|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 446/01 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2022/C 446/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 446/03 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2022/C 446/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
|
2022/C 446/05 |
Festi pubbliċi fl-2023: Stati taż-ŻEE/EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/1 |
Statuti tal- EU-SOLARIS ERIC
(2022/C 446/01)
Lista ta’ abbrevjazzjonijiet
|
BNN |
Bord tan-Nodi Nazzjonali |
|
CSP/STE |
Konċentrazzjoni tal-Enerġija Solari / Enerġija Solari Termali |
|
ERIC |
Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka |
|
GA |
Assemblea Ġenerali |
|
DPI |
Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali |
|
MD |
Direttur Maniġerjali |
|
RI |
Infrastruttura ta’ Riċerka |
|
R&Ż |
Riċerka u Żvilupp |
|
STC |
Kumitat Xjentifiku u Tekniku |
|
FLS |
Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz |
PREAMBOLU
Ir-Repubblika Franċiża,
Ir-Renju ta’ Spanja,
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
u
r-Repubblika ta’ Ċipru,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala “l-Membri”,
u
r-Repubblika Portugiża,
Minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala “l-Osservatur”,
BILLI JQISU
li l-iżvilupp tal-enerġija solari, b’mod partikolari bl-użu ta’ sistemi ta’ konċentrazzjoni, għandu dimensjoni Ewropea li titlob alleanza b’saħħitha bejn it-timijiet Ewropej tar-riċerka b’enfasi partikolari fuq l-Infrastrutturi ta’ Riċerka (RI) sabiex tittejjeb l-effiċjenza fir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija;
BILLI JIRRIKONOXXU
li l-inizjattiva EU SOLARIS għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet umani u xjentifiċi bejn il-pajjiżi firmatarji sabiex tippromwovi u tistimula r-riċerka u l-innovazzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli tat-teknoloġiji ta’ Konċentrazzjoni tal-Enerġija Solari /Enerġija Solari Termali (CSP/STE) fil-livell Ewropew;
BILLI
l-Membri ilhom jikkollaboraw għal diversi snin fil-qasam tar-riċerka dwar is-sistemi tas-CSP/STE sabiex jittrasformaw din l-enerġija b’mod effiċjenti f’vetturi tal-potenza elettrika u tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jaħżnuha, jelaboraw jew jittestjaw il-materjali, sabiex jiġu studjati metodi ta’ kejl affidabbli u sabiex jiġu ottimizzati l-komponenti u li jkollhom ħiliet ta’ livell għoli u joperaw infrastrutturi ta’ riċerka komplementari;
BILLI
l-għanijiet tal-Membri tal-konsorzju huma:
|
— |
Li jsiru konsorzju ta’ infrastruttura distribwita ta’ riċerka (infrastruttura ta’ riċerka strutturata b’aktar minn sit wieħed) dwar teknoloġiji tas-CSP/STE sabiex jipprovdu l-aktar portafoll ta’ infrastruttura xjentifika komplut u ta’ kwalità għolja fil-livell internazzjonali, li jiffaċilita l-aċċess tar-riċerkaturi kemm mill-akkademja kif ukoll mill-industrija għal infrastruttura ta’ riċerka speċjalizzata ħafna. |
|
— |
Li jorbtu l-komunitajiet xjentifiċi, universitarji u industrijali Ewropej involuti fis-settur tas-CSP/STE. |
|
— |
Li jipprovdu ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u r-ripetizzjoni teknoloġiċi bla bżonn. |
|
— |
Li jżommu l-Ewropa fuq quddiem nett fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tas-CSP/STE madwar id-dinja |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
ELEMENTI ESSENZJALI U POLITIKA TAD-DATA
Artikolu 1
Isem u sede
1. Qed jinħoloq Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC), taħt l-isem ta’ “Infrastruttura ta’ Riċerka Solari Ewropea għal Konċentrazzjoni tal-Enerġija Solari” (minn hawn ’il quddiem, “EU-SOLARIS ERIC”), skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009, tal-25 ta’ Ġunju 2009, dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament dwar l-ERIC”).
2. Is-sede statutorja tal-EU-SOLARIS ERIC hija stabbilita f’Almería, fi Spanja.
Artikolu 2
Viżjoni, missjoni u objettivi strateġiċi
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jistabbilixxi u jopera infrastruttura ta’ riċerka distribwita ta’ klassi dinjija dwar il-Konċentrazzjoni tal-Enerġija Solari / l-Enerġija Solari Termali (CSP/STE) li għandha tiġi stabbilita bħala pjattaforma ċentrali responsabbli għall-operat ikkoordinat taċ-ċentri nazzjonali tar-riċerka fit-teknoloġiji tas-CSP/STE, li għandhom jiddedikaw parti mill-kapaċitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp tagħhom lill-EU-SOLARIS ERIC, jikkondividu l-kontenut, l-għodod u l-għarfien relatati mat-teknoloġiji tas-CSP/STE.
2. Il-faċilitajiet kollha ta’ riċerka li huma parti mill-ERIC se jibqgħu proprjetà tal-istituzzjonijiet tagħhom kif ukoll id-drittijiet li jiġi amministrat l-aċċess għalihom u l-kundizzjonijiet li fl-isfond tagħhom jingħata dan.
3. Ir-relazzjoni bejn l-EU-SOLARIS ERIC u ċ-ċentri tar-riċerka nazzjonali għandha tiġi rregolata permezz tal-iffirmar ta’ Ftehimiet speċifiċi fil-Livell ta’ Servizz.
4. Għal dak il-għan, dan li ġej jikkostitwixxi l-iskopijiet u l-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC.
5. Viżjoni: Li jsir l-infrastruttura Ewropea ta’ referenza għar-riċerka fl-iżvilupp teknoloġiku tas-CSP/STE u applikazzjonijiet relatati.
6. Missjoni: Li joffri l-aħjar kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka tas-CSP/STE għall-komunitajiet xjentifiċi u industrijali.
7. Objettivi strateġiċi:
|
a) |
Li jikkoordina, bħala infrastruttura unika ta’ karattru distribwit, l-installazzjonijiet eżistenti ewlenin tar-R&Ż fl-Ewropa, billi jipprovdi l-aktar portafoll tal-infrastruttura xjentifika komplut u ta’ kwalità għolja fil-livell internazzjonali lis-settur tas-CSP/STE. |
|
b) |
Li jistabbilixxi punt uniku ta’ servizz fejn faċilitajiet, riżorsi u servizzi ta’ riċerka speċjalizzati ħafna jiġu offruti b’mod effettiv u ottimali lill-utenti li jitolbu servizzi relatati mas-CSP/STE. |
|
c) |
Li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi, l-akkademja u l-industrija, filwaqt li jrawwem ukoll ir-riċerka kollaborattiva fost iċ-ċentri tar-riċerka ewlenin Ewropej tas-settur. |
|
d) |
Li jidentifika rekwiżiti ġodda għat-titjib tal-faċilitajiet ta’ riċerka, u għall-bini ta’ oħrajn ġodda (fejn meħtieġ), kif ukoll li jottimizza u jippromwovi l-ispeċjalizzazzjoni ta’ dawk eżistenti filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni teknoloġika u r-repetizzjoni bla bżonn. |
|
e) |
Li jidentifika u jistabbilixxi l-aħjar prattiki ta’ riċerka u dawk sperimentali, li jwasslu u jikkoordinaw it-tixrid miftuħ tar-riżultati u tad-data sperimentali kull meta jkun possibbli, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ tmexxija Ewropea fil-livell internazzjonali. |
|
f) |
Li jżomm lill-Ewropa fuq quddiem nett u fit-tmexxija tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji tas-CSP/STE. |
Artikolu 3
Kompiti u attivitajiet
1. Sabiex jissodisfa l-iskopijiet u l-objettivi tiegħu, l-EU-SOLARIS ERIC għandu, direttament jew permezz ta’ partijiet terzi, jinvolvi ruħu fl-attivitajiet li ġejjin:
|
a) |
jagħti aċċess effettiv għar-riżorsi u għas-servizzi li jsiru disponibbli min-Nodi Nazzjonali, f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn l-Istatuti, għall-komunità Ewropea tar-riċerka u tal-industrija; |
|
b) |
itejjeb l-interoperabbiltà bejn iċ-Ċentri tar-Riċerka speċjalizzati fil-qasam tat-teknoloġiji tas-CSP/STE tal-Membri u tal-Osservaturi; |
|
c) |
jistabbilixxi u japplika avvanzi teknoloġiċi relatati mar-riżorsi u mas-servizzi assoċjati mas-CSP/STE; |
|
d) |
jidħol fi ftehimiet ta’ kollaborazzjoni ma’ partijiet terzi; |
|
e) |
jipprovdi taħriġ u jiffaċilita l-mobilità tar-riċerkaturi sabiex tissaħħaħ u tiġi strutturata ż-Żona Ewropea tar-Riċerka; |
|
f) |
jistabbilixxi relazzjonijiet internazzjonali ma’ organizzazzjonijiet u awtoritajiet oħrajn, pubbliċi jew privati, Ewropej u mhux Ewropej, interessati fl-attivitajiet tiegħu u f’oqsma relatati; |
|
g) |
jikkoordina attivitajiet ma’ atturi Ewropej oħrajn tar-R&Ż fil-qasam tas-CSP/STE; |
|
h) |
kwalunkwe attività oħra meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-iskopijiet u l-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC. |
2. L-EU-SOLARIS ERIC għandu joffri aċċess għal portafoll ta’ faċilitajiet ta’ riċerka u attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp permezz ta’ programm ta’ żvilupp koordinat u fit-tul fost in-Nodi Nazzjonali għal skopijiet mhux ekonomiċi. Madankollu, EU-SOLARIS ERIC jista’ jinvolvi ruħu f’attivitajiet bi skop ta’ qligħ limitati, dment li:
|
a) |
ikunu marbutin mill-qrib mal-attivitajiet ewlenin tiegħu, stabbiliti f’dawn l-Istatuti; u |
|
b) |
ma jipperikolawx l-ilħuq tal-iskopijiet jew tal-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC. |
3. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jirreġistra l-kostijiet u d-dħul ta’ dawn l-attivitajiet ekonomiċi separatament u għandu jitlob prezzijiet tas-suq għalihom. Kwalunkwe introjtu ġġenerat minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi għandu jintuża biex ikomplu jiġu żviluppati l-iskopijiet tiegħu.
Artikolu 4
Durata u bidu tal-operazzjonijiet
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti dwar l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC, dan għandu jeżisti għal perjodu ta’ żmien indefinit.
