|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2022/C 432/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2022/C 432/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA vs Budapest Főváros Kormányhivatala
(Kawża C-597/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 16 - Kumpens u assistenza tal-passiġġieri - Missjoni tal-organu nazzjonali inkarigat mill-applikazzjoni tal-imsemmi regolament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lil dan l-organu s-setgħa li jordna lit-trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal azzjoni legali quddiem qorti)
(2022/C 432/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA
Konvenut: Budapest Főváros Kormányhivatala
Dispożittiv
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jawtorizzaw lill-organu nazzjonali inkarigat mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament li jobbliga lil trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, dovut lill-passiġġieri abbażi tal-istess regolament, meta dan l-organu nazzjonali jkun ġie adit bi lment individwali ta’ passiġġier, bla ħsara għall-fatt li dan il-passiġġier jew dan it-trasportatur tal-ajru jkollu l-possibbiltà li jressaq rikors quddiem qorti.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs TC Medical Air Ambulance Agency GmbH
(Kawża C-633/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Suq uniku tal-assigurazzjoni - Direttiva 2002/92/KE - Kunċett ta’ “intermedjarju tal-assigurazzjoni” - Attività ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” - Direttiva (UE) 2016/97 - Attività ta’ “distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni” - Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi - Sħubija f’assigurazzjoni ta’ grupp - Trasferiment tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni - Servizzi ta’ assigurazzjoni fil-każ ta’ mard jew inċident barra mill-pajjiż - Remunerazzjoni mħallsa mill-membru bħala korrispettiv għall-kopertura tal-assigurazzjoni miksuba - Protezzjoni tal-konsumaturi - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-intermedjarji tal-assigurazzjoni)
(2022/C 432/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Konvenut: TC Medical Air Ambulance Agency GmbH
Dispożittiv
Il-punti 3 u 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014, u l-punti 1, 3 u 8 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni), kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/411 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
taqa’ taħt il-kunċett ta’ “intermedjarju tal-assigurazzjoni” u, għaldaqstant, dak ta’ “distributur tal-assigurazzjoni”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, persuna ġuridika li l-attività tagħha tikkonsisti fil-proposta lill-klijenti tagħha li jissieħbu fuq bażi volontarja, bħala korrispettiv għal remunerazzjoni li hija tirċievi mingħandhom, ma’ assigurazzjoni ta’ grupp li hija tkun issottoskriviet għaliha minn qabel ma’ kumpannija tal-assigurazzjonijiet, fejn din is-sħubija tagħti lil dawn il-klijenti d-dritt għal servizzi ta’ assigurazzjoni f’każ, b’mod partikolari, ta’ mard jew inċident barra mill-pajjiż.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (Ireland) – l-Irlanda) – FS vs Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection
(Kawża C-3/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-familja - Ħlas retroattiv - Ċaqliq tal-benefiċjarju lejn Stat Membru ieħor - Artikolu 81 - Kunċett ta’ “talba” - Artikolu 76(4) - Obbligu reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tnax-il xahar - Prinċipju ta’ effettività)
(2022/C 432/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (Ireland)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FS
Konvenuti: Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-kunċett ta’ “talba”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, ikopri biss it-talba mressqa, minn persuna li tkun għamlet użu mid-dritt tagħha ta’ moviment liberu, quddiem l-awtoritajiet ta’ Stat Membru li ma għandhiex ġurisdizzjoni bis-saħħa tar-regoli ta’ kunflitt previsti minn dan ir-regolament. Għaldaqstant, dan il-kunċett la jinkludi t-talba inizjali mressqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru minn persuna li għadha ma użatx id-dritt tagħha għall-moviment liberu, u lanqas il-ħlas perjodiku, mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru, ta’ benefiċċju normalment dovut, fil-mument ta’ dan il-ħlas, minn Stat Membru ieħor. |
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-effett retroattiv ta’ talba għall-allowances tal-familja għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tnax-il xahar, peress li dan it-terminu ma jagħmilx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju, mill-ħaddiema migranti kkonċernati, tad-drittijiet mogħtija mir-Regolament Nru 883/2004. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 – ABLV Bank AS, fi stralċ vs Il-Board Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-202/21 P) (1)
(Appell - Politika ekonomika u monetarja - Unjoni Bankarja - Regolament (UE) Nru 806/2014 - Mekkaniżmi uniċi ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni - Kontribuzzjonijiet annwali - Stralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Rimbors ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa - Pro rata temporis)
(2022/C 432/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ABLV Bank AS, fi stralċ (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Board Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: C. J. Flynn u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn S. Ianc, T. Klupsch, B. Meyring u S. Schelo, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
ABLV Bank AS, fi stralċ, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u mill-Kummissjoni Ewropea |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d.o.o. vs Republika Slovenija
(Kawża C-235/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KEE - Artikolu 203 - Kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura - Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT - Possibbiltà li kuntratt bil-miktub jiġi assimilat għal fattura)
(2022/C 432/06)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d.o.o.
Konvenut: Republika Slovenija
Dispożittiv
L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, li l-konklużjoni tiegħu ma ġietx segwita mill-istabbiliment ta’ fattura tal-VAT mill-partijiet, jista’ jitqies bħala fattura, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn dan il-kuntratt jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud humiex issodisfatti f’dan il-każ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 – Health Information Management (HIM) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-500/21 P) (1)
(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) - Rapport ta’ awditu - Noti ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea għall-irkupru ta’ ċerti somom - Rikors għal annullament - Investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) - Kontrotalba - Rimbors sħiħ tas-sussidji kkonċernati - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Imparzjalità - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2022/C 432/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Health Information Management (HIM) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u M. Ilkova, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Health Information Management (HIM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-11 ta’ Lulju 2022 – DIGI Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság
(Kawża C-460/22)
(2022/C 432/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Digi Távközlési és Szolgáltató Kft.
