|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
||
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 5 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/01 |
||
|
2022/C 434/02 |
||
|
2022/C 434/03 |
||
|
|
L-Erbgħa 6 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/04 |
||
|
2022/C 434/05 |
||
|
2022/C 434/06 |
||
|
2022/C 434/07 |
||
|
|
Il-Ħamis 7 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/08 |
||
|
2022/C 434/09 |
||
|
2022/C 434/10 |
||
|
2022/C 434/11 |
||
|
2022/C 434/12 |
||
|
2022/C 434/13 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar id-dritt għat-tiswija (2022/2515(RSP)) |
|
|
2022/C 434/14 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 5 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/15 |
||
|
2022/C 434/16 |
||
|
2022/C 434/17 |
||
|
2022/C 434/18 |
||
|
2022/C 434/19 |
||
|
2022/C 434/20 |
||
|
2022/C 434/21 |
||
|
|
L-Erbgħa 6 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/22 |
||
|
|
Il-Ħamis 7 ta’ April 2022 |
|
|
2022/C 434/23 |
||
|
2022/C 434/24 |
||
|
2022/C 434/25 |
||
|
2022/C 434/26 |
||
|
2022/C 434/27 |
||
|
2022/C 434/28 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2022–2023
Dati tas–seduti: 4–7 ta’ April 2022
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 5 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/2 |
P9_TA(2022)0103
Il-futur tas-sajd fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż u fl-Oċean Atlantiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-futur tas-sajd fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż u fl-Oċean Atlantiku fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (2021/2016(INI))
(2022/C 434/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u d-dikjarazzjoni politika li takkumpanjah u li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (3) (“id-Dikjarazzjoni Politika”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (4) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), b'mod partikolari l-Ħames Intestatura tat-Tieni Parti tiegħu, dwar is-sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta' pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1203 tad-19 ta' Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1706 rigward l-inklużjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew (UE) 2021/1755 u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (8) u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd tal-11 ta' Mejju 2021 (A9-0178/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna, iffirmat fi New York fl-4 ta' Awwissu 1995 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Arċipelagu ta' Spitsbergen (Trattat dwar Svalbard), iffirmat f'Pariġi fid-9 ta' Frar 1920, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd Mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali, li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Ġunju 2021 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, fuq in-naħa l-oħra (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Sajd u l-Ambjent Marittimu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (15), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2020 dwar il-mandat propost għan-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (18) u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd tas-26 ta' Mejju 2020 (A9-0117/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2021 dwar l-eżitu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit (19) u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd tal-4 ta' Frar 2021, f'forma ta' ittra, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (A9-0128/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titlu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna (20), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-13 ta' Ottubru 2021 bit-titlu “Impenn aktar b'saħħtu tal-UE għal Artiku paċifiku, sostenibbli u prosperu” (JOIN(2021)0027), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel Dikjarazzjoni ta' Santiago de Compostela tal-25 ta' Ottubru 2017 u t-tieni Dikjarazzjoni ta' Santiago de Compostela tal-20 ta' Ġunju 2020, maħruġin mill-komunitajiet tas-sajd Ewropej, dwar il-futur tas-settur tas-sajd fl-Ewropa wara l-Brexit, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0042/2022), |
|
A. |
billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi t-termini għall-ħruġ uffiċjali tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni Politika tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni konsegwenti jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa, fi spazju ta' prosperità u viċinanza tajba, ikkaratterizzat minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni, u b'rispett għall-awtonomija u s-sovranità tal-Partijiet; |
|
B. |
billi ġiet rikonoxxuta l-importanza tal-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi tal-baħar abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u l-promozzjoni ta' akkwakultura responsabbli u sostenibbli, kif ukoll ir-rwol ewlieni tal-kummerċ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, partikolarment permezz ta' azzjoni koerenti f'konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, inklużi sforzi biex jiġi evitat u eliminat is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-esklużjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd li jirriżultaw minn din l-attività dannuża; |
|
C. |
billi l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tobbliga lill-Unjoni Ewropea tippromwovi l-objettivi ta' dik il-politika fil-livell internazzjonali, filwaqt li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-UE barra l-ibħra tagħha jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji, tipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-UE u ta' pajjiżi terzi, u tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex titjieb il-konformità ma' miżuri internazzjonali, inklużi miżuri biex jiġi indirizzat is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, abbażi tal-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli; |
|
D. |
billi wieħed mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU huwa l-ħarsien tal-ħajja tal-baħar (SDG 14); |
|
E. |
billi, fil-passat, l-istokkijiet tal-ħut ġestiti eklużivament mill-UE kienu ġestiti b'mod aktar sostenibbli mill-istokkijiet kondiviżi; billi għadd ta' stokkijiet li kienu ġestiti esklużivament mill-UE issa se jkunu stokkijiet kondiviżi mar-Renju Unit; |
|
F. |
billi l-PKS tistipula li, minħabba l-evoluzzjoni tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għandha tissalvagwardja l-ħtiġijiet partikolari tar-reġjuni fejn il-komunitajiet lokali jiddependu ħafna fuq is-sajd u attivitajiet relatati; |
|
G. |
billi l-Partijiet qablu li jaħdmu flimkien fuq il-konservazzjoni u fuq politiki u miżuri relatati mal-kummerċ fil-qasam tas-sajd u l-akkwakultura, inkluż taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll f'istanzi multilaterali oħra, skont il-każ, bil-għan li jippromwovu prattiki tas-sajd u akkwakultura sostenibbli u kummerċ fi prodotti tal-ħut minn operazzjonijiet ta' sajd u akkwakultura ġestiti b'mod sostenibbli; |
|
H. |
billi l-Partijiet għandhom l-objettiv komuni li jisfruttaw l-istokkijiet kondiviżi b'rata li tagħmilha possibbli li jżommu u jirrestawraw progressivament il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada fil-livelli tal-bijomassa li jsostnu r-rendiment massimu sostenibbli jew 'il fuq minnhom; |
|
I. |
billi l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi prinċipji għall-ġestjoni tas-sajd u s-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika fit-tul għall-isfruttament ottimali tal-istokkijiet kondiviżi, abbażi tal-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli, primarjament dak ipprovdut mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar; |
|
J. |
billi s-sajd kellu rwol prominenti ħafna fil-kampanja ta' qabel ir-referendum tal-2016 dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE; billi l-kwistjonijiet relatati mas-sajd kienu l-aħħar ostaklu fin-negozjati dwar il-Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-UE u billi l-objettiv espress fid-Dikjarazzjoni Politika li sal-1 ta' Lulju 2020 jiġi konkluż u ratifikat ftehim dwar is-sajd ma ntlaħaqx; |
|
K. |
billi t-trasferiment ta' sehem mill-kwoti tal-UE lir-Renju Unit matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, kif miftiehem fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, se jkollu konsegwenzi ekonomiċi negattivi kbar għas-sajjieda tal-UE; billi ġiet rikonoxxuta l-importanza li jiġi limitat l-impatt ekonomiku negattiv ta' ftehimiet futuri mar-Renju Unit; |
|
L. |
billi fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni twaqqaf Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd; billi dan il-kumitat se jħejji strateġiji pluriennali ta' konservazzjoni u ġestjoni bħala bażi għad-determinazzjoni tal-qabdiet totali permissibbli u miżuri oħra ta' ġestjoni, inkluż għal stokkijiet barra l-kwota, id-definizzjoni tal-ġbir ta' data xjentifika għal skopijiet ta' ġestjoni tas-sajd, kif ukoll il-kondiviżjoni ta' din id-data ma' korpi xjentifiċi sabiex jingħata l-aqwa parir xjentifiku possibbli; |
|
M. |
billi l-protokoll dwar l-aċċess għall-ibħra, mehmuż mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bħala l-Anness 38, jipprevedi “perjodu ta' aġġustament”, bejn l-1 ta' Jannar 2021 u t-30 ta' Ġunju 2026, li matulu kull Parti għandha tagħti lill-bastimenti tal-Parti l-oħra aċċess sħiħ għall-ibħra tagħha biex jistadu għall-ispeċijiet imsemmija fih; |
|
N. |
billi s-sajjieda sofrew dewmien u inċertezzi minħabba l-ħruġ ta' liċenzji relatati mal-aċċess għall-ibħra; |
|
O. |
billi għad hemm kwistjonijiet mhux solvuti fir-rigward tal-aċċess ta' bastimenti mill-UE għall-ibħra madwar gżejjer diżabitati fit-Tramuntana tal-Atlantiku, bħal Rockall, u dan qed joħloq inċertezza u riskji għas-sajjieda; |
|
P. |
billi l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi aċċess bla dazju u bla kwoti għall-prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-ibħra Brittaniċi, għalkemm it-territorji Brittaniċi lil hinn minn xtutha issa la huma assoċjati mal-UE u lanqas ma jgawdu minn eżenzjonijiet tariffarji għall-esportazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd lejn l-UE peress li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim; |
|
Q. |
billi, fit-18 ta' Novembru 2020, in-Norveġja ħadet id-deċiżjoni unilaterali u diskriminatorja li tnaqqas il-kwoti tal-bakkaljaw tal-UE fl-ibħra ta' Svalbard għall-2021; billi, fit-28 ta' Mejju 2021, in-Norveġja ddeċidiet, għal darb'oħra unilateralment u kontra kull parir xjentifiku, li żżid il-kwota tagħha mill-istokk kondiviż tal-kavalli b'55 %; billi anke l-Gżejjer Faeroe u l-Iżlanda żiedu unilateralment il-kwoti tagħhom għall-kavalli; |
|
R. |
billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE kkawża tfixkil sinifikanti fil-katina tal-provvista fl-Irlanda u interrompa l-kollegamenti bejn il-gżira Irlandiża u l-Ewropa kontinentali, li jmorru lura ħafna snin; |
|
1. |
Jenfasizza l-bżonn li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ikomplu jaħdmu flimkien favur governanza internazzjonali tajba għall-oċeani bil-promozzjoni tal-użu u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-oċeani u bl-inkoraġġiment tal-protezzjoni u r-restawr ta' żoni abbażi tal-aqwa għarfien xjentifiku u dak l-aktar aġġornat; |
|
2. |
Jirrimarka li l-impatt sħiħ tal-Brexit għadu mhux magħruf, anke għax l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fir-rigward tas-sajd għadha għaddejja u għadha ma saritx bis-sħiħ, u jenfasizza li għadhom qed joħorġu kwistjonijiet li ma kinux koperti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, bħal aspetti relatati mal-akkwakultura; |
|
3. |
Jirrimarka li l-impatt tal-Brexit fuq is-settur tas-sajd jestendi lil hinn miż-żona ġeografika tar-Renju Unit u għandu implikazzjonijiet kbar fiż-żona tal-Oċean Atlantiku tal-Grigal kollha, kif ukoll għall-bastimenti tal-UE li joperaw f'partijiet oħra tad-dinja, bħall-ibħra madwar il-Gżejjer Falkland, Greenland u Svalbard; jenfasizza li r-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit trid isservi bħala pedament għall-governanza tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet kondiviżi ma' pajjiżi terzi oħra, bħall-kavalli jew l-istokkafixx; |
|
4. |
Jiddeplora l-fatt li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni gradwalment inaqqas is-sehem tal-opportunitajiet tas-sajd fl-ibħra tar-Renju Unit għall-flotta tal-UE b'25 % fuq perjodu ta' ħames snin u nofs, tnaqqis li se jaffettwa s-segmenti kollha tal-flotta tal-UE, inkluż is-sajd fuq skala żgħira; jesprimi tħassib dwar kif se tkun is-sitwazzjoni meta jintemm il-perjodu ta' aġġustament; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li, wara t-30 ta' Ġunju 2026, l-aċċess reċiproku għall-ibħra u r-riżorsi tas-sajd jinżamm għaddej u li, meta jintemm il-perjodu ta' tranżizzjoni, ma jkun hemm l-ebda tnaqqis ulterjuri fil-kwoti għas-sajjieda tal-UE; |
|
5. |
Jistieden lill-Partijiet jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-aspetti soċjoekonomiċi meta jkunu qed jaqblu dwar il-qabdiet totali permissibbli għall-istokkijiet imsemmija fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; jitlob li l-mekkaniżmi għall-iskambju tal-kwoti tas-sajd bejn il-Partijiet jiġu ssimplifikati u ma jkunux ta' piż fuq is-settur; |
|
6. |
Jirrimarka li hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jallokaw il-kwoti lill-flotot tagħhom u jħeġġiġhom, fejn xieraq, jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex itaffu l-impatt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fuq il-flotot tagħhom, inkluż is-sajd fuq skala żgħira, meta jallokaw il-kwoti tagħhom; |
|
7. |
Itenni l-bżonn urġenti li jiġi aċċertat kull effett negattiv possibbli, mhux biss fil-Baħar tat-Tramuntana iżda fl-Atlantiku kollu, partikolarment fuq il-komunitajiet tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-ekonomiji huma vulnerabbli, l-ekosistemi huma fraġli u d-dipendenza fuq is-setturi primarji hija qawwija; |
|
8. |
Jirrimarka li ż-żieda fl-espansjoni ta' parks eoliċi lil hinn mill-kosta fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż u fl-Oċean Atlantiku se tagħmilha saħansitra aktar diffiċli għas-sajjieda biex jiksbu aċċess għaż-żoni tas-sajd; |
|
9. |
Jirrimarka li l-aċċess għall-ibħra u r-riżorsi kemm għall-flotta tal-UE kif ukoll għal dik tar-Renju Unit irid jitqies fl-ambitu sħiħ tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u, għalhekk, ma jistax jitqies b'mod iżolat minn kwistjonijiet bħall-aċċess għas-suq; jenfasizza li parti sinifikanti mill-flotta tal-UE hija storikament dipendenti fuq iż-żoni tas-sajd li issa huma esklużivament ġestiti mir-Renju Unit, li hemm ħafna kumpaniji Brittaniċi, partikolarment dawk involuti fil-produzzjoni tal-akkwakultura, li jiddependu fuq is-suq uniku tal-UE, u li fl-UE hemm domanda għal dawn il-prodotti; jilqa' l-fatt li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jinkorpora rabta diretta bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u d-dispożizzjonijiet dwar is-sajd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li n-negozjati dwar is-sajd mar-Renju Unit kif ukoll ma' stati kostali oħra fl-Atlantiku tal-Grigal ikunu marbuta wkoll ma' kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-aċċess għas-suq uniku tal-UE; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm kull rotta ta' negozjati mar-Renju Unit miftuħa bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet stabbli u permanenti li jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ Partijiet, jipprovdu kundizzjonijiet stabbli u prevedibbli għas-sajjieda u għas-settur tas-sajd kollu kemm hu u jmorru lil hinn mill-2026; jirrimarka, madankollu, li sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jiġi implimentat bis-sħiħ, għandhom jintużaw l-istrumenti legali kollha, inklużi dawk relatati mal-aċċess għas-suq, kif ukoll kull miżura kompensatorja u ta' rispons u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim previsti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
11. |
Jirrimarka li ħafna reġjuni kostali fl-UE jiddependu ħafna fuq is-settur tas-sajd u għalhekk jeħtieġu ċerta stabbiltà u prevedibbiltà fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-impatt tiegħu; jitlob, għalhekk, li jkun hemm kemm jista' jkun trasparenza fil-konfront tal-Istati Membri fir-rigward tal-proċess ta' negozjati mar-Renju Unit u li l-informazzjoni ma tinżammx fil-livell tekniku fi ħdan il-Kummissjoni; |
|
12. |
Jitlob li, wara t-terminazzjoni tat-Trattat tal-Bajja ta' Granville, tinstab soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni tas-sajd f'din iż-żona; |
|
13. |
Ifakkar li, jekk ir-Renju Unit jikkunsidra li jillimita l-aċċess wara l-perjodu ta' aġġustament, l-UE se tkun tista' tieħu azzjoni biex tħares l-interessi tagħha, inkluż billi terġa' tistabbilixxi tariffi jew kwoti għall-ħut importat mir-Renju Unit jew tissospendi partijiet oħra tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jekk ikun hemm riskju ta' diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji għall-komunitajiet tas-sajd tal-UE; |
|
14. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-inċertezza maħluqa mill-klawżola fl-Artikolu 510 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni dwar ir-rieżami tal-Ħames Intestatura (Sajd) tat-Tieni Parti tal-ftehim erba' snin wara tmiem il-perjodu ta' aġġustament; |
|
15. |
Jinnota li s-sitwazzjoni tas-sajd wara l-2026 għadha inċerta ħafna u mhijiex prevista għalkollox mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; iqis li ftehim pluriennali għal wara l-2026 joffri aktar stabbiltà u viżibbiltà ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tidħol f'negozjati b'dak l-objettiv f'moħħha; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit biex jippromwovu u jappoġġjaw is-settur u l-komunitajiet kostali affettwati u jikkumpensaw bis-sħiħ għat-telf li jġarrbu, partikolarment it-telf tal-kwoti tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi allokati għas-sajd fl-ambitu tar-riżerva u jallokaw aktar ammonti fejn ikun hemm bżonn; iqis li dawn il-fondi għandhom jintużaw filwaqt li jitqies il-fatt li l-perjodu ta' tranżizzjoni għall-kwoti se jdum għaddej sat-30 ta' Ġunju 2026; |
|
17. |
Jenfasizza li dawn il-fondi jridu jitqiegħdu għall-benefiċċju tas-sajjieda u n-negozji kollha kkonċernati, inkluż fis-sajd fuq skala żgħira, u li kwalunkwe ostaklu potenzjali għall-finanzjament dirett, bħal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jxekklu l-assistenza lis-sajjieda affettwati, għandu jiġi indirizzat; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd tal-11 ta' Mejju 2021 dwar ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit kif dovut u tieħu kull azzjoni neċessarja f'dan ir-rigward, inkluż li tressaq proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp ta' opportunitajiet ekonomiċi addizzjonali għall-komunitajiet kostali, speċjalment dawk l-aktar affettwati mill-Brexit; |
|
19. |
Jinnota li l-Brexit iddestabbilizza r-relazzjonijiet fost l-istati kostali fl-Atlantiku tat-Tramuntana u jenfasizza li l-UE qed tiffaċċja effetti negattivi, bħat-telf tal-kwoti tal-bakkaljaw ta' Svalbard, minħabba l-preżenza ta' pajjiż ieħor f'negozjati bilaterali ma' pajjiżi terzi fl-Atlantiku tat-Tramuntana; jiddeplora l-fatt li l-kuntest internazzjonali l-ġdid ta' wara l-Brexit fl-Atlantiku tal-Grigal qed jintuża minn pajjiżi u territorji terzi bħan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe biex jadottaw deċiżjonijiet unilaterali, li għandhom impatt sinifikanti u negattiv fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-flotta tas-sajd tal-UE; jenfasizza li dawn l-effetti negattivi jeħtieġ li jitqiesu u jeħtieġu rispons; jenfasizza l-ħtieġa li s-settur jingħata appoġġ li jindirizza dawn l-effetti negattivi, dment li dawn ma jkunux diġà koperti minn fondi eżistenti oħra jew minn għajnuna mill-Istat; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-isfida li tindirizza b'mod koordinat l-isfidi ppreżentati mill-Brexit fl-Atlantiku tal-Grigal, tieħu d-deċiżjonijiet xierqa dwar l-istruttura organizzattiva u r-riżorsi u taħdem fuq soluzzjonijiet strutturali ma' stati kostali oħra fir-reġjun sabiex tinkiseb ġestjoni aħjar tas-sajd, inklużi kooperazzjoni u skambju aktar profondi dwar studji xjentifiċi u ġbir ta' data; |
|
21. |
Jirrimarka li r-relazzjonijiet internazzjonali jridu jkunu ankrati fl-istat tad-dritt, iħarsu l-awtonomija neċessarja ta' kull pajjiż jew unjoni ta' pajjiżi, u jkunu ggwidati f'kull waqt minn spirtu ta' relazzjonijiet tajbin u mill-ftehimiet fis-seħħ; |
|
22. |
Jopponi d-deċiżjonijiet kollha, speċjalment dawk meħuda b'mod unilaterali, li jistabbilixxu opportunitajiet tas-sajd li jiksru d-dritt internazzjonali jew li jmorru kontra l-pariri bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku u dak l-aktar aġġornat, u li jmorru kontra ftehimiet internazzjonali kif ukoll l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi kondiviżi; |
|
23. |
Iħeġġeġ lin-Norveġja, b'mod partikolari, tirrettifika d-deċiżjoni tagħha li tnaqqas b'mod unilaterali l-kwoti tal-bakkaljaw ta' Svalbard għall-flotta tal-UE; iħeġġeġ lin-Norveġja, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe u Greenland, barra minn hekk, biex jirrettifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jżidu l-kwoti tal-kavalli tagħhom b'mod unilaterali u skont kriterji xjentifiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jissalvagwardjaw id-drittijiet li ilhom stabbiliti u l-interessi soċjoekonomiċi leġittimi tal-flotta tal-UE fl-Atlantiku tal-Grigal; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li żżomm in-negozjati mas-sħab kollha, issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tar-Renju Unit u timpenja ruħha fil-livelli kollha, inkluż l-ogħla livell politiku, u tkun lesta tuża l-għodod xierqa kollha inklużi l-miżuri ta' aċċess għas-suq, anke fl-ambitu taż-Żona Ekonomika Ewropea, li huma diffiċli biżżejjed, speċjalment fir-rigward ta' deċiżjonijiet unilaterali minn pajjiżi terzi, sabiex tintwera l-importanza li jiġi solvut kwalunkwe kunflitt li jista' jinqala'; barra minn hekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li tuża l-miżuri ta' rispons previsti fir-Regolament (UE) Nru 1026/2012, li jistgħu jinkludu restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd jew fuq l-aċċess għall-portijiet tal-UE; |
|
25. |
Jiddeplora l-attitudni restrittiva tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe lejn l-investiment Ewropew fis-setturi tas-sajd tagħhom; jenfasizza li l-UE għandha żżomm relazzjoni aktar ibbilanċjata ma' dawn il-pajjiżi u t-territorji sabiex tersaq lejn il-punt fejn jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment u l-investiment; |
|
26. |
Ifakkar li l-UE hija l-akbar suq ta' importazzjoni kif ukoll l-aktar wieħed attraenti għall-prodotti tal-frott tal-baħar; jitlob li din il-pożizzjoni ta' saħħa tiġi rikonoxxuta u użata biex tipproteġi l-interessi tal-flotta tas-sajd tal-UE, tipprevjeni lis-sħab tagħha milli jirrinunzjaw għal ftehimiet jew impenji stabbiliti u trawwem kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali; |
|
27. |
Jirrimarka li huwa fl-interess taż-żewġ Partijiet li jfittxu kooperazzjoni leali fir-rigward tal-isfruttament mhux biss taż-żoni fil-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq iżda wkoll tal-ibħra internazzjonali kontigwi; jirrimarka, barra minn hekk, li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ma għandhomx fruntieri, u għalhekk il-ġestjoni ta' dawn ir-riżorsi għandha riperkussjonijiet diretti fuq l-ibħra fil-ġuriżdizzjoni ta' kull Parti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' kooperazzjoni u skambju tajbin fir-rigward tax-xjenza u l-ġbir tad-data; |
|
28. |
Ifakkar li l-Brexit ma jridx jintuża bħala skuża biex tiddewwem l-azzjoni tant meħtieġa għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, biex jinkiseb status ambjentali tajjeb tal-ambjent tal-baħar kif mitlub mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (21), jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030; |
|
29. |
Jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni tiżgura li l-aktar deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal jiġu rrispettati mill-partijiet kontraenti kollha u mill-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw, u jiġu integrati bis-sħiħ u b'mod rapidu fid-dritt tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem flimkien ma' partijiet kontraenti oħra biex tinkludi miżuri ambizzjużi ta' kontroll u ta' ġestjoni tas-sajd li jkunu konformi mal-objettivi stabbiliti fil-PKS u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u li jkunu kompatibbli mar-regoli stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni dwar l-aċċess għall-ibħra u għar-riżorsi fl-ibħra taħt il-ġuriżdizzjoni taż-żewġ Partijiet; |
|
30. |
Ifaħħar in-negozjati li seħħew minkejja d-diffikultajiet tal-pandemija tal-COVID-19 u jirrikonoxxi li dawn laħqu l-qofol tagħhom fi Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ambizzjuż, li madankollu kien jinvolvi telf ta' kwoti għas-sajjieda tal-UE; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-aċċess għall-ibħra tar-Renju Unit ingħata biss għal perjodu ta' ħames snin u nofs, li wassal għal nuqqas ta' sigurtà dwar il-futur; jenfasizza, għaldaqstant, li l-impenji meħuda jridu jiġu ssodisfati u infurzati; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-Renju Unit jikkonformaw mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u jinfurzawh mingħajr ma jirrikorru għal interpretazzjoni tar-regoli li ma tkunx konformi mal-ispirtu ta' bona fide u viċinat tajjeb u jfittxu relazzjonijiet paċifiċi, kostruttivi u mill-qrib ibbażati fuq il-kooperazzjoni, u jiggarantixxu ċ-ċertezza tad-dritt u r-rispett għall-awtonomija u s-sovranità tal-Partijiet; jirrimarka li r-Renju Unit ipprova jinterpreta ħażin it-termini tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni billi kiser l-ispirtu tal-ftehim, bħal meta stabbilixxa kundizzjonijiet addizzjonali għall-kisba ta' liċenzji għall-bastimenti; |
|
32. |
Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-liċenzji għall-bastimenti tal-UE fl-ibħra tad-Dipendenzi tal-Kuruna u n-nuqqas ta' impenn mir-Renju Unit biex jimplimenta fedelment il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni f'dan ir-rigward; jistieden għalhekk lir-Renju Unit jibqa' lura milli jagħmel interpretazzjonijiet restrittivi u kontroversjali tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzji, b'mod partikolari għal bastimenti li storikament stadu fiż-żona ta' bejn 6 u 12-il mil nawtiku tal-baħar territorjali Brittaniku u fl-ibħra tal-Bailiwicks ta' Jersey u Guernsey u ta' Isle of Man; jistieden lill-Partijiet jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tal-bastimenti fil-flotta tas-sajd fuq skala żgħira, li qabel il-Brexit ma kinux obbligati jużaw teknoloġiji biex iżommu rekord kontinwu tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom u issa qed ikollhom diffikultà jipprovdu din l-informazzjoni; |
|
33. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-għażliet kollha sabiex tiżgura li d-drittijiet tal-bastimenti tal-UE jiġu rispettati mir-Renju Unit; jirrimarka li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi dispożizzjonijiet biex il-Kunsill ta' Sħubija jikkunsidra arranġamenti differenti għall-kooperazzjoni fl-ibħra tad-Dipendenzi tal-Kuruna; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li arranġamenti preċedenti skont it-Trattat tal-Bajja ta' Granville jistgħu jipprovdu bażi għal adattamenti futuri tar-regoli mill-Kunsill ta' Sħubija; |
|
34. |
Jistieden lir-Renju Unit ma jfixkilx is-sajd li jsir minn bastimenti tal-UE li jistadu bil-konz tal-wiċċ, li tradizzjonalment jidħlu fl-ibħra Brittaniċi biex ifittxu ġlejjeb ta' alongi u pixxispad; ifakkar li s-sajd għal dawn l-ispeċijiet migratorji ħafna huwa rregolat fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni ta' dawn is-setturi tal-flotta; |
|
35. |
Jenfasizza li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi li l-miżuri tekniċi għandhom ikunu proporzjonati, għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, għandhom japplikaw bl-istess mod għall-bastimenti miż-żewġ partijiet u jridu jiġu nnotifikati minn qabel; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi, ta' ġestjoni u ta' kontroll inkluż l-iżvilupp ta' kriterji ċari u mhux diskriminatorji għal dawn il-miżuri biex jiġi żgurat li ma jkunux jistgħu jintużaw biex jirrestrinġu indirettament l-aċċess għall-flotot tas-sajd fejn ikollhom drittijiet tas-sajd; |
|
36. |
Jistieden lill-Partijiet jiżguraw li d-deżinjazzjoni taż-żoni protetti tal-baħar fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom tkun nondiskriminatorja, ibbażata fuq ix-xjenza u proporzjonata; jenfasizza li ż-żoni protetti tal-baħar għandhom jiġu stabbiliti b'objettivi ta' konservazzjoni definiti sew u ma għandhomx jintużaw bħala għodda biex jiġi ristrett l-aċċess barrani għall-ibħra; jiddeplora, f'dan ir-rigward, in-nuqqas ta' kooperazzjoni mir-Renju Unit meta identifika żoni ġodda madwar id-Dogger Bank; |
|
37. |
Jeżiġi li r-Renju Unit iwaqqaf immedjatament kwalunkwe kontroll ta' intimidazzjoni tal-bastimenti tal-UE u jżomm lura milli jimponi kwalunkwe miżura teknika diskriminatorja; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li r-Renju Unit jista' jitbiegħed mingħajr ġustifikazzjoni mir-regolamenti tal-UE dwar miżuri tekniċi u leġiżlazzjoni ambjentali oħra relatata tal-UE, u b'hekk jimponi limitazzjonijiet de facto fuq l-aċċess ta' xi bastimenti tas-sajd Ewropej għall-ibħra tar-Renju Unit, b'tali mod li s-sajd isir kumpless bla bżonn; jisħaq fuq ir-rwol tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd fit-tfittxija ta' approċċ komuni dwar il-miżuri tekniċi u fid-diskussjonijiet dwar kwalunkwe miżura li Parti waħda tista' tagħti avviż dwarha lill-oħra; ifakkar li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jobbliga lil kull Parti tiġġustifika b'mod preċiż in-natura nondiskriminatorja ta' kwalunkwe miżura f'dan il-qasam u l-ħtieġa li tiġi żgurata sostenibbiltà ambjentali fit-tul, abbażi ta' data xjentifikament verifikabbli; jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment viġilanti dwar ir-rispett ta' dawn il-kundizzjonijiet u tirreaġixxi bil-qawwa f'każ li r-Renju Unit jaġixxi b'mod diskriminatorju; |
|
38. |
Jieħu nota tal-miżuri ta' “rabta ekonomika” tar-Renju Unit li, mill-1 ta' April 2022, se jillimitaw il-wiri tal-bandiera tal-bastimenti tiegħu, se jżidu l-perċentwal minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tar-Renju Unit abbord il-bastimenti tiegħu u se jistabbilixxu l-ammont minimu ta' ħut li jrid jinħatt l-art fil-portijiet tar-Renju Unit għal 70 %; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt ta' dawn il-miżuri protezzjonisti u twieġeb kif xieraq, fejn meħtieġ; |
|
39. |
Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1203 bil-għan li jittaffew l-effetti tal-Brexit f'termini tat-telf ta' status preferenzjali għat-territorji extra-Ewropej tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jeliminaw it-tariffi fuq l-importazzjonijiet tal-klamar tal-Patagonja (Loligo gahi); |
|
40. |
Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, reċentement, l-Assemblea tal-Gżejjer Falkland għaddiet l-Att dwar is-Sajd (Konservazzjoni u Amministrazzjoni) tal-2021, li jirrikjedi li 51 % tal-ishma tal-kumpaniji kollha tas-sajd li joperaw fil-Gżejjer Falkland irid ikollhom sjieda fil-Falklands; |
|
41. |
Jesprimi tħassib dwar każijiet reċenti ta' infurzar eċċessiv tar-regoli ta' kontroll tas-sajd fil-Baħar Ċeltiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jevitaw prattiki li jistgħu jammontaw għal “nazzjonaliżmu tas-sajd” mhux ġustifikat; |
|
42. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd, li se jkun responsabbli biex jieħu deċiżjonijiet li jkunu ġusti għaż-żewġ Partijiet u li jiżgura li r-riżorsi jiġu ġestiti b'mod sostenibbli fit-tul, jieħu forma u jibda l-ħidma tiegħu malajr, inkluż billi jipprijoritizza l-ħidma fuq kwistjonijiet urġenti, bħall-applikazzjoni prattika tal-aċċess għall-ibħra u d-definizzjoni ta' “sostituzzjoni diretta” ta' bastiment li jikkwalifika bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata aktar implimentazzjoni leali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
43. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-ħidma tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd tkun trasparenti u li l-Parlament Ewropew jiġi aġġornat regolarment dwar il-ħidma tiegħu u d-deċiżjonijiet li jieħu, kemm qabel kif ukoll wara l-laqgħat tiegħu; jitlob li r-rappreżentanti tekniċi mill-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li d-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jirrispettaw il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet differenti u jsegwu l-proċess leġiżlattiv xieraq, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri tekniċi; |
|
45. |
Ifakkar li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi li l-Partijiet tiegħu jikkonsultaw mas-soċjetà ċivili; jisħaq fuq l-importanza li entitajiet reġjonali li jirrappreżentaw is-settur u l-awtoritajiet pubbliċi reġjonali jiġu inklużi fi gruppi konsultattivi, filwaqt li jiġi żgurat li l-komunitajiet kostali tar-reġjuni affettwati direttament jew indirettament ikunu protetti legalment skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, inkluż protetti mill-effetti ta' kwalunkwe deċiżjoni unilaterali meħuda mir-Renju Unit; |
|
46. |
Jitlob li r-rappreżentanti tas-settur tas-sajd, l-awtoritajiet reġjonali, il-komunitajiet kostali u partijiet interessati oħra jkunu involuti b'mod attiv fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-gruppi konsultattivi interni u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili previst fl-Artikoli 13 u 14 tal-ftehim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-istabbiliment ta' grupp konsultattiv intern domestiku dwar is-sajd għal dan il-għan, mingħajr preġudizzju għall-kunsilli konsultattivi eżistenti; |
|
47. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ta' Jersey, ta' Guernsey, ta' Isle of Man, tan-Norveġja, tal-Iżlanda, ta' Greenland u tal-Gżejjer Faeroe. |
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(4) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(5) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34.
(6) ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81.
(7) ĠU L 261, 22.7.2021, p. 1.
(8) ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1.
(9) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3).
(10) ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14.
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, (ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/407 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali, (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 1).
(13) ĠU L 226, 29.8.1980, p. 12.
(14) ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48.
(15) ĠU L 161, 2.7.1993, p. 2.
(16) ĠU L 175, 18.5.2021, p. 3.
(17) ĠU C 294, 23.7.2021, p. 18.
(18) ĠU C 362, 8.9.2021, p. 90.
(19) ĠU C 506, 15.12.2021, p. 26.
(20) ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.
(21) Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/11 |
P9_TA(2022)0104
Il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-proċedimenti ta' dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-proċedimenti ta' dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja (2021/2060(INI))
(2022/C 434/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-‘Karta’), b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 24 (2019) tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar id-drittijiet tat-tfal fis-sistema tal-ġustizzja tal-minorenni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021)0142), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri (1) (ir-Regolament Brussell IIa), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment (2) (ir-Regolament dwar il-Manteniment), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja (4) |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (5), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Novembru 2010 dwar il-ġustizzja adattata għat-tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2079 tal-Kunsill tal-Ewropa tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar l-ugwaljanza u l-kustodja konġunta: ir-rwol tal-missirijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-490/20 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (8), |
|
— |
Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru 2021 dwar l-impatt tal-vjolenza domestika u tad-drittijiet ta' kustodja fuq in-nisa u t-tfal (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0033/2022), |
Ġustizzja adattata għat-tfal fil-proċedimenti ta' dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja
|
A. |
billi għadd dejjem jikber ta' tfal u adolexxenti qed jiġu f'kuntatt mas-sistema ġudizzjarja fi proċedimenti tad-dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja, prinċipalment minħabba ż-żieda fid-divorzju, is-separazzjoni u l-adozzjoni; billi fi proċedimenti bħal dawn it-tfal kollha għandhom ikunu garantiti aċċess mhux diskriminatorju għall-ġustizzja inkluż, b'mod partikolari, aċċess għall-qrati u għal metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim; |
|
B. |
billi l-UE hija impenjata li tiżgura li d-drittijiet ta' kull tifel u tifla jiġu rispettati, protetti u eżerċitati bil-ħsieb li tinbena soċjetà aktar b'saħħitha, aktar reżiljenti, aktar ekwa u aktar ġusta għal kulħadd; |
|
C. |
billi t-tfal għandhom id-dritt li jipparteċipaw, li jinstemgħu u li jesprimu l-fehmiet tagħhom b'mod konformi mal-età, il-maturità u l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, fi kwalunkwe proċediment li jikkonċerna l-benesseri tagħhom u l-arranġamenti futuri għall-ħajja tagħhom; billi l-fehmiet tat-tfal għandhom jingħataw l-importanza dovuta, irrispettivament minn jekk il-proċedimenti jsirux minn qorti jew minn kwalunkwe awtorità rilevanti oħra; |
|
D. |
billi l-parteċipazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi għandha sseħħ f'ambjent komdu u adattat għat-tfal sabiex ma jiġux ikkawżati trawma jew stress addizzjonali għat-tfal u biex jiġi minimizzat l-impatt psikoloġiku u emozzjonali ta' tali ċirkostanzi, b'mod partikolari għat-tfal l-aktar vulnerabbli bħat-tfal b'diżabilità jew dawk li ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni; |
|
E. |
billi l-parteċipazzjoni tat-tfal f'tali proċedimenti għandha tiġi appoġġjata permezz ta' approċċ multidixxiplinari mill-awtoritajiet rilevanti; |
|
F. |
billi l-Istati Membri huma obbligati jistabbilixxu salvagwardji, garanziji u regoli proċedurali li jirregolaw is-seduti ta' smigħ tat-tfal; billi madankollu dawn id-dispożizzjonijiet ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri; |
|
G. |
billi fid-dar u f'ambjent tal-familja, fejn ikun jeżisti kunflitt bejn il-ġenituri, it-tfal jistgħu jsibu lilhom infushom vittmi ta' “vjolenza mixhuda” billi jesperjenzaw varjetà ta' forom ta' trattament ħażin permezz ta' atti ta' vjolenza fiżika, verbali, psikoloġika, sesswali u ekonomika kontra figuri ta' referenza jew figuri oħra ta' sinifikanza fl-unità domestika; billi vjolenza ta' dan it-tip għandha konsegwenzi serji ħafna għall-iżvilupp psikoloġiku u emozzjonali tat-tfal; billi huwa għalhekk essenzjali li tingħata attenzjoni xierqa lil tali vjolenza meta s-smigħ tat-tfal isir fi proċedimenti tad-dritt tal-familja sabiex jiġi żgurat li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu l-kunsiderazzjoni primarja; |
|
H. |
billi t-tfal għandhom id-dritt li jiġu infurmati kif xieraq b'mod proporzjonat mal-età, il-maturità u l-ħiliet lingwistiċi tagħhom u b'mod li jkunu jistgħu jifhmu f'kull pass tal-proċedimenti tal-qorti u amministrattivi li jikkonċernawhom; |
|
I. |
billi fi proċedimenti ċivili, amministrattivi u tad-dritt tal-familja, b'mod partikolari f'każijiet transfruntiera, it-tfal għandhom possibbiltajiet limitati biex ikunu rappreżentati minn professjonist jew konsulent legali; |
|
J. |
billi f'ċerti każijiet l-esperjenza wriet (10) il-benefiċċji li jkun hemm persuna ddedikata u indipendenti ta' fiduċja biex tappoġġja u takkumpanja lit-tfal matul il-proċedimenti legali, inkluż f'każijiet ta' medjazzjoni; |
|
K. |
billi l-qrati, il-korpi amministrattivi u l-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali għandhom iqisu l-ewwel u qabel kollox l-aħjar interessi tat-tfal meta jieħdu kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna t-tfal; billi dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fuq bażi individwali, b'kont meħud tal-età, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-tfal u ta' familthom; |
|
L. |
billi l-aħjar interessi tat-tfal u l-aċċess għall-ġustizzja għat-tfal kollha ma jistgħux jiġu żgurati jekk il-parteċipazzjoni tagħhom fi proċedimenti tad-dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja u l-użu ta' servizzi ta' appoġġ li jakkumpanjawhom jiddependu mir-riżorsi finanzjarji tal-ġenituri tagħhom, anke minħabba li l-ispejjeż ta' tali proċedimenti u servizzi jistgħu jkunu għoljin ħafna; |
|
M. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma obbligati jippromwovu d-drittijiet tat-tfal, inkluż permezz ta' ġustizzja adattata għat-tfal, fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha fl-ambitu tal-Programm dwar il-Ġustizzja; |
Qafas tal-UE għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f'tilwim transfruntier ċivili
|
N. |
billi ż-żieda fil-mobilità tfisser li l-għadd ta' tfal imwielda f'familji b'element transfruntier x'aktarx li jiżdied ukoll; |
|
O. |
billi għalkemm id-dritt ċivili u tal-familja sostantiv jibqgħu kompetenza tal-Istati Membri, ir-regoli armonizzati dwar id-dritt transfruntier ċivili u tal-familja jista' jiġi stabbilit fil-livell tal-UE; |
|
P. |
billi, bħala partijiet għall-Konvenzjonidwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħmlu l-aħjar interessi tat-tfal kunsiderazzjoni primarja fl-azzjoni pubblika kollha, inkluż meta jittrattaw tilwim transfruntier tal-familja; billi f'tilwim tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti f'xi Stati Membri spiss jinterpretaw il-protezzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal bħala li jkollhom jibqgħu fit-territorju tal-istat, anke f'każijiet fejn l-abbuż u l-vjolenza domestika jkunu ġew irrapportati kontra l-ġenitur li jirrisjedi f'dak l-istat; |
|
Q. |
billi l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, li huwa bbażat fuq il-fiduċja reċiproka, jobbliga lill-Istati Membri jagħtu effett lil sentenza jew deċiżjoni li toriġina fi Stat Membru ieħor; |
|
R. |
billi l-proċedimenti transfruntiera huma aktar kumplessi minn perspettiva legali u għalhekk normalment jieħdu aktar ħin u jiswew aktar flus; |
|
S. |
billi n-nuqqas ta' proċeduri effettivi għall-infurzar ta' sentenzi dwar ir-responsabilità tal-ġenituri, id-drittijiet ta' aċċess, il-ħtif tat-tfal mill-ġenituri jew l-obbligi ta' manteniment f'każijiet transfruntiera huwa ta' detriment għall-aħjar interessi tat-tfal; |
|
T. |
billi t-tfal involuti f'tilwim transfruntier dwar id-dritt ċivili u tal-familja għandhom igawdu l-istess drittijiet, l-istess livell ta' protezzjoni, garanziji proċedurali u standards minimi fl-Istati Membri kollha, irrispettivament miċ-ċittadinanza tal-ġenituri tagħhom; |
|
U. |
billi kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jkunu jafu l-ġenituri tagħhom u li dawn jieħdu ħsiebhom; billi f'każ ta' separazzjoni, kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jkollhom relazzjonijiet personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri fuq bażi regolari jew, jekk il-ġenituri tagħhom ma jkunux disponibbli, mal-membri tal-familja tal-ġenituri tagħhom, u jekk dan lanqas ma jkun possibbli, ma' persuna tal-għażla tagħhom; billi r-relazzjonijiet personali u l-kuntatti diretti tat-tfal mal-ġenituri tagħhom jistgħu jiġu ristretti mill-awtorità kompetenti biss biex jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal; |
|
V. |
billi l-Konvenzjoni The Hague tal-1980 tintroduċi sistema ta' kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pajjiżi biex issolvi minnufih każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minorenni; billi sal-lum il-konvenzjoni ġiet ratifikata minn 101 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE; |
|
W. |
billi minkejja l-isforzi li saru s'issa, l-UE m'għandhiex biżżejjed data dwar il-proċedimenti ġudizzjarji li jinvolvu t-tfal, u lanqas il-qrati speċjalizzati li jittrattaw magħhom ma għandhom; |
|
X. |
billi n-nuqqas ta' regoli komuni tal-UE dwar ir-rikonoxximent ta' sentenzi dwar il-ġenituri, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu ġenituri tal-istess ġeneru, jista' jirriżulta f'telf tad-drittijiet tal-ġenituri, jista' jikser id-dritt tat-tfal li jitrabbew miż-żewġ ġenituri u li u jżommu relazzjoni magħhom, u kwalunkwe dritt li jirriżulta minn paternità (bħal manteniment jew suċċessjoni), u jista' wkoll jinkoraġġixxi għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni fil-każ ta' tilwim transfruntier fil-familja; billi l-proposta leġiżlattiva futura f'dan il-qasam għandha tgħin biex jitnaqqas l-għadd ta' proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji; |
|
Y. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja reċentement stabbiliet is-sentenza li ġejja fil-Kawża C-490/20: fil-każ ta' wild li huwa ċittadin tal-Unjoni u li ċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu nħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti u li jindika lill-ġenituri ta' dan il-wild bħala żewġ persuni tal-istess sess, l-Istat Membru li tiegħu dan il-wild għandu n-nazzjonalità huwa obbligat, (i) li joħroġ lil dak il-wild karta tal-identità jew passaport mingħajr ma jkun meħtieġ li jinħareġ minn qabel ċertifikat tat-twelid mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu u (ii) li jirrikonoxxi, bħal kull Stat Membru ieħor, id-dokument mill-Istat Membru ospitanti li jippermetti lil dak il-wild jeżerċita, ma' kull waħda minn dawn iż-żewġ persuni, id-dritt tal-wild li jiċċaqlaq u jirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati Membri; |
Medjazzjoni f'każijiet li jikkonċernaw it-tfal
|
Z. |
billi f'ħafna każijiet, il-medjazzjoni tal-familja wriet li hija aktar rapida, orħos u aktar adattata għat-tfal biex jissolva t-tilwim mill-proċedimenti tal-qorti u għalhekk tista' tgħin biex jiġu evitati l-ħtif futur tat-tfal mill-ġenituri; |
|
AA. |
billi l-użu ta' riżoluzzjonijiet alternattivi tat-tilwim għandu jitħeġġeġ, sakemm dan ma jmurx kontra l-aħjar interessi tat-tfal, b'mod partikolari fil-każ ta' vjolenza domestika u abbuż sesswali; |
|
AB. |
billi l-għadd ta' proċedimenti ta' medjazzjoni domestika u transfruntiera tal-familja għadu baxx; |
|
AC. |
billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma hemm l-ebda għajnuna legali disponibbli għall-medjazzjoni għall-ġenituri li għandhom mezzi finanzjarji limitati iżda li fl-istess ħin jistgħu jkunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna legali għal proċedimenti legali; |
|
AD. |
billi l-ġenituri jistgħu jsibuha diffiċli li jiksbu informazzjoni xierqa u verifikata dwar il-possibilità li jidħlu f'medjazzjoni fl-istadju ta' qabel il-qorti; |
|
AE. |
billi l-medjazzjoni kummerċjali hija sostanzjalment differenti mill-medjazzjoni tal-familja; |
|
AF. |
billi l-medjazzjoni transfruntiera tal-familja għandha l-potenzjal li tiffaċilita ftehimiet bejn il-ġenituri li jirrispettaw l-aħjar interessi tat-tfal, u dan inaqqa il--piż emozzjonali u finanzjarju u l-kumplessità legali inerenti għall-proċedimenti ġudizzjarji; |
|
AG. |
billi l-medjazzjoni transfruntiera tal-familja hija aktar kumplessa mill-medjazzjoni f'tilwim domestiku tal-familja minn perspettiva legali u loġistika u teħtieġ għarfien u ħiliet lingwistiċi addizzjonali mill-medjatur; |
|
AH. |
billi kemm l-imħallfin kif ukoll l-avukati għandhom jiġu mħarrġa biex ikollhom aktar għarfien dwar il-medjazzjoni transfruntiera tal-familja; |
Ġustizzja adattata għat-tfal fil-proċedimenti ta' dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja
|
1. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fil-proċedimenti kollha li jikkonċernaw il-benesseri tat-tfal u l-arranġamenti għall-ħajja futura tagħhom, id-drittijiet tat-tfal jiġu rispettati, garantiti u implimentati bis-sħiħ, u li l-aħjar interessi tat-tfal jingħataw l-ogħla prijorità u jiġu inkorporati kif xieraq u applikati b'mod konsistenti f'kull azzjoni meħuda mill-istituzzjonijiet pubbliċi, speċjalment fi proċedimenti ġudizzjarji, li għandha impatt dirett jew indirett fuq it-tfal, f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta; |
|
2. |
Ifakkar li l-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt li wieħed jinstema' huma drittijiet fundamentali u li kull tifel u tifla, irrispettivament mill-kuntest soċjali, ekonomiku jew etniku tagħhom, jenħtiġilhom ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ dawk id-drittijiet f'kapaċità personali, indipendentement mill-ġenituri jew il-kustodji legali tagħhom; |
|
3. |
Jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat sfidi addizzjonali f'termini ta' aċċess għall-ġustizzja, inkluż dewmien fil-proċedimenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jipprevedu miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja matul il-pandemiji, speċjalment jekk ikunu involuti tfal fi proċedimenti ċivili, amministrattivi jew tal-liġi tal-familja; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien żejjed, sett ta' linji gwida komuni jew għodda mhux leġiżlattiva simili, li għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki biex l-Istati Membri jsegwuhom sabiex jiżguraw li s-smigħ tat-tfal isir minn imħallef jew minn espert imħarreġ u li ma tiġi applikata l-ebda pressjoni, inkluż mill-ġenituri; jisħaq li tali seduti ta' smigħ, partikolarment fil-proċedimenti tad-dritt tal-familja, għandhom isiru f'ambjent adattat għat-tfal u jkunu xierqa għall-età, il-maturità u l-ħiliet lingwistiċi tat-tfal f'termini ta' lingwa u kontenut, filwaqt li jipprovdu l-garanziji kollha li jiżguraw li l-integrità emozzjonali u l-aħjar interessi tat-tfal jiġu rispettati, jiġi evitat l-istress żejjed u jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti tqis kif xieraq il-fehmiet tat-tfal skont l-età u l-maturità tagħhom; jisħaq, barra minn hekk, li s-smigħ tat-tfal fi proċedimenti tal-familja fejn ikun hemm suspett ta' vjolenza domestika jew fil-familja jew “vjolenza mixhuda” għandu dejjem isir fil-preżenza ta' psikologi, tobba jew professjonisti kwalifikati, inklużi professjonisti kwalifikati fin-newropsikjatrija tat-tfal, sabiex it-trawma tagħhom ma tiġix aggravata u ma jiġux vittimizzati aktar; |
|
5. |
Jissottolinja li tali linji gwida jew għodda mhux leġiżlattiva simili għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li t-tfal involuti fi proċedimenti tad-dritt ċivili, amministrattivi jew tal-familja għandhom jiġu infurmati f'kull stadju tal-proċedura b'mod li jkunu jistgħu jifhmuh bis-sħiħ u, b'mod partikolari, li d-deċiżjoni mogħtija mill-awtorità għandha tiġi spjegata lit-tfal minn professjonist imħarreġ apposta b'mod adatt għall-età, il-maturità u l-ħiliet lingwistiċi tagħhom; |
|
6. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-rabta mill-qrib bejn il-proċedimenti kriminali, il-proċedimenti ċivili u proċedimenti legali oħra sabiex issir koordinazzjoni tar-risponsi ġudizzjarji u risponsi legali oħra għall-vjolenza fuq it-tfal u dik minn sieħeb intimu; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jadottaw miżuri biex jorbtu l-kawżi kriminali u dawk ċivili li jinvolvu familja individwali u t-tfal sabiex jipprevjenu b'mod effettiv kwalunkwe diskrepanza bejn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u deċiżjonijiet legali oħra li tkun ta' ħsara għat-tfal; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw u jipprovdu informazzjoni adattata għat-tfal, li tkun faċilment aċċessibbli, komprensibbli u eżawrjenti, dwar id-drittijiet tat-tfal fil-proċedimenti ta' dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja u dwar il-proċedimenti nfushom, inklużi dawk ta' natura transfruntiera; |
|
8. |
Jistieden lill-Istati Membri jippermettu l-aċċess għal rappreżentanza legali mingħajr ħlas, iffinanzjata pubblikament u ta' kwalità għolja għat-tfal involuti f'tilwim ċivili, amministrattiv u tal-familja, inkluż it-tilwim ta' natura transfruntiera, f'każijiet meta l-ġenituri ma jeżerċitawx responsabbiltà tal-ġenituri sħiħa jew meta jkun hemm suspett li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f'kunflitt mal-aħjar interessi tat-tfal; |
|
9. |
Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri jadottaw approċċ multidixxiplinari u jistabbilixxu servizzi ta' konsulenza u appoġġ għat-tfal li jkunu aċċessibbli faċilment, ta' kwalità għolja, personalizzati, mingħajr ħlas u ffinanzjati pubblikament – kemm fil-qorti kif ukoll barra mill-qorti – biex jipprovdu, fejn ikun meħtieġ, l-appoġġ ta' professjonisti mħarrġa, bħal tobba, psikologi, professjonisti kwalifikati tan-newropsikjatrija tat-tfal, ħaddiema soċjali u speċjalisti tal-kura tat-tfal sabiex jappoġġjaw lit-tfal bl-aħjar mod possibbli fl-istadji kollha tal-proċedimenti; jisħaq li għandu jittieħed approċċ individwalizzat għal kull tifel u tifla involuti fi proċedimenti tad-dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja u li għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal li ta' spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew ikunu f'sitwazzjoni vulnerabbli, inklużi t-tfal b'diżabilità, it-tfal li jkunu ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni u t-tfal li jgħixu fil-faqar jew li jkunu soċjalment esklużi; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu korsijiet obbligatorji ta' taħriġ dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal għall-imħallfin u professjonisti legali oħra, l-awtoritajiet tal-infurzar, l-assistenti soċjali, l-għalliema, il-kindergartens u l-partijiet rilevanti l-oħra kollha involuti fil-proċedimenti tal-qorti u amministrattivi li jikkonċernaw it-tfal; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għal tali azzjonijiet, pereżempju permezz tan-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, u l-Programm dwar il-Ġustizzja; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi n-networks u l-pjattaformi eżistenti tal-professjonisti legali jiskambjaw il-prattiki tajba dwar is-smigħ tat-tfal, id-dritt tat-tfal għall-informazzjoni u d-dritt għall-privatezza madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis li tistabbilixxi punt uniku ta' servizz ta' esperti minn madwar l-UE biex iservi ta' pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni; iħeġġeġ lin-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju jipprevedi forum bħal dan għall-imħallfin involuti f'tilwim transfruntier tal-familja; |
|
12. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi biex jiżguraw li l-proċedimenti tad-dritt ċivili, amministrattiv u tal-familja li jinvolvu t-tfal jiġu ttrattati bl-akbar konformità mal-istandards tal-ġustizzja adattata għat-tfal, bir-rispett xieraq għall-integrità emozzjonali u fiżika tat-tfal, u mingħajr dewmien żejjed; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati tat-tfal u tal-familja jiffunzjonaw bħala servizz essenzjali, filwaqt li jkomplu jorganizzaw seduti ta' smigħ ta' emerġenza u jeżegwixxu d-digrieti tal-qorti għall-kura u l-protezzjoni tat-tfal li jkunu f'riskju immedjat ta' negliġenza jew abbuż; |
|
13. |
Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu mill-Programm dwar il-Ġustizzja biex jiffinanzjaw azzjonijiet u organizzazzjonijiet li jiffaċilitaw l-aċċess effettiv u nondiskriminatorju għall-ġustizzja għat-tfal kollha u biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu mat-tfal u għalihom permezz tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi u proċeduri xierqa għall-ilmenti, ir-rikorsi jew ir-rimedji sabiex jiġi żgurat bis-sħiħ li d-drittijiet tat-tfal ikunu integrati b'mod xieraq fil-proċedimenti ġudizzjarji li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq it-tfal; |
Qafas tal-UE għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f'tilwim transfruntier ċivili
|
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal fil-proċedimenti transfruntiera tal-familja, inkluż billi jiżguraw li l-liġijiet u l-proċeduri ma jiddiskriminawx bejn il-ġenituri abbażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-pajjiż ta' residenza tagħhom jew b'xi mod ieħor, u billi jirrifjutaw is-suppożizzjoni li l-aħjar interess tat-tfal huwa dejjem li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru partikolari; |
|
15. |
Jissottolinja li waħda mir-raġunijiet li l-każijiet transfruntiera jistgħu jkunu ta' sfida mil-lat legali hija t-terminoloġija nazzjonali differenti, bħal pereżempju d-differenzi fir-rekwiżiti tal-età minima madwar l-Istati Membri, għax dan jista' jwassal biex it-tfal jiġu ttrattati b'mod differenti skont il-kriterji diverġenti ta' età, jew ir-rwoli differenti tal-konsulenza legali tal-minuri fil-proċedimenti li jinvolvu t-tfal; |
|
16. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw id-dritt ta' kull tifel u tifla li jżommu kuntatt personali u dirett ma' kull ġenitur, dment li dan ma jmurx kontra l-aħjar interessi tat-tfal, irrispettivament mill-kompożizzjoni tal-familja jew il-parentela bijoloġika tagħhom; jissottolinja li dawk id-drittijiet għandhom jiġu rispettati minkejja l-miżuri restrittivi marbuta mal-COVID-19; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw b'mod effettiv is-sentenzi f'tilwim transfruntier tal-familja li jikkonċerna t-tfal f'konformità mad-dritt applikabbli tal-UE u s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, speċjalment f'każijiet relatati ma' ħtif transfruntier ta' minuri mill-ġenituri iżda wkoll f'każijiet ta' separazzjoni, divorzju, kustodja, adozzjoni u foster care u deċiżjonijiet relatati mar-rikonoxximent tal-paternità, inklużi koppji tal-istess sess, filwaqt li dejjem iqisu l-aħjar interessi tat-tfal f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta; |
|
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw kif xieraq ir-regoli u l-obbligi l-ġodda skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (11). jissottolinja l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni bejn il-qrati nazzjonali fil-każijiet transfruntiera u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri għal dak il-għan, tissorvelja bir-reqqa l-implimentazzjoni korretta tar-regolament, u tirrispondi fil-pront għal kwalunkwe nuqqas fir-rigward; |
|
19. |
Ifakkar li r-riformulazzjoni tar-Regolament Brussell IIa kellha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tat-tfal billi tiċċara r-regoli, tqassar il-proċedimenti transfruntiera li jikkonċernaw it-tfal permezz ta' skadenzi stabbiliti u l-abolizzjoni tal-exequaturs, u trawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet transfruntiera; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jipprovdu riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ xieraq dwar ir-regoli l-ġodda għall-awtoritajiet ċentrali, l-imħallfin u professjonisti legali oħra involuti f'tilwim transfruntier, inkluż dwar is-smigħ tat-tfal u l-użu possibbli tal-medjazzjoni f'każijiet bħal dawn; jenfasizza li tali taħriġ għandu jipprevedi livell suffiċjenti ta' għarfien u għarfien espert dwar il-proċedimenti transfruntiera tal-familja; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida għal prattika tajba dwar ir-Regolament Brussell IIa riformulat; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-UE tarmonizza l-garanziji proċedurali għat-tfal fi proċedimenti transfruntiera tad-dritt tal-familja; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ispejjeż finanzjarji tal-proċedimenti u l-ispejjeż addizzjonali inerenti f'każijiet transfruntiera ma jkunux ostaklu għall-aċċess għall-ġustizzja f'kawżi transfruntiera ċivili, amministrattivi u tal-familja li jinvolvu t-tfal; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli u aċċessibbli l-informazzjoni dwar l-għajnuna legali possibbli f'każijiet bħal dawn; |
|
24. |
Jinnota li r-Renju Unit m'għadux jipparteċipa fil-kooperazzjoni fl-ambitu tar-Regolament Brussell IIa u r-Regolament dwar il-Manteniment; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod urġenti l-aktar mezz xieraq, inkluża għodda bilaterali, biex tiġi indirizzata l-inċertezza legali eżistenti bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-proċedimenti ċivili, amministrattivi u tal-familja li jikkonċernaw it-tfal; |
|
25. |
Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva biex tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tal-paternità bejn l-Istati Membri; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tqis kif xieraq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet, inkluż l-anness tagħha li jipprevedi regolament dwar ir-rikonoxximent transfruntier tad-digrieti ta' adozzjoni, sabiex jinħoloq qafas legali ċar u biex il-familji jingħataw iċ-ċertezza legali meħtieġa biex id-digrieti ta' adozzjoni li jinħarġu legalment fi Stat Membru wieħed jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinfurmaw u jinkludu kif xieraq lill-Parlament fi kwalunkwe proposta leġiżlattiva ġdida jew riveduta fil-qasam tad-dritt transfruntier ċivili u tal-familja, peress li tali regoli jinfluwenzaw direttament il-ħajja u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE u fuq kollox tat-tfal; |
|
28. |
Iqis li l-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1980 hija strument vitali għas-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal f'każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri u jemmen li l-UE għandha tilqa' l-adeżjoni ta' pajjiżi ġodda għal din il-konvenzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq progress rapidu fil-valutazzjoni tagħha tal-adeżjoni ta' pajjiżi ġodda u jistieden lill-Istati Membri jaċċettawhom mingħajr ebda eżitazzjoni; |
|
29. |
Itenni t-talba tiegħu għal aktar kooperazzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Ġappun, sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni internazzjonali kollha dwar il-protezzjoni tat-tfal bil-għan li t-tfal jiġu protetti mill-effetti dannużi tal-ħtif ta' minuri mill-ġenituri; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tespandi r-riċerka u l-ġbir tad-data dwar il-ġustizzja adattata għat-tfal u l-aħjar prattiki fil-qasam fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data dwar it-tilwim ċivili transfruntier li jinvolvi t-tfal bħall-każijiet ta' kustodja, aċċess u ħtif ta' minuri mill-ġenituri; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi din id-data fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE; |
Medjazzjoni f'każijiet li jirrigwardaw it-tfal
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ġdida għal regolament dwar il-medjazzjoni transfruntiera, akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, li għandu jistabbilixxi standards komuni għall-proċedura transfruntiera, regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' ftehimiet medjati, rekwiżiti għall-istabbiliment ta' ċertifikat Ewropew għall-medjaturi biex tiġi żgurata l-kwalità tal-għarfien espert f'każijiet transfruntiera, u standards komuni għall-kuntratti transfruntiera ta' medjazzjoni; iqis li tali standards komuni għandhom jiżguraw ir-rispett għar-regoli ta' kunfidenzjalità ta' kull Stat Membru u jipprovdu lill-partijiet biżżejjed informazzjoni legali dwar il-kunċett, il-limiti u l-konsegwenzi tal-medjazzjoni; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw in-networks eżistenti ta' medjaturi fit-tilwim tal-familja transfruntier; |
|
33. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu uffiċċji ta' premedjazzjoni sabiex jipprovdu lill-ġenituri u lit-tfal ikkonċernati l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar it-twettiq tal-medjazzjoni u l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli tagħha, b'mod partikolari għat-tfal infushom u d-drittijiet u l-benesseri tagħhom; jenfasizza li xi Stati Membri diġà stabbilew tali uffiċċji jew qed jippruvaw jagħmlu dan; |
|
34. |
Jissottolinja li l-medjazzjoni tista' tkun għodda effettiva biex tipproteġi l-aħjar interessi tat-tfal f'każijiet ta' ħtif transfruntier ta' minuri mill-ġenituri; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-prattiki tajba u l-“mediators in court model” (mudell ta' medjazzjoni fil-qorti) użati minn xi Stati Membri biex isolvu tilwim tal-familja transfruntier b'mod amikevoli u barra mill-qorti; |
|
35. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-tfal ikollhom il-possibbiltà li matul il-proċess ta' medjazzjoni jitkellmu ma' individwu kwalifikat u indipendenti li jista' jipprovdilhom informazzjoni u appoġġ adattati għat-tfal; |
|
36. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-għajnuna legali għall-medjazzjoni f'każijiet ta' tilwim tal-familja transfruntier għall-ġenituri b'mezzi finanzjarji limitati; |
|
37. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi esplorat l-użu ta' għodod online, inklużi l-vidjokonferenzi, fil-medjazzjoni fil-każ ta' tilwim fuq distanza twila jew tilwim affettwat minn ċirkostanzi straordinarji, bħall-pandemija tal-COVID-19; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv il-medjazzjoni volontarja fi kwistjonijiet tal-familja li jikkonċernaw lit-tfal, inkluż permezz ta' bidliet fil-leġiżlazzjoni; |
|
39. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprevedu regoli sempliċi, rapidi u affordabbli biex il-ftehimiet medjati bejn il-ġenituri jsiru legalment vinkolanti u infurzabbli; |
o
o o
|
40. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(3) ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.
