|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 421/01 |
Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10561 — CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE) ( 1 ) |
|
|
2022/C 421/02 |
Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika — Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2021 skont il-proċedura ta’ notifika 2015/1535 ( 1 ) |
|
|
2022/C 421/03 |
Avviż tal-Kummissjoni — Sinerġiji bejn il-programmi tal-Orizzont Ewropa u tal-FEŻR |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 421/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2022/C 421/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 421/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/1 |
Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10561 — CINTRA / ABERTIS / ITINERE / BIP & DRIVE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 421/01)
Fi 7 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Fi 26 ta’ Ottubru 2022, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma rtiraw in-notifika tagħhom.
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/2 |
Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1)
Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2021 skont il-proċedura ta’ notifika 2015/1535
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 421/02)
I.-
Tabella li turi t-tipi differenti ta’ reazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozzi notifikati rispettivi tagħhom|
Stati Membri |
Numru ta’ Notifiki |
Kummenti (2) |
Opinjonijiet dettaljati (3) |
Proposti għal-leġiżlazzjoni tal-UE |
||||
|
|
|
SM |
COM |
SM |
COM |
6.3 (6) |
6.4 (7) |
|
|
L-Awstrija |
55 |
2 |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Belġju |
55 |
3 |
13 |
0 |
0 |
6 |
0 |
0 |
|
Il-Bulgarija |
21 |
3 |
9 |
0 |
0 |
4 |
0 |
0 |
|
Il-Kroazja |
9 |
0 |
4 |
0 |
0 |
3 |
0 |
0 |
|
Ċipru |
6 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
18 |
4 |
5 |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
|
Id-Danimarka |
48 |
1 |
2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Estonja |
11 |
4 |
0 |
0 |
1 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Finlandja |
25 |
0 |
4 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
|
Franza |
135 |
23 |
17 |
0 |
3 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Ġermanja |
86 |
2 |
17 |
0 |
0 |
4 |
0 |
0 |
|
Il-Greċja |
88 |
0 |
3 |
0 |
0 |
5 |
0 |
0 |
|
L-Ungerija |
33 |
1 |
12 |
0 |
12 |
3 |
0 |
0 |
|
L-Irlanda |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Italja |
30 |
2 |
4 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Il-Latvja |
4 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Litwanja |
18 |
4 |
3 |
0 |
0 |
3 |
0 |
0 |
|
Il-Lussemburgu |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Malta |
3 |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
In-Netherlands |
62 |
0 |
7 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Polonja |
41 |
0 |
6 |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Portugall |
17 |
4 |
7 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Ir-Rumanija |
24 |
2 |
2 |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
|
Is-Slovakkja |
10 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Is-Slovenja |
18 |
1 |
2 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
|
Spanja |
27 |
0 |
5 |
0 |
0 |
2 |
0 |
0 |
|
L-Iżvezja |
62 |
1 |
4 |
0 |
0 |
5 |
1 |
0 |
|
Total tal-UE |
916 |
58 |
136 |
0 |
22 |
42 |
1 |
0 |
II.-
Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mqassma skont is-settur|
Settur |
AT |
BE |
BG |
HR |
CY |
CZ |
DK |
EE |
FI |
FR |
MT |
EL |
HU |
IE |
IT |
LV |
LT |
LU |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SK |
SL |
ES |
SW |
Total |
|
Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika |
4 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
2 |
18 |
13 |
0 |
1 |
0 |
13 |
0 |
1 |
0 |
0 |
1 |
2 |
0 |
0 |
0 |
3 |
4 |
0 |
63 |
|
L-Agrikoltura |
13 |
13 |
7 |
6 |
1 |
7 |
3 |
2 |
0 |
12 |
7 |
7 |
17 |
2 |
1 |
1 |
9 |
0 |
0 |
9 |
9 |
2 |
7 |
0 |
3 |
6 |
8 |
152 |
|
Is-Sustanzi Kimiċi |
1 |
2 |
0 |
0 |
0 |
3 |
2 |
0 |
5 |
2 |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
3 |
25 |
|
Il-Kostruzzjoni |
24 |
14 |
1 |
3 |
3 |
2 |
8 |
1 |
6 |
8 |
26 |
74 |
2 |
2 |
7 |
1 |
2 |
0 |
1 |
26 |
3 |
1 |
4 |
5 |
4 |
4 |
3 |
235 |
|
It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv |
1 |
1 |
0 |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
6 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
3 |
0 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3 |
2 |
21 |
|
L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam |
0 |
2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
4 |
0 |
0 |
2 |
3 |
6 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
7 |
5 |
4 |
1 |
1 |
0 |
0 |
4 |
40 |
|
L-Ambjent |
6 |
3 |
2 |
0 |
0 |
3 |
1 |
1 |
0 |
10 |
2 |
0 |
0 |
0 |
4 |
1 |
0 |
0 |
1 |
6 |
2 |
3 |
0 |
2 |
2 |
2 |
6 |
57 |
|
Il-Beni u l-Prodotti Mixxellanji |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
1 |
15 |
0 |
2 |
12 |
4 |
0 |
2 |
0 |
1 |
0 |
2 |
0 |
0 |
8 |
4 |
1 |
0 |
1 |
0 |
2 |
8 |
64 |
|
It-Tagħmir tas-Saħħa, Mediku |
0 |
4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
8 |
0 |
0 |
58 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3 |
3 |
1 |
0 |
0 |
1 |
1 |
80 |
|
Il-Mekkanika |
3 |
4 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3 |
0 |
1 |
4 |
1 |
0 |
1 |
2 |
1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3 |
3 |
2 |
0 |
4 |
0 |
1 |
33 |
|
Il-Prodotti Farmaċewtiċi u Kożmetiċi |
1 |
2 |
3 |
0 |
0 |
2 |
1 |
0 |
2 |
10 |
4 |
0 |
8 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
4 |
0 |
3 |
0 |
0 |
0 |
5 |
45 |
|
It-Telekomunikazzjoni |
0 |
3 |
8 |
0 |
0 |
0 |
0 |
3 |
2 |
2 |
5 |
0 |
1 |
0 |
0 |
0 |
1 |
0 |
1 |
1 |
1 |
0 |
5 |
0 |
0 |
1 |
1 |
35 |
|
It-Trasport |
2 |
5 |
0 |
0 |
0 |
0 |
6 |
1 |
5 |
0 |
6 |
0 |
2 |
0 |
1 |
0 |
0 |
4 |
0 |
3 |
5 |
0 |
1 |
1 |
1 |
3 |
20 |
66 |
|
It-Total għal kull Stat Membru |
55 |
55 |
21 |
9 |
6 |
18 |
48 |
11 |
25 |
135 |
86 |
88 |
33 |
5 |
30 |
4 |
18 |
5 |
3 |
62 |
41 |
17 |
24 |
10 |
18 |
27 |
62 |
916 |
III.-
Tabella mqassma skont in-numru ta’ kummenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea għan-nom tal-Unjoni Ewropea dwar abbozzi notifikati mill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja (8) u l-Iżvizzera (9)|
Pajjiż |
Notifiki |
Kummenti tal-UE (10) |
|
L-Iżlanda |
6 |
0 |
|
Il-Liechtenstein |
0 |
0 |
|
In-Norveġja |
16 |
1 |
|
L-Iżvizzera |
4 |
0 |
|
Total |
26 |
1 |
IV.-
Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera mqassma skont is-settur|
Settur |
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
L-Iżvizzera |
Total |
|
L-Agrikoltura |
0 |
0 |
1 |
0 |
1 |
|
Is-Sustanzi Kimiċi |
0 |
0 |
2 |
1 |
3 |
|
Il-Mekkanika |
0 |
0 |
3 |
0 |
3 |
|
It-Tagħmir tas-Saħħa, Mediku |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
It-Telekomunikazzjoni |
0 |
0 |
0 |
3 |
3 |
|
It-Trasport |
1 |
0 |
5 |
0 |
6 |
|
Il-Kostruzzjoni |
1 |
0 |
2 |
0 |
3 |
|
It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv |
0 |
0 |
1 |
0 |
1 |
|
Il-Prodotti Farmaċewtiċi u Kożmetiċi |
1 |
0 |
0 |
0 |
1 |
|
Il-Beni u l-Prodotti Mixxellanji |
3 |
0 |
0 |
0 |
3 |
|
Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika |
0 |
0 |
2 |
0 |
2 |
|
L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Total għal kull pajjiż |
6 |
0 |
16 |
4 |
26 |
V.-
Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija u l-kummenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea għan-nom tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dawn l-abbozzi|
It-Turkija |
Notifiki |
Kummenti tal-UE |
|
Total |
13 |
0 |
VI.-
Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija mqassma skont is-settur|
Settur |
It-Turkija |
|
Il-Kostruzzjoni |
0 |
|
Il-Beni u l-Prodotti Mixxellanji |
1 |
|
Il-Mekkanika |
1 |
|
It-Telekomunikazzjoni |
12 |
|
Total |
14 |
VII.-
Tabella li turi l-abbozzi nnotifikati mir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) u l-kummenti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea għan-nom tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dawn l-abbozzi|
IR-RENJU UNIT (L-IRLANDA TA’ FUQ) |
Notifiki |
Kummenti tal-UE |
|
Total |
14 |
0 |
VIII.-
Tabella mqassma skont is-settur tal-abbozzi nnotifikati mir-RENJU UNIT (L-IRLANDA TA’ FUQ)|
Settur |
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
|
Il-Kostruzzjoni |
8 |
|
Il-Beni u l-Prodotti Mixxellanji |
0 |
|
L-Agrikoltura |
2 |
|
L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam |
1 |
|
It-Telekomunikazzjoni |
2 |
|
It-Trasport |
1 |
|
Total |
14 |
IX.-
Statistika dwar il-proċeduri ta’ ksur fis-seħħ fl-2021 u mnedija abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/1535|
Pajjiż |
Numru ta’ proċeduri ta’ ksur għaddejjin u mnedija fl-2021 |
|
Total tal-UE |
1 |
(1) ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1. Minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”.
(2) Artikolu 5.2 tad-Direttiva.
(3) Artikolu 6.2 tad-Direttiva.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2019 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) tinkorpora fil-Ftehim taż-ŻEE d-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika. Il-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għal dan il-Ftehim jistgħu, għalhekk, joħorġu kummenti dwar abbozzi nnotifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Iżvizzera tista’ tippreżenta wkoll dawn il-kummenti abbażi ta’ ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.
(5) Il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva ġiet estiża għat-Turkija skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż ma’ dak il-pajjiż (il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU P 217, 1964, p. 3687) u d-Deċiżjonijiet 1/95 u 2/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija).
(6) L-Artikolu 6.3 tad-Direttiva li jirrikjedi lill-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat (bl-eċċezzjoni tal-abbozz ta’ regolamenti tekniċi fir-rigward tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika) għal tnax-il xahar minn meta tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar dan is-suġġett.
(7) L-Artikolu 6.4 tad-Direttiva li jirrikjedi lill-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat għal tnax-il xahar minn meta tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar il-konstatazzjoni tagħha li l-abbozz jikkonċerna kwistjoni li hija koperta minn proposta għal direttiva, regolament jew deċiżjoni ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(8) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna) jistabbilixxi l-obbligu tal-pajjiżi tal-EFTA li huma parti minn dan il-Ftehim sabiex jinnotifikaw l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni.
(9) Abbażi tal-ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi (ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna), l-Iżvizzera tissottometti wkoll l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi tagħha lill-Kummissjoni.
(10) L-uniku tip ta’ reazzjoni prevista taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-noti 4 u 8 f’qiegħ il-paġna) hija l-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea toħroġ il-kummenti. Reazzjoni tal-istess tip tista’ tiġi ppreżentata fir-rigward tan-notifiki mill-Iżvizzera abbażi tal-ftehim informali bejn l-UE u dan il-pajjiż (ara n-noti 4 u 9 f’qiegħ il-paġna).
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/7 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Sinerġiji bejn il-programmi tal-Orizzont Ewropa u tal-FEŻR
(2022/C 421/03)
Werrej
| INTRODUZZJONI | 8 |
| TIPI TA’ SINERĠIJI | 9 |
|
1. |
Siġill ta’ Eċċellenza | 9 |
|
2. |
Trasferimenti mill-FEŻR għal Orizzont Ewropa | 14 |
|
3. |
Finanzjament kumulattiv | 18 |
|
4. |
Sħubijiet Ewropej | 23 |
|
5. |
Finanzjament kombinat (Ħolqien ta’ timijiet) | 32 |
|
6. |
Sinerġiji upstream u downstream | 33 |
| ANNESS 1 | 36 |
| ANNESS 2 | 39 |
| ANNESS 3 | 41 |
INTRODUZZJONI
Il-qafas regolatorju għall-2021-2027 li jirregola l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża u l-fondi permezz ta’ fondi b’ġestjoni diretta jippermetti sinerġiji msaħħa bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ finanzjament tal-UE (1).
Il-mekkaniżmi rilevanti jinkludu Siġilli ta’ Eċċellenza, trasferimenti, finanzjament kumulattiv (li jista’ jintuża wkoll sabiex jappoġġa s-Sħubijiet Kofinanzjati u Istituzzjonalizzati Ewropej ta’ Orizzont Ewropa (HE)), u appoġġ għall-ħolqien ta’ timijiet. Dan id-dokument ta’ gwida jkopri dawn il-mekkaniżmi u s-“sinerġiji upstream/downstream”.
L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jiddeskrivi l-opportunitajiet il-ġodda disponibbli għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni (MAs) tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-HE u l-promoturi/proponenti ta’ proġetti. Id-dokument huwa maħsub ukoll sabiex jagħmilha aktar faċli li jintużaw il-mekkaniżmi rilevanti msemmijin fil-paragrafu preċedenti. Jiffoka fuq sinerġiji bejn l-programmi tal-HE u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (2).
Id-dimensjoni operazzjonali tas-sinerġiji, fejn sar ħafna progress fil-leġiżlazzjoni għall-2021-2027, hija daqstant importanti u tikkomplementa d-dimensjoni strateġika. Skambju regolari ta’ fehmiet dwar is-sinerġiji bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u l-implimentazzjoni tal-HE jgħinu sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-possibbiltajiet offruti mis-sinerġiji fl-Istati Membri.
Kuntest strateġiku fil-livell tal-UE
Hija prijorità għall-politika tal-UE li tippromwovi trasformazzjoni ekonomika innovattiva, intelliġenti u sostenibbli u li trawwem l-eċċellenza fir-riċerka u fl-innovazzjoni (R&I), filwaqt li ttaffi u tegħleb ukoll id-distakk persistenti fl-innovazzjoni (id-distakk bejn il-kapaċità ta’ innovazzjoni tas-setturi privati u pubbliċi tal-Istati Membri). L-HE u l-FEŻR huma strumenti importanti tal-UE għall-kisba ta’ riżultati f’dawn l-objettivi interkonnessi.
L-HE jiffoka fuq l-appoġġ tar-R&I eċċellenti, f’konformità mal-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp armonjuż ġenerali tal-Istati Membri u tar-reġjuni tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 174 tat-TFUE, b’mod partikolari billi tnaqqas id-disparitajiet reġjonali. L-illustrazzjoni ta’ hawn taħt turi l-elementi strutturali ewlenin tal-appoġġ mill-HE u mill-politika ta’ koeżjoni għar-R&I.
Għalhekk, it-tqarrib tal-politika ta’ koeżjoni u tal-HE kien prijorità importanti għall-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari meta kienet qed tħejji għall-2021-2027. L-għan huwa li jissaħħaħ l-impatt taż-żewġ politiki billi jinħolqu komplementarjetajiet, speċjalment f’reġjuni anqas żviluppati u periferali. Il-promozzjoni ta’ approċċ integrat u t-tisħiħ tas-sinerġiji bejn dawn l-istrumenti ewlenin tal-UE (u l-pilastri u l-objettivi ta’ politika rispettivi tagħhom) jistgħu joffru sitwazzjonijiet ġodda li fihom kulħadd jibbenefika. Wieħed jista’, pereżempju, irawwem żvilupp ekonomiku reġjonali sostenibbli u intelliġenti, filwaqt li fl-istess ħin itejjeb l-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE b’mod ġenerali u jgħinha ttejjeb ir-rispons għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà u tiżviluppa ktajjen tal-valur strateġiċi ewlenin.
Dan l-approċċ joħloq opportunitajiet ġodda sabiex jgħin fit-trawwim tal-innovazzjoni fir-reġjuni kollha u sabiex ir-reġjuni anqas żviluppati u periferali jiġu integrati aħjar fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u fl-Ekosistema Ewropea tal-Innovazzjoni (EIE).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ŻER ġdida għar-R&I (3) kienet pass importanti fil-ħolqien taż-ŻER. L-għan taż-ŻER huwa li tibni l-eċċellenza, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-riċerkaturi, il-massa kritika f’oqsma strateġiċi ewlenin, u l-opportunitajiet għar-riċerkaturi sabiex jirrilokaw u fl-aħħar mill-aħħar joħolqu suq uniku miftuħ għar-R&I. Il-pjan il-ġdid li jħares ’il quddiem stabbilit fil-Komunikazzjoni għandu sett ambizzjuż ta’ erba’ objettivi ta’ politika – il-prijoritizzazzjoni tal-investiment u tar-riforma; it-titjib tal-aċċess għall-eċċellenza u t-tisħiħ tas-sistemi tar-R&I madwar l-UE kollha; it-titjib tat-trasferiment ta’ R&I ġodda għan-negozji; u l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-politiki nazzjonali.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat proposta fis-16 ta’ Lulju 2021 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa (4). Ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi għadd ta’ oqsma ta’ prijorità għal azzjoni konġunta b’appoġġ taż-ŻER. Din tinkludi l-ħidma flimkien għall-indirizzar tal-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika (pereżempju, fl-implimentazzjoni ta’ missjonijiet u ta’ Sħubijiet Ewropej permezz tal-HE).