Konvenut: Nemzeti Média-és Hírközlési Hatóság
Domanda preliminari
Impriża li tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq rilevanti, iżda li ma pparteċipatx fi proċedura ta’ rkant partikolari (iktar ’il quddiem il-“proċedura ta’ rkant”) għaliex ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fid-dokumentazzjoni li tinkludi r-regoli dettaljati tal-proċedura ta’ rkant (iktar ’il quddiem id-“dokumentazzjoni”), raġuni li għaliha d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi r-riżultat tal-irkant ma tinkludi ebda dispożizzjoni li tirrigwarda lil din l-impriża, għandha titqies li hija impriża affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (1), u li, għaldaqstant, tista’ teżerċita kontra din id-deċiżjoni d-dritt għal rimedju effettiv irrikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-[Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea]?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – MAX7 Design Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-519/22)
(2022/C 432/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MAX7 Design Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, hija konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ kumpannija, jew in-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi rrevokat bħala konsegwenza talli ma ġietx iddepożitata l-garanzija għall-ħlas tat-taxxi imposta fuq din il-kumpannija anki fil-każ meta s-soċji ma jafux direttament li ġiet imposta fuq il-kumpannija tali garanzija u lanqas bil-fatt li hija l-appartenenza, attwali jew passata, ta’ amministratur tal-kumpannija lil persuna ġuridika oħra b’dejn fiskali li għadu ma tħallasx jew tal-kundizzjoni tiegħu, attwali jew passata, ta’ direttur tal-imsemmija persuna ġuridika li kienet il-bażi tal-impożizzjoni fuq il-kumpannija tal-garanzija għall-ħlas tat-taxxi? |
|
2) |
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ neċessità tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, hija konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta u mad-dritt għal rimedju effettiv tal-Artikolu 47 tal-Karta, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ kumpannija, jew in-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi rrevokat bħala konsegwenza talli ma ġietx iddepożitata l-garanzija għall-ħlas tat-taxxi imposta fuq din il-kumpannija anki fil-każ meta t-terminu minimu meħtieġ mid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru dwar il-konvokazzjoni fil-forma dovuta tal-korp deċiżjonali tal-kumpannija ma jipperemettix li l-imsemmi korp jiddestitwixxi, qabel ma ssir finali d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali li permezz tagħha ġiet imposta l-imsemmija garanzija u, għaldaqstant, li jiġi eliminat tali impediment fi żmien it-terminu li jwassal sabiex jiġi estint l-obbligu li tiġi kkostitwita l-garanzija, li jippermetti li tiġi evitata r-revoka tan-numru ta’ identifikazzjoni fiskali? |
|
3) |
Huwa konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta, bil-limitazzjoni tagħha neċessarja skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT u proporzjonata skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-Artikolu 47 ta’ din, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi f’termini imperattivi, mingħajr ma tħalli marġni ta’ diskrezzjoni għall-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tad-dritt, li
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2022 – MW, CY vs VR Bank Ravensburg-Weingarten eG
(Kawża C-536/22)
(2022/C 432/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Ravensburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MW, CY
Konvenut: VR Bank Ravensburg-Weingarten eG
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ “kumpens ġust u oġġettiv […] għall-ispejjeż possibbli marbuta direttament mar-ripagament antiċipat tal-kreditu” fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kumpens ikopri wkoll it-telf ta’ profitt tal-kreditur, b’mod partikolari l-ħlas ta’ interessi futuri bħala konsegwenza tal-ħlas antiċipat? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/17/UE, jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-qligħ tal-kreditur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tat-telf tal-profitt tiegħu li jirriżulta mill-investiment mill-ġdid ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli li ġie rrimborsat b’mod antiċipat u, fl-affermattiv, liema huma dawn id-dispożizzjonijiet? B’mod partikolari:
|
|
3) |
Il-każ li fih konsumatur l-ewwel ixolji kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi marbut ma’ proprjetà immobbli abbażi ta’ dritt għal xoljiment previst mil-leġiżlatur nazzjonali qabel ir-rimbors antiċipat tal-kreditu lill-kreditur, jaqa’ wkoll taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/17/UE? |
(1) ĠU 2014, L 60, p. 34, rettifika fil-ĠU 2015, L 246, p. 11
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-11 ta’ Awwissu 2022 – Global Ink Trade Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-537/22)
(2022/C 432/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Global Ink Trade Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
|
1) |
Il-fatt li l-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tinterpreta deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, mogħtija permezz ta’ digriet fuq rinviju għal deċiżjoni preliminari, li s-suġġett tiegħu huwa preċiżament il-ġurisprudenza żviluppata mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, fis-sens li din ma tinkludi ebda element ġdid li seta’ kellu jew jista’ jkollu bħala effett li jiġu invalidati d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tiġi mibdula l-ġurisprudenza żviluppata preċedentement mill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? |
|
2) |
Il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tas-supremazija tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ japplika anki meta l-qorti ta’ Stat Membru li tiddeċiedi fl-aħħar istanza f’kawża tinvoka wkoll s-sentenzi preċedenti tagħha bħala preċedent? Tista’ tingħata risposta differenti, fid-dawl ukoll tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tieħu l-forma ta’ digriet? |
|
3) |
