal-kariga tiegħu, minbarra fil-każijiet fejn it-tmiem tal-kariga ma setax jitbassar minn qabel;

(d)

l-assistent ikkonċernat jirċievi salarju ieħor minn istituzzjoni Komunitarja jew huwa impjegat minn Membru ieħor jew minn raggruppament ta' Membri fil-perjodu kkonċernat;

(e)

l-ispejjeż ikkonċernati jirriżultaw minn ftehim speċifiku bejn il-partijiet jew minn deċiżjoni li jingħata bonus addizzjonali barra l-obbligi statutarji jew miftiehma b'mod kollettiv, dwar it-tmiem ta' kuntratt ta' impjieg.

3.   Talba għal ħlas tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1, fejn tinsab preċiżazzjoni tal-bażi ġuridika, għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-aġent tal-ħlas u għandha tiġi kontrofirmata mill-Membru, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem il-mandat tal-Membru kkonċernat.

4.   Meta jkun meħtieġ, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tax-xogħol, li l-Membri jħallsu, fir-rigward ta' spejjeż li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1, ammont li jkun ogħla minn tliet darbiet iktar ta' dak imsemmi fl-Artikolu 29(4), spejjeż bħal dawn jitħallsu fuq bażi eċċezzjonali wara l-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' verifika stabbiliti kif xieraq li jridu jkunu ċċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom jiġu ppreżentati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

5.   Biex jiġu koperti l-ispejjeż relatati mat-tmiem ta' kuntratt ta' impjieg li ma jkunux jistgħu jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 4, il-Membri jistgħu jagħtu istruzzjonijiet lill-aġenti tal-ħlas tagħhom biex iwarrbu fondi mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 29(4) u jirriportawhom għas-snin finanzjarji ta' wara sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Membru jkun stabbilixxa, permezz ta' dokumentazzjoni bil-miktub xierqa, li, barra l-Parlament Ewropew u mingħajr il-parteċipazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew, teżisti prattika stabbilita sew fis-settur li jirrelata miegħu l-kuntratt ta' impjieg li permezz tagħha jingħata kumpens għas-sensji li jkun aktar mill-minimu statutarju;

(b)

il-kumpens għas-sensji li jikkorrispondi għall-prattika identifikata skont il-punt (a) jkun inftiehem fil-kuntratt ta' impjieg tal-assistent lokali. L-ammonti miftiehma ma jistgħu, fl-ebda każ, ikunu aktar minn salarju ta' xahar għal kull sena ta' impjieg;

(c)

l-ammonti mwarrba jiġu ddikjarati għal kull impjegat matul il-proċedura tar-regolarizzazzjoni annwali skont l-Artikolu 35. L-aġent tal-ħlas għandu jiftaħ kont bankarju separat għall-fondi u għandu jipprovdi rendikont bankarju kull sena għar-regolarizzazzjoni. F'kull sena finanzjarja, l-aġent tal-ħlas jista' jwarrab biss l-ammonti li jikkorrispondu għall-perjodi ta' impjieg mill-bidu tal-leġiżlatura parlamentari li tkun għaddejja sa tmiem dik is-sena finanzjarja jew, jekk il-kuntratt jiskadi f'dik is-sena, sat-tmiem tal-kuntratt. L-imgħax li jakkumula fuq l-ammonti mwarrba għandu jiġi ddikjarat fil-mument tar-regolarizzazzjoni annwali. Kwalunkwe ammont żejjed jew mhux użat għandu jiġi rimborżat lill-Parlament fuq bażi annwali u fl-aħħar tal-kuntratt ta' impjieg ikkonċernat.”;

(19)

L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 37

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fir-rigward ta' kuntratt ta' servizz

1.   Bl-eċċezzjoni ta' servizzi okkażjonali li l-valur tagħhom ma jaqbiżx EUR 500, VAT inkluża, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-ħlas ta' spejjeż qabel il-konklużjoni ta' kuntratt għall-għoti ta' servizzi u jrid ikun fiha:

(a)

stima u abbozz tal-kuntratt li l-Membru għandu l-intenzjoni jikkonkludi ma' fornitur ta' servizz u li juri b'mod ċar in-natura tas-servizzi li għandhom jingħataw;

(b)

fil-każ ta' servizzi b'valur ta' aktar minn EUR 60 000, VAT inkluża, il-ġustifikazzjoni għall-offerta magħżula, li trid tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża ta' mill-inqas tliet offerti minn fornituri għalkollox indipendenti, filwaqt li, minbarra l-prezz, jitqiesu wkoll il-kwalità tal-offerta u l-aspetti soċjali; dan il-limitu minimu għandu japplika fuq bażi kumulattiva f'każ ta' kuntratti suċċessivi għal servizzi simili mingħand l-istess fornitur;

(c)

fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni ġuridiċi, kopja tad-dħul tagħhom fir-reġistru kummerċjali jew dokument ekwivalenti, flimkien mal-artikoli ta' inkorporazzjoni, jew fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni fiżiċi, id-dokumenti elenkati taħt il-punti (d) sa (f) tal-Artikolu 34, u, ħlief fil-każ ta' kuntratti okkażjonali, taħt il-punt (g) tiegħu;

(d)

fil-każ ta' fornituri ta' servizz li huma persuni ġuridiċi, dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess li tikkonferma li l-ebda wieħed minn dawk involuti fl-għoti ta' servizzi ma huwa assistent fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 30 jew f'ebda waħda mill-kategoriji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 39.

2.   L-ispiża tas-servizzi mogħtija għandha titħallas wara preżentazzjoni min-naħa tal-Membru lid-dipartiment rilevanti ta' fattura jew dikjarazzjoni tal-ħlasijiet dwar is-servizzi li effettivament ingħataw u kopja tal-kuntratt konkluż mal-fornitur ta' servizz. Il-fattura jew id-dikjarazzjoni tal-ħlasijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn konferma mill-Membru li s-servizz ikun fil-fatt ġie mogħti. Fuq talba mid-dipartiment rilevanti, il-Membru għandu wkoll jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ ewlenin.

Fejn is-servizzi huma parzjalment jew totalment eżentati mill-VAT, id-dipartiment rilevanti jista' jeħtieġ lill-aġent tal-ħlas jikkonferma l-bażi ġuridika għal dik l-eżenzjoni.”

(20)

L-Artikolu 38 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 38

Spejjeż straordinarji

Meta l-assistent lokali impjegat permezz ta' kuntratt ta' impjieg ikun assenti għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur, jew fuq leave tal-maternità jew minħabba mard serju, il-parti tal-ispejjeż għas-sostituzzjoni tiegħu mit-tielet xahar ta' assenza tiegħu, li ma tkunx koperta mill-benefiċċji għall-impjegat imħallsa taħt l-iskema nazzjonali tas-sigurtà soċjali applikabbli, jistgħu jitħallsu anki oltre l-ammont imsemmi fl-Artikolu 29(4). Talba għal ħlas ta' dawn l-ispejjeż għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-aġent tal-ħlas, bil-kontrofirma dovuta tal-Membru.”;

(21)

L-Artikolu 39 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 39

Spejjeż mhux rimborżabbli

L-ammonti mħallsa skont dan il-Kapitolu ma jistgħux, la b'mod dirett u anqas b'mod indirett, jintużaw:

(a)

biex jiġu ffinanzjati kuntratti konklużi ma' organizzazzjoni li ssegwi għanijiet politiċi, bħal partit politiku, fondazzjoni, moviment jew grupp politiku parlamentari;

(b)

għall-ħlas ta' spejjeż li jistgħu jiġu rimborżati taħt allowances oħra previsti minn dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni jew dispożizzjonijiet oħra tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

(c)

għall-ħlas ta' spejjeż marbuta ma' kuntratt għall-għoti ta' servizzi meta dan jista' joħloq kunflitt ta' interessi, b'mod partikulari fil-każi meta Membru jew wieħed mill-persuni msemmija fil-punt (d):

huwa l-proprjetarju assolut jew parzjali ta' kumpanija jew organizzazzjoni li taħdem bi profitt li taġixxi bħala fornitur ta' servizzi għalih,

ikun jagħmel parti mill-bord tad-diretturi jew minn korp eżekuttiv ieħor ta' kumpanija jew organizzazzjoni li taħdem bi profitt li taġixxi bħala fornitur ta' servizzi għalih,

ikollu aċċess għall-kont bankarju tal-fornitur ta' servizzi tiegħu,

ikollu interess fl-attivitajiet tal-fornitur ta' servizzi tiegħu jew jikseb benefiċċju finanzjarju ta' kwalunkwe tip minnhom;

(d)

biex jiġu ffinanzjati kuntratti li jipprevedu l-impjieg jew l-użu tas-servizzi tal-konjuġi tal-Membri jew tas-sħab stabbli jew tal-ġenituri tagħhom, uliedhom jew ħuthom jew, b'mod ġenerali, li jagħtu lok għal kull possibbiltà ta' kunflitt ta' interess kif definit fl-Artikolu 62(1a). ”;

(22)

L-Artikolu 39a jitħassar;

(23)

Wara l-Artikolu 39 tiddaħħal l-intestatura li ġejja:

“Kapitolu 6

Forniment ta' tagħmir u faċilitajiet ”;

(24)

L-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 40

L-aċċess għas-servizzi interni u l-forniment ta' tagħmir u faċilitajiet

1.   Il-Bureau għandu jadotta r-regoli dwar l-aċċess tal-Membri għas-servizzi interni tal-Parlament u l-forniment ta' tagħmir u faċilitajiet lill-Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta':

l-użu ta' vetturi tas-servizz,

l-għamara għall-uffiċċji tal-Membri,

il-forniment ta' tagħmir informatiku u għat-telekomunikazzjoni;

provvisti ta' kartolerija,

l-użu mill-Membri u mill-gruppi politiċi tal-ispazju għal uffiċċji li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom fl-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament,

l-ipproċessar tad-dokumenti tal-Membri li jingħataw fil-forma ta' rigal jew legat lil istitut, assoċjazzjoni jew fondazzjoni,

l-arranġamenti li permezz tagħhom il-Membri li jaslu fi tmiem il-mandat tagħhom waqt leġiżlatura jkunu jistgħu jibagħtu l-effetti personali tagħhom mill-uffiċċji fi Brussell jew Strasburgu lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom,

l-użu ta' roti tas-servizz,

korsijiet tal-lingwa u tal-kompjuter għall-Membri,

l-użu tas-servizzi mogħtija mis-Servizz Mediku.

2.   Il-Bureau jista' wkoll jadotta dispożizzjonijiet li jagħtu aċċess għall-faċilitajiet tal-Parlament lill-Presidenti preċedenti tal-Parlament, matul il-mandat tagħhom, u lill-ex Membri. ”;

(25)

L-Artikoli 41, 42 u 43 jitħassru;

(26)

L-intestatura ’’Kapitolu 6 Forniment ta’ tagħmir u faċilitajiet’’ u l-Artikolu 44 jitħassru;

(27)

Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“Kapitolu 7

Allowance għall-ispejjeż ġenerali

Artikolu 41

Dritt għall-allowance

1.   Il-Membri għandu jkollhom id-dritt għal allowance għall-ispejjeż ġenerali f'forma ta' ammont f'daqqa biex jiġu koperti l-ispejjeż li jinqalgħu waqt l-attivitajiet parlamentari tagħhom.

2.   Skont il-Premessa 17 u l-Artikolu 20, il-paragrafu 3, tal-Istatut, l-allowance għall-ispejjeż ġenerali titħallas f'forma ta' ammont f'daqqa.

3.   Il-Membri għandu jkollhom dritt għall-allowance mix-xahar li tasal l-applikazzjoni tagħhom għal ħlas.

4.   Il-Membri jistgħu jagħżlu li jirċievu l-ammont kollu tal-allowance jew parti minnu.

Artikolu 42

Perjodu kopert

1.   L-allowance għall-ispejjeż ġenerali titħallas għal tul il-mandat kollu ta' Membru.

2.   L-ammont tal-allowance ta' kull xahar għall-ispejjeż ġenerali għandu jkun ta' EUR 4 778.

3.   Il-Membri li l-mandat tagħhom jibda wara l-ħmistax-il jum tax-xahar għandhom jirċievu biss nofs l-allowance għall-ispejjeż ġenerali għal dak ix-xahar.

4.   Nofs l-allowance għall-ispejjeż ġenerali għandha titħallas għal tul perjodu ta' tliet xhur wara x-xahar li fih jispiċċa l-mandat tal-Membru, dment li jkun eżerċita l-attività tiegħu għal mill-anqas sitt xhur u ma jiġix rielett.

Artikolu 43

Ħlas u assenzi

1.   Kull ħlas tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għandu jsir direttament lill-Membri.

2.   Kwalunkwe Membru li, matul sena parlamentari (mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awwissu), ikun assenti għal tal-anqas 50 % tal-jiem li jistabbilixxi l-Bureau għas-sessjonijiet plenarji tal-Parlament għandu jirrimborża lill-Parlament 50 % tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali fir-rigward ta' dak il-perjodu.

