ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 441

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
21 ta' Novembru 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 441/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 441/02

Kawża C-592/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – ĒDIENS & KM.LV PS vs Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Żvolġiment tal-proċedura – Għażla tal-parteċipanti – Kriterji ta’ għażla – Kapaċitajiet tekniċi u professjonali – Artikolu 58(4) – Modalitajiet ta’ prova – Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku – Artikolu 59 – Użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Artikolu 63(1) – Grupp ta’ operaturi ekonomiċi – Kundizzjoni relatata mal-esperjenza professjonali li għandha tkun issodisfatta mill-membru tal-grupp inkarigat, f’każ ta’ għoti ta’ kuntratt, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza – Kundizzjoni mhux prevista mid-dokumenti tal-kuntratt – Assenza ta’ efett tas-sistema ta’ responsabbiltà in solidum fil-kuntest tal-istatus ta’ soċjetà f’isem kollettiv)

2

2022/C 441/03

Kawża C-71/22 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2022 minn CX mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-743/16 RENV II, CX vs Il-Kummissjoni

3

2022/C 441/04

Kawża C-168/22 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 minn FT et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-227/20, FT et vs Il-Kummissjoni

3

2022/C 441/05

Kawża C-170/22 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 minn FJ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-225/20, FJ et vs SEAE

3

2022/C 441/06

Kawża C-171/22 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn FJ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-619/20, FJ et vs SEAE

3

2022/C 441/07

Kawża C-172/22 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn FZ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-618/20, FZ et vs Il-Kummissjoni

4

2022/C 441/08

Kawża C-511/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH

4

2022/C 441/09

Kawża C-529/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – PA vs trendtours Touristik GmbH

5

2022/C 441/10

Kawża C-541/22 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 minn Araceli García Fernández et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-523/17, Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB

5

2022/C 441/11

Kawża C-555/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2022 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

7

2022/C 441/12

Kawża C-556/22 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2022 minn ITV plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

8

2022/C 441/13

Kawża C-558/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italia) fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA) vs Fallimento Esperia SpA, Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

9

2022/C 441/14

Kawża C-560/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale per il Friuli Venezia Giulia (l-Italja) fit-23 ta’ Awwissu 2022 – Ferriere Nord SpA et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Agenzia delle entrate – Riscossione

10

2022/C 441/15

Kawża C-564/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn LSEGH (Luxembourg) Ltd, London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

11

2022/C 441/16

Kawża C-565/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Verein für Konsumenteninformation vs Sofatutor GmbH

12

2022/C 441/17

Kawża C-567/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-531/16, Dumitrescu u Schwarz vs Il-Kummissjoni

12

2022/C 441/18

Kawża C-568/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YT, YU mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16, YT u YU vs Il-Kummissjoni

13

2022/C 441/19

Kawża C-569/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16, YV et vs Il-Kummissjoni

14

2022/C 441/20

Kawża C-570/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn ZA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-545/16, YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14

2022/C 441/21

Kawża C-575/22 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 minn Hochmann Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-337/20 – Hochmann Marketing GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

15

2022/C 441/22

Kawża C-578/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

15

2022/C 441/23

Kawża C-582/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2022 – Die Länderbahn GmbH DLB et vs Bundesrepublik Deutschland

16

2022/C 441/24

Kawża C-584/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2022 – QM vs Kiwi Tours GmbH

17

2022/C 441/25

Kawża C-600/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-388/19, Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

17

2022/C 441/26

Kawża C-601/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2022– Umweltverband WWF Österreich et vs Tiroler Landesregierung

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 441/27

Kawża T-525/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u s-SRB

20

2022/C 441/28

Kawża T-526/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u SRB

21

2022/C 441/29

Kawża T-527/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs SRB

22

2022/C 441/30

Kawża T-591/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 – Polaroid IP vs EUIPO – Klimeck (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru f’rettangolu)

22

2022/C 441/31

Kawża T-597/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Sophienwald vs EUIPO – Zalto Glas (SW Sophienwald)

23

2022/C 441/32

Kawża T-601/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media vs EUIPO – Optiva Canada (OPTIVA MEDIA)

24

2022/C 441/33

Kawża T-603/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Agus vs EUIPO – Alpen Food Group (ROYAL MILK)

24

2022/C 441/34

Kawża T-608/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – KHG vs EUIPO – Dreams (Dreamer)

25

2022/C 441/35

Kawża T-609/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO – St. Hippolyt Mühle Ebert (BoneKare)

26

2022/C 441/36

Kawża T-610/22: Rikors ippreżentat fit 30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO (BoneKare)

26

2022/C 441/37

Kawża T-611/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Marico vs EUIPO – Regal Impex (SAFFOLA)

27

2022/C 441/38

Kawża T-616/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)

28

2022/C 441/39

Kawża T-618/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo)

28

2022/C 441/40

Kawża T-621/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – SB vs SEAE

29

2022/C 441/41

Kawża T-622/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – Van Oosterwijck vs Il-Kummissjoni

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 441/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 432, 14.11.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 424, 7.11.2022

ĠU C 418, 31.10.2022

ĠU C 408, 24.10.2022

ĠU C 398, 17.10.2022

ĠU C 389, 10.10.2022

ĠU C 380, 3.10.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “ĒDIENS & KM.LV” PS vs Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs

(Kawża C-592/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Żvolġiment tal-proċedura - Għażla tal-parteċipanti - Kriterji ta’ għażla - Kapaċitajiet tekniċi u professjonali - Artikolu 58(4) - Modalitajiet ta’ prova - Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku - Artikolu 59 - Użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra - Artikolu 63(1) - Grupp ta’ operaturi ekonomiċi - Kundizzjoni relatata mal-esperjenza professjonali li għandha tkun issodisfatta mill-membru tal-grupp inkarigat, f’każ ta’ għoti ta’ kuntratt, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza - Kundizzjoni mhux prevista mid-dokumenti tal-kuntratt - Assenza ta’ efett tas-sistema ta’ responsabbiltà in solidum fil-kuntest tal-istatus ta’ soċjetà f’isem kollettiv)

(2022/C 441/02)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“ĒDIENS & KM.LV” PS

Konvenut: Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 59 ta’ din tal-aħħar,

Għandu jiġi interpretat fis-sens li

meta jiġi stabbilit li, fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi, l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li fir-rigward tagħhom hija meħtieġa esperjenza ser tiġi fdata lil membru wieħed tal-grupp, il-grupp offerenti jista’ jinvoka biss, sabiex juri li jissodisfa kundizzjoni relatata mal-esperjenza imposta mill-awtorità kontraenti konformement mal-Artikolu 58(4) ta’ din id-direttiva, l-esperjenza tal-imsemmi membru ta’ dan il-grupp, u dan anki jekk id-dokumenti tal-kuntratt ma jipprevedux espliċitament li l-membri ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw individwalment din il-kundizzjoni.


(1)  Data tal-preżentata: 22.09.2021.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2022 minn CX mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-743/16 RENV II, CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-71/22 P)

(2022/C 441/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Settembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 minn FT et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-227/20, FT et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-168/22 P)

(2022/C 441/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FT et (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 minn FJ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-225/20, FJ et vs SEAE

(Kawża C-170/22 P)

(2022/C 441/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FJ et (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn FJ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-619/20, FJ et vs SEAE

(Kawża C-171/22 P)

(2022/C 441/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FJ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/4


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2022 minn FZ et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-618/20, FZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-172/22 P)

(2022/C 441/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FZ et (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH

(Kawża C-511/22)

(2022/C 441/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AQ

Konvenut: trendtours Touristik GmbH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) (id-“Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar”) għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra d-dritt previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar, tipprovdi dritt ta’ xoljiment addizzjonali, li l-effetti legali tiegħu japplikaw biss meta l-vjaġġatur jinvoka tali dritt fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ xoljiment tal-kuntratt?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titħallas tariffa ta’ xoljiment jibqa’ japplika meta l-vjaġġatur ma jkun indika ebda raġuni fid-dikjarazzjoni ta’ xoljiment tiegħu tal-pakkett tal-ivvjaġġar jew ikun indika raġuni li ma hijiex relatata ma’ ċirkustanza inevitabbli u straordinarja?


(1)  ĠU 2015 L 326, p. 1


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – PA vs trendtours Touristik GmbH

(Kawża C-529/22)

(2022/C 441/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PA

Konvenut: trendtours Touristik GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) (id-“Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, minbarra d-dritt previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar, jipprovdi dritt ta’ xoljiment addizzjonali, li l-effetti legali tiegħu japplikaw biss meta l-vjaġġatur jinvoka ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ xoljiment tal-kuntratt li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu u li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv it-twettiq tiegħu jew it-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni?

2)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titħallas tariffa ta’ xoljiment jibqa’ japplika meta l-vjaġġatur ma jkun indika ebda raġuni fid-dikjarazzjoni ta’ xoljiment tiegħu tal-pakkett tal-ivvjaġġar u jiġġustifika x-xoljiment biss sussegwentement b’ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fil-mument tax-xoljiment, li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu u li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv it-twettiq tiegħu jew it-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni, liema ċirkustanzi jkunu ġew iddeterminati biss permezz ta’ pronjożi stabbilita fil-mument tax-xoljiment, jew li jkunu seħħew fil-mument tal-ivvjaġġar?


(1)  ĠU 2015 L 326, p. 1


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/5


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 minn Araceli García Fernández et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-523/17, Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża C-541/22 P)

(2022/C 441/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Araceli García Fernández, Faustino González Parra, Fernando Luis Treviño de Las Cuevas, Juan Antonio Galán Alcázar, Lucía Palazuelo Vallejo-Nágera, Macon, SA, Marta Espejel García, Memphis Investments Ltd, Pedro Alcántara de la Herrán Matorras, Pedro José de Jesús Benito Trebbau López, Pedro Regalado Cuadrado Martínez, María Rosario Mari Juan Domingo (rappreżentanti: B.M. Cremades Román, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Eleveté Invest Group, SL, Antonio Bail Cajal, Carlos Sobrini Marín, Edificios 1326 de l'Hospitalet, SL, Juan José Homs Tapias, Anna María Torras Giro, Marbore 2000, SL, Tristán González del Valle, Il-Kummissjoni Ewropea, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), ir-Renju ta’ Spanja, Banco Santander, SA