Artikolu 5
Responsabbiltà u assigurazzjoni
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu ġġenerati bħala riżultat tal-attività tiegħu.
2. L-obbligazzjoni finanzjarja tal-membri għad-djun tal-ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom ipprovduti lill-ERIC.
3. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jagħmel u jżomm assigurazzjoni xierqa biex ikopri kwalunkwe riskju relatat mal-operat tal-ERIC.
Artikolu 6
Proċedura għall-istralċ u l-likwidazzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Direttur Maniġerjali, bi kwalunkwe fatt li jista’ jfixkel serjament l-iskop tal-EU-SOLARIS ERIC jew ifixkel il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar l-ERIC.
2. B’mod partikolari, l-EU-SOLARIS ERIC għandu jiġi stralċjat u likwidat fi kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:
|
a) |
bħala riżultat ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali, mill-maġġoranza stabbilita f’dawn l-Istatuti; jew |
|
b) |
bħala riżultat ta’ deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea, fit-termini previsti fir-Regolament dwar l-ERIC. |
3. Il-proċedura se tkun kif ġej:
|
a) |
Id-Direttur Maniġerjali tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea bid-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali li tistralċja u tillikwida l-EU-SOLARIS ERIC, fi żmien għaxart (10) ijiem wara d-data li fiha tiġi adottata r-riżoluzzjoni. |
|
b) |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Istatuti, kwalunkwe assi u obbligazzjoni li jifdal wara l-pagament tad-djun tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jinqasmu bejn il-Membri proporzjonalment għall-kontribuzzjoni akkumulata tagħhom għall-EU-SOLARIS ERIC fiż-żmien tax-xoljiment. |
|
c) |
Id-Direttur Maniġerjali tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar it-tlestija tal-proċess għall-istralċ u għal-likwidazzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC, fi żmien għaxart (10) ijiem mit-tlestija ta’ dan il-proċess. |
|
d) |
L-EU-SOLARIS ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
e) |
Jekk fi kwalunkwe ħin matul l-eżistenza tiegħu, l-EU-SOLARIS ERIC ma jkunx jista’ jħallas id-djun tiegħu, għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
Artikolu 7
Politika ta’ aċċess tal-utenti
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jippromwovi aċċess xjentifiku bbażat fuq il-mertu għas-servizzi u għall-infrastrutturi li jappoġġaw u jħeġġu l-eċċellenza fir-riċerka fil-qasam tal-attività tal-EU-SOLARIS ERIC, kif ukoll kultura ta’ titjib prattiku permezz ta’ attivitajiet ta’ taħriġ.
2. L-aċċess għall-EU-SOLARIS ERIC għandu jkun miftuħ għat-tipi kollha ta’ utenti, inkluż mill-pajjiżi kollha Ewropej u mhux Ewropej, mhux neċessarjament mingħajr ħlas. It-talbiet se jgħaddu minn proċess simplifikat li jinvolvi kontrolli tal-eliġibbiltà u tal-fattibbiltà skont il-proċeduri u l-kriterji għall-evalwazzjoni.
3. Il-proċeduri u l-kriterji għall-evalwazzjoni li jagħtu jew li jillimitaw l-aċċess għad-data u l-għodod tal-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC, u l-kost ta’ dan l-aċċess, għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli ta’ aċċess jew fir-regolamenti interni li għandhom jitfasslu mid-Direttur Maniġerjali u jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali, wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) u lill-Bord tan-Nodi Nazzjonali (BNN).
4. Il-proċeduri u l-kriterji għall-evalwazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EU-SOLARIS ERIC.
5. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jipprovdi lill-utenti tal-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC b’regoli u b’linji gwida ta’ aċċess biex jiġi ggarantit li r-riċerka mwettqa bl-użu tar-riżorsi tal-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC li jappartjenu għaċ-Ċentri tar-Riċerka tal-pajjiżi Membri (kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tal-Istatuti), tirrikonoxxi u tonora d-drittijiet ta’ proprjetà, il-privatezza, l-etika u l-protezzjoni tal-infrastruttura u tad-data tar-riċerka tas-sid, kif ukoll l-obbligi dwar is-segretezza u l-kunfidenzjalità, u li l-utenti jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-aċċess, il-miżuri ta’ sigurtà u l-ġestjoni tal-informazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fl-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC.
Artikolu 8
Politika ta’ evalwazzjoni xjentifika
Il-proċedura għall-valutazzjoni xjentifika tal-proġetti li jitolbu aċċess għall-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC għandha tqis il-mertu xjentifiku, il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-settur u l-użu u l-impatt potenzjali fis-settur, u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ekwità u imparzjalità. Din il-proċedura għandha tiġi ddefinita f’regolamenti interni, li għandhom jitfasslu mid-Direttur Maniġerjali u jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali, wara li tkun ikkonsultat l-STC u l-BNN.
Artikolu 9
Politika dwar it-tixrid
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jippromwovi l-infrastruttura tiegħu u l-użu tiegħu fir-riċerka u fi kwalunkwe servizz relatat mal-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC.
2. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jippromwovi t-tixrid u l-iskambju tar-riżultati miksuba permezz tal-użu tal-infrastruttura ta’ riċerka tiegħu.
3. Mingħajr preġudizzju għad-Drittijiet potenzjali ta’ Proprjetà Intellettwali, l-EU-SOLARIS ERIC għandu jiżgura li l-utenti tiegħu jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-riżultati tar-riċerka mwettqa fl-infrastrutturi tal-ERIC, u li jagħmlu dan permezz tal-EU-SOLARIS ERIC, f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-għotja Ewropea u nazzjonali. Dan mhux se japplika għall-attivitajiet ta’ R&Ż imwettqa miċ-Ċentri tar-Riċerka meta jużaw l-infrastrutturi tagħhom stess barra mill-ambitu tal-ERIC.
4. Il-politika dwar it-tixrid għandha tiddefinixxi l-gruppi differenti ta’ miri u l-EU-SOLARIS ERIC għandu juża l-kanali kollha fl-ambitu tiegħu sabiex jiżgura t-tixrid massimu bejniethom.
Artikolu 10
Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali
1. Kwalunkwe Dritt ta’ Proprjetà Intellettwali u dawn id-Drittijiet kollha (minn hawn ’il quddiem “DPI”), li jinħolqu, jinkisbu jew jiġu żviluppati mill-EU-SOLARIS ERIC għandhom jiġu vestiti fl-EU-SOLARIS ERIC u jkunu proprjetà sħiħa tiegħu. Madankollu, jistgħu jingħataw perjodi limitati ta’ Data Proprjetarja lill-utenti.
2. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratti konklużi bejn l-EU-SOLARIS ERIC u l-Membri jew l-Osservaturi, id-DPI kollha maħluqa, li jirriżultaw, jinkisbu jew jiġu żviluppati mill-persunal ta’ Membru jew Osservatur, għandhom jappartjenu għal dak il-Membru jew l-Osservatur.
3. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet tad-DPI, ir-relazzjonijiet bejn il-Membri u l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jiġu rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tal-Membri u tal-Osservaturi u minn kwalunkwe ftehim internazzjonali li l-Membri u l-Osservaturi huma parti minnu.
4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti u r-regolamenti interni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-DPI ta’ sfond tal-Membri u tal-Osservaturi.
5. Il-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jaqblu u japprovaw, permezz tal-Assemblea Ġenerali, il-politika u r-regolamenti dwar id-DPI tal-EU-SOLARIS, fuq proposta tad-Direttur Maniġerjali u wara li jkunu kkonsultaw l-STC u l-BNN. Ir-regolament dwar id-DPI għandu jiddetermina r-regoli tal-EU-SOLARIS ERIC fir-rigward tal-identifikazzjoni, il-protezzjoni, il-ġestjoni u ż-żamma tad-DPI tal-EU-SOLARIS ERIC, inkluż l-aċċess għal dawk id-drittijiet.
6. Il-BNN jista’ jirrakkomanda lid-Direttur Maniġerjali ftehimiet maċ-ċentri tal-infrastruttura nazzjonali u l-konsorzji fir-rigward tal-infrastruttura ta’ riċerka tal-EU-SOLARIS ERIC sabiex jiggarantixxi li dawn l-entitajiet, u partijiet terzi, ikollhom aċċess għall-għarfien xjentifiku tal-infrastruttura ta’ riċerka tal-EU-SOLARIS ERIC.
Artikolu 11
Politika tal-impjiegi
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jikkonforma mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.
2. Konsegwentement, fil-politika tiegħu għar-reklutaġġ tal-persunal, l-EU-SOLARIS ERIC għandu joffri opportunitajiet indaqs u għandu jżomm lura milli jiddiskrimina kontra persuni abbażi tal-ġeneru, ir-razza, it-twemmin, l-ideoloġija, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe kriterju ieħor li jitqies bħala diskriminatorju f’konformità mad-Dritt Komunitarju.
3. Id-Direttur Maniġerjali jista’ jipproponi modifiki fir-regolamenti interni dwar l-impjieg, dejjem taħt l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 12
Politika dwar l-akkwist
1. Fl-akkwist tiegħu, l-EU-SOLARIS ERIC għandu japplika trattament ġust u nondiskriminatorju għall-offerenti kollha, il-persuni li joffru oġġetti u l-persuni li jipprovdu servizzi. Il-politika dwar l-akkwist tal-EU-SOLARIS ERIC għandha tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni.
2. Id-Direttur Maniġerjali għandu jistabbilixxi regolamenti u kriterji interni dettaljati sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni meta jingħataw il-kuntratti. Dawn ir-regoli jridu jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
3. Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli għall-akkwist kollu tal-EU-SOLARIS ERIC. Għal dan il-għan, id-Direttur Maniġerjali għandu jikkonforma mar-regolamenti nazzjonali u Ewropej dwar l-akkwist applikabbli dak iż-żmien. L-offerti kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EU-SOLARIS ERIC. Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt għandha tiġi ppubblikata u għandha tinkludi ġustifikazzjoni sħiħa.
Artikolu 13
Politika tad-data
1. Il-prinċipji ta’ Sors Miftuħ u ta’ Aċċess Miftuħ għandhom jiġu ffavoriti, skont il-prinċipji FAIR (il-kapaċità ta’ Traċċabilità, l-Aċċessibbiltà, l-Interoperabbiltà u l-possibbiltà ta’ Użu mill-Ġdid).
2. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jipprovdi gwida (inkluż permezz ta’ sit web) lill-utenti biex jiżgura li r-riċerka mwettqa bl-użu ta’ materjal li jsir aċċessibbli permezz tal-EU-SOLARIS ERIC issir fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-data u l-privatezza tal-individwi.
3. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jiżgura li l-utenti jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess u li jkun hemm stabbilit arranġament xieraq għas-sigurtà fir-rigward tal-ħżin u l-immaniġġar intern.
4. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jiddefinixxi arranġamenti għall-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ ksur tas-sigurtà u ta’ divulgazzjonijiet tal-kunfidenzjalità fir-rigward tad-data tar-riċerka.
5. Id-Direttur Maniġerjali għandu jippreżenta għall-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali, ir-regolamenti interni dwar il-Politika tad-Data fir-rigward tal-utenti tal-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC, in-nodi nazzjonali u partijiet terzi bħal universitajiet, ċentri tar-riċerka u l-industrija, mingħajr preġudizzju għad-DPI eżistenti.
KAPITOLU II
MEMBRI U OSSERVATURI
Artikolu 14
Membri u Osservaturi
1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru Membri jew Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC:
|
a) |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
b) |
il-Pajjiżi Assoċjati, kif iddefiniti fir-Regolament dwar l-ERIC; |
|
c) |
il-Pajjiżi terzi, li huma differenti mill-Pajjiżi Assoċjati; u |
|
d) |
l-Organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
2. L-osservaturi għandhom jiġu ammessi għal perjodu massimu ta’ sentejn, sakemm ma jintlaħaqx qbil dwar estensjoni mill-Assemblea Ġenerali.
3. Il-pajjiżi elenkati fl-Anness I ta’ dawn l-Istatuti huma l-Membri u l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC.
Artikolu 15
Rappreżentazzjoni ta’ Membri u ta’ Osservaturi
1. Kull Membru jew Osservatur għandu jiġi rrappreżentat fl-Assemblea Ġenerali minn mhux aktar minn żewġ rappreżentanti, li għandhom jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi ta’ kull Membru jew Osservatur fit-termini previsti f’dawn l-Istatuti. Ir-Rappreżentant li jkollu d-drittijiet tal-vot tal-Membru jrid jiġi identifikat kif xieraq. L-istituzzjonijiet pubbliċi nazzjonali jew reġjonali jew l-entitajiet privati li jwettqu servizz pubbliku jistgħu jkunu Rappreżentanti tal-Membri u tal-Osservaturi.
2. Kull Membru jew Osservatur għandu jinforma lid-Direttur Maniġerjali dwar il-korp jew il-korpi li se jirrappreżentawh, u għandu jidentifikah/jidentifikahom b’mod uffiċjali fl-EU-SOLARIS ERIC.
3. Id-Direttur Maniġerjali jrid jiġi informat mill-Membru jew mill-Osservatur inkwistjoni bi kwalunkwe modifika tar-Rappreżentanti uffiċjali permezz ta’ mezzi uffiċjali.
Artikolu 16
Drittijiet tal-Membri u tal-Osservaturi
1. Dawn li ġejjin jikkostitwixxu d-drittijiet tal-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC, mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp tagħhom f’dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dawn l-Istatuti:
|
a) |
kull Membru għandu votazzjoni unika, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 ta’ dawn l-Istatuti, meta l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Assoċjati ma jkollhomx b’mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot |
|
b) |
id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali; |
|
c) |
id-dritt tal-vot fil-proċeduri għall-Assemblea Ġenerali biex tadotta riżoluzzjonijiet, kif previst f’dawn l-Istatuti; |
|
d) |
id-dritt li jkunu rrappreżentati minn Membru ieħor fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali; |
|
e) |
id-dritt li jaħtru Rappreżentanti, kif previst f’dawn l-Istatuti; |
|
f) |
id-dritt li jipproponu u jeleġġu l-membri tal-korpi tal-EU-SOLARIS ERIC; |
|
g) |
id-dritt għal informazzjoni għall-monitoraġġ korrett tal-evoluzzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC; |
|
h) |
id-dritt li jikkontestaw r-riżoluzzjonijiet adottati mill-korpi governattivi tal-EU-SOLARIS ERIC, meta tali riżoluzzjonijiet ikunu ġew adottati bi ksur tal-liġi applikabbli, ta’ dawn l-Istatuti jew ta’ kwalunkwe regolament intern ieħor li jiżviluppa l-istess riżoluzzjonijiet. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat fi żmien it-3 xhur ta’ wara sad-data li fiha tkun ġiet adottata r-riżoluzzjoni; |
|
i) |
id-dritt li jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji minbarra l-kontribuzzjonijiet obbligatorji (in natura jew fi flus) favur l-EU-SOLARIS ERIC; |
|
j) |
id-dritt li jipparteċipaw b’mod attiv fl-atti u fl-avvenimenti li jorganizza l-EU-SOLARIS ERIC jew li jipparteċipa fihom; |
|
k) |
id-dritt ta’ rtirar fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 19 ta’ dawn l-Istatuti; u |
|
l) |
id-dritt li jirċievu l-kwota ta’ likwidazzjoni li tista’ tikkorrispondi għaliha bħala riżultat tal-istralċ tal-EU-SOLARIS ERIC u li tidħol f’likwidazzjoni. |
2. Dawn li ġejjin jikkostitwixxu d-drittijiet tal-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC, mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp tagħhom f’dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dawn l-Istatuti:
|
a) |
id-dritt li jattendu, iżda mhux li jivvutaw, fil-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali; |
|
b) |
id-dritt li jinħatru sa żewġ Rappreżentanti fl-Assemblea Ġenerali, skont it-termini previsti f’dawn l-Istatuti; |
|
c) |
id-dritt li jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji lil EU-SOLARIS ERIC; |
|
d) |
id-dritt ta’ rtirar fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 19 ta’ dawn l-Istatuti. |
Artikolu 17
Obbligi tal-Membri u tal-Osservaturi
1. Obbligi li jaqgħu fuq il-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC:
|
a) |
kull sena jħallsu l-kontribuzzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għal kull Membru, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti; |
|
b) |
jaħtru sa żewġ rappreżentanti sabiex il-Membru inkwistjoni jkun jista’ jiġi rrappreżentat fl-Assemblea Ġenerali; |
|
c) |
jagħtu setgħat sħaħ lir-Rappreżentanti tagħhom biex jivvutaw fil-laqgħat li jsiru mill-Assemblea Ġenerali tal-EU-SOLARIS ERIC, li jorbtu lil kull Membru bid-deċiżjonijiet u bil-vot tagħhom; |
|
d) |
jippromwovu u jiffaċilitaw l-aċċess għall-komunità xjentifika tagħhom għas-servizzi u l-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC, skont it-termini previsti f’dawn l-Istatuti u regolamenti interni oħrajn li jiżviluppawhom; |
|
e) |
jipproteġu u jużaw b’mod korrett id-DPI ġġenerati fil-qafas tal-EU-SOLARIS ERIC skont il-politika tiegħu dwar id-DPI; |
|
f) |
iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li l-Membri u ċ-Ċentri tar-Riċerka tagħhom jista’ jkollhom aċċess għaliha meta l-informazzjoni kondiviża tiġi ddikjarata bħala kunfidenzjali jew informazzjoni interna, |
2. Barra minn hekk, kull Membru għandu, fi ħdan il-mezzi disponibbli, jieħu tali miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex:
|
a) |
Iħeġġeġ ambjent ta’ kollaborazzjoni u jsaħħaħ ir-rabtiet bejn l-EU-SOLARIS ERIC u l-gruppi ta’ interess differenti tiegħu, bħall-komunità xjentifika, l-Industrija u s-Soċjetà; |
|
b) |
jippromwovi l-EU-SOLARIS ERIC bħala infrastruttura ta’ riċerka ta’ referenza fis-settur; |
|
c) |
jikkoopera u jipparteċipa fl-avvenimenti u fl-atti differenti ta’ komunikazzjoni u fil-pubbliċità li jorganizza l-EU-SOLARIS ERIC; |
3. Obbligi imposti fuq l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC:
|
a) |
jaħtru sa żewġ Rappreżentanti sabiex l-Osservatur inkwistjoni jkun jista’ jattendi l-Assemblea Ġenerali; |
|
b) |
jippromwovu u jiffaċilitaw l-aċċess għall-komunità xjentifika tagħhom għas-servizzi u l-infrastruttura tal-EU-SOLARIS ERIC, skont it-termini previsti f’dawn l-Istatuti u regolamenti interni oħrajn li jiżviluppawhom; |
|
c) |
iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li l-Osservaturi u ċ-Ċentri tar-Riċerka tagħhom jista’ jkollhom aċċess għaliha meta l-informazzjoni kondiviża tiġi ddikjarata bħala informazzjoni kunfidenzjali jew interna. |
4. Barra minn hekk, kull Osservatur għandu, fi ħdan il-mezzi disponibbli, jieħu dawn il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex:
|
a) |
iħeġġeġ ambjent ta’ kollaborazzjoni u jsaħħaħ ir-rabtiet bejn l-EU-SOLARIS ERIC u l-gruppi ta’ interess differenti tiegħu, bħall-komunità xjentifika, l-industrija u s-soċjetà, u; |
|
b) |
jikkoopera u jipparteċipa fl-avvenimenti u fl-atti differenti ta’ komunikazzjoni u fil-pubbliċità li jorganizza l-EU-SOLARIS ERIC. |
|
c) |
jippromwovi l-EU-SOLARIS ERIC bħala infrastruttura ta’ riċerka ta’ referenza fis-settur; |
Artikolu 18
Inkorporazzjoni ta’ Membri u ta’ Osservaturi ġodda
1. L-entitajiet li jissodisfaw il-prerekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 ta’ dawn l-Istatuti jistgħu jissieħbu fl-EU-SOLARIS ERIC bħala Membri jew Osservaturi ġodda.
2. Il-proċedura għandha tinbeda fuq talba tal-applikant permezz tal-preżentazzjoni ta’ ittra indirizzata lid-Direttur Maniġerjali.
3. Id-Direttur Maniġerjali għandu jippreżenta lill-Membri l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha pprovduti mill-Applikant, li l-estensjoni jew il-kjarifika tagħhom tista’ tkun meħtieġa mill-applikant.
4. Jekk l-Applikant jirrifjuta li jippreżenta tali informazzjoni jew dokumentazzjoni, jew jieħu żmien twil mingħajr raġuni ġustifikata biex jippreżenta din l-informazzjoni, dan għandu jiġi interpretat bħala rinunzja tal-applikazzjoni tal-Applikant biex jissieħeb fl-EU-SOLARIS ERIC.