3.   Kwalunkwe perjodu ta' assenza msemmi fil-paragrafu 2 jista' jkun skużat mill-President minħabba mard jew ċirkostanzi familjari serji, jew il-preżenza tal-Membru kkonċernat f'post ieħor b'missjoni f'isem il-Parlament. Għandhom jitressqu dokumenti ġustifikattivi lill-Kwesturi sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha jkun beda l-perjodu ta' assenza.

4.   Membru li tkun tqila għandha tkun skużata mil-laqgħat uffiċjali tal-Parlament għal perjodu ta' tliet xhur qabel it-twelid tat-tarbija. Il-Membru trid tippreżenta ċertifikat mediku li jindika d-data probabbli tat-twelid. Wara t-twelid tat-tarbija, il-Membru għandha tkun skużata milli tattendi l-laqgħat uffiċjali għal perjodu ta' sitt xhur. Il-Membru trid tippreżenta kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tat-tarbija.

Artikolu 44

Spejjeż koperti

1.   L-allowance għall-ispejjeż ġenerali hija maħsuba biex tkopri spejjeż, fost oħrajn, bħal l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-uffiċċju u tal-manutenzjoni tal-uffiċċju, il-fornimenti tal-uffiċċju u dokumentazzjoni, l-ispejjeż relatati mat-tagħmir tal-uffiċċju, l-attivitajiet ta' rappreżentanza jew l-ispejjeż amministrattivi.

2.   Il-Membri ma għandux ikollhom id-dritt għall-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għal attivitajiet li huma koperti minn allowances oħra skont dawn il-Miżuri ta' Implimentazzjoni jew regoli Parlamentari oħra, ħlief meta jkunu użaw l-ammonti kollha pprovduti permezz ta' dawk l-allowances.

Artikolu 44a

Prinċipji li jiggvernaw l-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali

1.   Sabiex il-Membri jingħataw assistenza għall-ġestjoni u moniteraġġ tal-ispejjeż tagħhom, il-Parlament għandu jħallas il-fondi maħsuba għall-allowance għall-ispejjeż ġenerali f'kont iddedikat għal dik l-allowance u ma jittrasferixxi f'dak il-kont l-ebda fondi oħra ħliefhom. Dan il-kont huwa kopert minn garanziji normali inerenti fil-mandat.

2.   Il-mod kif is-somom imħallsa skont dan il-Kapitlu jintużaw tibqa' r-responsabbiltà sħiħa tal-Membri.

3.   Il-Membri huma liberi li jiddokumentaw l-użu tagħhom ta' dawn is-somom, fid-dettall jew skont it-tipi ta' spiża kif elenkat fil-paragrafu 4, bl-għajnuna ta' awditur estern jew mingħajr, u li jippubblikaw din l-informazzjoni, jew b'mod sħiħ jew b'mod parzjali, fuq il-paġna online tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament f'konformità ma' Artikolu 11, il-paragrafi 4 u 5, tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

4.   It-tipi ta' spiża mesemmija fil-paragrafu 3 huma dawn li ġejjin:

 

Tip 1: Kiri ta' uffiċċju lokali u spejjeż relatati

 

Tip 2: Spejjeż operatorji ta' uffiċju lokali

 

Tip 3: Provvisti tal-uffiċċju, kartolerija u konsumabbli

 

Tip 4: Kotba, rivisti, gazzetti u reċensjonijiet tal-istampa

 

Tip 5: Għamara u tagħmir tal-uffiċċju

 

Tip 6: Protokoll u rappreżentazzjoni

 

Tip 7: Organizzazzjoni ta' avvenimenti, seminars u konferenzi

 

Tip 8: Spejjeż amministrattivi oħra

 

Tip 9: Attivitajiet koperti minn allowances oħra li ġew użati

 

Tip 10: Spejjeż b'rabta mal-mandat parlamentari tal-Membru

5.   Il-Bureau għandu jadotta kwalunkwe miżuri oħra meqjusin neċessarji sabiex jgħinu lill-Membri jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta' paragrafu 3.”;

(28)

Fl--Artikolu 64(3), l-ewwel subparagrafu il-kliem, “Artikolu 36(5)” huwa sostitwit b’“Artikolu 32(5)”;

(29)

Fl-Artikolu 65(2), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Artikolu 36(4) u (5)” huwa sostitwit b’“Artikolu 32(4) u (5)”;

(30)

Fl-Artikolu 67, l-ewwel paragrafu, il-kliem “Artikolu 35” huwa sostitwit b’“Artikolu 31”;

(31)

Fl-Artikolu 69(1), il-kliem “u 26(2)” huwa sostitwit b’ “u 42(2)”;

(32)

Fl-Artikolu 69(2), il-kliem “Artikolu 33(4)” huma sostitwiti b’“Artikolu 29(4)”.

(33)

Fl-Artikolu 78(1), il-kliem “Artikoli 34 u 35” huwa sostitwit b’“Artikoli 30 u 31”.

Artikolu 2

Il-Bureau tal-Parlament Ewropew għandu jivvaluta u, fejn xieraq, jirrevedi r-regoli dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali skont il-Kapitolu 7 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, wara li titqies l-istampa ġenerali tal-ammonti mhux użati u ritornati b’mod volontarju ppreparata mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament wara t-tmiem ta’ kull leġiżlatura. Dik il-valutazzjoni u kull reviżjoni għandhom isiru mhux aktar tard minn tmiem is-sena ta’ wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li kwalunkwe regoli ġodda jidħlu fis-seħħ matul il-leġiżlatura ta’ wara.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Settembru 1981, Lord Bruce of Donington v Aspden, C-208/80, ECLI:EU:C:1981:194.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).


Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Novembru 2022

(2022/C 452/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0463

JPY

Yen Ġappuniż

144,90

DKK

Krona Daniża

7,4367

GBP

Lira Sterlina

0,86606

SEK

Krona Żvediża

10,8973

CHF

Frank Żvizzeru

0,9872

ISK

Krona Iżlandiża

146,70

NOK

Krona Norveġiża

10,3640

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,348

HUF

Forint Ungeriż

408,87

PLN

Zloty Pollakk

4,6938

RON

Leu Rumen

4,9246

TRY

Lira Turka

19,4844

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5632

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4062

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,1782

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6827

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4375

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 396,56

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,9376

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5326

HRK

Kuna Kroata

7,5488

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 440,45

MYR

Ringgit Malażjan

4,6874

PHP

Peso Filippin

59,210

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,285

BRL

Real Brażiljan

5,6354

MXN

Peso Messikan

20,2200

INR

Rupi Indjan

85,4370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/16


Opinjoni dwar akkordji ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40305 - Network sharing - ir-Repubblika Ċeka

Relatur: L-Italja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/03)

(1)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, kif deskritt fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

(3)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti huma xierqa, neċessarji u proporzjonati u jenħtieġ li jsiru legalment vinkolanti, kif stabbilit fl-abbozz ta’ Deċiżjoni. Ħdax-il Stat Membru vvutaw favur. Stat Membru wieħed astjena.

(4)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Ħdax-il Stat Membru vvutaw favur. Stat Membru wieħed astjena.

(5)   

Il-Kumitat Konsultattiv (12-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/17


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.40305 – Network Sharing - ir-Repubblika Ċeka

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/04)

1.   

Dan ir-rapport jirrigwarda abbozz ta’ deċiżjoni dwar l-impenji skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) (l-“Abbozz ta’ Deċiżjoni”) indirizzat lil O2 Czech Republic a.s. (“O2”), CETIN a.s. (“CETIN”) u l-kumpanija prinċipali tagħhom PPF Group NV (“PPF”); kif ukoll T-Mobile Czech Republic a.s. (“TMCZ”) u l-kumpanija prinċipali tagħha Deutsche Telekom AG (“DT”) (3).

2.   

Fil-25 ta’ Ottubru 2016, wara li rċeviet ilment skont l-Artikolu 7 tar-Regolament 1/2003, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti f’dan il-każ kontra l-Partijiet għall-Kondiviżjoni.

3.   

Fis-7 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni fetħet ukoll proċedimenti kontra DT u PPF.

4.   

Il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lejn il-Partijiet għall-Kondiviżjoni fis-7 ta’ Awwissu 2019, li kienet notifikata lilhom fid-9 ta’ Awwissu 2019. Id-DO stabbiliet it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni, rigward il-possibbiltà ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz ta’ kooperazzjoni minquxa f’ċerti akkordji ta’ kondiviżjoni tan-network (4) (network sharing agreements, “NSAs”) għal networks tat-telekomunikazzjoni tal-mobile fit-territorju taċ-Ċekja (bl-eċċezzjoni taż-żoni ta’ Praga u Brno), konklużi bejn il-Partijiet għall-Kondiviżjoni (5).

5.   

Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lil DT u PPF, li kienet notifikata lilhom fit-18 ta’ Frar 2020.

6.   

Il-Partijiet irċevew aċċess għall-fajl. Wara t-tweġibiet bil-miktub għad-dikjarazzjonijiet (rispettivi) ta’ oġġezzjonijiet mill-Partijiet, saret seduta orali li damet tlett ijiem, mill-15 sas-17 ta’ Settembru 2020, li fiha pparteċipaw il-Partijiet kollha (6).

7.   

Fis-27 ta’ Awwissu 2021, wara analiżi tal-evidenza fil-fajl u tal-argumenti u l-evidenza ppreżentata mill-Partijiet fit-tweġibiet tagħhom u fis-seduta orali, il-Kummissjoni adottat Valutazzjoni Preliminari fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1/2003, li stabbiliet it-tħassib rivedut tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-Valutazzjoni Preliminari ġiet innotifikata lill-Partijiet fit-30 ta’ Awwissu 2021.

8.   

Fil-15, is-16 u s-17 ta’ Settembru 2021, il-Partijiet ipproponew impenji (l-“Impenji Proposti”) biex jittrattaw it-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari.

9.   

Fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, fejn talbet għal kummenti minn terzi persuni interessati dwar l-Impenji Proposti.

10.   

Fil-15 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni infurmat lill-Partijiet dwar il-kummenti li rċeviet.

11.   

Fid-29 ta’ Marzu u fis-7 ta’ April 2022, il-Partijiet ippreżentaw proposta emendata għall-impenji. Fit-3 u t-8 ta’ Ġunju 2022, il-Partijiet ippreżentaw sett finali ta’ impenji riveduti (“l-Impenji Finali”).

12.   

Bl-Abbozz tad-Deċiżjoni, ir-Rabtiet Finali jsiru vinkolanti fuq il-Partijiet għal seba’ snin u jikkonkludi li ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni f’dan il-każ fir-rigward tat-tħassib kif espress fil-Valutazzjoni Preliminari.

13.   

Ma rċevejt l-ebda talba jew ilment fir-rigward tal-proċedura ta’ impenn skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li t-tħaddim effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, il-5 ta’ Lulju 2022.

Dorothe DALHEIMER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (“ir-Regolament 1/2003”).

(3)  O2, CETIN u TMCZ se jissejħu kollettivament minn hawn’ il quddiem il-“Partijiet għall-Kondiviżjoni”. Flimkien mal-kumpaniji prinċipali tagħhom (PPF u DT), dawn se jissejħu kollettivament bħala l-“Partijiet”.

(4)  L-akkordji rilevanti huma l-NSAs iffirmati fid-29 ta’ Ottubru 2013, rigward it-teknoloġiji tat-2G u tat-3G; u fit-2 ta’ Mejju 2014, rigward it-teknoloġija LTE/4G.

(5)  Il-predeċessur ta’ O2, Telefónica Czech Republic, kienet il-firmatarja. Mill-1 ta’ Ġunju 2015, is-CETIN (is-suċċessur legali ta’ O2 fir-rigward tal-infrastruttura u n-negozju bl-ingrossa relatat) issuċċediet lil O2 bħala parti għall-NSAs.

(6)  Minħabba l-pandemija tal-coronavirus li għaddejja bħalissa, għadd ta’ rappreżentanti kienu fiżikament preżenti fil-post tas-seduta orali fi Brussell, filwaqt li oħrajn attendew mill-bogħod permezz ta’ vidjokonferenza jew konnessjoni ta’ web-streaming.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/19


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Lulju 2022

li jirrigwardaw proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (IL-KAŻ AT. 40305 – NETWORK SHARING – IR-REPUBBLIKA ĊEKA)

(notifikati bid-dokument numru C(2022) 4742 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/05)

Fil-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tagħmel l-impenji proposti minn T-Mobile Czech Republic a.s. (“T-Mobile”) u l-kumpanija prinċipali tagħha, Deutsche Telekom AG (“Deutsche Telekom”), kif ukoll minn CETIN a.s. (“CETIN”), O2 Repubblika Ċeka a.s. (“O2”) u l-kumpanija prinċipali tagħhom, PPF Group N.V. (“PPF Group”) (flimkien “il-Partijiet”) vinkolanti għall-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)

L-impenji jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari (Preliminary Assessment, il-“PA”) tagħha li l-akkordji orizzontali dwar il-kondiviżjoni tan-network (network sharing agreements, “NSAs”) konklużi bejn T-Mobile u CETIN (2) (inizjalment O2, li dak iż-żmien kien legalment segwit mis-CETIN), kif ukoll l-Akkordju dwar is-Servizzi tan-Network Mobbli (Mobile Network Services Agreement, “MNSA”) konkluż bejn O2 u CETIN setgħu naqqsu l-kapaċità u l-inċentiv tal-Partijiet għall-Kondiviżjoni li jinvestu b’mod unilaterali fl-infrastruttura tan-network, u dan jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità u l-inċentivi ta’ T-Mobile u O2 li jikkompetu fis-swieq bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fir-Repubblika Ċeka. Dan it-tħassib iqajjem dubju dwar il-kompatibbiltà tal-NSAs mal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(3)

Fl-4 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli.