Is-sinerġiji huma bbażati fuq il-fatt li l-MAs tal-programmi rilevanti għar-R&I jkunu jafu lil xulxin u l-programmi tagħhom. Huma bbażati wkoll fuq il-fatt li r-rappreżentanti nazzjonali tar-R&I jkunu jafu l-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-HE (bħal missjonijiet u sħubijiet ġodda) u l-prijoritajiet reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Dawn il-prijoritajiet u l-azzjonijiet huma punt ta’ referenza eċċellenti għall-iżvilupp tal-komplementarjetajiet. Is-sinerġiji bejn il-qafas tar-R&I u l-programmi ta’ koeżjoni jistgħu jimmassimizzaw l-ammont, il-kwalità u l-impatt tal-investiment fir-R&I, billi jitfasslu pjanijiet strateġiċi li jikkomplementaw lil xulxin u jintużaw flussi ta’ finanzjament differenti (f’konformità mal-objettivi speċifiċi ta’ kull programm/fond).
L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3) huma kruċjali għal sinerġiji ma’ strumenti intelliġenti relatati mat-tkabbir fil-livell tal-UE (speċjalment mal-HE). L-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-S3 minn isfel għal fuq għandu jagħmilha aktar faċli sabiex jinstabu sħab fi Stati Membri oħrajn bil-ħsieb li jkun hemm kooperazzjoni f’suġġetti u fi ktajjen tal-valur relatati.
Fir-rigward tal-FEŻR, l-Artikolu 11(1)(b)(iii) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) (5) jirrikjedi li l-Istati Membri jispeċifikaw fil-ftehimiet ta’ sħubija strateġika tagħhom: “komplementarjetajiet u sinerġiji bejn il-fondi koperti mill-Ftehim ta’ Sħubija […] u strumenti oħra tal-Unjoni […] u, meta jkun xieraq, proġetti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa”. Bl-istess mod, għal kull programm tal-politika ta’ koeżjoni, l-Artikolu 22(3)(a)(iii) tar-RDK jeħtieġ sommarju tal-isfidi ewlenin, filwaqt li jitqiesu “[l-]ħtiġijiet ta’ investiment u l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ forom oħra ta’ appoġġ”.
Fil-każijiet kollha, huwa f’idejn l-MAs li jiddeċiedu jekk jużawx mekkaniżmi ta’ sinerġija jew le.
TIPI TA’ SINERĠIJI
1. Siġill ta’ Eċċellenza
Is-Siġill ta’ Eċċellenza huwa tikketta ta’ kwalità mogħtija mill-Kummissjoni għal proposta li tkun ġiet sottomessa għal sejħa kompetittiva għal proposti taħt strument tal-UE u ġġudikata li tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dak l-istrument tal-UE, iżda li ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba restrizzjonijiet baġitarji. Is-Siġill ta’ Eċċellenza jindika li proġett jista’ jkun kandidat tajjeb sabiex jirċievi appoġġ minn sorsi oħrajn ta’ finanzjament tal-UE jew nazzjonali.
Siġill ta’ Eċċellenza taħt l-HE jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jgħin lil korpi oħrajn ta’ finanzjament jieħdu vantaġġ mill-proċess ta’ evalwazzjoni tal-HE. Jista’, pereżempju, jingħata lil proposti sottomessi permezz tal-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) tal-HE (eks Strument għall-SMEs), it-Tranżizzjoni tal-EIC, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), il-Ħolqien ta’ timijiet u Prova tal-Kunċett tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC).
L-MAs għall-politika ta’ koeżjoni fl-Istati Membri jistgħu jsegwu proċedura ta’ għażla simplifikata meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament b’Siġill ta’ Eċċellenza (6) mill-programmi tal-FEŻR. Dawn l-operazzjonijiet iridu jissodisfaw tliet kriterji:
|
— |
L-ewwel nett, iridu jkunu konsistenti mal-programm (u mal-istrateġiji rilevanti li fuqhom huwa bbażat il-programm) u jipprovdu kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm. |
|
— |
It-tieni, meta jaqgħu fl-ambitu ta’ kundizzjoni abilitanti, iridu jkunu konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti ta’ ppjanar korrispondenti għall-issodisfar ta’ dik il-kundizzjoni abilitanti. |
|
— |
It-tielet, iridu jaqgħu fl-ambitu tal-fond rilevanti u jkunu attribwiti għal tip ta’ intervent (7).
|
Kunsiderazzjonijiet ta’ politika
Is-Siġill ta’ Eċċellenza huwa tikketta ta’ kwalità mogħtija għall-proposti ta’ proġetti ppreżentati lill-HE (il-programm ta’ finanzjament tar-R&I tal-UE sal-2027) u lill-programm predeċessur tiegħu, Orizzont 2020. Is-Siġill ta’ Eċċellenza jiċċertifika li dawn il-proposti huma eċċellenti u jgħolli l-profil tagħhom f’għajnejn il-korpi ta’ finanzjament possibbli (privati jew pubbliċi; nazzjonali jew reġjonali; inklużi l-MAs tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni) interessati li jinvestu fi proġetti promettenti tar-R&I. B’hekk, is-Siġill ta’ Eċċellenza jgħin lil dawn il-proposti jsibu finanzjament alternattiv.
Il-korpi ta’ finanzjament jistgħu wkoll jieħdu vantaġġ mill-proċess ta’ evalwazzjoni tal-HE ferm stabbilit u ta’ kwalità għolja sabiex jippromwovu l-iżvilupp territorjali. Dan jippermetti lill-Istati Membri u lir-reġjuni jidentifikaw u jibbenefikaw minn sensiela ta’ proposti eċċellenti għal proġetti ta’ R&I fit-territorju tagħhom li jtejbu l-prestazzjoni u l-kapaċità tagħhom fir-R&I.
L-applikanti għal proġetti li jirċievu evalwazzjoni pożittiva f’sejħa tal-HE u Siġill ta’ Eċċellenza jistgħu japplikaw għal finanzjament possibbli mill-FEŻR jekk il-proġett ikun allinjat mal-prijoritajiet tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru jew tar-reġjun tal-promoturi tal-proġetti.
Iċ-ċertifikat tas-Siġill ta’ Eċċellenza fih l-informazzjoni bażika kollha dwar il-proposta li hija meħtieġa minn korp ta’ finanzjament li jkun irid jidentifika l-proposta u jifhem il-karatteristiċi ewlenin u l-valur tagħha (it-titolu tal-proposta, ir-referenza għas-sejħa/għas-suġġett, u l-isem u l-indirizz tal-entità legali tal-proponent). Huwa ssiġillat b’mod diġitali kontra l-frodi, kif huma wkoll il-proposta għal proġett u r-rapport fil-qosor ta’ evalwazzjoni (dan huwa indikat fid-dokumenti). Fl-aħħar nett, il-firem tal-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi u l-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ juru l-impenn politiku tagħhom li jimmobilizzaw finanzjament alternattiv għal dawn il-proġetti.
Is-Siġill ta’ Eċċellenza huwa partikolarment adattat għall-komponenti tal-HE b’benefiċjarju wieħed (bħall-Aċċelleratur tal-EIC u Tranżizzjoni tal-EIC, l-MSCA, il-Prova tal-Kunċett tal-ERC, il-Ħolqien ta’ timijiet). Filwaqt li fil-futur jistgħu jitqiesu wkoll Siġilli ta’ Eċċellenza b’diversi benefiċjarji, l-intenzjoni attwali hija li s-Siġill ta’ Eċċellenza jingħata biss lill-komponenti monobenefiċjarji matul l-ewwel fażi tal-HE. Din il-kundizzjoni jeħtieġ li tiġi speċifikata fis-sejħa rilevanti. Il-komponenti li jagħtu s-Siġill ta’ Eċċellenza jiġu indikati fil-programm ta’ ħidma rilevanti.
Il-Kummissjoni tista’ tagħti wkoll Siġilli ta’ Eċċellenza lil proposti ta’ proġetti minn barra l-UE (b’mod partikolari minn pajjiżi assoċjati mal-HE) li jistgħu jużaw sorsi oħrajn ta’ finanzjament li mhumiex marbutin mal-politika ta’ koeżjoni.
L-appoġġ għall-finanzjament tal-proġetti b’Siġill ta’ Eċċellenza minn programm tal-FEŻR huwa volontarju, skont id-deċiżjoni tal-MA u f’konformità mal-programm. Għalhekk, iċ-ċertifikat ma jagħtix dritt awtomatiku li jinkiseb finanzjament alternattiv. Hija possibbiltà li l-Istat Membru jew ir-reġjun jista’ jiddeċiedi li jesplora, iżda d-deċiżjoni finali hija tal-MA rilevanti.
Saru s-simplifikazzjonijiet li ġejjin sabiex jiġi evitat xogħol doppju mingħajr bżonn mill-benefiċjarji u mill-MAs meta jissottomettu, jevalwaw u jagħżlu l-operazzjonijiet għall-appoġġ mill-FEŻR.
|
— |
L-Istati Membri, ir-reġjuni u l-benefiċjarji jistgħu japplikaw il-kategoriji tal-HE, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli li jibbenefikaw minn simplifikazzjonijiet tar-regoli applikabbli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat (il-GBER). |
|
— |
L-evalwazzjoni teknika/tal-kontenut tal-HE titqies valida. Dan ifisser li l-MA ta’ programm tal-FEŻR ma għandhiex għalfejn tagħmel oħra. Madankollu, qabel ma jiġi ffirmat id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ mal-benefiċjarji, l-MAs iridu jivverifikaw li dawk il-proġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tar-RDK u tal-FEŻR li ma humiex koperti mill-evalwazzjoni tal-HE. Dan għaliex dawn il-proġetti jeħtieġ li jintgħażlu formalment f’konformità mar-RDK – jiġifieri eliġibbiltà speċjali (SMEs f’diffikultà), kontribut għal objettivi alternattivi tal-programm ta’ finanzjament, kundizzjonijiet abilitanti applikabbli, u l-ambitu tal-fond (ara l-punti (a), (b) u (g) tal-Artikolu 73(2) tar-RDK). |
|
Preparazzjoni / programmazzjoni |
|
||||||||||||
|
Għoti ta’ Siġilli ta’ Eċċellenza mill-Kummissjoni |
|
||||||||||||
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
|
||||||||||||
|
Implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
|
Xi ngħidu dwar ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat?
Il-finanzjament mill-programmi tal-FEŻR jista’ jaqa’ taħt ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jekk il-benefiċjarji jkunu impriżi. F’każijiet bħal dawn, il-finanzjament irid ikun kompatibbli mas-suq intern, fuq il-bażi tar-regoli applikabbli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal proġetti li rċevew is-Siġill ta’ Eċċellenza, l-Artikoli 25a u 25b tal-GBER (8) huma possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà mas-suq intern. Barra minn hekk, il-GBER jistabbilixxi għadd ta’ kundizzjonijiet ġenerali li jridu jissodisfaw il-miżuri kollha ta’ għajnuna implimentati skont il-GBER, irrispettivament mill-objettiv tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 25a u 25b tal-GBER jippermettu finanzjament mill-FEŻR għal proġetti li rċevew Siġill ta’ Eċċellenza – bl-istess rata ta’ finanzjament u bl-istess kostijiet eliġibbli tal-HE – mingħajr notifika formali minn qabel lill-Kummissjoni u mingħajr il-ħtieġa li ssir evalwazzjoni teknika oħra. L-awtorità li tagħti l-għajnuna hija obbligata tikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi applikabbli tal-GBER meta tagħti l-finanzjament. Minbarra l-applikazzjoni oriġinali tal-HE, id-detentur ta’ Siġill ta’ Eċċellenza jrid jissodisfa l-kriterji tal-għażla applikabbli għall-proġetti b’Siġill ta’ Eċċellenza stabbiliti mill-MA u jrid jiżgura wkoll li jikkonforma mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Bħala MA/korp ta’ finanzjament ieħor, kif nistgħu nibqgħu informati dwar l-iżviluppi u l-aħjar prattiki fl-appoġġ għal proposti għal Siġill ta’ Eċċellenza?
Il-komunità tal-prattika dedikata għas-Siġill ta’ Eċċellenza se tkompli tippermetti lill-MAs interessati tal-FEŻR u lil korpi ta’ finanzjament oħrajn jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kif jappoġġaw il-proposti għal Siġill ta’ Eċċellenza, jibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi, u jaċċessaw l-informazzjoni u d-data rilevanti kollha dwar il-proposti għal Siġill ta’ Eċċellenza fir-reġjuni tagħhom (numru, finanzjament mitlub, eċċ.). Dan għandu jagħmilha aktar faċli li jiġu ppjanati skemi ta’ finanzjament alternattivi.
Bħala MA/korp ta’ finanzjament ieħor, kif nistgħu nibqgħu informati dwar il-proposti fil-pajjiż/fir-reġjun tagħna li rċevew is-Siġill ta’ Eċċellenza?
Id-detenturi ta’ Siġill ta’ Eċċellenza huma mitluba jagħtu l-kunsens tagħhom għal sett limitat ta’ informazzjoni (jiġifieri dettalji ta’ kuntatt bħall-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-kumpanija u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta’ kuntatt, astratt tal-proposta, l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mitlub, u l-kliem ewlieni li jintuża) li għandha tiġi kondiviża mal-MAs għall-politika ta’ koeżjoni u ma’ entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn li jkunu potenzjalment interessati li jiffinanzjaw jew jappoġġaw il-kumpanija tagħhom. L-MAs se jkunu jistgħu jaċċessaw din l-informazzjoni u jikkuntattjaw lid-detentur ta’ Siġill ta’ Eċċellenza. Fuq is-sit web dedikat għas-Siġill ta’ Eċċellenza, hija pprovduta aktar informazzjoni dwar kif jintuża s-Siġill ta’ Eċċellenza u kif għandhom jinstabu d-dettalji ta’ kuntatt tal-MAs għal kull pajjiż.
B’liema kundizzjonijiet l-MAs jistgħu jiffinanzjaw proġetti li kienu japplikaw għall-HE iżda li ma ntgħażlux għall-finanzjament tal-HE u ma rċevewx Siġill ta’ Eċċellenza?
Sabiex il-politika ta’ koeżjoni tappoġġa proġett li ma jkollux Siġill ta’ Eċċellenza, il-proġett irid jgħaddi mill-valutazzjoni sħiħa standard meħtieġa skont programm tal-politika ta’ koeżjoni (il-valutazzjoni simplifikata tapplika biss għal proġetti b’Siġill ta’ Eċċellenza u għal operazzjonijiet magħżulin taħt programm kofinanzjat mill-HE).
Proġett b’Siġill ta’ Eċċellenza mill-Aċċelleratur tal-EIC tal-HE (il-programm ta’ ħidma tal-EIC 2022, p 74, inklużi n-noti 63 u 64 f’qiegħ il-paġna):
SME tapplika bi tweġiba għal sejħa tal-HE u tgħaddi l-passi ta’ evalwazzjoni ta’ qabel il-ġurija (“GO”) stabbiliti fil-programm ta’ ħidma annwali tal-EIC. Minkejja l-kwalità għolja tagħha, il-ġurija tal-EIC ssib li l-proposta għal proġett ma tistax tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta’ fondi disponibbli suffiċjenti. L-SME normalment tirċievi Siġill ta’ Eċċellenza (ħlief f’każijiet speċifiċi stabbiliti fil-programm ta’ ħidma tal-EIC – pereżempju, meta l-SME ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-proposta tagħha).
Imbagħad, SME li jkollha Siġill ta’ Eċċellenza tkun tista’ tavviċina korpi ta’ finanzjament oħrajn – pereżempju, l-MAs tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-applikant, il-Kummissjoni tista’ wkoll taqsam informazzjoni bażika, b’mod partikolari d-dettalji ta’ kuntatt, dwar l-applikazzjoni li tirnexxi. Fir-rigward tar-riżultati tal-evalwazzjoni u ta’ data sensittiva oħra, il-komunikazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet ta’ finanzjament interessati hija soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ kunfidenzjalità. Barra minn hekk, u bil-kunsens tal-applikant, il-Kummissjoni tista’ taqsam informazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jappoġġaw lill-SMEs – pereżempju, in-Network Enterprise Europe (EEN). L-EEN jista’ jipprovdi servizzi ta’ appoġġ individwali lill-SMEs li għandhom Siġill ta’ Eċċellenza sabiex jgħinhom jidentifikaw sorsi ta’ finanzjament alternattivi rilevanti (inklużi programmi ffinanzjati mill-FEŻR), u sabiex jgħinhom fi kwalunkwe proċess ta’ applikazzjoni (inkluż aġġustament possibbli tal-proposta għal proġett), fil-bini tal-kapaċitajiet għall-proċessi ta’ applikazzjoni u għall-ħiliet ta’ preżentazzjoni, u jagħtihom links ma’ servizzi ta’ appoġġ rilevanti oħrajn bħal dawk ta’ tlaqqigħ u ta’ identifikazzjoni ta’ sħab kummerċjali xierqa. Is-servizzi tal-EEN, imfasslin apposta għall-ħtiġijiet ta’ kull detentur individwali ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, jieħdu l-forma ta’ pakketti ta’ servizzi ta’ bejn tlett ijiem u ħamest ijiem ipprovduti mingħajr ħlas lill-SME inkwistjoni.