(4) ĠU L 156, 5.5.2021, p. 21.
(6) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta' Diċembru 2021, V.M.A. v Stolichna obshtina, rayon “Pancharevo”, C-490/20, ECLI:EU:C:2021:1008.
(7) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 14.
(8) ĠU C 474, 24.11.2021, p. 146.
(9) Testi adottati, P9_TA(2021)0406.
(10) Bħal Kindbehartiger fin-Netherlands jew “Youth At Risk” fi Flanders.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/19 |
P9_TA(2022)0110
Miżuri kontra t-tniġġis tal-ilma kkawżat min-nitrati, inkluż titjib fis-sistemi differenti tal-kejl tannitrati fl-Istati Membri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar miżuri kontra t-tniġġis tal-ilma kkawżat min-nitrati, inkluż it-titjib fis-sistemi differenti ta' kejl tan-nitrati fl-Istati Membri (2021/3003(RSP))
(2022/C 434/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 0751/16, 1025/16, 0793/17, 0819/17, 0482/20, 0490/20, 0491/20, 0499/20, 0535/20, 0095/21 u 0862/21, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 4, 191 u 192(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 35 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) (id-“Direttiva dwar in-Nitrati”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (2) (id-“Direttiva Qafas dwar l-Ilma” (WFD)), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (3) (id-“Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (4) (id-“Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (5) (id-“Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”) , |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (6) (id-“Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 – Ingawdu l-benefiċċji ta' ħamrija b'saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima” (COM(2021)0699), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta' Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021)0400), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli u bbażata fuq rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu 2016-2019 (COM(2021)1000), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva diversi petizzjonijiet li jqajmu tħassib dwar it-tniġġis ta' korpi tal-ilma bħala riżultat tan-nitrat u li jiddenunzjaw il-ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE; billi rċieva wkoll petizzjonijiet dwar problemi relatati mas-sistemi differenti ta' kejl tan-nitrati madwar l-Istati Membri u diffikultajiet fil-kejl korrett tal-livelli tan-nitrati fl-ilmijiet Ewropej u billi għandu stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-UE; |
|
B. |
billi l-istatus ta' ħafna korpi tal-ilma fl-UE ddeterjora minħabba sfruttament żejjed u tniġġis u/jew għadu ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-WFD; |
|
C. |
billi hemm reġjuni fl-UE li huma partikolarment esposti għal dan it-tip ta' tniġġis minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom u l-impatt tat-tibdil fil-klima; |
|
D. |
billi eċċess ta' nitrati huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkawża tniġġis dannuż għall-ilma fl-UE minħabba l-akkumulazzjoni tan-nitroġenu u l-fosforu mid-demel tal-bhejjem u mill-fertilizzanti inorganiċi; |
|
E. |
billi n-nitroġenu huwa nutrijent vitali għat-tkabbir tal-pjanti u tal-għelejjel; billi l-konċentrazzjonijiet għoljin tiegħu fl-ilma jagħmlu ħsara lin-nies u lin-natura; billi n-nitrati jikkawżaw it-tnaqqis tal-ossiġenu u l-ewtrofikazzjoni, u b'hekk ipoġġu kemm is-saħħa tal-bniedem kif ukoll l-ekosistemi f'riskju; billi dawn għandhom impatti ekonomiċi sinifikanti fuq it-trattament tal-ilma għall-konsum mill-bniedem, it-trasport tal-ilma ħelu għall-komunitajiet affettwati u s-setturi ekonomiċi li jiddependu mill-ilmijiet imniġġsa; |
|
F. |
billi, bejn l-2016 u l-2019, 14,1 % tal-ilma ta' taħt l-art madwar l-Istati Membri kien għadu qed jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni tan-nitrati stabbilit għall-ilma tax-xorb; billi l-ilma rrapportat bħala ewtrofiku fl-UE jinkludi 81 % tal-ilmijiet tal-baħar, 31 % tal-ilmijiet kostali, 36 % tax-xmajjar u 32 % tal-lagi; billi bejn il-perjodi 2012-2015 u 2016-2019, l-erja totali ta' żoni vulnerabbli għan-nitrati (inkluż fl-Istati Membri li japplikaw approċċ fit-territorju kollu) żdiedet b'14,4 %; billi l-Kummissjoni nnotat li l-ewtrofikazzjoni hija kwistjoni li mhijiex qed titqies biżżejjed fid-deżinjazzjoni ta' żoni kkontaminati min-nitrati; |
|
G. |
billi 30 sena wara l-adozzjoni tad-Direttivi dwar in-Nitrati, id-data dwar il-kwalità tal-ilma turi li l-livelli ta' implimentazzjoni u infurzar għadhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tagħha u l-objettivi korrispondenti tad-WFD; |
|
H. |
billi ħafna Stati Membri għadhom qed jirreġistraw kwalità batuta tal-ilma fit-territorju tagħhom u għandhom problemi sistemiċi fil-ġestjoni tat-telf tan-nutrijenti mill-agrikoltura, filwaqt li xi Stati Membri oħra għandhom hotspots fejn it-tniġġis mhuwiex indirizzat biżżejjed; |
|
I. |
billi, minkejja l-miżuri adottati, il-progress madwar l-UE mill-2012 huwa wieħed kajman; billi l-ksur tad-Direttiva dwar in-Nitrati mill-Istati Membri ħafna drabi jkun relatat ma' nuqqasijiet fl-istabbiltà tan-network ta' monitoraġġ, mad-deżinjazzjoni ta' żoni vulnerabbli u mal-implimentazzjoni ta' programmi ta' azzjoni; |
|
J. |
billi s-sistemi u l-istandards tal-kejl tan-nitrati jvarjaw bejn l-Istati Membri; billi dan ifisser li r-riżultati tal-kejl tan-nitrati ma jistgħux jitqabblu faċilment u jistgħu jwasslu għal problemi relatati mal-kompetizzjoni fis-settur agrikolu tal-UE b'interruzzjonijiet konsegwenti fis-suq intern; |
|
K. |
billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew jipprevedi tnaqqis ta' 50 % fit-telf tan-nutrijenti sal-2030; |
|
L. |
billi f'konformità mad-Direttiva dwar in-Nitrati, l-Istati Membri jeħtiġilhom jidentifikaw u jiddeżinjaw b'mod korrett żoni vulnerabbli għat-tniġġis min-nitrati sabiex jiżguraw azzjoni effettiva biex jiġi miġġieled it-tniġġis min-nitrati fit-territorju tagħhom; |
|
M. |
billi l-ewtrofikazzjoni qed tikkawża telfien inkwetanti tal-bijodiversità u anke, f'xi każijiet, traġedji ambjentali f'ekosistemi ta' valur ambjentali għoli li huma diffiċli li jiġu rettifikati; |
|
N. |
billi d-daqs tal-problemi tat-tniġġis tal-ilma kkawżati mill-użu żbaljat tan-nitrati fl-industrija agrikola u dawk li jirriżultaw minn sorsi muniċipali bħall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi qed jhedded is-sopravivenza ta' xi ekosistemi Ewropej; |
|
O. |
billi ħafna impjanti muniċipali għat-trattament tal-ilma mormi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti attwali; |
|
1. |
Ifakkar li d-WFD tirrikjedi li l-ilmijiet tal-wiċċ Ewropej kollha jilħqu status tajjeb sa mhux aktar tard mill-2027; jesprimi dispjaċir għall-fatt li nofs il-korpi tal-ilma tal-UE għad ma għandhomx status tajjeb u li l-kontaminazzjoni min-nitrati għadha waħda mill-akbar pressjonijiet fuq l-ambjent akkwatiku; |
|
2. |
Jinnota li d-Direttiva dwar in-Nitrati tibqa' strument ewlieni għall-protezzjoni tal-korpi Ewropej tal-ilma; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni mhux adegwata tad-Direttiva dwar in-Nitrati, l-infurzar insuffiċjenti tagħha u l-użu wiesa' tal-eżenzjonijiet mill-Istati Membri; jinnota, għalhekk, li l-progress kien bil-mod mill-adozzjoni tagħha fl-1991; |
|
3. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiżdiedu l-azzjonijiet biex tiġi indirizzata l-ewtrofikazzjoni kemm tal-ilma ħelu kif ukoll tal-melħ ikkawżata min-nitroġenu u l-fosforu mis-sorsi kollha, speċjalment mill-agrikoltura u minn sorsi muniċipali bħall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u l-ilma mormi mhux ittrattat jew ittrattat b'mod mhux xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ambizzjużi f'dan ir-rigward fil-pjan ta' azzjoni integrat tagħha għall-ġestjoni tan-nutrijenti li jmiss, skedat għall-2022; |
|
4. |
Jissottolinja l-fatt li huwa meħtieġ għarfien komprensiv tas-sitwazzjoni f'kull Stat Membru u fil-livell Ewropew; jemmen li l-użu ta' sistemi ta' kejl differenti f'kull Stat Membru jista' jwassal għal diffikultajiet fl-indirizzar tal-problema tat-tniġġis tal-ilma min-nitrati fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-komparabbiltà tal-kejl tan-nitrati u tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-ewtrofikazzjoni madwar l-Istati Membri; huwa tal-fehma li s-sistemi ta' valutazzjoni tal-kejl tan-nitrati u tal-ewtrofikazzjoni, u b'mod partikolari l-post tal-punti ta' kejl, għandhom jiġu armonizzati fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri f'dan il-proċess billi ttejjeb il-linji gwida tagħha kif ukoll twettaq studju dwar kif is-sistemi ta' monitoraġġ jiġu implimentati mill-Istati Membri; jisħaq li hija meħtieġa sistema uniformi għall-kampjunar u l-analiżi sabiex il-valuri mkejla jsiru komparabbli; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw trasparenza sħiħa u aċċess pubbliku fir-rigward tal-immudellar u l-għażliet u s-suppożizzjonijiet sottostanti li jsiru biex jiġu stmati l-emissjonijiet tan-nitroġenu; |
|
6. |
Jissottolinja li l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kwalità tal-ilma u jiġi miġġieled it-tniġġis ikkawżat min-nitrati jridu jitfasslu u jiġu adottati abbażi ta' data dwar il-kwalità tal-ilma u mhux stimi li jitfasslu minn mudelli, li jistgħu jipprovdu biss informazzjoni addizzjonali għal miżuri mmirati; |
|
7. |
Iqis li t-titjib f'waqtu u sinifikanti tal-miżuri rilevanti kollha stabbiliti biex tiġi żgurata kwalità tajba tal-ilma huwa ta' importanza kbira, peress li, abbażi tax-xejriet osservabbli attwali, huma meħtieġa bidliet drastiċi biex jintlaħqu l-objettivi tad-WFD ta' status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-ilma; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza b'mod adegwat il-każijiet kollha ta' nuqqas ta' konformità mad-Direttiva dwar in-Nitrati billi tqis bis-sħiħ il-korp dejjem akbar ta' evidenza u informazzjoni mressqa miċ-ċittadini, u tiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward tal-azzjonijiet ġenerali tagħha kontra Stati Membri mhux konformi sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet taċ-ċittadini u l-kapaċità tagħhom li jgawdu bis-sħiħ il-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex ittejjeb bil-bosta l-użu tas-setgħat ta' infurzar tagħha, inkluż billi tagħmel użu effettiv u f'waqtu mill-proċeduri ta' ksur sabiex jiġi ggarantit li l-Istati Membri jiddeżinjaw kif xieraq żoni vulnerabbli għan-nitrati u jistabbilixxu u jimplimentaw b'mod preċiż il-miżuri rilevanti kollha fil-programmi ta' azzjoni dwar in-nitrati; |
|
9. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li matul il-perjodu 2016-2019, għaxar Stati Membri kienu s-suġġett ta' każijiet ta' ksur li għadhom għaddejjin għan-nuqqas ta' konformità mad-Direttiva dwar in-Nitrati; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod urġenti t-tniġġis eżistenti tal-ilma u jipprevjenu kwalunkwe riskju ta' tniġġis ulterjuri billi jsaħħu d-deżinjazzjoni ta' żoni vulnerabbli skont id-Direttiva dwar in-Nitrati u jsaħħu l-programmi ta' azzjoni sabiex jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ il-miżuri adottati skont id-Direttiva dwar in-Nitrati; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw l-integrazzjoni tal-objettivi tal-ilma f'oqsma ta' politika oħrajn; |
|
10. |
Jirrimarka li t-tibdil fil-klima u ż-żieda fix-xita jistgħu jwasslu għall-għargħar u t-telf tan-nutrijenti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-programmi ta' azzjoni attwali jaf ma jindirizzawx b'mod adegwat dawn ir-riskji; jistieden lill-Istati Membri jqisu dawn il-projezzjonijiet u r-riskji meta jirrieżaminaw il-programmi ta' azzjoni tagħhom, filwaqt li japplikaw il-prinċipju ta' prekawzjoni; |
|
11. |
Jirrimarka l-importanza li tiġi promossa l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet biex jiġu xprunati l-effiċjenza u l-prattiki tajbin fl-agrikoltura, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ineffiċjenzi li jwasslu għal użu eċċessiv tal-ilma, il-fertilizzanti, il-pestiċidi u l-antibijotiċi; |
|
12. |
Ifakkar fl-importanza li nimxu lejn agrikoltura ambjentalment sostenibbli sabiex jiġi eliminat it-tniġġis tan-nutrijenti u tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' prattiki ambjentali tajbin, inkluż billi jintużaw kif xieraq l-għodod rilevanti kollha offruti mill-politika agrikola komuni, mill-Fondi Strutturali u minn programmi oħra tal-UE, bħal LIFE; jisħaq fuq l-importanza li jintużaw prattiki innovattivi bħall-irkupru tan-nitroġenu mid-demel biex jiġi mmitigat dan it-tniġġis u tiġi mminimizzata t-tnixxija tan-nutrijenti fl-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja programmi ta' riċerka fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa biex jinstabu soluzzjonijiet intelliġenti u innovattivi għall-problema tat-tniġġis tan-nutrijenti fl-UE; |
|
13. |
Iqis li regolament huwa l-istrument leġiżlattiv xieraq li permezz tiegħu tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ilma mit-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli u biex jiġi applikat infurzar uniformi tal-objettivi relatati mal-kwalità tal-ilma madwar l-UE f'konformità mal-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
|
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.
(2) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(4) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.
(5) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
L-Erbgħa 6 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/23 |
P9_TA(2022)0112
Approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni – L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni: L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel (2021/3001(RSP))
(2022/C 434/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2021 dwar approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni: L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel (COM(2021)0252), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020)0628), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015 bl-isem “Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni: L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel (O-000013/2022 – B9-0011/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
|
A. |
billi l-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel tirrikonoxxi li ċ-ċaqliq attwali fil-poter ġeopolitiku joħloq sfidi għad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri u l-libertà akkademika; |
|
B. |
billi l-istrateġija għandha l-għan li tippromwovi regoli bbażati fuq il-multilateraliżmu, it-trasparenza reċiproka, kundizzjonijiet ekwivalenti, u soluzzjonijiet ekoloġiċi, diġitali, tas-saħħa, soċjali u bbażati fuq l-innovazzjoni f'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, filwaqt li tħares ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-valuri kondiviżi; |
|
C. |
billi l-istrateġija se tiġi implimentata permezz ta' inizjattivi mfassla fuq l-approċċ Tim Ewropa; |
|
D. |
billi l-programm Orizzont Ewropa se jibqa' miftuħ għad-dinja, u billi l-Unjoni se taħdem favur fehim u implimentazzjoni komuni ta' prinċipji bħalma huma l-etika u l-integrità tar-riċerka, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diversità u l-inklużività, id-data miftuħa u x-xjenza miftuħa, il-libertà akkademika, l-istandards u t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza; |
|
E. |
billi l-istrateġija għandha l-għan li timmobilizza x-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni sostenibbli u inklużiva lejn soċjetajiet u ekonomiji bbażati fuq l-għarfien f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju; |
|
F. |
billi l-insegwiment tal-aġenda għad-diplomazija xjentifika jsaħħaħ is-sħubijiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi u jgħin biex jiġu appoġġjati l-objettivi diplomatiċi; |
|
G. |
billi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) hija parti integrali miż-Żona Ewropea tar-Riċerka; |
|
H. |
billi l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija se jkollhom rwoli importanti fl-appoġġ tan-negozji ġodda innovattivi f'inizjattivi ta' kollaborazzjoni ma' pajjiżi terzi; |
|
I. |
billi l-kooperazzjoni internazzjonali fir-R&I konformi mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew hija indispensabbli u neċessarja biex tissaħħaħ is-saħħa globali u jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali ġusti, filwaqt li jiġi żgurat li tinstab soluzzjoni fit-tul għal dawn l-isfidi; |
|
J. |
billi l-UE għandha tmexxi bl-eżempju billi tipproteġi l-istandards tal-proprjetà intellettwali tal-UE u tindirizza l-indħil barrani; |
|
K. |
billi r-R&I internazzjonali jista' jkollhom rwol importanti fil-kontribut għall-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu; |
|
L. |
billi l-istrateġija tippromwovi kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi industrijalizzati; |
|
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni: L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel, li tirrikonoxxi li x-xjenza u l-innovazzjoni huma parti mill-istess sistema u li l-kooperazzjoni globali jeħtieġ li tikkunsidra l-aspetti kollha tal-katina tal-valur tal-għarfien; |
|
2. |
Jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li tagħmel l-approċċ globali sforz li fir-rigward tiegħu Tim Ewropa se jiġbor flimkien ir-riżorsi tiegħu; |
|
3. |
Jikkunsidra li l-kooperazzjoni internazzjonali fir-R&I hija parti integrali miż-Żona Ewropea tar-Riċerka mġedda u jitlob lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal tal-azzjonijiet u l-programmi rilevanti tal-Unjoni biex tattira t-talenti minn madwar id-dinja; |
|
4. |
Ifakkar fil-ħtieġa ta' investiment kontinwu fil-ħiliet u l-karrieri tar-riċerkaturi, li għandu jinkludi l-appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rwol strutturat għall-partijiet ikkonċernati Ewropej rilevanti tar-R&I u għall-Parlament Ewropew fil-Forum taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għat-Tranżizzjoni; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tiżviluppa kooperazzjoni multilaterali bbażata fuq ir-regoli biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi, soċjetali u ambjentali globali ewlenin, fejn ir-R&I għandu jkollhom rwol ċentrali; |
|
7. |
Ifakkar li l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16(1), il-punt (d) tar-Regolament dwar l-Orizzont Ewropa (2) jistgħu jiġu ffirmati biss ma' pajjiżi terzi u territorji li jieħdu impenn fir-rigward ta' ekonomija tas-suq miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, inkluż trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet demokratiċi; |
|
8. |
Jiddispjaċih bir-rwol limitat tax-Xjenzi Soċjali u Umanistiċi f'dixxiplini għall-kooperazzjoni globali; |
|
9. |
Jisħaq fuq ir-rwol ewlieni li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni jista' jkollhom fit-trawwim tal-kooperazzjoni internazzjonali u fl-isfruttar tal-potenzjal tal-kumpaniji ġodda u li qed jespandu permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'inizjattivi ma' pajjiżi terzi; iħeġġeġ impriżi konġunti u sħubijiet oħra tal-Unjoni fir-R&I biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali; |
|
10. |
Jisħaq li l-kooperazzjoni globali fir-R&I hija kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa, filwaqt li jinnota li din ma tistax twassal għal ftuħ mingħajr ebda kundizzjoni min-naħa tal-Unjoni; jappoġġja l-approċċ ġenerali kkaratterizzat mill-prinċipju ta' “kemm jista' jkun miftuħ, magħluq kemm meħtieġ”; |
|
11. |
Jappoġġja l-prinċipju li jiġi permess aċċess reċiproku għall-programmi ta' riċerka, ix-xjenza miftuħa u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali filwaqt li s-sħab jiġu meħtieġa jirrispettaw u jilħqu l-istandards Ewropej għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; jilqa' s-sett ta' għodod tal-Kummissjoni dwar l-Indirizzar tal-Indħil Barrani fir-R&I filwaqt li jinżamm l-impenn favur il-preservazzjoni ta' approċċ kollaborattiv u miftuħ għax-xjenza u l-innovazzjoni; |
|
12. |
Jappoġġja l-użu tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar l-Orizzont Ewropa f'każijiet eċċezzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, tippubblika politika għal esklużjonijiet ġustifikati u tniedi dibattitu pubbliku dwar l-użu xieraq ta' dawn il-possibbiltajiet; |
|
13. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-approċċ globali jiġi allinjat mal-istrateġija industrijali tal-Unjoni u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala muturi għall-prosperità u t-tkabbir ekonomiku u sostenibbli; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni aktar b'saħħitha lill-kooperazzjoni industrijali bħala parti mill-istrateġija; |
|
14. |
Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tas-semikondutturi biex tiġi żgurata s-sovranità diġitali tal-Unjoni; jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, u jenfasizza l-kollaborazzjoni fir-riċerka ma' pajjiżi terzi assoċjati mal-programmi eżistenti tal-Unjoni; |
|
15. |
Jenfasizza r-rwol importanti tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej (SMEs) fil-kooperazzjoni internazzjonali u jisħaq li l-SMEs jeħtiġilhom jingħataw l-opportunità ta' aċċess għal konsulenza dwar l-investimenti, strumenti li jgħinu biex iżidu l-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom, u jeħtiġilhom ikollhom il-ħila li jiżviluppaw kapaċitajiet biex jattiraw it-talenti minn madwar id-dinja; |
|
16. |
Jenfasizza li l-UE għandha tiżgura li l-kooperazzjoni internazzjonali kollha fir-R&I titwettaq f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, u tikkontribwixxi għalihom, u fl-aħħar mill-aħħar tiżgura l-iżvilupp tal-innovazzjoni u t-teknoloġiji f'konformità mal-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jieħdu impenn favur aktar trasferimenti ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet ambjentali u klimatiċi kruċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
18. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi s-sinerġiji bejn il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi; iqis li jeħtieġ li jiġu żviluppati sħubijiet imfassla apposta fir-R&I ma' pajjiżi terzi u li dawn jiġu integrati f'kooperazzjoni ekonomika u għall-iżvilupp usa' bħal dik fl-ambitu tal-inizjattiva Global Gateway; |
|
19. |
Huwa tal-fehma li l-approċċ globali għar-R&I għandu jagħmel enfasi qawwija fuq is-saħħa, il-mediċina preventiva u l-kura tas-saħħa u jkollu fil-qalba tiegħu l-prinċipji ta' aċċess miftuħ, kondiviżjoni tad-data, il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-trijade tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà; iqis li dawn il-prinċipji għandhom japplikaw għall-proġetti ta' riċerka li jiżviluppaw teknoloġiji u prodotti mediċinali li jaqdu lill-komunitajiet lokali filwaqt li jtejbu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa; |
|
20. |
Jirrakkomanda l-intensifikazzjoni tal-kollaborazzjoni mal-pajjiżi kollha interessati u li għandhom l-istess fehma sabiex tinstab soluzzjoni fit-tul għan-nuqqas ta' materja prima, u li jiżdiedu l-kapaċijiet ta' innovazzjoni globali fix-xjenza tal-materjali u l-ekonomija ċirkolari filwaqt li tiġi mħeġġa s-sostituzzjoni, sabiex titnaqqas l-impronta ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' din il-materja prima kritika; |
|
21. |
Jappoġġja l-isforzi u l-inizjattivi tal-Unjoni biex tippromwovi d-diplomazija dwar ix-xjenza inkluż l-iżvilupp ta' aġenda ta' diplomazija dwar ix-xjenza mill-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; |
|
22. |
Josserva bi tħassib dejjem akbar il-pressjoni u r-restrizzjonijiet li qed jikbru fuq il-libertà akkademika fl-Unjoni u madwar id-dinja; |
|
23. |
Huwa mħasseb dwar iż-żieda fid-dipendenza finanzjarja tal-universitajiet Ewropej fuq pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għal-libertà akkademika; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta għall-protezzjoni legali tal-libertà akkademika fl-Unjoni fit-Trattati u tagħmel referenza għar-rispett ta' din il-libertà fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena u bħala parti mir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm Orizzont Ewropa dwar l-istat tal-libertà akkademika fl-Ewropa u fil-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha xi assoċjazzjoni jew ftehim ta' kollaborazzjoni xjentifika; |
|
26. |
Jisħaq li l-Kummissjoni jeħtieġ li toħroġ b'mod urġenti linji gwida prattiċi lill-partijiet ikkonċernati tar-R&I dwar il-libertà akkademika sabiex tiżgura s-sikurezza, is-sigurtà, il-benesseri u l-kompetittività tal-Unjoni; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jrawmu azzjonijiet u jistabbilixxu programm tal-UE biex jappoġġjaw soġġorni jew fellowships akkademiċi għar-riċerkaturi f'riskju; |
|
28. |
Jisħaq li l-Unjoni għandha rwol fundamentali fl-avvanz tax-xjenza miftuħa madwar id-dinja u l-kondiviżjoni transfruntiera ta' data, riżultati u infrastruttura tar-riċerka, filwaqt li taderixxi mal-prinċipju FAIR (traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli); jinnota, madankollu, li dan ma jistax iwassal għal ftuħ mingħajr ebda kundizzjoni u jappoġġja l-prinċipju ġenerali ta' “kemm jista' jkun miftuħ, magħluq kemm meħtieġ”; |
|
29. |
Jemmen li approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni internazzjonali huwa komponent kruċjali ta' approċċ globali ta' suċċess għar-R&I u jistenna bil-ħerqa strateġija Ewropea għall-istandardizzazzjoni; |
|
30. |
Jisħaq li fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħha fir-R&I, l-Unjoni għandha tieħu rwol mexxej u tistabbilixxi standards etiċi għoljin u tapplika grad għoli ta' integrità tar-riċerka fil-forniment ta' xjenza ta' klassi dinjija, filwaqt li tiżgura li r-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jkunu konformi mal-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-Orizzont Ewropa u ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent; |
|
31. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b'enfasi fuq it-tisħiħ tal-kompetenzi u r-rwol tar-riċerkaturi nisa; jissottolinja l-ħtieġa li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata aħjar fil-kontenut tar-R&I u l-ġbir ta' data u riżultati disaggregati, filwaqt li jissaħħaħ il-bilanċ bejn il-ġeneri fit-timijiet tar-R&I; jitlob lill-Kummissjoni tagħti segwitu għal dawn l-għanijiet permezz tad-djalogu u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' pajjiżi terzi; |
|
32. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jidħlu fi ftehim interistituzzjonali mal-Parlament sabiex jagħtuh rwol aktar b'saħħtu fil-ġestjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni ffirmati skont l-Artikolu 16(1), il-punt (d) tar-Regolament dwar l-Orizzont Ewropa, fid-dawl tan-natura politika profonda tagħhom u l-impatt baġitarju tagħhom fuq il-programmi qafas attwali u futuri; |
|
33. |
Jenfasizza l-importanza li jinsabu s-sinerġiji u tissaħħaħ il-kooperazzjoni permezz tal-programmi ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, l-investimenti fl-iżvilupp ta' infrastruttura globali fl-ambitu tal-inizjattiva Global Gateway, u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, biex tinbena l-kapaċità fil-pajjiżi sħab fil-qasam tar-R&I u l-edukazzjoni għolja, filwaqt li jissaħħu s-sħubijiet diġà eżistenti, b'mod partikolari dawk mas-sħab Afrikani; iqis li hu daqstant ieħor importanti li jinbnew kapaċitajiet tar-R&I fid-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja biex jiġi żgurat approċċ verament globali għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE; |
|
34. |
Jenfasizza l-ħtieġa tat-tisħiħ tar-R&I fil-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi bi b'introjtu baxx u medju f'oqsma ewlenin bħat-tibdil fil-klima, is-saħħa, it-tħejjija għall-epidemiji, id-diġitalizzazzjoni, is-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni; |
|
35. |
Jinnota li l-istrateġija tal-UE għall-idroġenu se teħtieġ l-importazzjoni ta' idroġenu nadif; jenfasizza li l-pajjiżi tan-Nofsinhar fil-madwar tal-Mediterran għandhom potenzjal kbir biex jużaw u jesportaw idroġenu nadif lejn l-Ewropa; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-aħjar mod biex tiġi ffaċilitata din ir-relazzjoni kummerċjali futura jkun li s-sħab kollha jiġu inklużi fl-isforzi tar-R&I li se jirfdu l-istrateġija għall-idroġenu; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li tespandi l-finanzjament tas-sħubijiet tal-Unjoni fir-R&I, bħas-sħubija fir-R&I fiż-żona tal-Mediterran (PRIMA), mingħajr ma tiddevja mill-objettivi prinċipali tagħhom, b'mod partikolari billi tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi konġunti li l-Mediterran jeħtieġ b'mod urġenti; |
|
36. |
Jilqa' l-appoġġ politiku mġedded favur kooperazzjoni trans-Atlantika aktar fil-fond permezz ta' fora kummerċjali u teknoloġiċi differenti u jappoġġja l-intensifikazzjoni ulterjuri tal-kollaborazzjoni xjentifika bejn l-UE u l-Istati Uniti; |
|
37. |
Jisħaq fuq l-importanza li jitrawmu sforzi tar-R&I u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant sabiex jiġu promossi l-iżvilupp, il-paċi u l-istabbiltà ġeopolitika; |
|
38. |
Jikkundanna bil-qawwa l-invażjoni vjolenti tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, f'kooperazzjoni mal-Gvern Ukren, sejħiet għal proġetti fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa mmirati lejn it-tisħiħ tas-settur tax-xjentifiku Ukren, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna; jistieden lill-Unjoni twaqqaf kull kooperazzjoni fix-xjenza u r-riċerka mal-Federazzjoni Russa, l-entitajiet Russi u l-entitajiet Ewropej ikkontrollati minn entitajiet Russi, u tapplika l-istess approċċ għal kwalunkwe pajjiż li jappoġġja l-isforzi tal-gwerra Russi; |
|
39. |
Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' politika dwar l-innovazzjoni mal-Georgia u r-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar kif stabbilit fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia; |
|
40. |
Jistieden lill-gvernijiet tal-Iżvizzera u tar-Renju Unit u lill-Kummissjoni jistabbilixxu mill-ġdid relazzjonijiet kostruttivi bħala bażi għal kooperazzjoni msaħħa u assoċjazzjoni potenzjali mal-programm Orizzont Ewropa; |
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/28 |
P9_TA(2022)0113
Implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar il-bidu tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027 (2022/2527(RSP))
(2022/C 434/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, 174-178 u 349 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2022 intitolata “It-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: Il-koeżjoni fl-Ewropa sal-2050” (COM(2022)0034), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) (COM(2022)0109), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027 (O-000002/2022 – B9-0006/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 136(5) u l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta kontinwament il-politika ewlenija ta' investiment u solidarjetà fil-livell tal-UE għall-ugwaljanza soċjali u t-tranżizzjoni ġusta, u hija katalista stabbilita għat-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, u għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-UE, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, permezz ta' baġit li jammonta għal EUR 392 biljun sal-2027; |
|
B. |
billi l-pandemija kienet ir-raġuni ewlenija għad-dewmien fin-negozjati tal-politika ta' koeżjoni u dan ikkawża dewmien sussegwenti biex jiġi adottat il-qafas leġiżlattiv għall-perjodu ta' finanzjament 2021-2027; billi l-maġġoranza tal-Istati Membri ma rnexxilhomx iħaffu t-tħejjija tal-proċess ta' programmazzjoni; |
|
C. |
billi l-prijoritizzazzjoni biex jitħejjew il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, kif ukoll l-infiq ta' REACT-EU, għalkemm kienet meħtieġa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, ikkontribwiet involontarjament għad-dewmien imsemmi hawn fuq; |
|
D. |
billi l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni għandu jkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-istat tad-dritt u l-kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija; |
|
E. |
billi, skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, il-programmi u l-ftehimiet ta' sħubija huma għodod strateġiċi biex jiggwidaw l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni, iżda s'issa ftit biss ġew ippreżentati u waħda biss (fil-Greċja) ġiet adottata; |
|
F. |
billi bħala riżultat ta' dan ta' hawn fuq ġew impenjati biss 0,2 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ippjanati għall-2021 taħt l-Intestatura 2.1: “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”, ammont li huwa ferm inqas meta mqabbel mal-2014 (4,22 %), anke minħabba l-prijorità mogħtija lil fondi u lil inizjattivi ġodda, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, React-EU u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta; |
|
G. |
billi l-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni stqarr li huwa jistenna li kważi l-allokazzjoni baġitarja kollha tal-2021 ikollha tiġi riprogrammata għas-snin ta' wara, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (6); |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-dewmien sinifikanti biex tiġi implimentata l-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2021-2027, filwaqt li jagħraf li huwa importanti li programmi ta' kwalità għolja jiġu adottati fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni sabiex tiġi evitata r-riprogrammazzjoni fi stadju ulterjuri; |
|
2. |
Jisħaq li d-dewmien attwali qed jisfida l-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jippjanaw b'mod effettiv, jimplimentaw il-fondi tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-perjodu 2021-2027 u jiżguraw l-irkupru ekonomiku u r-reżiljenza tar-reġjuni Ewropej; |
|
3. |
Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni, flimkien mal-kofinanzjament garantit mill-Istati Membri, tkompli tipprevedi proporzjon kbir tan-nefqa pubblika marbuta mat-tkabbir fl-UE u hija strument importanti maħsuba biex tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u tappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq li għalhekk huwa imperattiv li tinbeda l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda malli jiġu adottati sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni u fi ħdanhom, jitwettqu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta u inklużiva, jiġu massimizzati r-riżultati tal-investimenti fit-tkabbir sostenibbli, tiżdied il-produttività, tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, jiġi miġġieled it-telfien tal-bijodiversità u jkun hemm konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex iħaffu l-adozzjoni ta' programmi u ftehimiet ta' sħubija fl-iqsar żmien possibbli mingħajr ma jdgħajfu l-miri ta' kontribut klimatiku, il-prinċipju ta' sħubija u l-proċess ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jinkoraġġixxu l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u approċċi oħra minn isfel għal fuq; jesiġi, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni – filwaqt li tkompli tagħti attenzjoni partikolari lill-kwalità, lill-prinċipji orizzontali u lill-ħtieġa li titkompla l-ġlieda kontra l-frodi – tanalizza l-modi kollha possibbli biex tissimplifika l-proċeduri interni tagħha ħalli tappoġġa dan il-proċess; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-politika ta' koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħala tandem baġitarju u operazzjonali, minflok ma jagħtu prijorità lill-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza a skapitu tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' koeżjoni; iqis li huwa fundamentali li tiġi stabbilita komplementarjetà fi ħdan il-programmi ta' koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u bejniethom, u li jiġu evitati duplikazzjonijiet fl-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tar-riżorsi rigward il-programmi ta' koeżjoni; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tisfrutta bis-sħiħ il-possibbiltajiet eżistenti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni attwali biex il-programmi u l-ftehimiet ta' sħubija jiġu approvati b'pass aktar mgħaġġel, filwaqt li tirrispetta l-Kodiċi ta' Kondotta dwar is-Sħubija; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, tikkoopera mal-Istati Membri u tippreżenta lill-Parlament il-miżuri li biħsiebha tieħu biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programmi, flimkien mal-iskeda ta' żmien prevista; |
|
8. |
Jinsab imħasseb li kwalunkwe sottoimplimentazzjoni perċepita jaf twassal għal sejħiet biex jitnaqqas il-baġit tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tressaq pjan ta' kontinġenza biex ittaffi r-riskju ta' sottoimplimentazzjoni u diżimpenji minħabba li l-programmi nbdew tard permezz ta' proposta leġiżlattiva matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu u, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' reviżjoni korrispondenti tal-qafas finanzjarju pluriennali; |
|
9. |
Jissottolinja li d-dewmien attwali fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2021-2027 ixekkel il-kapaċità tal-Istati Membri li jirreaġixxu, fil-kuntest tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, mhux biss għall-kriżi tal-enerġija u tal-provvista, iżda wkoll għall-kriżi tar-refuġjati fuq perjodu medju u twil; jilqa' l-flessibbiltà temporanja u l-miżuri addizzjonali offruti mill-proposta CARE u l-aħħar proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied il-prefinanzjament, li se jgħinu biex tiżdied il-kapaċità tal-Istati Membri li jirreaġixxu għal din il-kriżi umanitarja; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li CARE ma jkollhiex impatt baġitarju negattiv u ma taffettwax il-programmi, il-proġetti u l-investimenti li għaddejjin bħalissa; jisħaq, madankollu, li CARE u l-użu propost tal-finanzjament ta' REACT-EU jaf ma jkunux biżżejjed fil-kuntest tal-kriżi attwali tar-refuġjati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika jekk ikunx possibbli li l-fondi tal-2022 għall-perjodu ta' finanzjament attwali, li jaf jiġu diżimpenjati minħabba dewmien fil-programmazzjoni, jintużaw għal CARE II, sabiex tiġi żgurata kura kontinwa għar-refuġjati; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(1) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60.