2.   IT-TĦASSIB FIL-VALUTAZZJONI PRELIMINARI

(4)

Skont il-Valutazzjoni Preliminari tal-Kummissjoni, l-NSAs, kif ukoll l-MNSA jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE mill-effetti tagħhom. Il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod preliminari li l-NSAs (flimkien mal-MNSA), ikkunsidrati fil-kuntest tas-suq speċifiku tagħhom, inaqqsu l-kapaċità u l-inċentivi tal-Partijiet għall-Kondiviżjoni li jinvestu unilateralment fil-kapaċità b’ċerti modi speċifiċi, li min-naħa tagħhom inaqqsu l-flessibbiltà tagħhom fil-kompetittività, l-innovazzjoni u d-differenzjazzjoni tat-teknoloġija/prodott u għalhekk jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-kapaċità u l-inċentivi ta’ T-Mobile u O2 li jikkompetu fis-swieq bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fir-Repubblika Ċeka, li jwassal għal inqas għażla, kwalità aktar baxxa tas-servizzi, kif ukoll dewmien fl-innovazzjoni.

(5)

Fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni tqis li l-NSAs (i) wasslu għal nuqqas ta’ introduzzjoni tal-banda ta’ kapaċità ta’ 2 100 MHz fiċ-Ċekja tal-Lvant minn T-Mobile, kif ukoll għal restrizzjonijiet tal-flessibbiltà individwali tal-Partijiet għall-Kondiviżjoni fl-introduzzjoni tal-banda ta’ 1 800 MHz, u (ii) diżinċentivaw lill-Partijiet għall-Kondiviżjoni minn skjeramenti unilaterali ta’ networks ta’ kwalunkwe tip minħabba diżinċentivi finanzjarji kif ukoll skambju ta’ informazzjoni.

(6)

Fir-rigward ta’ (i), fil-Valutazzjoni Preliminari, il-Kummissjoni osservat li minħabba ċerti limitazzjonijiet ta’ infrastruttura fiż-żona li fiha topera CETIN (iċ-Ċekja tal-Lvant), (3) IT-Mobile ma setgħetx tuża LTE2100 f’dik iż-żona, għad-detriment tal-abbonati f’din il-parti tal-pajjiż. Barra minn hekk, l-estensjonijiet tal-kapaċità fuq il-banda tal-ispettru ta’ 1 800 MHz jistgħu jiżdiedu mingħajr installazzjonijiet ewlenin u/jew modifiki biss fuq siti speċifiċi bbażati fuq l-ippjanar komuni tan-network tal-Partijiet għall-Kondiviżjoni.

(7)

Fir-rigward ta’ (ii), il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-inċentivi tal-Operatur tal-Viżitaturi li jinvesti jistgħu jitnaqqsu għaliex l-aġġornamenti tan-network li tagħhom jitlob il-ħlas l-Operatur Prinċipali lill-Operatur tal-Viżitaturi bi prezz li jkun ogħla mill-ispejjeż sottostanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis b’mod preliminari li l-ambitu tal-informazzjoni skambjata jmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ għall-funzjonament tal-NSAs u jinkludi informazzjoni strateġika li tnaqqas l-inċentivi tal-Partijiet Kondiviżi biex jikkompetu ma’ xulxin. Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni tqis b’mod preliminari li mhuwiex kontrobilanċjat mis-separazzjoni strutturali ta’ O2 u CETIN billi s-CETIN – abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-MNSA li jirrikjedu lis-CETIN biex jaqsam ċerta informazzjoni ma’ O2 – ma taħdimx b’mod effettiv bħala “kaxxa sewda”, jiġifieri ma tipprevjenix b’mod effettiv it-tixrid ta’ informazzjoni bejn T-Mobile u O2.

3.   L-IMPENJI PROPOSTI

(8)

Il-Partijiet offrew l-Impenji Inizjali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex jittrattaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, kif ġej.

Impenn għall-Modernizzazzjoni tan-Network - l-użu ta’ tagħmir tan-Network ta’ Aċċess bir-Radju (Radio Access Network, “RAN”) multistandard fis-saffi ta’ Nofs il-Banda f’inqas minn ħames snin wara d-Data tal-Bidu (4).

L-Impenn Finanzjarju - l-istabbiliment u r-rieżami tal-kundizzjonijiet finanzjarji għal skjeramenti unilaterali - ipprezzar ibbażat fuq l-ispejjeż għal kwalunkwe investiment mitlub mill-Operatur tal-Viżitaturi lill-Operatur Prinċipali.

Impenn għall-Iskambju ta’ Informazzjoni - titjib tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-NSAs fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni - bidliet kuntrattwali biex jiġi limitat l-iskambju ta’ informazzjoni billi tiġi ssimplifikata l-istruttura ta’ governanza u tiġi limitata aktar l-informazzjoni skambjata.

Impenji tal-MNSA - bidliet fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali biex jiġi żgurat li s-CETIN taġixxi bħala “kaxxa sewda” bejn T-Mobile u O2.

(9)

L-Impenji fir-rigward tal-NSAs se jibqgħu fis-seħħ sat-28 ta’ Ottubru 2033. L-Impenji fir-rigward tal-MNSA jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ (i) it-terminu tal-MNSA jew (ii) it-terminu tal-NSAs skont liema minn dawk it-termini jispiċċa qabel.

(10)

Wara t-Test tas-Suq, il-Partijiet ipprovdew fl-Impenji Riveduti impenn addizzjonali li ma jestendux l-ambitu ġeografiku tal-NSAs attwali għal Praga u Brno. Dan l-impenn jibqa’ fis-seħħ sa [id-data fi żmien 7-10 snin] (“L-Impenn ta’ Praga u ta’ Brno”).

(11)

Fl-aħħar nett, fit-3 u t-8 ta’ Ġunju 2022, il-Partijiet ippreżentaw l-Impenji Finali li huma l-istess bħall-Impenji Riveduti bi kjarifika waħda.

4.   KONKLUŻJONI

(12)

L-Impenji Finali huma biżżejjed biex jittrattaw it-tħassib preliminari identifikat mill-Kummissjoni fil-Valutazzjonijiet Preliminari tagħha mingħajr ma jkunu sproporzjonati.

(13)

Fir-rigward tal-Impenn għall-Modernizzazzjoni tan-Network, il-Kummissjoni tqis li l-ewwel nett, dan l-impenn isolvi t-tħassib fir-rigward tal-effett ta’ riżerva tal-LTE2100 billi l-Partijiet għall-Kondiviżjoni jkollhom il-kapaċità li jintroduċu l-banda LTE 2 100 MHz fit-territorju kollu taċ-Ċekja.

(14)

It-tieni, l-Impenn għall-Modernizzazzjoni tan-Network itaffi t-tħassib imsemmi rigward l-estensjonijiet tal-kapaċità fuq il-banda tal-ispettru ta’ 1 800 MHz, billi l-Partijiet għall-Kondiviżjoni jkunu jistgħu jżidu din il-banda mingħajr ebda installazzjoni u/jew modifika ewlenija fis-siti kollha koperti mill-Impenn għall-Modernizzazzjoni tan-Network.

(15)

It-tielet, l-Impenn għall-Modernizzazzjoni tan-Network itejjeb il-kapaċità u l-inċentivi tal-Partijiet għall-Kondiviżjoni li jinvestu b’mod unilaterali, billi l-preinstallazzjonijiet tal-hardware l-ġodda jipprovdu livell ogħla ta’ flessibbiltà fl-użu tal-kapaċità b’mod aktar effiċjenti u indipendenti bl-użu tas-saffi ta’ banda medja.

(16)

Fir-rigward tal-Impenn Finanzjarju, il-Kummissjoni tqis li se tneħħi d-diżinċentivi finanzjarji għall-Partijiet għall-Kondiviżjoni biex jinvestu b’mod unilaterali fin-networks tagħhom, billi tiżgura li kull implimentazzjoni implimentata mill-Operatur Ewlieni għall-Operatur tal-Viżitaturi ssir bi prezzijiet ibbażati fuq l-ispiża.

(17)

Fir-rigward tal-Impenn għall-Iskambju ta’ Informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li dan inaqqas il-koordinazzjoni u t-trasparenza fis-suq billi jillimita t-tip ta’ informazzjoni skambjata u l-għadd ta’ persuni involuti f’dan l-iskambju.

(18)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-Impenn ta’ Praga u Brno se jnaqqas kwalunkwe tħassib relatat ma’ espansjoni ġeografika possibbli tal-NSAs eżistenti fil-futur, anki minħabba li wieħed mill-fatturi li ġie kkunsidrat fil-Valutazzjoni Preliminari huwa l-ambitu ġeografiku tal-kondiviżjoni tan-network, bl-iktar żoni densi tal-pajjiż, jiġifieri Praga u Brno, jitħallew barra mill-kooperazzjoni.

(19)

L-implimentazzjoni tal-impenji se tkun soġġetta għal rieżami espert indipendenti minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, għat-tul kollu tal-impenji.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  Mill-1 ta’ Ġunju 2015, CETIN tippossjedi u tamministra kemm l-infrastruttura fissa kif ukoll dik mobbli formalment proprjetà ta’ O2, filwaqt li O2 baqgħet attiva bħala Operatur tan-Network Mobbli fir-Repubblika Ċeka. T-Mobile, O2 u CETIN huma kollettivament imsejħa l-“Partijiet għall-Kondiviżjoni” f’din il-Komunikazzjoni.

(3)  L-iżvilupp u t-tħaddim tal-aċċess għar-radju huma kondiviżi skont il-prinċipju tat-territorjalità tal-istruttura ta’ Operatur Prinċipali/Viżitatur, fejn kull wieħed mit-T-Mobile u CETIN huwa inkarigat min-network f’naħa waħda tal-pajjiż, pereż. T-Mobile jiskjera, jopera u jżomm infrastruttura konsolidata tan-network mobbli fil-parti tal-Punent taċ-Ċekja (jiġifieri huwa l-Operatur Prinċipali f’din il-parti tal-pajjiż) u jservi lill-abbonati taż-żewġ operaturi f’din iż-żona.

(4)  Data tal-Bidu tfisser id-data li fiha l-Partijiet għall-Kondiviżjoni jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni bl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali li taċċetta dawn l-impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament 1/2003 u l-każ tal-għeluq AT.40305.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/22


Avviż dwar il-provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mit-2 ta’ Diċembru 2022, skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(2022/C 452/06)

Dan l-avviż inħareġ għall-informazzjoni tal-awtoritajiet doganali, tal-importaturi u tal-operaturi ekonomiċi li huma involuti fl-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE interim”).

F’konformità mal-Artikoli 17(3) u 21(1), il-punti (b) u (c) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika, u mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti fl-Artikoli 17(4) u 26 ta’ dak il-Protokoll, mit-2 ta’ Diċembru 2022 il-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju, mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea għandhom jibbenefikaw mit-trattament tariffarju preferenzjali tal-FSE interim biss wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-oriġini magħmula minn:

(i)

esportatur irreġistrat f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Kosta tal-Avorju;

inkella

(ii)

minn kwalunkwe esportatur għal kwalunkwe konsenja li tikkonsisti minn pakkett wieħed jew iżjed li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 6 000.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/23


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għal prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020

(2022/C 452/07)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)

Fil-15 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għal prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (1) (“il-Proposta”).

L-EDPS jilqa’ l-Proposta u jappoġġa bis-sħiħ l-objettiv ġenerali tagħha li jsir titjib fil-funzjonament tas-suq intern billi jiġi stabbilit qafas legali uniformi għar-rekwiżiti essenzjali għaċ-ċibersigurtà għat-tqegħid ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni.

L-EDPS ifakkar li l-Artikolu 5(1)(f) tal-GDPR stabbilixxa s-sigurtà bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin relatati mal-ipproċessar ta’ data personali. L-Artikolu 32 tal-GDPR ikompli jiddefinixxi dan l-obbligu, applikabbli kemm għall-kontrolluri kif ukoll għall-proċessuri, biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà. Għalhekk, l-EDPS jilqa’ l-fatt li l-prinċipji tas-sigurtà u l-minimizzazzjoni tad-data diġà huma inkorporati fir-rekwiżiti essenzjali għaċ-ċibersigurtà enumerati fl-Anness I tal-Proposta. Barra minn hekk, l-EDPS jirrakkomanda bil-qawwa l-inklużjoni tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku fir-rekwiżiti essenzjali għaċ-ċibersigurtà ta’ prodotti b’elementi diġitali.