Sabiex jappoġġaw il-proġetti b’Siġill ta’ Eċċellenza, l-MAs jistgħu jiddeċiedu li l-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli jsegwu r-regoli tal-HE diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat stabbiliti skont l-Artikolu 25a u l-Kapitolu 1 tal-GBER. Jekk iva, ikunu jistgħu japplikaw ir-regoli għall-Aċċelleratur stabbiliti fil-Programm Qafas Orizzont (“il-komponent tal-għotja jew tal-avvanz rimborsabbli tal-appoġġ tal-Aċċelleratur ma għandux jeċċedi s-70 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni magħżula ta’ innovazzjoni” – l-Artikolu 48(9) tar-Regolament dwar il-Programm Qafas Orizzont) (9). Barra minn hekk, kif spjegat fil-Programm Speċifiku Orizzont (il-punt 1.1.2), “[i]l-kombinazzjoni u l-volum tal-finanzjament” taħt l-Aċċelleratur “se jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-kumpanija, id-daqs tagħha u l-istadju, in-natura tat-teknoloġija jew tal-innovazzjoni u t-tul taċ-ċiklu tal-innovazzjoni” (10).
Jekk previst fil-programm ta’ ħidma, id-detenturi ta’ Siġill ta’ Eċċellenza tal-EIC tal-HE jistgħu jibbenefikaw minn avvenimenti ta’ tlaqqigħ organizzati mis-servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozju tal-EIC sabiex jgħaqqdu l-komunità tal-innovaturi tal-EIC – inklużi dawk li għandhom Siġill ta’ Eċċellenza – u investituri, sħab u xerrejja pubbliċi. Is-servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozju tal-EIC jipprovdu wkoll firxa ta’ servizzi ta’ kkowċjar u ta’ mentoraġġ, u jipprovdu lill-innovaturi b’aċċess għal networks internazzjonali ta’ sħab potenzjali, inklużi sħab industrijali potenzjali, sabiex jikkomplementaw katina tal-valur, jiżviluppaw opportunitajiet tas-suq u/jew isibu investituri jew sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew korporattiv (11).
Il-proposti dwar Siġill ta’ Eċċellenza tal-Aċċelleratur tal-EIC jiġu promossi mhux biss fost l-MAs tal-FEŻR, iżda wkoll fost sorsi ta’ finanzjament privat (eż. permezz ta’ avvenimenti speċifiċi ta’ pitching elettroniku u ta’ tlaqqigħ organizzati minn networks u minn komunitajiet dedikati għas-Siġill ta’ Eċċellenza, u billi jiġi mmarkat is-Siġill ta’ Eċċellenza fil-portal InvestEU).
2. Trasferimenti mill-FEŻR għal Orizzont Ewropa
Skont l-Artikolu 26(1) tar-RDK, l-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment ta’ massimu ta’ 5 % tar-riżorsi tagħhom permezz ta’ ġestjoni kondiviża għal kwalunkwe fond jew strument ieħor tal-UE permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta. Il-limitu ta’ 5 % japplika għall-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ fond partikolari u mhux għal programm jew (kategorija ta’) reġjun speċifiku. Ir-riżorsi ttrasferiti jistgħu jintużaw biss għal impenji baġitarji futuri (jiġifieri għas-snin ta’ wara). Ir-riżorsi jridu jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat (12).
Dawn l-ammonti ttrasferiti ma jgħoddux għall-konċentrazzjoni tematika għall-FEŻR.
L-HE jippermetti lill-partijiet kollha tiegħu jirċievu trasferimenti ta’ riżorsi minn programmi ta’ ġestjoni kondiviża.
|
Leġiżlazzjoni rilevanti |
RDK |
L-Artikolu 26 tar-RDK Trasferiment ta’ riżorsi u l-premessa (19) |
|
Orizzont Ewropa |
L-Artikolu 15(5), (6) |
|
|
Leġiżlazzjoni relatata |
RDK |
L-Artikolu 24 (Emendar ta’ programmi) |
Kunsiderazzjonijiet ta’ politika
L-MAs jistgħu jużaw trasferimenti sabiex jippermettu li l-proposti eċċellenti tal-HE mill-Istat Membru/mir-reġjun tagħhom jipparteċipaw fl-HE meta r-restrizzjonijiet baġitarji kieku ma jħalluhomx jintgħażlu għall-appoġġ mill-HE.
It-trasferimenti jistgħu jżidu l-valur meta jkunu diretti lejn żoni tar-R&I li jkunu ġew identifikati bħala prijoritajiet fl-S3 nazzjonali u/jew reġjonali u li tipikament ikunu sottoskritti wisq fis-sejħiet tal-HE. Madankollu, ma huwiex rekwiżit legali li l-investimenti koperti mill-fondi ttrasferiti jkunu jaqblu mal-prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.
It-trasferimenti jipprovdu opportunitajiet għal, fost l-oħrajn:
|
— |
it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni fl-HE minn benefiċjarji minn reġjuni/Stati Membri li tradizzjonalment kellhom rata baxxa ta’ parteċipazzjoni u ta’ suċċess fl-HE; |
|
— |
l-għoti ta’ spinta lil proġetti f’oqsma identifikati bħala prijoritajiet permezz ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti; |
|
— |
il-preżervazzjoni tal-kapaċità amministrattiva fil-livell nazzjonali/reġjonali fl-għażla u fis-segwitu tal-proġetti tar-R&I, minħabba li dawn ma jsirux mill-MA skont ir-regoli tar-RDK, iżda mill-aġenzija rispettiva skont ir-regoli tal-HE (speċjalment meta ma jkunx hemm biżżejjed proġetti eċċellenti sabiex jiġġustifikaw sejħa sħiħa fil-livell nazzjonali/reġjonali skont il-programm tar-RDK; meta jkun hemm għadd kbir ta’ dawn il-proposti eċċellenti taħt l-HE; jew meta l-MA tal-programm tar-RDK tkun trid tiddiversifika t-tip ta’ appoġġ tagħha). |
It-trasferimenti huma partikolarment adattati għall-komponenti b’benefiċjarju wieħed. L-ewwel fażi tal-HE tippermetti t-trasferiment biss għal dawn il-komponenti.
Ir-riżorsi ttrasferiti jridu jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Stat Membru jista’ jillimita l-ambitu territorjali tat-trasferiment għal reġjun speċifiku (jiġifieri r-reġjun kopert minn programm tal-politika ta’ koeżjoni li minnu jiġu ttrasferiti r-riżorsi).
It-trasferimenti jistgħu jippermettu lill-Istati Membri jew lir-reġjuni b’rati baxxi ta’ parteċipazzjoni fl-HE jibnu l-kapaċitajiet tagħhom tar-R&I billi jżidu l-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tagħhom stess fl-HE. Dan għaliex trasferiment jista’ jibbenefika biss lill-benefiċjarji minn dak l-Istat Membru/ir-reġjun partikolari.
Trasferiment għall-HE jista’ jipprovdi wkoll opportunitajiet ta’ apprendiment għall-promoturi ta’ proġetti bħall-SMEs jew l-universitajiet, minħabba li jkunu jistgħu jidħlu fil-proċess tal-HE bis-saħħa tar-riżorsi żejda magħmula disponibbli għall-HE bit-trasferiment mill-Istat Membru jew mir-reġjun tagħhom. Il-proġett jidħol fil-proċess tal-preparazzjoni tal-għotjiet, u jkun kompletament soġġett għar-regoli tal-HE, inklużi r-rati ta’ finanzjament. L-aġenzija rilevanti tal-Kummissjoni timmonitorja l-proġett matul id-durata tiegħu.
|
Preparazzjoni |
|
||||||||
|
Valutazzjoni tat-talbiet mill-Kummissjoni |
|
||||||||
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
|
||||||||
|
Implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
|
Fażi Nru 1: Talba ta’ trasferiment ta’ fondi minn strument tal-politika ta’ koeżjoni
1.1 Talba ta’ trasferiment permezz ta’ ftehim ta’ sħubija
1.2 Talba ta’ trasferiment inkluża fl-emenda tal-programm.
Fażi Nru 2: Implimentazzjoni tal-fondi ttrasferiti permezz tal-HE
Ir-riżorsi ttrasferiti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għall-fond oriġinali tagħhom?
Jekk il-Kummissjoni ma tkunx impenjat legalment il-flus ittrasferiti skont HE sal-31 ta’ Awwissu tas-sena n+1, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għall-fond li minnu jkunu ġew inizjalment ittrasferiti. Imbagħad jistgħu jiġu rriallokati għal programm wieħed jew aktar (l-Artikolu 26(7) tar-RDK, l-Artikolu 15(6) tal-HE) fuq talba tal-Istat Membru.
Tapplika l-istess proċedura għat-talba ta’ emenda ta’ programm (l-Artikolu 24 tar-RDK) u t-talba trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni tal-anqas 4 xhur qabel l-iskadenza għall-impenji (finanzjarji) (jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu tas-sena n+1).
Ir-riżorsi li jiġu ttrasferiti lura mbagħad jiġu allokati mill-ġdid lill-programm(i) riċeventi u jkunu soġġetti għar-regoli tar-RDK.
Jekk il-Kummissjoni jkollha bżonn tirkupra fondi mill-benefiċjarji tal-HE li jkunu rċevew trasferiment mill-FEŻR, dawn il-fondi jiġu rritornati lill-programm tal-FEŻR?
Le. L-approprjazzjonijiet ma jirritornawx għal-linja baġitarja oriġinali (FEŻR), iżda jibqgħu mal-programm rilevanti. F’dan il-każ speċifiku, jibqgħu mal-programm tal-HE (li lilu jkunu ġew ittrasferiti mill-FEŻR).
Stat Membru jiddeċiedi li jittrasferixxi parti mir-riżorsi ta’ programm partikolari tal-FEŻR għas-snin kalendarji futuri lil HE (14) billi jemenda l-programm f’konformità mal-Artikolu 24 tar-RDK.
Il-Kummissjoni taqbel li t-trasferiment kien ġustifikat kif xieraq u huwa allinjat mal-objettivi tal-programm li minnu jiġu ttrasferiti r-riżorsi. Il-Kummissjoni tapprova l-emenda tal-programm, wara li l-MC ikun esprima l-qbil tiegħu. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jiddiskutu wkoll l-ambitu ġeografiku (iddeterminat mit-territorju tal-programm li jittrasferixxi), l-użu maħsub tar-riżorsi ttrasferiti permezz tal-HE (fil-livell tal-komponent tal-HE) u l-ammont li għandu jiġi ttrasferit fuq il-bażi tal-“kapaċità ta’ assorbiment” stmata (pereżempju, bl-użu ta’ statistika storika dwar il-parteċipazzjoni għal sejħiet simili ta’ dak il-pajjiż/ir-reġjun).
L-Istat Membru għandu l-ħsieb li juża r-riżorsi ttrasferiti sabiex jiffinanzja l-proposti ta’ SMEs taħt is-sejħa tal-HE tal-Aċċelleratur tal-EIC. Għandu l-ħsieb li jagħmel dan permezz ta’ ftehimiet ta’ għotja li għandhom jiġu konklużi sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena n+1 (jiġifieri s-sena ta’ wara s-sena li fiha r-riżorsi jiġu ttrasferiti għall-HE).
Ir-riżorsi jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-proposti ta’ SMEs sottomessi taħt l-Aċċelleratur tal-EIC li ġew evalwati wara d-deċiżjoni tal-Istat Membru li jittrasferixxi l-flus.
L-HE (fil-preżent) ikopri kwalunkwe kost amministrattiv addizzjonali għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment. Valutazzjoni ta’ jekk dan l-approċċ jistax jinżamm issir bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programm.
L-Istat Membru jista’ jitlob li r-riżorsi mhux impenjati jiġu ttrasferiti lura lill-FEŻR sa 4 xhur qabel tmiem is-sena n+1 (jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu). Jagħmel dan billi titlob emenda għall-programm(i) li fih(om) jiġu inklużi dawn ir-riżorsi. It-talba hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-regola tad-diżimpenn tibda tapplika mis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti.
3. Finanzjament kumulattiv
Finanzjament kumulattiv ifisser li operazzjoni/proġett jirċievi appoġġ minn aktar minn fond, minn programm jew minn strument wieħed (inklużi kemm fondi kondiviżi kif ukoll ġestiti direttament) għall-istess partita ta’ kost/tan-nefqa. Kif inhu l-każ għall-mekkaniżmi l-oħrajn ta’ sinerġija, il-finanzjament kumulattiv ma huwiex awtomatiku. Minflok, huwa opzjoni li tista’ tiġi esplorata mill-MAs għall-politika ta’ koeżjoni u mill-awtorità tal-għoti għal programmi tal-UE ġestiti direttament. Il-finanzjament kumulattiv jista’ jiġi applikat biss bil-qbil tal-partijiet kollha involuti (jiġifieri l-MAs u l-awtorità tal-għoti għal programmi tal-UE ġestiti direttament).
|
Leġiżlazzjoni rilevanti |
RDK |
L-Artikolu 63(9) |
|
HE |
L-Artikolu 15(4) |
|
|
Leġiżlazzjoni relatata |
Programm Ewropa Diġitali |
L-Artikolu 23(1) (15) |
Kunsiderazzjonijiet ta’ politika/benefiċċji potenzjali
Il-finanzjament kumulattiv jagħmilha possibbli li l-piż finanzjarju ta’ operazzjoni jinfirex u li jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet baġitarji possibbli (eż. dawk li jirriżultaw mir-rati ta’ finanzjament aktar baxxi ta’ strument) minħabba li jista’ jippermetti li sa 100 % ta’ proġett ta’ sinerġija jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE, diment li tinżamm il-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat. Jagħmilha wkoll possibbli li jiġu appoġġati l-kontribuzzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari fl-Istati Membri u fir-reġjuni anqas żviluppati.
Il-finanzjament kumulattiv jista’ wkoll jiġbor flimkien ir-riżorsi minn strumenti differenti tal-UE kemm permezz ta’ ġestjoni diretta kif ukoll kondiviża, u jagħmel possibbli finanzjament ta’ 100 % mir-riżorsi tal-UE. Għalhekk, il-finanzjament kumulattiv jipprovdi opportunità sabiex jissaħħu r-rabtiet bejn il-prijoritajiet komplementari tar-R&I tas-sejħiet tal-HE u l-programmi tal-FEŻR (u l-S3 relatati).
|
Preparazzjoni / programmazzjoni |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
Implimentazzjoni
Monitoraġġ
|
Xi ngħidu dwar ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat?
Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għall-parti tal-proġett iffinanzjata mill-FEŻR. Ir-regoli dwar il-kumulazzjoni tal-finanzjament pubbliku stabbiliti fir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat li jistabbilixxu l-finanzjament pubbliku totali possibbli għall-proġett/għall-attività jeħtieġ li jiġu vverifikati u applikati b’mod korrett ukoll.
Fil-każ ta’ finanzjament kumulattiv, il-korp nazzjonali ta’ finanzjament jew il-benefiċjarji jibqgħu meħtieġa jikkontribwixxu parti mill-finanzjament?
Dak jiddependi mir-rati ta’ finanzjament stabbiliti fil-livell tal-proġett għaż-żewġ sorsi ta’ finanzjament. Fil-każ tal-FEŻR, japplikaw ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u jiddeterminaw ir-rata massima permissibbli ta’ finanzjament fil-livell operazzjonali. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rata massima permissibbli ta’ finanzjament, irid jitqies il-finanzjament pubbliku kollu fil-livell tal-proġett, inkluż l-appoġġ riċevut, pereżempju, mill-FEŻR u mill-HE u fi kwalunkwe forma.
4. Sħubijiet Ewropej
L-użu tal-FEŻR bħala kontribuzzjoni nazzjonali għal Sħubijiet Ewropej Kofinanzjati u Istituzzjonalizzati
“Sħubija Ewropea” tfisser inizjattiva li fiha l-UE u s-sħab privati u/jew pubbliċi (bħall-industrija, il-korpi pubbliċi jew il-fondazzjonijiet) jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw b’mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ attivitajiet ta’ R&I. Aġenda Strateġika ta’ Riċerka u Innovazzjoni – li s-sħab kollha jaqsmu u jimpenjaw ruħhom għaliha – hija l-bażi ta’ kull Sħubija Ewropea. Din il-viżjoni fit-tul tissarraf f’attivitajiet konkreti permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali. Is-Sħubijiet Ewropej iridu jiddikjaraw l-objettivi u l-miri konkreti tagħhom, flimkien ma’ sett ta’ indikaturi ewlenin korrispondenti tal-prestazzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-RDK, l-MAs jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu appoġġ direttament mill-FEŻR għal operazzjonijiet magħżula permezz ta’ programm kofinanzjat mill-HE (bħal Sħubija Ewropea Kofinanzjata jew Istituzzjonalizzata).
L-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar l-HE jiddikjara li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-programmi tal-FEŻR (16) jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni mill-Istat Membru parteċipanti għal Sħubija Ewropea Kofinanzjata jew Istituzzjonalizzata, diment li dan ikun konformi mar-regoli tar-RDK. Il-korpi li jimplimentaw il-programmi kofinanzjati mill-HE jridu jiġu identifikati bħala korpi intermedji tal-programm rilevanti tal-FEŻR (l-Artikolu 71(5) tar-RDK). Dan jagħmilha aktar faċli li jiġu kkoordinati u sinkronizzati l-HE, il-programm tal-FEŻR rilevanti u l-appoġġ nazzjonali. Il-programmi tal-FEŻR jistgħu jkopru l-kontribuzzjoni nazzjonali (jew parti minnha) għall-parteċipazzjoni f’dawn is-Sħubijiet Ewropej. Deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni għal sħubija trid tirriżulta minn proċess tal-għażla li jkun ikkonforma mar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni.