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonferma l-preżentata tal-appell, tad-dokumenti li prodotti miegħu u tal-argumenti invokati insostenn tal-appell;

konformement mal-Artikolu 256 TFUE, mal-Artikolu 61 tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tagħti sentenza

a)

li tannulla kompletament is-sentenza appellata u, sussidjarjament, li tannulla parzjalment l-imsemmija sentenza skont it-termini żviluppati fit-Titoli III u IV tal-appell;

b)

li tilqa’ t-talbiet magħmula fil-punt 219 tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali;

c)

li tikkundanna lis-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

d)

li tikkundanna lis-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

e)

li, bl-eċċezzjoni tas-somom li jirriżultaw minn din il-proċedura, li jagħtu lok għal interessi moratorji biss b’effett mid-data tas-sentenza li għandha tingħata, iżżid is-somom kollha dovuti lill-appellanti b’interessi kumpensatorji, ikkalkolati mit-23 ta’ Mejju 2017 (jew, sussidjarjament, mis-7 ta’ Ġunju 2017) sal-ġurnata tal-għoti tas-sentenza, kif ukoll b’interessi moratorji, ikkalkolati mid-data tal-għoti tas-sentenza;

f)

li tagħti lill-appellanti kull miżura oħra addizzjonali ta’ rimedju li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jikkontestaw id-dispożittiv u l-bażijiet legali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, peress li hija vvizzjata minn diversi żbalji fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minn motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja, minn żbalji fil-klassifikazzjoni tal-fatti, minn żbalji fil-konsegwenzi legali li jirriżultaw minn dan, u minn evalwazzjoni żbaljata tal-provi.

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tat-talbiet tagħhom

L-ewwel aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (iktar ’il quddiem ir-“RMUR”) (1).

Fl-ewwel parti tiegħu, l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(a) tar-RMUR, f’dak li jirrigwarda l-ħtieġa ta’ provvista ta’ likwidità, in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità u l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Fit-tieni parti tiegħu, dan l-aggravju huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(b) tar-RMUR. F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li Banco Popular Español ma kienx insolventi u li s-SRB kellu alternattivi inqas dannużi. Fit-tielet parti tiegħu, l-istess aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(c) tar-RMUR.

It-tieni aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20 tar-RMUR. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw żbalji fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-paragrafi 1, 5, 7, 9, 10 u 11 ta’ dan l-artikolu. Il-ħames parti ta’ dan it-tieni aggravju hija bbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, peress li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Is-sitt parti tat-tieni aggravju hija bbażata fuq żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tielet aggravju bbażat fuq it-talba għal kumpens marbuta mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, b’konferma tal-effetti.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tar-RMUR f’dak li jirrigwarda t-talba għal kumpens għal responsabbiltà mhux kuntrattwali indipendenti mit-talba għal annullament. L-ewwel parti tar-raba’ aggravju tanalizza l-iżball manifest imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta interpretat il-premessa 116, l-Artikoli 88 u 91 tar-RMUR, u l-Artikolu 339 TFUE billi applikat standard ta’ protezzjoni kunsiderevolment iktar baxx minn dak stabbilit mill-Unjoni fil-qasam ta’ riżoluzzjoni bankarja. Din l-ewwel parti hija wkoll ibbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tar-RMUR li tmur kontra d-dmir ta’ diliġenza. Fl-aħħar nett, it-tieni parti tar-raba’ aggravju hija bbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20(15) u (16) tar-RMUR, kif ukoll fuq nuqqas ta’ risposta motivata.


(1)  ĠU 2014, L 225, p. 1.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/7


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2022 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-555/22 P)

(2022/C 441/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Baxter, aġent, P. Baker, QC u T. Johnston, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ITV plc, LSEGH (Luxembourg) Ltd, London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u tilqa’ t-talbiet tar-Renju Unit quddiem il-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni finali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji:

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u/jew kisret id-dritt tal-UE peress li żnaturat il-fatti sottostanti u kklassifikathom b’mod żbaljat fil-liġi meta kkonkludiet li s-sistema ta’ referenza kienet komposta mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar iċ-CFC (kumpanniji kkontrollati minn barra l-pajjiż).

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar iċ-CFC tat lok għal vantaġġ. Dan l-iżball ta’ liġi jirriżulta mill-iżnaturament u mill-klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti relatati mar-rwol tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi (iktar ’il quddiem “FPS”) fil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar iċ-CFC u r-relazzjoni bejn il-Kapitoli 5 u 9.

It-tielet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-għan u s-selettività tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar iċ-CFC. Is-sentenza appellata fiha żnaturamenti ripetuti u/jew żbalji manifesti ta’ fehim fir-rigward tar-rwol tal-FPS fil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit dwar iċ-CFC u l-interrelazzjoni bejn il-Kapitoli 5 u 9 tagħha. Hija lanqas ma tindika jew tindirizza elementi kruċjali tat-talbiet tar-Renju Unit, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali ma indirizzatx l-argument tar-Renju Unit li d-distinzjoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1) bejn il-FPS tar-Renju Unit u l-kapital konness tar-Renju Unit kienet irrazzjonali, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-ġustifikazzjoni ta’ prattiċità amministrattiva abbażi ta’ żewġ motivi relatati mal-allegat nuqqas ta’ provi quddiem il-Qorti Ġenerali; l-ebda wieħed ma kien sostenibbli, u t-tnejn kienu jinvolvu żnaturament ċar tal-fatti indikati quddiem il-Qorti Ġenerali.