Il-premessa 17 tipprevedi dispożizzjonijiet importanti ħafna dwar il-governanza li mhumiex riflessi fil-parti operazzjonali tal-Proposta. Għaldaqstant, l-EDPS jirrakkomanda li fil-parti operazzjonali tal-Proposta jiġu speċifikati l-aspetti kollha relatati mal-ħolqien ta’ sinerġiji kemm dwar l-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà kif ukoll sinerġiji bejn din il-Proposta u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq u l-infurzar. Barra minn hekk, l-EDPS iqis li huwa meħtieġ li jiġi kkjarifikat li l-Proposta ma tfittix li taffettwa l-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti tal-UE li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, inklużi l-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti.

L-EDPS jilqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni tirrikonoxxi li l-ipproċessar ta’ data personali huwa funzjoni kritika u sensittiva u bħala tali jista’ jirrikjedi li l-prodotti kritiċi korrispondenti b’elementi diġitali jiksbu ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà skont skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Fl-istess ħin, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi kkjarifikat, fi premessa tal-Proposta, li l-kisba ta’ ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà skont il-Proposta ma tiggarantixxix il-konformità mal-GDPR.

Fl-aħħar nett, l-EDPS jilqa’ l-penali proposti, li huma simili għal dawk tal-GDPR għal ksur tal-Artikolu 32 tal-GDPR dwar is-sigurtà tal-ipproċessar, b’multa massima ta’ 2.5 % tal-fatturat annwali globali. B’riżultat ta’ dan, il-Proposta tista’ sservi bħala forma oħra ta’ protezzjoni għall-individwi li jirrisjedu fl-Istati Membri tal-UE, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-GDPR.

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għal prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020.

2.

L-objettiv tal-Proposta huwa li jsir titjib fil-funzjonament tas-suq intern billi jiġi stabbilit qafas legali uniformi għar-rekwiżiti essenzjali għaċ-ċibersigurtà għat-tqegħid ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni (2). B’mod partikolari, il-Proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ limitu għall-iżvilupp ta’ prodotti siguri b’elementi diġitali billi jiġi żgurat li l-prodotti tal-hardware u tas-software jitqiegħdu fis-suq b’inqas vulnerabbiltajiet u li l-manifatturi jieħdu s-sigurtà bis-serjetà matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott. Għandha wkoll l-għan li toħloq kundizzjonijiet li jippermettu lill-utenti jqisu ċ-ċibersigurtà meta jagħżlu u jużaw prodotti b’elementi diġitali (3).

3.

Għal dan il-għan, il-Proposta tistabbilixxi (4):

regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’elementi diġitali biex tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà ta’ tali prodotti;

rekwiżiti essenzjali għad-disinn, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti b’elementi diġitali, u obbligi għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ dawn il-prodotti fir-rigward taċ-ċibersigurtà;

rekwiżiti essenzjali għall-proċessi biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet stabbiliti mill-manifatturi biex tiġi żgurata ċ-ċibersigurtà ta’ prodotti b’elementi diġitali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, u obbligi għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ dawn il-proċessi;

regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-infurzar tar-regoli u r-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

4.

Il-qafas tal-UE jinkludi bosta partijiet ta’ leġiżlazzjoni orizzontali li jkopru ċerti aspetti marbuta maċ-ċibersigurtà minn angoli differenti (prodotti, servizzi, ġestjoni tal-kriżijiet, u reati). Fl-2013, daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni (5), li tarmonizza l-kriminalizzazzjoni u l-penali għal għadd ta’ reati diretti kontra s-sistemi tal-informazzjoni. F’Awwissu 2016, id-Direttiva (UE) 2016/1148 (6) dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS) daħlet fis-seħħ bħala l-ewwel leġiżlazzjoni tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà. Ir-reviżjoni tagħha, li rriżultat fid-Direttiva NIS2, tgħolli l-livell komuni ta’ ambizzjoni tal-UE rigward iċ-ċibersigurtà tas-servizzi tal-ICT. Fl-2019, daħal fis-seħħ l-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà (7), li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sigurtà tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT u tal-proċessi tal-ICT billi jintroduċi qafas Ewropew volontarju għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.

5.

L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2022, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR. L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessa 71 tal-Proposta. F’dan ir-rigward, l-EDPS jinnota wkoll b’mod pożittiv li huwa kien ġie kkonsultat preċedentement b’mod informali skont il-premessa 60 tal-EUDPR.

3.   KONKLUŻJONIJIET

31.

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-inklużjoni tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku fir-rekwiżiti essenzjali għaċ-ċibersigurtà ta’ prodotti b’elementi diġitali;

(2)

tiġi spjegata, fil-preambolu, l-importanza ta’ prodotti b’elementi diġitali li jwettqu operazzjonijiet kriptografiċi, inkluż kriptaġġ wieqaf u fi tranżitu u psewdonimizzazzjoni li huma meħtieġa għas-sigurtà tal-informazzjoni effettiva, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;

(3)

fl-Anness II jiżdiedu prodotti tanġibbli u intanġibbli b’elementi diġitali li jwettqu operazzjonijiet kriptografiċi;

(4)

jitħassar ir-Regolament (UE) 2017/745 (8) mil-lista tal-leġiżlazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tal-Proposta;

(5)

jiġi kkjarifikat espressament fil-Proposta liema huma l-elementi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 2014/53/UE (9) dwar id-data personali u l-privatezza;

(6)

jiġu speċifikati, fil-parti operazzjonali tal-Proposta, l-aspetti prattiċi relatati mal-ħolqien ta’ sinerġiji kemm dwar l-istandardizzazzjoni kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà kif ukoll sinerġiji bejn din il-Proposta u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq u l-infurzar;

(7)

jiġi kkjarifikat li l-Proposta ma tfittix li taffettwa l-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti tal-UE li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, inklużi l-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti;

(8)

jiżdiedu definizzjonijiet rilevanti ta’ “software liberu”, “software b’sors miftuħ” u “software liberu u b’sors miftuħ”;

(9)

jiġi kkjarifikat, fi premessa tal-Proposta, li l-kisba ta’ ċertifikazzjoni Ewropea taċ-ċibersigurtà skont il-Proposta ma tiggarantixxix il-konformità mal-GDPR.

Brussell, id-9 ta' Novembru 2022

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  COM/2022/454 final.

(2)  Premessa 1 tal-Proposta.

(3)  Premessa 2 tal-Proposta

(4)  Artikolu 1 tal-Proposta.

(5)  Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).

(6)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(7)  Regolament 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparat mediku, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar Id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/26


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2022/C 452/08)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ pallett trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “il-pajjiż konċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fid-29 ta’ Awwissu 2022 minn Toyota Material Handling Europe u PR Industrial S.r.l. (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażi u l-idrawlika (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 8427900011, u 8427900019) u ex 8431 20 00 (il-kodiċijiet TARIC 8431200011, u 8431200019). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2206, (3) u estiż għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 (4) u estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn ftit modifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1346 (5).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping kif ukoll rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping

4.1.1.   Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-RPĊ

L-applikanti sostnew li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzjaw l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikanti bbażaw ruħhom fuq l-informazzjoni fir-rapport mill-pajjiżi, prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (6). B’mod partikolari, l-applikanti rreferew għal distorsjonijiet bħal preżenza tal-Istat b’mod ġenerali u speċifikament dawk li jaffettwaw is-settur tal-azzar (il-materja prima prinċipali għall-pallet trucks tal-idejn) u l-kapitoli dwar il-falliment u l-liġijiet dwar il-proprjetà, u d-distorsjonijiet fir-rigward tal-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol. Barra minn hekk, l-applikanti bbażaw ruħhom fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari għas-sejbiet tal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni antisussidji dwar il-prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fis-sħana (7) mir-RPĊ kif ukoll id-Ditti tal-Istat tal-OECD wara d-Dejn Korporattiv taċ-Ċina, id-Dokumenti ta’ Ħidma tad-Dipartiment tal-Ekonomija Nru 1536, Frar 2019, l-14-il pjan ta’ Ħames Snin tal-Gvern taċ-Ċina u diversi artikli tal-istampa.

B’riżultat ta’ dan, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mir-RPĊ hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għar-RPĊ.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li tissuġġerixxi li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Ir-rapport tal-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (8).

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu

L-applikanti jallegaw il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mir-RPĊ. F’dan ir-rigward, l-applikanti pprovdew ukoll biżżejjed evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fir-RPĊ. Dan huwa wkoll minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ daqs.

Finalment, l-applikanti jallegaw li t-tneħħija tad-dannu seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għall-Avviż ippubblikat (9) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rikorrenza tad-dannu u tal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10).

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi kkonċernati hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha (11) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi fir-RPĊ li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R783_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal Tron tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fir-RPĊ, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2635.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.

5.3.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tar-RPĊ li hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba, jipproponu pajjiż(i) rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv adegwat fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem mid-data li fiha din in-nota tiżdied fil-fajl, sabiex iressqu l-kummenti.

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ huwa l-Brażil. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv adegwat, il-Kummissjoni teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li għandhom data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materjali (mhux maħduma kif ukoll ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R783_INFO_ON_INPUTS_FOR_EXPORTING_PRODUCER_FORM. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal Tron tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, kwalunkwe preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid tiġi ppreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju għall-Gvern tar-RPĊ.

5.3.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (12) (13)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhux relatati u li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhux relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkoperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa kollha tal-importaturi dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2635.

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu u investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

Il-partijiet interessati huma b’dan mistednin jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufin kollha bil-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2635.

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2635. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li jagħmlu disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess (14).

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara s-seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment għad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiva) (15). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skennjati ta’ prokuri u ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/c8672a13-8b83-4129-b94c-bfd1bf27eaac/details Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux b’mod espliċitu li jirċievu d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u tal-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Directorate G

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Email: TRADE-R783-HPT-DUMPING@ec.europa.eu; TRADE-R783-HPT-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-perjodu ta’ żmien indikat huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Jenħtieġ li kull estensjoni tal-limiti ta’ żmien prevista f’din in-Notifika tintalab biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji tkun limitata għal tlett (3) ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintweriex li hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti sejbiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti/partijiet interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:

https://policy.trade.ec.europa.eu/contacts/hearing-officer_en

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Proċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:

https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/cef4ace2-299e-4e29-a17e-d450f34a23a5/details


(1)  ĠU C 104, 4.3.2022, p. 10.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI Tal-Kummissjoni (UE) 2017/2206 tad-29 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 30.11.2017, p. 12).

(4)  Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 499/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1.)

(5)  Ir-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1346 tat-8 ta’ Awwissu 2016 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, dwar l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn kemm kemm immodifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 1).

(6)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(7)  Ir-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17

(8)  Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll wara talba motivata kif xieraq.

(9)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

(10)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(11)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(12)  Huma biss l-importaturi li mhux relatati mal-produtturi fil-pajjiż(i) kkonċernat(i) li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(13)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(14)  F’każ ta’ problemi tekniċi, ikkuntattja lit-Trade Service Desk permezz tal-email trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(15)  Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10913 – SADCO / HACP / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/09)

1.   

Fis-17 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Saudi Aramco Development Co. Ltd (“SADCO”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata mill-Kumpanija taż-Żejt tal-Arabja Sawdija (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija),

Honeywell Automation and Control Products Ltd (“HACP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Honeywell International Inc. (“Honeywell”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

l-impriża bi sħab (joint venture, “JV”, l-Arabja Sawdija).

SADCO u HACP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab ffurmata ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fil-JV.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

SADCO: sussidjarja ta’ Saudi Aramco, li hija kumpanija b’ishma bi sħab involuta primarjament fl-ipprospettar, l-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-estrazzjoni ta’ sustanzi idrokarboniċi u l-ipproċessar, il-manifattura, ir-raffinar, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi,

HACP: sussidjarja ta’ Honeywell, li hija konglomerat multinazzjonali li jopera f’erba’ oqsma ta’ negozju: l-ajruspazju; it-teknoloġiji tal-bini; materjali u teknoloġiji ta’ prestazzjoni; u soluzzjonijiet ta’ sikurezza u produttività.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-joint venture (JV) li għadha kif twaqqfet se jkunu dawn li ġejjin: l-iżvilupp, ir-reklamar, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tħaddim ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-manifattura (integrated manufacturing operations management system, iMOMS) bl-isem tad-ditta “Plant.Digital”, primarjament attiva fir-reġjun tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u fl-Iraq.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10913 – SADCO / HACP / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/38


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10963 – BMWK / SEFE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/10)

1.   

Fil-21 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, irrappreżentata mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Azzjoni Klimatika (“BMWK”, il-Ġermanja),

SEFE Securing Energy for Europe GmbH (“SEFE”, il-Ġermanja).