Fid-dawl tal-Artikoli 167, 168(a) u 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ newtralità fiskali, huwa permess, fil-kuntest tal-obbligu ġenerali tal-persuna suġġetta għat-taxxa li tiċċekkja t-tranżazzjoni ffatturata, mingħajr ma jitqiesu t-twettiq u n-natura tal-avveniment ekonomiku skont il-fattura, li l-persuna suġġetta għat-taxxa tiġi meħtieġa, bħala kundizzjoni għad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT, fl-assenza ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali tal-Istat Membru f’dan is-sens, li hija jkollha kuntatti personali [mal-emittent tal-fattura] jew li hija jkollha relazzjonijiet mal-fornitur tagħha biss permezz tal-indirizz elettroniku kkomunikat uffiċjalment lill-awtoritajiet? Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jitqiesu bħala l-prova ta’ assenza ta’ diliġenza tal-persuna suġġetta għat-taxxa, murija permezz ta’ fatti oġġettivi, filwaqt li huwa magħruf li dawn iċ-ċirkustanzi ma kinux jeżistu fil-mument tal-iċċekkjar imwettaq mill-persuna suġġetta għat-taxxa qabel l-istabbiliment tar-relazzjoni kummerċjali, iżda huma elementi tar-relazzjoni kummerċjali bejn il-partijiet? |
|
4) |
L-interpretazzjoni u l-prattika ta’ Stat Membru li jirrifjuta d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT lil persuna suġġetta għat-taxxa li għandha fattura konformement mad-Direttiva 2006/112, għar-raġuni li hija ma aġixxietx bid-diliġenza meħtieġa fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet peress li hija ma wrietx li hija kienet adottat aġir li jippermetti li jiġi konkluż li l-attività tagħha ma hijiex limitata għas-sempliċi aċċettazzjoni ta’ fatturi formalment konformi, u dan minkejja li din il-persuna suġġetta għat-taxxa ppreżentat id-dokumenti kollha dwar it-tranżazzjonijiet kontenzjużi u li l-awtorità tat-taxxa ċaħdet l-offerti tagħha ta’ provi addizzjonali fil-kuntest tal-proċedura fiskali amministrattiva, huma konformi mal-artikoli ppreċitati tad-Direttiva 2006/112, mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u, b’mod iktar partikolari, mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fil-kuntest tal-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u li tistabbilixxi l-obbligi tal-awtorità tat-taxxa fil-qasam ta’ oneru tal-prova? |
|
5) |
Fid-dawl tal-artikoli ppreċitati tad-Direttiva 2006/112 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tista’ titqies bħala fatt oġġettiv il-konstatazzjoni, magħmula f’relazzjoni mal-obbligu ta’ diliġenza raġjonevoli, li l-emittent tal-fatturi ma jkun eżerċita ebda attività ekonomika, jekk l-awtorità tat-taxxa tiddeċiedi li ma ntweriex li fil-verità seħħ avveniment ekonomiku, stabbilit permezz ta’ fatturi, ta’ kuntratti u ta’ elementi oħrajn ta’ prova kontabbli kif ukoll il-korrispondenza, u kkonfermat barra minn hekk mill-kumpannija ta’ ħżin, kif ukoll mid-dikjarazzjonijiet tad-direttur tal-persuna suġġetta għat-taxxa u mill-impjegat tiegħu, u li din l-istess awtorità tat-taxxa tqis li, peress li dan il-fatt ma ntweriex, dan l-avveniment ekonomiku ma seħħx, u dan abbażi biss ta’ dikjarazzjoni tad-direttur tal-intrapriża fornitriċi li jikkontesta l-veraċità ta’ dan, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi li fihom saret id-dikjarazzjoni u l-interessi tal-awtur tad-dikjarazzjoni kif ukoll tal-fatt li, bħalma jixhdu dokumenti, u skont id-data disponibbli, huwa dan li waqqaf il-kumpannija u mandatarju aġixxa f’isem il-kumpannija? |
|
6) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-tnaqqis tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk l-awtorità tat-taxxa tiskopri, fil-kuntest tal-proċedura fiskali amministrattiva, li l-oġġetti li jinsabu fuq il-fatturi joriġinaw mill-Komunità u li l-persuna suġġetta għat-taxxa hija t-tieni operatur tal-katina, wieħed jista’ jqis li l-indikazzjoni ta’ skema, li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-oġġetti li joriġinaw mill-Komunità huma eżentati mill-VAT u li għalhekk ma huwiex l-ewwel akkwirent Ungeriż li għandu d-dritt li jnaqqas il-VAT, iżda biss it-tieni membru tal-katina, huwa fih innifsu fatt oġġettiv biżżejjed sabiex tintwera l-evażjoni tat-taxxa, jew l-awtorità tat-taxxa għandha, f’tali każ, tipprova wkoll permezz ta’ fatti oġġettivi liema huwa l-membru jew liema huma l-membri tal-katina li wettaq jew wettqu l-evażjoni tat-taxxa, permezz ta’ liema aġir huwa wettaqha jew huma wettquha u jekk il-persuna suġġetta għat-taxxa kienet taf jew missha kienet taf dan billi taġixxi bid-diliġenza meħtieġa? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-11 ta’ Awwissu 2022 – SB vs Agrárminiszter
(Kawża C-538/22)
(2022/C 432/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SB
Konvenut: Agrárminiszter.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-prattika ta’ Stat Membru li skontha, meta, skont il-kriterju stabbilit mill-Istat Membru għad-dritt għal għajnuna, ir-rata ta’ twelid milħuqa fir-rigward tan-numru ta’ annimali ddikjarati tkun inqas minn dik meħtieġa u ddeterminata għall-annimali ddikjarati, it-talba għall-ħlas tal-għajnuna assoċjata mal-produzzjoni għall-baqar li jreddgħu għandha tiġi miċħuda kompletament, anki meta r-rata ta’ twelid meħtieġa tintlaħaq fi ħdan grupp iżgħar tal-annimali ddikjarati, peress li perċentwali ta’ twelid inqas minn dik meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tirriżulta f’li ebda wieħed mill-annimali ddikjarati ma jkun ammess, hija konformi mal-Artikolu 30(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (1), fid-dawl tal-premessi 28 u 31, tal-punti 16 u 18 tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 31(1) sa (3) ta’ dan ir-regolament? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preliminari preċedenti, fil-każ inkwistjoni, meta l-perċentwali ta’ twelid milħuqa tkun inqas minn dik meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti ta’ gradazzjoni u ta’ proporzjonalità stabbiliti fil-premessi 28 u 31 tar-regolament iċċitat u tal-artikoli tad-dritt tal-Unjoni ċċitati fl-ewwel domanda preliminari, in-numru ta’ annimali ammessi fis-sens tal-punt 18 tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 30(3) tal-imsemmi regolament għandu jiġi ddeterminat:
|
|
3) |
Fid-dawl tal-Artikolu 30(3) u tal-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 u tar-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fil-premessa 31 tiegħu, l-Artikolu 31(3) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tas-sanzjoni, għandu jiġi stabbilit jew il-proporzjon bejn l-annimali mhux konformi u dawk konformi, jew il-proporzjon bejn l-annimali ddikjarati u dawk konformi, u, barra minn hekk, il-kwozjent hekk miksub għandu jiġi mmultiplikat ukoll b’100 sabiex tiġi kkalkolata l-perċentwali? |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Okresný súd Bratislava II (is-Slovakkja) fis-17 ta’ Awwissu 2022 – INGSTEEL spol. s. r. o. vs Úrad pre verejné obstarávanie
(Kawża C-547/22)
(2022/C 432/13)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Bratislava II
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: INGSTEEL spol. s. r. o.
Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie
Domandi preliminari
|
1) |
Il-prassi ta’ qorti nazzjonali adita b’tilwima li tirrigwarda talba għal kumpens għal dannu kkawżat lil offerent li kien ġie illegalment eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, hija kompatibbli mal-Artikolu 2(1)(ċ) moqri flimkien mal-[Artikolu] 2(6) u (7) tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (1), fil-każ fejn jiġi rrifjutat kumpens għal telf ta’ opportunità (loss of opportunity)? |
|
2) |
Il-prassi ta’ qorti nazzjonali adita b’tilwima, li tirrigwarda talba għal kumpens għal dannu kkawżat lil offerent li kien ġie illegalment eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, hija kompatibbli mal-Artikolu 2(1)(ċ) moqri flimkien mal-[Artikolu] 2(6) u (7) tad Direttiva 2007/66/KE, fejn hija tikkunsidra li talba għal kumpens ma tinkludix talba għal telf ta’ profitti kkawżat mit-telf ta’ opportunità li jipparteċipa fil-kuntratt pubbliku? |
(1) ĠU 2007, L 335, p. 31, rettifika fil-ĠU 2018, L 176, p. 23.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Inkreal s. r. o. vs Dúha reality s. r. o.
(Kawża C-566/22)
(2022/C 432/14)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Inkreal s. r. o.
Konvenut: Dúha reality s. r. o.
Domanda preliminari
L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tista’ tkun ibbażata, mill-perspettiva tal-eżistenza ta’ element barrani, meħtieġ għall-applikabbiltà tal-imsemmi regolament, fuq il-fatt biss li ż-żewġ partijiet, li t-tnejn jirrisjedu fl-istess Stat Membru, jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/13 |
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2022 minn Illumina, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-227/21, Illumina vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-611/22 P)
(2022/C 432/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Illumina, Inc. (rappreżentanti: D. Beard, BL, J. Holmes, Barrister, P. Chappatte, avocat, E. Wright, avocate, F. González Díaz, abogado, M. Siragusa, avvocato)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Grail LLC, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 2847 final tad-19 ta’ April 2021 li tilqa’ t-talba tal-Autorité de la concurrence française (l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni) li teżamina l-konċentrazzjoni relatata mal-akkwist minn Illumina, Inc. tal-kontroll esklużiv ta’ Grail, Inc. (Każ COMP/M.10188 – Illumina vs Grail), id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2021) 2848 final, C(2021) 2849 final, C(2021) 2851 final, C(2021) 2854 final u C(2021) 2855 final tad-19 ta’ April 2021, li jilqgħu t-talbiet tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni tal-Greċja, tal-Belġju, tan-Norveġja, tal-Islanda u tal-Pajjiżi l-Baxxi li jingħaqdu ma’ din it-talba għal rinviju, l-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2021 li tinforma lil Illumina u Grail bl-imsemmija talba għal rinviju u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2021 li tinforma lil Illumina li kienet ipprojbita milli twettaq il-konċentrazzjoni abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura (ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u dan l-appell mis-sentenza). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 22(1) tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet fis-sens li jippermetti lil Stat Membru, li għandu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, li jagħmel referenza ta’ konċentrazzjoni lill-Kummissjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi eżaminata abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet.
It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv invokat minn Illumina, ibbażat fuq in-natura tardiva tat-talba għal referenza, billi interpretat b’mod żbaljat it-terminu “mgħarrfa” fl-Artikolu 22 tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet. Hija żbaljat fil-konklużjoni tagħha li t-terminu li fih Stat Membru għandu jressaq referenza lill-Kummissjoni jibda jiddekorri biss minn meta l-partijiet għall-konċentrazzjoni jkunu speċifikatament għarrfu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru b’informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom jevalwaw b’mod preliminari jekk il-konċentrazzjoni tistax tkun is-suġġett ta’ referenza.
Wara li kkonkludiet li d-dewmien tal-Kummissjoni sabiex tibgħat l-ittra ta’ stedina ma kienx raġonevoli u kien jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, l-obbligu ta’ aġir f’terminu raġonevoli u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, i) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li Illumina kellha tipprova l-ksur tad-drittijiet tagħha tad-difiża f’dan il-każ; jew ii) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li tali ksur ma kienx jeżisti.
It-tielet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv invokat minn Illumina, ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi li din tal-aħħar kellha fil-fatt li l-politika tal-Kummissjoni ma kinitx ser tinbidel qabel l-implimentazzjoni ta’ linji gwida u/jew fil-fatt li l-Kummissjoni inkoraġixxiet b’mod attiv lill-Istati Membri jagħmlu referenza kien kuntrarju għall-prinċipju ta’ ċertezza legali: i) billi kkonkludiet li jista’ jkun hemm ċertezza legali biss jekk l-assigurazzjonijiet li servew ta’ bażi jikkonċernaw speċifikament il-konċentrazzjoni inkwistjoni; ii) billi interpretat b’mod żbaljat il-portata tal-aspettattivi leġittimi; iii) billi kkunsidrat li diskors analizzat bir-reqqa tal-viċi-Presidenta tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni ma kienx ġej mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, u/jew iv) billi kkonkludiet li l-assigurazzjoni mogħtija mill-viċi-Presidenta tal-Kummissjoni li din tal-aħħar kienet ser tkompli l-politika tagħha li tiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu referenzi (sakemm jiġu ppubblikati linji gwida) kienet koerenti mal-fatt li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi r-referenzi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/14 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2022 minn RT France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Awla Manja) fis-27 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-125/22, RT France vs Il-Kunsill
(Kawża C-620/22 P)
(2022/C 432/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: RT France (rappreżentant: E. Piwnica, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika tal-Latvja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Talbiet
|
— |
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-125/22, RT France vs Il-Kunsill; |
|
— |
Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha; |
bil-konsegwenzi legali kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi qieset, sabiex tikkonkludi li ma kienx hemm ksur tad-dritt għal smigħ tal-kumpannija RT France, li minħabba l-kuntest kompletament eċċezzjonali li fih ġew adottati l-atti kkontestati, kif ukoll l-għan imfittex mill-Kunsill, l-awtoritajiet tal-Unjoni ma kinux obbligati li jisimgħu lill-appellanti qabel l-inklużjoni inizjali ta’ isimha fil-listi inkwistjoni.