5. Meta tkun ġiet konkluża l-proċedura ta’ informazzjoni, l-Assemblea Ġenerali għandha tiddikjara b’unanimità jekk ġietx approvata l-applikazzjoni tal-Applikant biex isir membru jew Osservatur.
Artikolu 19
Irtirar volontarju tal-Membri u tal-Osservaturi
1. Għal Membru, talba għall-irtirar għandha tiġi ppreżentata tal-inqas 12-il xahar qabel l-irtirar previst. L-irtirar imsemmi għandu jidħol fis-seħħ biss mit-tmiem ta’ sena finanzjarja.
2. Wara li jgħaddu sentejn mill-inkorporazzjoni tagħhom fl-EU-SOLARIS ERIC, l-Osservaturi jistgħu jirtiraw fi tmiem sena finanzjarja, wara talba ppreżentata 12-il xahar qabel l-irtirar.
3. Il-Membri u l-Osservaturi għandhom jissodisfaw l-obbligi finanzjarji u obbligi oħrajn kollha qabel ma l-irtirar ikun jista’ jsir effettiv.
Artikolu 20
Terminazzjoni ta’ Membri u ta’ Osservaturi
1. Ksur ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi li ġejjin għandu jkun raġuni tajba għat-terminazzjoni tal-Membri jew tal-Osservaturi:
|
a) |
in-nuqqas ta’ pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali jew dewmien ripetut u mhux ġustifikat fil-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali msemmija; |
|
b) |
kwalunkwe ksur ieħor tal-obbligi skont dawn l-Istatuti li jaffettwa t-twettiq tal-iskopijiet u l-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC. |
2. Fuq talba tad-Direttur Maniġerjali jew tal-Membri li jirrappreżentaw terz (1/3) tad-drittijiet tal-vot tal-EU-SOLARIS ERIC, l-Assemblea Ġenerali għandha tintalab tesprimi ruħha dwar l-esklużjoni tal-Membru jew tal-Osservatur li jkun wettaq l-allegat ksur.
3. L-Assemblea Ġenerali għandha taqbel jekk teskludix il-Membru jew l-Osservatur inkwistjoni, f’konformità mar-reġim ta’ maġġoranza stabbilit f’dawn l-Istatuti.
4. Fi kwalunkwe każ, id-dritt ta’ rimedju, ta’ smigħ u tad-difiża għandu jiġi ggarantit għall-Membru jew għall-Osservatur li jkun wettaq l-allegat ksur, qabel ma l-Assemblea Ġenerali tadotta r-riżoluzzjoni korrispondenti.
5. Minkejja d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet preċedenti, kwalunkwe Membru jew Osservatur tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jieqaf milli jżomm dak l-istatus minnufih u awtomatikament jekk il-prerekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dawn l-Istatuti ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
6. It-terminazzjoni, fl-ebda ċirkostanza, fit-termini previsti fir-regolamenti li japplikaw għall-EU-SOLARIS ERIC, ma għandha tiġġenera xi dritt għal kumpens għal danni favur il-Membru l-Osservatur eskluż.
Artikolu 21
Sospensjoni tad-drittijiet tal-Membri u tal-Osservaturi
1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-artikolu preċedenti, u għall-istess raġunijiet, l-Assemblea Ġenerali tista’ taqbel, bil-maġġoranza prevista fl-Istatuti, li tissospendi d-drittijiet tal-vot tal-Membri, tar-Rappreżentanti tagħhom u ta’ kwalunkwe persuna oħra maħtura minnhom fuq il-korpi governattivi u konsultattivi differenti tal-EU-SOLARIS ERIC.
2. Fir-rigward tal-Osservaturi, is-sospensjoni għandha tikkonsisti fiċ-ċaħda tal-Osservaturi, tar-Rappreżentanti tagħhom u ta’ kwalunkwe persuna oħra maħtura minnhom, tad-dritt tagħhom li jattendu l-laqgħat tal-korpi governattivi u konsultattivi differenti tal-EU-SOLARIS ERIC.
3. Is-sospensjoni tal-Membru jew tal-Osservatur għandha tinvolvi wkoll is-sospensjoni tal-privileġġi mogħtija f’dawn l-Istatuti lill-komunitajiet tal-utenti tal-Membru u/jew tal-Osservatur inkwistjoni, fir-rigward tal-użu tas-servizzi offruti mill-EU-SOLARIS ERIC u l-aċċess għall-infrastrutturi operati mill-EU-SOLARIS ERIC. Konsegwentement, u filwaqt li tibqa’ fis-seħħ is-sospensjoni tal-Membru u/jew tal-Osservatur, l-aċċess tal-komunitajiet xjentifiċi u industrijali rispettivi tagħhom għas-servizzi u għall-infrastrutturi tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jkun l-istess bħal dawk offruti lil kwalunkwe parti terza barra mill-EU-SOLARIS ERIC.
4. Bl-istess maġġoranza, l-Assemblea Ġenerali tista’ taqbel li tneħħi s-sospensjoni msemmija, wara li d-Direttur Maniġerjali jkun ivverifika li l-Membru jew l-Osservatur sospiż ikun irrimedja l-ksur li wassal għal din is-sospensjoni.
5. Fi kwalunkwe każ, id-dritt ta’ rimedju, ta’ smigħ u tad-difiża għandu jiġi ggarantit għall-Membru jew għall-Osservatur li jkun wettaq l-allegat ksur, qabel ma l-Assemblea Ġenerali tadotta r-riżoluzzjoni korrispondenti.
6. Is-sospensjoni tal-Membru jew tal-Osservatur inkwistjoni ma għandhiex iżżomm lill-Assemblea Ġenerali milli finalment tiddeċiedi li ttemmha, fit-termini previsti fl-Artikolu 20 ta’ hawn fuq.
7. Is-sospensjoni, fl-ebda ċirkostanza, fit-termini previsti fir-regolamenti li japplikaw għall-EU-SOLARIS ERIC, ma għandha tiġġenera xi dritt għal kumpens għal danni favur il-Membru jew l-Osservatur sospiż.
KAPITOLU III
GOVERNANZA TAL-EU-SOLARIS ERIC
Artikolu 22
Korpi governattivi tal-EU-SOLARIS ERIC
1. L-ERIC għandu jiġi rregolat u amministrat mill-Assemblea Ġenerali, li għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Membri u l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC.
2. Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun l-uffiċjal kap eżekuttiv u r-rappreżentant legali tal-EU-SOLARIS ERIC u għandu jinħatar mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 23
Korpi konsultattivi u l-kumitati ta’ appoġġ tal-EU-SOLARIS ERIC
1. Il-korpi governattivi tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jiġu megħjuna, tal-inqas, mill-korpi konsultattivi li ġejjin:
|
a) |
il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jassisti lill-Assemblea Ġenerali, u |
|
b) |
il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandu jappoġġa lid-Direttur Maniġerjali |
2. Huwa possibbli li jinħolqu korpi konsultattivi oħrajn, jew b’mod permanenti jew għal proġett jew suġġett speċifiku, f’riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali bil-maġġoranza korrispondenti.
Artikolu 24
Rwol tal-Assemblea Ġenerali
L-Assemblea Ġenerali hija l-korp governattiv suprem tal-EU-SOLARIS ERIC, li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet meħtieġa biex jitwettqu l-iskopijiet u l-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC u wkoll dwar kwalunkwe kwistjoni speċifikament riżervata għall-Assemblea Ġenerali f’dawn l-Istatuti.
Artikolu 25
Funzjonament tal-Assemblea Ġenerali
1. Sakemm ma jkunx previst b’mod espliċitu f’dawn l-Istatuti, ir-reġim dwar il-funzjonament tal-Assemblea Ġenerali għandu jiġi rregolat mir-regolamenti interni definiti speċifikament għalih.
2. L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar President u Viċi President wieħed mid-delegazzjonijiet tal-Membri u permezz ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President fin-nuqqas tiegħu u f’każ ta’ kunflitt ta’ interess. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom jiġu eletti għal perjodu fil-kariga li ma jaqbiżx 3 snin. L-elezzjoni mill-ġdid għandha tiġi permessa darba għat-tieni mandat li ma jaqbiżx 3 snin.
3. Il-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali għandhom ikunu laqgħat ordinarji jew straordinarji. Il-laqgħat ordinarji għandhom isiru tal-inqas darbtejn fis-sena, fi żminijiet tas-sena li jkun hemm qbil dwarhom fir-Regolament Intern tagħha, u waħda minn dawn il-laqgħat għandha ssir mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-kontijiet annwali tas-Sena Finanzjarja preċedenti jintbagħtu lill-Membri. Il-laqgħat l-oħrajn kollha huma straordinarji.
4. Il-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali jilħqu kworum jekk żewġ terzi (2/3) tal-Membri jkunu preżenti jew ikunu rrappreżentati formalment fil-laqgħa.
5. Wara li jipprovdi perjodu ta’ avviż lill-Membri ta’ mill-inqas 14-il jum biex isiru laqgħat straordinarji fi kwalunkwe ħin, il-President tal-Assemblea Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jirċievi/tirċievi bil-miktub tali talba mid-Direttur Maniġerjali, jew tal-inqas minn kwart (1/4) tal-Membri.
6. Fit-tieni laqgħa tagħha, l-Assemblea Ġenerali għandha tadotta l-Pjan Strateġiku, li għandu jitħejja mid-Direttur Maniġerjali f’konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u mal-Bord tan-Nodi Nazzjonali. Il-Pjan Strateġiku għandu jiddefinixxi l-istrateġija xjentifika ġenerali għall-EU-SOLARIS ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta aġġornamenti biennali għall-Pjan Strateġiku.
Artikolu 26
L-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet mill-Assemblea Ġenerali
1. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-ERIC, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Assoċjati għandu jkollhom b’mod konġunt, tal-inqas, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-Assemblea Ġenerali. Konsegwentement, jekk inqas minn nofs il-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC ikunu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew Pajjiżi Assoċjati, għandu jkollhom b’mod konġunt 51 % tal-voti u kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew Pajjiż Assoċjat għandu jkollu l-istess kwota ta’ parteċipazzjoni f’dak il-51 % tal-voti. Il-bqija tal-voti għandhom jitqassmu b’mod ugwali fost il-Membri l-oħrajn kollha.