BMWK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SEFE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ miżuri kapitali li jwasslu għall-akkwist ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Il-BMWK bħalissa ma għandu l-ebda attività kummerċjali fis-swieq tal-enerġija. Bħala parti mir-rispons tiegħu għall-kriżi attwali tal-enerġija, il-BMWK qed jiżviluppa ħames faċilitajiet ta’ rigassifikazzjoni tal-LNG fil-Ġermanja, li l-ewwel waħda minnhom se tibda topera minn Diċembru 2022,

SEFE (li qabel kienet magħrufa bħala “Gazprom Germania GmbH”) hija fornitur tal-gass naturali, preżenti prinċipalment fis-suq Ġermaniż. L-oqsma kummerċjali ewlenin tal-kumpanija jinkludu l-provvista bl-ingrossa downstream u l-kummerċ tal-gass naturali u tal-LNG, kif ukoll l-operat tal-ħażniet tal-gass taħt l-art.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10963 – BMWK / SEFE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/40


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10760 - AIRBUS / SAFRAN / TAC / AUBERT & DUVAL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/11)

1.   

Fis-17 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Airbus SAS (“Airbus”, Franza), finalment ikkontrollata minn Airbus SE (in-Netherlands),

Safran S.A. (“Safran”, Franza),

Tikehau Ace Capital S.A.S. (“TAC”, Franza),

Aubert & Duval S.A. (“Aubert & Duval”, Franza).

Airbus, Safran u TAC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Aubert & Duval kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Airbus hija attiva fuq bażi dinjija f’servizzi relatati mal-ajrunawtika, l-ispazju u d-difiża. In-negozju tagħha huwa organizzat fi tliet segmenti operattivi: (i) Airbus (Commercial Aircraft); (ii) Airbus Helicopters; u (iii) Airbus Defence and Space.

Safran tiffoka fuq tliet oqsma ewlenin: (i) propulsjoni ajruspazjali; (ii) tagħmir tal-inġenji tal-ajru, sistemi ta’ difiża u ajruspazju; u (iii) il-partijiet interni tal-inġenji tal-ajru. Safran tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-magni, tas-sistemi, u tat-tagħmir għall-inġenji tal-ajru ċivili u militari bi ġwienaħ fissi u tal-helicopters,

TAC hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi, li tiffoka fuq żewġ setturi: industriji strateġiċi (ajruspazjali, difiża, u marittimi) u teknoloġiji fdati (analiżi tar-riskju ċibernetiku u tas-software, u ċibersigurtà),

Aubert & Duval hija fornitur ta’ prodotti metallurġiċi avvanzati fil-forma ta’ partijiet, prodotti twal, u trabijiet tal-metall għal diversi applikazzjonijiet industrijali, inklużi l-avjazzjoni, l-ispazju, l-enerġija nukleari, id-difiża u l-enerġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10760 - AIRBUS / SAFRAN / TAC / AUBERT & DUVAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/42


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10944 – MITSUBISHI / HERE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 452/12)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun),

HERE International B.V. (“HERE”, in-Netherlands).

MC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HERE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

MC hija kumpanija kummerċjali integrata globali li tiżviluppa u tħaddem negozju f’varjetà ta’ industriji. MC hija maqsuma f’10 gruppi ta’ negozju: Gass Naturali; Materjali Industrijali; Pitrolju u Soluzzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi; Riżorsi Minerali; Infrastruttura Industrijali; Karozzi u Mobilità; Industrija tal-Ikel; Industrija tal-Konsumatur; Soluzzjonijiet tal-Enerġija; u Grupp ta’ Żvilupp Urban;

HERE hija negozju tal-immappjar u tal-intelligence dwar il-post li jipprovdi data tal-immappjar diġitali kif ukoll soluzzjonijiet ta’ navigazzjoni u ta’ lokalizzazzjoni lil diversi klijenti madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10944 – MITSUBISHI / HERE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/44


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 452/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA LI MA HIJIEX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Ricotta di Bufala Campana”

Nru tal-UE: PDO-IT-0559-AM01 — 23.12.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Ricotta di Bufala Campana DOP [Konsorzju għall-Ħarsien tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”] bl-uffiċċju rreġistrat f’Regie Cavallerizze - Reggia di Caserta, Via R. Gasparri 1, Caserta, u l-posta elettronika consorzio.ricotta@legalmail.it.

Il-Consorzio Tutela Ricotta di Bufala Campana DOP [Konsorzju għall-Ħarsien tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”] huwa magħmul minn prodotturi tar-“Ricotta di Bufala Campana” u huwa intitolat jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika] Dettalji tal-korp ta’ kontroll. Imballaġġ.

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Din l-emenda, li hija relatata mal-kontenut ta’ xaħam tal-prodott, tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“xaħam fis-sustanza niefxa: minimu ta’ 45 %”

“kontenut tax-xaħam: mhux inqas minn 12 % tal-piż kollu”

Verżjoni ġdida:

“kontenut minimu ta’ xaħam fuq il-bażi ta’ materja niexfa ta’ 20 %”

“kontenut ta’ xaħam: mhux inqas minn 4 % fuq bażi ta’ materja mxarrba”

L-għan ta’ din l-emenda proposta huwa li d-DOP “Ricotta di Bufala Campana” tkun tista’ titqiegħed fis-suq b’kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 20 %. Fis-suq hemm domanda għolja għall-irkotta, inklużi verżjonijiet tagħha bi ftit xaħam. Il-livelli limiti preċedenti ta’ kontenut ta’ xaħam kienu bbażati fuq l-użu ta’ xorrox b’kontenut partikolarment għoli ta’ xaħam. Dan huwa minħabba li t-teknoloġiji u l-għodod użati biex titfarrak il-baqta kienu jirriżultaw biex ħafna mix-xaħam fix-xorrox jintilef (ma għadux il-każ) u/jew għax kienu jiżdiedu l-ħalib u/jew il-krema max-xorrox.

Il-valur tal-kontenut minimu ta’ xaħam tal-irkotta huwa iktar baxx minħabba li x-xorrox li qed jiġi pproċessat għandu inqas xaħam, u ma għadhomx jiżdiedu ħalib u/jew krema. Xorrox b’dawn il-karatterisitiċi jinkiseb billi wieħed jieħu ħsieb li titfarrak il-baqta aktar kmieni fil-proċess, jew billi l-kontenut ta’ xaħam jiġi aġġustat mingħajr ma jiżdiedu l-ħalib u/jew il-krema mat-taħlita. L-irkotta b’kontenut iktar baxx ta’ xaħam hija mixtieqa minn varjetà li qed tikber ta’ konsumaturi li jixtiequ jibbilanċjaw in-nutrizzjoni mal-pjaċir gastronomiku mingħajr ma jnaqqsu mit-togħma li għaliha l-prodott minn dejjem kien magħruf. Dan huwa bis-saħħa tal-fatt li l-prodott għandu l-istess togħma friska u delikata, u l-aroma fragranti tipika tal-irkotta li hija magħmula biss mix-xorrox. Huwa x-xorrox li jagħti t-togħma u r-riħa tal-prodott, filwaqt li ż-żieda ta’ ħalib u krema tagħmel dawn il-karattaristiċi aktar perċettibbli. Biż-żieda ta’ ħalib u/jew krema, dawn il-karatterisitiċi jiġu perċepiti aktar faċilment fil-prodott.

Din l-emenda, li hija relatata mal-kontenut ta’ ndewwa tal-prodott, tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“kontenut tal-ilma: mhux aktar minn 75 %”

Verżjoni ġdida:

“kontenut ta’ ndewwa: mhux aktar minn 80 %”

It-tnaqqis sinifikanti fil-livell limitu ta’ xaħam iwassal għal żieda fiżjoloġika fil-valur massimu ta’ ndewwa aċċettabbli.

Din l-emenda, li hija relatata mal-kontenut ta’ aċidu lattiku tal-prodott, tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“aċtu tal-fermentazzjoni: li ma jaqbiżx iż-0,3 %”

Verżjoni ġdida:

“aċidu lattiku: mhux aktar minn 0,4 %”

It-talba biex il-livell limitu massimu ta’ aċidu lattiku jiżdied kemxejn minn 0,3 % għal 0,4 % tiġi b’segwitu għat-talba biex jiġi permess l-użu tal-“ewwel xorrox” b’aċidità ta’ 5 oSH/50 ml minflok 3,5 °SH/50 ml. Ir-raġunijiet għal dan huma spjegati fil-punt li jmiss dwar l-emenda li tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

Din l-emenda, li hija relatata mal-kontenut ta’ sodju, tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.2 u 3.3 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“kontenut tas-sodju: li ma jaqbiżx iż-0,3 %”

Verżjoni ġdida:

“kontenut ta’ sodju: mhux aktar minn 0,4 %”

Il-proposta biex il-valur ta’ kontenut massimu ta’ sodju jiżdied għal 0,4 % qed issir sabiex jiġi żgurat li l-prodott li jinkiseb ikollu l-karatteristiċi t-tajba f’termini ta’ togħma, b’mod partikolari minħabba li l-kontenut ta’ xaħam tnaqqas.

Metodu tal-produzzjoni

Materja prima

Din l-emenda, li hija relatata mal-possibbiltà ta’ idroliżi tal-lattożju fil-materja prima, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.2 u 3.3 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“L-‘ewwel xorrox’ (jew ‘xorrox ħelu’) għandu jinkiseb billi titneħħa l-baqta mfarrka għall-produzzjoni tal-‘mozzarella di bufala’”.

Żdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“L-‘ewwel xorrox’ (jew ‘xorrox ħelu’) irid jinkiseb billi l-baqta mfarrka, li tintuża għall-produzzjoni tal-‘Mozzarella di Bufala Campana’, titneħħa mill-ilma. Il-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tal-‘Mozzarella di Bufala Campana’ jista’ jkun għadda minn idroliżi tal-lattożju, jew il-lattożju li jinsab fl-‘ewwel xorrox’ miksub minn ħalib b’lattożju mhux idrolizzat jista’ jiġi idrolizzat.”

Din l-emenda qed tiġi proposta bl-intenzjoni li l-proċess tal-produzzjoni għad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” jsir separat minn dak tad-DOP tal-“Mozzarella di Bufala Campana” mingħajr lattożju, li huwa l-uniku prodott li għalih ix-xorrox diġà jkun mingħajr lattożju wara l-idroliżi tiegħu fil-ħalib. Madankollu, is-swieq għal dawn iż-żewġ prodotti mhux neċessarjament huma marbuta mill-qrib, minħabba li d-DOP “Mozzarella di Bufala Campana” huwa ġobon li diġà għandu kontenut naturalment baxx ta’ lattożju, li jista’ jkun xieraq ukoll għal konsumaturi b’intolleranza żgħira. Madankollu, il-kontenut ta’ lattożju ħafna ogħla fl-irkotta jfisser li din trid tiġi idrolizzata sabiex tkun xierqa għal konsumaturi b’intolleranza għal-lattożju. Bis-saħħa tal-għażla li jintużaw enzimi xierqa (lattażi) biex jidrolizzaw ix-xorrox miksub mill-ħalib kollu użat fil-proċess tal-produzzjoni tad-DOP “Mozzarella di Bufala Camapana” jkun possibbli li jiġi kkontrollat l-ammont ta’ DOP “Ricotta di Bufala Campana” mingħajr lattożju prodott f’konformità mad-domanda tas-suq mingħajr ma jkun marbut mad-disponibbiltà limitata tax-xorrox miksub b’mod esklużiv mill-produzzjoni tad-DOP “Mozzarella di Bufala Campana” mingħajr lattożju.

Din l-emenda, li hija relatata mal-aċidità massima titrattabbli tal-materja prima, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku. Din l-emenda tinvolvi wkoll emenda editorjali għall-punt 5 tad-Dokument Uniku (Link).

Verżjoni attwali:

“L-aċidità titrattabbli massima tax-xorrox użat għall-produzzjoni tad-DPO ‘Ricotta di Bufala Campana’ hija 3,5 oSH/50 ml.”

Verżjoni ġdida:

“L-aċidità massima titrattabbli tax-xorrox użat għall-produzzjoni tad-DOP ‘Ricotta di Bufala Campana’ hija 5,0 °SH/50 ml.”

Din l-emenda għall-aċidità massima titrattabbli minn 3,5 oSH/50 ml għal 5 oSH/50 ml qed tiġi proposta minħabba li ġie osservat li l-aċidità tal-“ewwel xorrox” meta titfarrak il-baqta ta’ spiss tkun ogħla minn 3,5 oSH/50 ml fis-sajf, minħabba li t-temperatura ogħla tal-arja żżid l-attività aċidifikanti tal-mikrobijoti kumplessi fix-xorrox naturali. Minħabba l-ħlewwa intrinsikament delikata tagħha, iż-żieda ċkejkna fl-aċidità tax-xorrox użat għall-produzzjoni tal-irkotta ma twassalx għal bidliet fil-karatterisitiċi sensorjali tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” li jiġu osservati minn konsumatur regolari. Iż-żamma tal-valur preċedenti tal-aċidità għax-xorrox teskludi l-użu ta’ volum sinifikanti ta’ xorrox prodott fis-sajf, u b’hekk ikun hemm riskju ta’ inqas disponibbiltà tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” f’dak iż-żmien tas-sena. Din ir-regola għandha impatt akbar fuq azjendi żgħar li huma inqas mgħammra tajjeb b’sistemi tal-arja kkundizzjonata.