Il-ħames, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jinkludi żball manifest ta’ liġi dwar ir-rekwiżit tal-libertà ta’ stabbiliment u t-tifsira tas-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C-196/04, EU:C:2006:544, (iktar ’il quddiem il-“kawża Cadbury Schweppes”) li jammonta għal nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ din il-kawża. Il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn diversi żbalji. L-ewwel, hija bbażata fuq fehim ħażin tar-rwol tal-FPS fil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. It-tieni, il-Qorti Ġenerali tidher li assumiet li r-Renju Unit adotta sistema purament territorjali. It-tielet, din il-parti tas-sentenza appellata ma tindikax u ma tindirizzax l-argumenti sostanzjali mressqa mir-Renju Unit fir-rigward tal-impatt tas-sensiela ta’ kawżi Cadbury Schweppes fuq it-tfassil tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar iċ-CFC.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019, L 216, p. 1).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/8


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2022 minn ITV plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-556/22 P)

(2022/C 441/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: ITV plc (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, LSEGH (Luxembourg) Ltd, London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tilqa’ l-appell;

Tannulla l-punti 2 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1); u

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji:

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball fl-għażla tagħha tas-sistema ta’ referenza għall-analiżi dwar jekk kienx hemm ksur jew le tad-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat li jinsabu fl-Artikolu 107 u fl-Artikolu 108 TFUE.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-eżenzjonijiet rilevanti joperaw bħala deroga minn sistema ġenerali ta’ tassazzjoni li tinkludi r-regoli dwar iċ-CFC (kumpanniji kkontrollati minn barra l-pajjiż), b’tali mod li tat vantaġġ selettiv unikament lil uħud mill-kumpanniji taxxabbli li kienu f’pożizzjoni paragunabbli.

It-tielet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-eżenzjonijiet, jekk kienu jagħtu vantaġġ selettiv (quod non), ma setgħux ikunu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ prattiċità amministrattiva.

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li naqset milli tqis u tapplika b’mod korrett id-deċiżjoni fis-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C-196/04, EU:C:2006:544, kemm meta qieset il-kwistjoni tal-qafas ta’ referenza u ta’ vantaġġ selettiv, kif ukoll meta qieset il-kwistjoni dwar jekk l-eżenzjonijiet (jew uħud minnhom) setgħux ikunu ġġustifikati, jew le, għall-protezzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 49 TFUE. Barra minn hekk, jew sussidjarjament, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti raġunijiet xierqa għall-konklużjonijiet tagħha fuq din il-kwistjoni.


(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italia) fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA) vs Fallimento Esperia SpA, Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

(Kawża C-558/22)

(2022/C 441/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

Konvenuti: Fallimento Esperia SpA, Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

Domanda preliminari:

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

l-Artikolu 18 TFUE, sa fejn jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fil-qasam ta’ applikazzjoni tat-Trattati;

l-Artikoli 28 u 30 TFUE, sa fejn jipprevedu t-tneħħija tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni u miżuri li għandhom effett ekwivalenti;

l-Artikolu 110 TFUE, sa fejn jipprojbixxi taxxi fuq l-importazzjonijiet ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament għall-prodotti nazzjonali simili;

l-Artikolu 34 TFUE, sa fejn jipprojbixxi l-adozzjoni ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni;

l-Artikoli 107 u 108 TFUE, sa fejn jipprojbixxu l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat mhux innotifikata lill-Kummissjoni u inkompatibbli mas-suq intern;

id-Direttiva 2009/28/KE (1), sa fejn għandha l-għan li tippromwovi l-kummerċ intra-Komunitarju tal-elettriku ekoloġiku, li tiffavorixxi barra minn hekk il-promozzjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ Stati Membri individwali,

jipprekludu liġi nazzjonali bħal dik deskritta iktar 'il fuq li timponi piż finanzjarju fuq l-importaturi tal-elettriku ekoloġiku li ma huwiex applikabbli għall-produtturi nazzjonali tal-istess prodott?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale per il Friuli Venezia Giulia (l-Italja) fit-23 ta’ Awwissu 2022 – Ferriere Nord SpA et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Agenzia delle entrate – Riscossione

(Kawża C-560/22)

(2022/C 441/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale per il Friuli Venezia Giulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferriere Nord SpA, SIAT – Società Italiana Acciai Trafilati SpA, Acciaierie di Verona SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Agenzia delle entrate – Riscossione