2. L-Assemblea Ġenerali għandha tagħmel ħilitha kollha biex tilħaq kunsens rigward id-deċiżjonijiet kollha. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, ir-riżoluzzjonijiet għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-Membri preżenti jew rappreżentati fil-laqgħa, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
3. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, ir-riżoluzzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati b’maġġoranza assoluta tal-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC:
|
a) |
is-sospensjoni tad-drittijiet ta’ Membru jew Osservatur, u t-tneħħija ta’ dik is-sospensjoni; |
|
b) |
il-ħolqien, il-modifika jew l-eliminazzjoni ta’ korpi konsultattivi tal-EU-SOLARIS ERIC, għajr dawk identifikati fl-Artikolu 23; |
|
c) |
id-determinazzjoni tal-għadd ta’ membri, il-ħatra u s-sensja tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku; |
|
d) |
l-approvazzjoni tal-ħatra tal-awditur tal-EU-SOLARIS ERIC; |
|
e) |
l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma tal-EU-SOLARIS ERIC għal kull sena; |
|
f) |
l-approvazzjoni tar-Rapport Annwali dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja mid-Direttur Maniġerjali; u |
|
g) |
l-approvazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea. |
4. Barra minn hekk, ir-riżoluzzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati b’maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi (2/3) tal-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC:
|
a) |
L-inkorporazzjoni, l-estensjoni jew it-terminazzjoni tal-Osservaturi; |
|
b) |
l-approvazzjoni tal-Baġit tal-EU-SOLARIS ERIC għal kull sena finanzjarja; |
|
c) |
l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għal kull sena finanzjarja u l-ġestjoni tal-entità tad-Direttur Maniġerjali; |
|
d) |
il-ħatra u s-sensja tad-Direttur Maniġerjali u d-determinazzjoni tar-remunerazzjoni annwali tiegħu, jekk ikun hemm |
|
e) |
l-approvazzjoni jew l-emenda tar-regolamenti interni tal-Assemblea Ġenerali; |
|
f) |
l-istralċ tal-EU-SOLARIS ERIC u l-approvazzjoni tal-karta bilanċjali tal-likwidazzjoni finali tiegħu. |
|
g) |
l-approvazzjoni tal-politiki tal-ERIC |
5. Se tkun meħtieġa l-unanimità biex jiġu adottati r-riżoluzzjonijiet li ġejjin mill-GA:
|
a) |
l-inkorporazzjoni jew it-tkeċċija tal-Membri; |
|
b) |
l-approvazzjoni u l-modifika tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali tal-Membri u tal-Osservaturi; |
|
c) |
l-approvazzjoni tal-Pjan tan-Negozju u tal-Pjan Strateġiku mħejjijin mid-Direttur Maniġerjali |
|
d) |
l-emendi tal-Istatuti |
6. Fi kwalunkwe ħin, l-Assemblea Ġenerali tista’ tesprimi ruħha dwar is-sensja tad-Direttur Maniġerjali u konsegwentement taħtar sostitut biex timla l-post vakanti, mingħajr ma dan il-punt ta’ negozju jidher b’mod espliċitu fl-Aġenda tal-laqgħa.
Artikolu 27
Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet mill-Assemblea Ġenerali li jaffettwaw Membru
1. L-ebda Membru ma għandu jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu fil-każ ta’ adozzjoni ta’ riżoluzzjoni, li s-suġġett tagħha jkun li dan jiġi eskluż mill-EU-SOLARIS ERIC, li jinħeles minn obbligu jew li jingħata dritt.
2. Id-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu għall-Membru f’kunflitt, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti, għandhom jitnaqqsu mill-għadd totali ta’ voti attribwibbli għall-Membri kollha tal-EU-SOLARIS ERIC sabiex tiġi kkalkolata l-maġġoranza tal-voti meħtieġa f’kull każ.
Artikolu 28
Direttur Maniġerjali
1. Id-Direttur Maniġerjali se jkun l-uffiċjal kap eżekuttiv u r-rappreżentant legali tal-EU-SOLARIS ERIC.
2. Ħlief għal dawk id-dmirijiet u l-kwistjonijiet assenjati b’mod espliċitu f’dawn l-Istatuti lil korp ieħor, id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli għall-operat ta’ kuljum tal-EU-SOLARIS ERIC u għall-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali.
3. Ir-rappreżentanza tad-Direttur Maniġerjali għandha testendi għall-atti kollha inklużi fis-suġġett delimitat fl-Artikolu 2 ta’ dawn l-Istatuti. Fir-rigward tad-dmirijiet u tas-setgħat, kif ukoll tar-rappreżentanza tal-EU-SOLARIS ERIC fir-rigward ta’ partijiet terzi, fil-Qorti u barra minnha, id-Direttur Maniġerjali se jkun inkarigat mid-dmirijiet li ġejjin:
|
a) |
ifassal il-kontijiet annwali; |
|
b) |
ifassal il-Baġit għal kull sena finanzjarja; |
|
c) |
ifassal il-Pjan ta’ Ħidma għal kull sena; |
|
d) |
ifassal ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC, li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea. |
|
e) |
iħejji l-Pjan tan-Negozju u l-Pjan Strateġiku, kif ukoll kwalunkwe emenda tiegħu, li għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali; |
|
f) |
jipproponi l-ħatra u s-sensja tal-membri tal-kumitati fl-EU-SOLARIS ERIC, li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Assemblea Ġenerali; |
|
g) |
iressaq proposti lill-Assemblea Ġenerali dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji ġodda mill-Membri, |
|
h) |
jipproponi l-ammissjoni u t-terminazzjoni tal-Membri u, jekk xieraq, l-Osservaturi; |
|
i) |
jipproponi l-emenda tal-Istatuti u, jekk ikun xieraq, ir-regolamenti interni tal-Assemblea Ġenerali u tal-Bord tan-Nodi Nazzjonali; |
|
j) |
iżomm reġistru aġġornat tar-Rappreżentanti tal-Membri u tal-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC. |
|
k) |
jipproponi l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC u jipproponi l-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dawn, sakemm ma jkunx previst b’mod espliċitu fl-istatuti |
|
l) |
jappoġġa lill-Assemblea Ġenerali mas-Segretarjat |
Artikolu 29
Ħatra u terminu tad-Direttur Maniġerjali
1. Id-Direttur Maniġerjali għandu jinħatar u jingħata s-sensja mill-Assemblea Ġenerali bil-maġġoranza stabbilita f’dawn l-Istatuti.
2. Id-Direttur Maniġerjali għandu jkollu l-kariga għal perjodu ta’ 5 snin, u jista’ jkun eliġibbli darba għall-elezzjoni mill-ġdid.
Artikolu 30
Kumitat Xjentifiku u Tekniku
1. Għandu jinħoloq Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC), li jkun l-Assemblea Ġenerali responsabbli għall-istabbiliment tal-għadd ta’ membri tal-STC u għall-ħatra u għas-sensja tal-membri tiegħu u għall-approvazzjoni tar-Regolament Intern tiegħu, kollha fir-riżoluzzjonijiet adottati b’maġġoranza assoluta.
2. Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:
|
a) |
Jissorvelja kwalunkwe rapport imħejji mid-Direttur Maniġerjali u mill-uffiċċju tiegħu dwar kwistjonijiet tekniċi u xjentifiċi ta’ interess għall-EU-SOLARIS ERIC, għall-komunità xjentifika, għall-industrija u għas-soċjetà b’mod ġenerali, fil-qafas tat-teknoloġiji tas-CSP/STE; |
|
b) |
Iwettaq evalwazzjoni xjentifika tal-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC fuq bażi regolari |
|
c) |
Jinforma perjodikament dwar l-evoluzzjoni tal-EU-SOLARIS ERIC minn perspettiva teknika u xjentifika, billi jirrapporta direttament lill-Assemblea Ġenerali; |
|
d) |
Jagħmel proposti għal tiswijiet, rinnovazzjoni jew titjib li jqis bħala xierqa, lid-Direttur Maniġerjali, li għandhom jiġu analizzati mill-Assemblea Ġenerali; |
Artikolu 31
Bord tan-Nodi Nazzjonali
1. Il-Bord tan-Nodi Nazzjonali (BNN) għandu jkun magħmul minn rappreżentant għal kull Nodu Nazzjonali, maħtur mill-Membru.
2. Il-BNN għandu jappoġġa u jassisti lid-Direttur Maniġerjali fil-koordinazzjoni tal-applikazzjoni tal-istrateġiji approvati mill-Assemblea Ġenerali fuq livell tekniku u xjentifiku, fis-sorveljanza tal-attivitajiet xjentifiċi nazzjonali relatati mal-EU-SOLARIS ERIC u, f’koordinazzjoni mad-Direttur Maniġerjali, għandu jżomm il-koerenza fl-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC u l-kollaborazzjoni fost iċ-ċentri tar-riċerka kollha involuti tas-CSP/STE.
3. Id-Direttur Maniġerjali għandu jippresjedi l-Laqgħat li jsiru mill-Bord tan-Nodi Nazzjonali, iżda mingħajr vot.
4. Il-BNN għandu jopera skont it-termini ta’ referenza stabbiliti fir-regolamenti interni tiegħu.
5. Mingħajr preġudizzju għall-kontenut kuntrattwali tal-ftehimiet ta’ kollaborazzjoni konklużi bejn l-EU-SOLARIS ERIC u ċ-ċentri tar-riċerka differenti, il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandu rwol ta’ appoġġ, mingħajr setgħa eżekuttiva, lid-Direttur Maniġerjali.
KAPITOLU IV
REĠIM EKONOMIKU
Artikolu 32
Riżorsi tal-EU-SOLARIS ERIC
1. Ir-riżorsi tal-EU-SOLARIS ERIC biex jiġu żviluppati l-iskopijiet, l-objettivi u l-attivitajiet tiegħu għandhom jikkonsistu minn:
|
a) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Membri (it-tariffa) |
|
b) |
il-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Membri, tal-Osservaturi u ta’ partijiet terzi, kemm entitajiet pubbliċi kif ukoll privati; |
|
c) |
il-programmi ta’ għotjiet nazzjonali u internazzjonali u l-għajnuna pubblika li l-EU-SOLARIS ERIC jista’ japplika għalihom; |
|
d) |
id-dħul derivat mill-attivitajiet ekonomiċi limitati li huwa involut fihom l-EU-SOLARIS ERIC; u |
|
e) |
kwalunkwe dħul ieħor, bħal donazzjonijiet, li jkun intlaħaq qbil dwarhom mill-Assemblea Ġenerali. |
Artikolu 33
Kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja tal-Membri
1. Kull Membru għandu jikkontribwixxi għall-baġit annwali tal-EU-SOLARIS ERIC permezz ta’ Tariffa Annwali. Il-kontribuzzjoni li għandha ssir kull sena minn kull Membru għandha tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tabella mehmuża hawnhekk bħala l-Anness II.