(5) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/31 |
P9_TA(2022)0114
Implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' edukazzjoni ċivika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' edukazzjoni ċivika (2021/2008(INI))
(2022/C 434/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-għan 4 (Edukazzjoni ta' kwalità) u l-mira 4.7, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 intitolata “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-emanċipazzjoni tal-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGTBIQ 2020-2025” (COM(2020)0698), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas ta' Referenza tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Kompetenzi għal Kultura Demokratika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta dwar l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċittadinanza Demokratika u l-Edukazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021)0102), |
|
— |
wara li kkunsidra il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat u ffirmat mill-Kunsill tal-UE, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura – Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f'Gothenburg, is-17 ta' Novembru 2017 (COM(2017)0673), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Appoġġ lill-prevenzjoni mir-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti” (COM(2016)0379), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 – Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali” (COM(2020)0624), |
|
— |
wara li kkunsidra l-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020), b'mod partikolari l-objettiv tiegħu li jippromwovi l-ekwità, il-koeżjoni soċjali, u ċ-ċittadinanza attiva, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2021 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2021 dwar it-tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli waqt il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi 2015), iffirmata fis-17 ta' Marzu 2015 f'Pariġi, fi Franza, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport minn Panel 1 taċ-Ċittadini Ewropej tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bit-titolu “Ekonomija aktar b'saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi / Edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport / Trasformazzjoni diġitali”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2021 bit-titolu “Rapport dwar l-Ideat taż-Żgħażagħ għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport Eurydice tal-Kummissjoni tas-7 ta' Novembru 2017 bit-titolu “L-Edukazzjoni fiċ-Ċittadinanza fl-Iskejjel fl-Ewropa, 2017”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Unjoni tal-Federalisti Ewropej (UEF) dwar approċċ sistematiku għall-edukazzjoni ċivika Ewropea, adottata fl-4 ta' Lulju 2021 fil-Kungress Ewropew XXVII tal-UEF f'Valencia, |
|
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa ta' informazzjoni ta' Mejju 2021 mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-qafas strateġiku tal-2030 għall-edukazzjoni u t-taħriġ, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport Eurydice tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2020 bit-titolu “L-ekwità fl-edukazzjoni skolastika fl-Ewropa – Strutturi, politiki u prestazzjoni tal-istudenti”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2021 bit-titolu “Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 – Responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom” (COM(2020)0730), |
|
— |
wara li kkunsidra il-pjan ta' azzjoni għad-demokrazija Ewropea tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sommarju tas-sejbiet u tad-diskussjonijiet fil-Forum dwar il-Futur tat-Tagħlim tal-2019 ippubblikat mill-panel ta' esperti Ewropej tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-7 ta' Diċembru 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2020 bit-titolu “Iċ-Ċittadinanza u d-Demokrazija tal-Unjoni Ewropea”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-2017 tan-Network Jean Monnet għall-edukaturi tal-għalliema dwar l-identità u ċ-ċittadinanza tat-tfal fl-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2015 bit-titolu “Il-Promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni – Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi tal-politika tal-edukazzjoni fl-Ewropa wara d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2018 u l-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument dwar il-kwistjoni tal-Bord ta' Esperti Ewropej fuq l-Edukazzjoni u t-Taħriġ dwar l-inklużjoni u ċ-ċittadinanza, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar id-djalogi maċ-Ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0060/2022), |
|
A. |
billi l-edukazzjoni hi dritt fundamentali u beni pubbliku li għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas għal kulħadd b'mod ugwali; billi l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jipparteċipa bis-sħiħ u b'sinifikat fis-soċjetà; billi l-edukazzjoni u t-tagħlim m'għandhomx jitqiesu biss bħala għodda għad-dispożizzjoni tas-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi sfidi sistemiċi ġodda b'impatti lokali, reġjonali u globali, bħat-tibdil fil-klima, il-bidla diġitali, id-distakki soċjali u territorjali, jew l-integrazzjoni politika supranazzjonali nnifisha, jeħtieġu l-adattament korrispondenti tas-sistemi edukattivi, inkluża l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza; billi t-tranżizzjoni ekoloġika u l-Patt Ekoloġiku jappellaw għal espansjoni tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza biex din tinkludi l-ħtieġa ta' azzjoni responsabbli, mhux biss fi ħdan komunità jew soċjetà partikolari, iżda lejn il-pjaneta kollha kemm hi; billi l-bidla diġitali u l-aġenda diġitali mhux biss jiftħu opportunitajiet ġodda għal ċittadinanza attiva u parteċipazzjoni demokratika online, iżda jinkludu wkoll riskji u theddid ikkawżati mill-miżinformazzjoni u mid-diżinformazzjoni; billi ċittadinanza diġitali attiva għandha tqis u tindirizza d-distakk diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet; billi l-involviment tal-midja lokali, nazzjonali u Ewropea fil-popolarizzazzjoni tal-kultura u l-istorja Ewropej huwa parti importanti tad-dibattitu pubbliku u tal-involviment taċ-ċittadinanza; |
|
C. |
billi l-edukazzjoni ċivika trid tinftiehem f'diversi livelli, li jinkludu d-dimensjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u globali taċ-ċittadinanza; billi l-proċess kontinwu tal-globalizzazzjoni u tal-integrazzjoni Ewropea se jirrikjedi li l-ġenerazzjoni l-ġdida ta' Ewropej tinvolvi dejjem aktar ruħha politikament f'diversi livelli, biex tkun tista' tgħix u taħdem internazzjonalment u tamministra d-differenzi fil-ħajja ta' kuljum tagħha; billi l-ħsieb kritiku, il-ħiliet interpersonali u l-kompetenzi ċiviċi qegħdin ikunu dejjem aktar importanti fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali; billi s-soċjetajiet qegħdin isiru aktar diversifikati, u b'hekk qiegħda ssir dejjem aktar importanti li fl-Ewropa jkun hemm ir-rispett għad-diversità tal-kulturi u tal-oriġini u r-rifjut ta' kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-persuni LGTBIQ jew il-minoranzi; |
|
D. |
billi l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tibbenefika minn approċċ transsettorjali u kooperazzjoni reċiproka bejn edukazzjoni formali, mhux formali u informali; billi l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tippermetti lill-edukaturi u lill-apprendisti jiskopru l-valuri, l-attitudnijiet, il-ħiliet u l-għarfien u jifhmu d-dinja flimkien, inkluż permezz ta' pedagoġija parteċipattiva; |
|
E. |
billi l-bidliet soċjopolitiċi osservati fl-Istati Membri, li jvarjaw mill-polarizzazzjoni soċjali u minn fiduċja baxxa fl-istituzzjonijiet sa rigress demokratiku, l-erożjoni tal-istat tad-dritt, in-nazzjonaliżmu esklużiv u l-istrumentalizzazzjoni tal-Ewroxettiċiżmu għal skopijiet politiċi, flimkien maż-żieda ta' movimenti estremisti, it-tfaċċar mill-ġdid tar-razziżmu u l-ksenofobija fil-forom kollha tagħhom, l-awtoritarjaniżmu flimkien mal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni jistgħu jkunu ta' theddida serja għad-demokraziji Ewropej u jiddestabbilizzaw lill-UE kollha kemm hi; billi t-tisħiħ tal-edukazzjoni ċivika f'kuntesti formali, mhux formali u informali, permezz ta' edukazzjoni ta' tagħlim tul il-ħajja jista' jkollu rwol importanti fil-ġlieda kontra din it-tendenza u fit-tkattir ta' diskors politiku aktar miftuħ, kif ukoll fl-inkoraġġiment ta' involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċessi politiċi u leġiżlattivi fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew; |
|
F. |
billi l-appoġġ politiku għall-Unjoni għandu t-tendenza li jiġi espress f'termini ta' sentimenti, attitudnijiet u valuri aktar milli f'termini tal-impatt konkret tiegħu fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini; billi hemm nuqqas ta' prossimità u fehim tal-proċessi demokratiċi u tal-mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni tal-Unjoni fost iċ-ċittadini, speċjalment iż-żgħażagħ; billi momentum Ewropew imġedded għall-edukazzjoni ċivika jista' jkun mod kif iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jieħdu sehem fl-elezzjonijiet, filwaqt li tiġi limitata l-attraenza ta' diskorsi estremisti u populisti, u b'hekk tissaħħaħ ukoll il-koeżjoni soċjali; |
|
G. |
billi l-ħolqien ta' ċittadinanza dinamika Ewropea ġie mfixkel minn lakuna fl-għarfien u fl-aspett emozzjonali, kif ukoll minn nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u djalogu bejniethom; billi l-identità Ewropea tikkomplementa l-bosta identitajiet lokali, nazzjonali, ġeografiċi, kulturali jew identitajiet oħra li persuna jista' jkollha; billi għarfien limitat dwar l-UE, jew nuqqas tiegħu, u nuqqas ta' fehim tal-funzjonament u l-valur miżjud tagħha jistgħu jikkontribwixxu għall-perċezzjoni ta' defiċit demokratiku u jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' fiduċja, diżimpenn ċiviku u Ewroxettiċiżmu fl-Istati Membri; |
|
H. |
billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel stiednet lill-Kummissjoni tipprovdi qafas komuni u tħejji linji gwida b'eżempji konkreti ta' tagħlim dwar l-UE sabiex jitrawwem ħsieb oġġettiv u kritiku dwar il-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tagħha; |
|
I. |
billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2021 dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tappella biex ż-ŻEE tippermetti fluss akbar ta' studenti, għalliema u għarfien, trawwem sens ta' appartenenza Ewropea u sensibilizzazzjoni ċivika, tiggarantixxi d-drittijiet u l-valuri, tipprovdi opportunitajiet ġusti u ugwali, u ttejjeb il-koeżjoni soċjali; |
|
J. |
billi l-Kummissjoni naqset milli twettaq kwalunkwe inizjattiva sostanzjali ta' natura sistemika f'dan il-qasam strateġiku; billi l-programmi eżistenti tal-UE, bħal Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, għad għandhom potenzjal sinifikanti mhux sfruttat għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza b'approċċ aktar strateġiku għall-komponenti ta' apprendiment formali, mhux formali u informali tal-programmi, u b'koordinazzjoni aħjar tar-riżorsi; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar biex itejbu u jżidu l-fluss ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea u dwar drittijiet u obbligi speċifiċi; |
|
K. |
billi diversi Stati Membri żviluppaw skemi nazzjonali ta' volontarjat; billi l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' dawn l-iskemi huwa importanti sabiex titrawwem edukazzjoni ċivika prattika, tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, tiġi permessa l-mobilizzazzjoni għal kawżi ta' interess ġenerali, speċjalment għal dawk b'inqas opportunitajiet, u jingħata kontribut għall-iżvilupp personali u professjonali tal-parteċipanti; billi aktar mobilità ċivika Ewropea tista' tikkontribwixxi biex jiżdied is-sens ta' appartenenza taż-żgħażagħ f'komunità Ewropea, filwaqt li ssaħħaħ il-ħolqien ta' Ewropa taċ-ċittadini; billi l-iskemi nazzjonali ta' volontarjat għandhom il-potenzjal li jkunu portal naturali għall-mobilità Ewropea għaż-żgħażagħ, speċjalment dawk b'inqas opportunitajiet; |
|
L. |
billi l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, imniedi fl-2018 bħala suċċessur tas-Servizz Volontarju Ewropew stabbilit fl-1996, huwa l-programm ġenerali Ewropew ta' mobilità għall-volontarjat, iżda għandu baġit limitat matul il-perjodu 2021-2027; billi għandhom jiġu żviluppati sinerġiji u kooperazzjoni akbar bejn il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u s-sistemi nazzjonali ta' volontarjat, kif ukoll bejn is-sistemi nazzjonali eżistenti ta' volontarjat permezz tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; |
L-istat tal-edukazzjoni ċivika fl-UE
|
1. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma hemm l-ebda definizzjoni komuni għal edukazzjoni ċivika; jemmen li t-tagħlim tal-edukazzjoni ċivika jinvolvi taħlita ta' għarfien, ħiliet, metodi, għodod, kontenut, kompetenzi, attitudnijiet, valuri u kura, u huwa essenzjali għall-ħolqien ta' solidarjetà u sens ta' għaqda; |
|
2. |
Iqis li fehim minimu tal-edukazzjoni ċivika għandu jipprovdi fehim teoretiku dwar il-kunċetti u l-istrutturi politiċi, legali, soċjali, ambjentali u ekonomiċi, inklużi dawk li jappartjenu għal-livell Ewropew, kif ukoll dwar l-iżviluppi globali, proporzjonati mal-livell ta' edukazzjoni u taħriġ, flimkien ma' esperjenzi prattiċi; jirrimarka l-importanza tal-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku bħala parti integrali mill-edukazzjoni ċivika; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' tiġdid pedagoġiku u l-adozzjoni ta' approċċ teoretiku u prattiku għall-edukazzjoni ċivika fl-Unjoni; jissuġġerixxi li jintużaw id-definizzjonijiet tal-edukazzjoni ċivika pprovduti mill-Karta tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Edukazzjoni għaċ-Ċittadinanza Demokratika u l-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qafas ta' Referenza tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kompetenzi għall-Kultura Demokratika; |
|
3. |
Jinsab imħasseb dwar l-enfasi limitata fuq iċ-ċittadinanza Ewropea u l-aspetti globali fil-kurrikuli nazzjonali; jinnota bi tħassib li nofs biss tal-istudenti li jistudjaw fl-UE rrapportaw li kellhom opportunitajiet biex jitgħallmu dwar l-Ewropa fl-iskola; jevidenzja li r-rapport ikkonkluda li l-appoġġ tal-istudenti għall-kooperazzjoni fost il-pajjiżi Ewropej kien assoċjat b'mod pożittiv ma' livelli ogħla ta' għarfien ċiviku; jiddeplora t-tensjoni li qiegħda tiżdied bejn il-livell nazzjonali u dak Ewropew fil-kurrikuli ta' xi Stati Membri; jinsab imħasseb dwar il-politiċizzazzjoni eċċessiva tal-edukazzjoni ċivika u l-konsegwenzi tagħha, bħal bidliet ripetuti u drastiċi fil-kurrikuli, u jtenni l-ħtieġa għal stabbiltà u koerenza fit-tul fl-għoti tal-edukazzjoni ċivika; |
|
4. |
Jissottolinja li l-bidliet soċjopolitiċi u globali se jirrikjedu żieda sostanzjali fil-livell attwali tal-kwalità tal-edukazzjoni ċivika u l-approċċi lejha; jinsab imħasseb li l-istudenti maskili jiksbu punteġġ ferm inqas mill-kontropartijiet femminili tagħhom (13); jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' bilanċ f'termini ta' għarfien ċiviku medju madwar u fi ħdan l-Istati Membri; jinnota li l-istudenti li jgħixu f'reġjuni rurali, remoti, soċjalment żvantaġġati u f'żoni ultraperiferiċi jiffaċċjaw ostakli addizzjonali meta jinvolvu ruħhom fi programmi ta' edukazzjoni ċivika; jafferma li kull student għandu jkollu aċċess għal edukazzjoni ċivika ta' kwalità għolja li tiffoka fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom f'termini ta' finanzjament u infrastruttura, fost riżorsi oħra, li hija kruċjali għall-ħolqien b'suċċess ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; |
|
5. |
Jindika li filwaqt li xi aspetti tal-edukazzjoni ċivika huma preżenti fil-parti l-kbira tal-kurrikuli nazzjonali, hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom f'termini tal-livelli ta' edukazzjoni li fihom tiġi mgħallma, is-sigħat totali ddedikati għas-suġġett, il-kontenut u l-metodoloġiji tiegħu; jinnota li xi Stati Membri biss għandhom valutazzjonijiet strutturati, objettivi, orjentazzjonijiet pedagoġiċi jew taħriġ speċifiku għall-għalliema; jinnota li anke fejn ma jinsabux dawn l-elementi, hemm distakk bejn il-programmi nazzjonali u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom fl-iskejjel; |
|
6. |
Ifakkar li l-kwalità tat-tagħlim għandha l-akbar impatt fuq it-tagħlim effettiv u li għalhekk it-taħriġ inizjali u kontinwu għall-għalliema u l-edukaturi kollha, irrispettivament mill-ispeċjalizzazzjoni tas-suġġett, għandu jkun prijorità fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika u, b'mod partikolari, fir-rigward tad-dimensjonijiet Ewropej u globali tal-edukazzjoni ċivika; |
|
7. |
Jevidenzja li n-nuqqas ta' riċerka soda dwar kif l-edukazzjoni ċivika tista' tiġi mgħallma u vvalutata b'mod effettiv, u n-nuqqas ta' strumenti pedagoġiċi xierqa għal dan il-għan, ifixklu t-tagħlim effettiv tal-edukazzjoni ċivika; jinnota li hemm evidenza empirika li tindika kif approċċi ta' “skola sħiħa” jew “komunità sħiħa” għandhom impatt pożittiv fuq il-ħiliet u l-attitudnijiet ċiviċi; jemmen li meta tiġi indirizzata l-edukazzjoni ċivika, għandhom jitqiesu pedagoġiji parteċipattivi sabiex l-apprendisti jkunu jistgħu jesperjenzaw iċ-ċittadinanza fid-dimensjonijiet kollha tagħha u r-rwol tagħhom fi u għall-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-individwu u s-soċjetà inġenerali; |
|
8. |
Jiddenunzja n-nuqqas ta' attenzjoni għall-edukazzjoni ċivika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u l-apprendiment għall-adulti; jappella għall-inklużjoni tal-edukazzjoni ċivika fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, b'mod adatt għall-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-istudenti; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' enfasi fuq il-valur tal-kuntesti ta' apprendiment interġenerazzjonali li jiffaċilitaw id-djalogu interġenerazzjonali; |
|
9. |
Jemmen li qatt mhuwa kmieni wisq biex wieħed jitgħallem dwar iċ-ċittadinanza fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u globali; jinnota li l-edukazzjoni bikrija tat-tfal għandha rwol importanti fl-iżvilupp ta' ħiliet soċjali u emozzjonali kritiċi, u tkabbar il-benesseri, id-djalogu, ir-rispett reċiproku, il-fehim u l-valuri komuni; |
|
10. |
Ifakkar fir-rwol pedagoġiku kruċjali tat-tagħlim mhux formali u informali, inkluż il-volontarjat, il-mentoraġġ, id-dibattitu u l-isport, fl-iżvilupp tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-imġiba soċjali u ċiviċi, u fil-formazzjoni ta' ċittadini li jkunu responsabbli u attivi; |
Il-politiki tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika
|
11. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kunsens politiku fil-livell Ewropew dwar il-ħtieġa li tiġi avvanzata l-edukazzjoni ċivika u t-tagħlim tal-valuri komuni Ewropej ma ssarrafx f'objettivi, miri, parametri referenzjarji u azzjonijiet konkreti, u jikkonkludi li l-politiki dwar l-edukazzjoni ċivika jsofru minn lakuna fl-implimentazzjoni; |
|
12. |
Iqis li l-programmi tal-UE jagħtu kontribut limitat għall-avvanz ta' ċerti dimensjonijiet tal-edukazzjoni ċivika, l-aktar minħabba nuqqas ta' appoġġ dirett espliċitu, riżorsi limitati u kopertura ġeografika mhux uniformi; jesprimi dispjaċir għall-fatt li sa issa, il-proġetti ffinanzjati mill-UE f'dan il-qasam ma kellhomx impatt mifrux fit-tul; |
|
13. |
Iqis li hemm nuqqas ta' koerenza politika fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika fil-livell tal-UE, u li attwalment ma hemm ebda strument ta' politika li jlaqqa' flimkien il-korpi u l-awtoritajiet rilevanti kollha b'mod strutturat; |
|
14. |
Jikkonkludi li programmi tal-UE bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jew Ewropa Kreattiva, fost oħrajn, ikkontribwew, l-aktar b'mod indirett, għall-forniment attiv tal-edukazzjoni ċivika; jinnota, madankollu, li s'issa ma rnexxilhomx iħallu impatt sistematiku u dejjiemi; |
|
15. |
Jafferma li abbażi tal-Artikoli 9, 10, 165 u 166 tat-TUE, u tal-Karta, l-UE għandha responsabbiltà primarja li trawwem l-edukazzjoni ċivika tal-UE bħala mod ta' kif tiżgura għarfien aktar profond fost iċ-ċittadini tagħha tal-proġett Ewropew bħala unjoni ta' stati demokratiċi, b'hekk tiggarantixxi liċ-ċittadini tagħha d-dritt li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-UE; |
|
16. |
Jenfasizza r-rieda li tiġi mħeġġa identità komuni Ewropea permezz ta' programm akkademiku komuni u li tiġi integrata bil-qawwa dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, kif espressa miċ-ċittadini fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, kif ukoll it-talba miż-żgħażagħ Ewropej li l-għarfien dwar l-opportunitajiet u l-benefiċċji tal-Ewropa jiġi inkluż fil-kurrikuli; |
|
17. |
Jinnota li xi Stati Membri jirrikonoxxu l-influwenza pożittiva tal-iżviluppi tal-politika tal-UE fit-trawwim ta' bidla edukattiva fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika; |
|
18. |
Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' azzjoni effettiva mill-Kummissjoni rigward l-avvanz tal-qafas tal-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2018, “Il-Kompetenza taċ-Ċittadinanza”, filwaqt li kompetenzi bażiċi oħra huma riflessi fil-parametri referenzjarji tal-ET 2020 jew huma appoġġjati minn oqfsa ta' kompetenza dedikati biex jiffaċilitaw it-tagħlim u l-adozzjoni fil-livell nazzjonali; |
|
19. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-għoti tal-premju taċ-Ċittadin Ewropew tal-2021 lill-inizjattivi ta' dibattitu tal-istudenti; iqis li, fi klima ta' polarizzazzjoni li dejjem qed tiżdied, id-dibattitu demokratiku huwa aktar importanti minn qatt qabel; jemmen li t-trawwim tal-ħiliet u l-kompetenzi għad-dibattitu huwa parti integrali mill-edukazzjoni ċivika; |
|
20. |
Jinnota l-importanza tal-edukazzjoni ċivika fis-sensibilizzazzjoni dwar it-tranżizzjoni klimatika u għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli sal-2030; jenfasizza r-rabta bejn l-edukazzjoni ċivika u l-edukazzjoni għas-sostenibbiltà, u l-importanza li jiġu kkoordinati l-isforzi li qed isiru biex iż-żewġ oqsma jiġu integrati fil-politiki, il-kurrikuli, l-approċċi pedagoġiċi u l-metodoloġiji fit-tagħlim u l-edukazzjoni formali, mhux formali u informali; |
Rakkomandazzjonijiet għal edukazzjoni ċivika Ewropea mġedda
|
21. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jappoġġjaw, jirrieżaminaw u jaġġornaw is-sistemi edukattivi tagħhom u l-forom kollha ta' kontenut ta' kurrikuli marbutin mal-UE fil-livelli kollha tal-edukazzjoni – inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali – bl-iskop li tissaħħaħ id-dimensjoni tal-UE filwaqt li jiġu inkoraġġiti bil-qawwa r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, b'mod partikolari meta jkollhom kompetenzi diretti fis-sistemi edukattivi; |
|
22. |
Jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza li titqies id-diversità lingwistika fl-edukazzjoni ċivika Ewropea, b'kunsiderazzjoni xierqa għal-lingwi minoritarji u reġjonali, kif ukoll il-lingwi fil-periklu ta' estinzjoni; |
|
23. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri u lill-komunità edukattiva biex jinvolvu lill-persuni kollha, inklużi dawk bi sfond ta' migrazzjoni, il-migranti, ir-rifuġjati u l-komunitajiet reliġjużi, fi proċessi tal-bini taċ-ċittadinanza li jkunu bidirezzjonali, rispettużi u li jagħtu s-setgħa, filwaqt li jiżguraw parteċipazzjoni attiva fil-ħajja ċivika u kulturali; jemmen li t-trawwim ta' fehim aħjar fost iċ-ċittadini tal-kawżi storiċi u personali tal-vjaġġi tal-migranti, inkluż il-kolonjaliżmu, kif ukoll ta' sfondi kulturali kondiviżi, huwa komponent importanti taċ-ċittadinanza globali; |
|
24. |
Jitlob lill-Istati Membri jsaħħu u jżidu l-opportunitajiet inizjali u kontinwi, professjonali u ta' żvilupp tul il-ħajja għall-għalliema, l-edukaturi, il-familji u l-komunità edukattiva usa', u jipprovdulhom appoġġ u riżorsi xierqa biex jgħallmu l-edukazzjoni ċivika, żviluppata f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; |
|
25. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżviluppa qafas ta' kompetenza komuni għall-edukazzjoni ċivika għall-għalliema u l-istudenti għaċ-“ċittadinanza” tal-Kompetenza Ewlenija, inklużi l-kompetenzi multilingwi u interkulturali tal-edukaturi, u filwaqt li jitqiesu l-isferi lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u globali, b'mod simili għall-Qafas Ewropew ta' Kompetenza Diġitali, il-Qafas Ewropew għall-Kompetenza Intraprenditorjali, il-Qafas Ewropew għall-Kompetenza Personali, Soċjali u tat-Tagħlim għat-Tmexxija tal-Kompetenza Ewlenija u l-Qafas Ewropew għall-Kompetenza fis-Sostenibbiltà li tnieda reċentement, li jibni relazzjonijiet bejn l-oqfsa kollha; |
|
26. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi u mħeġġa opportunitajiet ta' mobbiltà, tagħlim bejn il-pari u skambji tal-aħjar prattiki fost il-persunal tat-tagħlim; iqis li l-karatteristiċi tal-mobbiltà ibrida u flessibbli tal-programm Erasmus+ 2021-2027 huma opportunità biex tiżdied il-mobbiltà għall-għalliema attwali u futuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-mobbiltà fuq terminu qasir tal-għalliema u tistabbilixxi sħubijiet ta' mobbiltà fit-tul, filwaqt li tieħu vantaġġ mill-mezzi diġitali mingħajr ma tissostitwixxi l-mobbiltà fiżika u l-iskambji interpersonali; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw taħriġ ta' kwalità għolja, fil-ħinijiet tax-xogħol, dwar suġġetti tal-UE għall-għalliema, persunal edukattiv ieħor u mexxejja taż-żgħażagħ u ħarrieġa, inklużi moduli barra mill-pajjiż, li jippermettilhom iqattgħu parti mit-taħriġ tagħhom fi Stat Membru ieħor, u billi jiżguraw ir-rikonoxximent tal-kompetenzi tagħhom biex jgħallmu dwar l-UE; |
|
28. |
Jitlob il-ħolqien u l-promozzjoni ta' premju bit-tikketta “Euro Teacher”; itenni t-talba tiegħu għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta' “Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+” biex titrawwem dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiddedika sejħa għal proposti għal Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+ iddedikata għall-edukazzjoni ċivika għall-għalliema, il-ħarrieġa u l-istudenti kemm mis-settur formali kif ukoll minn dak mhux formali, inkluż is-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET); |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji sabiex iżidu l-impatt sistemiku tal-edukazzjoni ċivika, u jaħdmu flimkien fuq l-iżvilupp ta' modulu inizjali ta' taħriġ għall-għalliema biex jiffamiljarizzaw lill-għalliema mas-sistemi edukattivi Ewropej, l-aħjar prattiki pedagoġiċi, il-pjattaformi ta' skambju tal-UE, l-għodod u s-sħubijiet li jirriflettu l-valuri Ewropej u jrawmu l-ħolqien ta' kultura edukattiva dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, filwaqt li jirrikonoxxu d-diversitajiet fl-Ewropa; jissottolinja l-ħtieġa li dan it-tip ta' modulu ta' taħriġ jiġi inkluż fil-programm tal-Akkademji tal-Għalliema; |
|
30. |
Jitlob ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi taċ-ċittadinanza miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali, inkluż ix-xogħol taż-żgħażagħ u l-volontarjat, u għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali fl-edukazzjoni ċivika; |
|
31. |
Iqis li fil-qafas ta' kooperazzjoni ta' wara l-ET 2020, l-attenzjoni għandha tkun iffukata fuq l-iżvilupp ta' kurrikuli u valutazzjonijiet nazzjonali fl-edukazzjoni ċivika li jintegraw l-aspetti rilevanti kollha tas-suġġett f'konformità mal-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Kultura Demokratika tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetenzi soċjali u ċiviċi, filwaqt li titqies ukoll l-edukazzjoni informali u mhux formali, il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tagħha; |
|
32. |
Jitlob li jitwaqqaf grupp ta' ħidma ġdid li jiffoka fuq l-edukazzjoni ċivika biex isegwi l-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma ET 2020 dwar il-Promozzjoni tal-Valuri Komuni u l-Edukazzjoni Inklużiva stabbilit wara d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2015; |
|
33. |
Jitlob li jiġu żviluppati objettivi u punti ta' riferiment tanġibbli u li jistgħu jitkejlu dwar l-edukazzjoni ċivika, inkluża l-edukazzjoni ċivika Ewropea, fil-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-żona Ewropea u lil hinn mill-2021-2030; jirrimarka li dawn l-objettivi għandhom jissarrfu f'miri għall-2025, b'miri speċifiċi għal studenti żvantaġġati, u inklużi fi pjan ta' azzjoni speċifiku għall-edukazzjoni ċivika Ewropea, filwaqt li titqies perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, li tibda mit-tfulija bikrija; |
|
34. |
Jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ aktar strutturat lejn l-identifikazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-proġetti tal-edukazzjoni ċivika mill-programmi tal-UE, b'mod partikolari Erasmus+, Orizzont Ewropa, Ewropa għaċ-Ċittadini, il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u s-suċċessuri tiegħu, sabiex jiżdiedu r-riżultati madwar l-Unjoni, bl-involviment tal-Parlament Ewropew fil-proċess; iqis, għal dan il-għan, il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu permanenti ta' rieżami u analiżi fil-livell tal-UE biex jiġu identifikati prattiki tajba li jistgħu jinxterdu u jiżdiedu b'mod wiesa' biex jikkontribwixxu għal bidliet sistemiċi u dejjiema fil-politika; |
|
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi avvanzata b'mod deċiżiv ir-riċerka dwar kif l-aħjar tiġi mgħallma u vvalutata l-edukazzjoni ċivika, u, b'mod partikolari, għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal, kif ukoll ir-rwol tal-opportunitajiet ta' tagħlim formali, mhux formali u informali, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha abbażi ta' data komparattiva suffiċjenti u aġġornata mill-Istati Membri kollha; jissottolinja l-importanza tal-Azzjoni Ewlenija 2, l-Azzjoni Ewlenija 3, il-Katedri Jean Monnet u Orizzont Ewropa; jilqa' l-enfasi akbar tal-Azzjoni Ewlenija 2 fuq “il-valuri komuni, l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni” f'Erasmus+ 2021-2027; |
|
36. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jsir aktar investiment fil-formati tal-edukazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea fil-livell tal-iskola u tal-università billi jissaħħu n-networks eżistenti u jiġu żviluppati kurrikuli ġodda adattati għal dan it-tip ta' taħriġ; jitlob l-involviment ta' fakultajiet speċjalizzati tal-affarijiet Ewropej fir-riċerka u l-użu tal-aħjar metodi u għodod ta' tagħlim għall-edukazzjoni ċivika, filwaqt li jintużaw il-fondi u r-riżorsi disponibbli tal-UE; |
|
37. |
Jenfasizza li l-allinjament sostantiv tal-edukazzjoni ċivika jrid jimxi id f'id mal-għoti ta' kompetenzi u edukazzjoni diġitali jekk mhux biss biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-trasformazzjoni diġitali, iżda wkoll jiżgura l-użu responsabbli tal-midja diġitali; |
|
38. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw riċerka edukattiva komuni u parteċipattiva, b'mod partikolari ttestjar komparabbli fl-UE kollha fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika, inkluża ċ-ċittadinanza tal-UE, b'mandat u objettivi definiti sew fi ħdan il-mandat tal-kompetenzi tal-UE; jirrakkomanda li jsir Stħarriġ Speċjali tal-Ewrobarometru dwar l-għarfien ġenerali taċ-ċittadini dwar l-UE, li jwessa' l-ambitu tas-serje attwali dwar iċ-ċittadinanza u d-demokrazija tal-Unjoni Ewropea; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi moduli għat-tagħlim taċ-ċittadinanza Ewropea u programm ta' żjara f'siti ta' wirt u ta' memorja ta' sinifikat storiku għall-Unjoni u għall-pajjiżi ospitanti biex jippromwovu approċċ interkulturali u dijaloġiku għall-istorja u jsaħħu l-valuri u l-prinċipji Ewropej bħala parti integrali minn kull opportunità ta' mobbiltà tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-edukazzjoni ċivika għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-adulti, b'mod aktar attiv u tirrifletti dan fil-programmi ta' finanzjament rilevanti u fil-gruppi ta' ħidma; jitlob lill-Kummissjoni torbot l-inizjattivi tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet mal-kompetenzi ċiviċi u tinkludi ċ-ċittadinanza diġitali fl-iżvilupp taċ-Ċertifikat Ewropew tal-Ħiliet Diġitali; |
|
41. |
Jitlob li jinħolqu badges Ewropej għall-iskejjel u l-universitajiet li jippromwovu b'mod attiv l-edukazzjoni ċivika; jitlob li jinħoloq premju Ewropew li jappoġġja l-edukaturi u l-atturi lokali li qed jippromwovu b'mod attiv l-edukazzjoni dwar l-Ewropa; |
|
42. |
Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-introduzzjoni ta' fergħa speċifika ġdida fil-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri biex trawwem l-edukazzjoni ċivika, b'allokazzjonijiet baġitarji ddedikati, u żżid l-azzjonijiet u l-attivitajiet immirati lejn l-edukazzjoni ċivika taħt Erasmus+ u Orizzont Ewropa b'sejħiet iddedikati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar użu mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 biex tiżviluppa programmi u azzjonijiet speċifiċi li jsaħħu ċ-ċittadinanza u l-identità Ewropea; |
|
43. |
Jemmen li huwa importanti li jkomplu jinxterdu l-opportunitajiet eżistenti fil-livell tal-UE fost il-komunità edukattiva tal-VET; iqis li huwa importanti li jiġi pprovdut appoġġ imfassal apposta biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-programmi; jitlob l-inklużjoni ta' enfasi ddedikata fuq l-edukazzjoni ċivika fl-azzjonijiet kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-UE, b'mod partikolari fi ħdan l-attivitajiet taċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali; |
|
44. |
Jenfasizza r-rwol ta' Dar l-Istorja Ewropea fl-iżvilupp ta' programmi, strumenti u attivitajiet speċifiċi li jibnu narrattiva konvinċenti tal-integrazzjoni Ewropea u l-valuri bażiċi tagħha, b'mod partikolari għall-istudenti u l-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament fil-valutazzjoni tal-mezzi għad-deċentralizzazzjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea sabiex titwessa' l-aċċessibbiltà, inkluż mill-Istati Membri u, b'mod partikolari, mill-komunità edukattiva, permezz ta', fost inizjattivi oħra, kollaborazzjoni msaħħa mal-istituzzjonijiet kulturali tal-Istati Membri, wirjiet rotanti u network ta' delegazzjonijiet permanenti; |
|
45. |
Jappella għal strateġija Ewropea komprensiva dwar l-edukazzjoni ċivika u dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, kif ukoll il-ħolqien ta' pjattaformi ta' appoġġ biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tagħha, li tiffoka b'mod partikolari fuq il-valuri u l-prinċipji demokratiċi kondiviżi tal-UE, u fuq id-drittijiet fundamentali – bħad-dinjità tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, it-tolleranza, ir-rispett għad-diversitajiet u l-libertà tal-kuxjenza – bil-għan li jissaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini tal-istituzzjonijiet tal-UE, id-distribuzzjoni tal-kompetenzi, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-politiki tal-UE, is-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji, id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadinanza tal-UE, it-tisħiħ tal-għarfien tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, ta' kif jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċessi demokratiċi tal-UE u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, kif ukoll it-tisħiħ ta' sens kondiviż ta' appartenenza; |
|
46. |
Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-istituzzjonijiet, lill-esperti u lill-prattikanti li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika biex iżidu l-kooperazzjoni u jiżviluppaw sinerġiji permezz ta' networks transnazzjonali miftuħa; jenfasizza r-rwol tan-Networking tal-Edukazzjoni Ċivika Ewropea fil-provvediment ta' fora u bl-għan ta' prijoritizzazzjoni aktar b'saħħitha tal-edukazzjoni ċivika fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali; jappella għal istituzzjonalizzazzjoni ulterjuri ta' tali networks Ewropej, peress li dawn jiżviluppaw u jippromwovu inizjattivi ta' edukazzjoni ċivika madwar u lil hinn mill-Unjoni; |
|
47. |
Jenfasizza li l-istrateġija għandha tinkludi perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u tal-komunità, li tinvolvi s-setturi informali u mhux formali, kif ukoll in-negozji u l-NGOs, b'mod partikolari dawk li jirċievu finanzjament mill-UE, li għandhom jikkontribwixxu direttament għat-tisħiħ tal-għarfien dwar l-UE fost il-parteċipanti u l-komunitajiet li fihom huma attivi; |
|
48. |
Jemmen li l-istrateġija għandha tinkludi sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ u l-politiki tal-UE li jiġġieldu r-razziżmu u l-ksenofobija fil-forom kollha tagħhom, il-mibegħda kontra l-persuni LGTBIQ u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-minoranzi, billi jiġu stabbiliti rabtiet mal-pjan ta' azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, u strumenti ta' finanzjament bħall-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza; |
|
49. |
Jitlob li l-integrazzjoni tal-edukazzjoni ċivika fil-programmi rilevanti tal-UE u li jissaħħu s-sinerġiji bejniethom sabiex jiżdied l-impatt sistemiku tal-edukazzjoni ċivika, fost l-oħrajn, billi jiġi introdott u pprovdut modulu dwar iċ-ċittadinanza tal-UE li għandu jittieħed bħala kors ta' taħriġ qabel, jew b'mod parallel mat-twettiq ta' proġett iffinanzjat mill-fondi strutturali tal-UE jew opportunità ta' mobbiltà permezz ta' programmi bħal Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jemmen li t-twettiq ta' modulu fl-edukazzjoni ċivika tal-UE għandu jinvolvi ċertifikazzjoni permezz ta' mikrokredenzjali; |
|
50. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi t-tagħlim dwar l-UE fl-iskola fil-proċessi tan-negozjati mal-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE; |
|
51. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jsir aktar investiment fil-formati tal-edukazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea fil-livell tal-iskola u universitarju, kemm għall-edukazzjoni u t-taħriġ formali kif ukoll dawk vokazzjonali, billi jiġu żviluppati kurrikuli ġodda; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi rakkomandazzjoni li jkun fiha edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja indikattiva, kif ukoll edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kurrikuli dwar l-UE u l-edukazzjoni ċivika globali għall-adozzjoni volontarja tagħha mill-Istati Membri, b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 165 tat-TFUE, żviluppati b'mod konġunt mal-esperti tal-Istati Membri, il-fakultajiet speċjalizzati tal-affarijiet Ewropej, l-għalliema, l-edukaturi, l-istudenti u l-komunità edukattiva usa', u akkumpanjata minn miżuri ta' inċentiv għall-adozzjoni tagħha; jemmen li l-kurrikuli dimostrattivi komuni msemmija għandhom irawmu fehim aħjar tal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-istituzzjonijiet eżistenti tal-UE, tal-proċessi elettorali u tat-teħid ta' deċiżjonijiet Ewropej, inklużi l-mezzi tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE, li jikkombinaw approċċi u metodi pedagoġiċi differenti, inkluż tagħlim teoretiku u bbażat fuq proġetti, adattati għall-ħtiġijiet tal-istudenti; |
|
52. |
Jitlob lill-Kummissjoni tissoda ħidmietha dwar l-edukazzjoni ċivika biex ittejjeb l-aċċessibbiltà għaliha u l-kwalità tagħha fl-Istati Membri kollha u tappoġġja l-iżvilupp ta' dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni ċivika għall-etajiet kollha; jemmen li struttura permanenti għandha tkun inkarigata mill-ħolqien ta' sinerġiji fil-livell Ewropew dwar l-edukazzjoni ċivika, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-UE allokati għal dan il-għan u l-koordinazzjoni tal-isforzi dwar metodi, prattiki, għodod u kontenut komuni; iqis li għandha tkun inkarigata wkoll mill-ġbir tad-data u mill-evalwazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet tal-edukazzjoni ċivika ffinanzjati mill-Unjoni, bil-ħsieb li xxerred u tkabbar l-aktar azzjonijiet ta' suċċess u tippermetti lill-Kummissjoni, fuq din il-bażi, tipproponi inizjattivi politiċi u leġiżlattivi f'dan il-qasam; jemmen li għandha tappoġġja opportunitajiet għal taħriġ fl-edukazzjoni ċivika kemm għall-għalliema kif ukoll għall-edukaturi u tinkoraġġixxi skambji transnazzjonali; |
|
53. |
Jemmen li huwa urġenti li tingħata spinta lill-ħidma f'din id-direzzjoni billi tiġi introdotta azzjoni ta' fattibbiltà ffukata fuq il-ġbir tad-data u evalwazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet tal-edukazzjoni ċivika kkoordinati minn unitajiet dedikati dwar l-edukazzjoni ċivika fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura; jemmen li din tista' tkun opportunità biex jiżdiedu l-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' edukazzjoni ċivika tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tagħhom, biex tingħata orjentazzjoni strateġika għall-iżvilupp ta' strutturi u kurrikuli nazzjonali għall-edukazzjoni ċivika u biex jiġu stabbiliti standards minimi komuni f'termini ta' kontenut u metodoloġija fiċ-ċittadinanza u l-edukazzjoni ċivika madwar l-Unjoni; iqis li sabiex jagħmlu dan, dawn l-unitajiet għandhom jinvolvu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-istudenti u lill-komunità usa' tat-tagħlim; |
|
54. |
Ifaħħar il-Programm “Skejjel Ambaxxaturi”, li jżid l-għarfien tal-istudenti dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea u tal-valuri Ewropej, kif ukoll l-inizjattiva Euroscola, li toffri esperjenza immersiva prattika fil-Kamra tal-Parlament Ewropew għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji, li tirrappreżenta valur miżjud sostenibbli f'termini tal-għoti individwali tal-edukazzjoni ċivika u l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja demokratika; jitlob l-introduzzjoni ta' ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti, kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema; iqis li hija l-aħjar prattika li jistħoqqilha li tiżdied biex jinkiseb effett sistemiku madwar l-Unjoni; |
|
55. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu u jiżviluppaw skemi nazzjonali ta' volontarjat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent reċiproku bejn is-sistemi nazzjonali u jżidu l-kooperazzjoni Ewropea fis-servizzi ċiviċi u l-volontarjat taż-żgħażagħ; iħeġġeġ skemi nazzjonali ta' volontarjat u servizzi ċiviċi biex jallokaw esperjenzi ta' mobbiltà Ewropea fuq bażi reċiproka; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw il-mobbiltà ċivika Ewropea fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà indirizzata liż-żgħażagħ bil-ħsieb li jikkontribwixxu għal involviment ċiviku u servizzi ġenwini Ewropej; jitlob, b'kunsiderazzjoni ta' dan l-għan, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b'mod sostanzjali r-riżorsi għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jenfasizza li l-istandards Ewropej dwar l-attivitajiet ta' volontarjat, bħall-appoġġ finanzjarju għall-voluntiera, l-assigurazzjoni, it-tagħlim, it-taħriġ, l-inklużjoni u l-prinċipju tal-ebda sostituzzjoni tal-impjiegi, għandu jkollhom effett fuq kwalunkwe żvilupp futur tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jinsisti li l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu biss jikkomplementaw u mhux jieħdu post l-iskemi nazzjonali ta' volontarjat jew is-servizzi ċiviċi; |
|
57. |
Iqis li l-gżira ta' Ventotene u l-Manifest tagħha kellhom rwol deċiżiv fl-istorja tal-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza r-rwol tagħha bħala post emblematiku ta' memorja għall-integrazzjoni Ewropea u għall-protezzjoni tal-valuri komuni Ewropej; jenfasizza l-kontribut tagħha għat-trawwim tal-edukazzjoni ċivika Ewropea, b'mod partikolari, permezz tal-involviment attiv taż-żgħażagħ fis-seminar annwali tagħha dwar l-integrazzjoni Ewropea, imniedi minn Altiero Spinelli fl-1982; jenfasizza wkoll l-importanza simbolika tax-xogħlijiet ta' rkupru tal-ħabs ta' Santo Stefano u l-potenzjal tiegħu li jsir ċentru ta' referenza għal skambju kulturali permanenti, avvenimenti pubbliċi, wirjiet u dibattitu; għalhekk iqisha bħala kapitali storika tal-kostruzzjoni morali u intellettwali tal-valuri Ewropej; |
|
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu b'mod ugwali fl-azzjonijiet formali tal-edukazzjoni ċivika u fl-appoġġ għall-edukazzjoni informali dwar iċ-ċittadinanza, f'attivitajiet kurrikulari u ekstrakurrikulari, u jsaħħu l-programmi tal-UE li jappoġġjaw l-edukazzjoni u l-edukazzjoni ċivika; jitlob biex miri speċifiċi relatati mal-edukazzjoni ċivika jiġu inklużi fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programmi edukattivi ffinanzjati mill-fondi tal-UE; jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi finanzjarji għall-attivitajiet, l-għodod u l-azzjonijiet tal-Parlament relatati mal-promozzjoni tal-edukazzjoni ċivika fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari Euroscola; jistieden lill-Kummissjoni tapprova l-proġetti pilota proposti mill-Parlament, li huma mfassla biex isaħħu l-edukazzjoni ċivika; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' baġit iddedikat biex jiġi żviluppat ittestjar komparabbli fl-UE kollha fil-qasam taċ-ċittadinanza; |
|
59. |
Jikkunsidra l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bħala opportunità f'waqtha biex issir diskussjoni f'diversi livelli dwar l-iżvilupp tal-politika fil-qasam tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iħaddnu u jmexxu 'l quddiem ir-rapporti ta' konklużjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Konferenza dwar l-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport; jemmen, għalhekk, li l-kompetenzi kondiviżi fil-qasam tal-edukazzjoni għandhom jiġu introdotti, bħala minimu fil-qasam tal-edukazzjoni ċivika, filwaqt li l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza mill-UE “m'għandux iwassal biex l-Istati Membri ma jitħallewx jeżerċitaw tagħhom”; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tappoġġja l-ħolqien, f'kull muniċipalità fl-Istati Membri, ta' monument għall-Unjoni Ewropea li jipprovdi liċ-ċittadini b'simbolu viżiv tal-integrazzjoni Ewropea; |
|
61. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (14), minħabba li l-kompetenzi miksuba permezz ta' dawn it-tipi ta' tagħlim huma kontigwi jew komplementari għall-iżvilupp tal-kompetenzi ċiviċi, jew huma assolutament essenzjali għalihom; |
o
o o
|
62. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 182.
(2) ĠU C 494, 8.12.2021, p. 2.
(3) ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16.
(7) ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3.
(8) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 57.
(9) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 16.
(10) Testi adottati, P9_TA(2021)0452.
(11) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 11.
(12) ĠU C 99, 1.3.2022, p. 96.
(13) Schulz, W. et al., Becoming Citizens in a Changing World, IEA International Civic and Citizenship Education Study 2016 International Report, Springer, Cham, 2016.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/42 |
P9_TA(2022)0115
Il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 X MON 89788
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D078875/02 – 2022/2566(RSP))
(2022/C 434/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u partikolarment l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-3 ta' Marzu 2022, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-17 ta' Settembru 2015, u ppubblikata fit-8 ta' Ottubru 2015 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
A. |
billi, fis-27 ta' Lulju 2010, Monsanto Europe S.A./N.V., ibbażata fil-Belġju, issottomettiet, f'isem Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, applikazzjoni (“l-applikazzjoni”), għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u ikel li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788 (il-“fażola tas-sojja ĠM”), f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn fażola tas-sojja ĠM għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; |
|
B. |
billi, fit-8 ta' Ottubru 2015, l-EFSA ħarġet opinjoni, f'konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (5); billi l-EFSA ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-fażola tas-sojja ĠM minħabba n-nuqqas ta' data dwar l-esponiment dijetetiku għal żejt raffinat, ibbliċjat u deodorizzat prodott mill-fażola tas-sojja ĠM, li wassal għal valutazzjoni nutrizzjonali mhux kompluta; billi l-EFSA kkonkludiet li l-fażola tas-sojja ĠM aktarx li ma jkollhiex effetti negattivi fuq l-ambjent fil-kuntest tal-applikazzjoni; |
|
C. |
billi fit-12 ta' Mejju 2021, l-EFSA ppubblikat dikjarazzjoni li tikkomplementa l-opinjoni xjentifika tagħha (6), filwaqt li qieset il-valutazzjoni riveduta tal-esponiment fid-dieta pprovduta mill-applikant għall-valutazzjoni nutrizzjonali tal-bniedem ta' żejt raffinat, bbliċjat u deodorizzat prodott mill-fażola tas-sojja ĠM; billi l-EFSA kkonkludiet li l-konsum tas-sojja ĠM u l-prodotti derivati minnha, b'mod partikolari ż-żejt raffinat, bbliċjat u deodorizzat, ma jirrappreżentax tħassib dwar in-nutrizzjoni fil-bnedmin; |
|
D. |
billi l-fażola tas-sojja ĠM ġiet żviluppata biex tipproduċi l-aċidu stearidroniku (SDA) u biex tagħti tolleranza lill-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat (7); |
Nuqqas ta' valutazzjoni tal-erbiċidi kumplimentari
|
E. |
billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (8) jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-prattiki agrikoli mistennija jinfluwenzawx l-eżitu tal-punti tat-tmiem studjati; billi, skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, dan huwa speċjalment rilevanti għall-pjanti reżistenti għall-erbiċidi; |
|
F. |
billi għadd ta' studji wrew li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f'użu akbar ta' erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba l-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (9); billi, b'konsegwenza ta' dan, għandu jkun mistenni li l-fażola tas-sojja ĠM tkun esposta għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' erbiċidi abbażi ta' glifosat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi u tal-prodotti ta' degradazzjoni tagħhom (“metaboliti”); |
|
G. |
billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju ta' dan, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu probabbli għall-bnedmin; |
|
H. |
billi reviżjoni riċenti riveduta bejn il-pari tiddeskrivi l-effetti tal-esponiment għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat jew għall-glifosat fuq l-assi ipotalamiku-pitarju-gonadali fl-irġiel u fin-nisa f'termini ta' tfixkil endokrinali, ta' vijabbiltà taċ-ċelloli, u ta' proliferazzjoni; billi r-rieżami sab li l-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat jistgħu jikkawżaw tibdil fit-tratti riproduttivi kollha kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa, dak it-tibdil jista' jiġi trażmess lill-ġenerazzjonijiet li jmiss permezz ta' effetti tal-epiġenetika u għalhekk il-fertilità tal-wild ma tkunx protetta kontra l-effetti negattivi tal-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat u li l-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat instabu li huma aktar detrimentali mill-glifosat waħdu, bla dubju relatat mal-preżenza ta' formulanti bħal polyoxyethylene tallow amine (10); |
|
I. |
billi għadd ta' studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat (11); |
|
J. |
billi, għal waħda miż-żewġ provi fuq il-post użati għall-analiżi komparattiva, it-trattament tal-fażola tas-sojja ĠM b'erbiċidi bbażati fuq il-glifosat, li kien jippermetti li jiġu vvalutati l-effetti tal-erbiċida, ma ġiex inkluż (12); |
|
K. |
billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom misjuba fi pjanti ĠM hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati u għalhekk ma titwettaqx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-metaboliti, jistgħu jiġu influwenzati mill-modifika ġenetika nnifisha (13); |
Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
|
L. |
billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (14); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu kumment li r-rekwiżiti bażiċi tal-EFSA fir-rigward tad-disinn tal-prova għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ikel u tal-għalf tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi mhumiex issodisfati, li l-pjan ta' monitoraġġ ma jirrigwardax l-attivitajiet ta' monitoraġġ mal-għanijiet rilevanti ta' protezzjoni, li d-data u l-analiżijiet tad-data pprovduti dwar l-evalwazzjoni, il-kompożizzjoni u t-tossikoloġija fenotipiċi mhumiex biżżejjed, li l-konklużjonijiet tal-ekwivalenza tal-fażola tas-sojja ĠM u tal-fażola tas-sojja konvenzjonali, u dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf abbażi ta' dik l-informazzjoni huma prematuri, u li l-analiżi tal-kompożizzjoni ma kienet tinkludi la residwi tal-erbiċida kumplimentari u lanqas il-metaboliti tiegħu, li hija ta' rilevanza peress li r-reżistenza għall-erbiċida mogħtija minn modifika ġenetika tippermetti użu aktar intensiv tal-erbiċida komplementari; billi ġew sottomessi kummenti li qajmu dubji dwar il-benefiċċji nutrizzjonali ta' livelli miżjuda tal-SDA u diversi awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri talbu li jiġi preskritt livell massimu ta' aċidi grassi trans għal dan iż-żejt tal-fażola tas-sojja ĠM rikk fl-SDA; |
Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni
|
M. |
billi f'rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU”) dwar id-dritt għall-ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (15); billi l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDG”) 3.9 tan-NU għandu l-għan, li sal-2030, inaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (16); billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM iżżid id-domanda għal din l-għalla li tiġi ttrattata bil-glifosat, u b'hekk iżżid l-esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent f'pajjiżi terzi; billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-ħaddiema u tal-ambjent huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqiesu l-volumi akbar ta' erbiċidi użati; |
|
N. |
billi, skont studju rieżaminat bejn il-pari ppubblikat fl-2020, Roundup, wieħed mill-aktar erbiċidi bbażati fuq il-glifosat użati fid-dinja, jista' jiskatta telf tal-bijodiversità, u b'hekk l-ekosistemi jsiru aktar vulnerabbli għat-tniġġis u għat-tibdil fil-klima (17); |
|
O. |
billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili (18); billi l-SDG 15 tan-NU jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 (19); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw l-ilħuq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs tan-NU (20); |
|
P. |
billi l-produzzjoni tas-sojja hija xprunatur ewlieni tad-deforestazzjonital-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina rispettivament, hija sojja ĠM (21); billi l-maġġoranza l-kbira tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzata għall-kultivazzjoni fil-Brażil u fl-Arġentina hija awtorizzata wkoll għall-importazzjoni fl-Unjoni; |
|
Q. |
billi l-Unjoni, bħala parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (il-“KDB tan-NU”), għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-attivitajiet fil-ġuriżdizzjoni jew fil-kontroll tagħha ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta' Stati oħra (22); |
|
R. |
billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni fl-ambitu tal-SDGs tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-KDB tan-NU; |
Teħid ta' deċiżjonijiet mhux demokratiku
|
S. |
billi l-votazzjoni fit-3 ta' Marzu 2022 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; |
|
T. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku; |
|
U. |
billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament diġà adotta 26 oġġezzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi r-raġunijiet li għalihom l-Istati Membri ma jappoġġjawx l-awtorizzazzjonijiet jinkludu nuqqas ta' rispett għall-prinċipju ta' prekawzjoni fil-proċess tal-awtorizzazzjoni u tħassib xjentifiku relatat mal-valutazzjoni tar-riskju; |
|
V. |
billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM; |
|
W. |
billi ma hija meħtieġa l-ebda bidla fil-liġi biex il-Kummissjoni tkun tista' ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (23); |
|
1. |
Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; |
|
2. |
Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), biex jipprovdi l-bażi għall-iżgurar ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u l-interessi ambjentali u tal-konsumatur, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, minħabba ż-żieda assoċjata fl-użu ta' erbiċidi komplementari u għalhekk iż-żieda fir-riskji għall-bijodiversità, għas-sikurezza tal-ikel u għas-saħħa tal-ħaddiema; |
|
5. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (25); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li, minn dakinhar il-Kummissjoni kompliet tawtorizza l-OĠM għall-importazzjoni fl-Unjoni, minkejja l-oġġezzjonijiet kontinwi mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi minnufih l-importazzjoni ta' fażola tas-sojja ĠM ikkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina bl-użu tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk meħtieġ, sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi legalment vinkolanti effettivi biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-Unjoni assoċjati mad-deforestazzjoni u ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu għal abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom ikunu akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li jispjega kif huma jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” (26); |
|
8. |
Jenfasizza li l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 (27), li ġew adottati fil-Parlament bħala bażi għal negozjati mal-Kunsill, jiddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur; jinsisti li l-Kummissjoni tirrispetta din il-pożizzjoni u jistieden lill-Kunsill jipproċedi bil-ħidma tiegħu u jadotta approċċ ġenerali dwar dan il-fajl bħala kwistjoni ta' urġenza; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar applikazzjoni (EFSA-OĠM-NL-2010-85) għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja MON 87769 × MON 89788, ġenetikament modifikata biex ikun fiha l-aċidu steuridoniku u tkun tolleranti għall-glifosat għall-użi fl-ikel u fl-għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto, Ġurnal tal-EFSA 2015; 13(10):4256, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4256
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 11 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 15 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 202, 28.5.2021, p. 20 ). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 2). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 7). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 12). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 208, 1.6.2021, p. 18). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 323, 11.8.2021, p. 7). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 2). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata SYH0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 8). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 × × boperejforom ta' qamħirrum ġenetikament modifikati u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti uniċi MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 415, 13.10.2021, p. 15). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 36). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-avvenimenti uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 43). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 49). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 56). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 445, 29.10.2021, p. 63). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × T304-40 × GHB119 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 66). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MZIR098 (SYN-ØØØ98-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 474, 24.11.2021, p. 74). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 45). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mll-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-81419-2 × DAS–44406–6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 52). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 59). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt 11 (SYN-BTØ11-1), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 66). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0024). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0025). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat GHB811 (BCS-GH811-4), li jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0062). |
|
— |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-kolza ġenetikament modifikata 73496 (DP-Ø73496-4), li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2022)0063). |
(5) Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Immodifikati dwar applikazzjoni (EFSA-GMO-NL-2010-85) għat-tqegħid fis-suq ta' fażola tas-sojja MON 87769 × MON 89788, ġenetikament modifikata biex fiha l-aċidu steuridoniku u tkun tolleranti għall-glifosat għall-użi fl-ikel u fl-għalf, għall-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto. Ġurnal tal-EFSA 2015; 13(10):4256, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2015.4256.
(6) Dikjarazzjoni tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati li tikkomplementa l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-NL-2010-85) għall-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata MON 87769 × MON 89788. Ġurnal tal-EFSA 2021; 19(5):6589, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6589.
(7) Opinjoni tal-EFSA, p. 7.
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 ( ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).
(9) Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact”, Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years”, Environmental Sciences Europe; 28 ta' Settembru 2012, Vol. 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(10) Serra, L.; Estienne, A.; Vasseur, C.; Froment, P.; Dupont, J., “Review: Mechanisms of Glyphosate and Glyphosate-Based Herbicides Action in Female and Male Fertility in Humans and Animal Models”, 2021, Cells, 10 (11): 3079, http://dx.doi.org/10.3390/cells10113079
(11) Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887,
https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278,
https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, and
https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/
(12) Opinjoni tal-EFSA, p. 10.
(13) Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fl-opinjoni motivata tal-EFSA “Rieżami tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005”, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(14) Kummenti mill-Istati Membri, aċċessibbli permezz tar-reġistru tal-mistoqsijiet tal-EFSA: https://www.efsa.europa.eu/en/register-of-questions
(15) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Food/Pages/Pesticides.aspx
(16) https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/
(17) https://www.mcgill.ca/newsroom/channels/news/widely-used-weed-killer-harming-biodiversity-320906
(18) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Forestitad-Dinja” (COM(2019)0352), p. 1.
(19) Ara l-mira 15.2: https://www.un.org/sustainabledevelopment/biodiversity/.
(20) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019 bit-titolu “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (COM(2019)0352), p. 2.
(21) Servizz Internazzjonali għall-Akkwist ta' Applikazzjonijiet Agrobijotekniċi, “Global status of Commercialized Biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Years”, ISAAA Brief No. 53 (2017), pp. 16 u 21, https://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf.
(22) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, l-Artikolu 3, https://www.cbd.int/convention/articles/?a=cbd-03
(23) Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tkompli bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur il-Kumitat tal-Appell, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (l-Artikolu 6(3)).
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(25) https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf
(26) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2), il-paragrafu 102.