Din l-emenda, li hija relatata maż-żieda ta’ sodju, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.2 u 3.3 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Iż-żieda ta’ melħ direttament għax-xorrox mhux biss tagħti aktar togħma lill-prodott, iżda taffettwa wkoll il-proċessi ta’ denaturazzjoni u ta’ koagulazzjoni tal-proteini u b’hekk, il-konsistenza tal-prodott.”

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Il-melħ jista’ jiżdied ukoll direttament mal-irkotta li diġà tkun ġiet estratta u mneħħija mill-ilma qabel it-tieni llixxar u/jew it-trattament ta’ stabbilizzazzjoni termali, dment li l-kontenut massimu ta’ NaCl ġenerali jkun konformi mal-Artikolu 2 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

Din il-proposta tagħmilha possibbli li jiġi żgurat li l-prodott lest ikun fih l-ammont it-tajjeb ta’ melħ bħala riżultat ta’ operazzjoni sempliċi ta’ taħlit. Min-naħa l-oħra, jekk il-melħ jista’ jiżdied biss mal-materja prima, il-kontenut ta’ melħ tal-irkotta li tirriżulta se jiddependi fuq fenomeni aktar kumplessi (eż. il-kontenut ta’ ndewwa tal-prodott, interazzjonijiet bejn l-NaCl u l-proteini) li ma humiex ikkontrollati daqshekk faċilment biex jiġi żgurat l-istess riżultat kull darba.

Din l-emenda, li hija relatata mat-temperatura tat-tisħin, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“L-istadju tat-tisħin ikun komplut meta tintlaħaq temperatura ta’ mhux iktar minn 92 oC.”

Verżjoni ġdida:

“L-istadju tat-tisħin ikun komplut meta tintlaħaq temperatura ta’ mhux iktar minn 96 oC.”

Il-proposta biex tiżdied it-temperatura massima ta’ dan l-istadju fil-proċess minn 92 oC għal 96 oC qed issir biex jiġu ottimizzati l-karatteristiċi tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”, b’mod partikolari fid-dawl tal-użu tagħha bħala ingredjent f’oġġetti oħra tal-ikel, jew fit-tisjir jew fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. Minn naħa waħda, din it-temperatura ogħla tippermetti aggregazzjoni ogħla u aktar effettiva tal-proteini u rkupru aħjar tal-proteini. Min-naħa l-oħra, peress li x-xorrox jiġi sseparat b’mod aktar effettiv, il-livelli ta’ ndewwa jitnaqqsu u l-irkotta tkun tista’ żżomm aktar l-indewwa residwa tagħha stess. Dan ifisser li hemm inqas ċans li tidħol f’ingredjenti oħra, meta tintuża, pereżempju, bħala ingredjent fl-għaġin frisk mimli jew fil-ħelu.

Din l-emenda, li hija relatata mal-istadju tas-separazzjoni tal-irkotta, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“L-irkotta tiġi sseparata jew bl-idejn, bl-użu ta’ mgħarfa bit-toqob sabiex il-baqta mxarrba titqiegħed direttament fil-passaturi tipiċi magħmula minn plastik tajjeb għall-ikel jew f’garża, jew b’mezzi mekkaniċi, bl-użu ta’ tagħmir ta’ estrazzjoni.”

Verżjoni ġdida:

“L-irkotta tiġi sseparata jew bl-idejn, bl-użu ta’ mgħarfa bit-toqob sabiex il-baqta mxarrba titqiegħed direttament fil-passaturi tipiċi magħmula minn plastik tajjeb għall-ikel jew f’garża, jew b’mezzi mekkaniċi, bl-użu ta’ tagħmir ta’ estrazzjoni li jippermetti wkoll separazzjoni rapida tax-xorrox, segwita immedjatament mill-ippakkjar filwaqt li tkun għadha taħraq.”

L-iskop ta’ din l-emenda proposta hija li tispeċifika li meta seħħ l-estrazzjoni mekkanika, tkun akkumpanjata minn tneħħija aktar rapida tax-xorrox mill-ilma, li jippermetti li l-irkotta tiġi ppakkjata waqt li tkun għadha taħraq. Meta dan l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni jitħaffef, jitnaqqas il-ħin li l-irkotta li tkun tneħħiet mill-ilma tkun f’kuntatt mal-ambjent, b’hekk tiġi protetta kontra l-possibbiltà ta’ postkontaminazzjoni ambjentali. Din il-proposta, b’hekk, ma tinvolvi l-ebda bidla għall-proċess, u l-iskop uniku tagħha huwa li tipprovdi informazzjoni aktar preċiża dwar il-metodu tal-produzzjoni.

Din l-emenda, li hija relatata mal-istadju tas-separazzjoni tal-irkotta, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“L-irkotta li titqiegħed f’passaturi jew f’garżi, b’hekk, tkompli tqattar l-ilma sakemm ix-xorrox kollu jkun ġie sseparat, meta tilħaq il-konsistenza definittiva tagħha.”

Verżjoni ġdida:

“Għalhekk, madankollul-irkotta li titqiegħed f’passaturi jew f’garżi tkompli tqattar l-ilma sakemm ix-xorrox kollu jkun ġie sseparat, meta tilħaq il-konsistenza definittiva tagħha.”

Din l-emenda tikkonsisti miż-żieda tal-kelma “madankollu”. Din l-emenda tinvolvi biss iż-żieda ta’ kelma biex il-frażi ssir aktar faċli biex tinftiehem, peress li tqabbilha mas-sistema alternattiva tal-estrazzjoni mekkanika u l-ippakkjar waqt li tkun taħraq.

Din l-emenda, li hija relatata mat-tekniki tat-tkessiħ tal-irkotta, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Jekk l-irkotta ma tiġix ippakkjata immedjatament, it-tkessiħ jibqa’ għaddej sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ + 4 °C f’maħżen kiesaħ; jekk l-irkotta tiġi ppakkjata, madankollu, it-tkessiħ ikompli sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ + 4 °C f’maħżen kiesah jew f’banju bl-ilma u/jew bis-silġ.”

Verżjoni ġdida:

“Jekk l-irkotta ma tiġix ippakkjata immedjatament, it-tkessiħ jibqa’ għaddej sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ + 4 °C f’maħżen kiesaħ; jekk l-irkotta tiġi ppakkjata, madankollu, it-tkessiħ ikompli sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ + 4 °C f’maħżen kiesaħ jew f’banju bl-ilma u/jew bis-silġ, jew bl-użu ta’ sistemi oħra ta’ tkessiħ funzjonali biex jitħaffef il-proċess ta’ tkessiħ.”

Din l-emenda qed tiġi proposta biex jiġi permess l-użu ta’ tekniki oħra ta’ tkessiħ (pereżempju, billi l-pakketti jgħaddu minn mini mkessħa b’arja kiesħa permezz ta’ ċirkolazzjoni furzata, inkluż f’temperaturi taħt iż-żero, fwar tan-nitroġenu jew diossidu tal-karbonju, eċċ) li jagħmluha possibbli titnaqqas it-temperatura aktar malajr, mingħajr ma l-prodott jiffriża jew mingħajr ma jinbidlu l-karatteristiċi strutturali tiegħu (eż. mingħajr ma l-konsistenza ssir granulari).

Din l-emenda, li hija relatata ma’ meta jista’ jintuża t-terminu “fresca” [friska], tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Il-varjetà ‘fresca’ [friska] tar-‘Ricotta di Bufala Campana’ għandha perjodu massimu ta’ preżervazzjoni ta’ sebat ijiem mid-data tal-produzzjoni”. –

Verżjoni ġdida:

“Il-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni tar-‘Ricotta di Bufala Campana’ li ssir billi tgħaddi minn trattament uniku ta’ tisħin biex il-proteini fil-materja prima jikkoagulaw u li tikkwalifika għaż-żieda tat-terminu ‘fresca’ [friska], ma jistax jaqbeż 7 ijiem mid-data tal-produzzjoni.”

L-emenda proposta tiċċara l-fatt li l-għażla tal-użu tat-terminu supplimentari “fresca”, hija marbuta mal-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni u kondizzjonali għall-prodott li jkun għadda minn trattament ta’ tisħin wieħed. Id-definizzjoni fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott setgħet implikat li kwalunkwe rkotta miksuba minn trattament uniku ta’ tisħin tikkwalifika bħala tal-varjetà “fresca” u jkollha perjodu massimu ta’ preżervazzjoni ta’ 7 ijiem. Madankollu, meta l-irkotta titħejja bl-użu ta’ sistemi ta’ estrazzjoni bi tneħħija rapida mill-ilma u ppakkjata filwaqt li tkun għadha sħuna f’temperatura ta’ aktar minn 60 oC, il-perjodu ta’ preżervazzjoni jista’ jiġi estiż. F’dan il-każ, il-produttur għandu jagħżel jekk jużax it-terminu “fresca” u jillimitax il-perjodu ta’ preżervazzjoni għal 7 ijiem, jew jagħżilx perjodu massimu ta’ preżervazzjoni itwal, li dejjem irid ikun iqsar mill-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni stabbilit għad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Din l-emenda, li hija relatata mal-perjodu ta’ preżervazzjoni tal-prodott, tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Bil-ħsieb li tinkiseb irkotta b’perjodu itwal ta’ preżervazzjoni (massimu ta’ 21 jum mid-data ta’ produzzjoni), l-irkotta mqattra mix-xorrox trid tgħaddi minn trattament bis-sħana qabel l-istadju tal-ippakkjar. L-irkotta mbagħad tiġi llixxata jew omoġenizzata sabiex tingħata dehra aktar kremuża. Il-prodott miksub b’dan il-mod huwa ddefinit bħala ‘Ricotta di Bufala Campana’‘fresca omogeneizzata’. L-irkotta tista’ tiġi ppakkjata filwaqt li tkun għadha taħraq (huwa permess ukoll ippakkjar bil-magni) f’kontenituri tal-plastik li jiġu immedjatament issiġillati bis-sħana. L-irkotta ppakkjata mbagħad titkessaħ rapidament sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ +4 °C f’maħżen kiesaħ jew f’banju bl-ilma u/jew bis-silġ.”

Verżjoni ġdida:

“Bil-ħsieb li tinkiseb irkotta b’perjodu itwal ta’ preżervazzjoni (massimu ta’ 30 jum mid-data ta’ produzzjoni), l-irkotta mqattra mix-xorrox trid tgħaddi wkoll minn trattament bis-sħana qabel l-istadju tal-ippakkjar. Xi kultant, dan jista’ jiġi wara proċedura ta’ llixxar jew ta’ omoġenizzazzjoni biex tingħata dehra aktar kremuża. Il-prodott miksub b’dan il-mod jiġi ddefinit bħala ‘Ricotta di Bufala Campana’. F’dan il-każ, l-irkotta tista’ tiġi ppakkjata filwaqt li tkun għadha taħraq (huwa permess ukoll ippakkjar bil-magni) f’kontenituri tal-plastik li jiġu immedjatament issiġillati bis-sħana. L-irkotta ppakkjata mbagħad titkessaħ rapidament sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ +4 °C f’maħżen kiesah jew f’banju bl-ilma u/jew bis-silġ, jew bl-użu ta’ sistemi oħra ta’ tkessiħ funzjonali biex jitħaffef il-proċess ta’ tkessiħ.”

i)

Ġie propost li l-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni jiżdied minn 21 għal 30 jum biex jiġi estiż il-perjodu li fih jista’ jinbiegħ il-prodott. Instab li l-prodott iżomm il-karatteristiċi tiegħu anki flimkien maż-żieda fit-temperatura massima tal-proċess (minn 92 oC għal 96 oC) u ġie kkonfermat ukoll li l-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni itwal ma jwassalx għal żieda notevoli ta’ ġerminazzjoni ta’ spori ta’ baċilli. Huwa possibbli li perjodu ta’ preżervazzjoni jiġi estiż għal 30 jum bħala riżultat tat-tekonoloġija tal-ippakkjar (eż. l-omoġenizzazzjoni u l-pasturizzazzjoni tal-prodott) żviluppata fl-azjendi.

ii)

Il-kliem “xi kultant” ġew miżjuda b’referenza għall-proċedura tal-illixxar u tal-omoġenizzazzjoni, biex ikun aktar ċar li din il-proċedura hija fakultattiva.

iii)

Din l-emenda tipprevedi li l-kliem “fresca omogeneizzata” jridu jitħassru. Din l-emenda qed tiġi proposta għaliex b’dan il-kliem wieħed jista’ jifhem li l-proċedura tal-illixxar u tal-omoġenizzazzjoni hija obbligatorja. Madankollu, il-prodott jista’ jkollu perjodu ta’ preżervazzjoni itwal mingħajr ma jgħaddi minn proċedura ta’ llixxar jew ta’ omoġenizzazzjoni, jekk jiġi deċiż li għandu jżomm id-dehra u l-konsistenza aktar “granulari” tiegħu. Biex tiġi evitata l-konfużjoni, b’mod partikolari fid-dawl tat-talba biex jiżdied perjodu ta’ preżervazzjoni, ġie propost li l-kliem “fresca omogeneizzata” jitħassar. Iż-żieda ta’ sottokategorija ġdida tal-prodott għal irkotta ppakkjata f’temperatura għolja, iżda li ma ġietx omoġenizzata tkun diffiċli wkoll biex tinftiehem mill-konsumaturi.