L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u żnaturat il-provi prodotti meta ddikjarat li l-ebda argument imressaq mill-appellanti ma kien jippermetti li juri li l-proċedura setgħet twassal għal riżultat differenti li kieku hija nstemgħet qabel l-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni jew li kieku l-motivi li jirrigwardaw l-applikazzjoni tagħhom kienu ġew ikkomunikati lilha minn qabel.
Barra minn hekk, l-appellanti tinvoka ksur tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi prodotti quddiemha billi qieset, sabiex jiġu rrikonoxxuti l-limitazzjonijiet għal-libertà ta’ espressjoni tal-appellanti, li l-miżura restrittiva inkwistjoni hija neċessarja, xierqa u proporzjonata mal-għanijiet tagħha.
Dejjem skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi bbażat ruħha fuq in-natura tranżitorja tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-appellanti u l-assenza ta’ prova tal-vijabbiltà finanzjarja tagħha sabiex qieset li l-miżura restrittiva kkontestata ma kinitx sproporzjonata.
Fl-aħħar nett, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u ż-żnaturament tal-provi prodotti billi qieset li l-appellanti ma kienet suġġetta għal ebda diskriminazzjoni.
Il-Qorti Ġenerali
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni (Google Android)
(Kawża T-604/18) (1)
(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Apparati portabbli intelliġenti - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Kunċetti ta’ pjattaforma u ta’ suq b’diversi naħat (‘ekosistema’) - Sistema operattiva (Google Android) - Ħanut ta’ applikazzjonijiet tas-software (Play Store) - Applikazzjonijiet ta’ riċerka u ta’ navigazzjoni (Google Search u Chrome) - Ftehimiet mal-manifatturi ta’ tagħmir u l-operaturi ta’ networks mobbli - Ksur uniku u kontinwu - Kunċetti ta’ pjan ġenerali u ta’ aġir implimentat fil-kuntest tal-istess ksur (gruppi ta’ prodotti, ħlasijiet ta’ esklużività u obbligi anti-frammentazzjoni) - Effetti ta’ esklużjoni - Drittijiet tad-difiża - Ġurisdizzjoni sħiħa”)
(2022/C 432/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) u Alphabet, Inc. (Mountain View) (rappreżentanti: N. Levy, J. Schindler, A. Lamadrid de Pablo, J. Killick, A. Komninos, G. Forwood, avukati, P. Stuart, D. Gregory, H. Mostyn, barristers, u M. Pickford, QC)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes, C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Application Developers Alliance (Washington, D.C., l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Parr, S. Vaz, solicitors, u R. Baena Zapatero, avukat), Computer & Communications Industry Association (Washington, DC) (rappreżentanti: E. Batchelor, T. Selwyn Sharpe, solicitors, u G. de Vasconcelos Lopes, avukata), Gigaset Communications GmbH (Bocholt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat), HMD global Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Glader u M. Johansson, avukati), Opera Norway AS, li qabel kienet Opera Software AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: M. Glader u M. Johansson, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: BDZV – Bundesverband Digitalpublisher und Zeitungsverleger eV, anciennement Bundesverband Deutscher Zeitungsverleger eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Höppner, professur, u P. Westerhoff, avukat), Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini, avukata), FairSearch AISBL (Brussell) (rappreżentanti: T. Vinje, D. Paemen u K. Missenden, avukati), Qwant (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. Höppner, professur, u P. Westerhoff, avukat), Seznam.cz, a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Felgr, T. Vinje, D. Paemen, J. Dobrý u P. Chytil, avukati), Verband Deutscher Zeitschriftenverleger eV (Berlin) (rappreżentanti: M. Höppner, professur, u P. Westerhoff, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom, ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4761 final tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar dwar proċeduri skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ AT.40099 – Google Android) jew, fin-nuqqas ta’ dan, it-tneħħija jew it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqhom fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 1, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4761 final tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar dwar proċeduri skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ AT.40099 – Google Android), huma annullati sa fejn jirrigwardaw ir-raba’ element tal-ksur uniku u kontinwu, li jikkonsisti fl-issuġġettar tal-konklużjoni ta’ tqassim ta’ profitti ma’ ċerti manifatturi ta’ tagħmir ta’ oriġini u operaturi ta’ networks mobbli għall-kundizzjoni ta’ installazzjoni esklużiva minn qabel ta’ Google Search fuq porfolio ta’ apparati ddefinit bil-quddiem. |
|
2) |
L-ammont tal-multa imposta lil Google LLC fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2018) 4761 final huwa ffissat, għall-ksur uniku li hija wettqet hekk kif jirriżulta mill-punt 1 iktar ’il fuq, għal EUR 4 125 000 000, li għaliha Alphabet Inc. hija responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 1 520 605 895. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Google u Alphabet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
6) |
Application Developers Alliance, BDZV – Bundesverband Digitalpublisher und Zeitungsverleger eV, Bureau européen des unions des consommateurs (BEUC), Computer & Communications Industry Association, FairSearch AISBL, Gigaset Communications GmbH, HMD global Oy, Opera Norway AS, Qwant, Seznam.cz, a.s., u Verband Deutscher Zeitschriftenverleger eV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-597/19) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Trasport bil-karozzi tal-linja - Kreditu għal tagħmir u krediti għall-operat mogħtija mill-Belt ta’ Ħelsinki - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Għajnuna eżistenti - Vantaġġ - Applikazzjoni tal-kriterju ta’ kreditur privat f’ekonomija tas-suq - Status pubbliku tad-debitur - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti - Applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq - Kontinwità ekonomika - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Artikolu 108(2) TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni”)
(2022/C 432/18)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrent: Helsingin kaupunki (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: I. Aalto Setälä u H. Koivuniemi, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u F. Tomat, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Nobina Oy (Espoo, il-Finlandja), Nobina AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Åkermarck u T. Kalliokoski, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2020/1814 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33846 – (2015/C) (ex 2014/NN) (ex 2011/CP) implimentata mill-Finlandja għal Helsingin Bussiliikenne Oy (ĠU 2020, L 404, p. 10).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Helsingin kaupunki hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji, kif ukoll dawk sostnuti minn Nobina Oy u Nobina AB. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Helsingin Bussiliikenne vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-603/19) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Trasport bil-karozzi tal-linja - Kreditu għal tagħmir u krediti għall-operat mogħtija mill-Belt ta’ Ħelsinki - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kontinwità ekonomika - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1589 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2022/C 432/19)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrent: Helsingin Bussiliikenne Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Hyvönen u N. Rosenlund, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u F. Tomat, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Nobina Oy (Espoo, il-Finlandja), Nobina AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Åkermarck u T. Kalliokoski, avukati)