Domanda preliminari

L-Artikolu 5-bis tad-Digriet-liġi Nru 1 tal-24 ta’ Jannar 2012, (kif emendat bil-Liġi Nru 27 ta’ konverżjoni tal-24 ta’ Marzu 2012) – li żied mal-Artikolu 10 tal-Liġi 287/1990 [il-]paragrafi 7-ter u 7-quater – skont liema l-attività istituzzjonali tal-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato hija esklużivament iffinanzjata minn “kontribuzzjoni” imposta unikament fuq kumpanniji b’kapital azzjonarju (Taljani jew barranin fl-ipoteżi li jkollhom fl-Italja stabbilimenti sekondarji permanenti suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kumpanniji) bi dħul totali superjuri għal EUR 50 miljun u li għalhekk ma taffettwax b’mod ekwu u proporzjonat lis-suġġetti kollha li joperaw fis-suq, li jibbenefikaw mill-attività tal-imsemmija awtorità (l-istess bħall-konsumaturi), jista’ jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:

l-Artikolu 4(3) TUE (prinċipju ta’ koperazzjoni leali);

il-prinċipji li huwa bbażat fuqhom is-suq intern (inklużi d-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital);

l-Artikoli 101, 102 u 103 TFUE;

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) (li saru l-Artikolu 101 u 102 TFUE);

id-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (2) (b’mod partikolari, il-premessi 1, 6, 8, 17, 26, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(10) u l-Artikolu 5(1);

moqri fid-dawl tal-Artikolu 17(1) (dritt għall-proprjetà), l-Artikolu 20 (ugwaljanza f’għajnejn il-liġi), l-Artikolu 21(1) (non-diskriminazzjoni), l-Artikolu 52(1) (prinċipju ta’ proporzjonalità) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

u għalhekk, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 5-bis, Digriet-liġi tal-24 ta’ Jannar 2012, Nru 1 (kif emendat bil-Liġi ta’ konverżjoni tal-24 ta’ Marzu 2012, Nru 27) – li żiedet mal-Artikolu 10 tal-Liġi 287/1990 il-paragrafi 7-ter u 7-quater, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni fit-termini msemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.

(2)  ĠU 2019, L 11, p. 3


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn LSEGH (Luxembourg) Ltd, London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-8 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawżi magħquda T-363/19 u T-456/19, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-564/22 P)

(2022/C 441/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LSEGH (Luxembourg) Ltd, London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd (rappreżentanti: A. von Bonin, Rechtsanwalt, O.W. Brouwer u A. Pliego Selie, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropeja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ITV plc

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tagħti d-deċiżjoni finali u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”);

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti d-deċiżjoni skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe parti intervenjenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji:

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta żnaturat il-leġiżlazzjoni nazzjonali u ma kkunsidratx provi fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza bħala r-regoli tar-Renju Unit dwar iċ-CFC (kumpanniji kkontrollati minn barra l-pajjiż) fil-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi tal-2010 dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra)), (iktar ’il quddiem it-“TIOPA”), minflok is-sistema ta’ tassazzjoni korporattiva tar-Renju Unit li huma jiffurmaw parti inseparabbli minnha.

It-tieni, anki fil-każ li s-sistema ta’ referenza hija kkostitwita mir-regoli tar-Renju Unit dwar iċ-CFC, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-identifikazzjoni tal-għan tas-sistema ta’ referenza, u konsegwentement wettqet żball fl-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tar-regoli tar-Renju Unit dwar iċ-CFC bħala li jiddeterminaw it-tassazzjoni “normali” ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali b’tali mod li l-“eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi” fil-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-TIOPA tagħti “vantaġġ”.

It-tielet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-konstatazzjoni ta’ vantaġġ selettiv. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li kkonkludiet b’mod żbaljat li operaturi ekonomiċi, li setgħu jibbenefikaw mill-“eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi” fil-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-TIOPA, kienu jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli għal dik ta’ kumpanniji, li ma kinux fl-istess sitwazzjoni.

Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 296 TFUE minħabba li naqset milli tindirizza motivi ta’ dritt u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, peress li l-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata.

Il-ħames, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li kkondkludiet li l-“eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi” fil-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-TIOPA ma hijiex iġġustifikata min-natura jew mill-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ referenza.


(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Verein für Konsumenteninformation vs Sofatutor GmbH

(Kawża C-565/22)

(2022/C 441/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

Konvenut: Sofatutor GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsumatur ikollu mill-ġdid dritt għall-irtirar meta l-kuntratt li jsir mill-bogħod “jiġġedded awtomatikament” (Artikolu 6(1)(o) ta’ din id-direttiva)?


(1)  ĠU 2011 L 304, p. 64


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/12


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-531/16, Dumitrescu u Schwarz vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-567/22 P)

(2022/C 441/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz (rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-531/16; Dumitrescu u Schwarz vs Il-Kummissjoni;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka l-ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt għall-uffiċjal li jkollu relazzjonijiet personali mal-post tal-interessi prinċipali tiegħu, il-ksur tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-iżnaturament tal-proċess;

It-tielet aggravju iqajjem ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YT, YU mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16, YT u YU vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-568/22 P)

(2022/C 441/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: YT, YU (rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16; YT u YU vs Il-Kummissjoni;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka l-ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/14


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16, YV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-569/22 P)

(2022/C 441/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: YV rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, YW, YZ, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16; YV et vs Il-Kummissjoni;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/14


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn ZA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-545/16, YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-570/22 P)

(2022/C 441/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: ZA (rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, YY, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-545/16; YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 minn Hochmann Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-337/20 – Hochmann Marketing GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-575/22 P)

(2022/C 441/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Hochmann Marketing GmbH (rappreżentant: J. Jennings, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Ottubru 2022, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċaħad l-appell bħala inammissibbli u ddeċieda li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-578/22)