2. It-Tariffa Annwali se tkun l-istess għall-Membri kollha. Il-kriterji biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja tal-Membri jistgħu jiġu mmodifikati biss f’riżoluzzjoni adottata b’mod unanimu mill-Assemblea Ġenerali.
3. Kwalunkwe emenda tal-Anness II għandha tidħol fis-seħħ biss fl-1 ta’ Jannar tas-sena sussegwenti għas-sena li fiha tiġi approvata l-emenda mill-Assemblea Ġenerali.
4. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri għandhom isiru fi flus kontanti u f’euro. F’każijiet eċċezzjonali, l-Assemblea Ġenerali tista’ tikkunsidra u tapprova l-użu ta’ kontribuzzjonijiet in natura.
5. Għal kontribuzzjonijiet in natura, għandu jiġi konkluż ftehim speċifiku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni bejn l-EU-SOLARIS ERIC u l-Membru inkwistjoni, li għandu jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali bil-maġġoranza stabbilita għal dak il-għan f’dawn l-Istatuti.
Artikolu 34
Kontribuzzjonijiet volontarji lill-EU-SOLARIS ERIC
Il-Membri u l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC u partijiet terzi oħrajn jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji lill-EU-SOLARIS ERIC.
Artikolu 35
Baġit u Pjan ta’ Ħidma
1. Fi żmien xahrejn minnufih qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Maniġerjali għandu jippreżenta lill-Assemblea Ġenerali l-baġit u l-Pjan ta’ Ħidma tal-EU-SOLARIS ERIC għas-sena ta’ wara.
2. Il-baġit għandu jitħejja, jiġi eżegwit u jiġi soġġett għal rendikont f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
3. L-entrati kollha tal-introjtu u tan-nefqa tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jiġu rreġistrati fil-baġit, li għandu neċessarjament ikun ibbilanċjat bejn l-introjtu u n-nefqa.
4. Il-Pjan ta’ Ħidma għandu jitħejja f’konformità mal-baġit u mal-objettivi tal-EU-SOLARIS ERIC.
5. Fit-tfassil tal-Pjan ta’ Ħidma, id-Direttur Maniġerjali għandu jibbaża fuq l-assistenza u l-parir tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u tal-Bord tan-Nodi Nazzjonali. Għal dak il-għan, il-Presidenti tal-STC u tal-BNN, wara li jkunu ġew mistiedna mid-Direttur Maniġerjali, għandhom jattendu l-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali li fiha għandu jiġi approvat il-Pjan ta’ Ħidma.
6. Il-baġit annwali u l-Pjan ta’ Ħidma għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali, fit-termini msemmija fir-regolament tagħha stess.
Artikolu 36
Sena Finanzjarja
1. Is-sena finanzjarja tal-EU-SOLARIS ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
2. Bħala eċċezzjoni, l-ewwel sena finanzjarja għandha tibda fil-jum li fih tidħol fis-seħħ ir-riżoluzzjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq l-EU-SOLARIS ERIC, u għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena.
Artikolu 37
Kontijiet
1. Bl-appoġġ tal-korpi amministrattivi kkonċernati, id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli għaż-żamma ordinarja tal-kontijiet tal-EU-SOLARIS ERIC f’konformità mal-prinċipji kontabilistiċi aċċettati ġeneralment u soġġett għar-regolamenti kontabilistiċi li japplikaw fl-Istat fen l-EU-SOLARIS ERIC ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
2. Fi kwalunkwe każ, il-kontijiet tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jinżammu billi f’reġistru separat, jiġu rreġistati l-introjtu u n-nefqa derivati mill-attivitajiet ekonomiċi tiegħu.
3. Abbażi tal-informazzjoni kontabilistika mħejjija mid-Direttur Maniġerjali, fi żmien tliet (3) xhur wara kull tmiem tas-sena finanzjarja, għandu jfassal il-kontijiet annwali f’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza għas-sena finanzjarja partikolari sabiex, ladarba jiġu vverifikati mill-awditur tal-EU-SOLARIS ERIC, ikunu jistgħu jiġu ppreżentati u, jekk ikun xieraq, jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
4. Barra minn hekk, id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja għas-sena finanzjarja li tirreferi għall-kontijiet annwali.
5. Kemm il-kontijiet annwali kif ukoll ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit għandhom ikunu disponibbli għall-GA fi żmien għaxart (10) ijiem wara d-data li fiha l-awditur tal-EU-SOLARIS ERIC jagħti r-Rapport tal-Awditjar, li għandu jkun disponibbli wkoll għall-Membri.
6. Fi żmien sitt (6) xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja inkwistjoni, l-Assemblea Ġenerali għandha teżamina u tapprova, jekk ikun xieraq u permezz tar-reġim ta’ maġġoranza previst f’dawn l-Istatuti, il-kontijiet annwali tal-EU-SOLARIS ERIC, ir-Rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja u r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-ERIC imsemmija fl-Artikolu 40 imfassal mid-Direttur Maniġerjali.
7. Ladarba jiġu approvati, id-dokumenti msemmijin hawn fuq għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi xierqa, u għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-EU-SOLARIS ERIC.
8. Kwalunkwe suġġett mhux previst f’dawn l-Istatuti u r-regolamenti li jiżviluppawhom, għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, il-preżentazzjoni, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat li fih l-EU-SOLARIS ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu.
Artikolu 38
Kontroll intern
1. Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli għall-kompiti tal-kontroll finanzjarju u baġitarju tal-EU-SOLARIS, filwaqt li jirrieżamina l-kontijiet u d-dokumentazzjoni ekonomika u baġitarja tal-EU-SOLARIS ERIC, u għandu jinforma lill-Assemblea Ġenerali b’dan, kollha f’konformità mad-dmirijiet tiegħu.
2. Barra minn hekk, id-Direttur Maniġerjali għandu jikkollabora u jassisti lill-awditur tal-EU-SOLARIS ERIC kif meħtieġ għat-twettiq korrett tad-dmirijiet tiegħu.
Artikolu 39
Awditjar
1. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jkun taħt l-obbligu li l-kontijiet annwali tiegħu jiġu awditjati minn awditur.
2. Ir-Rapport tal-Awditjar għandu jkun disponibbli għall-Membri meta l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja jiġu approvati u, flimkien magħhom, għandu jiġi ppreżentat kull sena lill-Kummissjoni Ewropea, fit-termini previsti f’dawn l-Istatuti u fir-Regolament dwar l-ERIC.
KAPITOLU V
RAPPORTAR LILL-KUMMISSJONI EWROPEA
Artikolu 40
Attivitajiet ta’ monitoraġġ
1. Kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC, li fih għandu jiddikjara, b’mod partikolari, l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attività tal-EU-SOLARIS ERIC.
2. Sabiex ifassal tali Rapport Annwali, id-Direttur Maniġerjali għandu jibbaża fuq l-assistenza u l-parir tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u tal-Bord tan-Nodi Nazzjonali.
3. Ir-Rapport għandu jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali, bil-maġġoranza stabbilita f’dawn l-Istatuti, u għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien sitt (6) xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li jirreferi għaliha dan ir-Rapport.
4. Minbarra r-Rapport Annwali, id-Direttur Maniġerjali għandu jibgħat lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni dwar ċirkostanzi li jheddu li jipperikolaw serjament il-ksib tal-kompiti tal-EU-SOLARIS.
5. Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jkun ta’ għarfien pubbliku u għandu jkun disponibbli għall-utenti fuq is-sit web tal-EU-SOLARIS ERIC.
KAPITOLU VI
EŻENJONIJIET MIT-TAXXA
Artikolu 41
Eżenzjonijiet mit-taxxa
1. L-eżenzjonijiet mill-VAT abbażi tal-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u f’konformità mal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, għandhom ikunu limitati għal xiri mill-EU-SOLARIS ERIC u mill-Membri tal-EU-SOLARIS ERIC li jsir għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-EU-SOLARIS ERIC, dment li dan ix-xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-EU-SOLARIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. L-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 250.
2. L-eżenzjonijiet mid-Dazju tas-Sisa abbażi tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2020/262/KE, għandhom ikunu limitati għal xiri mill-EU-SOLARIS ERIC li jsir għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-EU-SOLARIS ERIC, dment li dan ix-xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-EU-SOLARIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 250.
3. Il-kostijiet imġarrba mill-EU-SOLARIS ERIC u mill-Membri tiegħu f’konferenzi, f’seminars u f’laqgħat relatati direttament mal-attivitajiet uffiċjali tal-EU-SOLARIS ERIC għandhom jiġu inklużi wkoll. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, l-ispejjeż u l-kostijiet tal-ivvjaġġar ma għandhomx jibbenifikaw minn eżenzjonijiet mit-taxxa.
4. L-EU-SOLARIS ERIC għandu jżomm rekord tal-kostijiet u tad-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu separatament, u għandu jitlob prezzijiet tas-suq għalihom, jew, jekk dawn il-prezzijiet ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, il-kostijiet totali flimkien ma’ marġni raġonevoli. Dawn l-attivitajiet ma għandhomx jiġu koperti minn eżenzjonijiet tat-taxxa.
5. Ix-xiri minn membri tal-persunal ma huwiex kopert mill-eżenzjonijiet.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 42
Żvilupp regolatorju tal-Istatuti
1. Dawn l-Istatuti għandhom jiġu żviluppati permezz tar-regolamenti interni differenti tal-korpi governattivi u konsultattivi tal-EU-SOLARIS ERIC, approvati mill-Assemblea Ġenerali, fejn xieraq, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti.
2. Fil-każ ta’ diskrepanza bejn kwalunkwe wieħed mir-regolamenti interni li qegħdin jiġu żviluppati u dawn l-Istatuti, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu.
Artikolu 43
Emendi fl-Istatuti
1. Kwalunkwe proposta għal emenda tal-Istatuti għandha tiġi approvata b’mod unanimu mill-Assemblea Ġenerali u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-ERIC.
2. L-Istatuti għandhom jinżammu aġġornati mid-Direttur Maniġerjali. L-Istatuti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-EU-SOLARIS-ERIC u fis-sede statutorja tiegħu.