Il-Ħamis 7 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/50 |
P9_TA(2022)0120
Protezzjoni tal-UE tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu minħabba l-gwerra fl-Ukrajna
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-protezzjoni tal-UE tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu minħabba l-gwerra fl-Ukrajna (2022/2618(RSP))
(2022/C 434/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989 u l-Protokolli addizzjonali tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta' Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021)0142), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-13 ta' Diċembru 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta' Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta' influss bil-massa ta' persuni spostati mill-Ukrajna skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istudju Globali tan-NU dwar it-Tfal Imċaħħda mil-Libertà ta' Lulju 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tat-30 ta' Awwissu 1961, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 38 tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tas-6 ta' Novembru 2020 dwar it-traffikar ta' nisa u bniet fil-kuntest tal-migrazzjoni globali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2022 bit-titolu “Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet” (COM(2022)0131), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-invażjoni tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u l-immirar tal-popolazzjoni tal-Ukraina kkawżaw għadd kbir ta' nies u familji biex jaħarbu mill-Ukrajna, u kellhom impatt enormi, speċjalment fuq it-tfal u ż-żgħażagħ fir-reġjun usa'; |
|
B. |
billi, skont l-aħħar rapport tal-UNICEF (6), fid-data tal-25 ta' Marzu 2022, aktar minn 3,7 miljun rifuġjat ħarbu mill-Ukrajna sa mill-bidu tal-gwerra; billi din iċ-ċifra hija mistennija li tkompli tiżdied fil-ġimgħat li ġejjin; billi n-NU tistma wkoll li issa hemm kważi 6,5 miljun persuna li ġew spostati internament mill-bidu tal-gwerra, u 12,65 miljun persuna oħra affettwati direttament mill-kunflitt; |
|
C. |
billi, skont l-aħħar rapport tal-UNICEF (7), in-nisa u t-tfal jirrappreżentaw 90 % tar-rifuġjati kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna; billi kważi nofs ir-rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna huma tal-età tal-iskola (8); billi l-UNICEF tistma wkoll li aktar minn 2,5 miljun tifel u tifla ġew spostati internament mill-bidu tal-kunflitt; |
|
D. |
billi mill-25 ta' Marzu 2022, il-pajjiżi ġirien kienu qed ilaħħqu ma' influss enormi ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna, b'aktar minn 2,2 miljun imorru l-Polonja, aktar minn 579 000 ir-Rumanija, aktar minn 379 000 il-Moldova, kważi 343 000 l-Ungerija, u aktar minn 545 000 lejn pajjiżi oħra (9); |
|
E. |
billi b'tali ċifri għoljin, it-tfal, speċjalment meta ma jkunux akkumpanjati, jinsabu f'riskju akbar ta' vjolenza, abbuż u sfruttament u hemm riskju akbar li t-tfal jgħibu u jisfaw vittmi tat-traffikar, speċjalment huma u jaqsmu l-fruntieri; |
|
F. |
billi aktar minn 100 000 tifel u tifla, nofshom b'diżabilità, jgħixu f'kura istituzzjonali u f'boarding schools fl-Ukrajna (10) u aktar minn 90 % ta' dawk it-tfal għandhom il-ġenituri; billi skont ċifri uffiċjali, bejn l-24 ta' Frar u l-bidu ta' Marzu twieldu 4 311-il tarbija fl-Ukrajna, u billi huwa stmat li kien hemm 265 000 mara tqila fil-bidu tal-kriżi, li madwar 80 000 minnhom huma mistennija jwelldu matul il-tliet xhur li ġejjin; |
|
G. |
billi skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), fl-2021 kien hemm mill-inqas 35 875 persuna apolida u persuni ta' nazzjonalità mhux determinata fl-Ukrajna; billi madwar 10-20 % tal-400 000 persuna Rom li jgħixu fl-Ukrajna huma apolidi jew f'riskju ta' apolidija; billi 55 % tat-tfal imwielda f'Donetsk u Luhansk u 88 % tat-tfal imwielda fil-Krimea ġew irrappurtati li ma għandhomx ċertifikati tat-twelid jew dokumenti personali Ukreni, li jpoġġuhom f'riskju ta' apolidija (11); billi t-tfal f'migrazzjoni sfurzata jinsabu f'riskju akbar ta' apolidija minħabba kwistjonijiet marbuta ma' ostakli għar-reġistrazzjoni tat-twelid fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew matul l-ispostament u nuqqas ta' rikonoxximent tal-apolidija tal-ġenituri tagħhom; billi dan ir-riskju huwa aggravat għat-tfal mhux akkumpanjati fid-dawl tal-ostakli għad-dokumentazzjoni u r-reġistrazzjoni, inkluż in-nuqqas ta' prova ta' rabtiet familjari; |
|
H. |
billi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal hija strument tal-UE maħsub biex jipprevjeni u jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiggarantixxi li t-tfal fil-bżonn ikollhom aċċess bla ħlas u effettiv għal servizzi ewlenin bħall-edukazzjoni u l-indukrar bikrin tat-tfal, attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskejjel, il-kura tas-saħħa u mill-inqas ikla waħda sana għal kull ġurnata tal-iskola, u li t-tfal kollha fil-bżonn ikollhom aċċess effettiv għal nutrizzjoni sana u akkomodazzjoni adegwata; billi l-objettivi tal-Garanzija għat-Tfal għandhom japplikaw għat-tfal kollha fl-Unjoni; |
|
I. |
billi t-tfal tal-migranti u tar-rifuġjati spiss isibu ruħhom f'sitwazzjoni mhux definita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u minħabba f'hekk it-tfal jitħallew lura, u dan jista' jaggrava s-sottożvilupp soċjali tagħhom u jwassal għall-prekarjetà, kif ukoll għal riskju akbar li jiġu emarġinati, ittrattati ħażin u abbużati; |
|
J. |
billi t-tfal li jikbru fi skarsezza ta' riżorsi u f'sitwazzjonijiet prekarji tal-familja huma aktar suxxettibbli li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'impatti estensivi fuq l-iżvilupp tagħhom u aktar tard fuq il-ħajja tagħhom ta' adulti, li jipperpetwa ċirku vizzjuż ta' faqar interġenerazzjonali; billi l-aħjar li jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali huwa permezz ta' politiki komprensivi b'applikazzjoni ristretta iżda b'kamp ta' applikazzjoni wiesa' li jkunu mmirati mhux biss lejn it-tfal iżda wkoll lejn il-familji u l-komunitajiet tagħhom, u billi tingħata prijorità lill-investimenti fil-ħolqien ta' opportunitajiet u soluzzjonijiet ġodda; billi s-setturi kollha tas-soċjetà jeħtiġilhom ikunu involuti fis-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej sas-soċjetà ċivili; |
|
K. |
billi l-faqar fost it-tfal ġie identifikat minn organizzazzjonijiet internazzjonali kemm bħala kawża potenzjali kif ukoll bħala konsegwenza potenzjali tal-ksur tad-drittijiet tat-tfal, minħabba l-impatt li għandu fuq il-kapaċità tat-tfal li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u minħabba n-nuqqas ta' difiża ta' dawk id-drittijiet; |
|
L. |
billi s'issa 378 istituzzjoni tal-edukazzjoni sekondarja u għolja nqerdu fl-Ukrajna minħabba l-bumbardamenti Russi (12); |
|
M. |
billi l-iżgurar tal-integrazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi strutturi ta' kura u tagħlim għandu jibqa' prijorità għall-UE u l-Istati Membri tagħha; |
|
N. |
billi hemm ksur serju kontra t-tfal fil-kuntest tal-kunflitt, inklużi dawk miżmuma f'kustodja; billi l-impatt qasir, medju u twil tal-kunflitt armat fuq it-tfal għandu jiġi indirizzat b'mod effettiv u komprensiv bl-użu ta' varjetà ta' għodod disponibbli għall-UE, inklużi linji gwida tal-UE ġodda u msaħħa dwar it-tfal u l-kunflitt armat; |
|
O. |
billi l-bniet huma partikolarment f'riskju matul il-kriżi umanitarja u ta' spostament, peress li, b'mod sproporzjonat, ikomplu jkunu vittmi ta' diskriminazzjoni bbażata fuq in-normi tal-ġeneru u l-vjolenza sessista; |
|
P. |
billi fil-Moldova t-tfal jirrappreżentaw nofs l-għadd ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna; |
|
1. |
Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2022 bit-titolu “Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet”, il-linji gwida operazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 (13) u l-pjan b'10 punti għal koordinazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha biex jintlaqgħu r-rifuġjati mill-Ukrajna; |
|
2. |
Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għaldaqstant għandhom l-obbligu li jirrispettaw, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet stabbiliti fiha; jisħaq li, skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem ikunu kunsiderazzjoni primarja fid-deċiżjonijiet kollha li jirrigwardaw it-tfal; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri jittrattaw kull tifel u tifla li qed ifittxu rifuġju, l-ewwel u qabel kollox, bħala tfal, irrispettivament mill-isfond soċjali jew etniku tagħhom, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-kapaċità, in-nazzjonalità jew l-istatus tal-migrazzjoni; |
|
4. |
Jitlob li jinħolqu passaġġi sikuri u kurituri umanitarji għat-tfal li jkunu qed jaħarbu mill-kunflitt, kemm dawk li ma jkunux akkumpanjati kif ukoll dawk mal-familji, u li tingħata l-għajnuna urġenti meħtieġa mit-tfal li huma spostati internament, maqbuda jew li ma jistgħux jitilqu minn żoni mdawra; |
|
5. |
Ifakkar li l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Garanzija għat-Tfal, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, l-Istrateġija tal-UE għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità 2021-2030, kif ukoll l-istrumenti ġuridiċi eżistenti kollha tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (14) huma importanti biex jappoġġjaw lill-Istati Membri u jgħinuhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal li qed jaħarbu mill-gwerra; |
|
6. |
Jisħaq li huwa importanti li l-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni bejniethom f'konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u li jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-reġistrazzjoni magħmula minn wieħed minnhom; |
|
7. |
Jenfasizza li t-tfal kollha għandhom id-dritt li jkunu protetti mill-vjolenza, mill-isfruttament u mill-abbuż u li l-Istati Membri tal-UE jeħtiġilhom jiżguraw miżuri preventivi, b'mod partikolari għat-tfal f'riskju ta' traffikar u ta' ħtif, kif ukoll appoġġ għat-tfal li jkunu ġew esposti għall-vjolenza u t-trawmi; ifakkar li t-tfal f'ambjenti tal-familja huma ġeneralment aktar sikuri u jingħataw kura aħjar u jitlob, għalhekk, appoġġ akbar għall-familji u għall-isforzi ta' riunifikazzjoni tal-familja; ifakkar li fi kwalunkwe każ għandu dejjem ikun hemm valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal; jitlob, barra minn hekk, li jingħata appoġġ lis-superstiti tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi ġirien jistabbilixxu spazji adegwati u sikuri adatti għat-tfal b'uffiċjali għall-protezzjoni tat-tfal immedjatament wara l-fruntiera, bħaċ-ċentri Blue Dot li qed jiġu stabbiliti mill-UNICEF u l-UNHCR; |
|
9. |
Jirrakkomanda bil-qawwa li l-uffiċjali għall-protezzjoni tat-tfal u servizzi kritiċi oħra jkunu preżenti u disponibbli fil-fruntiera sabiex jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet ta' dawn it-tfal, b'mod partikolari billi jidentifikaw u jirreġistraw b'mod preċiż in-nazzjonalità, l-apolidija jew ir-riskju ta' apolidija tat-tfal mal-wasla tagħhom, u jirreferuhom għas-servizzi adegwati, inklużi l-appoġġ psikosoċjali, l-appoġġ għas-saħħa tal-ommijiet, il-protezzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-traċċar tal-familja u l-appoġġ għar-riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex jiżguraw trasferiment xieraq għas-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal, ħalli t-tfal jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi bażiċi kollha u kura xierqa f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni tat-tfal; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni biex iħaffu l-evakwazzjoni tat-tfal li jinsabu fl-istituzzjonijiet u t-tfal li jeħtieġu kura medika u jiżguraw li dawn jiġu ttrasferiti f'ambjenti ta' kura bbażati fil-komunità jew fil-familja xierqa fl-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-kura xierqa; |
|
11. |
Jisħaq li l-evakwazzjonijiet għandhom dejjem isiru b'rispett ta' miżuri speċjali li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, u li għandu jingħata l-kunsens tal-ġenituri tagħhom jew tal-persuni responsabbli għall-kura tagħhom; |
|
12. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi stabbilita strateġija tal-UE biex issaħħaħ l-azzjoni umanitarja fuq il-post bil-għan li ssalva l-familji u t-tfal, b'mod partikolari t-tfal vulnerabbli, inklużi dawk li jkunu ġejjin minn kuntesti soċjoekonomiċi żvantaġġati, dawk li qegħdin f'kura istituzzjonali u foster care, dawk li jinsabu l-isptar, kif ukoll it-tfal b'diżabilità, l-orfni u t-tfal mhux akkumpanjati, speċjalment f'żoni ta' ġlied; |
|
13. |
Jesprimi tħassib dwar rapporti ta' żgħażagħ li għadhom qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni fl-Ukrajna, li jinsabu f'riskju akbar fost l-ostilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-awtoritajiet Ukreni biex migranti żgħażagħ u persuni żgħażagħ li jfittxu l-ażil miżmuma fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni fl-Ukrajna jkunu jistgħu jinħelsu, u tiffaċilita l-evakwazzjoni sikura tagħhom; |
|
14. |
Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-Pjattaforma ta' Solidarjetà għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kapaċitajiet ta' akkoljenza tal-Istati Membri u n-numru ta' persuni li qed jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fit-territorji tagħhom; |
|
15. |
Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti biex jiġu rreġistrati u identifikati t-tfal li jidħlu fl-UE mill-kura istituzzjonali fl-Ukrajna sabiex jiġu evitati t-traffikar tat-tfal, l-adozzjoni illegali u abbużi possibbli oħra, b'rispett sħiħ għall-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; jisħaq fuq l-importanza tal-monitoraġġ tal-benesseri u tal-post fejn ikunu jinsabu dawn it-tfal wara l-wasla tagħhom fl-UE; |
|
16. |
Jitlob li t-tfal mhux akkumpanjati u separati u t-tfal minn ambjenti ta' kura istituzzjonali fl-Ukrajna jiġu inklużi minnufih fis-sistemi ta' monitoraġġ għas-servizzi soċjali u tal-protezzjoni tat-tfal fl-Istati Membri ta' akkoljenza sabiex tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni tal-familja meta dan ikun fl-aħjar interessi tagħhom fil-futur u biex jiġi ssorveljat l-għoti tal-kura tagħhom sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-protezzjoni tagħhom; |
|
17. |
Jisħaq fuq l-importanza li tinġabar data diżaggregata, bi qbil mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, sabiex jiġu identifikati l-gruppi vulnerabbli li ġejjin mill-Ukrajna, inklużi, iżda mhux biss: it-tfal f'kura istituzzjonali, it-tfal b'diżabilità, it-tfal minn komunitajiet Rom, it-tfal mingħajr dokumenti u tfal oħra mhux Ukreni, it-tfal apolidi u t-tfal f'riskju ta' apolidija, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' gruppi partikolari u jingħata appoġġ għat-traċċar u r-riunifikazzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati, nisa u vittmi tat-traffikar; |
|
18. |
Jinnota l-pjattaforma tal-UE għar-reġistrazzjoni, li għandha l-għan li tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni biex jiżguraw li l-persuni li jkunu qed jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja jew adegwata skont il-liġi nazzjonali jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod effettiv mid-drittijiet tagħhom fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jillimitaw l-abbużi possibbli; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri ġirien jipprovdu lit-tfal b'informazzjoni adatta għat-tfal, f'lingwa li jistgħu jifhmu, dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tagħhom u r-riskju li jistgħu jiffaċċjaw ta' traffikar u forom oħra ta' sfruttament; jenfasizza li l-informazzjoni pprovduta lill-adulti għandha tinkludi taqsimiet speċjali dwar it-traffikar tat-tfal sabiex dawk li jieħdu ħsiebhom ikunu avżati u jiġi ffaċilitat appoġġ imfassal apposta; |
Kundizzjonijiet ta' akkoljenza u tfal vulnerabbli
|
20. |
Jenfasizza li t-tfal għandhom id-dritt u ħtieġa innata li jkunu qrib il-ġenituri tagħhom jew persuna li tieħu ħsiebhom b'mod kostanti; jisħaq fuq l-importanza li l-aħwa ma jiġux separati u għalhekk fuq l-importanza li t-tfal mhux akkumpanjati jiġu ospitati f'kollokamenti bbażati fil-familja u fil-komunità biex it-tfal kollha jkunu jistgħu jikbru mhux fl-istituzzjonijiet iżda fil-familji u fil-komunitajiet, b'mod li jimpedixxi s-separazzjoni bla bżonn tal-familji; jisħaq li meta t-tfal ma jkunux akkumpanjati, għandha tingħata prijorità lill-foster care jew lil kura oħra bbażata fil-komunità, u li meta dan ma jkunx possibbli, it-tfal għandhom jitqiegħdu f'faċilitajiet separati mill-adulti; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jinħatar malajr tutur għat-tfal kollha mhux akkumpanjati mal-wasla tagħhom fl-ewwel pajjiż tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità jew l-istatus ta' immigrazzjoni tagħhom, u li l-informazzjoni kollha pprovduta mit-tutur tingħata b'mod adatt għat-tfal; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri ġirien għandhom jagħmlu użu sħiħ min-Network Ewropew tal-Kustodja eżistenti u, meta t-tuturi ma jkunux disponibbli fil-pajjiżi ospitanti, jirrakkomanda bil-qawwa l-ħatra ta' tuturi temporanji fil-kuntest tal-fruntiera sabiex jiġi żgurat trasferiment xieraq tar-responsabbiltajiet lis-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal; |
|
22. |
Jitlob li jkun hemm finanzjament disponibbli biex jingħataw servizzi essenzjali u vitali tas-saħħa sesswali u riproduttiva u servizzi immedjati għal superstiti ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, f'konformità mal-pakkett ta' servizzi inizjali minimi (Minimum Initial Service Package, MISP), bil-għan li jiġu evitati u ġestiti l-konsegwenzi tal-vjolenza sesswali, titnaqqas it-trażmissjoni tal-HIV, jiġu evitati morbożità u mortalità eċċessivi tal-ommijiet u tat-trabi tat-twelid, u ppjanar għal servizzi komprensivi fil-qasam tas-saħħa riproduttiva; jitlob għall-faċilitazzjoni immedjata tal-aċċess transfruntier għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u/jew għal tranżitu lejn Stati Membri oħra tal-UE fejn meħtieġ, sabiex jingħelbu r-restrizzjonijiet severi fl-Istati Membri ta' tranżitu u f'dawk li qed jospitaw lir-rifuġjati u jiġi żgurat li t-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna jkollhom aċċess għal servizzi komprensivi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għal prodotti sanitarji; |
|
23. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-komunitajiet u l-muniċipalitajiet lokali kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinsabu fuq quddiem nett għall-akkoljenza, l-akkomodazzjoni u l-għoti ta' aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tħaffef l-aċċess tagħhom għall-fondi eżistenti tal-UE; |
|
24. |
Ifaħħar u jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tas-soċjetà ċivili fl-akkoljenza, l-akkomodazzjoni, l-għoti ta' assistenza umanitarja u assistenza legali u l-inklużjoni soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-gwerra; ifakkar li l-awtoritajiet ma jistgħux jiddependu fuq iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili waħedhom biex jorganizzaw l-akkoljenza u l-protezzjoni tat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-akkoljenza tat-tfal mhux akkumpanjati; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin fit-tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal fil-pajjiżi ospitanti sabiex ittejjeb l-appoġġ psikoloġiku u l-aċċess għas-servizzi bażiċi, bħall-edukazzjoni u s-saħħa, għat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna, fuq livell ugwali bħat-tfal tal-pajjiżi ospitanti, u tistabbilixxi mekkaniżmi ta' rilokazzjoni li jipprijoritizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja u r-rilokazzjoni tat-tfal vulnerabbli u oħrajn biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq il-pajjiżi ġirien; |
|
26. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati s-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi ospitanti sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura għat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, b'mod partikolari billi tiġi pprovduta mediċina essenzjali, bħal pereżempju għall-pazjenti bl-HIV, bil-kanċer u b'mard rari; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi mal-UNICEF u mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jipprovdu tilqim kontra mard bażiku lit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, inklużi l-poljo, il-ħosba u l-COVID-19; |
|
27. |
Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għaldaqstant għandhom l-obbligu li jirrispettaw, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet stabbiliti fiha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri speċifiċi biex jindirizzaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità, inklużi faċilitajiet adegwati u kura kostanti minn persuni li jieħdu ħsiebhom li jkunu għaddew minn proċess ta' għażla; |
|
28. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li jitqiesu l-ħtiġijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ LGBTIQ+, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti arranġamenti sikuri u xierqa ta' akkoljenza jew kura u jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fil-punti ta' qsim tal-fruntieri; jenfasizza d-diffikultà speċifika li jiffaċċjaw in-nisa trans u l-familji qawsalla meta jaqsmu l-fruntieri; jisħaq li t-tfal ta' koppji tal-istess sess jissograw li jiġu separati minn ġenitur wieħed jew mit-tnejn li huma; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-familji u s-sħubijiet de facto fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja; |
|
29. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà għat-trasferimenti mediċi intra-UE ta' rifuġjati u persuni spostati mill-Istati Membri li jmissu mal-Ukrajna, inklużi tfal u żgħażagħ li jeħtieġu trattamenti u terapiji vitali immedjati; |
|
30. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-hotline Ewropew uniku eżistenti għat-tfal neqsin (116 000) u l-linja għall-għajnuna Ewropea li tipprovdi assistenza psikoloġika bla ħlas lit-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna (116 111); jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-hotline 116 000 u fuq it-tisħiħ tal-azzjoni transkonfinali mmirata lejn l-identifikazzjoni u s-sejbien ta' tfal neqsin; |
Riunifikazzjoni tal-familja
|
31. |
Jistieden lill-Istati Membri jimmaniġġjaw il-każijiet tat-tfal kollha li ħarbu mill-Ukrajna u li jinsabu temporanjament fil-kura tagħhom, bil-għan aħħari li jiffaċilitaw ir-riunifikazzjoni tal-familja, inkluż billi jiżguraw li l-awtoritajiet jivverifikaw il-bażijiet tad-data eżistenti b'mod regolari u f'konformità sħiħa mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dawk li jiġbru informazzjoni dwar it-tfal neqsin; jisħaq li meta r-riunifikazzjoni fiżika ma tkunx immedjatament possibbli, il-kuntatt għandu jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid mill-aktar fis possibbli, inkluż mal-aħwa jew mal-familja estiża; huwa tal-fehma li dawn il-miżuri għandhom jinkludu mekkaniżmi robusti ta' protezzjoni u rappurtar, inkluża gwida dwar servizzi u riferimenti u talbiet b'rabta mas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tal-każijiet ta' protezzjoni tat-tfal; |
|
32. |
Jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-adozzjonijiet tat-tfal sabiex jevitaw is-separazzjoni ulterjuri jew permanenti tat-tfal mill-ġenituri u l-familji tagħhom kontra l-aħjar interessi tagħhom; |
Rilokazzjoni
|
33. |
Jappella għall-promozzjoni ta' mekkaniżmi ta' rilokazzjoni inkluż trasport sikur, rapidu u koordinat fl-Istati Membri kollha għat-tfal u għall-familji tagħhom li diġà jinsabu fl-Istati Membri ġirien, speċjalment għal tfal mhux akkumpanjati u tfal b'diżabilità, li jeħtieġu kura speċifika, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni u s-servizzi konsulari Ukreni fl-UE, meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' saħħa; |
|
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri ġirien iwettqu valutazzjonijiet individwali tal-aħjar interessi għat-tfal u, meta jkunu akkumpanjati minn adult, kemm jekk ikun membru tal-familja, kif ukoll qarib jew sponsor privat, tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema ta' skrutinju xierqa tal-familji ospitanti biex tipprovdi protezzjoni għat-tfal u tiżgura li dawn jiġu trasferiti b'mod sikur għand il-familji ospitanti tagħhom; |
Integrazzjoni
|
35. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ koordinat fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE u jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jipprovdi rispons rapidu u dirett lill-fornituri ta' servizzi ta' appoġġ fil-pajjiżi l-aktar milquta, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, iħaffu l-implimentazzjoni ta' tali miżuri u jiddedikaw ir-riżorsi nazzjonali kollha possibbli, ikkomplementati mill-fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, InvestEU, Erasmus +, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u EU4Health, sabiex jiġi żgurat li r-rifuġjati jgawdu integrazzjoni soċjoekonomika, aċċess ugwali għal impjiegi ta' kwalità, edukazzjoni, taħriġ u kura, u jkunu protetti kontra l-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali; ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu miżuri apposta biex jinvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza sabiex ikollhom aċċess għall-fond, skont il-pilastru Next Generation tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Azzjoni ta' Koeżjoni għar-Rifuġjati fl-Ewropa (CARE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprovdu riżorsi addizzjonali jekk ikun meħtieġ; |
|
36. |
Jirrikonoxxi l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-istudenti fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw malajr lill-istudenti ta' kull età fl-istrutturi ġenerali tat-tagħlim formali, informali u mhux formali, u jipprovdu appoġġ edukattiv speċjalizzat lil dawk bi ħtiġijiet addizzjonali, inklużi tfal minn komunitajiet emarġinati bħar-Rom, biex jiġi limitat it-tluq bikri mill-iskola u tiġi evitata s-segregazzjoni fl-edukazzjoni, li twassal għall-esklużjoni soċjali u għad-diskriminazzjoni; jirrikonoxxi li l-ostakli lingwistiċi jistgħu jfixklu r-reġistrazzjoni u l-prestazzjoni fl-iskola tat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw interpretazzjoni bla ħlas, korsijiet tal-lingwa speċjali u programmi speċjali oħra għar-reklutaġġ ta' għalliema Ukreni kif ukoll ta' għalliema li jitkellmu bl-Ukren u/jew b'lingwi minoritarji rilevanti; |
|
37. |
Jirrikonoxxi li l-għodod diġitali jistgħu jikkostitwixxu miżuri utli ħafna, flessibbli u adattati biex jipprovdu kontinwità edukattiva f'waqtha u appoġġ addizzjonali lit-tfal u liż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u għandhom ikunu kompletament konformi mal-istandards dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tuża bl-aħjar mod l-għodod u t-tagħmir edukattivi diġitali eżistenti, speċjalment dawk żviluppati fl-Ukrajna, biex tiżgura li t-tfal kollha jkunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni tagħhom; itenni, madankollu, li dawn għandhom ikunu komplementari għall-istrutturi fiżiċi u jissottolinja l-fatt li l-edukazzjoni wiċċ imb wiċċ hija kruċjali, b'mod partikolari fil-kuntest attwali, fejn dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jeħtieġu appoġġ psikosoċjali addizzjonali; jappella biex il-pajjiżi ospitanti jingħataw appoġġ koordinat biex isaħħu l-aċċess għal kura psikoloġika adegwata minn esperti kapaċi jittrattaw it-trawma relatata mal-gwerra; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jappoġġjaw lill-għalliema, lil min iħarreġ u l-membri l-oħra tal-persunal edukattiv li jaħdmu mat-tfal trawmatizzati; |
|
38. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twessa' l-pjattaforma School Education Gateway biex tgħin tlaqqa' flimkien lill-Istati Membri biex jibdew jaqsmu l-esperjenzi u jidentifikaw dak li hu meħtieġ biex titkompla l-edukazzjoni tat-tfal spostati, bħala punt uniku ta' servizz għall-koordinament tal-materjal edukattiv bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri fil-lingwa tal-istudent; jisħaq fuq il-ħtieġa li jintużaw il-kapaċitajiet ta' għalliema Ukreni minn fost dawk li waslu ġodda fl-Ewropa; |
|
39. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti d-diplomi, il-kwalifiki u l-perjodi ta' apprendiment, inkluż għall-edukaturi u għall-ħaddiema tas-saħħa, peress li dawn huma strumentali għall-integrazzjoni bla xkiel fl-ambjent il-ġdid tagħhom tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, juru flessibbiltà f'każijiet fejn id-dokumenti amministrattivi jkunu neqsin u jiżviluppaw modi innovattivi u prammatiċi, għall-avvanz ta' tali każijiet, li jikkombinaw kemm l-għażliet diġitali kif ukoll dawk stampati; |
|
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-miżuri li ttieħdu b'rispons għall-ħtiġijiet edukattivi u soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaħarbu mill-Ukrajna, filwaqt li tuża bl-aħjar mod il-ġbir ta' data aggregata u tiżgura konformità sħiħa mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; |
|
41. |
Jilqa' l-ewwel tentattivi tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-adattament tal-programmi ta' finanzjament eżistenti tal-UE bil-ħsieb li jappoġġjaw liż-żgħażagħ, b'mod partikolari Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u jħeġġeġ biex dawn l-isforzi jinżammu jew jissaħħu skont l-iżviluppi u sakemm ikun meħtieġ; jenfasizza li, fl-ambitu tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, iż-żgħażagħ kollha, mill-età ta' 15-il sena, għandhom jirċievu offerta ta' impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jieqfu mill-edukazzjoni formali; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa biex jiżguraw offerti ta' kwalità għolja, inkluż l-għoti ta' remunerazzjoni ġusta u aċċess għall-protezzjoni soċjali, filwaqt li jipprojbixxu l-abbuż ta' kuntratti atipiċi, u jiżguraw ambjenti tax-xogħol li huma adattati għall-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità; |
|
42. |
Jenfasizza r-rwol tal-isport fil-proċess ta' integrazzjoni għar-rifuġjati, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, u jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal attivitajiet u interventi sportivi għat-tfal u għaż-żgħażagħ, li jgħinuhom itejbu l-benesseri mentali tagħhom, jegħlbu t-trawma, jadattaw għall-ambjent il-ġdid tagħhom u joħolqu rabtiet mal-komunitajiet ospitanti; |
|
43. |
Jilqa' l-isforzi minn xi pajjiżi biex jagħmlu disponibbli fondi apposta għal boroż ta' studju għall-istudenti Ukreni u jappella għal sforzi Ewropej komuni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza għall-istudenti kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna, inklużi l-istudenti internazzjonali, li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn tali fondi u jlestu l-lawrji tagħhom, peress li huma wkoll jinsabu f'sitwazzjoni ta' emerġenza; jinsisti fuq l-importanza li jiġu appoġġjati t-tfal u ż-żgħażagħ kollha; |
|
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jsegwu u jadottaw approċċ konsistenti biex jiffaċċjaw l-isfidi attwali u futuri maħluqa mill-gwerra kontra l-Ukrajna, u ma jinsewx it-tagħlimiet miksuba mir-rispons għal din il-gwerra, anzi jaġixxu fuqhom, inkluż billi japplikaw u jimplimentaw id-Direttiva dwar Protezzjoni Temporanja biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni tar-rifuġjati u tal-persuni li jfittxu l-ażil ta' kwalunkwe oriġini; |
|
45. |
Jistieden lill-Istati Membri u, b'mod partikolari, lill-koordinaturi nazzjonali tal-UE fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal jiżguraw aċċess għal servizzi bla ħlas, effettivi u ta' kwalità tajba għat-tfal li qed jaħarbu mill-Ukrajna, li jkunu tal-istess livell tas-servizzi li jingħataw lit-tfal l-oħra fil-pajjiżi ospitanti, f'konformità mar-rakkomandazzjoni biex jiġu żgurati miżuri nazzjonali integrati u jitqiesu l-iżvantaġġi speċifiċi; jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19 u l-wasla tar-rifuġjati wara l-gwerra fl-Ukrajna jistgħu jaggravaw is-sitwazzjoni tat-tfal f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali jew tat-tfal li jeħtieġu aċċess għal kura ta' kwalità tajba; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, għalhekk, iżidu b'mod urġenti l-finanzjament tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal b'baġit apposta ta' mill-inqas EUR 20 biljun għall-ġlieda kontra l-faqar li qed jaffettwa lit-tfal u lill-familji tagħhom u biex jikkontribwixxu għall-għan li l-faqar jitnaqqas mill-inqas bi 15-il miljun ruħ sal-2030 – liema għan ikun jinkludi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla fl-Istati Membri kollha sal-2030; jistieden lill-Istati Membri kollha, f'dan ir-rigward, jallokaw aktar mill-minimu ta' 5 % tar-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew Plus taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġjaw attivitajiet fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal; |
|
46. |
Jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jagħtu spinta lill-investiment f'impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u fl-appoġġ soċjali għaż-żgħażagħ u għall-ġenituri, u jimplimentaw politiki ta' impjieg speċifiċi li jiżguraw standard tal-għajxien deċenti, pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, suq tax-xogħol inklużiv u impjegabbiltà ogħla, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jenfasizza li l-indukrar tat-tfal bikri bla ħlas għandu jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari tan-nisa, u biex jappoġġja l-iżvilupp soċjali tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' ħidma mill-qrib mat-trade unions nazzjonali u Ewropej biex il-persuni kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna jiġu appoġġjati jeżerċitaw id-drittijiet soċjali u ta' impjieg tagħhom fl-Istati Membri; |
|
47. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw akkomodazzjoni adegwata u sikura għall-persuni kollha li qed jaħarbu mill-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw l-għoti ta' akkomodazzjoni permanenti lit-tfal u lill-familji tagħhom li jkunu f'riskju li jispiċċaw mingħajr dar, u jinkludu soluzzjonijiet ta' akkomodazzjoni, għal tfal li jkunu qed jesperjenzaw il-problema li jsibu ruħhom mingħajr dar u esklużjoni severa mill-akkomodazzjoni, fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom fl-ambitu tal-Garanzija għat-Tfal; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kull tifel u tifla, u żagħżugħ u żagħżugħa, li qed jaħarbu mill-Ukrajna jkollhom aċċess għall-ilma ġieri, għas-sanitazzjoni u għal faċilitajiet ta' iġjene personali, kemm id-dar kif ukoll l-iskola; |
o
o o
|
48. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14.
(2) ĠU C 506, 15.12.2021, p. 94.
(5) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 78.
(6) UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3),23 ta' Marzu 2022.
(7) UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3),23 ta' Marzu 2022.
(8) Il-Kummissjoni Ewropea, “Ħrib mill-Ukrajna: appoġġ għall-edukazzjoni”, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/stronger-europe-world/eu-solidarity-ukraine/eu-assistance-ukraine/information-people-fleeing-war-ukraine/fleeing-ukraine-support-education_mt
(9) UNICEF, Ukraine Situation: Refugee Response in Neighbouring Countries – Humanitarian Situation Report No 3, (Is-Sitwazzjoni fl-Ukrajna: ir-Rispons tal-Pajjiżi Ġirien għar-Rifuġjati – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja Nru 3),23 ta' Marzu 2022.
(10) Ara UNICEF, “Unaccompanied and separated children fleeing escalating conflict in Ukraine must be protected” (It-tfal mhux akkumpanjati u mifrudin li qed jaħarbu minn kunflitt li qed jikber fl-Ukrajna jeħtiġilhom jiġu protetti), Dikjarazzjoni konġunta mid-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF Catherine Russell u l-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati Filippo Grandi, 7 ta' Marzu 2022, u Hope and Homes for Children, The Illusion of Protection: An Analytical Report Based on the Findings of a Comprehensive Study of the Child Protection System in Ukraine (L-Illużjoni ta' Protezzjoni: Rapport Analitiku Bbażat fuq is-Sejbiet ta' Studju Komprensiv tas-Sistema ta' Protezzjoni tat-Tfal fl-Ukrajna), 2017, aċċessat minn: http://www.openingdoors.eu/the-illusion-of-protection-national-audit-of-the-child-protection-system-in-ukraine
(11) Ara l-briefing tan-Network Ewropew dwar l-Apolidija, “Stateless people and people at risk of statelessness forcibly displaced from Ukraine” (Persuni apolidi u persuni f'riskju ta' apolidija spostati bil-forza mill-Ukrajna), 10 ta' Marzu 2022, u l-UNHCR, “Stateless Persons” (Persuni Apolidi), disponibbli fuq https://www.unhcr.org/ua/en/stateless-persons
(12) Skola tal-Ekonomija ta' Kiev, “Direct damage caused to Ukraine's infrastructure during the war has already reached almost $63 billion. Global economic losses are about $543-600 billion” ("Il-ħsara diretta kkawżata lill-infrastruttura tal-Ukrajna matul il-gwerra diġà laħqet kważi $63 biljun. It-telf ekonomiku globali jammonta għal madwar $543-600 biljun), aċċessat online minn https://kse.ua/about-the-school/news/zbitki-naneseni-infrastrukturi-ukrayini-v-hodi-viyni-skladayut-mayzhe-63-mlrd/
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/59 |
P9_TA(2022)0121
Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022: inklużi l-aħħar żviluppi tal-gwerra fl-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-implimentazzjoni tagħhom
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022: inklużi l-aħħar żviluppi tal-gwerra kontra l-Ukrajna u s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u l-implimentazzjoni tagħhom (2022/2560(RSP))
(2022/C 434/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Diċembru 2021 dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera Ukrena u fit-territorji okkupati mir-Russja tal-Ukrajna (1) u tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Ukrajna mill-mexxejja tal-Parlament Ewropew tas-16 u l-24 ta' Frar 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Frar 2022 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, dwar l-invażjoni tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew u tal-President tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2022 dwar l-aggressjoni militari bla preċedent u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-11 ta' Marzu 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-4 ta' April 2022 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-UE, dwar l-atroċitajiet Russi mwettqa f'Bucha u fi bliet oħra tal-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kunsill dwar sanzjonijiet u miżuri restrittivi kontra r-Russja, li jinkludu miżuri diplomatiċi, miżuri restrittivi individwali bħall-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, ir-restrizzjonijiet fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Krimea u Sevastopol u maż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern ta' Donetsk u Luhansk, sanzjonijiet ekonomiċi, restrizzjonijiet fuq il-media u restrizzjonijiet fuq il-kooperazzjoni ekonomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji ta' Nuremberg imfassla mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jiddeterminaw x'jikkostitwixxi delitt tal-gwerra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki u d-dokumenti sussegwenti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u tal-24 ta' Marzu 2022 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tan-NU tas-16 ta' Marzu 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà u d-Dokument ta' Vjenna u l-protokolli addizzjonali tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, f'konformità mal-Karta tan-NU u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-istati kollha jgawdu minn sovranità ugwali u “għandhom iżommu lura fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom milli jirrikorru għat-theddid jew għall-użu tal-forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika ta' kwalunkwe Stat”; billi l-Federazzjoni Russa ilha mill-24 ta' Frar 2022 twettaq gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna, u billi fis-16 ta' Marzu 2022, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat lill-Federazzjoni Russa “tissospendi minnufih l-operazzjonijiet militari tagħha fit-territorju tal-Ukrajna”; |
|
B. |
billi eluf ta' ċivili Ukreni tilfu ħajjithom jew sfaw feruti fl-aggressjoni u fl-invażjoni Russa mill-24 ta' Frar 2022 'l hawn, filwaqt li kważi 6,5 miljun ċittadin Ukren ġew spostati internament u aktar minn 4 miljuni ħarbu lejn pajjiżi ġirien, li jżid mal-aktar minn 14 000 persuna, kemm mill-persunal militari kif ukoll mill-popolazzjoni ċivili, li tilfu ħajjithom fit-tmien snin preċedenti bħala riżultat tal-okkupazzjoni tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-kunflitt li ġġenerat fl-Ukrajna tal-lvant; |
|
C. |
billi xahar wara li bdiet l-aggressjoni mir-Russja, il-gwerra fl-Ukrajna għadha tikkawża mwiet ta' persuni innoċenti; billi l-atroċitajiet mwettqa mit-truppi Russi qatt ma laħqu livell daqshekk baxx meta nhar il-Ħadd 3 ta' April 2022 ġew skoperti iġsma ta' rġiel u nisa ċivili mitluqin fit-toroq ta' Bucha, belt li għal kważi xahar ma kinitx aċċessibbli għall-armata Ukrena; billi dawn il-fatti jiġġustifikaw b'mod ċar it-twaqqif ta' kummissjoni internazzjonali biex tinvestiga r-reati kollha mwettqa mill-armata Russa sa mill-bidu tal-gwerra; |
|
D. |
billi l-armata Russa qed tkompli twettaq bumbardamenti indiskriminatorji u attakki mill-ajru kontra żoni residenzjali u infrastruttura ċivili, bħal sptarijiet, skejjel u skejjel materni, li wasslu għall-qerda sħiħa jew kważi sħiħa ta' Mariupol, Volnovakha u bliet u villaġġi oħra; |
|
E. |
billi l-Ukrajna s'issa wriet livelli bla preċedent ta' reżistenza u reżiljenza u ċaħdet lir-Russja milli jirnexxielha tilħaq l-objettiv inizjali tagħha għall-gwerra li tokkupa l-pajjiż kollu; |
|
F. |
billi l-Kummissjoni pproponiet u ħabbret sanzjonijiet ġodda fil-5 ta' April 2022 u qed taħdem fuq pakketti oħra ta' sanzjonijiet; billi l-ewwel sanzjonijiet tal-UE kontra l-Federazzjoni Russa ġew imposti f'Marzu 2014 wara l-annessjoni illegali tal-Krimea fl-2014, u billi l-aħħar pakkett ġie adottat fil-15 ta' Marzu 2022 wara l-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja, li varat fl-24 ta' Frar 2022; billi l-UE adottat ukoll sanzjonijiet kontra l-Belarussja b'reazzjoni għall-involviment tagħha fl-aggressjoni u fl-invażjoni Russa; |
|
G. |
billi s-sanzjonijiet qed iħallu effett iżda x-xiri tal-fjuwils fossili mingħand ir-Russja min-naħa tal-UE għadu qiegħed jipprovdi lir-reġim b'mezzi li jgħinu jiffinanzjaw il-gwerra; |
|
H. |
billi l-UE qed tħallas lir-Russja sa EUR 800 miljun kuljum għall-forniment ta' fjuwils fossili, li fis-sena jammontaw għal kważi EUR 300 biljun; |
|
I. |
billi kważi 500 kumpanija u korporazzjoni internazzjonali għażlu li jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom fir-Russja jew jirtiraw kompletament mis-suq Russu; billi, madankollu, xi kumpaniji baqgħu għaddejjin bin-negozju fir-Russja, u poġġew il-profitti minn operazzjonijiet fis-suq Russu qabel is-sigurtà u r-responsabbiltà soċjali, u b'hekk dgħajfu l-effetti tas-sanzjonijiet u mminaw il-kundanna tal-Federazzjoni Russa mill-komunità internazzjonali; |
|
J. |
billi studji akkademiċi (3) juru li l-projbizzjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili mir-Russja jkollha impatt fuq it-tkabbir ekonomiku tal-UE, li jikkorrispondi għal telf stmat ta' inqas minn 3 % tal-PDG, filwaqt li t-telf potenzjali għall-ekonomija Russa matul l-istess perjodu jammonta għal 30 % tal-PDG u jkun strumentali biex titwaqqaf l-aggressjoni Russa; |
|
K. |
billi l-President Metsola indirizzat lill-Verkhovna Rada fl-1 ta' April 2022 u ltaqgħet mal-President u mal-Prim Ministru tal-Ukrajna kif ukoll mal-mexxejja tal-fazzjonijiet politiċi f'isem il-Parlament Ewropew; |
|
1. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-gwerra ta' aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll l-involviment tal-Belarussja f'din il-gwerra, u jeżiġi li r-Russja ttemm minnufih kull attività militari fl-Ukrajna u tirtira mingħajr kundizzjonijiet il-forzi u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna; jesprimi d-dispjaċir tiegħu għat-telf u t-tbatija ta' qsim il-qalb li qed jesperjenza l-poplu tal-Ukrajna; |
|
2. |
Jissottolinja li l-aggressjoni u l-invażjoni militari jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Protokolli addizzjonali tagħha u tal-Karta tan-NU, u jistieden lill-Federazzjoni Russa terġa' tibda tissodisfa r-responsabbiltajiet ta' membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fiż-żamma tal-paċi u s-sigurtà u tirrispetta l-impenji tagħha skont l-Att Finali ta' Ħelsinki, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u l-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà; iqis l-invażjoni Russa tal-Ukrajna bħala attakk mhux biss kontra pajjiż sovran, iżda anki kontra l-prinċipji u l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u sigurtà fl-Ewropa u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, kif definit mill-Karta tan-NU; |
|
3. |
Jesprimi r-rabja u l-indinjazzjoni tiegħu għall-atroċitajiet irrappurtati, inklużi l-istupru u l-eżekuzzjoni ta' ċivili, l-ispostament furzat, is-sakkeġġ u l-attakki fuq infrastruttura ċivili, bħal sptarijiet, faċilitajiet mediċi, skejjel, xelters u ambulanzi, u l-isparar fuq ċivili li qed jippruvaw jaħarbu miż-żoni ta' kunflitt permezz ta' kurituri umanitarji miftiehma minn qabel flimkien mal-forzi armati Russi f'għadd ta' bliet Ukreni okkupati, bħal Bucha; jinsisti li l-awturi ta' delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet, kif ukoll l-uffiċjali tal-gvern u l-mexxejja militari responsabbli, iridu jinżammu responsabbli għal għemilhom; ifakkar li f'każ ta' delitti tal-gwerra u ġenoċidju, il-komunità internazzjonali hija obbligata taġixxi u għandha tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha; jappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjoni varata mill-Prosekutur tal-QKI dwar delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, kif ukoll il-ħidma tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa f'istituzzjonijiet u fi proċedimenti internazzjonali u fil-QKI jew tribunali jew qrati internazzjonali xierqa oħra biex jibdew proċedimenti kontra l-azzjonijiet ta' Vladimir Putin u Aliaksandr Lukashenka bħala delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u jipparteċipaw b'mod attiv fl-investigazzjoni tagħhom; jitlob li jitwaqqaf tribunal speċjali tan-NU għad-delitti fl-Ukrajna; iqis li jkun pertinenti li jittieħed vantaġġ mill-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex tingħata assistenza fi kwalunkwe investigazzjoni internazzjonali dwar delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jiġġieldu b'mod effettiv l-impunità għal dawk li wettqu jew ipparteċipaw f'delitti tal-gwerra; |
|
4. |
Itenni li l-kunsinni ta' armi jridu jkomplu u jiżdiedu biex l-Ukrajna tkun tista' tiddefendi ruħha b'mod effettiv; itenni l-appoġġ tiegħu għall-għajnuna difensiva kollha pprovduta lill-forzi armati tal-Ukrajna offruta individwalment mill-Istati Membri u kollettivament permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF); jilqa' d-deċiżjoni li tiżdied l-assistenza lill-Ukrajna permezz tal-EPF b'EUR 500 miljun oħra u jitlob għal żieda ulterjuri f'kontribuzzjonijiet konkreti biex jissaħħu b'mod urġenti l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Ukrajna, kemm b'mod bilaterali kif ukoll fl-ambitu tal-EPF; |
|
5. |
Jitlob li jiġu stabbiliti passaġġi u kurituri umanitarji sikuri biex jiġu evakwati ċ-ċivili li jaħarbu l-bumbardamenti u li tingħata spinta lin-networks tal-għajnuna umanitarja tal-UE fl-Ukrajna (inkluż għall-fjuwil, l-ikel, il-mediċini, il-provvisti tal-ilma tax-xorb, il-ġeneraturi tal-enerġija u l-kampusijiet mobbli); jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tintroduċi skemi ta' għajnuna bejn il-pari għall-Ukrajna sabiex tiżdied l-effikaċja tal-assistenza; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tat-tfal, kemm il-minorenni mhux akkumpanjati kif ukoll dawk li qed jaħarbu mal-familji tagħhom, u jitlob li kull tifel jew tifla li jfittxu kenn jiġu ttrattati l-ewwel u qabel kollox bħala tifel jew tifla, u li tiġi żgurata l-protezzjoni għall-persuni kollha li jaħarbu mill-Ukrajna, irrispettivament mill-isfond soċjali jew etniku tagħhom, mill-ġeneru, mill-orjentazzjoni sesswali, mill-kapaċità jew mill-istatus ta' migrazzjoni; ifaħħar lill-Istati Membri u lill-pajjiżi tal-viċinat tal-Ukrajna għar-rispons rapidu u pożittiv tagħhom għall-fluss ta' aktar minn 4 miljun rifuġjat li qed jaħarbu mill-gwerra; jilqa' l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (4) u jappella għall-promozzjoni ta' mekkaniżmi għar-rilokazzjoni tar-rifuġjati fost l-Istati Membri, inkluż it-trasport ikkoordinat malajr għar-rifuġjati, b'mod partikolari għal tfal mhux akkumpanjati u tfal b'diżabilità li jirrikjedu kura speċifika; |
|
6. |
Jissottolinja li r-reazzjoni tal-UE u l-impenn politiku tagħha jridu jilqgħu l-isfida ostili u jikkorrispondu għall-isforz tas-sħab Ukreni tal-istess fehma tagħna, li qed jiġġieldu u jissagrifikaw ruħhom għall-valuri u l-prinċipji Ewropej, li jmorru lil hinn mis-sħubija preżenti tal-UE; |
|
7. |
Jesprimi s-solidarjetà kollha tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna u mal-aspirazzjonijiet qawwija taċ-ċittadini li jittrasformaw lil pajjiżhom fi Stat Ewropew demokratiku u prosperu; jirrikonoxxi r-rieda tal-Ukrajna li tkun involuta fil-proġett Ewropew, kif espressa permezz tal-applikazzjoni tagħha għal sħubija fl-UE ppreżentata fit-28 ta' Frar 2022; itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaħdmu biex jagħtu l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Ukrajna, bħala sinjal politiku ċar tal-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u abbażi tal-mertu, u, sadanittant, ikomplu jaħdmu favur l-integrazzjoni tagħha fis-suq uniku tal-UE f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Versailles tal-Kunsill Ewropew, li tiddikjara li l-Ukrajna hija membru tal-familja Ewropea tagħna; |
|
8. |
Jikkundanna bil-qawwa r-retorika Russa li tindika rikors possibbli għall-użu ta' armi ta' qerda massiva mill-Federazzjoni Russa u jenfasizza li kwalunkwe użu bħal dan ma jkunx aċċettabbli u jkollu l-aktar konsegwenzi ħarxa; barra minn hekk, jikkundanna t-teħid mill-forzi Russi ta' faċilitajiet u siti nukleari attivi jew li ma għadhomx jintużaw fit-territorju tal-Ukrajna, filwaqt li jenfasizza li l-immaniġġjar tajjeb ta' dawn il-faċilitajiet huwa kwistjoni kruċjali tas-saħħa għar-reġjun kollu; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) fl-iżgurar tas-sikurezza tal-faċilitajiet nukleari fl-Ukrajna; jappoġġja l-appell tal-awtoritajiet Ukreni lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex minnufih jieħu miżuri għad-demilitarizzazzjoni taż-żona ta' esklużjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl u jippermetti lill-IAEA tieħu minnufih il-kontroll sħiħ tas-sit tal-impjant tal-enerġija nukleari; |
|
9. |
Jilqa' l-adozzjoni rapida tas-sanzjonijiet mill-Kunsill u jfaħħar l-għaqda tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri b'reazzjoni għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll il-livell għoli ta' koordinazzjoni fost il-G7; jistieden lis-sħab kollha, b'mod partikolari lill-pajjiżi kandidati tal-UE u lill-pajjiżi kandidati potenzjali, biex jallinjaw ruħhom mal-pakketti ta' sanzjonijiet; jilqa' b'sodisfazzjon it-Task Force dwar l-Elites, il-Proxies u l-Oligarki Russi li għadha kif ġiet stabbilita li l-għan tagħha huwa li tikkoordina l-ħidma tal-UE, tal-G7 u tal-Awstralja dwar sanzjonijiet kontra l-oligarki Russi u Belarussi; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jintensifikaw l-involviment tagħhom f'pajjiżi li għadhom ma ngħaqdux mal-UE fl-introduzzjoni ta' sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa, bl-użu tas-saħħa tal-UE u l-firxa sħiħa tal-għodod disponibbli tagħhom għal dak il-għan, u bl-għoti ta' assistenza jekk tkun meħtieġa; jiddeplora n-nuqqas ta' allinjament ta' ċerti pajjiżi kandidati tal-UE mas-sanzjonijiet tal-UE; jitlob li jiġi stabbilit pjan ċar ta' azzjoni vis-à-vis pajjiżi mhux tal-UE li qed jiffaċilitaw l-evażjoni tas-sanzjonijiet mill-Federazzjoni Russa; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta sanzjonijiet ħorox ulterjuri li jirriflettu l-eskalazzjoni bla waqfien tal-aggressjoni Russa u l-atroċitajiet xokkanti mwettqa mill-forzi militari Russi, li bla dubju jikkostitwixxu delitti tal-gwerra; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-fatt li jintbagħtu l-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU biex jipproteġu l-15-il reattur nukleari fl-Ukrajna, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-missjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika; jenfasizza li skont ir-Riżoluzzjoni 377 tagħha, l-Assemblea Ġenerali tan-NU għandha setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet sussidjarji meta l-Kunsill tas-Sigurtà ma jkunx f'pożizzjoni li jieħu deċiżjonijiet adegwati dwar kwistjonijiet ta' żamma tal-paċi; |
|
11. |
Jistieden lill-mexxejja tal-UE u lill-mexxejja ta' stati oħra biex jeskludu lir-Russja mill-G20 u minn organizzazzjonijiet kooperattivi multilaterali oħra, bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, l-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-UNESCO u oħrajn, bħala sinjal importanti li l-komunità internazzjonali mhux se terġa' tibda topera bħas-soltu mal-istat aggressur; |
|
12. |
Jissottolinja li l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tas-sanzjonijiet eżistenti fl-UE kollha u mill-alleati internazzjonali tal-UE issa trid tkun prijorità; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw u, fejn meħtieġ, joħolqu malajr bażi ġuridika biex, mingħajr dewmien, jiżguraw il-konformità sħiħa u effettiva mas-sanzjonijiet fil-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji tal-UE jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni effettiva u komprensiva tas-sanzjonijiet kollha tal-UE mill-Istati Membri u jindirizzaw kwalunkwe prattika ta' ċirkomvenzjoni; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-penali nazzjonali għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; jilqa' t-tħabbira ta' repożitorju ta' informazzjoni dwar is-sanzjonijiet u ta' pjan direzzjonali (li jinkludi kriterji u skeda ta' żmien) għal tranżizzjoni mill-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità sistematiċi mas-sanzjonijiet tal-UE għal proċeduri ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
14. |
Jistieden lill-Kunsill jimponi aktar sanzjonijiet fuq personalitajiet pubbliċi li qed ixerrdu propaganda aggressiva fir-Russja b'appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; |
|
15. |
Ifakkar li d-dħul mit-taxxa mill-akbar kumpaniji barranin tar-Russja jikkostitwixxi parti sinifikanti mill-baġit tar-Russja u huwa stmat li jammonta għal terz tan-nefqa militari; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjonijiet ta' bosta kumpaniji tal-Punent li jirrifjutaw li jwettqu negozju fir-Russja jew li jipprovdu l-prodotti u s-servizzi tagħhom hemmhekk; jistieden lin-negozji privati jirtiraw l-investimenti tagħhom, jirrilokaw is-siti ta' produzzjoni mir-Russja, u jnaqqsu l-kuntratti li għaddejjin bħalissa; jistieden lil kumpaniji kbar tal-IT jirrestrinġu b'mod sinifikanti jew sħiħ lill-utenti fir-Russja milli jaċċessaw il-prodotti, is-servizzi u s-sistemi operattivi tagħhom; |
|
16. |
Jitlob li tiżdied l-effettività tas-sanzjonijiet eżistenti, fost l-oħrajn billi jiġu esklużi, f'koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali tal-UE li jaħsbuha bl-istess mod, il-banek kollha mill-Federazzjoni Russa mis-sistema SWIFT u billi jiġi pprojbit kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera Russa, li r-reġistrazzjoni, is-sjieda, il-kirja jew l-operat tiegħu relatati mar-Russja, kwalunkwe bastiment li joriġina minn port Russu jew li jbaħħar lejh jew kwalunkwe bastiment li b'xi mod ieħor marbut mar-Russja, inkluż Sovicomflot, mid-dħul fl-ilmijiet territorjali tal-UE u mit-trakkar fil-portijiet tal-UE; jitlob il-projbizzjoni tat-trasport tal-merkanzija bit-triq minn u lejn it-territorju tar-Russja u l-Belarussja u jissuġġerixxi li l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tiġi estiża għall-konsenji li ġew ikkuntrattati qabel id-dħul fis-seħħ tas-sanzjonijiet, iżda li għadhom ma tlestewx għalkollox; jitlob b'insistenza l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet sekondarji fuq l-entitajiet kollha rreġistrati fl-UE u f'pajjiżi mhux tal-UE li qed jgħinu lir-reġim Russu u r-reġim Belarussu jevitaw is-sanzjonijiet; |
|
17. |
Jitlob embargo sħiħ immedjat fuq l-importazzjonijiet Russi ta' żejt, faħam. fjuwil nukleari, u gass, biex in-Nordstream 1 u 2 jiġu abbandunati għalkollox, u biex jiġi ppreżentat pjan biex tkompli tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE fuq perjodu ta' żmien qasir; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta' azzjoni komprensiv għall-UE dwar sanzjonijiet ulterjuri u jikkomunikaw b'mod ċar il-limiti assoluti u l-passi korrispondenti għall-azzjonijiet biex ineħħu s-sanzjonijiet f'każ li r-Russja tieħu passi biex terġa' tistabbilixxi l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha u tneħħi kompletament it-truppi tagħha mit-territorju tal-Ukrajna; |
|
18. |
Jisħaq, għal darb'oħra, fuq l-importanza tad-diversifikazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija, tat-teknoloġiji u tar-rotot tal-provvista, flimkien ma' aktar investiment fl-effiċjenza enerġetika, fl-enerġija rinnovabbli, fis-soluzzjonijiet tal-ħżin tal-gass u tal-elettriku u f'investimenti sostenibbli fit-tul f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati provvisti tal-enerġija sostenibbli mis-sħab kummerċjali tal-UE permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti u futuri, li tkompli tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq ir-Russja, b'mod partikolari għall-materja prima; jitlob, barra minn hekk, li jiġu stabbiliti riżervi strateġiċi komuni tal-enerġija u mekkaniżmi għall-akkwist tal-enerġija fil-livell tal-UE bil-għan li tiżdied is-sigurtà tal-enerġija filwaqt li titnaqqas id-dipendenza esterna fuq l-enerġija u l-volatilità tal-prezzijiet; jitlob li tinbeda ħidma fuq il-ħolqien ta' unjoni tal-gass, ibbażata fuq xiri komuni ta' gass mill-Istati Membri; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtemmu l-kollaborazzjoni ma' kumpaniji Russi fuq proġetti nukleari eżistenti u ġodda, inkluż fil-Finlandja, fl-Ungerija u fil-Bulgarija, fejn l-esperti Russi jistgħu jiġu ssostitwiti b'oħrajn mill-Punent, u jeliminaw gradwalment l-użu tas-servizzi ta' Rosatom; jitlob li tintemm il-kooperazzjoni xjentifika mal-kumpaniji Russi tal-enerġija, bħal Rosatom, u ma' entitajiet xjentifiċi Russi rilevanti oħra; jitlob b'insistenza li s-sanzjonijiet fuq il-Belarussja jirriflettu dawk introdotti kontra r-Russja sabiex tingħalaq kwalunkwe lakuna li tippermetti lil Putin juża l-għajnuna ta' Lukashenka biex jevita s-sanzjonijiet; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw mill-ġdid ir-rwol tar-Russja fl-attivitajiet tagħhom, inkluż li potenzjalment jissospendu proġetti ta' kooperazzjoni bejn ir-Russja u l-IAEA, kif ukoll is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tar-Russja fi proġetti multilaterali; |
|
21. |
Jisħaq li l-assi kollha li jappartjenu għall-uffiċjali Russi jew għall-oligarki assoċjati mar-reġim ta' Putin, il-prokuraturi tagħhom u dawk li jaġixxu f'isimhom, kif ukoll dawk fil-Belarussja marbuta mar-reġim ta' Lukashenka, għandhom jiġu ssekwestrati u l-viżi tal-UE għandhom jiġu revokati bħala parti minn tmiem sħiħ u projbizzjoni immedjata għall-passaporti tad-deheb, il-viżi u l-permessi ta' residenza; jissottolinja li segment usa' ta' uffiċjali, gvernaturi, sindki u membri Russi tal-elite ekonomika li jirrispettaw il-politika attwali tar-reġim ta' Putin u li jibbenefikaw minnha għandhom ikunu fil-mira tas-sanzjonijiet; |
|
22. |
Jitlob li tinbeda ħidma fuq fond simili għall-Pjan Marshall (il-Fond Fiduċjarju ta' Solidarjetà għall-Ukrajna) biex wara l-gwerra l-Ukrajna terġa' tinbena, jitnieda programm ta' investiment massiv u jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir tal-pajjiż; iqis li l-fond għandu jkun ġeneruż u ffinanzjat inter alia mill-UE, l-Istati Membri tagħha, minn kontribuzzjonijiet tad-donaturi u kumpens mir-Russja għad-danni tal-gwerra, inklużi assi Russi li qabel kienu ġew ikkonfiskati b'riżultat ta' sanzjonijiet u li għandhom ikunu kkonfiskati legalment f'konformità mad-dritt internazzjonali; |
|
23. |
Jistieden lill-UE żżid malajr it-trasparenza finanzjarja, tagħlaq il-lakuni kollha li għandhom l-għan li jaħbu s-sjieda benefiċjarja fi ħdan il-qafas tan-negozjati rigward il-pakkett leġiżlattiv dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tiżgura li jiġi kkonfiskat kwalunkwe ammont ta' flus maħżun minn oligarki Russi fl-Unjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja f'pajjiżi mhux tal-UE li tkun involuta fil-ħasil tal-flus jew li tippermetti li dan isir, titniżżel f'lista sewda; |
|
24. |
Jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta' solidarjetà tal-UE biex jittratta l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u tas-sanzjonijiet imposti; jirrikonoxxi li sanzjonijiet effettivi kontra l-Federazzjoni Russa u l-fluss ta' miljuni ta' rifuġjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna bħala riżultat tal-aggressjoni u l-invażjoni Russa qed jiġġeneraw sfidi ekonomiċi u soċjali inevitabbli madwar l-UE u l-Istati Membri tagħha; jappella għal miżuri ta' kumpens u provvisti alternattivi ta' merkanzija u sorsi tal-enerġija sabiex jitnaqqsu dawn l-impatti negattivi, kif ukoll għal miżuri effettivi kontra l-ispekulazzjoni inaċċettabbli li tkompli taggravahom, inkluż b’apprendimentmill-miżuri ta' suċċess implimentati mill-UE b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19; |
|
25. |
Jilqa' d-dikjarazzjonijiet ta' ħafna bliet Ewropej li temmew l-iskemi ta' kooperazzjoni u sħubija tagħhom ma' bliet u organizzazzjonijiet Russi; jistieden lill-gvernijiet lokali u l-bliet jeżaminaw mill-ġdid u jitterminaw l-ftehimiet ta' sħubija tagħhom mal-bliet tal-Federazzjoni Russa, u minflok jistabbilixxu kooperazzjoni mal-bliet Ukreni; |
|
26. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li s-settur agrikolu tal-Ukrajna jkun jista' jiffunzjona kif suppost mill-ġdid malajr kemm jista' jkun, filwaqt li jsiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi ssalvagwardjat l-istaġun li jmiss taż-żrigħ u tal-produzzjoni u biex ikunu jistgħu jiġu ttrasportati u jiġu pprovduti kurituri tal-ikel u tal-fjuwil sikuri lejn u mill-pajjiż; jappella għall-ftuħ ta' kurituri tal-art ekoloġiċi biex tiddaħħal fl-Ukrajna kwalunkwe ħaġa meħtieġa biex tinżamm il-produzzjoni agrikola (eż. pestiċidi u fertilizzanti) u biex jinħarġu mill-Ukrajna l-prodotti agrikoli kollha li għadhom jistgħu jiġu esportati; |
|
27. |
Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-deċiżjoni tal-Prosekutur tal-QKI li jiftaħ investigazzjoni dwar l-allegati delitti tal-gwerra u reati kontra l-umanità mwettqa fl-Ukrajna u jissottolinja l-importanza ta' ħidma u ta' progress b'ħeffa sabiex tiġi żgurata l-evidenza meħtieġa; jitlob, għalhekk, għal appoġġ finanzjarju u prattiku għall-ħidma importanti tal-QKI, eż. billi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE għall-Ukrajna tiġi permessa tassisti bid-dokumentazzjoni tal-evidenza; |
|
28. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu mekkaniżmu globali ta' sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni u jadottaw malajr sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli għall-korruzzjoni ta' livell għoli fir-Russja u fil-Belarussja; |
|
29. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw il-proċessi leġittimi internazzjonali u nazzjonali kollha biex jiġu investigati l-allegati delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra mwettqa fl-Ukrajna bl-għan li l-awturi u l-kompliċi kollha jinżammu responsabbli quddiem qorti tal-ġustizzja; |
|
30. |
Itenni li d-diżinformazzjoni mir-Russja hija parti mill-isforzi tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u li s-sanzjonijiet tal-UE kontra l-mezzi tal-media tar-Russja li huma proprjetà tal-Istat jistgħu faċilment jiġu evitati permezz tal-VPN, it-televiżjoni bis-satellita u l-funzjonijiet tat-televiżjoni intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-projbizzjoni fuq il-mezzi ta' propaganda tar-Russja li huma proprjetà tal-Istat; |
|
31. |
Jitlob li r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jiġu estiżi sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati dwar l-assi kollha miżmuma minn ċerti ċittadini Russi u Belarussi msemmija hawn fuq, u mhux biss id-depożiti tagħhom; ifakkar li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jużaw l-għodda għall-informaturi tal-Kummissjoni biex jirrapportaw b'mod anonimu ksur tas-sanzjonijiet tal-passat, attwali u ppjanati kontra individwi u entitajiet Russi u Belarussi; jemmen li l-kamp ta' applikazzjoni tal-listi ta' sanzjonijiet individwali għandu jiġi estiż għall-benefiċjarji attwali u preċedenti ta' rabtiet mill-qrib mal-Gvernijiet Russi u Belarussi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-qafas kontra l-ħasil tal-flus u tinkludi lir-Russja u lill-Belarussja fil-lista ta' ġuriżdizzjonijiet b'riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-raba' Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus (5); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' korp iddedikat biex jissorvelja l-infurzar tas-sanzjonijiet finanzjarji u ta' miżuri restrittivi oħra tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tippubblika l-assi ffriżati u ssekwestrati minn kull Stat Membru; jilqa' l-isforzi tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti investigattivi fl-iżvelar tal-assi li huma proprjetà tal-oligarki Russi; |
|
32. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-kultura u l-isport, li jissospendu l-parteċipazzjoni tar-Russja; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-livell ta' rappreżentazzjoni tal-Federazzjoni Russa u jnaqqsu l-għadd ta' persunal diplomatiku u konsulari Russu u Belarussu fl-UE, b'mod partikolari fejn l-azzjonijiet tagħhom jinvolvu spjunaġġ, diżinformazzjoni jew kwistjonijiet militari; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni kontinwa mal-alleati transatlantiċi u ma' sħab li jaħsbuha bl-istess mod bħal dawk fin-NATO, fil-G7 u fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, l-Istati assoċjati u l-pajjiżi kandidati; jissottolinja li l-UE għandha tirreaġixxi b'mod deċiżiv meta s-sħab preżunti jonqsu milli jappoġġaw il-pożizzjonijiet tal-UE; |
|
33. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO, lill-G7, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Belarussja. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0515.