(2022/C 441/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: TAP Portugal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) flimkien mal-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġier għandu dejjem jippreżenta ruħu għaċ-check-in kif stabbilit u fil-ħin indikat minn qabel mit-trasportatur tal-ajru, mill-operatur tal-vjaġġi jew minn aġent tal-ivvjaġġar awtorizzat, jew, fil-każ li ebda ħin ma jkun indikat, mhux iktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq indikat, u skont l-Artikolu 2(j) ta’ dan ir-regolament, għandu jippreżenta ruħu għall-imbark skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 4(3) flimkien mal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rifjut ta’ imbark kontra r-rieda tal-passiġġier jista’ wkoll jiġi espress lill-passiġġier, b’effett għad-detriment tat-trasportatur tal-arju effettiv, mit-trasportatur tal-ajru kuntrattwali, li jkun ikkonkluda ftehim ta’ code-share mat-trasportatur tal-ajru effettiv fir-rigward tat-titjira?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2022 – Die Länderbahn GmbH DLB et vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-582/22)

(2022/C 441/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Die Länderbahn GmbH DLB, Prignitzer Eisenbahn GmbH, Ostdeutsche Eisenbahn, Ostseeland Verkehrs GmbH

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Intervenjent: DB Netz AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56(1), (6) u (9) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema li tistabbilixxi t-tariffi tista’ tkun is-suġġett validu ta’ lment anki jekk il-perijodu ta’ validità għat-tariffi li għandhom jiġu eżaminati jkun diġà skada (ilment imressaq kontra l-hekk imsejħa tariffi antiki)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 56(1), (6) u (9) tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp regolatorju, fil-kuntest ta’ kontroll ex post ta’ tariffi antiki, jista’ jiddikjara li dawn it-tariffi ma għandhomx effett ex tunc?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda: l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56(1), (6) u (9) tal-istess direttiva tippermetti dispożizzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà ta’ kontroll ex post ta’ tariffi antiki jekk ikollhom effett ex tunc?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda: l-Artikolu 56(9) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni, prevista fl-imsemmija dispożizzjoni u meħuda mill-korp regolatorju kompetenti, tinkludi wkoll, bħala konsegwenza legali, l-ordni li l-maniġer tal-infrastruttura jirrimborsaw it-tariffi imposti b’mod illegali, u dan minkejja li l-pretensjonijiet relatati mar-rimbors bejn impriżi ferrovjarji u maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiġu infurzati permezz tad-dritt ċivili?

5)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: meta, fl-assenza ta’ deċiżjoni dwar ilment min-naħa tal-korp regolatorju, rimbors ta’ tariffi antiki illegali abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ċivili jkun eskluż fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017, CTL Logistics (2), jeżisti xorta waħda rimedju kontra tariffi antiki taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE?


(1)  ĠU 2012, L 343, p. 32, rettifiki fil-ĠU 2015, L 67, p. 32 u fil-ĠU 2015, L 196, p. 67.

(2)  C-489/15, EU:C:2017:834.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2022 – QM vs Kiwi Tours GmbH

(Kawża C-584/22)

(2022/C 441/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QM

Konvenut: Kiwi Tours GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1)

1.

għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss iċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li diġà seħħew fil-mument tal-kanċellazzjoni li huma deċiżivi sabiex jiġi evalwat jekk il-kanċellazzjoni kinitx iġġustifikata,

2.

jew għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll iċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li effettivament iseħħu wara l-kanċellazzjoni, iżda qabel il-bidu previst tal-vjaġġ?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/17


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-6 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-388/19, Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża C-600/22 P)

(2022/C 441/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres (rappreżentanti: P. Bekaert, S. Bekaert, advocaten, u G. Boye, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali jew, sussidjarjament, tannulla l-atti kkontestati; u

tikkundanna lill-Parlament u lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż jew, sussidjarjament, tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti jinvokaw l-erba’ aggravji li ġejjin:

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 263 TFUE u, għalhekk, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi kkonkludiet li l-fatt li l-appellanti ma kinux tħallew mill-Parlament li jieħdu l-kariga, li jeżerċitaw il-mandat tagħhom u li jokkupaw is-siġġijiet tagħhom fil-Parlament mit-2 ta’ Lulju 2019 ma kienx ir-riżultat tar-rifjut tal-Parlament li jirrikonoxxi l-istatus tal-appellanti bħala Membri tal-Parlament Ewropew, kif rifless fl-istruzzjoni tad-29 ta’ Mejju 2019 u mill-ittra tas-27 ta’ Ġunju 2019, u għalhekk, li l-atti kkontestati ma wasslux għal bidla fis-sitwazzjoni legali tal-appellanti.