Artikolu 44
Liġi applikabbli
1. Il-funzjonament intern tal-EU-SOLARIS ERIC għandu jiġi rregolat mir-regoli li ġejjin u fl-ordni ta’ prijorità msemmija hawn taħt:
|
a) |
Ir-regoli tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari r-Regolament dwar l-ERIC, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li toħloq l-EU-SOLARIS ERIC u, jekk xieraq, id-Deċiżjonijiet li jemendaw l-Istatuti tal-EU-SOLARIS ERIC; |
|
b) |
kwalunkwe suġġett mhux regolat jew irregolat parzjalment mill-imsemmijin regoli Komunitarji għandu jiġi rregolat mil-Liġi fil-pajjiż li jaġixxi bħala l-Membru Ospitanti; u |
|
c) |
dawn l-Istatuti u kwalunkwe regolament intern ieħor li jimplimentahom jew jiżviluppahom. |
Artikolu 45
Soluzzjoni ta’ tilwim u ġuriżdizzjoni
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni li ssolvi l-kawżi li jistgħu jirriżultaw bejn l-EU-SOLARIS ERIC u l-Membri u/jew l-Osservaturi tiegħu, bejn il-Membri u/jew l-Osservaturi nfushom, dment li dawn ikunu derivati mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-EU-SOLARIS ERIC, u fuq kwalunkwe kawża li l-Unjoni Ewropea tkun parti għaliha.
2. Fir-rigward tal-kawżi li jistgħu jirriżultaw bejn l-EU-SOLARIS ERIC u partijiet terzi, għandha tapplika l-ġuriżdizzjoni li ġejja:
|
a) |
l-ewwel nett, il-ġuriżdizzjoni ddeterminata mid-dritt Komunitarju; u, fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni espliċita f’dak ir-rigward, |
|
b) |
il-ġuriżdizzjoni ddeterminata mil-liġi li tapplika għall-Membru Ospitanti dwar il-ġuriżdizzjoni. |
Artikolu 46
Lingwa ta’ ħidma
Il-lingwa ta’ ħidma tal-EU-SOLARIS-ERIC għandha tkun l-Ingliż.
ANNESS I
MEMBRI U OSSERVATURI
Membri
|
Pajjiż jew Organizzazzjoni Intergovernattiva |
Entità Rappreżentanti |
|
Ir-Repubblika Franċiża |
Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS) |
|
Ir-Renju ta’ Spanja |
Centro de Investigaciones Energéticas, Medioambientales y Tecnológicas (CIEMAT) |
|
Ir-Repubblika ta’ Ċipru |
The Cyprus Institute (CyI) |
|
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Deutsches Zentrum für Luft-und Raumfahrt (DLR) |
Osservaturi
|
Pajjiż jew Organizzazzjoni Intergovernattiva |
Entità Rappreżentanti |
|
Ir-Repubblika Portugiża |
Laboratorio Nacional de Energia e Geologia (LNEG) /Universidade de Évora |
ANNESS II
Kontribuzzjonijiet Finanzjarji tal-Membri u l-Osservaturi tal-EU-SOLARIS ERIC għaċ-Ċiklu Baġitarju Inizjali
|
|
Sena 1 |
Sena 2 |
Sena 3 (*1) |
Sena 4 |
|
Ir-Repubblika Franċiża |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
|
Ir-Renju ta’ Spanja (*2) |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
|
Ir-Repubblika ta’ Ċipru |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
|
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
20 000 |
(*1) Għandha ssir reviżjoni tat-Tariffa Annwali mill-Assemblea Ġenerali matul is-Sena 3.
(*2) Il-Primjum tal-Pajjiż Ospitanti għandu valur ta’ EUR 95 000/sena. Dan huwa deskritt bis-sħiħ fid-dokument tal-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju.
ANNESS III
DEFINIZZJONIJIET
|
— |
“Maġġoranza sempliċi” tfisser maġġoranza ta’ aktar minn nofs il-voti tal-membri preżenti jew irrappreżentati formalment fil-laqgħa. |
|
— |
“Maġġoranza assoluta” tfisser maġġoranza ta’ aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-konsorzju. |
|
— |
“Maġġoranza kwalifikata” tfisser maġġoranza ta’ aktar minn 2/3 tad-drittijiet tal-vot tal-konsorzju. |
|
— |
Kworum: Tal-inqas 2/3 (arrotondati) tad-drittijiet tal-vot jeħtiġilhom ikunu preżenti jew irrappreżentati formalment fil-laqgħa |
|
— |
Statuti: dawn l-Istatuti għall-EU-SOLARIS ERIC. |
|
— |
DPI: id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali skont din l-intestatura ddefiniti fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fl-14 ta’ Lulju 1967. |
|
— |
Membru Ospitanti: il-pajjiż li fih l-EU-SOLARIS ERIC għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. |
|
— |
Primjum tal-Pajjiż Ospitanti: Kontribuzzjoni addizzjonali lill-ERIC mill-Membru Ospitanti, in natura jew fi flus. |
|
— |
Direttur Maniġerjali: il-persuna maħtura biex tieħu dik il-kariga mill-Assemblea Ġenerali. |
|
— |
Membru: “Membru/i” tfisser il-membru/i tal-EU-SOLARIS ERIC, kif previst fl-Artikolu 14 tal-Istatuti. |
|
— |
Osservatur: “Osservatur(i)” tfisser pajjiż mhux Membru tal-EU-SOLARIS ERIC li jipparteċipa u jikkontribwixxi għall-attivitajiet tal-ERIC kif previst fl-Artikolu 14 tal-Istatuti. |
|
— |
Nodu(i) Nazzjonali: Ċentri tar-riċerka, riżorsi u servizzi organizzati fil-livell nazzjonali, mhux neċessarjament bħala entità b’kapaċità ġuridika, f’Membru u operati minn entitajiet ġuridiċi, li fihom isiru l-attivitajiet relatati tal-EU-SOLARIS ERIC. |
|
— |
Ċentru tar-Riċerka: Organizzazzjoni nazzjonali tar-R&Ż, indipendenti mill-EU-SOLARIS ERIC, li tipparteċipa fl-operat tal-EU-SOLARIS ERIC. |
|
— |
Teknoloġiji tas-CSP/STE: Teknoloġiji ta’ Konċentrazzjoni tal-Enerġija Solari / Enerġija Solari Termali. |
|
— |
Bord tan-Nodi Nazzjonali: Korp konsultattiv li jirrappreżenta n-nodi nazzjonali biex jassisti lid-Direttur Maniġerjali kif previst fl-Artikolu 31 tal-Istatuti |
|
— |
Kumitat Xjentifiku u Tekniku: Korp konsultattiv biex jassisti lill-Assemblea Ġenerali kif previst fl-Artikolu 30 tal-Istatuti |
|
— |
Assemblea Ġenerali: Il-korp governattiv suprem tal-ERIC |
|
— |
Pjattaforma Ċentrali: Id-Direttur Maniġerjali u t-Tim tas-Segretarjat li jinsab fil-Membru Ospitanti |
|
— |
Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz: Kuntratt bejn fornitur ta’ servizzi u l-klijenti tiegħu li jiddokumenta liema servizzi se jipprovdi l-fornitur, u jiddefinixxi l-istandards tas-servizz li l-fornitur huwa obbligat li jissodisfa. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Novembru 2022
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022
(2022/C 446/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022 ġie adottat definittivament fl-24 ta' Novembru 2021 (2); |
|
— |
fil-5 ta' Ottubru 2022, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2022, |
|
— |
jeħtieġ li l-Kunsill jipproċedi mingħajr dewmien bl-adozzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2022, bil-ħsieb li jsiru disponibbli b’mod urġenti biżżejjed approprjazzjonijiet, fost l-oħrajn, (a) biex jissaħħu l-miżuri ta’ emerġenza taħt il-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku; (b) biex jiġi antiċipat u jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili biex ikompli jidderieġi l-assistenza in natura lill-Ukrajna u jikri ħelikopters u ajruplani ħfief oħra biex tiżdied it-tħejjija tal-Unjoni għat-tifi tan-nar mill-ajru; u (c) biex jissaħħu n-nefqa amministrattiva u l-pensjonijiet fl-intestatura 7 bħala riżultat ta’ inflazzjoni għolja u prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew b’rata mgħaġġla. Għaldaqstant, hu ġustifikat li tiġi prevista eċċezzjoni mill-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 hija b’dan adottata.
It-test sħiħ huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew biex jitniżżel mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/25 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta' Novembru 2022
(2022/C 446/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0325 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
145,75 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4370 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86369 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,8933 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9795 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
146,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3659 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,356 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
405,75 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7033 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9370 |
|
TRY |
Lira Turka |
19,2316 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5522 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3856 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,0708 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6718 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4295 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 397,42 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,7103 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3982 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5435 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 189,81 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7237 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,914 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,423 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5650 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,0010 |
|
INR |
Rupi Indjan |
84,4660 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/26 |
Opinjoni 06/2022
(skont l-Artikolu 322(1), TFUE)
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) [2022/0162 (COD)]
(2022/C 446/04)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat l-Opinjoni 06/2022 tagħha (skont l-Artikolu 322(1), TFUE) dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) [2022/0162(COD)].
L-Opinjoni tista’ tiġi kkonsultata direttament jew imniżżla mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri:
https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=62434
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/27 |
Festi pubbliċi fl-2023: Stati taż-ŻEE/EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE
(2022/C 446/05)
|
|
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
Il-Qorti tal-EFTA |
||||
|
It-Tnejn, it-2 ta’ Jannar |
|
|
|
X |
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, s-6 ta’ Jannar |
|
X |
|
|
|
||||
|
Il-Ħamis, it-2 ta’ Frar |
|
X |
|
|
|
||||
|
It-Tlieta, l-21 ta’ Frar |
|
X |
|
|
|
||||
|
Il-Ħamis, is-6 ta’ April |
X |
|
X |
X |
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, s-7 ta’ April |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
It-Tnejn, l-10 ta’ April |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
Il-Ħamis, l-20 ta’ April |
X |
|
|
|
|
||||
|
It-Tnejn, l-1 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
It-Tlieta, d-9 ta’ Mejju |
|
|
|
|
X |
||||
|
L-Erbgħa, s-17 ta’ Mejju |
|
|
X |
|
|
||||
|
Il-Ħamis, it-18 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, d-19 ta’ Mejju |
|
|
|
X |
X |
||||
|
It-Tnejn, id-29 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
Il-Ħamis, it-8 ta’ Ġunju |
|
X |
|
|
|
||||
|
Il-Ġimgħa, t-23 ta’ Ġunju |
|
|
|
|
X |
||||
|
It-Tnejn, is-7 ta’ Awwissu |
X |
|
|
|
|
||||
|
It-Tlieta, l-15 ta’ Awwissu |
|
X |
|
|
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, t-8 ta’ Settembru |
|
X |
|
|
|
||||
|
L-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru |
|
X |
|
X |
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, t-8 ta’ Diċembru |
|
X |
|
|
|
||||
|
Il-Ħamis, il-21 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
|
||||
|
Il-Ġimgħa, t-22 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
|
||||
|
It-Tnejn, il-25 ta’ Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
It-Tlieta, s-26 ta’ Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
||||
|
L-Erbgħa, s-27 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
X |
||||
|
Il-Ħamis, it-28 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
X |
||||
|
Il-Ġimgħa, d-29 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
X |
||||
|
|||||||||
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/29 |
Sejħa għall-proposti 2023 — EAC/A14/2022
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2022/C 446/06)
1. Introduzzjoni u objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (C(2022)5757). Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
|
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja |
|
— |
Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe entità pubblika jew privata kemm jekk mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll jekk tagħmel profitt, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, tista’ tapplika għall-finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-pajjiżi li ġejjin (2) jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal entitajiet legalment stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 142 200 000.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma annwali tal-2023 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà adottat fit-22 ta’ Awwissu 2022, u jistgħu jiġu modifikati soġġetti għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources.