Suġġett
Permezz ta’ rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1814 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33846 – (2015/C) (ex 2014/NN) (ex 2011/CP) implimentata mill-Finlandja għal Helsingin Bussiliikenne Oy (ĠU 2020, L 404, p. 10).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Helsingin Bussiliikenne Oy hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji, kif ukoll dawk sostnuti minn Nobina Oy u Nobina AB. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Methanol Holdings (Trinidad) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-744/19) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688 - Artikolu 3(1) sa (3) u (5) sa (8) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Bejgħ imwettaq permezz ta’ kumpanniji relatati - Kostruzzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Danni lill-industrija tal-Unjoni - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet - Rabta kawżali - Artikolu 9(4)(a) tar-Regolament 2016/1036 - Kalkolu tal-marġni tad-dannu - Tneħħija tad-dannu”)
(2022/C 432/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Methanol Holdings (Trinidad) Ltd (Couva, Trinidad u Tobago) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Achema AB (Jonava, il-Litwanja) (rappreżentanti: B. O’Connor u M. Hommé, avukati), Grupa Azoty S.A. (Tarnów, il-Polonja), Grupa Azoty Zakłady Azotowe Puławy S.A. (Puławy, il-Polonja) (rappreżentanti: B. O’Connor u M. Hommé, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU 2019, L 258, p. 21, rettifika fil-ĠU 2019, L 259, p. 86).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Methanol Holdings (Trinidad) Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Achema AB kif ukoll minn Grupa Azoty S.A. u Grupa Azoty Zakłady Azotowe Puławy S.A. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Nevinnomysskiy Azot u NAK “Azot” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-865/19) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerika - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688 - Dazju antidumping definittiv - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-valur normali - Aġġustamenti - Kostruzzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni - Paragun ekwu - Dannu lill-industrija tal-Unjoni - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz - Bejgħ bejn impriżi konnessi - Rabta kawżali - Kalkolu tal-marġni ta’ telf - Eliminazzjoni tat-telf - Regola tad-dazju inferjuri - Użu tad-data disponibbli”)
(2022/C 432/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AO Nevinnomysskiy Azot (Nevinnomyssk, ir-Russja), AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” (Novomoskovsk, ir-Russja) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u T. Martin Brieu, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u P. Němečková, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O’Connor u M. Hommé, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU 2019, L 258, p. 21).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
AO Nevinnomysskiy Azot u AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Fertilizers Europe. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Pollinis France vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-371/20 u T-554/20) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf - Dokument ta’ gwida tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għan-naħal - Pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”)
(2022/C 432/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pollinis France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Lepage u T. Bégel, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4231 final tad-19 ta’ Ġunju 2020 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5120 final tal-21 ta’ Lulju 2020, li permezz tagħhom din irrifjutatilha l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw id-Dokument ta’ gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għan-naħal, adottat mill-EFSA fis-27 ta’ Ġunju 2013, inizjalment ippubblikat fl-4 ta’ Lulju 2014, u tatha aċċess parzjali għal ċerti dokumenti oħra li jikkonċernaw id-Dokument ta’ Gwida dwar in-Naħal tal-2013.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 4231 final tad-19 ta’ Ġunju 2020 u C(2020) 5120 final tal-21 ta’ Lulju 2020 huma annullati, sa fejn dawn jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti mitluba abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
|
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – SŽ – Tovorni promet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-575/20) (1)
(“Direttiva 2014/25/UE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasporti u tas-servizzi postali - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25 għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fis-Slovenja - Espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni - Definizzjoni tas-suq tal-prodotti - Definizzjoni tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2022/C 432/23)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrent: SŽ – Tovorni promet d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: V. Cukrov, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér Ritz, L. Wildpanner u P. Ondrůšek, aġenti, assistiti minn M. Menard, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1025 tat-13 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fis-Slovenja (ĠU 2020, L 226, p. 5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
SŽ – Tovorni promet d.o.o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – PB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-775/20) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Haut conseil judiciaire u lill-awtoritajiet Ukreni - Irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Nota ta’ debitu - Amministratur tal-kumpannija - Bażi legali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
(2022/C 432/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BP (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u I. Demoulin, aġenti)
Suġġett
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni C(2020) 7151 finali tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2020, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva kontra l-amministratur tal-kumpannija [Kunfidenzjali], intiża biex jittieħdu lura mingħandu l-ammonti mħallsa indebitament abbażi tal-kuntratt bir-referenza TACIS/2006/101-510 u tal-kuntratt bir-referenza CARDS/2008/166-429, u, min-naħa l-oħra, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ir-rimbors tal-ammonti kollha eventwalment irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll il-ħlas ta’ EUR 10 000 għad-danni, suġġett għal żieda.