Skont l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 (1), huwa l-Parlament li għandu jiddeċiedi t-tilwim li jista’ jinqala’ abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976, li l-Artikolu 1(3) tiegħu huwa dispożizzjoni essenzjali. Is-sentenza Donnici (2) interpretat b’mod żbaljat it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Parlament previst fl-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 fir-rigward tas-setgħat mogħtija lill-Parlament. Fi kwalunkwe każ, l-appellanti kienu jkunu jistgħu jieħdu s-siġġijiet tagħhom sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar it-tilwima li huma ressqu quddiem il-Parlament, u għalhekk, is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-atti kkontestati ma wasslux għal bidla fis-sitwazzjoni tal-appellanti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li d-deċiżjoni li ma tittiħidx inizjattiva sabiex jiġu affermati l-privileġġi u l-immunitajiet skont l-Artikolu 8 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi sostniet li l-appellanti ma kinux għamlu talba lill-Parlament għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet tagħhom skont l-Artikoli 7 u 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.


(1)  Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali (ĠU 1976, L 278, p. 5), anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (ĠU 1976, L 278, p. 1), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2002 u tat-23 ta’ Settembru 2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 137).

(2)  Sentenza tat-30 ta’ April 2009, L-Italja u Donnici vs Il-Parlament, C-393/07 u C-9/08, EU:C:2009:275.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2022– Umweltverband WWF Österreich et vs Tiroler Landesregierung

(Kawża C-601/22)

(2022/C 441/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Umweltverband WWF Österreich, ÖKOBÜRO – Allianz der Umweltbewegung, Naturschutzbund Österreich, Umweltdachverband, Wiener Tierschutzverein.

Konvenut: Tiroler Landesregierung.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12, ikkunsidrat flimkien mal-Anness IV, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (2), li bis-saħħa tiegħu l-lupu jaqa’ taħt is-sistema ta’ protezzjoni stretta, għalkemm popolazzjonijiet tal-lupu f’diversi Stati Membri huma eżentati minn din is-sistema u filwaqt li ebda eżenzjoni bħal din ma hija prevista fir-rigward tal-Awstrija, imur kontra l-“prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri” previst fl-Artikolu 4(2) TUE?

2)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, li bis-saħħa tiegħu deroga mis-sistema ta’ protezzjoni stretta għal-lupu hija permessa biss meta, fost oħrajn, il-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernata jkunu jinsabu, minkejja l-eżenzjoni, “fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom”, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli ma għandux jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid fir-rigward tat-territorju ta’ Stat Membru iżda fir-rigward tal-firxa naturali ta’ popolazzjoni, li tista’ tkopri reġjun bioġeografiku ferm ikbar li jmur lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż wieħed?

3)

L-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“ħsara serja”, minbarra l-ħsara diretta kkawżata minn lupu partikolari, għandha tinftiehem fis-sens li tinkludi wkoll il-ħsara “ekonomika” futura diretta li ma tkunx tista’ tiġi attribwita lil lupu partikolari?

4)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li “alternattiva sodisfaċenti”, fid-dawl tal-kundizzjonijiet topografiċi, agrikoli u operazzjonali fil-Land Federali ta’ Tirol, għandha tiġi vverifikata biss abbażi ta’ jekk din l-alternattiva hijiex fattibbli fil-verità jew għandha tiġi vverifikata wkoll fid-dawl ta’ kriterji ekonomiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  ĠU 2013, L 158, p. 193.


Il-Qorti Ġenerali

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/20


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u s-SRB

(Kawża T-525/22)

(2022/C 441/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank of Russia OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Pirovano, M. Moretto u V. Villante, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2022/21 dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Sberbank d.d., maħruġa mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-1 ta’ Marzu 2022, flimkien mar-Rapport ta’ Valutazzjoni 1 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 ta’ Frar 2022 u r-Rapport ta’ Valutazzjoni 2 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 jew fit-28 ta’ Frar 2022;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/948 tal-1 ta’ Marzu 2022 dwar l-approvazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank d.d. (1);

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni globali tal-kundizzjonijiet relatati mal-iskema ta’ riżoluzzjoni u ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), kif ukoll ksur tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/59/UE (3), u ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża.


(1)  ĠU 2022, L 164, p. 65.

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/21


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-526/22)

(2022/C 441/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank of Russia OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Pirovano, M. Moretto u V. Villante, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2022/20 dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Sberbank d.d., maħruġa mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-1 ta’ Marzu 2022, flimkien mar-Rapport ta’ Valutazzjoni 1 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 ta’ Frar 2022 u r-Rapport ta’ Valutazzjoni 2 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 jew fit-28 ta’ Frar 2022;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/947 tal-1 ta’ Marzu 2022, dwar l-approvazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank banka d.d. (1);

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni globali tal-kundizzjonijiet relatati mal-iskema ta’ riżoluzzjoni u ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), kif ukoll ksur tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/59/UE (3), u ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża.


(1)  ĠU 2022, L 164, p. 65.