Barra minn hekk u b’mod simili għas-Siġill ta’ Eċċellenza, l-MAs jistgħu jipprovdu tali kontribuzzjoni direttament (mingħajr il-ħtieġa ta’ sejħa kompetittiva u ta’ proċedura ta’ għażla separata) għal operazzjonijiet li ntgħażlu taħt programm kofinanzjat mill-HE f’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-RDK. Madankollu, kif inhu wkoll il-każ għas-Siġill ta’ Eċċellenza, l-MAs xorta għandhom iwettqu valutazzjoni simplifikata, filwaqt li jivverifikaw li dawn il-proġetti jikkonformaw mal-punti (a), (b) u (g) tal-Artikolu 73(2) tar-RDK. Dawn l-operazzjonijiet għandhom (i) ikunu konsistenti mal-programm, inkluż mal-istrateġiji rilevanti li fuqhom huwa bbażat il-programm, u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm, (ii) jaqgħu fl-ambitu ta’ kundizzjoni abilitanti u jkunu konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti ta’ ppjanar korrispondenti stabbiliti għall-issodisfar ta’ dik il-kundizzjoni abilitanti, u (iii) jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-fond rilevanti u jkunu attribwiti għal tip ta’ intervent.
L-MAs jistgħu japplikaw b’mod simili l-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti permezz tal-HE għal dawn l-operazzjonijiet.
Il-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi żgurata billi jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-Artikolu 25c tal-GBER li joffri possibbiltajiet sabiex jiġu applikati l-kostijiet eliġibbli u r-rati ta’ finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għall-proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp magħżulin permezz ta’ programm kofinanzjat minn Orizzont li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Il-kontribuzzjonijiet tal-programmi tal-FEŻR għas-Sħubijiet Ewropej iridu jikkonformaw mar-regoli dwar il-projbizzjoni tad-dikjarazzjoni doppja tan-nefqa stabbiliti fl-Artikolu 63(9) tar-RDK. L-istess kostijiet ma jistgħux jiġu ddikjarati darbtejn lill-Kummissjoni. Żewġ tipi ta’ Sħubijiet Ewropej huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar l-HE.
|
— |
Is-Sħubijiet Ewropej kofinanzjati (appoġġati permezz ta’ “azzjoni kofinanzjata minn programm”) huma bbażati fuq ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u konsorzju ta’ sħab (tipikament ministeri nazzjonali jew aġenziji ta’ finanzjament tar-R&I). Is-sħab jimpenjaw ruħhom għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura. Dawn huma sħubijiet li jinvolvu pajjiżi tal-UE ma’ finanzjaturi tar-riċerka nazzjonali/reġjonali u ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn fil-qalba tal-konsorzju. L-UE tipprovdi kofinanzjament għal programm implimentat minn entitajiet li jimmaniġġjaw u jiffinanzjaw attivitajiet ta’ R&I. L-attivitajiet ewlenin żviluppati minn Sħubijiet Ewropej Kofinanzjati jinkludu sejħiet konġunti li permezz tagħhom jiġu ffinanzjati proġetti tranżnazzjonali tar-R&I, u li fihom kull sieħeb jipprovdi l-baġit għall-entitajiet tiegħu li jipparteċipaw fil-proġetti u l-UE tipprovdi finanzjament supplimentari. |
|
— |
Is-Sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati huma programmi tar-R&I. Jistgħu jitwettqu minn (i) diversi Stati Membri (fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE), (ii) korpi stabbiliti b’deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 187 tat-TFUE (pereżempju, impriżi konġunti), jew (iii) Komunitajiet Ewropej ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) f’konformità mar-Regolament dwar l-EIT u l-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-EIT. Huma mistennija jkollhom perspettiva fit-tul u jinvolvu xi integrazzjoni. |
L-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn is-Sħubijiet Ewropej Kofinanzjati, Koprogrammati u Istituzzjonalizzati kollha skont l-ewwel Pjan Strateġiku 2019-2024 tal-HE. L-għoxrin Sħubija Ewropea Kofinanzjata u Istituzzjonalizzata bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri huma rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar l-HE.
Illustrazzjoni 1.
Ħarsa ġenerali lejn l-erba’ raggruppamenti ta’ Sħubijiet Ewropej
|
Tajjeb li tkun taf Is-Sħubijiet Ewropej Kofinanzjati huma bbażati fuq memorandum ta’ qbil iffirmat bejn il-Kummissjoni u s-sħab minbarra l-UE. Dawn is-sħubijiet ma humiex eliġibbli sabiex jużaw l-FEŻR bħala kontribuzzjoni nazzjonali minħabba li ma hemm l-ebda opzjoni li jikkombinaw il-finanzjament (huwa possibbli biss finanzjament parallel jew sekwenzjali). Għal dawn it-tipi ta’ sħubijiet, huwa possibbli li l-FEŻR jintuża bħala kontribuzzjoni nazzjonali għall-attivitajiet addizzjonali tas-sħubijiet jekk dawn jiġu identifikati fil-pjan ta’ attivitajiet addizzjonali. Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa bħalissa huwa l-unika Sħubija Ewropea Koprogrammata bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. |
|
Leġiżlazzjoni rilevanti |
RDK |
L-Artikoli 63(9), 71(5) u 73(4) u l-premessa (61) |
|
Orizzont Ewropa |
L-Artikolu 15(3) |
|
|
Leġiżlazzjoni relatata |
GBER |
L-Artikoli 25c u 25d (għajnuna mill-Istat) |
Kunsiderazzjonijiet ta’ politika/benefiċċji potenzjali
Is-Sħubijiet Ewropej huma stabbiliti sabiex iwettqu l-prijoritajiet tal-UE. Billi jingħaqdu flimkien kemm mas-settur pubbliku kif ukoll ma’ dak privat, jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-isfidi globali li jeħtieġu massa kritika u viżjoni fit-tul li s-sħab jaqblu dwarhom u jimpenjaw ruħhom għalihom. Is-sħubijiet mhux biss iniedu sejħiet konġunti, iżda jwettqu wkoll varjetà ta’ attivitajiet addizzjonali sabiex jappoġġaw l-adozzjoni soċjetali, tas-suq u regolatorja tar-riżultati tar-R&I.
Is-Sħubijiet Ewropej huma mutur ewlieni għas-sinerġiji minħabba li jagħmluha possibbli li jiġi kondiviż u kkoordinat l-użu tar-riżorsi disponibbli minn strumenti, minn programmi u minn fondi tal-UE u nazzjonali differenti. Jgħinu wkoll sabiex tissaħħaħ iż-ŻER billi jistimolaw il-kooperazzjoni transfruntiera, jallinjaw il-pjanijiet tar-R&I, itejbu l-ħiliet u jżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tan-negozji Ewropej. L-għan partikolari ta’ Sħubija Ewropea bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri huwa li tinkiseb integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u finanzjarja tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka fil-qasam partikolari tagħha. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tat-“Twessigħ tal-Parteċipazzjoni” fis-sħubijiet tar-R&I tal-UE kienet limitata fil-passat minħabba nuqqas ta’ esperjenza jew ta’ finanzjament disponibbli għall-kollaborazzjoni tranżnazzjonali. Is-Sħubijiet Ewropej huma maħsubin sabiex jindirizzaw il-prijoritajiet tal-UE, u għalhekk huwa importanti li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi sottorappreżentati, li jittejbu l-komplementarjetajiet madwar l-UE u li jinqasmu l-benefiċċji li jirriżultaw. Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba li xi prijoritajiet tal-HE huma indirizzati biss minn Sħubijiet Ewropej. Dan ifisser li l-Istati Membri jridu jipparteċipaw sabiex l-entitajiet tagħhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fis-sejħiet u f’attivitajiet oħrajn imnedijin mis-sħubijiet.
Il-possibbiltà li l-kontribuzzjonijiet mill-programmi tal-FEŻR jiġu rrikonoxxuti bħala kontribuzzjonijiet nazzjonali fis-sħubijiet tal-HE tipprovdi inċentiv kbir għall-kollaborazzjoni tranżnazzjonali. Iżżid ukoll l-impatt tal-investimenti fir-R&I minn fondi differenti tal-UE billi l-investiment jiġi allinjat mal-prijoritajiet komuni tal-UE.
Ir-regoli l-ġodda jagħmluha aktar faċli li l-FEŻR u l-fondi tal-HE jiġu rraggruppati fi Sħubijiet kofinanzjati ta’ Orizzont, u b’hekk jinħolqu opportunitajiet għar-reġjuni sabiex jingħaqdu ma’ pajjiżi u ma’ reġjuni oħrajn tal-UE sabiex jindirizzaw il-prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti relatati. Il-gwadann ewlieni huwa l-opportunità li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ reġjuni u ta’ Stati Membri anqas żviluppati f’kollaborazzjoni tranżnazzjonali fi ħdan il-qafas ta’ sħubijiet.
Għalhekk, il-kofinanzjament ipprovdut mill-UE permezz ta’ sħubijiet jista’ joħloq valur miżjud partikolari meta l-prijoritajiet identifikati taħt l-HE u permezz tal-S3 jikkorrispondu jew jikkomplementaw lil xulxin.
|
Preparazzjoni / programmazzjoni |
|
||||||||||||||
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
|
|
— |
Stat Membru jew reġjun jipparteċipa f’konsorzju ta’ korpi ta’ finanzjament nazzjonali fi Sħubija Ewropea Kofinanzjata. |
|
— |
L-Istat Membru jew ir-reġjun għandu l-ħsieb li juża programm tal-FEŻR sabiex ikopri parti mill-kontribuzzjoni nazzjonali għas-Sħubija Ewropea Kofinanzjata. |
|
— |
Il-korp nazzjonali ta’ finanzjament (jiġifieri l-korp intermedju tal-programm tal-FEŻR) jirrapporta lill-HE li qiegħed jipprovdi EUR 100 miljun f’appoġġ finanzjarju/f’finanzjament lill-benefiċjarji tiegħu. Il-korp nazzjonali ta’ finanzjament jirċievi rimborż ta’ 30 % mill-HE (EUR 30 miljun). |
|
— |
Is-EUR 70 miljun li jifdal jistgħu jiġu kofinanzjati mill-programm tal-FEŻR (eż. b’rata ta’ kofinanzjament ta’ 50 %; ir-rata ta’ kofinanzjament tal-prijorità tal-programm trid tiġi rrispettata – l-Artikolu 112 tar-RDK). |
|
— |
Għalhekk, il-kost totali ta’ EUR 100 miljun ikun kopert kif ġej: EUR 30 miljun mill-HE, EUR 35 miljun mill-FEŻR u EUR 35 miljun mill-baġit nazzjonali. |
|
— |
In-nefqa u l-kostijiet għandhom jiġu ddikjarati u rrapportati f’konformità mar-regoli għall-finanzjament kumulattiv stabbiliti hawn fuq. |
Illustrazzjoni 2.
Kif taħdem Sħubija Ewropea Kofinanzjata?
|
L-eżempji li ġejjin huma ipotetiċi. Id-deċiżjoni finali hija tal-Istat Membru rilevanti. Kull Stat Membru involut fi Sħubija Ewropea Kofinanzjata tipikament jiffinanzja lill-parteċipanti tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-proċeduri nazzjonali tiegħu stess u billi jsegwi r-regoli nazzjonali tiegħu stess. Minn perspettiva tal-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja ta’ sħubija kofinanzjata ta’ Orizzont Ewropa, jitqies bħala riċevitur ta’ “appoġġ finanzjarju lil parti terza”. Minn perspettiva nazzjonali, dan il-benefiċjarju nazzjonali jista’ jkun wieħed jew ieħor minn dawn li ġejjin:
Għaż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, l-aġenzija nazzjonali ta’ finanzjament trid issegwi l-proċedura għall-finanzjament kumulattiv (ara t-Taqsima 3 hawn fuq dwar il-finanzjament kumulattiv), u ttella’ fuq eGrants kopja ta’ dikjarazzjoni mill-benefiċjarju lill-MA (flimkien ma’ kopja tal-informazzjoni tal-MA lill-benefiċjarju li tikkonferma li n-nefqa ġiet inkluża f’applikazzjoni ta’ pagament lill-Kummissjoni) bħala dokument ta’ sostenn għall-applikazzjoni ta’ pagament introdotta.
|
Kif isiru l-kontribuzzjonijiet u l-impenji mill-HE?
L-impenji u l-kontribuzzjonijiet għas-Sħubijiet Ewropej Kofinanzjati jsiru f’ħames stadji:
|
1. |
impenn preliminari indikattiv |
|
2. |
impenn ġenerali meta jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja |
|
3. |
impenn annwali meta jiġi ddefinit il-programm ta’ ħidma annwali (eż. id-definizzjoni tal-kontribuzzjoni baġitarja għas-sejħa) |
|
4. |
impenn finali meta jintlaħaq qbil dwar il-lista ta’ klassifikazzjoni/għażla u meta jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ għotja |
|
5. |
kontribuzzjoni (jiġifieri ħlas tal-finanzjament). |
Jekk is-sħubija ssir il-korp intermedju fil-programm tal-FEŻR f’konformità mal-Artikolu 71(5) tar-RDK, l-arranġament bil-miktub (is-sħubija) bejn l-MA u dan il-korp intermedju jrid jiddikjara b’mod ċar ir-responsabbiltajiet ta’ kull parti fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti li l-MA tkun iddelegat lil dan il-korp intermedjarju.
|
Preparazzjoni / programmazzjoni |
|
||||||||||
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
|
|
Preparazzjoni / programmazzjoni |
|
||||
|
Implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll |
|
Kemm mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali jista’ jkopri l-programm tal-FEŻR?
Il-kontribuzzjoni minn programm tal-FEŻR tista’ tkopri l-kontribuzzjonijiet nazzjonali f’konformità mar-regoli dwar il-kofinanzjament u mal-ammont massimu ta’ appoġġ mill-fondi għal kull prijorità stabbilita fl-Artikolu 112 tar-RDK u fl-Artikolu 190 tar-RF, diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 63(9) tar-RDK.
L-Artikolu 25c tal-GBER jipprovdi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu applikati l-kostijiet eliġibbli u r-rati ta’ finanzjament tal-HE għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp appoġġati permezz ta’ Sħubija Ewropea.
Programm tal-FEŻR jista’ jkopri l-kontribuzzjonijiet nazzjonali kollha għall-proġett – minħabba li aħna nipprogrammaw il-kofinanzjament nazzjonali skont il-prijorità aktar milli l-proġett?
Iva. Il-kontribuzzjoni tiġi mill-programm rilevanti, li huwa stess huwa soġġett għar-regoli ta’ kofinanzjament. Madankollu, peress li l-kofinanzjament huwa stabbilit fil-livell ta’ prijorità u mhux fil-livell operazzjonali, il-baġit tal-UE jista’ jkopri l-kontribuzzjonijiet nazzjonali kollha għal operazzjoni speċifika.
Huwa possibbli li jintużaw programmi tal-FEŻR mhux għall-finanzjament ta’ proġetti iżda pjuttost għal kontribuzzjoni “in natura”?
Il-programmi tal-FEŻR jistgħu jintużaw sabiex ikopru l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipparteċipaw fi Sħubijiet Ewropej. Ma jimpurtax jekk tali kontribuzzjonijiet ikunux finanzjarji jew in natura. Ma hemm l-ebda kontribuzzjoni in natura mill-Istati Membri parteċipanti għal Sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati.
Kif tista’ l-MA għal programm tal-FEŻR tiżgura li operazzjoni kofinanzjata tikkontribwixxi għall-indikaturi stabbiliti fil-programm?
Il-proġetti magħżulin mis-Sħubijiet Ewropej jistgħu jiġu appoġġati jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 73 tar-RDK. Għalhekk, iridu jikkontribwixxu għall-kisba tal-indikaturi tal-programm.
Huwa possibbli li l-fondi jintużaw għal skopijiet oħrajn jekk ma jintefqux fuq il-finanzjament ta’ proġetti ta’ sħubija?
Dawn il-kontribuzzjonijiet imorru għal proġetti identifikati wara li jkunu ġew evalwati u magħżula mill-bord ta’ tmexxija tas-Sħubija Ewropea. Għalhekk, ma jkunx possibbli li jiġu rritornati.
Xi ngħidu dwar ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat?
Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw jekk il-benefiċjarju ta’ finanzjament pubbliku mogħti minn riżorsi tal-Istat Membru, inkluż l-FEŻR, ikun impriża (u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi l-oħrajn kollha għall-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat, spjegati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE). Skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 25c tal-GBER, il-proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u ta’ żvilupp jistgħu jibbenefikaw mill-kostijiet eliġibbli u mir-rati ta’ finanzjament tal-HE. Dan japplika wkoll għal sejħiet imnedija minn Sħubijiet ibbażati fuq l-Artikolu 185 jew fuq l-Artikolu 187 tat-TFUE jew f’sejħiet imnedija taħt azzjonijiet ta’ kofinanzjament tal-programmi. Il-proġetti jridu jkunu proġetti tranżnazzjonali (implimentati minn tal-anqas tliet Stati Membri, jew inkella żewġ Stati Membri u tal-anqas pajjiż assoċjat wieħed), u jridu jirriżultaw minn sejħiet għal proposti organizzati ċentralment li għalihom japplikaw ir-regoli ta’ finanzjament tal-HE (l-Artikolu 25c(3) tal-GBER dwar il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli). Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fil-GBER, l-awtorità li tagħti l-għajnuna ma għandhiex għalfejn twettaq valutazzjoni separata tal-għajnuna mill-Istat u lanqas ma jkollha tinnotifika l-għajnuna lill-Kummissjoni. Meta l-finanzjament ikun soġġett għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u ma jkunx allinjat mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 25c tal-GBER, ma japplikax it-trattament simplifikat ta’ dawn il-proġetti skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
X’inhu d-dritt ta’ veto fi Sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati?
F’konformità mal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament dwar l-HE, il-kontribuzzjonijiet minn Stat Membru parteċipanti wieħed iridu jintużaw sabiex jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet stabbiliti f’dak l-Istat Membru parteċipanti. Għalhekk, l-Istati Membri parteċipanti jibqgħu fil-kontroll tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom minħabba li jistgħu jużaw il-veto fuq l-allokazzjoni tal-fondi nazzjonali lil benefiċjarju speċifiku (għal raġunijiet eċċezzjonali u għal raġunijiet debitament ġustifikati) mingħajr ebda impatt fuq l-eliġibbiltà tal-proposta għall-finanzjament tal-UE.