Dispożittiv
|
1. |
Id-deċiżjoni C(2020) 7151 finali tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2020, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva kontra l-amministratur tal-kumpannija [Kunfidenzjali], intiża biex jittieħdu lura mingħandu l-ammonti mħallsa indebitament abbażi tal-kuntratti TACIS/2006/101-510 u CARDS/2008/166-429, hija annullata. |
|
2. |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
3. |
PB, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – QN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-179/21) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2019 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”)
(2022/C 432/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: QN (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2019 u, sa fejn hemm bżonn, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2020 tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu morali li kien ġarrab minħabba dan ir-rapport.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
QN huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)
(Kawżi magħquda T-367/21 u T-432/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi READY 4YOU - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2022/C 432/26)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Sushi&Food Factor sp. z o.o. sp.k. (Robakowo, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u M. Chylińska, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ April 2021 (Każ R 2273/2020-5) u tat-13 ta’ Mejju 2021 (Każ R 2321/2020-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sushi&Food Factor sp. z o.o. sp.k. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)
(Kawża T-416/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ITINERANT - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta papra tkanta f’ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Xebh - Reputazzjoni - Rabta - Vantaġġ inġust - Assenza ta’ raġuni ġusta - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Inammissibbiltà”)
(2022/C 432/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Save the Duck SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. De Vietro, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Mejju 2021 (Każ R 997/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-intervenjenti u r-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Itinerant Show Room Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Save the Duck SpA. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)
(Kawża T-417/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ITINERANT - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta papra tkanta f’ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Xebh - Reputazzjoni - Rabta - Vantaġġ inġust - Assenza ta’ raġuni ġusta - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Inammissibbiltà”)
(2022/C 432/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Save the Duck SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. De Vietro, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2021 (Każ R 1017/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-intervenjenti u r-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Itinerant Show Room Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Save the Duck SpA. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Gioioso vs EUIPO – Maxi Di (MARE GIOIOSO di Sebastiano IMPORT EXPORT)
(Kawża T-423/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MARE GIOIOSO di Sebastiano IMPORT EXPORT - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti GIOIA DI MARE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2022/C 432/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Sebastiano Gioioso (Fasano, l-Italja) (rappreżentant: F. Amati, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maxi Di Srl (Bellefleur, l-Italja)
Suġġett
Bir-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Mejju 2021 (Każ R 1650/2020-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
M. Sebastiano Gioioso huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/25 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)
(Kawża T-498/21) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BLACK IRISH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)
(2022/C 432/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Lotion LLC (Woodland Hills, California, l-Istati Uniti) rappreżentant: A. Deutsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Permezz ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 199/2021-5).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Lotion LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Blueroots Technology vs EUIPO – Rezk-Salama u Breitlauch (SKILLTREE STUDIOS)
(Kawża T-607/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SKILLTREE STUDIOS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2022/C 432/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Blueroots Technology GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Huber-Erlenwein, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christof Rezk-Salama (Trier, il-Ġermanja), Linda Breitlauch (Trier) (rappreżentanti: F. Weber, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2218/2020-4).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Blueroots Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Privatbrauerei Eichbaum vs EUIPO – Anchor Brewing Company (STEAM)
(Kawża T-609/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STEAM - Użu ġenwin tat-trade mark - Natura tal-użu - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 18(1)(a), u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)
(2022/C 432/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Privatbrauerei Eichbaum GmbH & Co. KG (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schmidhuber u E. Levenson, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anchor Brewing Company LLC (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Kuschel u W. von der Osten-Sacken, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 780/2020-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejnha u l-intervenjenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Privatbrauerei Eichbaum GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Task Food vs EUIPO – Foodtastic (ENERGY CAKE)
(Kawża T-686/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ENERGY CAKE - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2022/C 432/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Task Food s.r.o. (Bratislava, is-Slovakkja) ammessa sabiex tissostitwixxi lil energy cake GmbH (rappreżentant: A. Bernegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPOi: Foodtastic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 2324/2020-5).
Dispożittiv
|
1) |
Task Food s.r.o. hija awtorizzata tissostitwixxi lil energy cake GmbH bħala rikorrenti. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Task Food hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerk)
(Kawża T-705/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STAHLWERK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1002”)
(2022/C 432/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u M. Eberl, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-eżaminatriċi tat-18 ta’ Novembru 2020 u tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Settembru 2021 (Każ R 77/2021-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Okan Balaban huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerkstatt)
(Kawża T-706/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Stahlwerkstatt - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1002”)
(2022/C 432/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u M. Eberl, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali u l-bidla tad-deċiżjoni tal-eżaminatriċi tas-27 ta’ Awwissu 2020 u tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Settembru 2021 (Każ R 1987/2020-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Okan Balaban huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)
(Kawża T-737/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea e-tech - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2022/C 432/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Refractory Intellectual Property GmbH & Co. KG (Vienna, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)
Suġġett
Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Settembru 2021 (Każ R 548/2021-4).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Refractory Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Protectoplus vs EUIPO (Li-SAFE)
(Kawża T-795/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Li-SAFE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Limitazzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għat-trade mark”)
(2022/C 432/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Protectoplus GmbH (Rendsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee u E. Markakis, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 845/2021-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Protectoplus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/30 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank Europe vs Il-Kunsill et
(Kawża T-523/22)
(2022/C 432/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata (1) nulla skont l-Artikolu 264 TFUE; u |
|
— |
tikkundanna lill-BUR, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR eċċeda l-kompetenza tiegħu billi adotta deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrent. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser rekwiżiti formali essenzjali fir-rigward tar-rikorrent. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’numru ta’ difetti sostantivi. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jqis b’mod xieraq miżuri alternattivi skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Nru 806/2014 (2). |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jagħżel l-opzjoni l-inqas oneruża fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tar-rikorrent. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser regoli sostantivi u proċedurali li jirregolaw il-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju, inkluż l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ soluzzjonijiet alternattivi potenzjali. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jikkuntattja lill-amministrazzjoni tar-rikorrent jew ta’ Sberbank Slovenia fir-rigward tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jsegwi l-pjan ta’ riżoluzzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni plawżibbli. |
(1) Id-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrent f’din il-kawża hija d-deċiżjoni tal-BUR tal-1 ta’ Marzu 2022 (SRB/EES/2022/20) fir-rigward tas-sussidjarju Sloven tar-rikorrent (Sberbank banka d.d.) inkluż, jekk applikabbli, l-approvazzjoni ta’ tali deċiżjoni mill-Kummissjoni u/jew il-Kunsill.