(2) ĠU C 125, 18.3.2022, p. 2.
(3) Inkluż minn Bachmann et al., il-Bank Ċentrali Ewropew, Deutsche Bank Research, Oxford Economics, Goldman Sachs, etc. kif sar sommarju tiegħu minn Sachverständigenrat zur Begutachtung der gesamtwirtschaftlichen Entwicklung (Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi) fir-rapport tiegħu ta' Marzu 2022 bit-titlu “Auswirkungen eines möglichen Wegfalls russischer Rohstofflieferungen auf Energiesicherheit und Wirtschaftsleistung: Auszug aus der aktualisierten Konjunkturprognose 2022 und 2023”.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/66 |
P9_TA(2022)0123
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq, inkluża lpersekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi (2022/2620(RSP))
(2022/C 434/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Marzu 2022 tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 u tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-1 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, tal-25 ta' Marzu 2022 dwar l-illanċjar ta' missila ballistika interkontinentali (ICBM), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-11 ta' Jannar 2022 dwar l-illanċjar ta' missili mir-RDPK, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sanzjonijiet l-aktar riċenti tat-22 ta' Marzu 2021 imposti mill-UE minħabba l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-1 ta' April 2022 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2356 (2017), 2270 (2016), 2371 (2017), 2375 (2017) u 2397 (2017), li jipprojbixxu b'mod espliċitu t-testijiet nukleari mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-16 ta' Diċembru 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi ta' Reliġjon jew Twemmin tal-1981, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-7 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-RDPK għadha wieħed mill-pajjiżi l-aktar ripressivi fid-dinja; billi fir-RDPK, l-istat jeżerċita kontroll assolut fuq kull aspett ta' ħajjet iċ-ċittadini tiegħu, iżomm monopolju assolut fuq l-informazzjoni, u jikkontrolla l-moviment ġewwa u barra l-pajjiż kif ukoll il-ħajja soċjali taċ-ċittadini tiegħu, filwaqt li jżomm l-ubbidjenza billi jinstiga l-biża' fil-popolazzjoni permezz ta' theddid ta' eżekuzzjoni, priġunerija, għajbien furzat u xogħol iebes furzat fil-kampijiet ta' detenzjoni u ta' priġunerija; |
|
B. |
billi r-RDPK għandha sistema tas-sigurtà estensiva u strutturata tajjeb li tissorvelja mill-qrib il-ħajja ta' kważi kull ċittadin u ma tippermetti l-ebda tip ta' libertà bażika fil-pajjiż; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta investigat “il-ksur sistematiku, mifrux u serju tad-drittijiet tal-bniedem” fir-RDPK u ħarġet rapport fis-7 ta' Frar 2014; billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta kkonkludiet fir-rapport tagħha li l-gravità, l-iskala u n-natura tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' Pyongyang “jiżvelaw Stat li ma għandu l-ebda parallel fid-dinja kontemporanja”; |
|
D. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK ma tjibitx minn meta nħareġ ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta fl-2014; billi l-eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, it-tortura, il-vjolenza sesswali, l-iskjavitù u d-detenzjonijiet arbitrarji mwettqa mir-reġim tar-RDPK, inkluża l-persekuzzjoni għal raġunijiet ta' twemmin reliġjuż, għadhom għaddejjin u huma sistematiċi; billi skont is-sistema ta' songbun tagħha, il-prattikanti reliġjużi jappartjenu għall-klassi “ostili” u jitqiesu bħala għedewwa tal-istat, li jistħoqqilhom “diskriminazzjoni, pieni, iżolament, u saħansitra eżekuzzjoni”; billi d-dokumentazzjoni minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) turi li s-segwaċi tax-xamaniżmu u tal-Kristjaneżmu huma partikolarment vulnerabbli għall-persekuzzjoni; |
|
E. |
billi r-reġim qed jimmira b'mod sistematiku t-twemmin reliġjuż u l-minoranzi, inklużi x-xamaniżmu, il-Buddiżmu Korean, il-Kattoliċiżmu, iċ-Ċeondożmu u l-Protestantiżmu; billi eżempji ta' tali mmirar sistematiku jinkludu l-eżekuzzjoni ta' xi qassisin Kattoliċi u mexxejja Protestanti mhux barranin li ma rrinunzjawx għat-twemmin tagħhom u li ġew maqtula bħala ''spiji Amerikani''; |
|
F. |
billi minbarra l-ksur imġarrab mill-popolazzjoni ġenerali, in-nisa u l-bniet fil-Korea ta' Fuq huma l-mira potenzjali ta' firxa ta' abbużi sesswali u abbażi tal-ġeneru, bl-uffiċjali tal-gvern kemm iwettqu kif ukoll jonqsu milli jirrispondu b'mod effettiv għall-ksur tad-drittijiet, inklużi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa; |
|
G. |
billi l-Gvern tar-RDPK ma jippermettix oppożizzjoni politika, elezzjonijiet ħielsa u ġusti, media ħielsa, libertà reliġjuża, libertà ta' assoċjazzjoni, negozjar kollettiv jew libertà ta' moviment u għalhekk ma jirrispettax il-prinċipju tal-istat tad-dritt; billi kien hemm rapporti ta' repressjoni severa ta' persuni involuti f'attivitajiet reliġjużi pubbliċi u privati, inklużi l-privazzjoni arbitrarja tal-libertà, it-tortura, ix-xogħol furzat u l-eżekuzzjoni; billi l-kwanliso (kampijiet ta' priġunerija politiċi) għadhom operattivi u huma fundamentali għall-kontroll u r-repressjoni tal-popolazzjoni, skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU; billi skont ir-Rapporteur Speċjali, “Ħafna minn dan il-ksur jinvolvi delitti kontra l-umanità li qed jitwettqu fir-RDPK. Proċessi konkreti ta' obbligu ta' rendikont huma meħtieġa b'mod urġenti, jew fil-livell nazzjonali jew f'dak internazzjonali”; |
|
H. |
billi l-awtoritajiet statali tar-RDPK sistematikament jiċħdu d-drittijiet bażiċi tal-priġunieri u jwettqu eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, detenzjoni arbitrarja u għajbien furzat, inkluż fil-forma ta' ħtif ta' ċittadini barranin, filwaqt li internaw dak li huwa stmat minn xi sorsi bħala aktar minn 100 000 persuna f'sistema penali estensiva ta' ċentri ta' priġunerija u detenzjoni, kampijiet ta' taħriġ tax-xogħol, kampijiet ta' priġunerija politiċi u kampijiet ta' riedukazzjoni, fost faċilitajiet oħra; billi r-reġim tar-RDPK b'mod regolari u sistematiku jirrikjedi xogħol furzat minn ħafna mill-popolazzjoni tiegħu biex isostni l-ekonomija tiegħu, b'mod partikolari l-persuni miżmuma fil-kwanliso; |
|
I. |
billi r-reġim tar-RDPK irrifjuta r-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Assemblea Ġenerali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rigward is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorju tiegħu; |
|
J. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 intużat mir-RDPK biex tkompli tiżola l-pajjiż mid-dinja ta' barra, u dan irriżulta fi u kompla jikkonsolida l-ksur aggravat tad-drittijiet tal-bniedem u wassal għal impatt negattiv fuq is-saħħa tal-poplu tiegħu; billi l-organizzazzjonijiet umanitarji għadhom ma jistgħux jirritornaw lejn ir-RDPK; billi l-preżenza internazzjonali limitata fil-pajjiż u t-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' persuni li ħarbu li jaslu fir-Repubblika tal-Korea jagħmlu d-dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem aktar diffiċli minn qatt qabel; billi r-RDPK għalqet il-fruntieri tagħha għall-qsim estern kollu biex tevita t-tixrid tal-COVID-19 u ma qassmet l-ebda vaċċin kontra l-COVID-19 lill-poplu tagħha, filwaqt li sostniet li l-virus ma jeżistix fil-pajjiż; billi, sa mill-bidu tal-pandemija, il-Korea ta' Fuq saret saħansitra aktar iżolata mill-bqija tad-dinja minħabba li l-infrastruttura tas-saħħa tagħha tibqa' magħrufa li hija dgħajfa u minħabba n-nuqqas ta' tilqim tal-popolazzjoni tagħha; billi skont l-aħħar rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ppubblikat f'Marzu 2022, il-Korea ta' Fuq hija aktar iżolata minn qatt qabel minħabba l-għeluq fit-tul tal-fruntieri fuq skala kbira u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn il-bliet u r-reġjuni imposti f'Jannar 2020; billi l-kontroll oppressiv tal-popolazzjoni kompla jissaħħaħ; |
|
K. |
billi l-poplu tar-RDPK ġie espost għal għexieren ta' snin ta' sottożvilupp, b'kura tas-saħħa fqira u livelli għoljin ta' malnutrizzjoni materna u tat-tfal, f'kuntest ta' iżolament politiku u ekonomiku u nuqqasijiet ta' ikel u fjuwil; billi l-insigurtà kronika tal-ikel għadha mifruxa u x'aktarx marret għall-agħar bit-tnaqqis sinifikanti tal-kummerċ wara l-għeluq tal-fruntieri tal-pajjiż; billi partijiet tal-popolazzjoni, speċjalment popolazzjonijiet vulnerabbli, jistgħu jkunu qed jiffaċċjaw ġuħ u karestija; |
|
L. |
billi l-UE hija difensur u promotur tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja; billi d-djalogi politiċi bejn l-UE u r-RDPK saru l-aħħar f'Ġunju 2015; billi l-Gvern Ċiniż iqis il-parti l-kbira tar-rifuġjati tal-Korea ta' Fuq bħala migranti ekonomiċi illegali u jirripatrija xi wħud minnhom jekk jiġu skoperti, mingħajr ma jqis ir-riskju tagħhom ta' persekuzzjoni malli jirritornaw; billi n-Nord Koreani fir-Russja qed jiffaċċjaw ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom, peress li l-pulizija Russa għandha storja ta' arrest ta' Nord Koreani fuq talba ta' Pyongyang; billi din il-prattika tikser direttament l-obbligi taċ-Ċina u tar-Russja skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967; billi ħafna persuni li jaħarbu mill-Korea ta' Fuq jgħaddu minn diffikultajiet tremendi fiċ-Ċina u fil-pajjiżi ġirien tagħha, mingħajr identità uffiċjali jew status legali, u huma estremament vulnerabbli għat-traffikar ta' bnedmin, il-ħtif u l-isfruttament sesswali; |
|
M. |
billi r-RDPK kompliet issegwi l-kapaċitajiet nukleari u l-programm tal-missili ballistiċi tagħha, kif intwera reċentement miż-żieda fl-ittestjar tal-missili fil-bidu tal-2022; billi l-UE imponiet sanzjonijiet fuq 57 individwu elenkat u disa' entitajiet elenkati talli kkontribwew għall-programmi tar-RDPK relatati ma' kapaċitajiet nukleari u ta' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew talli evitaw sanzjonijiet; billi l-proliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u l-mezzi ta' twassil tagħhom jirrappreżentaw theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi r-RDPK rtirat mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) fl-2003, ilha tmexxi provi nukleari mill-2006 u uffiċjalment iddikjarat fl-2009 li kienet żviluppat arma nukleari, li jfisser li t-theddida tal-avvanz tal-kapaċitajiet nukleari tagħha ċarament amplifikat; billi fl-20 ta' April 2018, ir-RDPK ħabbret li kienet se tissospendi immedjatament l-ittestjar nukleari u tal-missili u tagħlaq is-sit ta' Punggye-ri li kien intuża għal sitt testijiet nukleari preċedenti; billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkundanna l-illanċjar mir-RDPK ta' missila ballistika interkontinentali fl-24 ta' Marzu 2022 bħala ksur tas-sospensjoni tal-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali mwiegħda mir-RDPK u ksur tas-sanzjonijiet tan-NU; billi fit-22 ta' Marzu 2022, l-UE imponiet iffriżar tal-assi u projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar skont ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fuq żewġ individwi u entità waħda fir-RDPK; |
|
N. |
billi l-President uxxenti tar-Repubblika tal-Korea Moon Jae-in ippropona dikjarazzjoni ta' “tmiem il-gwerra” lir-RDPK biex jiġi ddikjarat tmiem formali tal-Gwerra Koreana li ntemmet fl-1953 mingħajr trattat ta' paċi; |
|
O. |
billi l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G7 u r-Rappreżentant Għoli tal-UE ddikjaraw b'mod konġunt li s-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra fir-RDPK hija minħabba li r-RDPK tuża r-riżorsi tagħha għal armi ta' qerda massiva u għal programmi ta' missili ballistiċi aktar milli għall-benesseri tal-poplu tagħha; |
|
1. |
Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għar-ripressjoni statali li ilha għaddejja għal għexieren ta' snin u hija eżerċitata b'mod sistematiku mill-Mexxejja Supremi u mill-amministrazzjoni tar-RDPK, kemm dawk attwali kif ukoll dawk tal-passat; jistieden lil Kim Jong-un iwaqqaf il-politika ta' esterminazzjoni, qtil, skjavitù, tortura, priġunerija, stupru, aborti furzati u vjolenza sesswali oħra, persekuzzjoni għal raġunijiet politiċi, reliġjużi, razzjali u tal-ġeneru, it-trasferiment furzat tal-popolazzjonijiet, l-għajbien furzat ta' persuni, l-att inuman li konxjament jiġi kkawżat karestija fit-tul u l-impunità istituzzjonalizzata għall-awturi ta' dawn l-atti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDPK iwaqqfu d-delitti kontinwi tagħhom kontra l-umanità, inkluż permezz tas-sistema tal-kwanliso, u jwettqu proċess ta' riforma fejn id-drittijiet tal-bniedem kollha jiġu rispettati u protetti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżżarmaw il-kwanliso; jappella biex tiġi ppubblikata informazzjoni dettaljata dwar dawn il-kampijiet u li l-korpi ta' monitoraġġ internazzjonali indipendenti jingħataw l-opportunità li jżuruhom; |
|
2. |
Jikkundanna bil-qawwa l-użu sistematiku u fuq skala kbira tal-piena kapitali fir-RDPK; jistieden lill-Gvern tar-RDPK jiddikjara moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet kollha, bil-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt fil-ġejjieni qrib; jistieden lir-RDPK ttemm l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarja u l-għajbien furzat, teħles lill-priġunieri politiċi u tippermetti liċ-ċittadini tagħha jivvjaġġaw liberament, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra minnu; jistieden lill-RDPK tippermetti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa għall-media nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll aċċess għall-internet mingħajr ċensura liċ-ċittadini kollha tagħha; jitlob lir-RDPK tieqaf takkuża bi “tradiment” lil dawk li jaħarbu min-nazzjon jew titlob li dawk li jaħarbu lejn iċ-Ċina jiġu rritornati lejn ir-RDPK; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, f'konformità mal-obbligi tagħhom bħala Stati partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rifuġjati, biex ir-rifuġjati tal-Korea ta' Fuq li jaqsmu l-fruntiera lejn iċ-Ċina u r-Russja ma jiġux miċħuda d-dritt tagħhom li jfittxu ażil jew li jiġu rritornati bil-forza lejn il-Korea ta' Fuq, iżda biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tagħhom; itenni t-talba tiegħu lill-pajjiżi li huma riċevituri ta' rifuġjati mir-RDPK biex jirrispettaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967 u biex b'mod imperattiv joqogħdu lura milli jikkooperaw fi kwalunkwe forma mal-amministrazzjoni tar-RDPK dwar l-estradizzjoni jew ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-Korea ta' Fuq; |
|
4. |
Jikkundanna r-restrizzjonijiet ħarxa fuq il-libertà tal-moviment, tal-espressjoni, tal-informazzjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sistema songbun li tikklassifika lin-nies abbażi ta' klassi soċjali u twelid assenjati mill-Istat, u tinkludi wkoll kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet politiċi u tar-reliġjon; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon u twemmin li jaffettwa x-Xamaniżmu u l-Kristjaneżmu kif ukoll reliġjonijiet oħra fil-Korea ta' Fuq; jiddenunzja l-arresti arbitrarji, id-detenzjoni fit-tul, it-tortura, it-trattament ħażin, il-vjolenza sesswali u l-qtil ta' persuni reliġjużi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDPK iwaqqfu kull vjolenza kontra minoranzi reliġjużi u jagħtuhom id-dritt tal-libertà ta' reliġjon u twemmin, id-dritt ta' assoċjazzjoni u d-dritt tal-libertà ta' espressjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awturi ta' dawn l-atti vjolenti jinżammu responsabbli, inklużi l-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tal-Poplu u l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat li huma strumentali fil-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDPK iwaqqaf il-programm tiegħu ta' xogħol furzat sponsorjat mill-Istat li permezz tiegħu pajjiżi barranin ibbenefikaw minn għexieren ta' eluf ta' ħaddiema mill-Korea ta' Fuq f'kundizzjonijiet prekarji, u b'hekk iġġeneraw valuta fiżika bħala għajnuna biex jiġi sostnut ir-reġim; jissottolinja li, f'dan il-każ, ir-responsabiltà għall-ħarsien tad-drittijiet tax-xogħol testendi għall-istati ospitanti li għandhom jiżguraw il-ħarsien tal-istandards tax-xogħol u tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
6. |
Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fis-sistema penali kollha, inkluż iċ-ċaħda tal-kura tas-saħħa, it-tortura flimkien ma' trattament u pieni krudili, inumani u degradanti, il-privazzjoni arbitrarja tal-libertà, ix-xogħol furzat, l-istupru u forom oħra ta' vjolenza sesswali, iċ-ċaħda tad-dritt għall-ħajja u għal proċess ġust u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti vulnerabbli, inklużi nisa, persuni b'diżabilità u minorenni; jistieden lill-awtoritajiet tar-RDPK jiżguraw li l-osservaturi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem ikollhom aċċess għas-sistema penali tagħha u jikkooperaw magħhom bil-għan li jaħdmu mal-atturi internazzjonali rilevanti biex jirriformaw is-sistemi penali u ġudizzjarji tagħha; |
|
7. |
Jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tal-pandemija, li wasslet għall-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet ulterjuri u għal miżuri severi, bla bżonn u estremi li l-Gvern tal-Korea ta' Fuq stabbilixxa apparentement biex jipproteġi kontra l-COVID-19, li jkomplu jirrestrinġu d-drittijiet intrinsikament soppressi għall-ikel u s-saħħa, u d-drittijiet għal-libertà ta' moviment u l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni; ifaħħar il-ħidma tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1718 li malajr approva t-talbiet kollha għal eżenzjoni mis-sanzjonijiet relatati mal-COVID-19 biex tingħata assistenza umanitarja lir-RDPK; jistieden lir-RDPK taħdem ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-inizjattiva dwar l-Aċċess Globali għall-Vaċċini (COVAX) għall-Coronavirus (COVID-19), biex tiżgura t-twassil u d-distribuzzjoni f'waqthom tal-vaċċini kontra l-COVID-19 lill-poplu tagħha; |
|
8. |
Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar il-gravità tas-sitwazzjoni tal-ikel li l-pajjiż qiegħed iħabbat wiċċu magħha u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-popolazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-RDPK jiżguraw l-aċċess liċ-ċittadini kollha għall-ikel u l-għajnuna umanitarja abbażi tal-ħtieġa, skont il-prinċipji umanitarji; |
|
9. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għad-delitti tal-passat u dawk li għadhom għaddejjin kontra l-umanità; iħeġġeġ bil-qawwa lir-RDPK tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi legali kollha li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappella lill-membri kollha tan-NU biex jieħdu azzjoni biex jimplimentaw bis-sħiħ is-sanzjonijiet eżistenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappella biex isiru sforzi biex is-sitwazzjoni fir-RDPK tiġi riferuta lill-Qorti Kriminali Internazzjonali jew biex jinħoloq tribunal ad hoc, jew mekkaniżmu komparabbli, sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà kriminali tal-uffiċjali tal-gvern, inklużi l-ogħla awtoritajiet; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kunsill jadotta sanzjonijiet severi addizzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, immirati lejn l-individwi identifikati bħala responsabbli għal dak il-ksur; jieħu nota tal-opinjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet kontra l-pajjiż ma jkollhomx impatt detrimentali fuq id-drittijiet għall-ikel, is-saħħa, l-ilma u s-sanità, l-akkomodazzjoni u l-iżvilupp, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-assistenza umanitarja, inkluż fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19; |
|
10. |
Jikkundanna bil-qawwa li fl-24 ta' Marzu 2022 l-RDPK tella' ICBM bħala provokazzjoni bla bżonn u perikoluża, li hija ksur ta' diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u reġjonali; jistieden lir-RDPK tabbanduna l-armi ta' qerda massiva u l-programmi ta' missili ballistiċi tagħha b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli; |
|
11. |
Jistieden lir-RDPK tkompli timpenja ruħha b'mod kostruttiv mal-interlokuturi internazzjonali bil-ħsieb li jiġu promossi titjibiet konkreti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-prattika, inkluż permezz ta' djalogi, żjarat uffiċjali lejn il-pajjiż u aktar kuntatti bejn il-persuni; |
|
12. |
Ikompli jappoġġja riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt fil-Peniżola Koreana, li għandha tinvolvi denuklearizzazzjoni flimkien ma' titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri tal-UE jappoġġjaw l-istrutturi tan-NU u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżguraw l-obbligu ta' rendikont għar-reati mwettqa permezz tal-ġbir kontinwu ta' evidenza u dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-passat u fil-preżent fil-pajjiż, bil-ħsieb li tintemm l-impunità għall-abbużi serji tar-RDPK; |
|
13. |
Jilqa' t-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK; jiddispjaċih għall-fatt li l-uffiċċju fil-post ġewwa Seoul tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) għadu nieqes mill-persunal, u jħeġġeġ lill-membri tan-NU u tal-OHCHR jappoġġjaw il-mekkaniżmu u jiżguraw li dan jiġi pprovdut bil-persunal u r-riżorsi kollha meħtieġa; |
|
14. |
Jirrakkomanda li jsir progress lejn ir-rikonċiljazzjoni u l-istabbiliment ta' proċess xieraq ta' rimedju; jistieden lill-istati affettwati joħorġu “Dikjarazzjoni ta' tmiem il-Gwerra” biex jintemm il-kunflitt militari mhux riżolt; |
|
15. |
Jilqa' r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE, kif ukoll ir-rieda espressa tal-UE li tappoġġja kwalunkwe proċess diplomatiku sinifikanti; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija li tikkomplementa r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE, skont l-Istrateġija Globali tal-UE, u b'kont meħud tat-tkomplija tad-djalogu politiku mal-Korea ta' Fuq meta jkun wasal iż-żmien, bil-ħsieb li jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem, id-denuklearizzazzjoni u l-inizjattivi ta' paċi fl-impenn tagħha mar-RDPK; |
|
16. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Korea, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Istati Uniti, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ġappun, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU. |
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/71 |
P9_TA(2022)0124
Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gwatemala
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gwatemala (2022/2621(RSP))
(2022/C 434/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Gwatemala, partikolarment dik tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala tal-11 ta' Frar 2022, u dwar id-deterjorament tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala tat-23 ta' Marzu 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra (2), u b'mod partikolari l-klawżola li fih dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-28 ta' Frar 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lill-kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Gwatemala, tal-11 ta' Frar 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tat-22 ta' Frar 2022 li tesprimi tħassib dwar ksur ġdid tal-indipendenza ġudizzjarja fil-Gwatemala, u dik tal-IACHR u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati tad-9 ta' Marzu 2022 li tħeġġeġ lill-Gwatemala tiggarantixxi l-indipendenza u l-imparzjalità fil-ħatra tal-avukat ġenerali l-ġdid tal-pajjiż, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Gwatemala hija sieħeb importanti u tal-istess fehma tal-UE, kif muri mir-rwol ewlieni tal-pajjiż fl-integrazzjoni reġjonali fl-Amerka Ċentrali permezz tal-presidenza pro tempore tiegħu tas-Sistema ta' Integrazzjoni Reġjonali tal-Amerka Ċentrali, it-tkabbir tal-kooperazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Gwatemala, is-solidarjetà tal-pajjiż mal-Ukrajna u l-Ewropa u l-kundanna qawwija tiegħu tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, u r-rwol attiv tiegħu fil-fora internazzjonali, kif ukoll id-djalogu kostruttiv mal-Ambaxxata tal-Gwatemala fi Brussell fil-kuntest tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali; |
|
B. |
billi fl-2019, il-gvern tar-Repubblika tal-Gwatemala ddeċieda unilateralment li jtemm il-mandat tal-Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), li kienet ilha topera għal 12 il-sena fil-pajjiż; billi matul il-perjodu meta l-awtoritajiet ikkollaboraw mas-CICIG, il-Gwatemala wriet progress kontinwu fil-prosekuzzjoni ta' każijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korruzzjoni; |
|
C. |
billi minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Gwatemala sofriet proċess kontinwu ta' kooptazzjoni istituzzjonali u ż-żarmar tal-istat tad-dritt, l-ostruzzjoni u l-fastidju sistematiċi tal-ħidma leġittima tal-imħallfin u l-prosekuturi, kampanji ta' malafama, arresti u intimidazzjoni tal-operaturi tal-ġustizzja, b'mod partikolari dawk tas-CICIG, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali kontra l-Impunità (FECI), u intensifikazzjoni u żieda tal-aggressjonijiet kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-kriminalizzazzjoni tagħhom; |
|
D. |
billi l-prosekuturi tal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata li jinvolvu uffiċjali għolja tal-istat u sidien ta' negozji ġew kriminalizzati f'bosta proċedimenti kriminali permezz ta' lmenti quddiem il-Bord Dixxiplinari Ġudizzjarju u proċessi preliminari promossi mill-Ministeru Pubbliku tal-Gwatemala sabiex jarrestawhom jew jirtirawlhom l-immunità ġudizzjarja tagħhom; billi l-proliferazzjoni ta' dawn il-proċedimenti legali kontra mħallfin, prosekuturi u avukati indipendenti u n-nuqqas ta' rispons fil-pront u effiċjenti u miżuri ta' protezzjoni huma allarmanti; |
|
E. |
billi t-theddid, il-fastidju u r-riskju ta' detenzjoni arbitrarja wasslu biex aktar minn 20 imħallef ħabbru l-eżilju tagħhom mill-Gwatemala biex jipproteġu s-sikurezza u l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom, u biex jevitaw rappreżalji mill-awtoritajiet tal-Istat tal-Gwatemala; billi l-każijiet tal-imħallef Erika Aifán, l-eks avukati ġenerali Claudia Paz u Thelma Aldana, u Juan Francisco Sandoval, li kien imexxi l-FECI, huma biss ftit eżempji ta' fastidju kontra operaturi ġudizzjarji fil-Gwatemala; |
|
F. |
billi l-Artikolu 203 tal-Kostituzzjoni tal-Gwatemala jenfasizza li l-funzjoni ġudizzjarja trid tiġi eżerċitata esklużivament mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tribunali oħra stipulati mil-liġi; billi hemm nuqqas ta' progress fl-elezzjoni ta' mħallfin għas-siġġijiet vakanti fil-Qorti Suprema u fil-Qorti tal-Appell; billi din is-sena, il-President u l-Kungress se jaħtru tliet karigi ewlenin: l-avukat ġenerali, l-ombudsperson tad-drittijiet tal-bniedem, u l-kontrollur ġenerali; |
|
G. |
billi f'Mejju 2022, se jiġi elett l-avukat ġenerali l-ġdid tar-Repubblika tal-Gwatemala; billi l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala tistipula li l-ħatra tal-avukat ġenerali ssir permezz ta' kummissjoni nominanti li tkun magħmula mill-president tal-Qorti Suprema, dekani tal-iskejjel tal-liġi, membri tal-kamra tal-avukati, u membri tas-soċjetà ċivili; billi f'Settembru 2021, l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Gwatemala u kandidat għall-elezzjoni mill-ġdid, María Consuelo Porras, kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, Angel Pineda, ġew inklużi mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti fuq il-Lista Engel bħala atturi korrotti u mhux demokratiċi li jostakolaw il-prosekuzzjoni kriminali ta' każijiet ta' korruzzjoni; billi l-avukat ġenerali għandu rwol fundamentali biex jiggarantixxi l-istat tad-dritt, il-protezzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità; |
|
H. |
billi l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-maġistrati għamlu diversi rakkomandazzjonijiet biex titwettaq riforma kostituzzjonali rigward il-proċeduri għall-elezzjoni tal-avukat ġenerali u l-imħallfin tal-qrati superjuri tal-pajjiż f'konformità mal-istandards internazzjonali ta' indipendenza u imparzjalità; |
|
I. |
billi l-Gvern tal-Gwatemala għamel sforzi biex jimplimenta politiki li jippromwovu t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità permezz tal-ħolqien tal-Kumitat Presidenzjali kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat Presidenzjali għall-Paċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom joħorġu b'riżultati konkreti; |
|
J. |
billi skont Transparency International, il-Gwatemala waqgħet 59 pożizzjoni fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni matul l-aħħar 10 snin, mill-91 post (2010) għall-150 post minn 180 pajjiż; |
|
K. |
billi d-Digriet 4-202, magħruf bħala l-Liġi dwar l-NGOs, li daħal fis-seħħ fi Frar 2022, għandu l-għan li jirrestrinġi l-attivitajiet tal-NGOs, filwaqt li jissikka s-superviżjoni tal-gvern u jiftaħ il-bieb għall-abolizzjoni tal-NGOs li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti amministrattivi; |
|
L. |
billi l-vjolenza u l-estorsjoni minn organizzazzjonijiet kriminali b'saħħithom għadhom problemi serji fil-Gwatemala u billi l-vjolenza relatata mal-gangs hija fattur importanti li jwassal lin-nies jitilqu mill-pajjiż; |
|
M. |
billi fl-2021, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) iddokumenta 103 attakki kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u sitt każijiet ta' qtil, kif ukoll 33 attakk kontra ġurnalisti; billi d-difensuri tal-ambjent u tal-art, il-popli indiġeni u l-komunitajiet u d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa qed jiffaċċjaw theddid serju; billi l-OHCHR qed jenfasizza ż-żieda fl-użu ħażin tal-liġi kriminali minn atturi statali u mhux statali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti biex jippenalizzawhom jew jimpedixxu l-eżerċizzju leġittimu ta' xogħolhom; |
|
N. |
billi l-popli indiġeni għadhom jiffaċċjaw diversi forom ta' diskriminazzjoni u inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali; billi hemm bżonn li tissaħħaħ ir-relazzjoni ta' fiduċja bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-popli indiġeni permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri għall-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tagħhom inkluż id-dritt għal kunsens liberu u infurmat minn qabel; |
|
O. |
billi l-vjolenza sessista u sesswali kontra n-nisa u l-bniet huma problemi mifruxa u b'għeruq profondi; billi fit-8 ta' Marzu 2022, il-Kungress tal-Gwatemala approva d-Digriet 18-2022, l-hekk imsejjaħ “Liġi għall-Protezzjoni tal-Ħajja u tal-Familja”, li jikkriminalizza l-abort fiċ-ċirkostanzi kollha, b'sentenzi tal-ħabs ta' bejn 5 u 25 sena, u li jipprojbixxi d-diversità tal-ġeneru u l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel; billi wara diversi protesti fil-livell nazzjonali u internazzjonali, il-President esprima l-intenzjoni tiegħu li jeżerċita veto fuq id-digriet u fil-15 ta' Marzu 2022, il-Kungress tal-Gwatemala vvota biex jissospendi l-liġi kontroversjali; |
|
P. |
billi l-Gwatemala għandha waħda mill-ogħla rati ta' inugwaljanza u fost l-agħar faqar, malnutrizzjoni u rati ta' mortalità materna u tat-tfal fir-reġjun; billi l-Gwatemala tinsab fis-sitt post għall-malnutrizzjoni kronika fid-dinja; |
|
Q. |
billi l-UE għadha waħda mis-sħab ewlenin ta' kooperazzjoni tal-Gwatemala, u allokat EUR 152 miljun taħt il-perjodu ta' programmazzjoni tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (2014-2020) li jiffoka fuq is-sigurtà tal-ikel, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-paċi u s-sigurtà, u l-kompetittività; |
|
R. |
billi Aura Lolita Chávez, difensur ambjentali indiġena mill-Gwatemala u finalista tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew fl-2017, telqet minn pajjiżha wara attakki serji, theddid ta' qtil u malafama, u qed tiffaċċja diversi proċessi ġudizzjarji li kieku kellha tirritorna l-Gwatemala; billi s-sikurezza legali u fiżika tagħha għandha tiġi żgurata jekk tiddeċiedi li tirritorna; |
|
1. |
Jinsab imħasseb dwar id-deterjorament tal-istat tad-dritt fil-Gwatemala u l-azzjonijiet legali mibdija mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-prosekutur ġenerali kontra mħallfin, avukati u prosekuturi indipendenti li jinvestigaw jew iressqu quddiem il-prosekuzzjoni strutturi kriminali b'rabtiet ma' uffiċjali għolja tal-istat u sidien ta' negozji; |
|
2. |
Jikkundanna l-kriminalizzazzjoni, id-detenzjoni u l-kampanji ta' diskreditazzjoni fuq il-media, it-theddid u l-atti ta' fastidju kontra l-operaturi ġudizzjarji involuti fil-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità, kif ukoll dawk kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jtemmu dawn l-azzjonijiet u jirrispettaw l-istat tad-dritt u r-rispett sħiħ għall-indipendenza tal-fergħat tal-poter bħala elementi ewlenin fil-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jwettqu investigazzjonijiet immedjati, bir-reqqa u imparzjali tat-theddid, l-atti ta' fastidju u l-kampanji ta' stigmatizzazzjoni kontra uffiċjali tal-ġustizzja u atturi tas-soċjetà ċivili, sabiex jidentifikaw lil dawk responsabbli u jressquhom quddiem tribunali kompetenti, indipendenti u imparzjali; |
|
4. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jieħdu l-miżuri meħtieġa b'mod urġenti biex jiżguraw is-sikurezza u l-integrità tal-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati – inklużi eks avukati tas-CICIG – u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u ta' dawk li qed jiġu detenuti, u jissalvagwardjaw id-dritt tagħhom għal proċess ġust; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw ir-ritorn sikur ta' dawk li ġew imġiegħla jitilqu mill-pajjiż minħabba l-biża' għas-sikurezza tagħhom; |
|
5. |
Ifakkar fl-indispensabilità ta' kanali ta' djalogu mtejba u effettivi fil-qafas tal-istituzzjonijiet tal-Gwatemala sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; |
|
6. |
Jafferma mill-ġdid li l-proċess tal-għażla u l-ħatra tal-imħallfin irid ikun trasparenti u parteċipattiv u li l-kandidati għandhom jintgħażlu abbażi tal-merti tagħhom u rekord ippruvat ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-istandards internazzjonali u l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala; jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala, f'dan is-sens, jiggarantixxu l-elezzjoni ġusta tal-imħallfin, b'mod partikolari fir-rigward tal-elezzjoni tal-prosekutur ġenerali u l-ombudsperson tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
7. |
Jenfasizza li l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni restrittiva bħal-Liġi dwar l-NGOs tista' tikkontribwixxi għaż-żarmar tas-sistema ta' protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li ssaħħaħ l-impunità; jitlob li dawn il-liġijiet jitħassru; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala jieħu l-miżuri meħtieġa biex isaħħaħ il-leġiżlazzjoni u l-politiki biex jipproteġi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri ambjentali u l-ġurnalisti, u jiżviluppa politika pubblika għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'konformità ma' deċiżjoni tal-2014 tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-impenn meħud mill-Gwatemala stess quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018; jirrakkomanda li l-Gvern tal-Gwatemala jirratifika l-Ftehim ta' Escazú; |
|
9. |
Jilqa' l-ħolqien mill-awtoritajiet tal-Gwatemala tal-Kumitat Presidenzjali kontra l-Korruzzjoni u l-Kumitat Presidenzjali għall-Paċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, bħala pilastri ewlenin tal-pjan nazzjonali tal-Gvern għall-innovazzjoni u l-iżvilupp, u bil-ħsieb li jiġu implimentati politiki li jippromwovu t-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra l-impunità; iħeġġeġ lil dawn il-kumitati jagħtu riżultati konkreti; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala jikkoopera aktar mal-mekkaniżmi tan-NU u reġjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem sabiex imexxi 'l quddiem il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jirrakkomanda li l-Gvern tal-Gwatemala jġedded il-mandat tal-OHCHR fil-Gwatemala għal perjodu ta' żmien raġonevoli; |
|
11. |
Jilqa' l-azzjoni meħuda mill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE u d-Delegazzjoni tal-UE għall-Gwatemala fir-rigward tal-miżuri ta' protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tespandi b'mod sostanzjali u timplimenta b'mod aktar attiv miżuri ta' protezzjoni, inkluż it-twessigħ tal-osservazzjoni tas-seduti ta' smigħ tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kriminalizzati, b'mod partikolari d-difensuri ambjentali u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nisa billi, fost affarijiet oħra, iżżid l-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili; |
|
12. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw il-mekkaniżmi stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni biex jinkoraġġixxu bil-qawwa lill-Gwatemala twettaq aġenda ambizzjuża dwar id-drittijiet tal-bniedem u tiġġieled l-impunità bil-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Gwatemala, lis-Segretarjat tal-Amerka Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika u lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali. |
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/75 |
P9_TA(2022)0125
Żieda fir-repressjoni fir-Russja, inkluż il-każ ta' Alexey Navalny
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar iż-żieda fir-repressjoni fir-Russja, inkluż il-każ ta' Alexei Navalny (2022/2622(RSP))
(2022/C 434/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell tat-28 ta' Marzu 2022 dwar il-gazzetta indipendenti Russa Novaya Gazeta, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE tat-22 ta' Marzu 2022 dwar id-deċiżjoni li l-priġunerija politikament motivata ta' Alexei Navalny tiġi estiża b'disa' snin oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Marzu 2022 li tesprimi apprezzament għall-ħidma kuraġġuża tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk mill-Federazzjoni Russa u l-Belarussja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant tal-Libertà tal-Media tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa tat-3 ta' Marzu 2022 dwar il-ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media fir-Russja fil-kuntest tal-attakk militari tal-pajjiż kontra l-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-aħħar żviluppi fir-Russja u fl-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Federazzjoni Russa kisret ripetutament id-dritt internazzjonali u l-impenji internazzjonali tagħha u nediet gwerra illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u wettqet massakri kontra ċ-ċittadini tagħha; billi r-restrizzjonijiet leġiżlattivi, il-projbizzjonijiet fuq il-media, il-kriminalizzazzjoni ta' rappurtar indipendenti u opinjoni ħielsa, u prosekuzzjonijiet politiċi oħra laħqu skala totalitarja f'dawn l-aħħar xhur, li rriżultaw fid-diżintegrazzjoni tal-ispazju ċivili indipendenti u pluralistiku fir-Russja; |
|
B. |
billi r-reġim Russu intensifika, b'mod mingħajr preċedent, ir-repressjoni tiegħu fuq dimostranti paċifiċi, ġurnalisti u blogers indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili fi sforz biex isikktu kwalunkwe kritika u oppożizzjoni kontra l-aggressjoni militari illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tagħha kontra l-Ukrajna; billi eluf ħarbu mir-Russja minħabba ż-żieda drastika fir-riskju ta' arrest u prosekuzzjoni arbitrarji; billi din ir-repressjoni kellha effett devastanti fuq il-ħajja u l-libertajiet tal-minoranzi, tal-persuni LGBTQI+, tan-nisa, u tal-persuni kollha mmarkati mill-gvern u s-soċjetà bħallikieku jiddevjaw mir-regoli u l-aspettattivi tal-imġiba jew dawk normattivi imposti jew talli kkritikaw ir-reġim u l-politiki tal-awtoritajiet Russi; |
|
C. |
billi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, huma minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll f'bosta strumenti legali internazzjonali li r-Russja impenjat ruħha għalihom; billi l-awtoritajiet Russi huma responsabbli għal snin ta' kampanji ta' propaganda sistematika kontra l-Ukrajna, l-Ewropa u l-valuri demokratiċi liberali, li jwasslu għall-qerda ta' kwalunkwe traċċi ta' soċjetà ċivili vibranti, politikament attiva u indipendenti; |
|
D. |
billi mill-24 ta' Frar 2022, l-awtoritajiet Russi arrestaw arbitrarjament aktar minn 15 400 dimostrant paċifiku kontra l-gwerra madwar il-pajjiż, u xi wħud minnhom ġew soġġetti għal trattament ħażin serju u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem; billi minn dak iż-żmien 'l hawn diġà tressqu aktar minn 60 każ kriminali; |
|
E. |
billi bosta liġijiet imposti matul dawn l-aħħar ftit snin, bħal-liġi dwar l-“aġenti barranin” u l-varjazzjonijiet tagħha, ir-regolamentazzjoni u l-aġġudikazzjoni tal-hekk imsejħa “organizzazzjonijiet estremisti” u għadd kbir ta' digrieti mir-regolatur responsabbli għas-sorveljanza tal-media (Roskomnadzor) intużaw mill-awtoritajiet Russi għar-repressjoni kkonċentrata tagħhom fuq is-soċjetà ċivili indipendenti u l-media attivi fir-Russja, immirati b'mod partikolari lejn organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs), difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati, kif ukoll attivisti għad-drittijiet tan-nisa, tal-LGBTQI+ u ambjentali, u attivisti ta' minoranzi etniċi u kulturali; billi l-impożizzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, tar-regolamentazzjoni u tal-piżijiet ġudizzjarji u amministrattivi kollha qed iġġiegħel lill-atturi tas-soċjetà ċivili jirrifjutaw finanzjament barrani, jinvolvu ruħhom f'awtoċensura u jnaqqsu kemm il-viżibbiltà pubblika tagħhom kif ukoll l-attivitajiet tagħhom minħabba biża' ta' ritaljazzjoni mill-istat; |
|
F. |
billi fl-4 ta' Marzu 2022, il-Parlament Russu emenda l-Kodiċi Kriminali biex jimponi piena ta' mhux aktar minn 15-il sena ħabs għat-tixrid ta' informazzjoni allegatament “falza” dwar il-gwerra fl-Ukrajna; billi fit-22 ta' Marzu 2022, il-liġi twessgħet biex tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta' “aħbarijiet foloz” dwar kwalunkwe attività tal-korpi uffiċjali tar-Russja barra mill-pajjiż; billi fl-4 ta' Marzu 2022, id-Duma Russa pprojbiet dimostrazzjonijiet kontra l-gwerra fl-Ukrajna; billi r-riformi legali Russi introduċew reati amministrattivi u kriminali għal ċittadini u entitajiet ġuridiċi Russi li jitolbu sanzjonijiet internazzjonali kontra l-istat Russu, iċ-ċittadini tiegħu jew kwalunkwe entità ġuridika Russa; |
|
G. |
billi l-awtoritajiet Russi ġiegħlu lil diversi mezzi tal-media indipendenti jissospendu l-attivitajiet tagħhom, jagħlqu jew iċaqalqu l-attivitajiet tagħhom barra mill-pajjiż, filwaqt li jimblukkaw l-aċċess għal oħrajn fil-kuntest ta' ċensura, kontroll u iżolament dejjem akbar tal-internet, u b'hekk ċaħħdu lill-popolazzjoni Russa minn informazzjoni imparzjali dwar il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u d-delitti tal-gwerra mwettqa hemmhekk f'isem il-Federazzjoni Russa; billi dawn jinkludu, b'mod partikolari, l-istazzjon tar-radju Echo ta' Moska, l-istazzjon televiżiv Dozhd u l-gazzetta Novaya Gazeta; billi l-awtoritajiet imblukkaw il-media soċjali barranija fir-Russja u poġġew fuq blacklist lil Meta, il-kumpanija omm ta' Facebook, Instagram u WhatsApp, u ttikkettawha bħala “estremista”; |
|
H. |
billi mill-bidu tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, mijiet ta' ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u oħrajn telqu mir-Russja minħabba r-riskju drastikament akbar ta' arrest u prosekuzzjoni arbitrarji, inkluż wara li l-President Putin irrefera għal dawk li qed jiddefendu l-gwerra bħala “tradituri nazzjonali” u “l-ħames kolonna”; |
|
I. |
billi fis-16 ta' Marzu 2022, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa ddeċieda li jirrevoka s-sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-Kunsill tal-Ewropa, b'mod effettiv minnufih; billi l-Federazzjoni Russa, min-naħa tagħha, iddeċidiet li titlaq mill-Kunsill tal-Ewropa fil-15 ta' Marzu 2022, u b'hekk iċċaħħad liċ-ċittadini Russi mill-protezzjoni minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u ċċaħħadhom mill-aċċess għal rimedji ġudizzjarji quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
J. |
billi Alexei Navalny, avukat Russu, politiku tal-oppożizzjoni u attivist kontra l-korruzzjoni, u rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021, ġie arrestat f'Jannar 2021 u ilu l-ħabs minn Frar 2021, fejn qed jiskonta sentenza arbitrarja u motivata politikament u ġie ripetutament soġġett għal tortura u trattament inuman; billi l-UE kkundannat l-avvelenament u l-priġunerija politikament motivata ta' Alexei Navalny bl-aktar mod qawwi possibbli, imponiet sanzjonijiet immirati u għadha titlob investigazzjoni indipendenti dwar l-avvelenament tiegħu; |
|
K. |
billi fit-22 ta' Marzu 2022, il-Qorti Lefortovski ta' Moska, wara sessjoni straordinarja li saret f'kamp ta' ħabs u għalhekk barra mill-faċiliatjiet tas-soltu tal-qorti, ikkundannat lil Alexei Navalny għal disa' snin ħabs f'ħabs b'sigurtà massima u tagħtu multa amministrattiva ta' RUB 1,2 miljun (madwar EUR 12 838); billi din is-sentenza tikser b'mod ċar id-dritt internazzjonali u l-Kostituzzjoni Russa u hija illegali, arbitrarja u politikament motivata daqs is-sentenza preċedenti; |
|
L. |
billi għadd ta' attivisti ġew arrestati u mħarrka jew ġew mhedda b'dan talli appoġġaw jew ikkollaboraw ma' Alexei Navalny jew talli appoġġaw l-ideat tiegħu, bħall-istrateġija ta' votazzjoni intelliġenti; billi ġew akkużati u mħarrka għal tali appoġġ permezz tal-applikazzjoni retroattiva ta' liġijiet jew deċiżjonijiet amministrattivi ġodda fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tagħhom fuq il-media soċjali, u ħafna minnhom telqu mir-Russja wara li ffaċċjaw akkużi kriminali; billi l-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta' Alexei Navalny ġiet ikklassifikata bħala “estremista”; |
|
1. |
Jikkundanna r-repressjoni interna tar-reġim Russu, li marret għall-agħar wara l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jitlob li l-awtoritajiet Russi jwaqqfu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-attakki kontra d-dimostranti kontra l-gwerra, l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, l-NGOs, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-avukati kollha, kif ukoll l-attivisti favur id-drittijiet tan-nisa, l-LGBTQI+ u l-ambjent fir-Russja; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-forzi demokratiċi fir-Russja, li huma impenjati favur soċjetà miftuħa u ħielsa, u jissottolinja l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li kienu fil-mira ta' attakki u repressjoni; |
|
2. |
Jikkundanna l-pożizzjoni ideoloġika neo-totalitarja u imperjalista promossa mill-Gvern Russu u l-propagandisti tiegħu; jenfasizza li l-attakk kontra d-demokrazija u n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet ta' nazzjonijiet oħra witta t-triq tar-Russja lejn id-despotiżmu, l-aggressjoni internazzjonali u d-delitti tal-gwerra; jenfasizza li Russja mhux demokratika tikkostitwixxi theddida kostanti għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa; |
|
3. |
Jiddeplora l-leġiżlazzjoni Russa, inklużi dik dwar “aġenti barranin”, il-bidliet fil-Kodiċi Kriminali introdotti fl-4 ta' Marzu u t-22 ta' Marzu 2022, u l-Liġi dwar il-Media tal-Massa, li jintużaw biex jitwettaq fastidju ġudizzjarju fuq vuċijiet kritiċi fil-pajjiż u barra mill-pajjiż u biex jimminaw il-media indipendenti; jenfasizza li dawn l-iżviluppi huma f'kontradizzjoni sfaċċata mal-impenji li ħadet ir-Russja b'mod volontarju fl-ambitu tad-dritt internazzjonali u inklużi fil-Kostituzzjoni tagħha stess; |
|
4. |
Jiddenunzja ċ-ċensura kontinwa u li qed tiżdied mill-awtoritajiet Russi, inkluż fuq l-internet, u jħeġġiġhom itemmu minnufih il-kontroll u ċ-ċensura tagħhom; |
|
5. |
Jikkundanna l-imġiba tal-awtoritajiet Russi fil-persekuzzjoni tal-ommijiet ta' suldati Russi u l-organizzazzjonijiet stabbiliti tagħhom, peress li qed iċaħħdu lill-ġenituri Russi minn informazzjoni dwar fejn jinsabu wliedhom u qed jirrifjutaw li jikkooperaw mal-awtoritajiet Ukreni sabiex jirritornaw il-fdalijiet tas-suldati Russi maqtula fl-azzjoni; |
|
6. |
Jikkundanna r-rwol tal-Patrijark Kirill ta’ Moska, kap tal-Knisja Ortodossa Russa, talli pprovda kopertura teoloġika għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifaħħar il-kuraġġ tat-300 qassis tal-Knisja Ortodossa Russa li ffirmaw ittra li tikkundanna l-aggressjoni, u li fiha esprimew dieqa kbira minħabba l-esperjenza kiefra li għaddej minnha l-poplu Ukren u talbu li “titwaqqaf il-gwerra”; |
|
7. |
Jikkundanna bil-qawwa l-priġunerija tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov, Alexei Navalny, u jtenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tiegħu, kif ukoll tal-mijiet ta' ċittadini Russi oħra li ġew detenuti mingħajr motivi iżda sempliċement talli kellhom il-kuraġġ li jipprotestaw favur id-demokrazija u l-paċi jew biex itejbu d-drittijiet tagħhom, inklużi d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika; jistieden lill-awtoritajiet Russi jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali; iqis li s-sitwazzjoni umanitarja, ta' saħħa u ta' sikurezza ta' Alexei Navalny tikkostitwixxi tħassib prijoritarju għall-UE; jistieden lill-awtoritajiet Russi jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu matul id-detenzjoni illegali tiegħu; jikkundanna l-fatt li l-proċess kontra Alexei Navalny ma rrispettax id-dritt tiegħu għal proċess ġust u jtenni t-talba tiegħu għal investigazzjoni trasparenti u mingħajr dewmien dwar l-avvelenament ta' Alexei Navalny; |
|
8. |
Iqis li r-ripressjoni kontra Alexei Navalny, is-sostenituri tiegħu, il-media u s-soċjetà ċivili hija kollha kemm hi intiża bħala parti minn preludju għall-gwerra kriminali ta' aggressjoni tar-Russja, u jtenni li l-pluraliżmu politiku u l-media ħielsa huma l-aħjar salvagwardji u ostakli kontra l-aggressjoni internazzjonali minn gvern mhux demokratiku; iqis li l-isforzi tagħna biex nappoġġaw il-libertà tal-opinjoni u l-media għaċ-ċittadini Russi huma parti intrinsika tal-isforzi tagħna biex niġġieldu l-gwerra u l-aggressjoni fl-Ukrajna; |
|
9. |
Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjonijiet tal-qrati Russi li wasslu għall-għeluq ta' Memorial Internazzjonali u ċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' “Memorial”, flimkien waħda mill-eqdem u l-aktar organizzazzjoni prominenti tad-drittijiet tal-bniedem tar-Russja u rebbieħa tal-Premju Sakharov; jikkundanna t-twissijiet kontinwi minn Roskomnadzor kontra Novaya Gazeta dwar iċ-ċensura u l-allegat ksur tal-liġi dwar l-“aġenti barranin”, li rriżultaw fit-tħabbira tal-gazzetta li se twaqqaf l-operazzjonijiet sa tmiem il-gwerra fl-Ukrajna; jiddeplora bl-istess mod it-talba tal-Prosekutur Ġenerali Russu biex Roskomnadzor jirrestrinġi l-aċċess għal Echo of Moscow u Dozhd minħabba l-kopertura tagħhom tal-gwerra fl-Ukrajna; ifaħħar ir-rwol ta' dawn l-istabbilimenti, kif ukoll ta' tant organizzazzjonijiet indipendenti u stabbilimenti tal-aħbarijiet oħra li ngħalqu minn dak iż-żmien 'l hawn, fl-iżvelar tal-verità u fil-provvediment ta' fatti dwar id-delitti tar-reġim Sovjetiku u tal-Gvern Russu, kif ukoll l-impenn tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; jitlob li tintemm ir-ripressjoni sistematika tal-istituzzjonijiet ġurnalistiċi u tal-media indipendenti, li jikkostitwixxu l-pilastri fundamentali tal-libertà u d-demokrazija; |