L-għotjiet u d-durata tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u t-tipi ta’ applikanti eliġibbli.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
23 ta’ Frar 2023 |
|
(sessjoni fakultattiva) 4 ta’ Ottubru 2023 |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
23 ta’ Frar 2023 |
|
(sessjoni fakultattiva) 4 ta’ Mejju 2023 |
|
|
4 ta’ Ottubru 2023 |
|
|
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal-17.00, ħin ta’ Brussell.
|
|
|
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa. |
|
|
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
6. Dettalji kollha
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 fuq l-indirizz tal-internet li ġej: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) OV L 202, 8 6 2021., 32. lpp.
(2) Entitajiet legalment stabbiliti u persuni legalment residenti f’dawn il-pajjiżi.
(3) Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/31 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10931 — OPENTEXT / MICRO FOCUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 446/07)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Open Text Corporation (“OpenText”, il-Kanada), |
|
— |
Micro Focus International plc (“Micro Focus”, ir-Renju Unit). |
OpenText takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Micro Focus kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-25 ta’ Awwissu 2022.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
OpenText hija fornitur ta’ prodotti u servizzi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni. |
|
— |
Micro Focus hija fornitur ta’ software għall-intrapriżi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10931 — OPENTEXT / MICRO FOCUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10884 – JTCP / EPCG / EROSKI S. COOP / SUPRATUC2020)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 446/08)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EP Corporate Group, a.s. (“EPCG”, iċ-Ċekja), ikkontrollat esklużivament minn Daniel Křetínský, |
|
— |
J&T CAPITAL PARTNERS, a.s., (“JTCP”, iċ-Ċekja), ikkontrollata indirettament minn PT Equity Investments SICAV, fond ta’ investiment ibbażat fir-Repubblika Ċeka stabbilit minn Patrik Tkáč u J&T Private Equity Group Limited (“JTPEG”, Ċipru), |
|
— |
Eroski, S. Coop, (“Eroski”, Spanja), li tappartjeni għal EROSKI Group, |
|
— |
Supratuc2020, S.L., (“Supratuc2020”, Spanja), ikkontrollata bi sħab minn EPCG, E-Commerce u Media Investments, a.s. (“ECMI”, iċ-Ċekja) u Eroski. |
EPCG, JTCP u Eroski jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Supratuc2020.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
EPCG hija kumpanija azzjonista ta’ investiment Ċeka, attiva prinċipalment fl-enerġija, l-infrastruttura u l-media. Is-sid final ta’ EPCG huwa wieħed mill-akbar investituri, fost l-oħrajn, fis-settur tad-distribuzzjoni tal-ikel fl-Ewropa. |
|
— |
JTCP hija kumpanija azzjonista Ċeka, li bħalissa la hija attiva fis-settur tal-ikel u lanqas f’xi suq relatat vertikalment fi Spanja jew internazzjonalment. |
|
— |
EROSKI, bħala kooperattiva tal-konsumaturi, hija kumpanija tad-distribuzzjoni, organizzazzjoni tal-konsumaturi u proġett kooperattiv li fih il-konsumaturi u l-impjegati jaqsmu r-rwol u l-awtorità ewlenin. Hija l-kumpanija fuq quddiem tal-Grupp EROSKI, kooperattiva tad-distribuzzjoni bl-imnut għal prodotti u servizzi tal-konsum ta’ kuljum fi Spanja u hija punt ta’ riferiment fir-reġjuni ta’ Galicia, il-Pajjiż Bask, Navarra, kif ukoll il-Katalonja u l-Gżejjer Baleariċi (permezz ta’ Supratuc2020). |
|
— |
Supratuc2020 hija kumpanija azzjonista Spanjola bi sjieda ta’ 100 % f’żewġ kumpaniji attivi fil-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum fi Spanja: Caprabo u Cecosa. L-attivitajiet ta’ Supratuc2020 huma ffukati fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum permezz ta’ supermarkets li jinsabu fir-reġjuni Spanjoli tal-Katalonja (permezz ta’ Caprabo) u l-Gżejjer Baleariċi (permezz ta’ Cecosa), rispettivament. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10884 – JTCP / EPCG / EROSKI S. COOP / SUPRATUC2020
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/35 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10713 – RWE / NEWCO EEMSHAVEN)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 446/09)
1.
Fis-17 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
RWE AG (“RWE”, il-Ġermanja), |
|
— |
Newco Eemshaven B.V. (“NewCo Eemshaven”, in-Netherlands), bħalissa kkontrollata minn Vattenfall N.V. (in-Netherlands). |
RWE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ NewCo Eemshaven kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
RWE hija kumpanija tal-enerġija li tiffoka fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriċità minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u konvenzjonali, u l-kummerċ tal-enerġija, |
|
— |
NewCo Eemshaven tħaddem impjant tal-enerġija li jaħdem bil-gass, li jikkonsisti fi tliet turbini tal-gass b’ċiklu kkombinat, u park solari maġenb xulxin li jinsab f’Eemshaven, in-Netherlands. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.10713 – RWE / NEWCO EEMSHAVEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/36 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10905 – IRISH LIFE WELLBEING / CENTRIC HEALTH PRIMARY CARE / CAREPATH CONNECT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 446/10)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Irish Life Wellbe Limited (“ILW”, l-Irlanda), |
|
— |
Centre Health Primary Care Limited (“CH”, l-Irlanda). |
ILW u CH se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CarePath Connect Designated Activity Company (“CarePath”, l-Irlanda). ILW u CH flimkien jissejħu “il-Partijiet”.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża bi sħab li għadha kif twaqqfet huma dawn li ġejjin:|
— |
ILW hija parti mill-Irish Life Group, li jipprovdi assikurazzjoni tal-ħajja, pensjonijiet u ġestjoni tal-ġid, assikurazzjoni tas-saħħa u servizzi tas-saħħa u l-benesseri fl-Irlanda. Tappartjeni għall-grupp Power Corporation of Canada, kumpanija azzjonista u ta’ ġestjoni internazzjonali, |
|
— |
CH tipprovdi servizzi tal-kura tas-saħħa primarja (tabib ġenerali u speċjalità) lil pazjenti u servizzi ta’ reklutaġġ mediku lil prattiki ta’ tabib ġenerali u sptarijiet fl-Irlanda. Hija parti mill-grupp ta’ Rothschild & Co. Investment Managers, grupp globali tas-servizzi finanzjarji. |
|
— |
Carepath se tfassal u timplimenta pjanijiet tal-istadji tat-trattament għall-kura tas-saħħa primarja, li se jkollhom l-għan li jtejbu l-esperjenza tal-pazjenti u jnaqqsu l-ispejjeż tal-kura fl-Irlanda. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10905 – IRISH LIFE WELLBEING / CENTRIC HEALTH PRIMARY CARE / CAREPATH CONNECT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/38 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10726 – BNP PARIBAS / STELLANTIS / PCDF ASSETS / FCAB ASSETS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 446/11)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas S.A. (“BNP Paribas”, Franza), |
|
— |
Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands), |
|
— |
L-assi tal-kooperazzjoni finanzjarja PSA-SCF (“PCDF”), ikkontrollati bi sħab minn Stellantis u Crédit Agricole Consumer Finance (“CACF”, Franza), |
|
— |
L-assi tal-kooperazzjoni finanzjarja tal-FCA-CACF (“FCAB”), ikkontrollati bi sħab minn Stellantis u Santander Consumer Finance (“SCF”, Spanja) (PCDF u FCAB meħuda flimkien, in-“Negozju fil-Mira”) u |
|
— |
Impriża bi sħab (joint venture, JV) bejn BNP Paribas u Stellantis (il-“BNPP-Stellantis JV”). |
BNP Paribas u Stellantis, se jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll bi sħab tal-BNPP-Stellantis JV, li se jikkontrolla n-Negozju fil-Mira (2).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BNP Paribas huwa attiv madwar id-dinja fi tliet negozji bankarji ewlenin, inklużi Servizzi u Servizzi Kummerċjali, Bankarji Personali; Servizzi ta’ Investiment u Protezzjoni; u l-Banek Korporattivi u Istituzzjonali, |
|
— |
Stellantis hija attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi, taħt il-15-il ditta li ġejjin: Peugeot, Citroën, DS Automobiles, Opel, Vauxhall, Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Dodge, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Maserati u Ram, |
|
— |
L-assi tal-PCDF u l-assi tal-FCAB joffru self u lokazzjonijiet relatati ma’ vetturi tad-ditta kif ukoll self lin-negozjanti tal-karozzi, |
|
— |
Il-BNPP-Stellantis JV li se tikkonsisti min-Negozju fil-Mira. |
3.
Il-BNPP-Stellantis JV se ssir is-sieħeb esklussiv ta’ Stellantis għall-attivitajiet ta’ finanzjament tad-ditti Stellantis kollha (minbarra l-kiri operazzjonali B2B) fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit. Il-BNPP-Stellantis JV se tittratta wkoll il-kiri operazzjonali B2C fuq bażi mhux esklużiva.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10726 – BNP PARIBAS / STELLANTIS / PCDF ASSETS / FCAB ASSETS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) BNPP-Stellantis JV se tikkonsisti minn (i) 100 % tal-ishma f’żewġ entitajiet tal-PCDF (PSA Bank Germany GmbH (“PSA Bank Germany”) u PSA Finance UK Ltd (“PSA Finance UK”)), li jikkorrispondu għall-attivitajiet ta’ finanzjament marbuta mad-ditti PSA fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fir-Renju Unit, u (ii) assi tan-negozju mill-FCAB permezz ta’ tliet ftehimiet kummerċjali, li jikkorrispondu għall-attivitajiet ta’ finanzjament marbuta mad-ditti tal-FCA fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fir-Renju Unit.