Tikkettar

Din l-emenda, dwar id-dettalji tat-tikkettar, tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Id-DPO ‘Ricotta di Bufala Campana’ għandha titgeżwer fil-karta, u għandha tiġi ppakkjata f’kontenituri tal-plastik għall-ikel magħluqin, jew f’reċipjenti oħra għall-ikel. Fil-każ li l-prodott jinbiegħ għall-użu bħala ingredjent f’ikel ipproċessat, huma permessi pakketti sal-40 kg.

Minbarra l-logo tad-denominazzjoni, is-simbolu grafiku tal-UE, u l-informazzjoni rikjesti mil-liġi, l-ippakkjar irid jiddikjara dan li ġej, stampat b’mod ċar u leġibbli:

il-kliem ‘fresca’ jew ‘fresca omogeneizzata’ f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-kliem ‘fresca’ jew ‘fresca omogeneizzata’ jridu jidhru eżatt taħt id-denominazzjoni ‘Ricotta di Bufala Campana’ b’tipa ta’ daqs ta’ 50 % ta’ dik li tintuża għad-denominazzjoni ‘Ricotta di Bufala Campana’.”

Verżjoni ġdida:

“Id-DOP ‘Ricotta di Bufala Campana’ trid tiġi ppakkjata minn qabel fis-sors fil-faċilità tal-produzzjoni. Jistgħu jintużaw kontenituri tal-karta, tal-plastik jew materjali oħra tajbin għall-ikel. Skont il-materjali, l-ippakkjar jista’ jingħalaq billi jiddawwar jew b’siġill bis-sħana jew b’vakwu. Fil-każ li l-prodott jinbiegħ għall-użu bħala ingredjent f’ikel ipproċessat, huma permessi pakketti sa 40 kg.

Minbarra l-logo tad-denominazzjoni, is-simbolu grafiku tal-UE, u l-informazzjoni rikjesti mil-liġi, l-ippakkjar irid ikollu l-kliem [DOP] ‘Ricotta di Bufala Campana DOP’ stampat b’mod ċar u li jinqara faċilment, kif ukoll l-indikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

il-kelma ‘fresca’ f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-kelma ‘fresca’ trid tidher eżatt taħt id-denominazzjoni DOP ‘Ricotta di Bufala Campana’ b’tipa ta’ daqs ta’ 50 % ta’ dik li tintuża għad-denominazzjoni DOP ‘Ricotta di Bufala Campana’.”

Din il-proposta qed issir fid-dawl tal-emendi li saru fl-Artikolu 5.

Dan ir-rekwiżit għall-ippakkjar minn qabel fis-sors fil-faċilità tal-produzzjoni ġie miżjud għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kwalità, is-sigurtà u l-konformità tal-prodott.

Il-proposta biex ikunu permessi materjali għajr il-plastik hija maħsuba biex ittejjeb is-sostenibbilta tal-proċess. L-għan li jiġi speċifikat li l-prodott jista’ jingħalaq b’siġill b’vakwu huwa biex tingħata informazzjoni aktar trasparenti dwar l-għażliet tal-ippakkjar tal-prodott lill-konsumturi.

Oħrajn

Kontrolli

Din l-emenda, li hija relatata mal-kontrolli, tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Il-konformità tal-prodott mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija mmonitorjata minn korp ta’ kontroll, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dettalji ta’ dan il-korp ta’ kontroll huma kif ġej: CSQA Certificazioni Srl – Via San Gaetano, 74 - 36016 Thiene (VI) – Tel. +39-044-531301,1 Faks +39-0445-313070 Posta elettronikacsqa@csqa.it”

Verżjoni ġdida:

“Il-konformità tal-prodott mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija mmonitorjata minn korp ta’ kontroll, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dettalji ta’ dan il-korp ta’ kontroll huma kif ġej: DQA Cerificazioni srl – Via Bosio 4, Roma; Tel. 06 46974641; Posta elettronika: info@dqacertificazioni.it.”

Id-dettalji tal-korp ta’ kontroll ġew aġġornati biex jindikaw il-korp ta’ kontroll il-ġdid.

Ippakkjar

Din l-emenda dwar l-ippakkjar tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Id-DPO ‘Ricotta di Bufala Campana’ għandha titgeżwer fil-karta, u għandha tiġi ppakkjata f’kontenituri tal-plastik għall-ikel magħluqin, jew f’reċipjenti oħra għall-ikel. Fil-każ li l-prodott jinbiegħ għall-użu bħala ingredjent f’ikel ipproċessat, huma permessi pakketti sal-40 kg.”

Verżjoni ġdida:

“Id-DOP ‘Ricotta di Bufala Campana’ trid tkun ippakkjata minn qabel. Jistgħu jintużaw kontenituri tal-karta, tal-plastik jew materjali oħrajn tajbin għall-ikel. Skont il-materjali, l-ippakkjar jista’ jingħalaq billi jiddawwar jew b’siġill bis-sħana jew b’vakwu. Fil-każ li l-prodott jinbiegħ għall-użu bħala ingredjent f’ikel ipproċessat, huma permessi pakketti sa 40 kg.”

Din l-emenda proposta għandha l-għan li tippermetti lill-produtti tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” jadattaw l-istadju tal-ippakkjar għall-iżviluppi fit-teknoloġija tal-ippakkjar u għall-użu ta’ materjali b’karatteristiċi tekniċi aħjar u li huma aktar sostenibbli. Il-fatt li l-prodott huwa permess jiġi ppakkjat b’siġill b’vakwu jikkontribwixxi wkoll għall-estensjoni tal-perjodu ta’ preżervazzjoni tiegħu. Fl-aħħar nett, l-ippakkjar minn qabel huwa permess biss fil-faċilitajiet tal-produzzjoni għal raġunijiet ta’ sikurezza alimentari u biex ikun possibbli monitoraġġ preċiż mill-korp ta’ kontroll għad-DOP.

DOKUMENT UNIKU

“Ricotta di Bufala Campana”

Nru tal-UE: PDO-IT-0559-AM01— 23.12.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Ricotta di Bufala Campana”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija prodott tal-ħalib frisk, jiġifieri mhux immaturat, li jinkiseb permezz tal-koagulazzjoni bit-tisħin tal-proteina fix-xorrox tal-ħalib tal-bufla, materja prima li hija prodott sekondarju tal-mozzarella tal-bufla. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija karatterizzata minn kontenut għoli tal-ilma (inqas minn 80 %), u kontenut ta’ xaħam fuq bażi mxarrba ta’ mhux inqas minn 4 %. Il-kontenut għoli ta’ ilma u l-kontenut ta’ xaħam li jibqa’ sinifikanti (minimu ta’ 20 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa) huma responsabbli għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ rtubija u ta’ kremożità tal-prodott. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija karatterizzata wkoll mit-togħma tipika ħelwa u fragranti tal-ħalib tal-bufla li jintuża biex tiġi prodotta l-Mozzarella u d-derivati friski tagħha, bħax-xorrox “ħelu” u l-krema friska mix-xorrox, minħabba l-aċidità negliġibbli tal-fermentazzjoni (li ma taqbiżx 0,4 % ta’ aċidu lattiku) u kontenut ta’ sodju limitat (li ma jaqbiżx 0,4 %). Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija rilaxxata għall-konsum bħala prodott abjad lewn il-porċellana, mingħajr qoxra, f’għamla ta’ piramida maqtugħa jew kon maqtugħ, li jiżen massimu ta’ 2 000 g u b’konsistenza ratba, imrammla iżda mhux granulari. Għandha togħma distinta, friska, u delikata u għandha riħa ta’ ħalib u krema. Dawn il-karatteristiċi jiġu pperċepiti aktar fil-prodott b’livell ogħla ta’ xaħam.. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” tinbiegħ ukoll fil-kategorija “fresca”, li għandha perjodu massimu ta’ preżervazzjoni ta’ 7 ijiem. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” bix-xorrox imqattar tista’ tgħaddi minn trattament bis-sħana jew anki proċess ta’ llixxar jew ta’ omoġenizzazzjoni biex issir aktar kremuża u biex il-perjodu ta’ preżervazzjoni tagħha jiġi estiż (massimu ta’ 30 jum mid-data tal-produzzjoni).

Hija disponibbli wkoll fis-suq verżjoni mingħajr lattożju tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” (li għalih l-ingredjenti jgħaddu minn idroliżi minn qabel tal-lattożju).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-bufli li jreddgħu jintemgħu għalf frisk u/jew niexef, li mill-anqas nofsu joriġina miż-żona msemmija fl-Artikolu 4, b’mod li tinżamm ir-rabta kruċjali bejn il-prodott u ż-żona. Il-pjanti li ġejjin jipprovdu s-sorsi ewlenin tal-għalf fil-mergħat u fil-bwar ta’ din iż-żona: Sainfoin (Onobrychis viciifolia); Silla (Hedysarum coronarium L.); Xnien Persjan (Trifolium resupinatum); Xnien aħrax (Trifolium squarrosum L.); Xnien ta’ Alessandrija (Trifolium alexandrinum); Ġulbiena (Vicia sativa); Rescuegrass (Bromus catharticus); Għantqux. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw konċentrati tal-għalf sempliċi jew komposti, flimkien ma’ supplimenti ta’ minerali u vitamini.

Il-materja prima għall-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija magħmula mill-“ewwel xorrox” (jew “xorrox ħelu”) li huwa prodott sekondarju tal-ħalib tal-bufla, miksub bil-ħlib bl-idejn jew b’mod mekkaniku ta’ bufli tar-razza Mediterranea Taljana, imrobbija fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4. L-“ewwel xorrox” (jew “xorrox ħelu”) irid jinkiseb billi l-baqta mfarrka, li tintuża għall-produzzjoni tal-mozzarella tal-bufla, titneħħa mill-ilma. L-aċidità titrattabbli massima tax-xorrox użat għall-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija ta’ 5 SH/50 ml, li jfisser li x-“xorrox aċiduż” li jirriżulta mill-maturazzjoni sħiħa tal-baqta ma jistax jintuża għall-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”. Jista’ jiżdied ħalib tal-bufla nej, ittrattat bit-tisħin jew ippasturizzat, miż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4, sa proporzjon massimu ta’ 6 % tal-“ewwel xorrox” (jew “xorrox ħelu”) użat. Tista’ tiżdied krema friska mill-ħalib tal-bufla prodotta fiż-żona msemmija fil-punt 4, sa proporzjon massimu ta’ 5 % tal-ewwel xorrox użat. Dawn iż-żidiet mhux obbligatorji jservu biex iħaxxnu l-konsistenza tal-irkotta kif ukoll biex jiffaċilitaw il-formazzjoni jew l-estrazzjoni tagħha. L-ingredjenti użati għall-produzzjoni tar-“Ricotta di Bufala Campana” mingħajr lattożju jgħaddu minn idroliżi minn qabel tal-lattożju.

Jista’ jiżded il-melħ (NaCl) sa proporzjon massimu ta’ 1 kg għal kull 100 kg tal-ewwel xorrox (jew xorrox ħelu), jew ta’ taħlita ta’ xorrox bil-ħalib u/jew bil-krema friska. Il-melħ (NaCl) jista’ jiżdied direttament mal-irkotta estratta u mqattra, dment li l-kontenut finali massimu ta’ sodju ma jaqbiżx 0,4 % għal kull 100 g tal-prodott.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, tax-xorrox u tal-krema friska mix-xorrox, kif ukoll tal-irkotta nnifisha, għandha ssir kollha fiż-żona msemmija fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Bħala prodott mhux iffermentat u mingħajr qoxra, id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” tista’ tittiekel kollha kemm hi, u hija partikolarment soġġetta - aktarx ħafna iktar minn prodotti oħra friski tal-ħalib - għar-riskju ta’ postkontaminazzjoni u taħsir minħabba żieda fil-mikroorganiżmi ambjentali li jistgħu jmissu ma’ wiċċ il-prodott matul l-aħħar proċess ta’ tqattir tal-irkotta. Bħala prodott frisk, id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija karatterizzata wkoll minn nuqqas ta’ maturazzjoni, u għaldaqstant għandha tevita kull fenomenu ta’ tkabbir mikrobiku matul il-ħajja kummerċjali tagħha. Biex jiġi evitat ir-riskju ta’ taħsir, il-prodott għandu jiġi ppakkjat fl-istess impjant iċċertifikat tal-produzzjoni. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” trid titgeżwer fil-karta, u għandha tiġi ppakkjata f’kontenituri magħluqin tal-plastik tajjeb għall-ikel, jew fi ppakkjar ieħor tajjeb għall-ikel b’siġill bis-sħana jew b’vakwu. Fil-każ li l-prodott jinbiegħ għall-użu bħala ingredjent f’ikel ipproċessat, huma permessi pakketti sa 40 kg.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-logo tad-denominazzjoni, is-simbolu grafiku tal-UE, u l-informazzjoni meħtieġa mil-liġi, u skont it-tip ta’ ppakkjar, it-tikketta jrid ikollha, fejn huwa applikabbli, il-kelma “fresca” stampata b’mod ċar u li jinqara faċilment, eżatt taħt id-denominazzjoni DOP “Ricotta di Bufala Campana” b’tipa ta’ daqs ta’ 50 % ta’ dik li tintuża għad-denominazzjoni DOP “Ricotta di Bufala Campana”.