|
10. |
Jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jinvestiga bis-sħiħ u b'urġenza l-ksur tad-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni mwettaq mir-reġim Russu; |
|
11. |
Jesprimi tħassib serju dwar kif ir-ripressjoni fuq is-soċjetà ċivili Russa, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti favur id-drittijiet tan-nisa, l-attivisti favur is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-komunitajiet LGBTQI + qed tkompli taggrava s-sitwazzjoni ta' gruppi diġà vulnerabbli u persegwitati fil-pajjiż; |
|
12. |
Itenni li l-ħidma ħielsa u indipendenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-media hija pedament ta' soċjetà demokratika; jistieden lir-Russja, għalhekk, tistabbilixxi qafas legali ċar kif ukoll ambjent sikur għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-dimostranti, il-media u l-atturi politiċi f'konformità mal-Kostituzzjoni u l-obbligi internazzjonali tar-Russja u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma leġittima u utli tagħhom mingħajr indħil; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit rimedju ġuridiku effiċjenti għad-dimostranti, l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jipprovdu assistenza ta' emerġenza u jżidu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, l-NGOs indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-media indipendenti li għadhom attivi fir-Russja, inkluża assistenza finanzjarja sostenibbli u flessibbli; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri fir-Russja juru pubblikament solidarjetà ma' dawk ippersegwitati; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-protezzjoni għad-drittijiet u l-integrità fiżika tal-attivisti, il-ġurnalisti indipendenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-mira tar-repressjoni tal-awtoritajiet Russi, u jipprovdulhom viżi ta' emerġenza li jippermettulhom jitilqu mill-pajjiż u jsibu kenn temporanju fl-UE, kif ukoll jippermettu lill-NGOs u lill-media Russi mhedda jew ipprojbiti jkomplu l-ħidma tagħhom immedjatament mit-territorju tal-UE jekk ikun meħtieġ; |
|
15. |
Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jagħmlu użu effettiv mill-Mekkaniżmu ta' Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u jimponu miżuri restrittivi fuq l-uffiċjali Russi kollha involuti fir-repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-media indipendenti u d-dimostranti paċifiċi, kif ukoll fl-aħħar każ reċenti kontra Alexei Navalny; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprevjenu u jiġġieldu t-tixrid tad-diżinformazzjoni, inkluża l-propaganda, u jsaħħu l-media indipendenti; jilqa', għalhekk, l-iżvilupp ta' pjattaformi u aħbarijiet speċifiċi bir-Russu u bl-Ukren; jitlob li jittejbu l-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-UE u li jiġu esplorati modi effettivi biex tiġi miġġielda l-propaganda tal-gwerra li toriġina mir-Russja minn strumenti bħal Rossija, Channel One Russia u NTV, li jxerrdu kontenut li japprova l-gwerra tal-aggressjoni u li jxerrdu diżinformazzjoni dwarha man-nies; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jsaħħu l-informazzjoni alternattiva online bil-lingwa Russa dwar l-iżviluppi li qed iseħħu sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, ikomplu jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-UE u tal-Istati Membri jiġu tradotti bir-Russu u jindirizzaw lil udjenzi u pjattaformi bil-lingwa Russa; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jospitaw fl-UE timijiet tal-media pprojbiti u jiżviluppaw pjattaforma konġunta għall-media fl-eżilju, kif ukoll jappoġġaw teknoloġiji li jippermettu lin-nies jużaw l-internet biex jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, b'mod partikolari l-libertà tal-informazzjoni u tal-espressjoni, u jappoġġaw it-tfittxija tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, billi jistabbilixxu mezzi teknoloġiċi biex jevitaw is-sorveljanza tal-komunikazzjoni u l-imblukkar ta' siti web u applikazzjonijiet fir-Russja, inklużi dawk b'teknoloġija baxxa, permezz ta' M-waves, pjattaforma VPN Russia, networks ta' anonimizzazzjoni u televiżjoni bis-satellita; |
|
18. |
Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi diplomatiċi nazzjonali fir-Russja jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-post u kif jiġu ttrattati l-proċessi, u joffru lil dawk ikkonċernati kwalunkwe appoġġ li jista' jkollhom bżonn, inkluża assistenza finanzjarja diretta biex iħallsu għall-avukati u l-esperti; jistieden lill-gvernijiet kollha jirrifjutaw kwalunkwe talba futura ta' estradizzjoni għal ċittadini Russi b'rabta ma' reati skont il-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi dwar ir-Reati Amministrattivi; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw status umanitarju u joħolqu possibbiltajiet ta' migrazzjoni sikura għall-oppożizzjoni Russa, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-media mhedda, inkluż l-iżgurar ta' opportunitajiet biex igawdu minn residenza u xogħol fit-tul fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jfasslu mekkaniżmu għall-protezzjoni tas-suldati Russi li jiddeċiedu li jiddiżertaw; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji, il-banek, il-kumpaniji tal-karti tal-kreditu u l-awtoritajiet tal-gvern jintroduċu proċeduri ta' skrinjar għall-applikazzjoni mfassla apposta ta' sanzjonijiet kontra ċ-ċittadini Russi fl-UE sabiex jippermettu lill-attivisti tal-oppożizzjoni, lis-soċjetà ċivili indipendenti u lir-rappreżentanti tal-media jżommu l-aċċess għall-assi finanzjarji tagħhom meħtieġa biex jiżguraw l-eżistenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea; |
|
20. |
Ifakkar li l-kollaborazzjoni akkademika u kulturali fil-livell individwali, anke fi żminijiet ta' kunflitt, tista' tgħin biex issaħħaħ l-ilħna pluralistiċi f'ċirkostanzi anti-demokratiċi u sservi bħala bażi biex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment mill-ġdid ta' relazzjonijiet wara l-kunflitt; jissottolinja li l-komunità xjentifika Russa kienet mira primarja ta' repressjoni mir-reġim ta' Putin; |
|
21. |
Jenfasizza l-valur strateġiku tal-kontribut tal-akkademiċi Russi li jopponu l-gwerra sabiex jiġi analizzat aħjar ir-reġim ta' Putin u kif għandu jiġi miġġieled; jitlob strateġija tal-UE li tippermetti lill-istudenti u lill-professuri Russi jkomplu l-istudji u l-ħidma tagħhom b'mod uffiċjali fl-universitajiet Ewropej, b'mod partikolari fid-dixxiplini umanitarji, u li jirċievu d-diplomi korrispondenti tagħhom; |
|
22. |
Jitlob lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw id-drittijiet tal-bniedem u l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-djalogi kollha bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u r-Russja, u jirrispettaw l-impenn tagħhom favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; |
|
23. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jinvolvu ruħhom mal-poplu tar-Russja u mas-soċjetà ċivili Russa fl-eżilju; iħeġġeġ lill-UE turi r-rieda tagħha li tappoġġa lis-soċjetà ċivili Russa fl-isforzi tagħha biex tibni Russja demokratika, u tilqa' lura fil-komunità internazzjonali Russja demokratika u responsabbli; |
|
24. |
Jistieden lill-UE taħtar mibgħut speċjali għal Russja demokratika, li għandu jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-poplu Russu, b'mod partikolari mad-difensuri tad-demokrazija fl-eżilju u ma' dawk li baqgħu fir-Russja u li jridu li l-pajjiż jerġa' lura fit-triq tad-demokrazija; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE, tgħin fl-istabbiliment u l-appoġġ ta' Ċentru għal Russja Demokratika sabiex ikun hemm djalogu kontinwu mal-komunità demokratika Russa, b'mod partikolari mal-kumitat ta' kontra l-gwerra stabbilit mill-attivisti tal-oppożizzjoni demokratika Russa, sabiex jipprovdi komunikazzjoni diretta mal-poplu Russu, jiżviluppa flimkien mas-soċjetà ċivili strateġija tal-UE għal Russja demokratika futura, itejjeb l-integrazzjoni ta' emigranti ġodda mir-Russja permezz ta' programmi edukattivi, u jorganizza summits annwali tal-UE mar-Russja demokratika fl-eżilju; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni koordinata ma' pajjiżi tal-istess fehma biex iqajmu kuxjenza dwar ir-restrizzjonijiet tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem u l-oppożizzjoni tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Russi, inkluż permezz ta' interventi ta' livell għoli u pubbliċi, inizjattivi kkoordinati, skrutinju sostnut fil-fora internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll valutazzjonijiet regolari tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem biex jiġi żgurat li l-involviment mar-Russja ma jimminax l-objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxix, direttament jew indirettament, għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
27. |
Jinnota li skont iċ-Ċentru ta' Levada, 83 % tar-Russi jappoġġaw il-gwerra ta' Putin fl-Ukrajna, filwaqt li l-perċentwal tar-Russi li jgħidu li l-pajjiż qed jimxi fid-direzzjoni t-tajba żdied minn 52 % għal 69 %, l-ogħla livell irreġistrat mill-1996; ifaħħar, f'dan ir-rigward, lil dawk l-individwi kuraġġużi li jipprotestaw b'mod miftuħ u jopponu l-imperjaliżmu Russu fl-aktar forma reċenti tiegħu, jiġifieri l-invażjoni tal-Ukrajna, minkejja l-brutalità tal-politika dwar l-irvellijiet, kif ukoll pressjonijiet mill-media u soċjali; iħeġġeġ liċ-ċittadini tal-UE, madankollu, ma jqabblux liċ-ċittadini Russi kollha mal-azzjonijiet brutali tat-tmexxija u tal-militar tagħhom fl-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jipproteġu l-ilħna kritiċi fi ħdan id-dijaspora Russa li qed iħabbtu wiċċhom ma' theddid mill-awtoritajiet Russi; jikkundanna l-manifestazzjonijiet organizzati mid-dijaspori Russi b'appoġġ għall-gwerra jew bi protesta kontra l-aċċettazzjoni tar-rifuġjati Ukreni; |
|
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/81 |
P9_TA(2022)0126
Id-dritt għat-tiswija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar id-dritt għat-tiswija (2022/2515(RSP))
(2022/C 434/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti (1) (“id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (2) (“id-Direttiva dwar Kontenut Diġitali”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (3) (“id-Direttiva dwar l-Ekodisinn”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali”) (4), u b'mod partikolari l-Anness I tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020“Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi” (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar id-dritt għat-tiswija (O-000010/2022 – B9-0010/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
A. |
billi l-Parlament saħaq f'diversi okkażjonijiet (8) fuq l-importanza li l-konsumaturi jingħataw dritt għat-tiswija bħala pilastru ewlieni tal-aġenda tal-Ekonomija Ċirkolari fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, peress li jrawwem użu aktar effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi, jipprevjeni u jnaqqas l-iskart u jinkoraġġixxi l-użu u l-użu mill-ġdid estiż tal-prodotti u tal-ekonomija kollaborattiva, filwaqt li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet u l-benesseri tal-konsumatur; |
|
B. |
billi l-ittra ta' intenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni 2021 (9) tħabbar proposta leġiżlattiva għal dritt għat-tiswija bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin għall-2022 u billi din il-proposta għandha tiġi adottata f'koordinazzjoni mill-qrib ma' inizjattivi leġiżlattivi relatati, bħall-Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli u l-inizjattiva “L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika”, li kollha għandhom l-għan li jiksbu prodotti u xejriet ta' konsum aktar sostenibbli; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika sal-5 ta' April 2022 dwar il-konsum sostenibbli tal-oġġetti – il-promozzjoni tat-tiswija u l-użu mill-ġdid; billi l-Kummissjoni għandha l-għan li tipproponi Direttiva li temenda d-Direttiva dwar il-bejgħ tal-oġġetti u qed tikkunsidra li tipproponi att leġiżlattiv separat dwar id-dritt għat-tiswija; |
|
D. |
billi d-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali u d-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti fihom oqfsa komprensivi li jkopru elementi essenzjali tad-dritt kuntrattwali tal-konsumatur bħal dwar ir-rekwiżiti għall-konformità mal-kuntratt u r-rimedji disponibbli għall-konsumaturi minħabba nuqqas ta' konformità, inklużi dispożizzjonijiet dwar it-tiswija, is-sostituzzjoni, l-introduzzjoni ta' kontenut jew ta' servizzi diġitali f'konformità, it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-terminazzjoni tal-kuntratt, kif ukoll regoli dwar il-modalitajiet ewlenin għall-eżerċitar ta' tali rimedji u dwar garanziji kummerċjali; |
|
E. |
billi 79 % taċ-ċittadini tal-UE jaħsbu li l-manifatturi għandhom jintalbu jiffaċilitaw it-tiswija ta' apparati diġitali jew is-sostituzzjoni tal-partijiet individwali tagħhom; billi 77 % taċ-ċittadini tal-UE jippreferu jsewwu l-apparati tagħhom milli jissostitwixxuhom; billi n-negozji tat-tiswija jistgħu jkunu sors ta' impjiegi lokali u ta' għarfien espert speċifiku fl-Ewropa; |
|
F. |
billi l-kriżi tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mudelli kummerċjali ġodda u aktar reżiljenti u li jiġu appoġġjati n-negozji Ewropej, u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), il-mikrointrapriżi u dawk li jaħdmu għal rashom; |
|
G. |
billi l-għoti tad-dritt għat-tiswija lill-konsumaturi jkun strumentali biex titmexxa 'l quddiem it-tranżizzjoni industrijali tal-Ewropa u fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħha u fl-awtonomija strateġika miftuħa; billi l-inkoraġġiment ta' kultura ta' tiswija joffri sorsi ta' opportunitajiet ekonomiċi u soċjali f'termini ta' intraprenditorija u ta' ħolqien ta' impjiegi; billi l-prodotti sostenibbli huma ta' benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi billi jagħtu spinta lid-domanda fl-oġġetti sostenibbli u l-provvista tagħhom; |
|
H. |
billi għadd ta' ostakli jipprevjenu lill-konsumaturi milli jagħżlu tiswija, inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' informazzjoni, in-nuqqas ta' aċċess għall-parts tal-bdil, in-nuqqas ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà, jew ostakli tekniċi oħra, u l-ispejjeż tat-tiswija; |
|
I. |
billi l-e-skart huwa l-fluss tal-iskart li qed jikber l-aktar malajr fid-dinja, b'aktar minn 53 miljun tunnellata ta' skart elettroniku mormi fl-2019; |
1.
Jenfasizza li dritt effettiv għat-tiswija għandu jindirizza aspetti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u jiġi indirizzat minn oqsma ta' politika interkonnessi differenti, inkluż id-disinn tal-prodott, il-prinċipji etiċi ewlenin tal-produzzjoni, l-istandardizzazzjoni, l-informazzjoni għall-konsumatur, inkluż it-tikkettar dwar il-possibbiltà ta' tiswija, u dwar il-ħajja tal-prodott fejn possibbli u xieraq, id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, u l-akkwist pubbliku;
2.
Jenfasizza li l-inizjattiva dwar id-dritt għat-tiswija trid tkun proporzjonata, ibbażata fuq l-evidenza u kosteffiċjenti, u tibbilanċja l-prinċipji tas-sostenibbiltà, tal-protezzjoni tal-konsumatur u ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna sabiex il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jħaddnu l-opportunitajiet inerenti għat-tranżizzjoni ekoloġika;
3.
Jenfasizza li dritt effettiv għat-tiswija għandu joħloq vantaġġi kompetittivi sinifikanti għan-negozji Ewropej filwaqt li jżomm lura milli jpoġġi kwalunkwe forma ta' piż finanzjarju sproporzjonat fuqhom, u għandu jispira l-innovazzjoni u jħeġġeġ l-investiment f'teknoloġiji sostenibbli, filwaqt li jqis l-iżviluppi tas-suq u l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-konsumaturi;
Id-disinn ta' prodotti li jdumu aktar u li jistgħu jissewwew
|
4. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta Inizjattiva dwar il-Prodotti Sostenibbli li tirrevedi d-Direttiva dwar l-Ekodisinn u li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha lil hinn mill-prodotti relatati mal-enerġija; |
|
5. |
Ifakkar li l-manifattura ta' prodotti konformi, sostenibbli u sikuri hija vantaġġ ewlieni tas-suq uniku tal-UE li hija ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji; jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti tagħhom b'tali mod li jdumu aktar, ikunu jistgħu jissewwew b'mod sikur u l-partijiet tagħhom ikunu jistgħu jiġu aċċessati u mneħħija faċilment; |
|
6. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess aħjar mill-utenti finali u mill-fornituri indipendenti tas-servizzi ta' tiswija għall-parts tal-bdil u għall-manwali tal-istruzzjonijiet fi żmien raġonevoli u bi spiża raġonevoli, għal perjodu li jikkorrispondi għat-tul ta' ħajja mistenni tal-prodott; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-rekwiżiti tad-durabbiltà u tat-tiswija f'Direttiva futura dwar l-Ekodisinn b'kamp ta' applikazzjoni usa'; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu analizzati bir-reqqa r-rekwiżiti prodott bi prodott biex jiġi żgurat li jintgħażel l-aktar rekwiżit adatt għall-iskop, filwaqt li jiġi nnotat pereżempju li għal xi prodotti d-disinn modulari se jagħmel it-tiswijiet aktar faċli u jtawwal il-ħajja tal-prodott, filwaqt li għal prodotti oħrajn id-disinn modulari jew l-obbligu li tiġi żgurata t-tiswija jistgħu jikkompromettu d-durabbiltà; |
|
8. |
Jenfasizza li fl-2019 ġew adottati għadd ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn li jintroduċu perjodu obbligatorju għall-forniment ta' parts tal-bdil u żminijiet massimi għall-konsenja, kif ukoll rekwiżiti tad-disinn dwar iż-żarmar/l-assemblaġġ tal-komponenti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali miżuri għal kategoriji oħra ta' prodotti, inklużi prodotti mhux relatati mal-enerġija, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tagħhom; |
|
9. |
Ifakkar li l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għall-atturi kollha fis-settur tat-tiswija huwa kruċjali biex il-konsumaturi jingħataw aċċess akbar għas-servizzi ta' tiswija; jinsisti għalhekk li “dritt għat-tiswija” xieraq għandu jipprovdi lill-atturi fl-industrija tat-tiswija, inklużi s-sewwejja indipendenti, u lill-konsumaturi b'aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar it-tiswija u l-manutenzjoni mingħajr ħlas, inkluża informazzjoni dwar għodod dijanjostiċi, parts tal-bdil, software u aġġornamenti, meħtieġa biex jitwettqu tiswijiet u manutenzjoni; ifakkar fl-importanza ta' ambjent tan-negozju innovattiv u r-rispett għas-sigrieti tal-mestier; |
|
10. |
Jenfasizza li l-oġġetti b'elementi diġitali jirrikjedu attenzjoni speċjali; jisħaq b'mod partikolari li l-aġġornamenti tas-software għandhom ikunu disponibbli għal perjodu minimu f'konformità mad-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali; jinsisti li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati bis-sħiħ dwar id-disponibbiltà ta' aġġornamenti fil-ħin tax-xiri; iżid jgħid li l-aġġornamenti tal-funzjonalità għandhom ikunu riversibbli u ma jwasslux għal tnaqqis fil-prestazzjoni; jinnota li l-prattiki li jillimitaw bla bżonn id-dritt għat-tiswija jew li jwasslu għall-obsolexxenza jistgħu jitqiesu bħala prattiki kummerċjali żleali u għalhekk jiżdiedu mal-Anness I tad-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali; |
L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jagħżlu prodotti li jissewwew
|
11. |
Huwa tal-fehma li t-titjib tal-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-possibbiltà ta' tiswija tal-prodotti huwa kruċjali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom rwol aktar attiv fl-ekonomija ċirkolari; iqis li informazzjoni mtejba għall-konsumatur tippermetti lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar ix-xiri, li jistgħu jixprunaw is-suq lejn prodotti b'possibbiltà akbar ta' tiswija; jilqa' għalhekk l-inizjattiva mħabbra tal-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
12. |
Jissottolinja li l-konsumaturi għandhom jirċievu informazzjoni affidabbli, ċara u li tinftiehem faċilment fil-punt tal-bejgħ dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta' tiswija ta' prodott, biex tgħinhom iqabblu u jidentifikaw l-aktar prodotti sostenibbli disponibbli fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli armonizzati għal tali informazzjoni għall-konsumatur, inkluż, fost informazzjoni oħra, punteġġi ta' tiswija, informazzjoni dwar it-tul ta' ħajja stmat, informazzjoni dwar il-parts tal-bdil, informazzjoni dwar is-servizzi ta' tiswija u l-perjodu li matulu l-aġġornamenti tas-software jkunu disponibbli fil-każ ta' oġġetti b'elementi diġitali, filwaqt li jitqiesu l-imperattivi tas-sikurezza tal-konsumatur; jinnota li, sabiex tkun utli, tali informazzjoni għandha ssir disponibbli fil-ħin tax-xiri; |
|
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-informazzjoni dwar il-prodott tkun ibbażata fuq kejl standardizzat, pereżempju għad-durabbiltà, u tibda l-iżvilupp ta' standards fejn dawn ma jeżistux; |
|
14. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ekotikketta tal-UE fit-tħeġġiġ tal-adozzjoni mill-industrija tal-politiki tat-tikkettar li jwasslu informazzjoni ewlenija lill-konsumaturi dwar il-ħajja tal-oġġetti, filwaqt li jiġu bbilanċjati l-obbligi fuq il-kumpaniji b'inċentivi kummerċjali pożittivi b'saħħithom biex tinbena l-fiduċja tal-konsumatur; jinnota, madankollu, li din l-iskema ta' tikkettar hija biss volontarja; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-proposta ta' rekwiżiti għall-manifatturi biex jistabbilixxu mezzi ta' tikkettar intelliġenti bħall-kodiċijiet QR u l-passaporti diġitali tal-prodotti fil-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha dwar il-prodotti u fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn; jitlob li jiġi żgurat bilanċ fl-iżvilupp ta' inizjattivi bħall-“passaport tal-prodotti” diġitali Ewropew permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, filwaqt li jitqies b'mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità u tingħata attenzjoni speċjali biex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs; |
|
16. |
Jinsisti li l-konsumaturi li jixtru prodotti online għandhom jirċievu livell simili ta' informazzjoni għal dawk li jixtru offline u li l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jinfurzaw li l-bejjiegħa online jinkludu l-informazzjoni meħtieġa fuq is-siti web tagħhom u meta joffru l-prodotti tagħhom fis-swieq online; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' akkwist pubbliku ekoloġiku; iqis li prodotti użati mill-ġdid, imsewwija, manifatturati mill-ġdid, irranġati u prodotti u soluzzjonijiet oħra effiċjenti fl-użu tar-riżorsi li jimminimizzaw l-impatti ambjentali tal-prodotti u s-soluzzjonijiet tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom u l-għażla prestabbilita fl-akkwist pubbliku, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u jekk dawn ma jkunux ippreferuti, għandu japplika l-prinċipju “ikkonforma jew spjega”; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jassistu u jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-awtoritajiet, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali biex iwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi dwar l-estensjoni tat-tul ta' ħajja tal-prodotti, b'mod partikolari billi jipprovdu informazzjoni ċara u affidabbli, pariri u servizzi bħal manutenzjoni, tiswija u użu mill-ġdid; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi finanzjarji għas-servizzi ta' tiswija biex jagħmlu t-tiswijiet konvenjenti u attraenti għall-konsumaturi; |
It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji għal użu aktar fit-tul tal-oġġetti
|
20. |
Jenfasizza li l-konsumaturi Ewropej jista' jkollhom l-oġġetti tagħhom imsewwija jew il-kontenut u s-servizzi diġitali li jinġiebu f'konformità skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti u d-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali; jisħaq li filwaqt li l-konsumaturi għandhom id-dritt li jagħżlu bejn it-tiswija u s-sostituzzjoni għal oġġetti difettużi skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti, it-tiswija tista' f'ħafna każijiet tkun għażla aktar effiċjenti fir-riżorsi u newtrali għall-klima; jinnota li l-konsumaturi fil-prattika normalment jippreferu s-sostituzzjoni mit-tiswija, li tista' tkun minħabba l-ispiża għolja tat-tiswija; jisħaq li s-sostituzzjoni tal-prodott għandha tibqa' alternattiva jekk konsumatur u bejjiegħ jaqblu dwar dan, peress li t-tiswija tista' tieħu wisq ħin; |
|
21. |
Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi fl-inizjattiva tagħha dwar id-dritt għat-tiswija firxa ta' miżuri bil-għan li tippromwovi u tħeġġeġ lill-konsumaturi, lill-produtturi u lill-kummerċjanti biex jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu; jissottolinja li meta tipproponi miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni għandha dejjem tqis l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-konsumatur u ta' benesseri tal-konsumatur; |
|
22. |
Jinnota li r-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti jista', fost l-oħrajn, jinkludi miżuri li għandhom l-għan li jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu, bħall-obbligu li jipprevedu prodott ta' sostituzzjoni waqt li jkunu qed jissewwew ċerti prodotti; iqis li sabiex tiġi mħeġġa t-tiswija tal-prodott, għandhom jiġu offruti ċerti inċentivi lill-konsumaturi li jagħżlu li jsewwu minflok jibdlu; iqis li garanzija estiża tista' tipprovdi inċentiv biex tintgħażel it-tiswija minflok is-sostituzzjoni; iżid jgħid li l-bejjiegħa għandhom dejjem jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-għażliet kollha disponibbli għalihom b'mod ugwali, inklużi d-drittijiet għat-tiswija u ta' garanzija relatati; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmu konġunt ta' responsabbiltà bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-prodott; |
|
24. |
Jinnota li l-qafas legali attwali skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti jipprevedi perjodu minimu ta' responsabbiltà ta' sentejn biss għal oġġetti difettużi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jestenduh; jissottolinja li din hija regola ta' armonizzazzjoni minima u li għadd limitat biss ta' Stati Membri jmorru lil hinn minn dak il-perjodu; jemmen għalhekk li r-rieżami tad-Direttiva dwar il-Bejgħ ta' Oġġetti għandu jipproponi wkoll l-estensjoni tal-garanzija legali lil hinn minn sentejn għal xi kategoriji ta' prodotti; jinnota wkoll l-importanza ta' armonizzazzjoni sħiħa tal-perjodu ta' garanzija legali; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta sa liema punt jista' jiġi propost id-dritt għat-tiswija sabiex l-operaturi tas-suq ikunu jistgħu joffru aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għat-tiswijiet anke lil hinn mill-perjodu ta' garanzija; |
|
26. |
Jisħaq li kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt xierqa li tinkludi l-analiżijiet xierqa tal-ispejjeż u l-benefiċċji kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji, tqabbil tal-aħjar prattiki fil-livell nazzjonali u ma' pajjiżi mhux tal-UE u l-impatt kwantifikat fuq il-benesseri ġenerali tal-konsumatur, l-ambjent u n-negozji, inklużi l-SMEs, fost aspetti oħra; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż tat-tiswijiet għall-kumpaniji tal-UE fis-suq uniku; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti kollha u li jiġu proposti wkoll indikaturi kwantifikabbli sabiex jitkejjel l-impatt ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni futura; |
|
27. |
Ifakkar li bħalissa ma hemm l-ebda regola speċifika għat-tiswija ta' oġġetti manifatturati mill-ġdid jew irranġati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li jippremjaw lin-negozjanti talli jipprovdu possibbiltajiet ta' tiswija għal oġġetti manifatturati mill-ġdid jew irranġati sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmir bħall-miters tal-użu u tipprojbixxi l-qerda ta' oġġetti mhux mibjugħa biex tiffaċilita l-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-prodotti; |
o
o o
|
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28.
(2) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1.
(3) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(4) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(5) ĠU C 425, 20.10.2021, p. 10.
(6) ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11.
(7) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 60.
(8) Riżoluzzjoni tal-25 ta' Novembru 2020“Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi”; ir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari.
(9) Il-Kummissjoni Ewropea, Ittra ta' Intenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni 2021, 15 ta' Settembru 2021.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/86 |
P9_TA(2022)0128
Is-sitwazzjoni fl-Afganistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa (2022/2571(RSP))
(2022/C 434/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tħabbira tat-Talibani dwar il-ħolqien tal-gvern interim tal-Afganistan tas-7 ta' Settembru 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2626 (2022) tan-NU tas-17 ta' Marzu 2022 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-27 ta' Marzu 2022 dwar l-Afganistan, |
|
— |
wara li kkunsidra l-lista tal-finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew għas-sena 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Jiem tan-Nisa Afgani fil-Parlament Ewropew fl-1 u t-2 ta' Frar 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mal-Afganistan tat-23 ta' Marzu 2022 dwar it-tħabbira min-naħa tat-Talibani biex tiġi estiża l-projbizzjoni mill-edukazzjoni għal studenti bniet mis-sitt grad 'il fuq, u d-dikjarazzjoni relatata tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-23 ta' Marzu 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ f'isem l-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Marzu 2022 li titlob il-ftuħ mill-ġdid immedjat tal-iskejjel sekondarji għall-bniet, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar ir-Rifuġjati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-Patt Globali tan-NU dwar ir-Rifuġjati, li segwew id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti adottata unanimament mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Settembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Ministeru tal-Edukazzjoni tat-Talibani ħabbar f'dikjarazzjoni tal-21 ta' Marzu 2022 li “huwa impenjat lejn id-dritt għall-edukazzjoni taċ-ċittadini kollha tiegħu” u kien qed jaħdem biex “jelimina kull tip ta' diskriminazzjoni”; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet de facto tal-Afganistan fil-15 ta' Jannar 2022 wiegħdu li se jippermettu lill-bniet jirritornaw l-iskola fil-livelli kollha wara l-bidu tas-sena skolastika l-ġdida fit-tieni nofs ta' Marzu 2022; |
|
C. |
billi l-bniet fl-Afganistan kellhom jirritornaw l-iskola fit-23 ta' Marzu 2022; billi t-Talibani estendew b'mod indefinit il-projbizzjoni li l-istudenti nisa jitħallew jattendu s-seba' grad 'l fuq sakemm ikunu jistgħu jiddeċiedu liema uniformijiet huma l-iktar xierqa għall-bniet; billi dan iċaħħad lil iktar minn miljun tifla mill-edukazzjoni fil-livell sekondarju u huwa ksur tad-dritt fundamentali għall-edukazzjoni għat-tfal kollha, kif minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
D. |
billi l-Afganistan huwa kklassifikat fl-aħħar post fl-Indiċi Globali tan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u b'hekk huwa l-iktar pajjiż perikoluż għan-nisa; billi skont il-Proċeduri Speċjali tan-NU, il-mexxejja Talibani qed jippruvaw ineħħu n-nisa u l-bniet mill-ħajja pubblika permezz ta' diskriminazzjoni sistematika abbażi tal-ġeneru u vjolenza; |
|
E. |
billi mindu ħadu f'idejhom il-pajjiż fil-15 ta' Awwissu 2021, it-Talibani għalqu l-Ministeru għall-Affarijiet tan-Nisa u stabbilew mill-ġdid lill-eks Ministeru dwar il-Vizzju u l-Virtù; billi t-Talibani abolixxew de facto l-liġijiet kollha infurzati preċedentement, inklużi dawk li jipproteġu lin-nisa, u imponew restrizzjonijiet ħorox fuq l-eżerċizzju, id-dritt għal għaqda paċifika, il-libertà ta' espressjoni u d-dritt tan-nisa għax-xogħol, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa; billi l-Kummissjoni Indipendenti għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Afganistan (AIHRC) ilha magħluqa mit-teħid tal-poter mit-Talibani; |
|
F. |
billi skont direttiva ġdida, in-nisa Afgani ma jistgħux jivvjaġġaw distanzi ta' iktar minn 45 mil (72 km) minn darhom mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn qarib raġel; billi din id-direttiva ssegwi direttiva maħruġa f'Novembru 2021 li pprojbiet lill-istazzjonijiet televiżivi milli jxandru programmi b'atturi nisa; |
|
G. |
billi l-protesti paċifiċi għad-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan qed jitrażżnu bil-forza; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem inħatfu u ma ġiet kondiviża l-ebda informazzjoni dwar fejn jinsabu minkejja l-appelli ripetuti għar-rilaxx tagħhom; billi dawk li nħelsu mill-kustodja għadhom jibżgħu għal ħajjithom; |
|
H. |
billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem qed jiġi rrappurtat kuljum, inklużi arresti, detenzjoni, ħtif, tortura, theddid, estorsjoni, qtil ekstraġudizzjarju, u attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tal-familja tagħhom; billi għad hemm nuqqas sħiħ ta' obbligu ta' rendikont għal tali ksur; billi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem ġew affettwati b'mod speċjali; billi l-gruppi ta' minoranza, bħall-komunità Hazara, ġew fil-mira b'mod speċifiku; |
|
I. |
billi l-faqar wassal biex il-familji Afgani jorganizzaw żwiġijiet u jiġbru doti għal uliedhom u billi kien hemm żieda ta' 500 % fiż-żwiġijiet tat-tfal fl-Afganistan mill-implimentazzjoni tal-projbizzjoni skolastika għall-bniet; billi qabel it-teħid tal-poter mit-Talibani, 35 % tal-bniet kienu miżżewġin qabel l-età ta' 18-il sena, u 9 % qabel l-età ta' 15-il sena; |
|
J. |
billi l-Afganistan għandu waħda mill-ogħla rati ta' mortalità tat-trabi fid-dinja, fejn eluf ta' nisa qed imutu kull sena minn kawżi relatati mat-tqala li faċilment jistgħu jiġu evitati; billi s-sitwazzjoni soċjoekonomika, li diġà kienet prekarja qabel it-teħid tal-poter mit-Talibani, iddeterjorat b'mod drammatiku taħt l-amministrazzjoni de facto u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, nixfiet severi u xitwa ħarxa; |
|
K. |
billi l-kriżi umanitarja fl-Afganistan hija waħda mill-kriżijiet li qed jiddeterjoraw l-iktar malajr fid-dinja u qed taffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet; billi kważi 100 % tal-unitajiet domestiċi Afgani mmexxija min-nisa qed jiffaċċjaw nuqqas ta' sigurtà tal-ikel; billi l-politiki l-ġodda introdotti mill-gvern tat-Talibani affettwaw ħafna l-kapaċità tan-nisa li jaqilgħu l-għajxien tagħhom, u dan faqqarhom iktar, filwaqt li ħafna nisa kapijiet ta' unità domestika ntlaqtu b'mod partikolarment iebes; |
|
L. |
billi skont ir-rapport ta' Marzu 2022 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, iktar minn 1,258 miljun Afgan ħarbu minn pajjiżhom fl-2021, id-doppju ta' dawk li ħarbu f'dawn l-aħħar snin; billi fl-istess ħin, in-numru ta' persuni spustati internament li rritornaw lejn darhom ittrippla, u fl-2021 laħaq rekord ta' 3,06 miljun ritorn; billi fir-reġjun kollu, kważi 5 miljun Afgan għadhom spustati barra mill-pajjiż, u 90 % minnhom huma ospitati fil-Pakistan u fl-Iran; |
|
M. |
billi skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, 35 % tan-nisa u l-bniet irrappurtaw li ma jħossuhomx sikuri minħabba l-vjolenza abbażi tal-ġeneru meta jfittxu rifuġju fil-pajjiżi ġirien tal-Iran u l-Pakistan; billi 70 % biss tal-bniet huma rreġistrati fi skejjel hemmhekk, meta mqabbla ma' 92 % tas-subien; |
|
N. |
billi l-UE żiedet l-appoġġ tagħha lill-popolazzjoni billi nediet proġetti li jiswew iktar minn EUR 268,3 miljun li jiffukaw fuq iż-żamma tal-edukazzjoni, is-sostenn tal-għajxien u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika; billi dawn il-proġetti huma parti mill-pakkett globali ta' appoġġ tal-UE ta' EUR 1 biljun imħabbar mill-Kummissjoni f'Ottubru 2021, li jinkludi għajnuna għar-rifuġjati, il-migranti u l-persuni spustati internament u appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
|
O. |
billi skont Reporters Without Borders, 231 stabbiliment tal-midja ngħalqu fl-Afganistan, li jammonta għal 40 % tal-ħwienet totali fil-pajjiż; billi 80 % tas- 6 400 ġurnalist li tilfu l-impjieg tagħhom huma nisa; billi ġew imposti restrizzjonijiet li jipprojbixxu l-midja lokali u internazzjonali, bħall-BBC, u l-ġurnalisti ġew arrestati, detenuti u msawta; |
|
P. |
billi s-sanzjonijiet kontra entitajiet u individwi relatati mat-Talibani m'għandhomx jipprevjenu tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-assistenza umanitarja u l-forniment ta' servizzi bażiċi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs); |
|
Q. |
billi sal-15 ta' Awwissu 2021, taħt dik li kienet ir-Repubblika tal-Afganistan, in-nisa avvanzaw f'pożizzjonijiet ta' livell għoli bħal Membri tal-Parlament, Ministri, imħallfin, gvernaturi, avukati u ambaxxaturi; billi l-forzi Talibani neħħew bil-forza uffiċjali leġittimi tal-gvern preċedenti u ma inkludewx lin-nisa fil-gvern de facto l-ġdid mhux rikonoxxut tagħhom; billi dawn l-awtoritajiet de facto m'għandhomx rappreżentanza inklużiva tas-soċjetà diversa tal-Afganistan; |
|
R. |
billi l-aġenziji tal-intelligence wissew li l-Afganistan jeħtieġlu ma jsirx rifuġju sikur għall-gruppi terroristiċi; |
|
1. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-kriżi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem li ilha għaddejja fl-Afganistan mit-teħid tal-poter mit-Talibani; itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Afganistan u l-impenn tiegħu fil-konfront tal-poplu Afgan; jisħaq li d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi li l-poplu Afgan gawda matul dawn l-aħħar 20 sena għandhom jiġu rrispettati; |
|
2. |
Jikkundanna l-fatt li s-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-Afganistan ilha tiddeterjora b'mod kostanti mit-teħid tal-poter mit-Talibani; jikkundanna l-enfasi persistenti tat-Talibani biex ineħħu lin-nisa u lill-bniet mill-ħajja pubblika u jċaħħduhom mill-iktar drittijiet fundamentali tagħhom inkluż d-dritt għall-edukazzjoni, ix-xogħol u l-kura tas-saħħa; |
|
3. |
Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, id-deċiżjoni tat-Talibani li jipposponu r-ritorn lejn l-iskola tal-bniet 'l fuq mis-sitt grad b'mod indefinit, minkejja l-impenn preċedenti tagħhom li jippermettu lil kull ċittadin jaċċessa l-edukazzjoni; iħeġġeġ lit-Talibani jreġġgħu lura d-deċiżjonijiet u r-restrizzjonijiet tagħhom immirati speċifikament lejn in-nisa u l-bniet u jiftħu mill-ġdid il-Ministeru għall-Affarijiet tan-Nisa; |
|
4. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-aċċess għall-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet jeħtieġ, min-naħa tal-UE u l-Istati Membri tagħha, jikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali għal kwalunkwe impenn ulterjuri mal-awtoritajiet Afgani de facto; |
|
5. |
Jistieden lit-Talibani jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni għaċ-ċittadini Afgani kollha, inklużi n-nisa u l-bniet; |
|
6. |
Jiddeplora r-repressjoni min-naħa tat-Talibani tal-protesti paċifiċi favur id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan; jitlob il-ħelsien immedjat tal-uffiċjal tal-pulizija mara Alia Azizi, li ġiet arrestata f'Herat f'Ottubru 2021, kif ukoll il-ħelsien ta' kwalunkwe attivisti oħra tad-drittijiet tan-nisa li jistgħu jiġu arrestati, u li l-intimidazzjoni u l-fastidju ta' dawn l-attivisti jitwaqqfu; jitlob li jintemmu l-fastidji, it-theddid u l-attakki kontra l-għalliema u l-istudenti; |
|
7. |
Jappella lill-awtoritajiet de facto jiggarantixxu lin-nisa u lill-bniet kollha d-drittijiet sħaħ u l-aċċess għall-kura tas-saħħa riproduttiva madwar l-Afganistan; |
|
8. |
Jesprimi tħassib serju li mindu t-Talibani ħadu il-poter f'idejhom, in-nisa u l-bniet ġew iffaċċjati b'riskju akbar ta' sfruttament, inkluż ir-riskju li jiġu ttraffikati għall-finijiet ta' żwieġ furzat, sfruttament sesswali u xogħol furzat; jikkundanna l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet Afgani de facto biex jiffurmaw gvern inklużiv li jinvolvi lin-nisa fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija ġdida tal-UE għall-Afganistan li tkun adattata għas-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet fil-pajjiż sabiex jiġu promossi b'mod konkret id-drittijiet tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika; |
|
10. |
Ifakkar li l-UE għandha pożizzjoni soda fir-rigward ta' kwalunkwe impenn politiku mat-Talibani, iggwidata minn parametri referenzjarji tematiċi għal involviment ibbażat fuq il-prinċipji ta' aderenza mad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd u l-istat tad-dritt; huwa tal-fehma li, mill-15 ta' Awwissu 2021 'il hawn, kien hemm biss deterjorament f'dawn il-parametri referenzjarji, li ma jista' jiġġustifika ebda rikonoxximent de facto ta' gvern tat-Talibani; |
|
11. |
Jilqa' r-Riżoluzzjoni 2626 (2022) tan-NU, li ġiet adottata fis-17 ta' Marzu 2022 u li estendiet il-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, jappoġġjaw il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afganistan, inkluż billi jiddjalogaw mal-atturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti Afgani kollha biex jiġi żgurat il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel għall-istudenti bniet kollha mingħajr aktar dewmien; |
|
12. |
Jieħu nota tat-taħditiet ta' Oslo ta' Jannar 2022 bejn l-uffiċjali Ewropej u dawk tal-Istati Uniti u delegazzjoni tat-Talibani, kif ukoll it-tħassir reċenti min-naħa tal-Istati Uniti tat-Taħditiet ta' Doha b'reazzjoni għad-deċiżjoni tat-Talibani li ma jerġgħux jiftħu l-iskejjel għall-bniet; jenfasizza li kwalunkwe taħditiet nazzjonali ulterjuri mat-Talibani għandhom jinkludu rappreżentanti nisa Afgani; |
|
13. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw u jipproteġu lil dawk li qed jaħarbu mill-Afganistan; itenni l-ħtieġa li jiġi garantit l-istatus ta' avukati nisa Afgani, mexxejja tas-soċjetà ċivili, artisti, atleti u persuni vulnerabbli oħra, speċjalment dawk li ħajjithom tinsab f'riskju, bħall-persuni LGBTQI+; itenni t-talba tiegħu għal programm speċjali dwar il-viżi, skemi ta' risistemazzjoni msaħħa u protezzjoni garantita effettiva għar-rifuġjati Afgani; |
|
14. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-problema tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa u l-bniet Afgani fil-pajjiżi ospitanti, b'mod partikolari fl-Iran u fil-Pakistan, kif ukoll li jiġi żgurat li jattendu l-iskola, jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jkollhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali; ifakkar li r-rifuġjati u dawk fi tranżitu huma partikolarment esposti għar-riskju li jesperjenzaw vjolenza abbażi tal-ġeneru; jitlob għalhekk li jiġi allokat finanzjament akbar għall-organizzazzjonijiet u l-aġenziji umanitarji li jwettqu ħidma ta' protezzjoni; |
|
15. |
Jappella lill-pajjiżi biex itemmu minnufih ir-ritorni ta' individwi lejn l-Afganistan jew lejn pajjiżi terzi fejn jaf ikunu f'riskju li jiġu ritornati lejn l-Afganistan; jitlob monitoraġġ mill-qrib taċ-ċittadini Afgani li diġà ġew ritornati, b'mod partikolari t-tfal; |
|
16. |
Jikkundanna l-għadd dejjem jikber ta' rapporti ta' qtil, fastidju u intimidazzjoni ta' minoranzi etniċi u reliġjużi; |
|
17. |
Jinsab imħasseb ħafna li t-Talibani għal darb' oħra qed jipprovdu rifuġju sikur lill-gruppi terroristiċi; jinsisti li t-Talibani u l-awtoritajiet de facto tal-Afganistan jeħtiġilhom jissodisfaw l-impenji tagħhom kontra t-terroriżmu; |
|
18. |
Ifakkar fl-istruzzjoni tiegħu lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex iwassal il-messaġġ lit-tmexxija tal-Pakistan li ġġorr responsabbiltà għas-sigurtà u l-istabbiltà fl-Afganistan u li jeħtiġilha tuża l-influwenza tagħha fuq it-Talibani biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, inkluż l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għan-nisa u l-bniet Afgani; |
|
19. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tħeġġeġ ir-rwol prattiku kostruttiv tagħhom fis-sistemazzjoni tar-rifuġjati Afgani; jisħaq fuq il-fatt li din il-kooperazzjoni ma għandhiex iddgħajjef id-difiża tal-UE tal-valuri fundamentali u tal-istat tad-dritt; |
|
20. |
Jenfasizza li l-ħelsien tan-nisa u tal-bniet se jibqa' ma jistax jintlaħaq sakemm tkompli l-katastrofi umanitarja; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-fatturi ewlenin tal-kriżi umanitarja li għaddejja billi jagħmlu kull sforz biex jespandu l-assistenza umanitarja, isegwu approċċ sensittiv għall-ġeneru, jerġgħu jistabbilixxu l-likwidità u jżommu servizzi soċjali bażiċi; jitlob it-tneħħija tal-iffriżar tal-assi Afgani u ż-żieda fl-appoġġ finanzjarju għal programmi bħall-assistenza mid-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DĠ INTPA), li tiffoka fuq il-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien u l-Fond Fiduċjarju tal-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan; jissottolinja li l-finanzjament umanitarju għandu jsir aċċessibbli b'mod flessibbli permezz ta' sistema bankarja li tiffunzjona u għandu jiġi pprovdut lil NGOs kredibbli u lil organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità li joperaw fl-Afganistan, inklużi organizzazzjonijiet lokali tan-nisa; |
|
21. |
Jieħu nota tal-preżenza stabbilita mill-ġdid fuq il-post tad-Delegazzjoni tal-UE f'Kabul għall-fini tal-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni umanitarja; jissottolinja bil-qawwa li dan ma jikkostitwixxix rikonoxximent tar-reġim tat-Talibani mill-UE; |
|
22. |
Jiddispjaċih għall-fatt li, fil-31 ta' Marzu 2022, id-donaturi internazzjonali, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, wiegħdu biss USD 2,44 biljun b'rispons għall-appell tan-NU ta' USD 4,4 biljun għall-Pjan ta' Rispons Umanitarju 2022 tagħha biex tingħata għajnuna umanitarja fl-Afganistan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka fondi adegwati u speċifiċi, u timplimenta, il-programmi u l-proġetti tad-drittijiet tan-nisa bħala parti minn impenn komprensiv u fit-tul għall-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan; |
|
23. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' aċċess umanitarju mingħajr xkiel biex jiġi żgurat li l-fondi impenjati jilħqu tassew lil dawk affettwati; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrevedu u jaġġustaw il-miżuri attwali kif xieraq; ifakkar li l-għajnuna umanitarja trid tkun newtrali, imparzjali, umana u indipendenti u qatt ma għandha tkun soġġetta għal ebda kundizzjonalità; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jwasslu b'mod konsistenti l-messaġġ li l-għoti ta' assistenza umanitarja mhuwiex kundizzjonali fuq il-ħames parametri referenzjarji tal-Kunsill għall-interazzjoni mat-Talibani; |
|
24. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, fid-dawl tal-Avveniment ta' Livell Għoli b'Appell għal Wegħdiet ta' Donazzjonijiet tan-NU dwar l-Appoġġ għar-Rispons Umanitarju fl-Afganistan, li sar fil-31 ta' Marzu 2022, biex jieħdu passi ulterjuri bil-għan li l-għajnuna umanitarja ssir aktar trasparenti u effettiva; iqis, għalhekk, li huwa essenzjali li jiġi żgurat l-aċċess għall-finanzjament umanitarju permezz ta' sistema bankarja funzjonali sabiex jiġu pprovduti fondi lil NGOs affidabbli li jaħdmu fil-pajjiż; |
|
25. |
Ifaħħar il-qlubija tal-bniet u n-nisa li jieħdu sehem fil-protesti; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiddjalogaw mal-awtoritajiet de facto tal-Afganistan biex jitolbu informazzjoni dwar l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa li huma maħsuba li ġew detenuti u sparixxew, u jitolbu l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom; jitlob li t-Talibani jwaqqfu minnufih dawn il-prattiki arbitrarji u extraġudizzjarji u jiżguraw il-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni; |
|
26. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ tagħhom lill-attivisti tad-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan u jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jiżguraw li tinżamm ir-responsabbiltà għall-ksur permezz ta' promozzjoni privata u pubblika dwar każijiet individwali; |
|
27. |
Jitlob li r-Rapporteur Speċjali l-ġdid dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan jingħata biżżejjed fondi, għarfien espert u appoġġ diplomatiku biex iwettaq il-mandat tiegħu; jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jistabbilixxi kummissjoni ta' inkjesta internazzjonali indipendenti b'mandat pluriennali u riżorsi adegwati biex tiddokumenta, tirrapporta u tiġbor evidenza ta' ksur, inkluż ksur tad-drittijiet tan-nisa; |
|
28. |
Jilqa' t-tnedija tal-Forum tal-Mexxejja Nisa Afgani; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiffaċilitaw l-organizzazzjoni tal-ewwel Konferenza Internazzjonali tan-Nisa Afgani sabiex isemmgħu leħinhom fl-Afganistan u internazzjonalment, jibnu mill-ġdid in-networks tan-nisa u jappoġġjaw il-ħidma tal-Forum tal-Mexxejja Nisa Afgani b'mod aktar inklużiv; jappoġġja l-istabbiliment tal-Università Online għall-Afgani f'Eżilju, b'appoġġ finanzjarju mill-UE; |
|
29. |
Jistieden lill-membri parlamentari Afgani, lill-eks uffiċjali tal-gvern u lill-attivisti tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb għas-sena 2021, jinvolvu ruħhom b'mod attiv mad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Afganistan, il-kumitati rilevanti u korpi oħra fi sforz biex jiġi żgurat li l-politika tal-UE b'appoġġ għall-Afganistan twieġeb għall-ħtiġijiet tal-poplu Afgan; |
|
30. |
Jappoġġja t-talbiet tas-soċjetà ċivili Afgana, b'mod partikolari dawk tal-parteċipanti fil-Jiem tan-Nisa Afgani fil-Parlament Ewropew, biex il-gvern de facto tat-Talibani jinżamm responsabbli għal reati preċedenti u biex l-atroċitajiet li wettaq ma jintesewx; |
|
31. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Membri tal-Assemblea Nazzjonali Afgana, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-uffiċċju politiku tat-Talibani f'Doha. |
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 5 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/92 |
P9_TA(2022)0101
Reviżjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-5 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 (COM(2021)0571 – C9-0325/2021 – 2021/0202(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 434/15)
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1c (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1d (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 59(4), ir-rabà subparagrafu (A9-0045/2022).