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar- Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/31 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank Europe vs Il-Kunsill et
(Kawża T-524/22)
(2022/C 432/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sberbank Europe AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata nulla skont l-Artikolu 264 TFUE, inkluż, skont il-każ, l-approvazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill ta’ tali deċiżjoni kkontestata (1); u |
|
— |
tikkundanna lill-BUR, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR eċċeda l-kompetenza tiegħu.
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser rekwiżiti formali essenzjali fir-rigward tar-rikorrent.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’numru ta’ difetti sostantivi. Dawn id-difetti jinkludu li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 806/2014 (2) ma kinux issodisfatti. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jqis miżuri alternattivi xierqa skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jagħżel l-opzjoni l-inqas oneruża fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tar-rikorrent. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser regoli sostantivi u proċedurali li jirregolaw il-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju, inkluż l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ soluzzjonijiet alternattivi potenzjali. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jikkuntattja lill-amministrazzjoni tar-rikorrent jew ta’ Sberbank Croatia fir-rigward tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jsegwi l-pjan ta’ riżoluzzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni plawżibbli. |
(1) Id-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrent f’din il-kawża hija d-deċiżjoni tal-BUR tal-1 ta’ Marzu 2022 (SRB/EES/2022/21) fir-rigward tas-sussidjarju Kroat tar-rikorrent (Sberbank banka d.d.).
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar- Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/32 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 – Ċipru vs EUIPO – Kolios (HALLOUMAKI)
(Kawża T-594/22)
(2022/C 432/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister-at-Law)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kolios AE Elliniki Viomichania Galaktos (Kilkis, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “HALLOUMAKI”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 405
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 19/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO jbatu rispettivament l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi interpreta b’mod żbaljat is-servizzi koperti mit-trademark ikkontestata; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqas milli jiddeċiedi li l-konsumaturi u l-pubbliku professjonali setgħu jagħmlu konnessjoni bejn is-servizzi speċifiċi u l-prodotti speċifiċi. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/33 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2022 – Veritas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-602/22)
(2022/C 432/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Veneziana Energia Risorse Idriche Territorio Ambiente Servizi SpA (Veritas) (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Pasqualin, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura,
|
|
— |
Fuq il-mertu,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-regoli proċedurali msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Natura kontradittorja.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq użu ħażin ta’ poter fir-rigward tan-nuqqas motivazzjoni / motivazzjoni insuffiċjenti u ta’ nuqqas ta’ miżuri istruttorji xierqa.
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/34 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2022 – Société du Tour de France vs EUIPO – FitX (TOUR DE X)
(Kawża T-604/22)
(2022/C 432/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Société du Tour de France (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. De Haan u S. Vandezande, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FitX Beteiligungs GmbH (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “TOUR DE X” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 701 039
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 1136/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/35 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Kozitsyn vs Il-Kunsill
(Kawża T-607/22)
(2022/C 432/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andrey Anatolyevich Kozitsyn (Verkhnyaya Pyshma, ir-Russja) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
prinċipalment, tannulla: d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1272 tal-21 ta’ Lulju 2022 (1) sa fejn tikkonċerna lil A. A. Kozitsyn; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1270 tal-21 ta’ Lulju 2022 (2) sa fejn jikkonċerna lil A. A. Kozitsyn; id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) Nru 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 (3); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 (4); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1272 tal-21 ta’ Lulju 2022 sa fejn tikkonċerna lil A. A. Kozitsyn; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1270 tal-21 ta’ Lulju 2022 sa fejn jikkonċerna lil A. A. Kozitsyn; l-inċiż (g) tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) Nru 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022; l-inċiż (g) tal-punt 1 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikolu 140b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-234/22, Ismailova vs Il-Kunsill.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1272 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 193, 21.7.2022).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1270 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2022, L 193, p. 133).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 50, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 51, p. 1).
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/36 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2022 – Primicerj vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-612/22)
(2022/C 432/44)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Paola Primicerj (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Iorio, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Awwissu 2022 (EMPL.C.1/BPM/kt (2022)5785472) li tiċħad it-talba ta’ aċċess (GestDem Nru 2022/4090) għall-ittra ta’ intimazzjoni supplimentari tal-15 ta’ Lulju 2022, mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea lir-Repubblika Taljana fil-proċedura ta’ ksur 2016/4081, li tirrigwarda l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola s-servizz ipprovdut mill-membri tal-ġudikatura onorarji (maġistrati onorari); |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-ittra ta’ intimazzjoni supplimentari tal-15 ta’ Lulju 2022 mibgħuta mill-Kummissjoni lir-Repubblika Taljana fil-proċedura ta’ ksur 2016/4081; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni, fil-każ li topponi, għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ammissibbiltà tar-rikors.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aċċess għall-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni previsti mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Funamentali tal-Unjoni Ewropea, u mill-Artikolu 1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 – sussitenza ta’ interess ġenerali għall-aċċess tal-ittra ta’ intimazzjoni supplimentari tal-15 ta’ Lulju 2022.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet Ewopej.
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/38 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Ċipru vs EUIPO – Cemet (Halime)
(Kawża T-615/22)
(2022/C 432/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister-at-Law, u C. Milbradt, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cemet Oy (Ħelsinki, il-Finlandja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Halime” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 241 593
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 121/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO (jekk din tagħżel li tintervjeni) għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) billi injora l-fatt li t-trade marks preċedenti kienu trade marks ta’ ċertifikazzjoni, mhux trade marks individwali; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-analiżi tiegħu tal-probabbiltà ta’ konfużjoni; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta analizza l-karattru distintiv tat-trade marks ta’ ċertifikazzjoni preċedenti. |
|
— |
Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi wettaq paragun żbaljat tal-prodotti u tas-servizzi rispettivi. |
(1) ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/39 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Synthomer vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-457/19) (1)
(2022/C 432/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/39 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Hikma Pharmaceuticals u Hikma Pharmaceuticals International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-712/19) (1)
(2022/C 432/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/39 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – The Weir Group et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-718/19) (1)
(2022/C 432/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.