Il-programmi tal-FEŻR jistgħu jappoġġaw it-tariffi tas-sħubija/tal-parteċipazzjoni għal korpi jew għal networks oħrajn tal-UE (eż. sħubijiet tal-EIT)?
Operazzjoni kofinanzjata mill-FEŻR trid taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-FEŻR. L-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament dwar l-FEŻR jippermetti lill-FEŻR jappoġġa n-networking, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenza u ta’ attivitajiet li jinvolvu raggruppamenti tal-innovazzjoni (inklużi dawk li jlaqqgħu flimkien in-negozji, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi). Tali kooperazzjoni tista’ tiġi promossa permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali.
Skont l-Artikolu 63(4) tar-RDK, operazzjoni kollha jew parti minnha tista’ tiġi implimentata barra minn Stat Membru, inkluż barra mill-UE, diment li l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.
Għalhekk, it-tariffi tas-sħubija tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq u ma humiex eliġibbli għall-appoġġ mill-FEŻR minħabba li l-objettivi segwiti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu ġeneralment wesgħin wisq sabiex jikkorrispondu għal operazzjoni speċifika li ssegwi l-objettivi tal-programm ta’ finanzjament.
B’kuntrast ma’ dan, normalment it-tariffi ta’ parteċipazzjoni jikkorrispondu għal attivitajiet aktar speċifiċi u konkreti u għalhekk jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-FEŻR – jekk jikkorrispondu għal azzjoni konkreta mwettqa minn organizzazzjoni internazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-FEŻR u tikkontribwixxi għall-objettiv(i) tal-programm ta’ finanzjament.
5. Finanzjament kombinat (Ħolqien ta’ timijiet)
Huwa importanti li jiġu ottimizzati u mmassimizzati l-benefiċċji li r-R&I jistgħu jipprovdu lis-soċjetà, lill-ambjent u lill-ekonomija usa’, flimkien mal-kontribut tagħhom għall-kisba tal-għanijiet tal-UE. Għalhekk, il-finanzjament tal-UE jrid ikun koerenti u jisfrutta s-sinerġiji potenzjali. Dan huwa partikolarment il-każ għal azzjoni għall-Ħolqien ta’ timijiet li tappoġġa l-ħolqien jew il-modernizzazzjoni ta’ ċentru ta’ eċċellenza f’pajjiż tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni billi jingħaqad ma’ istituzzjoni ewlenija ta’ riċerka (sieħeb avvanzat) f’pajjiż differenti. Dan jeħtieġ finanzjament komplementari minn sors nazzjonali, reġjonali, tal-UE jew privat. Għalhekk, azzjoni bħal din tiġi ddeżinjata bħala azzjoni ta’ “enerġija” fil-programm ta’ ħidma tal-HE. L-azzjonijiet ta’ kombinament huma mistennijin li jsiru pont influwenti u sinifikattivi b’mod partikolari bejn l-S3 u l-eċċellenza fir-R&I, u b’hekk isaħħu ż-ŻER.
|
Leġiżlazzjoni relatata |
L-Artikolu 25d tal-GBER (għajnuna mill-Istat) |
|
Preparazzjoni/programmazzjoni |
Il-programm ta’ ħidma tal-HE jiddeżinja azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ timijiet bħala azzjonijiet ta’ “sinerġija”. Il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jipprovdu finanzjament komplementari għal proġett ta’ Ħolqien ta’ timijiet għal sett ta’ kostijiet eliġibbli li huma separati mill-kostijiet koperti mill-HE, diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 73(4) tar-RDK. |
|
Allokazzjoni tal-appoġġ |
Jinfetħu żewġ sejħiet separati (l-FEŻR u HE). Il-proposta tal-HE trid tinkludi deskrizzjoni ċara tal-proġett komplementari appoġġat mill-FEŻR jew minn sorsi oħrajn ta’ finanzjament. Jekk rilevanti, id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-kategoriji tal-kostijiet, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-infrastruttura, l-ippjanar preliminari għall-bini u għall-installazzjonijiet, l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, eċċ. Din id-deskrizzjoni tkun soġġetta wkoll għall-evalwazzjoni mwettqa minn esperti indipendenti skont ir-regoli u l-kriterji tal-għażla tal-HE. |
|
Implimentazzjoni |
Il-programm tal-FEŻR jappoġġa proġetti tar-R&Ż li jikkomplementaw l-HE, għalkemm b’sett differenti ta’ kostijiet eliġibbli. L-Artikolu 25d emendat tal-GBER jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà sabiex tingħata għajnuna mill-Istat (inkluż mir-riżorsi tal-FEŻR) lil proġetti kofinanzjati tar-R&Ż li jikkomplementaw l-azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ timijiet (f’każijiet bħal dawn japplikaw il-kostijiet eliġibbli u r-rati ta’ finanzjament tal-HE). Barra minn hekk, l-Artikolu 25d tal-GBER emendat jippermetti li l-għajnuna għall-investiment pubbliku tkopri sa 70 % tal-investiment fl-infrastruttura li jsir taħt azzjoni għall-Ħolqien ta’ timijiet (soġġetta wkoll għal ċerti kundizzjonijiet). Il-proposta tal-proġett tgħaddi minn evalwazzjoni waħda li tkopri kemm il-partijiet tal-proġett (jiġifieri l-parti tal-HE kif ukoll il-parti relatata ma’ sors ta’ finanzjament komplementari magħżul bħal programm tal-politika ta’ koeżjoni). Dan huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ japplika l-Artikolu 25d tal-GBER emendat, li jippermetti lill-maniġers tas-sors ta’ finanzjament komplementari japplikaw il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti permezz tal-HE għall-operazzjoni inkwistjoni. |
6. Sinerġiji upstream u downstream
Is-sinerġiji upstream/downstream joħorġu meta l-appoġġ tal-UE jipprovdi (primarjament permezz tal-programmi tal-HE u tal-FEŻR) qafas koordinat u mingħajr xkiel għall-passi kollha tal-proċess ta’ innovazzjoni tar-R&I (mill-bini tal-kapaċitajiet u r-riċerka bażika sal-kummerċjalizzazzjoni u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi minn intrapriżi privati). Tali sinerġiji jipprovdu valur miżjud partikolari meta joħorġu f’oqsma li huma marbutin ma’ għanijiet ewlenin tal-politika tal-UE u joffru l-prospett li jsir titjib sostanzjali fl-ekonomija usa’.
L-iżvilupp ta’ sinerġiji bħal dawn jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi rilevanti – b’mod partikolari l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali involuti fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-HE u mill-FEŻR.
Pereżempju, il-missjonijiet tal-HE (19) jipprovdu modi ġodda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fil-missjonijiet tagħhom, u soluzzjonijiet trasformattivi li jistgħu jgħinu sabiex titħaffef l-adozzjoni tal-aħjar teknoloġiji disponibbli. Eżempji prattiċi ta’ sinerġiji possibbli tal-ħames missjonijiet tal-UE mal-FEŻR huma deskritti fl-Anness ta’ din in-nota.
Sabiex tingħata spinta lil din l-adozzjoni, l-istrateġija l-ġdida dwar id-Disseminazzjoni u l-Isfruttament ta’ Orizzont tippromwovi approċċ integrat billi toħloq u żżomm portafolli tar-riżultati tal-missjoni, u billi tikkombinahom ma’ ekosistema integrata ta’ servizzi (eż. Horizon Results Platform u Horizon Results Booster) u ta’ inizjattivi (eż. avvenimenti u workshops). Dan se jġib settijiet ċari ta’ riżultati tar-R&I għall-attenzjoni tal-investituri u ta’ dawk li jfasslu l-politika fil-livelli nazzjonali u reġjonali. L-istrateġija l-ġdida ta’ Disseminazzjoni u ta’ Sfruttament ta’ Orizzont tenfasizza wkoll is-suġġetti tal-programm ta’ ħidma tal-HE, sabiex l-applikanti għas-sejħiet jikkunsidraw jekk jistgħux jisfruttaw is-sinerġiji potenzjali ma’ programmi oħrajn tal-UE.
It-tagħlimiet meħuda mir-raba’ sejħa ta’ Interreg Central Europe għall-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti eżistenti taħt Orizzont 2020 (u programmi oħrajn tal-UE) jitqiesu meta jiġi deċiż kif għandhom jiġu sfruttati r-riżultati tar-R&I tal-HE bl-użu tal-programmi Interreg (bħala mod addizzjonali ta’ kif jiżdied l-aċċess tar-reġjuni għal riżultati tar-R&I ta’ kwalità għolja). L-isforzi futuri f’din id-direzzjoni se jibbenefikaw mill-għarfien u mill-esperjenza miksubin minn inizjattivi ta’ tlaqqigħ (pereżempju, l-għodda l-ġdida għall-immappjar tas-sinerġiji ta’ Orizzont-Interreg li tgħaqqad l-informazzjoni tematika u reġjonali sabiex jiġu identifikati s-sinerġiji potenzjali bejn dawn iż-żewġ flussi ta’ finanzjament).
Dawn l-approċċi u s-soluzzjonijiet jistgħu jgħinu wkoll lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jiżviluppaw kapaċitajiet ġodda u jipprovdu servizzi ġodda. Dan huwa partikolarment importanti għal reġjuni anqas żviluppati u periferali, li huma anqas kapaċi jassorbu teknoloġiji ġodda u jimmaniġġjaw it-trasformazzjoni sistemika.
Għalhekk, ħafna minn dawn ir-reġjuni jistgħu jespandu d-dimostraturi, l-innovazzjoni u l-miżuri ta’ trasferiment tat-teknoloġija billi jużaw riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni sabiex jgħinu fl-ilħuq tal-objettivi tal-programm. Ir-reġjuni li identifikaw il-prijoritajiet fl-istrateġiji relatati ma’ qasam ta’ missjoni partikolari jistgħu jiżviluppaw sinerġiji ma’ dik il-missjoni (20) sabiex jappoġġaw l-iżvilupp u/jew il-varar downstream ta’ approċċi ġodda għall-iżvilupp ta’ perkorsi trasformattivi. Pereżempju, il-missjonijiet tal-HE jistgħu jipprovdu direzzjonalità; jagħtu spinta lill-iżvilupp reġjonali; jippromwovu governanza transdixxiplinari u f’diversi livelli; jinvolvu lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati lokali/reġjonali; u jirreklamaw l-investiment tal-politika ta’ koeżjoni u l-aċċess għal networks ġodda, għal pjattaformi ta’ apprendiment tal-politika u għal strumenti ta’ finanzjament.
Ir-reġjuni għandhom rwol importanti fil-varar tal-ekonomija tal-idroġenu, b’mod partikolari permezz tal-Widien tal-Idroġenu (21). Jiżguraw il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-użu tal-idroġenu fil-livell reġjonali jew lokali, u huma kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ REPowerEU (22). L-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għandha esperjenza twila fl-appoġġ tal-istabbiliment tal-Widien tal-Idroġenu fl-UE. Il-varar ulterjuri ta’ dan il-kunċett ta’ suċċess madwar l-Istati Membri kollha jeħtieġ l-akkumulament sostanzjali tar-riżorsi.
Pereżempju, l-idroġenu rinnovabbli se jkun kruċjali sabiex jissostitwixxi l-gass naturali, il-faħam u ż-żejt fl-industriji u fit-trasport li diffiċli jiġu ddekarbonizzati. REPowerEU tistabbilixxi mira ta’ 10 miljun tunnellata ta’ produzzjoni domestika tal-idroġenu rinnovabbli u 10 miljun tunnellata ta’ importazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli sal-2030. Ir-reġjuni għandhom rwol importanti fil-varar tal-ekonomija tal-idroġenu fl-UE, b’mod partikolari permezz tal-Widien tal-Idroġenu. Il-Widien tal-Idroġenu jiżguraw il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-użu tal-idroġenu fil-livell reġjonali jew lokali, u huma kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ REPowerEU. L-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, u l-predeċessuri tagħha, għandhom esperjenza twila ħafna ta’ appoġġ tal-istabbiliment tal-Widien tal-Idroġenu fl-UE. Bħalissa, hemm 23 Wied tal-Idroġenu fl-UE f’għaxar Stati Membri. Il-varar ulterjuri ta’ dan il-kunċett ta’ suċċess madwar l-Istati Membri kollha jeħtieġ l-akkumulament sostanzjali tar-riżorsi.
Eżempju: Sinerġiji fil-kuntest tal-Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni l-ġdida
Is-sinerġiji jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni l-ġdida u b’mod partikolari l-inizjattiva emblematika 3, li għandha l-għan li ssaħħaħ u tgħaqqad l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u li tnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni.
(1) Dan jista’ japplika wkoll għal fondi tal-UE ġestiti indirettament.
(2) Fid-dawl tal-allinjament tad-dispożizzjonijiet tal-programmi tal-Unjoni ġestiti direttament, eż. l-HE, id-DEP, l-FNE dwar sinerġiji ma’ programmi permezz ta’ ġestjoni kondiviża, l-elementi ta’ dan id-dokument jistgħu jitqiesu bħala gwida għall-operazzjonalizzazzjoni tas-sinerġiji bejn it-tali programmi tal-Unjoni ġestiti direttament u l-programmi tal-FEŻR – filwaqt li jitqiesu bir-reqqa l-ispeċifiċitajiet ta’ kull bażi legali applikabbli u l-kunsiderazzjonijiet ta’ politika speċifiċi għal kull programm bħal dan.
(3) COM(2020) 628 final, 30 ta’ Settembru 2020.
(4) COM(2021) 407 final.
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p 159).
(6) Filwaqt li dan id-dokument jiffoka fuq is-Siġilli ta’ Eċċellenza previsti taħt Orizzont Ewropa, il-possibbiltà li jingħataw Siġilli ta’ Eċċellenza hija stabbilita wkoll fl-atti bażiċi ta’ 14-il programm ieħor fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE (l-Ewropa Diġitali, il-Programm tas-Suq Uniku, il-LIFE, l-Ewropa Kreattiva, l-Erasmus+, il-Programm Spazjali, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm dwar il-Ġustizzja, il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, il-Euratom, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u l-Fond għas-Sigurtà Interna).
(7) Ara l-punti (a), (b), (g) tal-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 73(4) tar-RDK.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187 tas-26.6.2014, p 1, kif emendat). Verżjoni konsolidata tar-Regolament emendat hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, għal finijiet ta’ informazzjoni biss: https://ec.europa.eu/competition-policy/state-aid/legislation/regulations_mt
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE.
(11) Il-Programm ta’ Ħidma tal-EIC għall-2022.
(12) It-trasferimenti huma possibbli wkoll għal programmi oħrajn ġestiti direttament, ara pereżempju l-Artikolu 4(14) tar-Regolament dwar l-FNE, applikabbli għas-settur diġitali, u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament dwar id-DEP.
(13) It-Tabella 4.2. tal-mudell tal-PA (l-Anness II tar-RDK) dwar “Trasferimenti għal strumenti permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta” tipprevedi l-identifikazzjoni tal-istrument speċifiku li għalih jiġu ttrasferiti l-ammonti tal-FEŻR.
(14) Fi ħdan il-limiti tal-Artikolu 26(1) tar-RDK.
(15) Għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar id-DEP, kif ukoll, pereżempju, l-Artikolu 19(1) tar-Regolament dwar l-FNE.2, fihom dispożizzjonijiet identiċi għall-Artikolu 15(4) tar-Regolament dwar l-HE. Min-naħa tiegħu, dan jippermetti l-allinjament tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni dwar il-finanzjament kumulattiv bejn dawn il-programmi.
(16) Dan id-dokument ta’ gwida jiffoka fuq is-sinerġiji bejn il-programmi tal-HE u tal-FEŻR, iżda tapplika loġika simili għall-programmi l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 15(3).
(17) Fl-HE, hemm biss inizjattiva waħda tal-Artikolu 185 tat-TFUE: is-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mmexxija mill-EURAMET.
(18) L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill 2021/2085 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa.
(19) Għal aktar dettall dwar il-Missjonijiet tal-UE f’Orizzont Ewropa: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls/horizon-europe/eu-missions-horizon-europe_mt
(20) Il-missjonijiet tal-UE huma novità tal-programm ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni Orizzont Ewropa għas-snin bejn l-2021 u l-2027. Il-missjonijiet tal-UE huma sforz koordinat mill-Kummissjoni sabiex tiġbor flimkien ir-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ programmi ta’ finanzjament, politiki u regolamenti, kif ukoll ta’ attivitajiet oħrajn. Għandhom ukoll l-għan li jimmobilizzaw u jattivaw l-atturi pubbliċi u privati, bħall-Istati Membri tal-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-bdiewa u l-maniġers tal-art, l-imprendituri u l-investituri sabiex joħolqu impatt reali u dejjiemi. Il-missjonijiet jinvolvu lill-pubbliku ġenerali sabiex jagħtu spinta lill-użu soċjetali ta’ soluzzjonijiet u ta’ approċċi ġodda. Hemm ħames Missjonijiet tal-UE (L-Adattament għat-Tibdil fil-Klima; Il-Kanċer; Ir-Restawr tal-Oċeani u tal-Ilmijiet tagħna sal-2030; 100 Belt Newtrali għall-Klima u Intelliġenti sal-2030; Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa).
(21) Is-sħubija għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti Widien tal-Idroġenu u l-pilota għall-idroġenu (Widien tal-idroġenu - Pjattaforma għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (europa.eu)
(22) REPowerEU (COM(2022) 230 final) tistabbilixxi mira ta’ 10 miljun tunnellata ta’ produzzjoni domestika tal-idroġenu rinnovabbli u 10 miljun tunnellata ta’ importazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli sal-2030.