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/22


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs SRB

(Kawża T-527/22)

(2022/C 441/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sberbank of Russia OAO (Moska, Ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Pirovano, M. Moretto u V. Villante, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni (SRB/EES/2022/19) dwar l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Sberbank Europe AG maħruġa mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-1 ta’ Marzu 2022, flimkien mar-Rapport ta’ Valutazzjoni 1, maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 ta’ Frar 2022;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni globali tal-kundizzjonijiet relatati mal-iskema ta’ riżoluzzjoni u ksur tal-Artikoli 6, 14 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1), kif ukoll ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 – Polaroid IP vs EUIPO – Klimeck (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru f’rettangolu)

(Kawża T-591/22)

(2022/C 441/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Polaroid IP BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thomas Klimeck (Kevelaer, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru f’rettangolu) – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 217 267

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1646/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tikkundanna lil T. Klimeck għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/23


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Sophienwald vs EUIPO – Zalto Glas (SW Sophienwald)

(Kawża T-597/22)

(2022/C 441/31)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sophienwald AG (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentant: J. Hellenbrand avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zalto Glas GmbH (Gmünd, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Sw Sophienwald – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 448 981

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2113/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ arbitrarjetà.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media vs EUIPO – Optiva Canada (OPTIVA MEDIA)

(Kawża T-601/22)

(2022/C 441/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Rivadulla Oliva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optiva Canada Inc. (Mississauga, Ontario, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva OPTIVA MEDIA (Rivendikazzjoni tal-kuluri “aħdar” u “iswed”) – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 939 767

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2022 fil-Każijiet magħquda R 1533/2021-5 u R 1740/2021-5R

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 18 u 58 sa 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Agus vs EUIPO – Alpen Food Group (ROYAL MILK)

(Kawża T-603/22)

(2022/C 441/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: B. Wojtkowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpen Food Group BV (Weesp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ROYAL MILK” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 321 735

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2056/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – KHG vs EUIPO – Dreams (Dreamer)

(Kawża T-608/22)

(2022/C 441/34)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: KHG GmbH & Co. KG (Schönefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Gehnen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dreams Ltd (High Wycombe, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dreamer – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 652 165

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1975/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk tgħaqqad il-proċeduri, lill-parti l-oħra, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO – St. Hippolyt Mühle Ebert (BoneKare)

(Kawża T-609/22)

(2022/C 441/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Nienaber (Cloppenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: St. Hippolyt Mühle Ebert GmbH (Dielheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BoneKare” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 055 903

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 436/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut u quddiem il-Bord tal-Appell tiegħu.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/26


Rikors ippreżentat fit 30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO (BoneKare)

(Kawża T-610/22)

(2022/C 441/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jannah Nienaber (Cloppenburg, il-Ġermanja), Andreas Nienaber (Cloppenburg) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BoneKare – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 411 756

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 348/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Marico vs EUIPO – Regal Impex (SAFFOLA)

(Kawża T-611/22)

(2022/C 441/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marico Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: B. Collett u S. Malynicz, Barristers-at-Law)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Regal Impex Ltd (Harrow, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SAFFOLA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 568 739

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 1538/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiddeċiedi li tintervjeni, għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi kkonkluda b’mod żbaljat li l-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni kien wera użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata fir-rigward ta’ “żjut u xaħmijiet li jittieklu”;

Il-Bord tal-Appell żbalja fuq livell probatorju, proċedurali u legali fir-rigward tal-konstatazzjoni li ż-żejt ta’ ward ix-xemx huwa xaħam li jittiekel.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/28


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)

(Kawża T-616/22)

(2022/C 441/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Breville Pty Ltd (Alexandria, l-Awstralja) (rappreżentanti: F. Caruso, G. Grippiotti, M. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1 444 467-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 613/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-restitutio in integrum mitlub.

Motivi invokati

Żball ta’ liġi fil-kuntest tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għal restitutio in integrum;

Ksur tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo)

(Kawża T-618/22)

(2022/C 441/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amazonen-Werke H. Dreyer SE & Co. KG (Hasbergen-Gaste, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Neuhierl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn figurattiv li jirrappreżenta l-kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo li jindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 461 516

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2006/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – SB vs SEAE

(Kawża T-621/22)

(2022/C 441/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SB (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Burguin, T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-responsabbiltà tas-SEAE tiġi stabbilita;

tikkundanna lis-SEAE għas-somma ta’ EUR 80 000 bħala dannu morali u għal EUR 720 000 bħala dannu materjali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra ż-żewġ deċiżjonijiet tal-10 ta’ Novembru 2021 li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjonijiet ta’ Kap ta’ Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel, fil-[kunfidenzjali(1) u, it-tieni, fil-[kunfidenzjali], ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter.


(1)  Data kunfidenzjali moħbija.


21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – Van Oosterwijck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-622/22)

(2022/C 441/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Viviane Van Oosterwijck (Kontich, il-Belġju) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2022 u safejn ikun meħtieġ id-deċiżjoni ddatata tal-15 ta’ Diċembru 2021, deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti pensjoni tas-superstiti lir-rikorrenti;

għalhekk, li tirrikonoxxi lir-rikorrenti d-dritt ta’ benefiċċju ta’ pensjoni tas-superstiti b’applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”);

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont it-tul tar-relazzjoni tagħha ma’ żewġha. Ir-rikorrenti targumenta b’mod partikolari li d-differenzazzjoni li għandha tiġi kkonstata f’dan il-każ, jiġifieri l-fatt li l-kundizzjoni tat-tul minimu taż-żwieġ huwa, fis-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 hawn fuq imsemmi ferm itwal minn dak previst għal sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 19 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, anki jekk dawn is-sitwazzjonijiet kollha huma komparabbli, għandhom jiġu kkunsidrati bħala arbitrarji u manifestament inadegwati fir-rigward tal-għan, komuni għal dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, imfittex mil-leġiżlatur.