Huwa pprojbit li jiżdied kwalunkwe deskrittur li ma huwiex previst b’mod espress, inklużi l-aġġettivi “fine” [fin], “scelto” [għażla], “extra” [extra], “selezionato” [magħżul], “superiore” [superjuri], “genuino” [ġenwin] jew kwalunkwe aġġettiv ieħor li jfaħħar il-prodott. Madankollu, huwa permess l-użu ta’ ismijiet tad-ditti, dment li ma jkollhomx għan ta’ tifħir u ma jqarrqux bil-konsumatur. Jistgħu jintużaw ukoll referenzi oħra veritiera u verifikabbli permessi skont il-leżiġlazzjoni attwali. Il-kliem “Ricotta di Bufala Campana DOP” irid ikun bit-Taljan.

Il-logo għad-denominazzjoni jrid jinħareġ mill-korp ta’ kontroll, skont l-istruzzjonijiet tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija. Il-logo tal-prodott huwa ċoff ċirkolari bi tliet ilwien madwar il-forma ta’ ras ta’ bufla. Dan ta’ hawn fuq huwa mdawwar bil-kliem “RICOTTA DI BUFALA CAMPANA” b’ittri kbar.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” tinkludi parti mit-territorju amministrattiv tar-Reġjuni tal-Campania, il-Lazio, il-Puglia u l-Molise, kif iddettaljat hawn isfel. Fil-Campania, din prinċipalment tikkonsisti miż-żona madwar ix-xmajjar Garigliano u Volturno u tinsab bejn il-pjanura tax-xmara Sele u ż-żona ta’ Cilento, jiġifieri tul il-kosta u fil-widien. Fil-Lazio, din hija kkonċentrata bejn il-wied tax-xmara Amaseno u l-pjanura ta’ Pontina fil-qrib. Fil-Puglia, din tikkonċerna l-medda ta’ pjanuri u għoljiet tal-provinċja ta’ Foggia, ma’ qiegħ il-promontorju tal-Gargano. Fil-Molise, l-unika muniċipalità kkonċernata hija Venafro, li reċentement ġiet taħt il-ġestjoni amministrattiva tal-Molise. Dejjem kienet parti miż-żona rinnmata “Terra di Lavoro”, li tinkludi l-provinċja kollha tal-lum ta’ Caserta. Fis-sekli tal-imgħoddi, kienet art tal-kaċċa magħrufa għar-Renju ta’ Napli taħt il-Borboni.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kundizzjonijiet orografiċi, tal-ħamrija u tal-klima tat-territorji msemmija fil-punt 4 huma l-fatturi ewlenin li wasslu għat-tixrid tat-trobbija tal-bufli f’dawn iż-żoni. Il-bufla għandha karatteristiċi morfoloġiċi ideali biex tkampa fid-diffikultajiet ambjentali, kif ukoll biex titrabba f’żoni b’makroklima tipikament Mediterranja. Il-karatteristiċi pedoloġiċi tal-pjanuri, b’ħamrija ta’ oriġini alluvjali u/jew minn artijiet mistagħdra, kif ukoll il-karatteristiċi pedoloġiċi tal-għoljiet, fejn hija mifruxa ħamrija ta’ oriġini vulkanika, flimkien mal-mikroklima tipika ta’ din il-parti tal-Mediterran, iddeterminaw il-pjanti li jikbru fis-salvaġġ u/jew li jitkabbru fil-mergħat u l-bwar, kif ukoll l-għażla ta’ tiben ta’ tipi varji li jintuża għall-għalf tal-bufli. Din l-art kienet tikkostitwixxi unità territorjali omoġenja, politika kif ukoll amministrattiva, bħala r-Renju ta’ Napli mill-1282 sal-1860. Waħda mill-karatteristiċi partikolari kondiviżi minn dawn it-territorji hija li ilhom jintużaw għal sekli biex jitrabbew il-bufli għall-produzzjoni tal-ħalib biex isiru l-ġobon u l-irkotta. Anki wara t-tnixxif tal-artijiet mistagħdra u l-bidliet politiċi u amministrattivi li seħħew, iż-żona ġeografika żammet għadd ta’ karatteristiċi komuni, fosthom it-tradizzjoni u l-iżvilupp ta’ distrett b’saħħa produttiva, fl-għamla ta’ mijiet ta’ bdiewa li jrabbu l-bufli u ta’ produtturi tal-ġobon. Skont id-data tal-Bażi tad-Data Nazzjonali tar-Reġistru tal-Bhejjem għal Teramo (2008), 92 % mill-bufli ta’ razza Mediterranja tal-Italja jinsabu f’din iż-żona.

Ir-“Ricotta di Bufala Campana” tista’ tiġi distinta minn prodotti oħra tal-istess kategorija, u b’mod aktar speċifiku, hija distinta minn varjetajiet oħra ta’ rkotta, bis-saħħa tal-karatteristiċi strutturali partikolari tagħha ta’ kremożità u rtubija, tal-lewn abjad porċellana, u tal-proprjetajiet sensorjali faċilment identifikabbli, bħar-riħa ħelwa u tal-ħalib. Dan il-prodott huwa uniku minħabba li l-kompożizzjoni tax-xorrox tal-ħalib tal-bufla (xaħam u proteini) hija kwalitattivament u kwantitattivament differenti mix-xorrox tal-ħalib tal-baqra u tan-nagħġa li jintużaw għal varjetajiet oħra ta’ rkotta. Għandu wkoll karatteristiċi aromatiċi distinti li jitnisslu mix-xorrox ta’ avvjament naturali użat fil-produzzjoni tal-“mozzarella di bufala”, li l-karatteristiċi tiegħu, inkluż fir-rigward tal-aroma, jiġu ttrasferiti proporzjonalment fix-xorrox ħelu użat għall-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”. Ix-xorrox starter jista’ jkun fih ingredjenti aromatiċi li jkunu preżenti b’mod naturali fil-ħalib, kif ukoll ingredjenti li ma jkunux preżenti fil-ħalib iżda li jiġu prodotti minn mikroflora nattiva hekk kif tiġi prodotta l-kultura starter. Il-kontenut b’livell għoli ta’ xaħam fuq il-bażi ta' materja niexfa u l-karatteristiċi tat-trigliċeridi fil-ħalib tal-bufla (li fih l-aċidi tax-xaħam jiġu sterifikati għal pożizzjonijiet differenti mill-ħalib tal-baqra) jgħinu biex jiddeterminaw il-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi speċifiċi ferm, bħall-kremożità u l-irtubija, filwaqt li jiġu ppreżervati l-komponenti aromatiċi kollha. In-nuqqas ta’ betakarotina fil-ħalib tal-bufla huwa waħda mir-raġunijiet għall-kulur tipiku abjad lewn il-porċellana tal-ħalib u l-ġobnijiet tal-bufla, inkluża l-irkotta, differenti mill-prodotti tal-ħalib magħmula mill-ħalib tal-baqra. Id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija differenti mill-irkotta magħmula mill-ħalib tan-nagħġa. Dan huwa dovut għall-fatt li ħafna ġobon mill-ħalib tan-nagħġa jsir bl-użu ta’ baqta solida, li l-kontenut għoli ta’ lipażi tagħha taffettwa l-karatteristiċi sensorjali tax-xaħam. Għalhekk, in-nuqqas ta’ lipoliżi huwa karatteristika tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana” li għandha l-effett li żżid il-ħlewwa u l-aroma ta’ ħalib tagħha. Il-projbizzjoni tal-użu tax-xorrox matul il-proċess ta’ aċidifikazzjoni, u inkluż rekwiżiti speċifiċi dwar il-proċess ta’ produzzjoni fir-rigward tal-perjodu massimu ta’ preżervazzjoni, huma żewġ salvagwardji relatati li jiżguraw u jżommu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, li huma uniċi fil-firxa kollha tal-prodotti tat-tip tal-irkotta. Biex tiġi ggarantita t-togħma distinta delikata u fragranti tal-ħalib, ikkaratterizzata min-nuqqas ta’ sfumaturi ta’ aċtu, huwa possibbli jintuża biss “l-ewwel xorrox” (jew “ix-xorrox ħelu”), mifrud immedjament wara li tkun tfarrket il-baqta, u b'hekk ikkaratterizzata wkoll minn kontenut massimu ta’ aċtu titrattabbli ta’ 5 SH/50 ml. Ix-“xorrox aċiduż” li jitnissel mit-tqattir tax-xorrox wara t-tifrik tal-baqta matul il-maturazzjoni tagħha ma jistax jintuża għall-produzzjoni tad-DOP “Ricotta di Bufala Campana”, għaliex il-livell għoli ta’ aċtu tal-ħalib kieku ma jħallix il-karatteristiċi tal-irkotta joħorġu, jew jobbliga ż-żieda ta’ alkalini bħala aġenti newtralizzanti li jolqtu t-togħma, l-istruttura u l-konsistenza tal-ġobon. B’hekk, id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” hija differenti wkoll mill-irkotta ġenerika tal-ħalib tal-bufla, għaliex il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tax-xorrox huma marbutin mill-qrib mal-karatteristiċi tal-ħalib u mal-mod kif jiġi pproċessat f’ġobon.

L-ispeċifiċità tar-“Ricotta di Bufala Campana”, kif deskritta, hija intrinsikament iddeterminata mill-kwalità tal-materja prima: xorrox, krema friska mix-xorrox u ħalib tal-bufla, li, meta jiġu prodotti fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4, jistgħu jagħtu karatteristiċi li huma superjuri għal dawk miksuba minn żoni oħra. Il-karatteristiċi orografiċi, ġeopedoloġiċi u makroklimatiċi taż-żona definita huma l-fatturi ewlenin li jwasslu għall-kwalità tal-pjanti tal-għalf li jikbru fil-mergħat - u għaldaqstant, għall-ħalib u x-xorrox li bih issir id-DOP “Ricotta di Bufala Campana” - il-karatteristiċi organolettiċi u tat-togħma li jagħmluha unika u li tintgħaraf faċilment. Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika, il-materja prima u l-prodott hija saħansitra aktar kumplessa għall-ġobon, minħabba li l-irkotta hija prodott li l-materja prima ewlenija tiegħu, ix-xorrox, hija prodott sekondarju tal-proċess li bih il-ħalib isir ġobon. Għalhekk, ir-rabta maż-żona ġeografika tiddependi mill-kapaċità tal-produtturi biex jiksbu xorrox li jżomm il-karatteristiċi oriġinali tal-ħalib, minkejja d-differenzi inevitabbli. L-għażla li jintuża biss xorrox ħelu, jiġifieri xorrox mhux iffermentat, prodott mit-tifrik tal-baqta tal-ħalib frisk tal-bufla, hija l-uniku mod biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi tal-ħalib - li huma marbutin intrinsikament maż-żona tal-produzzjoni - jgħaddu fl-irkotta. Il-kontenut għoli ta’ xaħam fil-ħalib tal-bufla jfisser li x-xorrox għandu kontenut ta’ xaħam ogħla minn dak tax-xorrox tal-ħalib tal-baqra, u dan jippermetti li ma jintilfux il-kwalitajiet aromatiċi tal-ħalib, li jinsabu speċifikament fil-molekuli tax-xaħam. Il-fattur uman huwa, ghaldaqstant, essenzjali fl-iżgurar ta’ din ir-rabta b’saħħitha u d-distintività tal-prodott miksub.

Il-bżonn li jintuża biss il-ħalib frisk u x-xorrox ġenwinament frisk, jiġifieri li jinfired malli titfarrak il-baqta, kien diġà evidenti fi prattiki antiki li kienu jintużaw biex issir ir-Ricotta di Bufala fiż-żona li dak iż-żmien kienet parti mir-Renju ta’ Napli, u aktar ’il quddiem, fis-subdiviżjonijiet attwali ġeografiċi-amministrattivi. Fl-1859, Achille Bruni, Professur tal-Università Regia ta’ Napli, iddeskriva kif ġej il-metodu ta’ dak iż-żmien għall-produzzjoni tar-“Ricotta di Bufala” fil-monografija tiegħu “Del latte e dei suoi derivati” fl-Enċiklopedija Agrikola Ġdida: “Ħu l-ħalib frisk mill-bufla u ferrgħu fil-bieqja, żidlu l-baqta tal-mogħża; wara li jkun baqat, qattgħu f’biċċiet kbar bi spatula tal-injam. Imbagħad qattar ix-xorrox b’kuċċarun u għallih biex tislet minnu l-irkotta.”

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/55


Rettifika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 210 tal-25 ta’ Mejju 2022 )

(2022/C 452/14)

F’paġna 30, it-taqsima “Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku”, kif ikkoreġuta bir-rettifika ppubblikata fit-3 ta’ Awwissu 2022 (2022/C 296/06):

minflok:

“Is-16 ta’ Diċembru 2022”

aqra:

“L-1 ta’ Diċembru 2022”