ANNESS 1
Sinerġiji mal-Missjonijiet tal-UE
Missjoni tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima
Il-missjoni dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima hija maħsuba sabiex tappoġġa tal-anqas 150 reġjun, awtorità lokali u komunità Ewropej fl-isforzi tagħhom sabiex jiksbu reżiljenza għall-klima sal-2030. Se tipprovdi appoġġ ġenerali għar-reġjuni, għall-awtoritajiet lokali u għall-komunitajiet sabiex tgħinhom jifhmu aħjar, iħejju għal u jimmaniġġjaw ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima, sabiex jaċċelleraw it-trasformazzjoni tagħhom lejn ir-reżiljenza għall-klima, u sabiex iwettqu mill-anqas 75 dimostrazzjoni fuq skala kbira ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fil-prattika.
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali se jkollha rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ din il-missjoni minħabba li huma l-aġenti ewlenin tal-bidla. Jistgħu jużaw ukoll teknoloġiji ġodda, jesperimentaw b’soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet lokali, u jgħinu lill-partijiet ikkonċernati differenti jiksbu reżiljenza għall-klima.
L-objettivi tal-missjoni huma konsistenti mal-objettivi tal-politika tal-FEŻR (1) ta’ Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti billi jippromwovu trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività reġjonali tal-ICT. Tikkontribwixxi wkoll għall-objettiv tal-politika ta’ Ewropa ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’newtralità karbonika u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u mobilità urbana sostenibbli.
Il-finanzjament taħt dawn il-prijoritajiet jista’ pereżempju jiġi mmobilizzat sabiex jespandi s-soluzzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, billi jintużaw sinerġiji mal-finanzjament mobilizzat minn Orizzont Ewropa. Ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jistgħu jiffirmaw ukoll il-Karta tal-Missjoni, sabiex jesprimu r-rieda tagħhom li jikkooperaw u jikkoordinaw ma’ firmatarji oħrajn sabiex ikunu jistgħu jimmobilizzaw ir-riżorsi u jiżviluppaw attivitajiet fit-territorji rispettivi tagħhom bil-għan li jilħqu l-għanijiet tagħhom ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.
Il-Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni tal-Missjoni tappoġġa lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali, pereżempju billi tipprovdilhom aċċess għall-għarfien u għall-assistenza teknika. Il-finanzjament ikun disponibbli permezz tal-programmi ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa għall-proġetti tar-R&I ta’ adattament għat-tibdil fil-klima li jistgħu jitwettqu billi jiġu sfruttati sinerġiji potenzjali mal-FEŻR.
Il-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer
Il-missjoni dwar il-Kanċer, flimkien mal-Pjan tal-Ewropa sabiex Jingħeleb il-Kanċer, għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja ta’ aktar minn 3 miljun persuna sal-2030, permezz tal-prevenzjoni, il-kura u, għal dawk affettwati mill-kanċer, inklużi l-familji tagħhom, sabiex jgħixu aktar fit-tul u aħjar. Dan l-għan ġenerali huwa allinjat mal-objettiv ta’ politika tal-FEŻR ta’ Ewropa aktar soċjali u inklużiva.
Il-ħolqien ta’ infrastrutturi diġitali huwa previst sabiex jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) dwar il-kontroll tal-kanċer. Il-pjattaforma UNCAN.eu se tiġbor data ta’ tipi differenti u minn sorsi differenti. Ċentru Diġitali virtwali Ewropew għall-Pazjenti bil-Kanċer jippermetti lill-pazjenti bil-kanċer u lis-superstiti jiddepożitaw id-data dwar is-saħħa tagħhom u jirċievu informazzjoni. L-Infrastrutturi Komprensivi tal-Kanċer jiġu appoġġati sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fl-aċċess għal kura tal-kanċer ta’ kwalità għolja eż. billi jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ riċerka u jinħoloq network fost l-Istati Membri u r-reġjuni.
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali hija kruċjali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti peress li huma primarjament responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tagħhom. Pereżempju, it-titjib tal-aċċess għal skrinjar bikri jew għal trattamenti innovattivi tal-kanċer jirrikjedi investimenti kbar fl-infrastruttura, fit-tagħmir, fid-diġitalizzazzjoni, fil-forza tax-xogħol tas-saħħa u f’mudelli ġodda ta’ kura, inklużi soluzzjonijiet tat-telemediċina sabiex jintlaħqu l-pazjenti f’żoni rurali u remoti.
L-FEŻR għandu rwol sinifikanti għat-titjib tal-kontroll tal-kanċer. Ħafna reġjuni għandhom strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-qasam tas-saħħa, inkluż dwar il-kanċer. Il-proġetti eżistenti għandhom potenzjal kbir sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-missjoni. Ir-reġjuni se jitħeġġu jallinjaw mal-prijoritajiet tal-UE u jagħmlu aktar investimenti fir-R&I permezz tal-orjentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti lejn l-innovazzjoni tal-kanċer. Bl-istess mod, Interreg tista’ tappoġġa lill-pazjenti bil-kanċer li jfittxu l-kura tas-saħħa f’pajjiż ieħor billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera, tranżnazzjonali u interreġjonali.
Ir-reġjuni jkunu involuti fl-implimentazzjoni permezz taċ-ċentri nazzjonali futuri tal-kanċer f’kull Stat Membru. Dawn jiffaċilitaw: (1) l-integrazzjoni tal-attivitajiet tal-missjoni billi jidentifikaw sinerġiji f’inizjattivi ta’ politika u f’investimenti relatati mal-kanċer bejn il-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali; (2) l-involviment ta’ atturi nazzjonali u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti li jmorru lil hinn mis-sistemi tar-R&I u tas-saħħa sabiex ikopru oqsma rilevanti fil-kontroll tal-kanċer (bħall-impjiegi, l-edukazzjoni,); (3) djalogi ta’ politika dwar il-kanċer; u (4) attivitajiet ta’ involviment taċ-ċittadini.
Il-Missjoni tal-UE dwar ir-Restawr tal-Oċeani u tal-Ilmijiet tagħna
L-objettiv strateġiku tal-missjoni huwa r-restawr tas-saħħa tal-oċeani u tal-ilmijiet tagħna sal-2030 billi jiġu protetti u rrestawrati l-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar u tal-ilma ħelu, il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tniġġis tal-oċeani, tal-ibħra u tal-ilmijiet tagħna u t-trawwim tan-newtralità karbonika u taċ-ċirkolarità tal-ekonomija blu tal-UE.
Hemm enfasi speċjali fuq l-involviment reġjonali permezz ta’ “sinjali” bbażati fuq iż-żoni. Huma maħsubin bħala portafolli ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni għall-iżvilupp u għall-varar ta’ soluzzjonijiet trasformattivi f’erba’ baċiri Ewropej ewlenin: il-baċir tal-Atlantiku u tal-Artiku; il-baċir tal-Baltiku u tal-Baħar tat-Tramuntana; il-baċir tal-Baħar Mediterran; il-baċir tax-Xmara Danubju u tal-Baħar l-Iswed.
Il-missjoni tiġi implimentata f’żewġ fażijiet: l-iżvilupp u l-pilotaġġ ta’ soluzzjonijiet (bejn l-2021 u l-2024) u l-varar u l-espansjoni (mill-2025) ta’ dawn l-attivitajiet. Filwaqt li l-Kummissjoni allokat kważi EUR 350 miljun minn Orizzont Ewropa għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2023 sabiex tappoġġa l-ewwel fażi, il-mobilizzazzjoni ta’ impenji u ta’ baġits addizzjonali minn atturi pubbliċi u privati, inkluż permezz tal-FEŻR se tkun kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-missjoni.
Il-kunċett ta’ “reġjuni assoċjati” huwa inkorporat fl-attivitajiet rilevanti kollha tal-Programm ta’ Ħidma tal-Missjoni. “Reġjuni assoċjati” huma żoni b’ekosistemi li jistgħu jibbenefikaw mill-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (eż. reġjuni ġirien u/jew reġjuni f’baċir tal-baħar differenti) u/jew reġjuni anqas żviluppati, bil-ħtieġa li tinbena l-kapaċità li jiġu implimentati s-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati taħt il-proġetti differenti. Dawn ir-reġjuni jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju sabiex tintwera l-fattibbiltà, ir-replikabbiltà u l-espansjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi. L-FEŻR jista’ jmexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-livell reġjonali. Karta tal-Missjoni tiġbor il-wegħdiet/l-azzjonijiet u tlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha, mill-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati sar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, l-entitajiet privati, l-NGOs u ċ-ċittadini.
Il-Missjoni tal-UE dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti
Il-missjoni għandha l-għan li tħejji tal-anqas 100 belt Ewropea newtrali għall-klima u intelliġenti sal-2030 u li tiżgura li dawn l-ibliet jaġixxu bħala ċentri ta’ esperimentazzjoni u ta’ innovazzjoni sabiex iqiegħdu lill-bliet Ewropej kollha f’pożizzjoni li jsiru newtrali għall-klima sal-2050.
Bl-approċċ tagħha mmexxi mill-bliet u b’fokus fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq il-post, hija tikkontribwixxi wkoll għall-objettiv tal-politika ta’ Ewropa ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’newtralità karbonika u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u mobilità urbana sostenibbli. Tikkontribwixxi wkoll għall-objettiv ta’ politika ta’ Ewropa eqreb għaċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat tat-tipi kollha ta’ territorji u ta’ inizjattivi lokali, tappoġġa strateġiji ta’ investiment imfasslin apposta fil-livell territorjali, fl-ibliet u fil-komunitajiet lokali, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi diversi tagħhom, u jiġi sfruttat il-potenzjal tal-iżvilupp tagħhom.
Permezz ta’ Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess, il-missjoni stiednet lill-bliet jirreġistraw l-intenzjoni tagħhom li jsiru newtrali għall-klima sal-2030. L-espressjonijiet ta’ interess ġew evalwati fuq il-bażi tal-ambizzjoni tal-bliet, il-livelli ta’ tħejjija tagħhom, l-impenn kontinwu u ppjanat tagħhom għan-newtralità klimatika u t-tnaqqis tat-tniġġis, u l-impenn tagħhom li jinvolvu liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-pjan dwar il-klima tal-belt. Il-bliet magħżulin huma mistidnin jistabbilixxu Kuntratt ta’ Belt Klimatika (CCC) b’appoġġ għal Pjattaforma tal-Missjoni. Is-CCC, li ma huwiex strument legalment vinkolanti, jiġi żviluppat permezz ta’ proċess innovattiv ta’ ħolqien konġunt li jinvolvi l-bliet, l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali, il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-Kummissjoni. Jallinja mal-istrateġija reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, billi jħalli r-riedni f’idejn l-ibliet, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet attwali tagħhom. Se jkun approċċ transsettorjali, ibbażat fuq id-domanda u approċċ minn isfel għal fuq, b’impenji speċifiċi sabiex jiġu varati u jissaħħu soluzzjonijiet innovattivi u intelliġenti fir-rigward tan-newtralità klimatika fis-setturi rilevanti kollha. Is-CCC tinkludi linja bażi miftiehma; kif il-belt qiegħda tippjana li timplimenta dawn l-impenji sal-2030; u pjan ta’ investiment b’sorsi ta’ finanzjament rilevanti.
Il-Pjattaforma tal-Missjoni tassisti b’mod partikolari lil dawk l-ibliet li jagħtu impenn favur in-newtralità klimatika sal-2030, tiżgura koerenza u koordinazzjoni ġenerali matul il-proċess u tirrapporta regolarment dwar il-progress lejn is-CCC.
Bl-iffirmar tas-CCC, l-ibliet jirċievu “Tikketta tal-missjoni” li tirrikonoxxi l-proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni u l-kwalità u l-fattibbiltà tal-impenji tagħhom. Tiftaħ opportunitajiet ta’ finanzjament immirati fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE u toffri opportunità għar-reġjuni, għall-Istati Membri u għal atturi pubbliċi oħrajn sabiex jappoġġaw attivitajiet viżibbli ħafna dwar in-newtralità klimatika fi bliet pijunieri sabiex jgħinu fit-tmexxija ’l quddiem tal-isforzi sabiex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Peress li l-attivitajiet taħt is-CCC diġà se jkunu ġew eżaminati bħala ambjentalment sostenibbli f’konformità mal-qafas tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, it-tikketta tagħti spinta lis-sensibilizzazzjoni u lill-fiduċja tal-investituri. Din tagħmilha aktar faċli għall-ibliet sabiex jattiraw il-finanzjament għall-attivitajiet tagħhom relatati mal-klima minn investituri pubbliċi u privati addizzjonali.
Missjoni tal-UE dwar il-Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa
Il-missjoni se tkun pijunier, se turi u taċċellera t-tranżizzjoni lejn ħamrija b’saħħitha permezz ta’ azzjonijiet ambizzjużi f’100 laboratorju ħaj u proġett fanal fi ħdan kuntesti territorjali. Din tiġi kkombinata ma’ programm tar-R&I transdixxiplinari ambizzjuż, ma’ qafas robust u armonizzat ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u ma’ żieda fil-litteriżmu u fil-komunikazzjoni dwar il-ħamrija sabiex jiġu involuti ċ-ċittadini.
L-objettivi tal-missjoni huma allinjati għalkollox mal-objettivi tal-politika tal-FEŻR ta’ Ewropa ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’newtralità karbonika u reżiljenti billi jippromwovu t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u mobilità urbana sostenibbli.
L-FEŻR jista’ jkollu rwol sinifikanti fir-rigward tas-saħħa tal-ħamrija. Tliet kwarti tar-reġjuni ta’ NUTS 2 għandhom strateġiji għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fis-settur agroalimentari, li jfisser li hemm potenzjal imdaqqas għal proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-missjoni mill-angolu tar-riċerka u tal-innovazzjoni. Il-missjoni tagħmel użu mill-pjattaforma tematika ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti dwar is-settur agroalimentari sabiex tikkapitalizza mill-kooperazzjoni transfruntiera u tiffavorixxi l-ħolqien ta’ proġetti komuni ta’ investiment fl-innovazzjoni f’oqsma rilevanti għall-missjoni.
Il-prijorità tematika “Ewropa aktar ekoloġika u ħielsa mill-karbonju” tippermetti l-espansjoni tar-riżultati tal-missjoni. Ir-reġjuni li fl-istrateġiji għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom identifikaw prijoritajiet relatati mal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u tal-art jistgħu jikkapitalizzaw mis-soluzzjonijiet żviluppati u ttestjati fil-Laboratorji Ħajjin u fis-Sinjali tal-Missjoni u jvaraw downstream fuq skala akbar.
Interreg tista’ tikkontribwixxi wkoll b’mod effettiv ħafna għall-implimentazzjoni tal-missjoni billi tistabbilixxi kooperazzjoni dwar l-objettivi tal-Missjoni bejn il-fruntieri (kooperazzjoni transfruntiera, tranżnazzjonali u interreġjonali). L-eżempji jinkludu: proġetti pilota jew dimostrazzjonijiet tar-restawr ta’ artijiet mistagħdra f’żoni transfruntiera jew f’żoni tranżnazzjonali fit-Tramuntana tal-Ewropa jew kooperazzjoni dwar l-erożjoni tal-ilma f’żoni tranżnazzjonali tan-Nofsinhar tal-Ewropa u fil-baċiri tax-xmajjar transfruntiera (eż. id-Danubju) jew kooperazzjoni dwar approċċi ta’ ppjanar spazjali li jqisu kif xieraq il-ġestjoni tal-art/tal-ħamrija.
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-Artikolu 3.
ANNESS 2
Eżempju dwar il-finanzjament kumulattiv għal strumenti ġestiti direttament oħrajn (il-programm Ewropa Diġitali)
Finanzjament tas-sinerġija b’rabta mal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej fil-Programm Ewropa Diġitali
L-EDIHs huma investiment konġunt tal-UE u tal-SM u tal-pajjiżi assoċjati tal-Programm Ewropa Diġitali. Dan huwa rifless fil-proċess tal-għażla f’żewġ stadji deskritt fil-Programm Ewropa Diġitali (ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). L-ewwel nett, l-Istati Membri jagħżlu u jibnu lista qasira tal-entitajiet kandidati. Minn din il-lista, fit-tieni stadju, il-Kummissjoni tagħżel dawk l-entitajiet li jifformaw in-network tal-EDIHs. L-għażla hija bbażata fuq il-kriterji ta’ rilevanza, ta’ implimentazzjoni u ta’ impatt, iżda tqis ukoll l-objettivi ta’ kopertura ġeografika, settorjali u teknoloġika, u l-baġit disponibbli għal kull pajjiż. Il-Programm Ewropa Diġitali jikkofinanzja għotjiet magħżulin b’massimu ta’ 50 % u l-Istati Membri jistgħu jikkofinanzjaw il-parti li jifdal permezz tal-FEŻR. (Jistgħu jużaw ukoll finanzjament pubbliku jew privat nazzjonali ieħor).
Dan l-eżempju prattiku jispjega l-passi ewlenin neċessarji għall-finanzjament ta’ sinerġija ta’ EDIH bl-użu tal-Programm Ewropa Diġitali u tal-FEŻR. L-istimi tal-Kummissjoni huma li madwar 70 “azzjoni marbuta” li jimplimentaw l-EDIHs se jużaw din. Peress li kull EDIH ikollu bażi reġjonali, huwa magħruf liema awtorità ta’ ġestjoni tkun responsabbli min-naħa tal-ġestjoni kondiviża.