(3) Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(3) Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(1a) ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.
(4) COM(2019)0640.
(4) COM(2019)0640.
(1a) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(5) Ewrobarometru Speċjali 513 dwar it-Tibdil fil-Klima, 2021 (https://ec.europa.eu/clima/citizens/support_mt).
(5) Ewrobarometru Speċjali 513 dwar it-Tibdil fil-Klima, 2021 (https://ec.europa.eu/clima/citizens/support_mt).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(8) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(9) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(10) Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/103 |
P9_TA(2022)0102
L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (13531/1/2021 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2022/C 434/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13531/1/2021 – C8-0172/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Frar 2018 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2022)0014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0282), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0041/2022), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 71.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/104 |
P9_TA(2022)0105
Infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għal infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (COM(2020)0824 – C9-0417/2020 – 2020/0360(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 434/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0824), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0417/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Marzu 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Lulju 2021 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0269/2021), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0360
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/869.)
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/105 |
P9_TA(2022)0106
Linji gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III – Kummissjoni (2021/2226(BUI))
(2022/C 434/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2) (ir-“Regolament QFP”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta' programmi speċifiċi u l-adattament ta' atti bażiċi (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu ta' rimborżi mill-Faċilità ta' Investiment tal-AKP għall-benefiċċju tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta' NGEU fil-QFP 2021-2027 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b'self fir-Regolament Finanzjarju (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0569), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 biex temenda dik id-Deċiżjoni (COM(2021)0570), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), ipproklamat mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament u l-Kummissjoni f'Novembru 2017, il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-4 ta' Marzu 2021 u d-Dikjarazzjoni ta' Porto dwar l-affarijiet soċjali adottata mill-membri tal-Kunsill Ewropew f'Mejju 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2021 bit-titolu “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” (COM(2021)0118), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika (16) (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar tisħin globali ta' 1,5 oC, dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u dwar l-oċeani u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta' Pariġi”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni globali dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali 10/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tas-26 ta' Mejju 2021 bit-titolu “L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f'azzjoni”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (18) u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2023 (07218/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0062/2022), |
|
A. |
billi f'sensiela ta' riżoluzzjonijiet, il-Parlament irrakkomanda li l-Istati Membri kollha jallokaw minimu ta' 2 % tal-finanzjament tagħhom tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għas-setturi kulturali u kreattivi u minimu ta' 10 % għall-edukazzjoni, u li jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tagħhom tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) b'ġestjoni kondiviża biex jappoġġaw attivitajiet taħt il-Garanzija Ewropea għat-Tfal; |
Baġit 2023: l-irkupru jinżamm fit-triq it-tajba għal kulħadd
|
1. |
Jinnota li minkejja s-sinjali inkoraġġanti li jagħtu lok għal tkabbir ulterjuri mistenni fl-2022, l-inċertezza fil-perspettiva ekonomika għada tippersisti, fid-dawl ta' fatturi bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-inflazzjoni li qed tiżdied u l-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja, kif ukoll il-konsegwenzi tal-invażjoni tal-Ukrajna; ifakkar, għalhekk, li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 se jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni u l-kompetittività tagħha, kif ukoll fil-bini tar-reżiljenza komuni tagħna, billi jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ta' tranżizzjoni ġusta, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u fit-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bħala waħda mill-pedamenti tal-irkupru flimkien mar-rispons għall-isfidi ġeopolitiċi; |
|
2. |
Jimpenja ruħu għalhekk li jaħdem biex jadotta baġit orjentat lejn il-futur li jaqbel mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni li jiżguraw Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha, jagħmel suċċess mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u jrawwem irkupru ġust, inklużiv, sostenibbli u reżiljenti, inkluża żieda fl-appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs), jippromwovi l-istat tad-dritt, il-valuri tal-UE, u d-drittijiet fundamentali u l-applikazzjoni tagħhom, jikkontribwixxi għal opportunitajiet akbar għal kulħadd, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni kollha, u jiżgura Ewropa aktar b'saħħitha għaċ-ċittadini tagħha u fid-dinja; |
|
3. |
Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE bħala politika ta' investiment essenzjali tal-Unjoni u wieħed mill-pedamenti ta' rkupru sostenibbli u inklużiv, u jindika l-valur miżjud Ewropew uniku u l-kontribut tagħha għall-iżvilupp armonjuż kumplessiv tal-UE u tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha; jindika li l-2023 se tkun l-aħħar sena tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020, b'mod partikolari dawk b'ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-koeżjoni, kif ukoll is-sena li fiha l-implimentazzjoni ta' programmi ġodda se tibda żżid fir-ritmu; jistenna għalhekk li dan jiġi rifless f'żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit għall-2023; |
|
4. |
Jenfasizza l-fatt li l-politika agrikola komuni (PAK) il-ġdida se tidħol fis-seħħ mill-2023; ifakkar fl-importanza ċentrali tal-PAK u l-politika komuni tas-sajd għas-sistema tal-ikel tal-Ewropa li tipprovdi ikel affordabbli u ta' kwalità għolja u sigurtà nutrizzjonali għall-Ewropej kollha; jindika wkoll l-importanza tal-funzjonament xieraq tas-swieq agrikoli, l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni rurali, il-qligħ stabbli u aċċettabbli għall-bdiewa u s-sajjieda, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-preservazzjoni tal-bijodiversità kif ukoll it-tiġdid ġenerazzjonali tal-bdiewa; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-agrikoltura fuq skala żgħira, lill-bdiewa żgħażagħ u lin-negozji ż-żgħar tas-sajd billi jsir l-aħjar użu tal-programmi kollha rilevanti tal-UE; jindika li numru ta' setturi agrikoli ntlaqtu ħażin mit-tifqigħa tal-COVID-19, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u kriżijiet oħra; |
|
5. |
Jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkuntrattaw ir-riżorsi disponibbli kollha fl-RRF sal-aħħar tal-2023 u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji f'dan ir-rigward filwaqt li tinvolvi lill-Parlament fis-superviżjoni u l-valutazzjoni trasparenti tal-proċess; ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi rilevanti tal-UE; |
Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha
|
6. |
Ifakkar li l-kriżi tal-COVID-19 poġġiet lis-sistemi tas-saħħa pubblika taħt stress bla preċedent u aggravat l-isfidi eżistenti; jilqa' l-prijorità mogħtija lill-politika tas-saħħa tal-Unjoni u jenfasizza l-programm EU4Health u r-raggruppament tas-saħħa fi ħdan Orizzont Ewropa; jinnota li l-baġit għall-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) huwa meħud minn dawk il-programmi u mill-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, u jesprimi tħassib kbir li dan jista' jikkomprometti l-kisba ta' objettivi importanti oħra tas-saħħa maqbula mil-leġiżlaturi; ifakkar għalhekk fil-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi ġodda lill-HERA; jissottolinja, barra minn hekk, li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iskrutinju tal-Parlament tal-HERA; jenfasizza l-importanza li jinbena l-Korp Mediku Ewropew fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u jistieden lill-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għalih b'aktar riżorsi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer b'enfasi qawwija fuq azzjonijiet li jagħtu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini, pereżempju l-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer jew il-programmi ta' tilqim kontra l-HPV; |
|
7. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' programmi oħra tal-Unjoni, inkluża l-RRF, li jipprovdu investiment u appoġġ għall-prevenzjoni tal-kriżijiet tas-saħħa u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-infrastruttura; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' allinjament bejn dawk l-attivitajiet u programmi oħra ffinanzjati mill-UE, inkluż l-EU4Health, filwaqt li jitnaqqsu d-disparitajiet fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-kampanji ta' informazzjoni dwar it-tilqim fl-Istati Membri kollha u lil hinn minnhom; ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza ta' implimentazzjoni kostanti u aċċess għall-assistenza teknika għall-Istati Membri b'kapaċità amministrattiva baxxa; jenfasizza li l-aġenziji u l-korpi deċentralizzati relatati mas-saħħa u s-sikurezza għandhom jingħataw finanzjament u persunal adegwati u, jekk meħtieġ, jiġu msaħħa; |
Jiġi garantit is-suċċess mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali
|
8. |
Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 u l-ambizzjoni ta' tniġġis żero se jirrikjedu investimenti pubbliċi u privati sinifikanti sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika identifikat mill-Kummissjoni u jintlaħqu l-objettivi vinkolanti tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq, madankollu, li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni tkun ħafna ogħla; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni huwa fil-qalba tal-isforzi biex issir tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni aktar ekoloġika, sostenibbli, soċjalment inklużiva, aktar reżiljenti u kompetittiva u li huma meħtieġa sforzi finanzjarji akbar; jisħaq b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati biex l-Unjoni tkun tista' twettaq l-impenji tagħha filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jinsisti li s-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew se jiddependi anki mill-finanzjament tiegħu u jitlob il-varar bi prijorità tal-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni fir-reġjuni, is-setturi u ż-żoni li se jkunu affettwati l-aktar mit-tranżizzjoni ekoloġika, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mit-tranżizzjoni tan-negozju tagħhom stess lejn is-sostenibbiltà ambjentali u d-diġitalizzazzjoni; |
|
9. |
Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi ambizzjużi għall-programmi li jappoġġaw l-azzjoni dwar il-klima u l-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali, bħal LIFE, u l-ħtieġa li jiġi aċċellerat u implimentat bis-sħiħ il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, inkluż billi tiġi pprovduta aktar assistenza teknika biex tappoġġa lill-Istati Membri f'dan il-kompitu; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż billi tissaħħaħ it-tħejjija għad-diżastri naturali, b'mod partikolari permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità; jistenna li l-Kummissjoni tonora l-impenn tagħha, li sar matul il-konċiljazzjoni għall-baġit tal-2022, biex issaħħaħ l-aġenzija f'dak il-qasam, b'mod partikolari fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħha fl-implimentazzjoni tal-pakkett “Lesti għall-mira ta' 55 %” u r-rapportar relatat; jinsab imħasseb ħafna, barra minn hekk, dwar in-nuqqas fit-tul ta' riżorsi umani f'ċerti servizzi tal-Kummissjoni u għalhekk itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura livelli adegwati ta' riżorsi u persunal; Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara” sabiex tiġi żgurata l-koerenza meħtieġa bejn l-objettivi tal-politiki u l-effiċjenza massima tal-infiq matul it-tranżizzjoni u lil hinn minnha; |
|
10. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji, proċessi u ħiliet ekoloġiċi, inkluż bil-ħsieb li l-Unjoni tingħata vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija futura ta' newtralità karbonika, u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati riżorsi adegwati għal Orizzont Ewropa f'dak il-kuntest; iqis li l-għoti ta' appoġġ adegwat għall-SMEs huwa essenzjali biex jitjieb ir-rwol tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni; iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel użu sħiħ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex timmodernizza u tgħaqqad l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tagħha u biex iżżid is-sostenibbiltà tagħha, issaħħaħ is-sigurtà u l-awtonomija tal-enerġija tal-UE u tiżviluppa aktar l-Unjoni Ewropea permezz tal-interkonnettività bejn l-Istati Membri; iqis għalhekk li jeħtieġ li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi għall-FNE; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-programm spazjali tal-UE; |
|
11. |
Jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni għal Att dwar iċ-Ċipep u programm ta' konnettività sigura; ifakkar fil-prinċipju li m'għandhomx jinħolqu programmi ġodda għad-detriment ta' dawk eżistenti u jtenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati bl-użu ta' riżorsi ġodda; biħsiebu jeżamina mill-qrib l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti u l-impatt tagħhom fuq il-proċedura baġitarja tal-2023; |
|
12. |
Iqis li huwa essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni li l-ekonomija u s-settur pubbliku jiġu diġitalizzati aktar; jemmen li tranżizzjoni diġitali ta' suċċess tirrikjedi sforzi ta' riċerka u innovazzjoni sostanzjali fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa, investiment sinifikanti fl-infrastruttura diġitali permezz tal-FNE-Diġitali, u appoġġ f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-computing ta' prestazzjoni għolja tal-UE permezz tal-programm Ewropa Diġitali; jindika l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet diġitali billi jiġu promossi ħiliet diġitali avvanzati u apprendiment inklużiv; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' għodod ta' rikonverżjoni professjonali; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati biżżejjed finanzjament tal-programmi tal-UE u allinjament bejniethom biex jinħolqu kundizzjonijiet għall-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u li jippermettu lill-ekonomija u lis-settur pubbliku tal-Ewropa jkunu fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni diġitali u l-kompetittività; |
|
13. |
Jirrikonoxxi l-kontribut tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni għall-irkupru ekonomiku, għall-ġlieda kontra l-qgħad u l-għoti ta' spinta għall-investiment, u b'mod partikolari bħala sostenn għall-SMEs u n-negozji ġodda; ifakkar li l-SMEs jibqgħu s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u jkomplu jaqdu rwol vitali fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir; jenfasizza l-programm InvestEU, it-tieqa għall-SMEs tiegħu u l-possibbiltà għall-SMEs milquta b'mod negattiv mill-pandemija li jirċievu appoġġ kapitali fl-ambitu tal-programm; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss suq uniku li jiffunzjona tajjeb permezz ta' finanzjament suffiċjenti sabiex tiġi garantita l-protezzjoni tal-konsumatur, tingħata spinta lill-kompetittività tan-negozji ż-żgħar bl-iżvilupp ta' ħiliet diġitali u intraprenditorjali, jiġi mtejjeb l-aċċess għas-swieq, titkompla l-ħidma fuq Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, u jiġu estiżi aktar l-opportunitajiet biex jinħolqu u jiżdiedu n-negozji ġodda; |
|
14. |
Jesprimi solidarjetà ma' dawk li jaħdmu f'setturi affettwati serjament mill-pandemija, b'mod partikolari fit-turiżmu, l-ospitalità, u s-setturi kulturali u kreattivi; jenfasizza li dawk is-setturi jirrappreżentaw pilastru importanti tal-ekonomija tal-Unjoni u jimpjegaw sehem sinifikanti mill-forza tax-xogħol tagħha, b'mod speċjali f'SMEs; iqis li dawk is-setturi għandhom jibbenefikaw minn appoġġ akbar mill-Istati Membri u mill-Unjoni, inkluż permezz tal-RRF, u jappella għal miżuri addizzjonali għal dawk is-setturi u finanzjament suffiċjenti għal programmi relatati tal-UE; jinsisti li, jekk il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) tinbidel f'inizjattiva jew programm aktar fit-tul, tkun teħtieġ riżorsi ġodda; itenni d-diżappunt tiegħu li t-talba li ilu jagħmel il-Parlament għal programm tal-UE ddedikat għat-turiżmu ma ntlaħqitx; |
Promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali u l-applikazzjoni tagħhom
|
15. |
Iqis li huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni li tiżgura l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni u li tieħu l-passi kollha biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; iqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu jiġi applikat immedjatament u b'mod sħiħ, kif mitlub ripetutament mill-Parlament; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma implimentatx ir-Regolament, minkejja l-fatt li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021, u jissottolinja l-konformità sħiħa tar-Regolament mat-Trattati tal-UE kif ikkonfermat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Frar 2022 (19); jistenna li l-Kummissjoni tiskatta l-Artikolu 6(1) tar-Regolament mingħajr dewmien għall-Istati Membri fejn ikunu diġà ntbagħtu ittri ta' informazzjoni, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament; jemmen li għandu jkun hemm disponibbli riżorsi adegwati għall-aġenziji u l-korpi f'dan il-qasam, u għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), b'mod partikolari fid-dawl tal-ammont ta' xogħol dejjem jiżdied tagħhom, inkluż fil-monitoraġġ u l-kontroll tan-nefqa tal-RRF; |
|
16. |
Jenfasizza li l-istat tad-dritt jipproteġi l-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; jesprimi tħassib kbir dwar id-deterjorament sinifikanti tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-indipendenza u l-libertà tal-media f'xi Stati Membri; jenfasizza l-importanza tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, b'mod partikolari fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri kif minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fis-sostenn u l-iżvilupp ulterjuri tal-involviment u tal-edukazzjoni taċ-ċittadini, u soċjetajiet miftuħa, bbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, indaqs u inklużivi; jitlob, għalhekk, li jiġi allokat livell ambizzjuż ta' riżorsi għal dan il-programm; ifakkar li l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali hija essenzjali għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni; jappella għal finanzjament adegwat għall-Programm tal-Ġustizzja; |
Opportunitajiet akbar għal kulħadd u b'mod partikolari għaż-żgħażagħ fl-Unjoni kollha
|
17. |
Jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv sever fuq iż-żgħażagħ, il-prospetti ta' impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa mentali tagħhom, u dan wassal għal telf ta' opportunitajiet u prospetti mnaqqsa u t-twessigħ tad-distakk edukattiv; jindika l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'dan il-kuntest; jemmen bis-sħiħ li l-baġit 2023 għandu jinkludi enfasi fuq iż-żgħażagħ biex jinbena l-momentum tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 b'azzjonijiet u politiki konkreti li għandhom jitkomplew fl-2023; jenfasizza l-importanza ta' Erasmus+ u jissottolinja l-importanza kbira li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi finanzjarji għal dak il-programm, li s-suċċess tiegħu fit-twessigħ tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-opportunitajiet ta' xogħol fl-Unjoni kollha huwa inkontestabbli u li kiseb riżultati tanġibbli; iqis li dan għandu jsir aktar inklużiv u joffri opportunitajiet akbar u aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għal persuni li jkunu ġejjin minn ambjent żvantaġġat u minn żoni rurali u remoti; |
|
18. |
Jisħaq li jridu jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli u fit-tul biex jiġu miġġielda b'suċċess l-isfidi demografiċi strutturali u biex jiġi mmitigat l-eżodu ta' mħuħ f'żoni rurali, remoti u anqas żviluppati tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji biex f'żoni li qed ibatu minn tnaqqis fil-popolazzjoni jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi lokali ta' kwalità għolja u terġa' tingħata l-ħajja lil dawn l-opportunitajiet; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-baġit tal-UE fil-kontribut għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fit-tisħiħ tal-azzjonijiet soċjali lokali u reġjonali, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-għoti ta' aċċess lil kulħadd għal servizzi ewlenin essenzjali bħall-kura tas-saħħa, il-mobilità, nutrizzjoni adegwata u akkomodazzjoni deċenti; |
|
19. |
Jindika wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li jgħin liż-żgħażagħ jiksbu esperjenza prattika fi Stat Membru ieħor, u b'hekk iżidu l-impjegabbiltà u l-opportunitajiet għall-ħajja tagħhom; ifakkar fl-importanza ta' finanzjament adegwat tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-UE għaż-żgħażagħ u t-tfal, b'mod partikolari taħt l-FSE+, ir-ReactEU u l-RRF; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta' Garanzija Ewropea għat-Tfal u Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa; |
|
20. |
Ifakkar li l-pandemija kellha impatt sever fuq l-anzjani wkoll; jinsisti li l-baġit 2023 għandu jipprovdi biżżejjed appoġġ lil dawk fosthom li huma l-aktar vulnerabbli u jipproteġi l-benesseri, id-dinjità u d-drittijiet fundamentali tagħhom; jinnota li Erasmus+ joffri opportunitajiet għall-adulti u l-anzjani u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn jibbenefikaw ħafna aktar minnu; jindika r-rwol tal-baġit tal-UE fil-kontribut għall-iżgurar tal-aċċess tal-anzjani għas-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, il-mobilità u l-opportunitajiet għall-volontarjat; jistieden lill-UE tissimplifika u żżid l-azzjonijiet tagħha mmirati lejn l-anzjani fi ħdan qafas koerenti assoċjat mal-finanzjament mill-programmi tal-UE; |
Unjoni aktar b'saħħitha għall-poplu tagħha u fid-dinja
|
21. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-invażjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u t-tentattivi kollha biex jiġu destabbilizzati s-sħab tal-UE fil-Viċinat tal-Lvant, kif ukoll l-involviment tal-Belarussja f'din l-aggressjoni; jissottolinja l-ħtieġa li l-Unjoni tibqa' magħquda u jappella għal kooperazzjoni u solidarjetà msaħħa fost l-Istati Membri f'dan il-kuntest diffiċli; iħeġġeġ lill-Unjoni tiggarantixxi finanzjament sinifikanti biex tindirizza l-konsegwenzi ġeopolitiċi tal-kriżi attwali inkluż l-appoġġ għall-varar ta' miżuri umanitarji u ta' tħejjija biex ir-refuġjati jintlaqgħu fl-Istati Membri u fil-Viċinat tal-Lvant; ifakkar li l-istabbiltà tal-Unjoni tiddependi wkoll fuq l-istabbiltà tal-viċinat tagħha; |
|
22. |
Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmobilizzaw il-mezzi finanzjarji kollha disponibbli biex jappoġġaw lill-Ukrajna; itenni l-appoġġ tiegħu, f'dan il-kuntest, għall-mobilizzazzjoni tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jipprovdu lill-Parlament b'rapporti u informazzjoni bikrija u trasparenti f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu aktar għajnuna umanitarja ta' emerġenza lill-Ukrajna f'kooperazzjoni mal-aġenziji umanitarji tan-NU u ma' organizzazzjonijiet sħab internazzjonali oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm enfasi speċjali fuq il-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi u n-nisa u t-tfal, peress li dawn jiġu affettwati b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u jeħtieġu protezzjoni u appoġġ speċjali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-mezzi kollha disponibbli biex tiżgura l-għoti ta' appoġġ fl-ambitu tal-programmi rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi soċjali u mediċi u l-edukazzjoni; |
|
23. |
Itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġawhom, b'mod partikolari r-Repubblika tal-Moldova, fl-għoti ta' kenn temporanju lir-refuġjati mill-Ukrajna; itenni l-ħtieġa ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri fir-rilokazzjoni lejn Stati Membri oħra tar-refuġjati mill-Ukrajna li waslu l-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja; |
|
24. |
Jirrikonoxxi l-importanza tas-sanzjonijiet u l-unità tal-Unjoni fl-impożizzjoni tagħhom u jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tiffaċilita l-mezzi u l-modi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħhom għall-UE; |
|
25. |
Jissottolinja l-importanza strateġika tal-politika tat-tkabbir fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi provdut finanzjament adegwat lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u lill-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b'mod partikolari dawk li jimplimentaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, biex jiġu appoġġati riformi politiċi u soċjoekonomiċi komprensivi u jissaħħu s-soċjetà ċivili u l-istat tad-dritt, kif ukoll bħala għajnuna għall-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi ekonomiċi fit-tul tagħha; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ finanzjarju li jkun biżżejjed għall-assistenza teknika sabiex l-assorbiment tal-fondi tal-UE jittejjeb f'dawk ir-reġjuni; |
|
26. |
Jistenna li, anki wara l-kriżi attwali, l-ażil u l-migrazzjoni jibqgħu prijorità fuq l-aġenda tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju kontinwu għall-akkoljenza, ir-reġistrazzjoni, l-eżami u l-integrazzjoni tal-applikanti għall-ażil, u li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-objettivi speċifiċi tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil; jisħaq li din is-sistema trid tkun ibbażata fuq is-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża, jiġifieri b'mod li wħud mill-Istati Membri ma jitgħabbewx iż-żejjed u b'mod sproporzjonat, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-integrazzjoni, l-istabbiliment ta' qafas għall-migrazzjoni legali, kif mitlub mill-Parlament, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u t-titjib tas-sistemi għar-ritorn effettiv, sikur u dinjituż tal-persuni u għar-ritorn volontarju, f'konformità mal-valuri u l-impenji internazzjonali tal-UE; jappella, barra minn hekk, għal finanzjament adegwat għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi sabiex jissaħħu s-sistemi ta' ġestjoni tal-fruntieri; |
|
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda benefiċjarju ta' fondi tal-UE (inklużi kuntratturi jew sottokuntratturi, parteċipanti fi gruppi ta' ħidma jew sessjonijiet ta' taħriġ, jew partijiet terzi) fuq il-lista ta' persuni jew entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE; |
|
28. |
Jisħaq li l-Unjoni għandha bżonn biżżejjed riżorsi biex tirreaġixxi għal kriżijiet kbar kif ukoll għall-isfidi fit-tul fil-viċinat tagħha u madwar id-dinja, filwaqt li jfakkar li l-limitu massimu tal-Intestatura 6 tal-QFP diġà huwa baxx wisq u li reviżjoni tal-QFP attwali hija indispensabbli; jappella għal finanzjament li jkun biżżejjed għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rwol kruċjali tagħhom fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u demokratiku u r-riformi politiċi u ekonomiċi, il-protezzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-proċessi elettorali u l-indirizzar tal-isfidi soċjali u klimatiċi u l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni; jindika l-ħtieġa li jingħata appoġġ kontinwu lir-refuġjati, b'mod partikolari dawk fit-Turkija u fir-reġjun usa', u li jkun hemm rispons għall-iżviluppi fl-Afganistan, filwaqt li jtenni li l-baġit tal-Unjoni m'għandux ikun l-uniku sors ta' finanzjament; jappella li l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tirċievi livell ambizzjuż ta' finanzjament mill-baġit tal-UE fl-2023 biex tkun tista' tipprovdi appoġġ adegwat għall-istabbiltà reġjonali u ssaħħaħ ir-reżiljenza tar-refuġjati Palestinjani; jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' għajnuna umanitarja u jinnota li r-riżorsi mhumiex jiżdiedu b'mod allinjat ma' bżonnijiet ogħla minn qatt qabel; jappella, għalhekk, li l-programm jiġi allokat finanzjament aktar sinifikanti u li l-Istati Membri jżidu l-għajnuna umanitarja tagħhom; |
|
29. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-Unjoni għandu jkollha biżżejjed mezzi biex tirreaġixxi għal żviluppi mhux mistennija ġewwa u barra l-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq analiżi fil-fond tal-implikazzjonijiet differenti tal-isfidi attwali u tal-impatt tagħhom fuq il-proċedura baġitarja tal-2023 kif ukoll fuq il-QFP 2021-2027 kollu, u tivvaluta meta tkun xierqa reviżjoni tal-QFP; |
|
30. |
Iqis li l-aħħar żieda fl-għadd ta' infezzjonijiet bil-COVID-19 hija prova ulterjuri li għandu jsir aktar biex titlaqqam id-dinja kollha; ifakkar fil-ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet bħala parti mill-baġit 2022 biex tiġi rieżaminata l-evoluzzjoni tar-rispons għall-pandemija sal-aħħar ta' Ġunju 2022, b'mod partikolari fir-rigward tat-tilqim internazzjonali, u biex tittieħed kwalunkwe azzjoni neċessarja mingħajr aktar dewmien; |
|
31. |
Jenfasizza l-ħtieġa dejjem akbar ta' appoġġ finanzjarju adegwat għas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża, li jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tad-difiża; jappella għal sforzi akbar biex jissaħħu l-iskjerabbiltà u l-effettività operazzjonali u biex tittejjeb il-mobilità militari, anke bil-ħsieb li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà fil-viċinat tal-UE u lil hinn minnu, u biex jiġi indirizzat it-theddid ibridu u ċibernetiku; iqis li tali sforzi jżidu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jsaħħu l-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea; jappella, barra minn hekk, għal finanzjament adegwat għall-Fond għas-Sigurtà Interna; |
|
32. |
Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-UE biex tindirizza t-theddid dejjem akbar għas-sigurtà bħat-tixrid tad-diżinformazzjoni, inklużi d-diżinformazzjoni online, il-kampanji ta' aħbarijiet foloz kontra l-UE, it-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti fl-UE u fil-pajjiżi ġirien tagħha; iqis li l-allokazzjonijiet tal-finanzjament għandhom jirriflettu n-natura dejjem tinbidel tat-theddid u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tiegħu u li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-isforzi tal-Unjoni f'dan il-qasam; |
|
33. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex ilestu l-integrazzjoni fix-Schengen tal-Istati Membri kollha, b'mod partikolari tar-Rumanija, tal-Bulgarija u tal-Kroazja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi kollha; iqis li t-tkabbir ekonomiku u l-prosperità, is-sigurtà interna, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, id-drittijiet fundamentali, il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen u l-libertà ta' moviment fi ħdan l-UE huma marbuta b'mod inseparabbli u huma ta' benefiċċju reċiproku; iqis li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-aġenziji kollha li joperaw fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, l-ażil, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri jkollhom finanzjament, riżorsi umani u taħriġ tal-persunal adegwati; ifakkar li ż-żona Schengen iġġib benefiċċji ekonomiċi għall-istati parteċipanti; |
Kwistjonijiet trażversali
|
34. |
Ifakkar li l-ispejjeż tal-finanzjament għall-Istrument tal-UE għall-Irkupru (EURI) għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni, inkluż minn biżżejjed rikavati minn riżorsi proprji ġodda, u għandhom ikunu sostnuti minn approprjazzjonijiet meħtieġa u f'waqthom; jisħaq li l-pakketti finanzjarji tal-programmi tan-nefqa m'għandhomx jintużaw biex jimmaniġġjaw l-imprevedibbiltà tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-EURI; iqis li l-awtorità baġitarja għandha s-setgħa sħiħa biex tiddeċiedi li ssaħħaħ kwalunkwe programm tal-UE, inkluż meta l-ispejjeż tal-finanzjament tal-EURI jkunu aktar baxxi milli mistenni; ifakkar li d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-finanzjament tal-EURI fl-2022, miftiehma fil-15 ta' Novembru 2021 matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni tapplika għall-proċedura baġitarja tal-2022 u ma toħloqx preċedent; ifakkar li d-deċiżjonijiet futuri kollha jistgħu jittieħdu biss matul il-proċedura baġitarja annwali; |
|
35. |
Ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qablu fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar pjan direzzjonali legalment vinkolanti għall-introduzzjoni ta' basket ta' riżorsi proprji ġodda biex jiġi żgurat li l-kapital, u l-imgħax relatat, tal-pjan ta' rkupru tal-UE jitħallas kollu, mingħajr ma titnaqqas in-nefqa tal-programmi jew tal-istrumenti ta' investiment taħt il-QFP, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-universalità; jilqa' l-pakkett finanzjarju propost mill-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2021, li fih aġġornament tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (20), bi tliet riżorsi proprji ġodda: mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; u sehem mill-profitti residwi tal-akbar intrapriżi multinazzjonali u dawk l-aktar profittabbli; iqis li l-progress ta' dan il-pakkett huwa tal-akbar importanza; jitlob, għalhekk, li l-Kunsill jirrispetta l-iskeda ta' żmien miftiehma u jagħmel progress bl-ewwel basket ta' riżorsi proprji qabel ma tiġi finalizzata l-proċedura baġitarja tal-2023; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, tressaq proposta għat-tieni basket ta' riżorsi proprji ġodda qabel Diċembru 2023 sabiex jiġu żgurati biżżejjed riżorsi għall-ħlasijiet lura tan-NextGenerationEU; ifakkar li l-2023 se tkun it-tieni sena ta' applikazzjoni tal-aġġustament speċifiku għall-programm skont l-Artikolu 5 tar-Regolament li jistabbilixxi l-QFP; |
|
36. |
Jinnota li kien hemm ammont għoli mhux mistenni ta' diżimpenji għar-riċerka (aktar minn EUR 469 miljun), f'livell li ma kienx antiċipat fil-ftehim dwar il-QFP, u għalhekk mhuwiex kopert minnu; iqis li d-diżimpenji kollha għar-riċerka għandhom ikunu disponibbli kollha skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju; biħsiebu jiffoka d-diżimpenji li huma addizzjonali għall-ammonti li għandhom jiġu inklużi mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit fuq għadd ta' oqsma essenzjali; |
|
37. |
Jistenna bil-ħerqa l-applikazzjoni tal-metodoloġija riveduta tat-trekkjar klimatiku fl-abbozz ta' baġit 2023 skont l-FII dwar id-dixxiplina baġitarja u fir-rapportar dwar il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fir-rapport dwar il-prestazzjoni; jistenna li l-Kummissjoni tadotta metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva għat-trekkjar tal-bijodiversità mill-aktar fis possibbli, filwaqt li żżomm f'moħħha l-miri stabbiliti għall-2024, l-2026 u l-2027; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha rilevanti sabiex kull nefqa fil-futur tkun trasparenti u tistabbilixxi rabta aktar ċara bejn in-nefqa klimatika u dik għall-bijodiversità u l-impatti reali tagħhom, inkluż bl-applikazzjoni ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati; jappella għall-involviment sħiħ tal-Parlament fl-iżvilupp tal-metodoloġiji, kif stipulat fil-FII; jistenna li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Parlament dwar il-metodoloġija għall-bijodiversità qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' baġit 2023; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għat-trekkjar tan-nefqa soċjali fil-baġit tal-UE abbażi tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
|
39. |
Itenni li n-nisa ġew affettwati b'mod sproporzjonat mill-kriżi ekonomika u soċjali b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, inkluż b'żieda fil-każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jitlob, għalhekk, finanzjament sinifikanti għall-fergħa Daphne tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; jappella għal aktar finanzjament fil-baġit tal-UE mmirat lejn l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni, b'mod partikolari kontra n-nisa u l-persuni LGBTI+, u jappella lill-Kummissjoni trawwem sinerġiji akbar bejn il-programmi tal-UE f'dawn l-oqsma; jappella wkoll għal riżorsi sinifikanti biex jiġu appoġġati l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll l-aċċess universali għalihom, u biex jiġu appoġġati d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
40. |
Ifakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023, timplimenta metodoloġija, akkumpanjata mill-ġbir, ir-rapportar u l-evalwazzjoni sistematiċi ta' data diżaggregata skont il-ġeneru, biex tkejjel in-nefqa rilevanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni u tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bħala prinċipju orizzontali fl-attivitajiet, il-politiki u l-programmi kollha tal-UE; jissottolinja r-rwol importanti li għandhom l-aġenziji u l-korpi f'dan il-qasam u l-ħtieġa li jiġu żgurati finanzjament u riżorsi umani adegwati biex jitwettqu l-kompiti tagħhom; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025; |
|
41. |
Ifakkar fil-ħidma essenzjali mwettqa mill-aġenziji deċentralizzati; iqis li l-aġenziji jrid ikollhom ammont xieraq ta' riżorsi umani u riżorsi oħra adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; ifakkar li l-kompiti tal-aġenziji jevolvu f'konformità mal-prijoritajiet tal-politiki u jisħaq li r-responsabbiltajiet l-ġodda jridu jkunu akkumpanjati minn livelli korrispondenti ta' riżorsi ġodda; |
|
42. |
Iqis li l-baġit 2023 għandu jkun fih livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament biex ikopri kemm il-programmi l-ġodda kif ukoll it-tlestija ta' dawk kurrenti, parzjalment biex jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jipprovdi l-istimolu ekonomiku meħtieġ; jenfasizza, filwaqt li jislet tagħlimiet mill-oqfsa finanzjarji pluriennali tal-passat, li hemm bżonn li l-implimentazzjoni tal-programm titħaffef biex jiġu evitati l-arretrati ta' pagamenti fit-tieni nofs tal-perjodu tal-QFP; |
|
43. |
Iqis li, meta jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu disponibbli; |
|
44. |
Jissottolinja l-valur tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji (PP-PAs) fl-ittestjar ta' inizjattivi ta' politiki ġodda u fit-tħejjija tal-pedamenti għal azzjonijiet futuri tal-Unjoni; biħsiebu, għalhekk, jipproponi pakkett ta' PP-PAs f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tiegħu u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni; fiduċjuż li l-Kummissjoni se tevalwa l-proposti tal-PP-PAs b'mod imparzjali abbażi ta' valutazzjoni legali u finanzjarja u jistenna li jirċievi spjegazzjonijiet preċiżi u dettaljati meta proġett jitqies “kopert” mill-programmi u l-politiki tal-UE, b'eżempji konkreti tal-azzjonijiet tal-UE li jitqies li jkopru l-proposti; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-PP-PAs adottati fil-baġit jiġu implimentati bis-sħiħ, b'mod f'waqtu u b'kooperazzjoni mal-Parlament, u jingħataw viżibbiltà akbar sabiex l-impatt tagħhom jiġi massimizzat; |
o
o o
|
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 1.
(4) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 2.
(5) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 3.
(6) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.
(7) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 5.
(8) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 6.
(9) ĠU C 445, 29.10.2021, p. 240.
(10) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(11) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(12) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23.
(13) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(14) ĠU C 494, 8.12.2021, p. 2.
(15) ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.
(16) ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.
(17) Testi adottati, P9_TA(2022)0052.
(18) ĠU L 45, 24.2.2022, p. 1.
(19) Is-sentenzi tas-16 ta' Frar 2022, fil-Kawżi C-156/21 L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, EU:C:2022:97, u C-157/21 Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, EU:C:2022:98.
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/115 |
P9_TA(2022)0107
L-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post u ta' ċerti żrieragħ prodotti fil-Bolivja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Bolivja fuq għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Bolivja (COM(2022)0026 – C9-0024/2022 – 2022/0016(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 434/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2022)0026), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0024/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta’ Marzu 2022 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0053/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2022)0016
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-perijodu ta’ applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Bolivja fuq għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Bolivja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2022/871.)
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/116 |
P9_TA(2022)0108
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022: aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 li jibbaġitja l-impatt fuq il-baġit tal-2022 tal-Aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (06310/2022 – C9-0052/2022 – 2022/0018(BUD))
(2022/C 434/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, adottat b'mod definittiv fl-24 ta' Novembru 2021 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021-2027 (3) (“ir-Regolament dwar il-QFP”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2022 (COM(2022)0081), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022, adottata mill-Kunsill fl-24 ta’ Frar 2022 u li ntbagħtet lill-Parlament fl-istess jum (06310/2022 – C9-0052/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0051/2022), |
|
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022 huwa marbut mal-aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-QFP, li jippermetti t-trasferimenti tal-allokazzjoni tal-2021 tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jew mhux użati jew riportati għal disa' fondi taħt ġestjoni kondiviża, fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2021 ta' regoli jew programmi ġodda taħt ġestjoni kondiviża; |
|
B. |
billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ma ntużawx fl-2021 għal programmi taħt ġestjoni kondiviża skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-QFP jammontaw għal EUR 48 988 299 856 fi prezzijiet attwali, li jikkorrispondu għat-totalità tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2021 li kienu ppjanati li jiġu implimentati f'ġestjoni kondiviża għal tmien fondi, peress li l-programmi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biss kienu adottati bis-sħiħ fl-2021; |
|
C. |
billi dak l-ammont għandu jiġi trasferit fi proporzjonijiet indaqs għal kull waħda mis-snin 2022 sa 2025; |
|
D. |
billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022 huwa li jirrifletti l-impatt speċifiku tat-trasferiment ta' 25 % tal-allokazzjonijiet mhux użati fl-2021 għas-sena 2022 għal tmien fondi taħt ġestjoni kondiviża (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u l-Fond għas-Sigurtà Interna); |
|
E. |
billi l-impatt nett tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta' EUR 12 247,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għad-diversi fondi taħt ġestjoni kondiviża taħt l-Intestaturi 2a, 3, 4 u 5; billi l-Kummissjoni ma hi titlob l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizzjonali; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022, kif imressaq mill-Kummissjoni; |
|
2. |
Jinsab imħasseb dwar id-dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża; itenni l-ħtieġa ta' implimentazzjoni rapida biex tappoġġja l-irkupru tal-Unjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi biex jiżguraw li jkunu kompletament operazzjonali fl-2022 u biex iwettqu x-xogħol pendenti ħalli jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-programmi sal-2027; |
|
3. |
Iwissi dwar ir-riskji marbuta ma' livell insuffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament; ifakkar fl-impenn tiegħu li jipprevjeni kwalunkwe kriżi ta' pagament futura, bħal dik esperjenzata fil-bidu tal-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti; jistenna, għalhekk, lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien kwalunkwe abbozz ta' baġit emendatorju li jitqies neċessarju għal żieda fil-pagamenti marbuta ma' aċċellerazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-Unjoni; |
|
4. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2022; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2022 ġie adottat b'mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/118 |
P9_TA(2022)0109
Il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (kodifikazzjoni) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (test kodifikat) (COM(2020)0739 – C9-0371/2020 – 2020/0329(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2022/C 434/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0739), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0371/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Jannar 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 109 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0080/2022), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fl-opinjonijiet tiegħu tal-31 ta' Marzu 2021 u tal-10 ta' Marzu 2022; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0329
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2022/993.)
L-Erbgħa 6 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/119 |
P9_TA(2022)0111
Att dwar il-Governanza tad-Data ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tad-data Ewropea (Att dwar il-Governanza tad-Data) (COM(2020)0767 – C9-0377/2020 – 2020/0340(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 434/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0767), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0377/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2021 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0248/2021), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2020)0340
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/868.)
Il-Ħamis 7 ta’ April 2022
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/120 |
P9_TA(2022)0116
Id-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, f'Ċipru, fl-Irlanda u f'Malta***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (COM(2021)0997 – C9-0475/2021 – 2021/0431(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
(2022/C 434/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0997), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0475/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2021)0431
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/642.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-provvista ta’ mediċini lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ħoloq sfidi partikolari għal dawk l-Istati Membri (Ċipru, l-Irlanda u Malta) li tul bosta snin kienu qed jiġu fornuti b’mediċini minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress li sar minn Ċipru, mill-Irlanda u minn Malta u mill-operaturi industrijali biex jimplimentaw il-bidliet biex jiffaċilitaw il-provvista kontinwa ta’ mediċini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-provvista tal-mediċini fit-tul, il-Kummissjoni tisħaq il-ħtieġa għal sforzi msaħħa mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-trawwim tal-adattament tal-ktajjen tal-provvista għall-qagħda wara l-ħruġ tar-Renju Unit.
Il-Kummissjoni tintrabat bis-sħiħ li takkumpanja lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta fl-isforzi tagħhom lejn it-tneħħija gradwali tad-derogi temporanji previsti mir-Regolament (UE) 2022/641 (1) u mid-Direttiva (UE) 2022/642 (2) fi żmien tliet snin.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u b’rispett sħiħ tad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, se ssegwi kontinwament l-iżviluppi fl-Istati Membri kkonċernati u se takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-dipendenza tas-swieq domestiċi tagħhom fuq il-provvista ta’ prodotti mediċinali minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
Il-Kummissjoni se tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta biex jipprovdulha, fuq bażi regolari, tagħrif dwar dawn l-isforzi.
Filwaqt li tqis din l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tirrapporta bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/641 u tad-Direttiva (UE) 2022/642 dwar il-progress li sar f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta lejn it-tneħħija gradwali sħiħa tad-derogi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri f’dak ir-rigward.
Il-Kummissjoni se tfakkar lill-operaturi industrijali kkonċernati li għad baqgħalhom jagħmlu bidliet fil-ktajjen tal-provvista tagħhom li għandhom jagħmlu l-adattamenti meħtieġa b’mod urġenti biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fis-swieq iżgħar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress li sar mill-operaturi involuti fil-provvista tal-mediċini f’dawn l-Istati Membri fir-rigward tal-ħila tagħhom li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li għalihom ir-Regolament (UE) 2022/641 u d-Direttiva (UE) 2022/642 jipprevedu derogi temporanji.
Kif imħabba fl-“Istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa” (3), barra u lil hinn minn dawn il-passi immedjati u meħtieġa, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sal-aħħar tal-2022 biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni. Dawn il-proposti se jfittxu jipprovdu soluzzjonijiet strutturali fuq żmien itwal, b’mod partikolari għall-kwistjoni tal-aċċess għall-mediċini, b’attenzjoni partikolari biex titjieb is-sigurtà tal-provvista u jiġi indirizzati r-riskji ta’ nuqqasijiet fis-swieq iż-żgħar tal-Unjoni.
(1) Regolament (UE) 2022/641 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 1).
(2) Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa”, COM(2020)0761 finali, 25.11.2020.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/122 |
P9_TA(2022)0117
Prodotti mediċinali fil-fażi ta' investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, f'Ċipru, fl-Irlanda u f'Malta ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (COM(2021)0998 – C9-0476/2021 – 2021/0432(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
(2022/C 434/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0998), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0476/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2021)0432
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/641.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-provvista ta’ mediċini lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ħoloq sfidi partikolari għal dawk l-Istati Membri (Ċipru, l-Irlanda u Malta) li tul bosta snin kienu qed jiġu fornuti b’mediċini minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom.
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress li sar minn Ċipru, mill-Irlanda u minn Malta u mill-operaturi industrijali biex jimplimentaw il-bidliet biex jiffaċilitaw il-provvista kontinwa ta’ mediċini wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-provvista tal-mediċini fit-tul, il-Kummissjoni tisħaq il-ħtieġa għal sforzi msaħħa mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-trawwim tal-adattament tal-ktajjen tal-provvista għall-qagħda wara l-ħruġ tar-Renju Unit.
Il-Kummissjoni tintrabat bis-sħiħ li takkumpanja lil Ċipru, lill-Irlanda u lil Malta fl-isforzi tagħhom lejn it-tneħħija gradwali tad-derogi temporanji previsti mir-Regolament (UE) 2022/641 (1) u mid-Direttiva (UE) 2022/642 (2) fi żmien tliet snin.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u b’rispett sħiħ tad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, se ssegwi kontinwament l-iżviluppi fl-Istati Membri kkonċernati u se takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-dipendenza tas-swieq domestiċi tagħhom fuq il-provvista ta’ prodotti mediċinali minn partijiet tar-Renju Unit jew permezz tagħhom għajr l-Irlanda ta’ Fuq.
Il-Kummissjoni se tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ċipru, tal-Irlanda u ta’ Malta biex jipprovdulha, fuq bażi regolari, tagħrif dwar dawn l-isforzi.
Filwaqt li tqis din l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tirrapporta bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/641 u tad-Direttiva (UE) 2022/642 dwar il-progress li sar f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta lejn it-tneħħija gradwali sħiħa tad-derogi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex takkumpanja mill-qrib lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri f’dak ir-rigward.
Il-Kummissjoni se tfakkar lill-operaturi industrijali kkonċernati li għad baqgħalhom jagħmlu bidliet fil-ktajjen tal-provvista tagħhom li għandhom jagħmlu l-adattamenti meħtieġa b’mod urġenti biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fis-swieq iżgħar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress li sar mill-operaturi involuti fil-provvista tal-mediċini f’dawn l-Istati Membri fir-rigward tal-ħila tagħhom li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li għalihom ir-Regolament (UE) 2022/641 u d-Direttiva (UE) 2022/642 jipprevedu derogi temporanji.
Kif imħabba fl-“Istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa” (3), barra u lil hinn minn dawn il-passi immedjati u meħtieġa, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sal-aħħar tal-2022 biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni. Dawn il-proposti se jfittxu jipprovdu soluzzjonijiet strutturali fuq żmien itwal, b’mod partikolari għall-kwistjoni tal-aċċess għall-mediċini, b’attenzjoni partikolari biex titjieb is-sigurtà tal-provvista u jiġi indirizzati r-riskji ta’ nuqqasijiet fis-swieq iż-żgħar tal-Unjoni.
(1) Regolament (UE) 2022/641 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 536/2014 fir-rigward ta’ deroga minn ċerti obbligi li jikkonċernaw prodotti mediċinali fil-fażi ta’ investigazzjoni magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 1).
(2) Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta (ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa”, COM(2020)0761 finali, 25.11.2020.
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/124 |
P9_TA(2022)0118
Żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju (COM(2022)0145 – C9-0127/2022 – COM(2022)0162 – C9-0136/2022 – 2022/0096(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 434/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0145) u l-proposta emendata (COM(2022)0162), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0127/2022, C9-0136/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew, |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ April 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2022)0096
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ April 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU u l-istabbiliment ta’ kost unitarju
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/613.)