Pass Nru 1 – preparazzjoni. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli (RAO) jikkoordina u jikkoopera mal-awtorità ta’ ġestjoni responsabbli għall-azzjoni permezz tal-fond ta’ ġestjoni kondiviża, b’mod partikolari sabiex jiżgura l-koordinazzjoni tar-rati ta’ finanzjament sabiex il-finanzjament kombinat ma jaqbiżx il-100 % tal-kostijiet eliġibbli stmati.
|
— |
Id-DĠ CONNECT organizza laqgħa mal-SM involuti f’dawn l-azzjonijiet marbutin u mal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tagħhom sabiex jispjegaw bis-sħiħ il-proċess. |
Pass Nru 2 – l-irbit taż-żewġ azzjonijiet. L-azzjoni ta’ ġestjoni diretta tissejjaħ “azzjoni ta’ enerġija”, jew matul il-preparazzjoni tal-għotja (GAP) jew wara l-iffirmar tal-għotja, permezz ta’ emenda tal-għotja. L-azzjoni ta’ ġestjoni kondiviża tkun marbuta mal-azzjoni ta’ ġestjoni diretta (permezz, pereżempju, tal-SM-MA-Numru tas-sejħa-Numru tal-proġett).
|
— |
Dan huwa previst fil-proċess ta’ Preparazzjoni tal-Għotja u tħabbar ukoll fid-Dokument tas-sejħa. |
Pass Nru 3 – firma tal-għotja u prefinanzjament. Il-benefiċjarju jiffirma żewġ ftehimiet ta’ għotja separati (1): l-għotja ta’ ġestjoni diretta u l-għotja ta’ ġestjoni kondiviża. L-awtoritajiet tal-għoti jiżguraw li r-rati ta’ finanzjament kombinati ma jaqbżux il-100 % tal-kostijiet eliġibbli. Il-perjodu ta’ eliġibbiltà, id-durata tal-proġett, il-perjodi ta’ rapportar u l-iskadenzi għall-approvazzjonijiet taż-żewġ għotjiet għandhom jiġu kkoordinati wkoll mill-awtoritajiet tal-għoti sa fejn ikun possibbli.
|
— |
Il-pagamenti ta’ prefinanzjament skont il-ftehim ta’ għotja ġestit direttament jipproċedu bħala normali. Il-pagamenti bil-quddiem isiru skont l-għotja ta’ ġestjoni kondiviża, fejn previst mir-regoli nazzjonali applikabbli. |
Rappreżentazzjoni tal-attivitajiet ta’ firma tal-għotja
Pass Nru 4 – rapportar u pagamenti. Qabel ma jitlob kwalunkwe pagament mill-Kummissjoni/mill-Aġenzija għall-għotja ta’ ġestjoni diretta, il-benefiċjarju l-ewwel irid jiddikjara n-nefqa lill-awtorità ta’ ġestjoni skont l-għotja ta’ ġestjoni kondiviża. L-MA tinforma lill-benefiċjarju dwar meta n-nefqa tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża. Taħt l-ebda ċirkostanza l-kostijiet ma għandhom l-ewwel jiġu inklużi f’applikazzjoni ta’ pagament taħt l-għotja ġestita direttament peress li din tagħmilhom ineliġibbli għall-fond l-ieħor.
|
— |
Huwa biss wara li n-nefqa tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni mill-MA, li mbagħad il-benefiċjarju/il-koordinatur itella’ wkoll fuq eGrants kopja tad-dikjarazzjoni sottomessa lill-MA u fl-istess ħin idaħħal l-informazzjoni kollha dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni kif meħtieġ mir-regoli tal-programm ġestit direttament. |
|
— |
Jekk l-RAO jeħtieġ ċertifikat dwar ir-rapporti finanzjarji (CFS) fl-għotja ġestita direttament, l-awditur jista’ jiddependi wkoll fuq ċertifikati tal-awditjar fuq in-nefqa ta’ ġestjoni kondiviża, sa fejn ikopru l-istess kostijiet u kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà identiċi. |
|
— |
Iż-żewġ awtoritajiet tal-għoti jipproċedu sabiex jivverifikaw il-kostijiet skont ir-regoli applikabbli tagħhom, bl-istess mod bħal fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ nuqqas ta’ sinerġija u, jekk il-kostijiet jiġu aċċettati, jagħmlu arranġamenti għall-pagament bil-mod normali. |
(1) Imsejjaħ “dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ” għall-ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Artikolu 73(3) tar-RDK.
ANNESS 3
Test tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti (RDK; Orizzont Ewropa; GBER)
SIĠILL TA’ EĊĊELLENZA
RDK
Il-premessa 61
|
“(61) |
Jenħtieġ li jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament. Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew Siġill ta’ Eċċellenza jew li kienu kofinanzjati minn Orizzont Ewropa b’kontribuzzjoni mill-Fondi. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet li diġà ġew ivvalutati fil-livell tal-Unjoni, qabel l-għoti tat-tikketta ta’ kwalità Siġill ta’ Eċċellenza jew il-kofinanzjament minn Orizzont Ewropa, ma jerġgħux jiġu vvalutati, sakemm l-operazzjonijiet jikkonformaw ma’ sett limitat ta’ rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jiffaċilita wkoll li jiġu segwiti r-regoli xierqa stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (1).” |
L-Artikolu 2(45)
“Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
|
(45) |
‘Siġill ta’ Eċċellenza’ tfisser it-tikketta ta’ kwalità mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proposta, li turi li l-proposta li ġiet ivvalutata f’sejħa għal proposti taħt strument tal-Unjoni titqies konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dak l-istrument tal-Unjoni, iżda ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli għal dik is-sejħa għal proposti, u tista’ tirċievi appoġġ minn sorsi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali.” |
L-Artikolu 73(2)(4)
“Artikolu 73
Għażla ta’ operazzjonijiet mill-awtorità ta’ ġestjoni
[…]
2. Fl-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:
|
(a) |
tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu konformi mal-programm, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-istrateġiji rilevanti li fuqhom ikun ibbażat il-programm, kif ukoll tipprovdi kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm; |
|
(b) |
tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kondizzjoni abilitanti jkunu konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar korrispondenti stabbiliti għat-twettiq ta’ dik il-kondizzjoni abilitanti; |
[…]
|
(g) |
jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond ikkonċernat u huma attribwiti għal tip ta’ intervent; […] |
Fir-rigward tal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, fil-każ tal-objettiv ta’ politika wieħed, kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-FEŻR u FK, huma biss l-operazzjonijiet li jikkorrispondu għall-objettivi speċifiċi msemmija fis-subpunti (i) u (iv) ta’ dak il-punt li għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti korrispondenti. […]
3. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jkun ipprovdut b’dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għal kull operazzjoni inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li jridu jkunu fornuti, il-pjan ta’ finanzjament, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tiegħu u fejn applikabbli, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-operazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-pagament tal-appoġġ.
4. Għall-operazzjonijiet mogħtija Siġill ta’ Eċċellenza, jew operazzjonijiet magħżula skont programm ikkofinanzjat minn Orizzont Ewropa, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE+ direttament, diment li tali operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (g) tal-paragrafu 2.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu japplikaw għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti skont l-istrument rilevanti tal-Unjoni. Dawn l-elementi għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument imsemmi fil-paragrafu 3.”
Orizzont Ewropa
“Artikolu 2
Definizzjonijiet
|
(23) |
‘Siġill ta’ Eċċellenza’ tfisser tikketta ta’ kwalità li turi li proposta ppreżentata għal sejħa għall-proposti tkun issodisfat il-limiti kollha ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-programm ta’ ħidma, iżda ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli għal dik is-sejħa għall-proposti fil-programm ta’ ħidma u tista’ tirċievi appoġġ minn sorsi ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni jew nazzjonali; ” |
“Artikolu 15
Finanzjament alternattiv u kkombinat u kumulattiv u trasferimenti tar-riżorsi
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 7(7).
2. Is-Siġill ta’ Eċċellenza għandu jingħata għas-sejħiet għal proposti speċifikati fil-programmi ta’ ħidma. F’konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027 u mad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-FEŻR, il-FSE+ jew il-FAEŻR jistgħu jappoġġaw:
|
(a) |
azzjonijiet kofinanzjati magħżulin taħt dan il-Programm; u |
|
(b) |
azzjonijiet li ngħataw Siġill ta’ Eċċellenza diment li jkunu f’konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji taħt il-programmi kofinanzjati mill-FEŻR, il-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti għas-Sħubiji Ewropej taħt il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027 u mar-regolamenti speċifiċi għall-fondi.
4. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm tal-Unjoni ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet tal-appoġġ.
5. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
6. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi ttrasferiti f’konformità mal-paragrafu 5, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għal programm wieħed jew aktar ta’ sors rispettiv, fuq talba tal-Istat Membru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027.”
“Artikolu 24
Sejħiet għal proposti
4. Il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet għal proposti li għalihom jistgħu jingħataw Siġilli ta’ Eċċellenza. B’awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikant, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet ta’ finanzjament interessati, soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ konfidenzjalità.”
“Artikolu 48
L-Aċċelleratur
1. L-Aċċelleratur għandu jkollu l-għan li, essenzjalment, jappoġġa l-innovazzjoni li toħloq suq. Huwa għandu jappoġġa biss benefiċjarji singoli u għandu prinċipalment jipprovdi finanzjament imħallat. Taħt ċerti kundizzjonijiet, jista’ jipprovdi wkoll appoġġi f’forma ta’ għotja biss u f’forma ta’ ishma biss.
L-Aċċelleratur għandu jipprovdi it-tipi ta’ appoġġ li ġejjin:
|
(a) |
appoġġ ta’ finanzjament imħallat lill-SMEs, inklużi negozji ġodda, u, f’każijiet eċċezzjonali, mid-caps żgħar li jwettqu innovazzjoni mhux bankabbli li tkun rivoluzzjonarja u interruttiva; |
|
(b) |
appoġġ f’forma biss ta’ għotja lill-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwettqu kwalunkwe tip ta’ innovazzjoni, li tvarja minn innovazzjoni inkrimentali għal innovazzjoni rivoluzzjonarja u interruttiva u li jimmiraw sabiex sussegwentement jespandu; |
|
(c) |
appoġġ f’forma biss ta’ ishma lill-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, li diġà rċevew appoġġ f’forma ta’ għotja biss. |
L-appoġġ f’forma ta’ għotja biss taħt l-Aċċelleratur għandu jiġi pprovdut biss taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-proġett għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kapaċitajiet u r-rieda tal-applikant li jespandi; |
|
(b) |
il-benefiċjarju għandu jkun biss negozju ġdid jew SME; |
|
(c) |
l-appoġġ f’forma ta’ għotja biss taħt l-Aċċelleratur għandu jiġi pprovdut darba biss lil benefiċjarju matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Programm għal massimu ta’ EUR 2,5 miljun. |
2. Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur għandu jkun entità ġuridika, li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew f’każijiet eċċezzjonali bħala mid-cap żgħira li jkollha l-intenzjoni li tespandi, stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat. Il-proposta tista’ tiġi ppreżentata mill-benefiċjarju, jew, soġġett għal qbil minn qabel mill-benefiċjarju, minn persuna fiżika jew entità ġuridika, waħda jew aktar, li jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġaw lil dak il-benefiċjarju. Fil-każ tal-aħħar, il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiġi ffirmat biss mal-benefiċjarju.
3. Deċiżjoni unika tal-għotja għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista taħt finanzjament imħallat tal-EIC.
4. Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-merti individwali tagħhom minn esperti esterni indipendenti u magħżula għall-finanzjament permezz ta’ sejħa miftuħa għal proposti b’dati ta’ skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli minn 27, 28 u 29, soġġett għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-proposti ppreżentati għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:
|
(a) |
l-eċċellenza; |
|
(b) |
l-impatt; |
|
(c) |
il-livell tar-riskju tal-azzjoni li jimpedixxi l-investimenti, il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, u l-ħtieġa għall-appoġġ mill-Unjoni. |
6. Bil-qbil tal-applikanti kkonċernati, il-Kummissjoni jew il-korpi ta’ finanzjament li jimplimentaw il-Programm (inklużi l-KKIs tal-EIT’s) jistgħu jippreżentaw, direttament għall-evalwazzjoni taħt il-kriterju tal-għoti msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 5, proposta għal azzjoni ta’ innovazzjoni u ta’ użu fis-suq li diġà tissodisfa il-kriterji tal-għoti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, soġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-proposta għandha toħroġ minn kwalunkwe azzjoni oħra ffinanzjata taħt l-Orizzont 2020, mill-Programm jew, soġġett għal fażi ta’ test pilota esploratorju li jrid jiġi varat taħt l-ewwel programm ta’ ħidma, minn programmi nazzjonali u/jew reġjonali, li jibdew bl-immappjar tad-domanda għal tali skema, li d-dispożizzjonijiet dettaljati tagħha għandhom jiġu stabbiliti fil-programm speċifiku msemmi fil-punti (a) tal-Artikolu 1(2); |
|
(b) |
il-proposta tkun ibbażata fuq rieżami tal-proġett li sar fis-sentejn ta’ qabel li jevalwa l-eċċellenza u l-impatt tal-proposta u tkun soġġetta għal kundizzjonijiet u proċessi li jkunu dettaljati aktar fil-programm ta’ ħidma. |
7. Jista’ jingħata Siġill ta’ Eċċellenza soġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-benefiċjarju jkun negozju ġdid, SME jew mid-cap żgħira; |
|
(b) |
il-proposta kienet eliġibbli u għaddiet mil-limiti applikabbli għall-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5; |
|
(c) |
l-attività tkun eliġibbli taħt azzjoni ta’ innovazzjoni. |
8. Fil-każ ta’ proposta li tkun għaddiet mill-evalwazzjoni, l-esperti esterni indipendenti għandhom jipproponu appoġġ korrispondenti tal-Aċċelleratur, ibbażat fuq ir-riskju affaċċjat u r-riżorsi u l-ħin meħtieġa sabiex l-innovazzjoni tinġieb u tintuża fis-suq.
Il-Kummissjoni tista’ tiċħad, għal raġunijiet ġustifikati, proposta tal-esperti esterni indipendenti, inkluż minħabba nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat bir-raġunijiet għal tali ċaħda.
9. Il-komponent tal-għotja jew tal-avvanz rimborsabbli tal-appoġġ tal-Aċċelleratur ma għandux jeċċedi 70 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni magħżula ta’ innovazzjoni.
10. Il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-komponenti tal-ishma u tal-appoġġ ripagabbli tal-appoġġ tal-Aċċelleratur huma stipulati fid-Deċiżjoni (UE) 2021/764.
11. Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula għandu jistabbilixxi objettivi intermedji speċifiċi li jistgħu jitkejlu kif ukoll il-prefinanzjament u l-pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-appoġġ tal-Aċċelleratur.
Fil-każ tal-finanzjament imħallat tal-EIC, jistgħu jiġu varati attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta’ innovazzjoni u jitħallas l-ewwel prefinanzjament tal-għotja jew l-avvanz rimborsabbli, qabel l-implimentazzjoni ta’ komponenti oħrajn tal-finanzjament imħallat mogħti mill-EIC. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-komponenti għandha tkun soġġetta għall-kisba ta’ objettivi intermedji speċifiċi stabbiliti fil-kuntratt.
12. F’konformità mal-kuntratt, l-azzjoni għandha tiġi sospiża, emendata jew, jekk ikun debitament ġustifikat, terminata jekk ma jinkisbux objettivi intermedji li jistgħu jitkejlu. Tista’ tiġi terminata wkoll fejn l-użu mistenni fis-suq, speċjalment fl-Unjoni, ma jkunx jista’ jitwettaq.
F’każijiet eċċezzjonali u fuq parir mill-bord tal-EIC, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżid l-appoġġ tal-Aċċelleratur soġġett għal rieżami tal-proġett minn esperti esterni indipendenti. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi informat b’tali każijiet. ”
“Artikolu 50
Monitoraġġ u rapportar
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm, tal-programm speċifiku msemmi fil-punti (a) tal-Artikolu1(2) u tal-attivitajiet tal-EIT. Sabiex tiżdied it-trasparenza, id-data għandha ssir disponibbli għall-pubbliku wkoll b’mod aċċessibbli fis-sit web tal-Kummissjoni skont l-aħħar aġġornament. B’mod partikolari, id-data għal proġetti ffinanzjati taħt l-ERC, is-Sħubiji Ewropej, il-missjonijiet, l-EIC u l-EIT għandha tiġi inkluża fl-istess bażi tad-data.
Il-bażi tad-data għandha tinkludi:
…
|
(b) |
informazzjoni dwar il-livell ta’ integrazzjoni tal-SSH, il-proporzjon bejn TRLs aktar baxxi u ogħla fir-riċerka kollaborattiva, il-progress fil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li jħejju għat-twessigħ tal-parteċipazzjoni, l-għamla ġeografika ta’ konsorzji fi proġetti kollaborattivi, l-evoluzzjoni tas-salarji tar-riċerkaturi, l-użu ta’ proċedura ta’ preżentazzjoni f’żewġ stadji u ta’ evalwazzjoni, il-miżuri maħsuba sabiex jiffaċilitaw rabtiet ta’ kollaborazzjoni fil-qasam Ewropew tar-R&I, l-użu tar-rieżami tal-evalwazzjoni u n-numru u t-tipi ta’ ilmenti, il-livell ta’ integrazzjoni fir-rigward tal-klima u l-infiq relatat, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, il-parteċipazzjoni tas-settur privat, l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati, il-bordijiet ta’ evalwazzjoni, il-bordijiet u l-gruppi konsultattivi, is-Siġilli ta’ Eċċellenza, is-Sħubiji Ewropea kif ukoll ir-rata ta’ kofinanzjament, il-finanzjament komplementari u kumulattiv minn programmi oħrajn tal-Unjoni, l-infrastrutturi tar-riċerka, iż-żmien għall-għotja, il-livell ta’ kooperazzjoni internazzjonali, l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili; Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni |
|
1.1.3. |
Attivitajiet addizzjonali tal-EIC
Barra minn hekk l-EIC se jimplimentaw ukoll rakkomandati ħafna lin-negozji ġodda u l-SMEs magħżula kollha, u f’każijiet eċċezzjonali mid-caps żgħar, għalkemm mhux obbligatorji, servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozji tal-EIC b’appoġġ għall-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-Pathfinder u tal-Aċċelleratur. L-għan se jkun li l-Komunità tal-EIC ta’ innovaturi ffinanzjati, inkluż is-Siġill tal-Eċċellenza, tiġi konnessa, mal-investituri, is-sħab u x-xerrejja pubbliċi. Dan se jipprovdi firxa ta’ servizzi ta’ coaching u ta’ mentoraġġ lill-azzjonijiet tal-EIC. Dan se jipprovdi lill-innovaturi b’aċċess għal networks internazzjonali ta’ sħab potenzjali, inkluż dawk industrijali, sabiex jikkumplimentaw katina tal-valur jew jiġu żviluppati opportunitajiet tas-suq, u jinstabu investituri u sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew korporattiv. L-attivitajiet se jinkludu avvenimenti f’ħin reali (pereżempju avvenimenti ta’ senserija, sessjonijiet ta’ pitching) iżda anke, l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jaqblu jew l-użu ta’ dawk eżistenti, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji appoġġati minn InvestEU u l-Grupp tal-BEI. Dawn l-attivitajiet se jinkoraġġixxu wkoll l-iskambji bejn il-pari bħala sors ta’ apprendiment f’ekosistema ta’ innovazzjoni, b’użu partikolarment tajjeb tal-Membri tal-Bord tal-EIC u l-Fellows tal-EIC; ” |
TRASFERIMENTI
RDK
Il-premessa 19
|
“(19) |
Sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tagħhom ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li jkun possibbli li ċerti livelli ta’ finanzjament jiġu ttrasferiti bejn il-Fondi u bejn il-ġestjoni kondiviża u l-istrumenti ġestiti direttament u indirettament. Fejn iċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali speċifiċi ta’ Stat Membru jiġġustifikawh, dak il-livell ta’ trasferiment għandu jkun ogħla.” |
“Artikolu 26
Trasferiment ta’ riżorsi
1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew, f’talba għall-emendar ta’ programm jekk maqbul mill-kumitat ta’ monitoraġġ tal-programm skont il-punt (d) tal-Artikolu 40(2), it-trasferiment sa 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lil kwalunkwe strument ieħor taħt ġestjoni diretta jew indiretta, fejn tali possibbiltà hija prevista fl-att bażiku ta’ tali strument.
It-total tat-trasferimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-kontribuzzjonijiet f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għall-emendar ta’ programm, it-trasferiment sa 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali ta’ kull Fond lil Fond jew Fondi oħrajn, għajr trasferimenti li huma stipulati fir-raba’ subparagrafu.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll fil-Ftehim ta’ Sħubija jew fit-talba għall-emendar ta’ programm trasferiment addizzjonali sa 20 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali skont il-Fond bejn il-FEŻR, il-FSE + jew il-Fond ta’ Koeżjoni fi ħdan ir-riżorsi globali tal-Istat Membru taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. L-Istati Membri li r-rata tal-qgħad totali medja tagħhom għall-perjodu ta’ bejn l-2017 u l-2019 hija anqas minn 3 % jistgħu jitolbu tali trasferiment addizzjonali sa 25 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali.
2. Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-Fond jew tal-istrument li fih dawn ir-riżorsi jiġu ttrasferiti u, fil-każ ta’ trasferimenti lejn strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Talbiet għall-emendar ta’ programm għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta’ reġjun, fejn applikabbli, għandhom ikunu debitament ġustifikati bil-ħsieb tal-komplementarjetajiet u l-impatt li għandu jinkiseb, u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm jew programmi emendati f’konformità mal-Artikolu 24.
4. Wara li tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha toġġezzjona għal talba għal trasferiment fl-emenda tal-programm relatat fejn tali trasferiment idgħajjef il-kisba tal-objettivi tal-programm li minnu jridu jiġu ttrasferiti r-riżorsi.
Il-Kummissjoni għandha toġġezzjona wkoll għat-talba meta hija tqis li l-Istat Membru ma pprovdiex ġustifikazzjoni adegwata għat-trasferiment fir-rigward tar-riżultati li għandhom jinkisbu jew tal-kontribuzzjoni li għandha ssir għall-objettivi tal-Fond riċeventi jew strument f’ġestjoni diretta jew indiretta.
5. Meta t-talba għal trasferiment tikkonċerna emenda ta’ programm, jistgħu jiġu ttrasferiti biss riżorsi ta’ snin kalendarji futuri.
6. Ir-riżorsi tal-JTF, inkluż kwalunkwe riżorsa ttrasferita mill-FEŻR u l-FSE+ f’konformità mal-Artikolu 27, ma għandhomx ikunu trasferibbli lejn Fondi jew strumenti oħrajn skont il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
Il-JTF ma għandux jirċievi trasferimenti skont il-paragrafi 1 sa 5.
7. Meta l-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 1, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura lejn il-Fond li minnu jkunu ġew inizjalment trasferiti u allokati għal programm wieħed jew aktar.
Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emendar tal-programm f’konformità mal-Artikolu 24(1), sa mhux aktar tard minn 4 xhur qabel il-limitu ta’ żmien għall-impenji stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju.
8. Riżorsi trasferiti lura lejn il-Fond li minnu jkunu ġew inizjalment trasferiti u allokati għal programm wieħed jew aktar għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għal emendar tal-programm.
9. Għar-riżorsi trasferiti lura lejn il-Fond li minnu jkunu ġew inizjalment trasferiti u allokati għal programm f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-limitu ta’ żmien tad-diżimpenn kif definit fl-Artikolu 105(1) għandu jibda fis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti.”
Orizzont Ewropa
“Artikolu 15
Finanzjament alternattiv u kkombinat u kumulattiv u trasferimenti tar-riżorsi
...
5. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-Programm soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
6. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi ttrasferiti f’konformità mal-paragrafu 5, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għal programm wieħed jew aktar ta’ sors rispettiv, fuq talba tal-Istat Membru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027.”
FINANZJAMENT KUMULATTIV
RDK
“Artikolu 63
Eliġibbiltà
[…]
9. Operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar jew minn programm wieħed jew aktar u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, nefqa ddikjarata f’talba għall-ħlas għal wieħed mill-Fondi ma għandhiex tkun iddikjarata għal xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor; |
|
(b) |
appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. |
L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f’applikazzjoni għal pagament ta’ Fond jista’ jiġi kkalkolat għal kull Fond u għall-programm jew programmi kkonċernati fuq bażi prorata f’konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.”
Orizzont Ewropa
“Artikolu 15
Finanzjament alternattiv u kkombinat u kumulattiv u trasferimenti tar-riżorsi
...
4. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm tal-Unjoni ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet tal-appoġġ. ”
FINANZJAMENT KOMBINAT/SĦUBIJIET EWROPEJ KOFINANZJATI
RDK
“Artikolu 71
Awtoritajiet tal-programm
[…]
5. Fejn programm, f’konformità mal-objettivi tiegħu, jipprovdi appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE+ għal programm kofinanzjat minn Orizzont Ewropa, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Orizzont Ewropa, il-korp li jimplimenta l-programm kofinanzjat minn Orizzont Ewropa għandu jiġi identifikat bħala korp intermedju mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm rilevanti, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.”
“Artikolu 73
Għażla ta’ operazzjonijiet mill-awtorità ta’ ġestjoni
[…]
4. Għall-operazzjonijiet mogħtija Siġill ta’ Eċċellenza, jew operazzjonijiet magħżula skont programm ikkofinanzjat minn Orizzont Ewropa, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE+ direttament, diment li tali operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (g) tal-paragrafu 2.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu japplikaw għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi ta’ kalkolu tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti skont l-istrument rilevanti tal-Unjoni. Dawn l-elementi għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument imsemmi fil-paragrafu 3.”
Orizzont Ewropa
“Artikolu 15
Finanzjament alternattiv u kkombinat u kumulattiv u trasferimenti tar-riżorsi
…
1. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji taħt il-programmi kofinanzjati mill-FEŻR, il-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti għas-Sħubiji Ewropej taħt il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021 sal-2027 u mar-regolamenti speċifiċi għall-fondi.”
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1237 tat-23 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat
“Artikolu 25a
Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza
1. L-għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll studji ta’ fattibbiltà mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.
2. L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.
3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew tal-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
4. L-ammont massimu tal-għajnuna ma għandux jaqbeż EUR 2,5 miljun għal kull SME għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà.
5. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għal dak il-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
Artikolu 25b
Għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC
1. L-għajnuna għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata min-notifika tar-rekwiżit tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.
2. L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull azzjoni megħjuna ma għandux jaqbeż il-livell massimu ta’ appoġġ previst fil-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
Artikolu 25c
Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp
1. Għajnuna mogħtija lil proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà (inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata ta’ programm, kif definit fir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa) li tiġi implimentata minn mill-anqas tliet Stati Membri, jew alternattivament żewġ Stati Membri u mill-anqas pajjiż assoċjat wieħed, u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet tranżnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.
2. L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.
3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew l-istudju ta’ fattibbiltà wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
5. Il-finanzjament ipprovdut mill-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandu jkopri mill-anqas 30 % tal-kostijiet eliġibbli totali ta’ azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni jew azzjoni ta’ innovazzjoni kif definit skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.
Artikolu 25d
Għajnuna għall-azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet
1. L-għajnuna mogħtija għall-azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet tranżnazzjonali skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.
2. L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni kofinanzjata tal-Ħolqien ta’ Timijiet għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. L-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali huma esklużi.
3. Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett għandhom ikunu eliġibbli.
4. Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, għall-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-kostijiet tal-investiment.
5. Għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi taħt azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
|
(a) |
fejn l-infrastruttura ssegwi attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, il-finanzjament, il-kostijiet u d-dħul ta’ kull tip ta’ attività għandhom jiġu kkunsidrati separatament fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabilità tal-kostijiet applikati b’mod konsistenti u oġġettivament ġustifikabbli; |
|
(b) |
il-prezz mitlub għall-operat jew għall-użu tal-infrastruttura għandu jikkorrispondi għal prezz tas-suq; |
|
(c) |
l-aċċess għall-infrastruttura għandu jkun miftuħ għal diversi utenti u jingħata fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw mill-anqas 10 % tal-kostijiet tal-investiment tal-infrastruttura jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali taħt kundizzjonijiet aktar favorevoli. Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, tali aċċess għandu jkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-impriża għall-kostijiet tal-investiment u dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku; |
|
(d) |
fejn l-infrastruttura tirċievi finanzjament pubbliku kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll għal attivitajiet mhux ekonomiċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru sabiex jiżguraw li l-intensità tal-għajnuna applikabbli ma tinqabiżx bħala riżultat ta’ żieda fis-sehem tal-attivitajiet ekonomiċi meta mqabbla mas-sitwazzjoni prevista fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p 1).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/52 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
2,00 % fl-1 ta' Novembru 2022
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta' Novembru 2022
(2022/C 421/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
0,9753 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
144,58 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4433 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87228 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9320 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9889 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
144,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3543 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,539 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
407,87 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7090 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9013 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,1602 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5517 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3452 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
7,6560 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6957 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,3878 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 391,75 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
18,0173 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,1367 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5375 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 400,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6271 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,463 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,091 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,0262 |
|
MXN |
Peso Messikan |
19,2363 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,8845 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/53 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2022/C 421/05)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
28.9.2022 |
|
Durata |
28.9.2022 - 31.12.2022 |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ARS/GF8-11 |
|
Speċi |
Gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) |
|
Żona |
GSA 8-9-10-11 |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
09/TQ110 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/54 |
Notifika ta’ bidu dwar ir-rieżamital-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2022/C 421/06)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba ġiet ippreżentata fit-2 ta’ Awwissu 2022 minn Tech-Fab Europe (’l-applikant’) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.
Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.
2. Prodott taħt rieżami
Il-prodott taħt rieżami huwa drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibra tal-ħġieġ, (“il-prodott taħt rieżami”) li bħalissa jaqa taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 63 00, ex 7019 64 00, ex 7019 65 00, ex 7019 66 00 u ex 7019 69 90 (kodiċijiet TARIC 7019630019, 7019640019, 7019650018, 7019660018 u 7019699019). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw biss għall-informazzjoni.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazji anti-dumping definittivi imposti bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1993 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 (4).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza tad-dumping u fil-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping
4.1.1. Allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ
L-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (5). B’mod partikolari, l-applikanti rreferew għal distorsjonijiet bħala preżenza tal-istat b’mod ġenerali u aktar speċifiku li jaffettwaw is-settur kimiku u għall-kapitoli dwar il-materja prima u dwar l-enerġija. Barra minn hekk, l-applikanti ddependew fuq informazzjoni pubblika, partikolarment l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Punti Ewlenin tal-Għanijiet fit-Tul għall-2035. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti bbażaw ruħhom ukoll fuq il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet riċenti fuq antidumping u antisussidji (6).
B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn numru ta’ pajjiżi terzi, b’ħarsa lejn in-nuqqas preżenti ta’ volumi ta’ importazzjonijiet sinifikanti mir-RPĊ lejn l-Unjoni.
Abbażi tat-tqabbil ta’ hawn fuq, li juri li hemm id-dumping, l-applikant jallega li x’aktarx hemm rikorrenza ta’ dumping mill-RPĊ.
L-applikant jallega wkoll li n-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni fil-livell tal-kodiċijiet TARIC mir-RPĊ lejn l-Unjoni ma jikkorrispondix mal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu dwar il-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-applikant jallega wkoll il-kontinwazzjoni tad-dumping. L-allegazzjoni hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għar-RPĊ.
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed provi skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li jissuġġerixxu li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Ir-rapport tal-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (7).
4.2. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu
L-applikant jallega probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu mill-pajjiż ikkonċernat.
L-applikant ippreżenta provi biżżejjed li, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat għall-Unjoni, aktarx jiżdied. Dan huwa minħabba l-eżistenza ta’ kapaċitajiet sostanzjali mhux użati fil-pajjiżi kkonċernati u minħabba l-attrattività tas-suq tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ daqs u f’termini.
L-applikant jallega li kull żieda sostanzjali ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx li jwasslu għal kontinwazzjoni u rikorrenzi ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina mir-RPĊ u għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika (8) ppubblikata, dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.
5.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9).
Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott soġġett għal rieżami fil-pajjiżi kkonċernati hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.
Għalhekk, il-produtturi kollha (10) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ kampjunar, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R781_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien 3 ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2633
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.
5.3.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tar-RPĊ li hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba, jipproponu pajjiż(i) rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-PRC skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv adegwat fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem mid-data li fiha din in-nota tiżdied fil-file, sabiex iressqu l-kummenti.
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiżi terzi rappreżentattivi possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ issuġġeriti mill-applikant huma r-Russja u l-Indja. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv adegwat, il-Kummissjoni teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li għandhom data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.
Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materji (primi u dawk ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R781_INFO_ON_INPUTS_FOR _EXPORTING_PRODUCER_FORM. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.
Barra minn hekk, kwalunkwe preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid tiġi ppreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju għall-Gvern tar-RPĊ.
5.3.3. L-importaturi mhux relatati suġġetti għall-investigazzjoni (11) (12)
Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkoperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien 3 ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2633
5.4. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà li jissokta jew jerġa’ jseħħ id-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni.
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.
Il-partijiet interessati huma b’dan mistednin jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni(jiet) li tkun wasslet/jkunu wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien 7 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u/jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufin kollha bil-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2633
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.
Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2633. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.
5.6. Partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott soġġett għal rieżami.
Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess (13).
5.7. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.8. Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.9. Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u / jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (14) (Sensittiva). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/c8672a13-8b83-4129-b94c-bfd1bf27eaac/details. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate G |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi
Email:
|
— |
Għal kwistjonijiet b’rabta mad-dumping: TRADE-OPEN-MESH-R781-DUMPING@ec.europa.eu |
|
— |
Għal kwistjonijiet ta’ dannu u interess tal-Unjoni, u biex jintbagħat l-Anness għal din in-Notifika mimli: TRADE-OPEN-MESH-R781-INJURY@ec.europa.eu |
6. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.
7. Preżentazzjoni tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.
8. Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien 5 ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduti minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji tkun limitata għal 3 ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-7 ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal 3 ijiem sakemm ma jintweriex li hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.
11. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti/-jiet interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.
Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ:
https://policy.trade.ec.europa.eu/contacts/hearing-officer_en
12. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
13. Proċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:
https://policy.trade.ec.europa.eu/enforcement-and-protection/trade-defence_en
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1993 tas-6 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi u kemm jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 288, 7.11.2017, p. 4).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/788 tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 31.5.2018, p. 5).
(5) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p.1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p.1); Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju kumpensatorju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, u li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu (ĠU L 201, 25.6.2020, p.10); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p.1); Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344); u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p.34).
(7) Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll wara talba motivata kif xieraq.
(8) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29
(9) Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(10) Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
(11) Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.
(13) F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.
(14) Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
|
☐ |
Verżjoni sensittiva |
|
☐ |
Verżjoni għall-ispezzjoni minn partijiet interessati |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
RIEŻAMI TA' SKADENZA TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTA DRAPPIJIET B’MALJA MIFTUĦA TAL-FIBRI TAL-ĦĠIEĠ LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-Notifika ta’ Bidu.
Jenħtieġ li kemm il-verżjoni Sensittiva u kemm il-verżjoni Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati intbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.
1. DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz tal-Email: |
|
|
Numru tat-telefown |
|
2. FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ
Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’euro (EUR), u l-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati u f’metri kwadri tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ bidu.
|
|
Volum f’tunnellati |
Volum f’m2 |
Valur f’euro (EUR) |
|
Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR) |
|
|
|
|
L-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
|
|
|
Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien) |
|
|
|
|
Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott taħt rieżami |
|
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami, il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).