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/125 |
P9_TA(2022)0119
Il-ħażna tal-gass ***I
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ April 2022 li tirreferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal regolament mhux emendat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (COM(2022)0135 –C9-0126/2022 – 2022/0090(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
(2022/C 434/26)
(1) Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (C9-0126/2022).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/126 |
P9_TA(2022)0122
Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif u l-operazzjoni ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (COM(2021)0278 – C9-0349/2021 – 2021/0140(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2022/C 434/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0278), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0349/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mis-Senat Ċek, mill-Parlament Spanjol, mill-Parlament Portugiż u mis-Senat Rumen dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0054/2022), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 26
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 28
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv , u b'hekk jikkontribwixxi għal żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ għall-fini li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod effettiv sabiex tiġi żgurata żona li taħdem sew mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni , u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali . |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen u jqisu t-tħaddim tal-awtoritajiet li japplikaw l-acquis ta' Schengen. |
3. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen , inkluża l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti mill-Istati Membri tal-miżuri li jakkumpanjawh fl-oqsma tal-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viżi, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen , il-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, kif ukoll in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni . L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jinkludu valutazzjoni tal-konformità mad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-aspetti koperti. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri , il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-evalwazzjonijiet sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament , filwaqt li jiżguraw li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat għalkollox dwar l-iżviluppi sostantivi kollha . |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati. |
Għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u t-timijiet li jwettqu l-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, b'mod partikolari billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni u lit-timijiet biex jindirizzaw direttament u individwalment lill-persuni rilevanti u billi jipprovdu aċċess komplut u bla xkiel għaż-żoni, binjiet u dokumenti kollha li jkun intalab aċċess għalihom, inklużi struzzjonijiet u linji gwida nazzjonali u interni, anki dawk klassifikati. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti u l-osservatur imsemmi fl-Artikolu 16(2) li jieħdu sehem fiż-żjarat. |
Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tal-esperti kif ukoll tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 16(2) u tal-osservaturi tal-Unjoni li jieħdu sehem fiż-żjarat. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika jew il-prattiki tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jaffaċċjaw sfidi simili . |
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza evalwazzjonijiet tematiċi, b'mod partikolari biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' bidliet leġiżlattivi sinifikanti, malli jibdew japplikaw, u ta' inizjattivi ġodda, jew biex tivvaluta kwistjonijiet minn fost l-oqsma ta' politika, jew politiki u prattiki simili fost l-Istati Membri . |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod. |
L-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwettqu permezz ta' żjarat b'avviż minn qabel , fi żmien qasir jew għal għarrieda, u kwestjonarji jew metodi mill-bogħod. Dawn għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni. |
Il-Kummissjoni tista' tagħmel arranġamenti mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u tistieden membru tal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni biex jipparteċipa fit-timijiet li jwettqu attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, meta jkun rilevanti . |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. |
1. Sal-31 ta' Awwissu kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta analiżijiet tar-riskju lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fid-dawl tal-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-analiżi tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-aspetti rilevanti kollha relatati mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12. |
L-analiżijiet tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-aspetti rilevanti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896, u jinkludu komponent tad-drittijiet fundamentali, u għandhom jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet għaż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir fis-sena ta' wara, irrispettivament mill-ordni tal-Istati Membri li għandhom jiġu evalwati kull sena, kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali f'konformità mal-Artikolu 12. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew qasam speċifiku u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE (47), u informazzjoni rilevanti oħra. |
Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew żona speċifika u għandhom jinkludu lista ta' minn tal-anqas 10 sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u minn tal-anqas 10 punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera, siti speċifiċi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2008/115/KE (47), u informazzjoni rilevanti oħra. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien l-analiżijiet tar-riskju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 9a Kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali F'konformità mal-Artikolu 4(1)(a) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1a) , l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen bil-ħsieb li tipprovdilha l-konklużjonijiet tagħha meta tkun qed tfassal il-programm ta' evalwazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 13. |
|
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u ta' korpi u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti. |
1. Il-Kummissjoni għandha tuża r-riżultati tal-mekkaniżmi u tal-istrumenti rilevanti, inkluż attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll ta' mekkaniżmi u korpi nazzjonali indipendenti ta' monitoraġġ u mekkaniżmi oħra nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjoni għal għarrieda jew evalwazzjonijiet organizzati fi żmien qasir u biex ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar it-tħaddim taż-żona Schengen u biex tevita sforzi doppji u miżuri kunfliġġenti. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati. |
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha ssir f'konformità mal-mandati tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati. Tali kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha sseħħ sabiex tiżgura għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni min-naħa tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kkonċernati, u rispons operazzjonali mtejjeb minnhom. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi, inkluż awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Tul il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ, b'mod partikolari fid-determinazzjoni tal-ħtieġa ta' evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4(2) u (2a), il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi rilevanti , inklużi awtoritajiet indipendenti, organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-istituzzjonijiet u l-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa. Meta l-evalwazzjoni tikkonferma nuqqasijiet evidenzjati minn partijiet terzi fl-informazzjoni li jipprovdu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew evalwazzjoni tematika waħda. |
F'kull ċiklu ta' evalwazzjoni pluriennali, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni perjodika waħda u minn tal-anqas evalwazzjoni għal għarrieda waħda jew żjara fi żmien qasir, kif ukoll evalwazzjoni tematika waħda jew aktar. Evalwazzjonijiet għal għarrieda skont l-Artikolu 4 għandhom jiġu organizzati mill-Kummissjoni kull meta jinqalgħu ċ-ċirkostanzi previsti f'dak l-Artikoli. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika l-oqsma prijoritarji speċifiċi li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet. |
Il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għandu jidentifika , skont l-Artikolu 4, dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li għandhom jiġu koperti mill-evalwazzjonijiet perjodiċi u għandu jinkludi skeda taż-żmien proviżorja ta' dawk l-evalwazzjonijiet. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri. |
Għandu jistabbilixxi lista proviżorja ta' Stati Membri li għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet perjodiċi, flimkien mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jwettqu funzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti magħmula skont il-paragrafu 4, f'sena partikolari. L-ordni proviżorju li fih l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika għandu jqis iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni perjodika preċedenti. Għandu wkoll iqis l-eżitu tal-evalwazzjonijiet preċedenti, ir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prattiki tal-Istati Membri. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. |
Fit-tfassil tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tinkludi fil-kwestjonarju parametri referenzjarji speċifiċi li permezz tagħhom it-timijiet ta' evalwazzjoni jivvalutaw il-konformità tad-drittijiet fundamentali. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tweġibiet disponibbli għall-Istati Membri l-oħra. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tweġibiet disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill . |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni jirċievu taħriġ adegwat biex isiru evalwaturi ta' Schengen. It-tlestija ta' dak it-taħriġ għandha tkun obbligatorja għall-esperti kollha li jipparteċipaw f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ skont l-Artikolu 18. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi “osservatur” minn Stat Membru jew inkella mill-Kummissjoni . |
2. Għall-finijiet ta' taħriġ, kull tim li jwettaq evalwazzjonijiet perjodiċi jista' jinkludi “osservatur” minn Stat Membru , mill-Kummissjoni jew minn korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen . |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tkopri oqsma prijoritarji speċifiċi stabbiliti fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali. |
1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi, kull sena, grupp ta' esperti b'esperjenza professjonali li tinkludi dawk l-aspetti tal-acquis ta' Schengen li jridu jiġu koperti skont il-programm ta' evalwazzjoni pluriennali. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull qasam speċifiku ddeterminat fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara. |
2. B'mod parallel għat-twaqqif tal-programm ta' evalwazzjoni annwali f'konformità mal-Artikolu 13(1), meta jiġu mistiedna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru minn tal-anqas espert kwalifikat wieħed għal kull aspett tal-acquis ta' Schengen li jrid jiġi evalwat kif stabbilit fil-programm ta' evalwazzjoni pluriennali għall-grupp ta' esperti tas-sena ta' wara. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru. |
11. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornata l-lista ta' esperti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' esperti u tinforma lill-Istati Membri , il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għadd ta' esperti u l-profili tagħhom maħtura għal kull Stat Membru. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għadd ta' esperti tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jieħdu sehem f'tim abbażi tal-partikolaritajiet u l-ħtiġijiet tal-attività ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tagħżel esperti minn grupp ta' esperti biex isiru membri ta' tim. Il-membri kollha tat-tim, bl-eċċezzjoni tal-osservaturi jew l-osservaturi tal-Unjoni, għandhom ikunu lestew it-taħriġ adegwat imsemmi fl-Artikolu 16(1). |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati. |
L-esperti tal-Istati Membri ma għandhomx jieħdu sehem f'tim li jwettaq attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati. Barra minn hekk, meta l-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni preżenti fl-Istat Membru jkunu qed jiġu evalwati bħala parti mill-evalwazzjoni ta' dak l-Istat Membru, l-ebda espert jew osservatur minn dak il-korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni ma għandu jipparteċipa fl-evalwazzjoni. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom. |
4. Fil-każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir , il-Kummissjoni għandha tibgħat l-istediniet mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel ma ż-żjara tkun skedata li tibda. L-esperti għandhom iwieġbu fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu l-istedina, bi qbil mal-awtoritajiet li jaħtruhom. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Il-Kummissjoni għandha tistieden ukoll lill-Parlament Ewropew jibgħat rappreżentant biex josserva ż-żjarat mill-ġdid bħala osservatur tal-Unjoni. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tas-sehem tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas ġimgħa f'każ ta' żjarat għal għarrieda, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin. |
8. Jekk il-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb konferma tal-parteċipazzjoni tal-għadd meħtieġ ta' esperti mill-grupp ta' esperti minn tal-anqas sitt ġimgħat qabel ma tkun skedata li tibda l-attività ta' evalwazzjoni jew monitoraġġ, jew minn tal-anqas 7 ijiem f'każ ta' żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir , il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistieden lill-Istati Membri kollha jinnominaw esperti kwalifikati li ma jkunux fil-grupp ta' esperti biex jimlew il-postijiet neqsin. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 9 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim. |
Il-Kummissjoni għandha taħtar espert fit-tmun mill-Kummissjoni u tipproponi l-espert fit-tmun mill-Istati Membri. L-espert fit-tmun mill-Istati Membri għandu jinħatar mill-membri tat-tim mill-aktar fis possibbli wara li jiġi stabbilit it-tim. Il-Kummissjoni għandha taħtar espert responsabbli għall-elementi tad-drittijiet fundamentali taż-żjara jew tal-evalwazzjoni. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat. |
Il-programm dettaljat għal żjarat fi Stat Membru jew fil-konsolati tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fit-tmun u mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-programm dettaljat lill-parlament nazzjonali rilevanti. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Eċċezzjonalment, il-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat minn tal-anqas 24 siegħa qabel ma tkun se ssir tali żjara meta l-iskop prinċipali taż-żjara għal għarrieda jkun dak ta' verifika aleatorja tal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen . |
Iż-żjarat għal għarrieda għandhom isiru mingħajr notifika minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-programm dettaljat għaż-żjarat għal għarrieda. Fil-każijiet li fihom ikunu ġew innotifikati l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-iskeda ta' żmien u l-programm dettaljat mal-Istat Membru kkonċernat. |
imħassar |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna Linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda. |
5. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi u taġġorna linji gwida għat-twettiq taż-żjarat għal għarrieda jew fi żmien qasir u tista' tikkonsulta mal-Istati Membri . |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju jew metodi oħra mill-bogħod. |
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tistabbilixxi linji gwida biex twettaq attivitajiet ta' evalwazzjoni u monitoraġġ permezz ta' kwestjonarju, jew metodi oħra mill-bogħod , bħala metodi komplementari. Il-metodi mill-bogħod għandhom jintużaw biss meta ż-żjarat fiżiċi ma jitqisux meħtieġa. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 14-il jum wara li r-rapport ikun ġie adottat . |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni jista' jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23. |
5. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju bl-għan li jindirizzaw in-nuqqasijiet u l-oqsma għat-titjib identifikati matul l-evalwazzjoni u jagħti indikazzjoni tal-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu wkoll jistabbilixxi skadenzi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-evalwazzjoni tidentifika nuqqas serju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 23. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat jistgħu jiġu riflessi fl-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni. |
6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-Istat Membri evalwat fi żmien erba' ġimgħat minn tmiem l-attività ta' evalwazzjoni. L-Istat Membru evalwat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. F'każ li ssir talba mingħand l-Istat Membru evalwat, għandha ssir laqgħa ta' abbozzar, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jaslu l-kummenti mingħand l-Istat Membru evalwat. Il-kummenti tal-Istat Membru evalwat għandhom jiġu riflessi għalkollox fir-rapport ta' evalwazzjoni. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Meta l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni jinkludi sejbiet relatati mal-attivitajiet ta' korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6 għandha tapplika mutatis mutandis. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 6b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6b. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta f'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) u l-Anness III tiegħu. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill jista' jistieden lill-Istati Membri jipprovdu kummenti dwar il-pjan ta' azzjoni. |
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lit-tim li jkun wettaq l-attività ta' evalwazzjoni, għandha tipprovdi osservazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni u, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tiegħu, għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kunsill għandu jistieden Stati Membri oħrajn jikkummentaw dwar il-pjan ta' azzjoni fil-qafas ta' djalogu politiku msaħħaħ . |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti. |
L-Istat Membru evalwat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu kull sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni sakemm il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta' azzjoni bħala implimentat mija fil-mija. Skont in-natura tan-nuqqasijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni jaf tirrikjedi lill-Istat Membru evalwat frekwenzi ta' rapportar differenti. Jekk, wara 24 xahar mill-adozzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li r-rakkomandazzjonijiet kollha jkunu ġew indirizzati b'mod suffiċjenti u li l-pjan ta' azzjoni jkun ġie implimentat għalkollox, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kwistjoni permezz ta' deċiżjoni motivata. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kkonċernati minn tal-anqas darbtejn fis-sena dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tipprovdi informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-adegwatezza tal-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-eżitu taż-żjarat mill-ġdid u ż-żjarat ta' verifika u jekk tosservax nuqqas konsiderevoli ta' progress fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju minnufih inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew . |
L-Istat Membru evalwat għandu jieħu azzjonijiet ta' rimedju immedjati inkluż, fejn meħtieġ, li jimmobilizza l-mezzi operazzjonali u finanzjarji kollha disponibbli. L-Istat Membru evalwat għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-azzjonijiet ta' rimedju immedjati meħuda jew ippjanati. B'mod parallel, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rispettivi msemmija fl-Artikolu 7 dwar in-nuqqas serju fid-dawl tal-appoġġ possibbli tagħhom lill-Istat Membru evalwat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma immedjatament lill-Kunsill , lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali bin-nuqqas serju identifikat u bl-azzjonijiet ta' rimedju, jekk ikun hemm, li jkunu diġà ttieħdu mill-Istat Membru evalwat . |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-proposta. |
Il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn meta jirċievi l-proposta. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu. |
Il-Kunsill għandu jiddiskuti l-kwistjoni b'mod urġenti u jistabbilixxi limiti taż-żmien qosra għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati ma' nuqqas serju u jispeċifika l-frekwenza tar-rapportar mill-Istat Membru evalwat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew. |
L-Istat Membru evalwat għandu jippreżenta l-pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tliet ġimgħat mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan ta' azzjoni lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien . |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn sena mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni. |
Biex tivverifika l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet relatati man-nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha torganizza żjara mill-ġdid li għandha ssir mhux aktar tard minn 180 jum mid-data tal-attività ta' evalwazzjoni. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport. |
8. Il-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-rapport ta' evalwazzjoni u jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta' rimedju mmirati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet serji persistenti identifikati fir-rapport ta' żjara mill-ġdid. Meta l-Kummissjoni tippreżenta tali proposta, għandhom japplikaw il-paragrafi 6 u 7. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 8a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
8a. Meta, wara żjara mill-ġdid, Stat Membru ma jimplimentax b'mod sodisfaċenti pjan ta' azzjoni wara evalwazzjoni li tkun identifikat nuqqas serju, il-Kummissjoni għandha tniedi proċedura ta' ksur kontra dak l-Istat Membru f'konformità mat-TFUE meta tqis li dak l-Istat Membru jkun naqas milli jissodisfa obbligu. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan. |
10. Jekk in-nuqqas serju jitqies li jikkostitwixxi theddida serja għall-ordni pubbliku jew għall-iskrutinju intern fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, jew ksur serju u sistematiku tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk tintalab mill-Parlament Ewropew jew minn Stat Membru, għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u għandha tinformahom dwar il-proċeduri ta' ksur li jkunu għaddejjin jew li jkunu se jinfetħu kontra l-Istat Membru evalwat . |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Jistgħu jiġi kklassifikati wkoll bħala “EU RESTRICTED/RESTREINT UE” abbażi ta' rikjesta ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat. |
2. L-istatus tal-klassifikazzjoni tar-rapporti għandu jiġi ddeterminat f'konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. F'każijiet eċċezzjonali, partijiet mir-rapporti ta' evalwazzjoni jistgħu jiġu kklassifikati wkoll bħala “EU RESTRICTED/RESTREINT UE” fuq talba ġustifikata kif dovut tal-Istat Membru evalwat. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. |
3. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti klassifikati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom iseħħu f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli. Tali regoli ma għandhomx jipprekludu informazzjoni milli tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew , għall-parlamenti nazzjonali u għall-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 7. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew. |
Il-Kummissjoni twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni kollha fir-rigward tal-evalwazzjonijiet koperti mill-ewwel programm ta' evalwazzjoni pluriennali adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali rieżami għandu jkopri l-elementi kollha ta' dan ir-Regolament, inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti taħt il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew mingħajr ebda dewmien . |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 30a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 30a Reviżjoni Kwalunkwe proposta futura mill-Kummissjoni biex temenda dan il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) tat-TFUE. |
(36) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(36) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(37) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(37) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
(47) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(47) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(1a) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
(1a) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/160 |
P9_TA(2022)0127
L-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2023 tal-Parlament
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' April 2022 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2023 (2021/2227(BUI))
(2022/C 434/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Bureau tal-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2021 u fit-22 ta' Novembru 2021; |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2021 dwar sforzi komplementari għat-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu; |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2022 tal-Kummissjoni ppubblikat fl-10 ta' Frar 2022; |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta fis-7 ta' Lulju 2020 li fiha l-Membri tal-PE ħeġġew lill-President Sassoli u lis-Segretarju Ġenerali Welle biex itejbu l-mobilità attiva sostenibbli u sikura fil-Parlament Ewropew; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Nofs it-Terminu 2024 tal-EMAS adottata mill-Kumitat ta' Tmexxija għall-Ġestjoni Ambjentali fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rekwiżiti tal-addizzjonalità fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), b'mod partikolari l-Premessa 90 u l-Artikolu 27 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 dwar l-ivvjaġġar kollettiv, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2022 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (7) u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2023, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 skont l-Artikolu 25(7) u l-Artikolu 102(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 102 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0087/2022), |
|
A. |
billi l-baġit propost fl-14 ta' Frar 2022 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2023 jirrappreżenta żieda ta' 4,9 %; |
|
B. |
billi l-Kummissjoni kkalkulat, fit-Tbassir Ekonomiku tax-Xitwa 2022 tagħha, li r-rata ta' inflazzjoni tal-UE kienet 4,9 % fl-aħħar trimestru tal-2021 u 2,9 % għas-sena kollha; billi l-Kummissjoni tistma li wara l-ogħla livell fi tmiem l-2021 u l-bidu tal-2022, l-inflazzjoni se tistabbilizza għal 3,9 % fl-2022 u 1,9 % fl-2023; billi l-livell ta' inflazzjoni għall-2023 bħalissa huwa volatili ħafna u estremament imprevedibbli; billi l-Kumitat għall-Baġits se jimmonitorja l-evoluzzjoni tiegħu, u jirreaġixxi kif xieraq jekk ikun meħtieġ; |
|
C. |
billi l-kredibbiltà tal-Parlament u tal-Membri tiegħu f'għajnejn iċ-ċittadini Ewropej tiddependi fuq il-kapaċità proprja tal-Parlament li jiżgura l-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju u li jikkomunika r-riżultati tagħha; billi l-Parlament jeħtieġlu wkoll jagħti eżempju fil-konfront tal-istituzzjonijiet l-oħra u għalhekk jippjana u jeżegwixxi wkoll in-nefqa tiegħu bi prudenza u b'effiċjenza u b'mod li jirrifletti r-realtajiet ekonomiċi prevalenti; |
|
D. |
billi l-baġit tal-Parlament għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba; |
|
E. |
billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi protett il-leħen demokratiku tal-Parlament, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, speċifikament l-attakk militari illeġittimu tar-Russja fuq l-Ukrajna u l-elezzjonijiet għall-Parlament li ġejjin; billi t-theddid ċibernetiku kontra l-Parlament, inkluż minn gruppi sostnuti mill-istat, qiegħed jiżdied b'mod esponenzjali kemm fin-numru kif ukoll fis-sofistikazzjoni tagħhom; billi l-istandard tal-industrija jirrikjedi li 10 % tal-baġit sħiħ għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandu jintnefaq fuq iċ-ċibersigurtà; billi l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2021, approva l-ħolqien ta' direttorat ġdid għaċ-ċibersigurtà, u b'mod partikolari l-Unità għat-theddid għaċ-ċibersigurtà, il-monitoraġġ tar-riskju u l-konformità tal-protezzjoni tad-data tar-rappurtar, fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC) u l-allokazzjoni tar-riżorsi neċessarji; |
|
F. |
billi l-attakki ċibernetiċi huma theddid mhux biss diretti lejn il-Parlament iżda wkoll lejn l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea; billi l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-monitoraġġ ta' u r-rispons xierqa għal tali theddid; billi d-Direttur Ġenerali tad-DĠ ITEC huwa l-President tal-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-EU), korp interistituzzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà; billi l-Parlament huwa impenjat bis-sħiħ li jfittex sinerġiji u kooperazzjoni addizzjonali ma' istituzzjonijiet oħra, billi, fost oħrajn, jibni l-ħiliet ta' CERT-EU bit-trasferiment ta' żewġ impjegati tal-Parlament, kif maqbul mill-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2021; |
|
G. |
billi l-attakki ċibernetiċi huma biss tip wieħed ta' theddid ċibernetiku; billi t-theddid ibridu issa huwa t-thedded ewlieni għall-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni; billi theddid ibridu jirreferi għal attakki ċibernetiċi, spjunaġġ, interferenza fl-elezzjonijiet u kampanji ta' diżinformazzjoni, inkluż fuq il-midja soċjali; billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2021 dwar sforzi komplementari għat-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu stieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, appoġġati mill-Istati Membri, biex jiżguraw il-kapaċità tal-Unjoni li tipproteġi l-integrità tagħha u ssaħħaħ is-sigurtà tan-networks tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni minn kull tip ta' attività malizzjuża, abbażi ta' valutazzjoni komprensiva tat-theddid; billi l-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Novembru 2021, approva r-riorganizzazzjoni tad-Direttorat Ġenerali Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), li jinvolvi l-ħolqien ta' direttorat ġdid għas-Sigurtà tat-Teknoloġija u l-Informazzjoni li jinkludi u jikkoordina l-kollegament operazzjonali u l-iskambju tal-informazzjoni mas-servizzi tas-sigurtà ta' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-Unjoni, kif ukoll mal-pulizija u mas-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiżi ospitanti u Stati Membri oħra, li jikkomplementa l-attivitajiet ta' difiża tad-DĠ ITEC fiċ-ċibersigurtà; |
|
H. |
billi r-rata ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 żdiedet bi tmien punti perċentwali meta mqabbla mal-elezzjonijiet tal-2014; billi l-2023 hija sena importanti għat-tħejjija tal-elezzjonijiet tal-2024; |
|
I. |
billi “L-Istrateġija tal-Bini wara l-2019” tiffoka fuq il-bżonnijiet li għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed, bħall-adattament tal-faċilitajiet għall-modernizzazzjoni tal-mudelli tal-laqgħat parlamentari, il-prossimità b'mod partikolari grazzi għall-integrazzjoni ta' “Europa Experience” fl-Uffiċċji ta' Kollegament; it-titjib kontinwu tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament u l-interkonnessjoni tal-bini ċentrali u l-bżonn għall-manutenzjoni tal-bini sabiex jintlaħqu l-istandards attwali tas-sikurezza u l-bżonnijiet reali tal-utenti tagħhom; |
Qafas ġenerali
|
1. |
Ifakkar li l-akbar sehem tal-baġit tal-Parlament huwa stabbilit permezz ta' obbligi statutarji jew kuntrattwali; jinnota li 65 % tal-baġit huwa soġġett għal indiċjar annwali, li jfisser żieda ta' EUR 67 miljun fl-2023 fl-abbozz preliminari tal-estimi propost mis-Segretarju Ġenerali fl-14 ta' Frar 2022; ifakkar li l-previżjonijiet attwali dwar l-indiċjar tas-salarji mill-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, għal Lulju 2022, April 2023 u Lulju 2023 jammontaw għal 4,3 %, 1,1 % u 2,6 % rispettivament; jinnota li, minħabba l-perspettiva ekonomika attwali, l-Parlament jipprevedi indiċjar tas-salarji ta’ 6 % minn Lulju 2022; ifakkar li, bi qbil mal-previżjonijiet tal-Kummissjoni, il-baġit tal-2022 inkluda indiċjar tas-salarju ta' 2,5 % biss għall-2022; |
|
2. |
Japprova l-ftehim milħuq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fit-30 ta' Marzu 2022 biex iż-żieda fuq il-baġit 2022 tiġi stabbilita għal 6,24 %, li tikkorrispondi għal livell ġenerali ta' estimi ta' EUR 2 244 696 416 għall-2023, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 bi EUR 33,96 miljun, biex jiġu previsti 60 post tax-xogħol ġdid fir-rigward taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà iżda jitlob biss 52 post tax-xogħol fit-tabella tal-persunal għall-2023 minħabba li 8 postijiet tax-xogħol ġew rilokati minn servizzi amministrattivi oħra u biex jitnaqqsu kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin:
1 0 0 4 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari, 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances, 1 4 0 5 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni, 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni, 2 0 0 7 — Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-binjiet, 2 1 0 2 — L-informatika u t-telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Sostenn ġenerali lill-utenti, 2 1 0 3 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Applikazzjonijiet ICT, 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi, 2 1 0 5 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti, 2 1 2 — Għamara, 2 1 4 — Materjal u installazzjonijiet tekniċi, 2 1 6 — Trasport ta' Membri, persuni oħra u ta' beni, 2 3 7 — Rilokazzjonijiet, 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra, 3 0 0 — Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol, 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti, 3 2 1 — Nefqa għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika (STOA), 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali, 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi, 3 2 4 3 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, 3 2 4 4 — L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi, 3 2 4 8 — In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva, 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati Barra minn hekk, minħabba l-effetti straordinarji tal-kriżi internazzjonali fuq l-inflazzjoni, l-ispejjeż statutorji u l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Parlament, b'mod partikolari billi jsir investiment fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, billi jiżdied b'EUR 62 miljun il-livell tan-nefqa tal-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2022 u billi jiżdiedu kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fil-linji baġitarji li ġejjin: 1 0 0 0 — Salarji, 1 0 0 4 — Spejjeż għall-ivvjaġġar regolari, 1 0 0 5 — Spejjeż oħra għall-ivvjaġġar, 1 0 0 6 — Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali, 1 0 2 — Allowances Tranżitorji, 1 0 3 0 — Pensjonijiet tal-irtirar (PEAM), 1 0 3 1 — Pensjonijiet tad-diżabilità (PEAM), 1 0 3 2 — Pensjonijiet tar-romol (PEAM), 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances, 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi, 1 4 0 1 — Aġenti oħra — Sigurtà, 1 4 0 2 — Aġenti oħra — Xufiera fis-Segretarjat Ġenerali, 1 4 0 5 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni, 2 0 2 4 — Konsum tal-enerġija, 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi, 4 2 2 — Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari |
|
3. |
Iqis li ż-żieda ġenerali ta' 6,24 % meta mqabbla mal-2022 għandha titqies bħala żieda ta' 2,46 % għall-parti f'kundizzjonijiet normali u, minħabba ż-żmien eċċezzjonali attwali, żieda ta' EUR 79,8 miljun li tikkorrispondi għall-parti mill-kriżi biex tkopri l-inflazzjoni eċċezzjonali, iż-żieda li tirriżulta fl-ispejjeż statutorji u l-investimenti fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà. |
|
4. |
Jissottolinja li, matul dawn l-aħħar snin, ir-rata ta' żieda tal-baġit tal-Parlament kienet inqas mir-rata ta' żieda tal-Intestatura 7; jinnota li l-Parlament ma għamilx użu tal-20 % tal-Intestatura 7 li huwa intitolat għalih; |
|
5. |
Jissottolinja li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jeħtieġu li jikkonformaw mad-dixxiplina baġitarja meta jistabbilixxu l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom għas-sena sussegwenti; |
Sigurtà kontra theddid ibridu li qiegħed dejjem jikber
|
6. |
Jissottolinja li ċ-ċibersigurtà tal-Parlament hija prijorità ewlenija, speċjalment fid-dawl tat-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali; jiddeċiedi għaldaqstant li jappoġġja l-proposta tas-Segretarju Ġenerali li jsaħħaħ b'40 post tax-xogħol lil DĠ ITEC biex jiżdiedu l-ħiliet ta' difiża ċibernetika tal-Parlament u jintlaħaq livell adegwat ta' kapaċità interna; ifakkar it-tnaqqis globali b'6 % tal-persunal tal-Parlament matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, li kien sostnut primarjament mill-amministrazzjoni tiegħu; jemmen li huwa neċessarju li jiżdiedu r-riżorsi tal-Parlament fis-sigurtà sabiex tiġi protetta l-integrità tas-sistemi tal-ICT tiegħu; jinnota li l-impatt tal-40 post tax-xogħol għall-2023 se jkun ta' EUR 4,3 miljun u li l-investimenti ta' EUR 5 miljun fl-operazzjonijiet ta' u l-investimenti fiċ-ċibersigurtà huma fil-baġit għall-2023; |
|
7. |
F'dan il-kuntest, itenni t-talba tiegħu lis-servizzi rilevanti biex jintegraw u jużaw soluzzjonijiet għal messaġġeriji istantanji u laqgħat virtwali li jkunu bbażati fuq sors miftuħ, ospitati fis-servers tal-Parlament u li jippermettu komunikazzjoni sigura, bħal Matrix u Jitsi, sabiex tiżdied b'mod sinifikanti l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet interni; |
|
8. |
Iqis li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali biex jiżdiedu s-sinerġiji fost l-amministrazzjonijiet u jiġu protetti l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mit-theddid ċibernetiku b'mod adegwat; jappoġġja bil-qawwa li jiġu trasferiti temporanjament 2 postijiet tax-xogħol AD (minn 40 post tax-xogħol addizzjonali fiċ-ċibersigurtà) għal CERT-EU flimkien ma' baġit annwali addizzjonali ta' EUR 1,564 miljun; iqis li ż-żieda fil-kapaċità tal-Parlament fiċ-ċibersigurtà se tkun ta' benefiċċju għall-istituzzjonijiet kollha billi tipprevjeni, tidentifika, tikkondividi u tipproteġi aħjar l-interessi tal-Unjoni kontra t-theddid ċibernetiku, inkluża l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni; |
|
9. |
Ifakkar li t-theddid qiegħed jevolvi f'theddid ibridu; jappoġġja bil-qawwa l-20 post tax-xogħol addizzjonali għad-DĠ SAFE sabiex jissaħħu l-kapaċità u l-ħila tal-Parlament li jsib, jipprevjeni u jirreaġixxi għal dan it-theddid ġdid ta' natura ibrida u jimmodernizza u jiddiġitalizza l-proċessi ta' sigurtà; jieħu nota tat-Task Force Interistituzzjonali għall-Counter-Intelligence Umana, Diġitali u Ibrida li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-koordinazzjoni mas-servizzi tal-intelligence u s-sigurtà tal-Istati Membri; |
|
10. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħmel użu mis-sinerġiji possibbli sabiex tiżdied l-effiċjenza fi ħdan l-amministrazzjoni, u sabiex janalizza kif id-diġitalizzazzjoni u metodi ġodda ta' ħidma jgħinu biex jiġu ssimplifikati d-direttorati u jippermettu t-trasferiment ta' postijiet tax-xogħol lejn oqsma ta' prijorità; f'dan il-kuntest, jilqa' t-test pilota tal-pjattaforma “EU Voice”, pjattaforma ta' mikroblogging interkonnessa b'sors miftuħ u li ġiet stabbilita mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex din tikkontribwixxi għall-privatezza tal-utent, is-sigurtà u r-reżiljenza tal-IT, is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni, l-interoperabilità, il-kompetizzjoni u l-għażla tal-utenti; |
Strateġija ta' komunikazzjoni maċ-ċittadini
|
11. |
Jaċċentwa r-rwol tal-Parlament fil-bini ta' kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni; |
|
12. |
Jissottolinja li l-komunikazzjoni mill-partiti politiċi u l-Membri nfushom huwa wieħed mill-fatturi ewlenin għal rata ta' parteċipazzjoni għolja u għall-involviment u l-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) u s-servizzi tal-istampa tal-gruppi politiċi, bl-appoġġ tal-kontenut mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari (DĠ EPRS) u bl-appoġġ tekniku mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠ TRAD), biex jiġi żgurat li l-messaġġ ikun ikkoordinat, adegwat u ċar għaċ-ċittadini; |
|
13. |
Jieħu nota tar-riżorsi addizzjonali (EUR 27,5 miljun) allokati lid-DĠ COMM għall-istrateġija ta' komunikazzjoni relatata mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024 sabiex jispjega r-rwol u l-funzjonijiet tal-Unjoni u b'mod partikolari tal-Parlament, l-impatt konkret fuq il-ħajja taċ-ċittadini u għaliex il-votazzjoni fl-elezzjonijiet tista' tagħmel differenza u sabiex jiżgura li l-istrutturi, l-għodod u l-pjattaformi kollha jkunu implimentati u lesti fl-2024; |
|
14. |
Jitlob li jkun hemm kawtela fil-mument meta l-livell tal-ispejjeż ta' komunikazzjoni jiġi marbut mal-parteċipazzjoni fl-elezzjoni Ewropea, jew li dan jintrabat b'mod koerenti, inkluż fil-każ ta' tnaqqis fir-rata ta' varjazzjoni fil-parteċipazzjoni; |
|
15. |
Iqis tal-ikbar importanza li l-Parlament ikun ippreparat sew għad-diżinformazzjoni; jitlob kooperazzjoni mtejba bejn id-DĠ ITEC, id-DĠ SAFE u d-DĠ COMM biex jidentifikaw, jimmonitorjaw u jirreaġixxu kif xieraq, fil-pront u biċ-ċar għall-kampanji ta' diżinformazzjoni, b'mod partikolari fuq il-midja soċjali; jitlob kooperazzjoni kontinwa mal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna rigward id-diżinformazzjoni; |
|
16. |
Jappoġġja l-istabbiliment ta' Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sal-2024; jappoġġja l-amministrazzjoni fil-politika tagħha maħsuba biex timmassimizza s-sinerġiji; jistenna li l-impatt baġitarju fit-tul tal-Europa Experiences f'termini ta' spejjeż operattivi jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġits kemm jista' jkun malajr; ifakkar li l-Europa Experiences għandhom jippermettu liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej u għalhekk huma parti integrali mill-pjan ta' komunikazzjoni għall-kampanja elettorali; ifakkar li huwa tal-akbar importanza li l-Parlament kontinwament jinvolvi ruħu maċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta' mezzi varji ta' komunikazzjoni, fl-ispirtu ta' djalogu politiku b'diversi aspetti, mhux biss matul is-sena tal-elezzjonijiet iżda matul il-leġiżlatura kollha kemm hi; jemmen li l-posponiment ta' kwalunkwe proġett għandu jiġi deċiż abbażi ta' kriterji stabbiliti li fosthom il-bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri għandu jkun ta' importanza kbira; itenni l-ħtieġa li l-Parlament, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ikun preżenti b'kampanji ta' informazzjoni attiva fil-pajjiżi li applikaw formalment biex jissieħbu fl-Unjoni, jiġifieri r-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna u l-Ġeorġia; |
|
17. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti l-informazzjoni kollha kif jirrikjedi l-Artikolu 266(6) tar-Regolament Finanzjarju b'relazzjoni mas-self ta' EUR 37,9 miljun propost biex jiffinanzja x-xiri tal-bini tal-Europa Experience f'Dublin kemm jista' jkun malajr; |
|
18. |
Iqis li l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) għandhom jinvolvu ruħhom aktar ma' ċittadini ta' kull età; jitlob lill-Parlament biex joħloq aktar laqgħat u avvenimenti bejn il-Membri u ċ-ċittadini fil-livell lokali permezz tal-EPLOs tiegħu; itenni l-ħtieġa li l-EPLOs jipprovdu lill-Membri b’appoġġ adegwat għall-istabbiliment ta' aġendi tal-laqgħat u avvenimenti; |
|
19. |
Iqis li l-EPLOs għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni f'lingwi barranin lill-komunitajiet Ewropej li jgħixu f'pajjiżi Ewropej oħra; jissottolinja l-ħtieġa li l-EPLOs jinvolvu ruħhom f'azzjonijiet ulterjuri rigward l-edukazzjoni ċivika u l-parteċipazzjoni fil-komunitajiet lokali, l-iskejjel jew l-universitajiet. |
|
20. |
Jitlob biex ikun hemm servizz iddedikat għall-anzjani li jenfasizza l-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jkun ta' benefiċċju għat-tixjiħ attiv; |
L-ekoloġizzazzjoni u l-indipendenza enerġetika
|
21. |
Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta' quddiem nett fl-adozzjoni ta' metodi ta' ħidma u prattiki ta' laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jittieħdu t-tagħlimiet mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġu kapitalizzati l-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jitlob għal valutazzjoni strateġika tal-kost tal-politika immobiljari, b'mod partikolari billi jitqiesu l-modi ġodda ta' ħidma, bħat-telexogħol, li kienu konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jkun rikonoxxut li l-preżenza fiżika għal negozjati politiċi, dibattiti jew skambju ta' fehmiet għadha aktar effiċjenti għat-tfassil tal-politika pubblika; jesprimi tħassib dwar il-kwalità mhux uniformi tal-faċilitajiet ta' interpretazzjoni u l-problemi tekniċi bl-Interactio; jappella biex isir investiment urġenti u mmirati biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' multilingwiżmu; jenfasizza li wara l-kriżijiet politiċi, tas-saħħa u ekonomiċi, l-ispejjeż tal-enerġija żdiedu drastikament u b'konsegwenzi fit-tul; jitlob li jitqies l-impatt finanzjarju fuq il-bini tal-Parlament; jirrakkomanda li l-ippjanar tal-baġit annwali jqis ir-rinnovazzjoni regolari tal-bini kollu; jirrimarka li tali allokazzjoni tifforma parti minn politika immobiljari proattiva, li trid tiffoka fuq ir-rinnovazzjoni ekoloġika tal-istokk tal-bini u tiggarantixxi li l-Parlament jistinka biex jimmassimizza l-effiċjenza enerġetika, biex b'hekk inaqqas il-konsum tal-enerġija u l-ispiża tal-faċilitajiet tal-Parlament; f'dak ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li l-bini Trèves I jiġi aġġornat għall-aħħar normi enerġetiċi u ambjentali; ifakkar fl-importanza ta' proċess deċiżjonali trasparenti u ġust fil-qasam tal-politika immobiljari, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament; ifakkar fid-deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta' Lulju 2018 dwar ir-riabilitazzjoni tal-bini Paul-Henri Spaak; jitlob lill-Bureau jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu dwar dak il-bini b'mod f'waqtu; |
|
22. |
Ifakkar li, fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2019, il-Bureau approva l-miri aġġornati tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali tal-EMAS bid-data ta' mira unifikata tal-2024, inkluż tnaqqis, mil-livelli tal-2006, ta' 40 % tal-emissjonijiet totali tal-karbonju; ifakkar li l-istrateġija ta' nofs it-terminu tal-EMAS tinkludi klawżola ta' rieżami biex tiżdied l-ambizzjoni ambjentali abbażi tal-prestazzjoni osservata; jitlob reviżjoni 'l fuq tal-miri tal-EMAS għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni peress li ħafna mill-miri stabbiliti fl-2019 diġà ntlaħqu, kif ukoll fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-ħtieġa li jitħaffu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u li titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq il-gass; itenni t-talba tiegħu biex jiġi emendat il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis tas-CO2 biex tintlaħaq in-newtralità karbonika bl-użu ta' metodu rikonoxxut internazzjonalment meta jkun ġie vvalidat bħala, pereżempju, mekkaniżmu ta' Pprezzar Intern tal-Karbonju li permezz tiegħu l-kumpaniji volontarjament jipprezzaw l-impronta tal-karbonju tagħhom u b'hekk jagħtu valur lill-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra; |
|
23. |
Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport ta' persuni u oġġetti; jappella għall-promozzjoni ta' modi ta' trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għall-missjonijiet; itenni t-twemmin tiegħu li d-deċiżjonijiet dwar l-ivvjaġġar iridu jqisu l-importanza tal-preżenza parlamentari, it-tħassib dwar is-saħħa, il-prezz u l-ħin meħtieġ; jissottolinja li l-ivvjaġġar ta' ħafna Membri mill-kostitwenzi tagħhom lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament jirrikjedi vjaġġi twal u jista' jsir biss bl-ajruplan; ifakkar ukoll fl-għan tal-Parlament li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu u jissottolinja li t-titjiriet diretti u biljetti flessibbli tal-ajru huma l-għażla li tippermetti l-mod tal-ivvjaġġar bl-ajru meħtieġ li jniġġes l-inqas; |
|
24. |
Jistieden lill-Amministrazzjoni tkompli tistudja l-iffrankar tal-ispejjeż u l-effiċjenzi tal-konsum; jappella għal pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu u b'mod partikolari l-produzzjoni tal-enerġija u jistenna l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi tal-ogħla livell fuq il-bjut biex jinkiseb l-ogħla potenzjal possibbli; jilqa' l-investiment li qed isir bħalissa; itenni l-istedina tiegħu lis-servizzi tal-Parlament biex ikomplu jnaqqsu l-konsum tal-karti billi jersqu lejn ambjent mingħajr karti, kollettiv u online għal-laqgħat kollha, kif ukoll billi jimplimentaw aktar arranġamenti għall-firma elettronika, u jiffukaw biex iżommu t-tnaqqis fin-“normalità ġdida”; itenni t-talba tiegħu biex titwettaq analiżi ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-bagolli f'konformità mal-objettiv tal-EMAS għal Parlament “mingħajr karti” kemm jista' jkun malajr; jistenna li l-prinċipji tal-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel u tal-Ekonomija Ċirkolari jiġu applikati għall-investimenti kollha, inklużi dawk diġitali, u għad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni; jitlob sforzi msaħħa biex tiġi implimentata bis-sħiħ l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Parlament f'konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart; iqis li s-sensibilizzazzjoni internament, anke permezz ta' taħriġ speċifiku, hija essenzjali biex jinkisbu riżultati sodisfaċenti u tippermetti l-aġġornament tal-miri tal-EMAS f'dak il-qasam; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa ta' miżuri biex il-Parlament ikun ħieles mill-plastik li jintuża darba biss hekk kif aktar nies qed jirritornaw għax-xogħol u jużaw is-servizzi tal-forniment tal-ikel fil-Parlament; |
|
25. |
Jilqa' t-titjib fl-infrastruttura tar-roti fil-bini tal-Parlament; iħeġġeġ lis-servizzi jkomplu jtejbu dik l-infrastruttura billi jimmodernizzaw il-faċilitajiet tal-parkeġġ tar-roti inkluż għar-roti tal-merkanzija fil-bini kollu, u billi joħolqu inċentivi addizzjonali għall-ivvjaġġar bir-roti; jilqa' l-isforzi tal-Parlament biex jippromwovi t-trasport pubbliku permezz tal-politika l-ġdida tiegħu dwar il-parking, billi jżid l-għotjiet għall-abbonamenti tat-trasport pubbliku u jippromwovi l-użu tal-vetturi elettriċi permezz tal-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar elettriku; jitlob, f'dak il-kuntest, żieda xierqa fl-għadd ta' ċarġers tal-vetturi elettriċi f'konformità mad-domanda preżenti u futura fi Brussell, fi Strasburgu u fil-Lussemburgu; jinnota li l-politika attwali dwar il-parkeġġ ma tipprovdix inċentivi finanzjarji għal mobilità attiva; jistieden lis-servizzi jevalwaw is-suċċess tal-politika l-ġdida dwar il-parkeġġ u jintroduċu aktar inċentivi mmirati fejn meħtieġ; |
|
26. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Parlament, bħala impjegatur ewlieni, biex ikollu rwol attiv fid-dibattiti u l-konsultazzjonijiet dwar l-ippjanar urban b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tal-mobilità attiva permezz ta' infrastruttura sikura, komda u kontinwa, it-titjib tal-benesseri permezz ta' spazju pubbliku ta' kwalità, u l-adattament għat-tibdil fil-klima bl-evitar ta' heat islands; jenfasizza l-opportunitajiet għal djalogu offruti fil-kuntest tal-pjan ta' Brussell GoodMove u l-pjan li jsegwi l-Plan d'Aménagement Directeur Loi, iżda wkoll fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri tal-hekk imsejjaħ Archipel fil-viċinat ta' Wacken ġewwa Strasburgu, u r-relazzjonijiet li għaddejjin mal-Fonds Kirchberg ġewwa l-Lussemburgu; |
Kwistjonijiet oħrajn
|
27. |
Jinnota li fuq l-inizjattiva tal-ex President Sassoli, gruppi ta' riflessjoni dwar “Rivalutazzjoni tad-Demokrazija Parlamentari – Parlament Ewropew aktar b'saħħtu wara l-COVID-19” iddiskutew il-futur tal-ħidma fi ħdan il-Parlament bejn April u Lulju 2021 relatata ma' kull wieħed mill-oqsma ta' azzjoni tagħhom: il-plenarja, il-prerogattivi parlamentari, il-komunikazzjoni, id-diplomazija esterna u l-organizzazzjoni interna; jilqa' l-fatt li l-gruppi ta' riflessjoni ppreżentaw rapport finali li jinkludi rakkomandazzjonijiet, li l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi diskussa mill-Bureau filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ispiża tagħha, jekk ikun meħtieġ jiġi involut il-Kumitat dwar il-Baġits fil-valutazzjoni minn qabel tiegħu; |
|
28. |
Ifakkar fl-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri għal sede waħda; ifakkar fil-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet sabiex jiġu ottimizzati l-ħidma istituzzjonali, l-ispejjeż finanzjarji u l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jeħtieġu bidla fit-Trattat; |
|
29. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau, adottata fil-livell tal-Plenarja f'diversi okkażjonijiet, biex tinbeda l-ħidma fuq ir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b'mod remot, waqt li jkunu qed jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità, waqt mard fit-tul jew f'każijiet ta' force majeure; jieħu nota tal-bidliet fir-Regoli ta' Proċedura tal-20 ta' Diċembru 2020 li jippermettu l-votazzjoni remota; jesprimi dispjaċir li l-votazzjoni remota fil-kumitat bħalissa mhijiex prevista skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sakemm il-President ma jistabbilix l-eżistenza ta' ċirkostanzi straordinarji; |
|
30. |
Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jinsisti dwar l-importanza li kull reklutaġġ ikun ibbażat fuq il-kompetenza, filwaqt li jirrispetta l-ħtieġa ta' bilanċ ġeografiku bejn l-Istati Membri kollha fil-livelli kollha tal-persunal; jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li nqalgħu biex jiġu rreklutati ċerti nazzjonalitajiet u biex jitressqu ċerti profili ta' xogħol internament; jitlob aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-impjieg fil-Parlament ikun attraenti ndaqs għan-nazzjonalitajiet kollha tal-Unjoni filwaqt li jibqa' bbażat fuq proċessi objettivi; jistieden lill-Parlament jibni l-ħila tiegħu li jilħaq in-nies, bl-għan li jiġbed lejn il-kompetizzjonijiet il-kandidati ta' kwalità meħtieġa mill-Parlament, f'termini ta' profil, età, ġeneru u nazzjonalità, u speċjalment minn pajjiżi sottorappreżentati; fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal ġdid, jitlob lis-Segretarju Ġenerali jissimplifika l-passi amministrattivi u jqassar il-proċess; |
|
31. |
Jistieden lill-Parlament iwettaq valutazzjonijiet regolari tal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni u tal-persunal tas-Segretarjat tiegħu, jalloka mill-ġdid il-postijiet tax-xogħol battala bejn id-direttorati sabiex iwettaq kompiti ġodda f'livelli kostanti ta' persunal; |
|
32. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-impjieg ta' għadd dejjem jikber ta' aġenti kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; |
|
33. |
Jilqa' l-miżuri meħuda mid-DĠ INLO matul il-pandemija tal-COVID-19, immirati lejn il-mitigazzjoni tar-riskji ta' kontaġju fil-bini tal-Parlament u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-miżuri konkreti ta' solidarjetà deċiżi mill-Bureau; |
|
34. |
Itenni li madwar 50 miljun persuna jappartjenu għal diversi minoranzi lingwistiċi u komunitajiet fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament iħeġġeġ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inklużi l-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi, fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jappoġġja bil-qawwa l-multilingwiżmu u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi; iqis li l-Parlament jista' jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni billi jipprovdi informazzjoni wkoll fil-lingwi tal-minoranzi u tal-komunitajiet lingwistiċi, fejn xieraq; iħeġġeġ lill-Bureau jikkunsidra li jappoġġja attivitajiet ta' komunikazzjoni li jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi fl-Istati Membri; |
|
35. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, f'konformità mat-talbiet adottati mill-Plenarja, u jimplimenta din id-deċiżjoni fid-dawltal-prinċipju ta' aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha; |
|
36. |
Jinsab imħasseb dwar il-kwalità tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE; ifakkar li, skont ir-Rapporti Annwali tar-Reġistru ta' Trasparenza, madwar nofs l-entrati kollha fir-Reġistru huma żbaljati; jitlob lill-Parlament jieħu miżuri biex iżid l-eżattezza tar-Reġistru kif ukoll biex jimmonitorjah b'mod regolari fir-rigward tal-entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' persuni u entitajiet sanzjonati u jipproċedi għat-tneħħija immedjata tagħhom sabiex ikun jista' jissodisfa l-iskop tiegħu li jipprovdi aktar trasparenza tal-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; itenni t-talba tiegħu li l-Parlament jabbozza rapport annwali dettaljat dwar ir-rappreżentanti ta' interess u organizzazzjonijiet oħra li jkunu ngħataw aċċess għall-bini tal-Parlament, u jippubblikah f'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (8); |
|
37. |
Ifakkar li l-Parlament ivvota f'diversi okkażjonijiet biex jirriforma l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA); jistieden lill-Bureau jevalwa d-deċiżjoni tiegħu tal-2019 dwar il-GEA abbażi tal-esperjenza miksuba matul id-9 leġiżlatura parlamentari u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex iżid it-trasparenza u r-responsabbiltà; jilqa' t-tħabbira mill-President li twaqqaf Grupp ta' Ħidma ad hoc tal-Bureau dwar l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali biex jaħdem fuq ir-reviżjoni tar-regoli preċedenti; |
|
38. |
Itenni, fil-kuntest tal-proċedura ta' reviżjoni għaddejja bħalissa tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ivvjaġġar fuq xogħol u r-regoli interni li jirregolaw il-missjonijiet u l-ivvjaġġar fuq xogħol minn uffiċjali u aġenti oħra tal-Parlament Ewropew, ir-rieda tal-Plenarja espressa f'diversi okkażjonijiet dwar l-ammont tal-allowances imħallsa lill-assistenti akkreditati għall-missjonijiet li jwettqu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-Bureau jallinjaha fil-livell tas-sistemi ta' allowances għall-impjegati taċ-ċivil u aġenti oħra; |
|
39. |
Jistieden għal darb'oħra lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau jirrevedu rispettivament id-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet barra l-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni “Missjonijiet tal-Kumitati barra t-tliet postijiet tax-xogħol”; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-assistenti akkreditati, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament; |
|
40. |
Ifakkar fl-Artikolu 27(1) u (2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (9) li jiddikjara li “l-fond għall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond” u li “drittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom”; jinnota li, skont is-Servizz Legali tal-Parlament, minn żewġ sentenzi jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li d-drittijiet miksuba bħala tali, tal-Membri li diġà ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jakkwistaw id-dritt għall-pensjoni volontarja addizzjonali, huma protetti bis-sħiħ skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li s-sentenzi jikkonfermaw ukoll li dan ma jżommx lill-Bureau milli jimmodifika l-kundizzjonijiet kif ukoll il-modalitajiet ta' dan il-grupp ta' Membri bil-kundizzjoni li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat kif xieraq, kif ukoll għal dawk il-Membri li għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet kollha biex jakkwistaw id-drittijiet tal-pensjoni u li għalhekk għandhom biss intitolamenti futuri skont l-iskema tal-pensjoni; iħeġġeġ għalhekk lill-Bureau u lill-amministrazzjoni biex jipproponu b'mod urġenti soluzzjoni futura adattata li tqis is-sitwazzjoni tal-pensjoni u tal-għajxien tal-Membri u l-ex Membri intitolati kif ukoll il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex isibu minnufih soluzzjoni sostenibbli u fattibbli; |
|
41. |
Jilqa' l-politika tal-Parlament li għandha l-għan li tiżgura l-użu kompletament indipendenti tal-bini tal-Parlament minn persuni b'diżabilità u jappoġġa aktar miżuri u adattamenti li se jkunu meħtieġa f'dan ir-rigward; |
|
42. |
Jinnota li d-deċiżjoni li titwaqqaf id-distribuzzjoni ta' ilma sħun fl-uffiċċji tal-Membri fi Brussell u Strasburgu ttieħdet mill-Kwesturi fl-24 ta' Ottubru 2017 b'rabta mar-riskju għas-saħħa li tinħoloq il-preżenza ta' batterji tal-legionella li jagħmlu l-ħsara lis-sistemi idrawliċi tal-bini li qed jeqdiemu u jiddeterjoraw; |
|
43. |
Jissottolinja li l-Parlament għandu jkun ta' eżempju dwar il-politiki li niddefendu u nippromwovu bħall-ambjent, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-trasparenza; |
o
o o
|
44. |
Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2023; |
|
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(4) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
(5) ĠU C 506, 15.12.2021, p. 247
(6) Testi adottati, P9_TA(2021)0432.
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).